|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2018/C 122/01 |
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2018 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol |
|
|
2018/C 122/02 |
||
|
2018/C 122/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 122/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 122/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8805 — Panalpina/DFG/PA NL Perishables) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 122/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Marzu 2018
dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol
(2018/C 122/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali tal-Europol ġie estiż sal-1 ta’ Mejju 2018, taħt l-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) 2016/794. Għaldaqstant jenħtieġ li jinħatar Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol. |
|
(2) |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 tistabbilixxi r-regoli għall-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol. |
|
(3) |
Il-post ġie meqjus battal mit-30 ta’ Lulju 2017, disa’ xhur qabel tmiem il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali tal-Europol, skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017. Avviż ta’ post battal għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Europol ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju 2017 (2). |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, tħejjiet lista qasira ta’ kandidati minn kumitat ta’ għażla (il-“Kumitat ta’ Għażla”) stabbilit mill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Il-Kumitat ta’ Għażla fassal rapport debitament raġunat fid-19 ta’ Settembru 2017. |
|
(5) |
Abbażi tar-rapport tal-Kumitat ta’ Għażla u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-1 ta’ Mejju 2017, il-Bord ta’ Amministrazzjoni ħareġ opinjoni raġunata fit-3 ta’ Ottubru 2017 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, fejn fiha ppropona lill-Kunsill lista qasira ta’ tliet kandidati adatti għall-kariga. |
|
(6) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill għażel lis-Sinjura Catherine DE BOLLE, ċittadina Belġjana, bħala d-Direttur Eżekuttiv li jmiss tal-Europol, u informa lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar l-għażla tagħha għall-finijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. |
|
(7) |
Fid-29 ta’ Jannar 2018, il-kandidata magħżula dehret quddiem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew (il-“Kumitat LIBE”) u fl-1 ta’ Marzu 2018 il-kumitat LIBE ta l-opinjoni tiegħu f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Catherine DE BOLLE hija b’dan maħtura bħala d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol għall-perjodu mit-2 ta’ Mejju 2018 sal-1 ta’ Mejju 2022 fil-grad AD 15.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. RADEV
(1) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(2) ĠU C 162 A, 23.5.2017, p. 1.
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/551, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/548 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 122/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/551 (2), u fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/548 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Fit-30 ta’ Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna waħda u 21 entità fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006).
Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
United Nations — Focal point for delisting |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room S-3055 E |
|
New York, NY 10017 |
|
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1718
B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuna u l-entitajiet li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għall-indikazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna u tal-entitajiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà li jitfgħu applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuna u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C - Horizontal Issues |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(3) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/4 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/548 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2018/C 122/03)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/548 (3).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C li tiġi kkuntattjata permezz ta’ dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/548.
Is-suġġett tad-data huwa l-persuna fiżika li tissodisfa l-kriterji għall-elenkar kif stipulat f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għall-aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f’konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).
Id-data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġett tad-data jista’ jirrikorri għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(2) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(4) ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 249.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ April 2018
(2018/C 122/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2234 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,32 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4474 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87295 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2983 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1798 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
121,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5860 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,339 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
312,56 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1983 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6636 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,9644 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5934 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5650 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,6014 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6884 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6138 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 310,95 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,7757 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7138 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4240 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 850,50 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7363 |
|
PHP |
Peso Filippin |
63,690 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,8270 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,280 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,1111 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,3317 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,4810 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8805 — Panalpina/DFG/PA NL Perishables)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 122/05)
|
1. |
Fit-3 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Panalpina u DFG jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tan-negozju Olandiż ta’ Panalpina ta’ trasport ta’ prodotti li jidbielu (“PA NL Perishables”). Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Panalpina: servizzi ta’ twassil ta’ merkanzija u servizzi addizzjonali bħal-loġistika, — għal DFG: il-kummerċ globali ta’ fjuri friski u pjanti. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8805 — Panalpina/DFG/PA NL Perishables Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 122/06)
|
1. |
Fit-3 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
MRCE u Siemens jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ workshop ta’ manutenzjoni għal lokomottivi fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal MRCE: il-kiri operattiv ta’ vetturi ferrovjarji, l-akkwisti u l-finanzjament ta’ lokomottivi, — għal Siemens: attiva prinċipalment fid-diviżjonijiet Elettriku u Gass, Servizzi tal-Ġenerazzjoni tal-Elettriku, Ġestjoni tal-Enerġija, Teknoloġiji tal-Kostruzzjoni, Mobbiltà, Fabbrika Diġitali, Industriji tal-Ipproċessar u Drives, Siemens Healthineers u Siemens Gamesa Renewable Energy. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.