ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 119

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
5 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 119/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8841 — Equistone Partners Europe/FRAM/Karavel) ( 1 )

1

2018/C 119/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 119/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 119/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2018/C 119/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 119/06

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

5

2018/C 119/07

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

5

2018/C 119/08

Informazzjoni li għandha tiġi preżentata skont l-Artikolu 5(2) — It-Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 ( ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19 ))

6

2018/C 119/09

Ftuħ ta’ proċedimenti ta’ stralċ ta’ impriża ta’ assigurazzjoni — Deċiżjoni li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni tal-Kumpanija ta’ Assigurazzjoni AIGAION SA u li jinfetħu proċedimenti ta’ stralċ (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2018/C 119/10

Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża E-12/16 — Marine Harvest ASA appoġġata mill-Federazzjoni tal-Industriji Norveġjani (Norsk Industri) v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA appoġġata mir-Renju tan-Norveġja (Azzjoni għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — Għajnuna mill-Istat — Ħut u prodotti marittimi oħrajn — Ambitu materjali tal-Ftehim ŻEE — Protokoll 9 — Kompetenza ta’ Sorveljanza)

9

2018/C 119/11

Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża E-19/16 — Thorbjørn Selstad Thue appoġġata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Pulizija (Politiets Fellesforbund) v Il-Gvern Norveġiż (Id-Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema — Ħin tax-xogħol — Vjaġġar lejn u/jew minn post għajr il-post ta’ attendenza fiss jew abitwali ta’ ħaddiem)

10

2018/C 119/12

Talba għal Opinjoni Konsultattiva lill-Qorti tal-EFTA minn Borgarting lagmannsrett b’ittra tat-23 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża ta’ Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS (il-Kawża E-10/17)

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8841 — Equistone Partners Europe/FRAM/Karavel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 119/01)

Fis-27 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8841. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 119/02)

Fit-23 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8742. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ April 2018

(2018/C 119/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2276

JPY

Yen Ġappuniż

130,43

DKK

Krona Daniża

7,4499

GBP

Lira Sterlina

0,87573

SEK

Krona Żvediża

10,3175

CHF

Frank Żvizzeru

1,1776

ISK

Krona Iżlandiża

121,50

NOK

Krona Norveġiża

9,6345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,340

HUF

Forint Ungeriż

311,67

PLN

Zloty Pollakk

4,2035

RON

Leu Rumen

4,6600

TRY

Lira Turka

4,9262

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5978

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5756

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6355

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6850

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6136

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 306,45

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,6328

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7409

HRK

Kuna Kroata

7,4324

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 899,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,7609

PHP

Peso Filippin

64,022

RUB

Rouble Russu

70,9668

THB

Baht Tajlandiż

38,363

BRL

Real Brażiljan

4,1316

MXN

Peso Messikan

22,5200

INR

Rupi Indjan

79,9540


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 119/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Finlandja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-Pajsaġġ nazzjonali Finlandiż Koli

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri tpinġija mill-quċċata tal-pajsaġġ nazzjonali Finlandiż Koli. Is-sena tal-ħruġ “2018” tidher isfel fin-nofs. L-indikazzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “FI” tinsab fiċ-ċentru u l-marka taz-zekka fin-nofs fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : April/Mejju 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 119/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : il-Litwanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Ċelebrazzjoni tal-Kanzunetti u Żfin Litwan (imniżżel fuq il-Lista Rappreżentattiva tal-Unesco tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità)

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri figuri stilizzati ta’ persuni u għasafar, tipiku ta’ wieħda mill-ġeneri tal-arti folkloristika Litwana — qtugħ tal-karti, simboliċi taż-żfin folkloristiku u tal-kanzunetta. L-iskrizzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LIETUVA” hi fiċ-ċentru, fil-qiegħ, is-sena tal-ħruġ “2018” fuq ix-xellug u l-marka taz-Zekka Litwana hija fuq in-naħa tal-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : It-tieni kwart tal-2018.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/5


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2018/C 119/06)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1.1.2018

Tul ta’ żmien tal-għeluq

1.1.2018–31.12.2018

Stat Membru

Spanja

Stokk jew grupp ta’ stokkijiet

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

02/TQ120


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/5


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2018/C 119/07)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1.1.2018

Tul ta’ żmien tal-għeluq

1.1.2018–31.12.2018

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew grupp ta’ stokkijiet

RJU/07D.

Speċi

Raja ondjata (Raja undulata)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VII d

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

04/TQ120


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/6


Informazzjoni li għandha tiġi preżentata skont l-Artikolu 5(2)

It-Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))

(2018/C 119/08)

I.1)   Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem irreġistrat: “Agrupación Europea de Cooperación Territorial Eurociudad Ayamonte – Castro Marim – Vila Real de Santo António – Eurociudad del Guadiana”

EUROCIUDAD DEL GUADIANA, AECT

Indirizz tal-kumpanija:

Kuntatt: Alberto Fernández Rodríguez

Indirizz elettroniku tar-Raggruppament:

I.2)   It-tul taż-żmien tar-Raggruppament:

It-tul taż-żmien tar-Raggruppament: indefinit

Data tar-reġistrazzjoni: is-7 ta’ Frar 2018

Data tal-pubblikazzjoni:

II.   GĦANIJIET

L-Eurobelt Guadiana, REKT, ser ikollu l-għan li jiffaċilita u jippromovi l-kooperazzjoni territorjali, inkluż aspett wieħed jew aktar tal-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali bejn il-membri tiegħu, jiġifieri l-muniċipalitajiet ta’ Ayamonte, Castro Marim u Vila Real de Santo António, bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

L-għanijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni tal-Eurobelt Guadiana, REKT, huma kif ġej:

li jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw azzjonijiet li jippromovu l-investiment u l-opportunitajiet ta’ negozju u tat-turiżmu;

li tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali;

li jiġi promoss l-iżvilupp tar-riżorsi umani fil-livelli differenti ta’ taħriġ u ta’ tagħlim tul il-ħajja;

li jiġi promoss it-tisħiħ tal-wirt naturali u kulturali;

li tiġi kkonsolidata u żviluppata l-istruttura lokali tan-negozju;

li jiġi integrat u promoss is-settur tal-loġistika;

li jitwettqu attivitajiet sportivi permezz ta’ infrastrutturi komuni, iż-żona prinċipali ta’ impatt tkun ix-Xmara Guadiana;

li jiġu promossi azzjonijiet kulturali komuni;

li jingħata impetu lill-azzjoni tal-istituzzjonijiet, imsejsa fuq l-infrastrutturi u t-tagħmir eżistenti;

li jkun hemm pjanar ikkoordinat tat-tagħmir ġdid u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-futur;

li jiġu żviluppati inizjattivi li jwasslu għal titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet.

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

Isem bl-Ingliż:

Isem bil-Franċiż:

IV.   MEMBRI

IV.1)   Numru sħiħ tal-membri tar-Raggruppament: 3

IV.2)   Nazzjonalità tal-membri tar-Raggruppament: Portugiża u Spanjola

IV.3)   Informazzjoni dwar il-membri  (1)

Isem uffiċjali: Ayuntamiento de Ayamonte

Indirizz:

Web: www.ayamonte.es

Tip ta’ membru: Awtorità lokali

Isem uffiċjali: Câmara Municipal de Castro Marim

Indirizz:

o

Web: https://cm-castromarim.pt/site/

Tip ta’ membru: Awtorità lokali

Isem uffiċjali: Câmara Municipal de Vila Real de Santo António

Indirizz:

Web: http://www.cm-vrsa.pt

Tip ta’ membru: Awtorità lokali


(1)  Jekk jogħġbok żid għal kull membru.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/8


Ftuħ ta’ proċedimenti ta’ stralċ ta’ impriża ta’ assigurazzjoni

Deċiżjoni li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni tal-“Kumpanija ta’ Assigurazzjoni AIGAION SA” u li jinfetħu proċedimenti ta’ stralċ

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2018/C 119/09)

L-impriża ta’ assigurazzjoni

Il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni AIGAION SA bl-uffiċċju ewlieni tagħha fil-Munċipalità ta’ Glyfada, Attica, Pandora 8, f’salib it-toroq ma’ A. Lazaraki (Kodiċi postali 166 74), Reġistru Kummerċjali Ġenerali (GEMI) Nru 121871360000, Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa (AFM) 094472389 u Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) 213800PL4GZRB718AU46

Id-data, in-natura tad-deċiżjoni u d-data ta’ dħul fis-seħħ

Deċiżjoni Nru 261/1/23.2.2018 ta’ Kumitat ta’ Kreditu u Assigurazzjoni tal-Bank tal-Greċja rigward:

(a)

l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-impriża ta’ assigurazzjoni u t-tqegħid tagħha taħt proċedimenti ta’ stralċ;

(b)

il-projbizzjoni tad-disponiment liberu tal-assi kollha tal-impriża tal-assigurazzjoni.

Id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 261/1/23.2.2018 tal-Kumitat ta’ Kreditu u Assigurazzjoni: Mid-data tal-adozzjoni tagħha (it-23 ta’ Frar 2018)

It-tmiem tal-validità: Mhux speċifikat

L-awtoritajiet kompetenti

Il-Bank tal-Greċja

L-indirizz

:

E. Venizelou 21

102 50 Athens

GREECE

L-awtoritajiet ta’ superviżjoni

Il-Bank tal-Greċja

L-indirizz

:

E. Venizelou 21

102 50 Athens

GREECE

Il-likwidatur tal-assigurazzjoni

Evangelia Parisi (isem il-missier: Christos), maħtur mid-Deċiżjoni 261/2/23.2.2018 tal-Kumitat ta’ Kreditu u Assigurazzjoni

Il-liġi applikabbli

Il-liġi Griega skont l-Artikoli 111, 114, 220, 221 u 235 tal-Liġi 4364/2016 (Il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 13).


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/9


SENTENZA TAL-QORTI

tas-27 ta’ Novembru 2017

fil-Kawża E-12/16

Marine Harvest ASA appoġġata mill-Federazzjoni tal-Industriji Norveġjani (Norsk Industri) v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA appoġġata mir-Renju tan-Norveġja

(Azzjoni għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — Għajnuna mill-Istat — Ħut u prodotti marittimi oħrajn — Ambitu materjali tal-Ftehim ŻEE — Protokoll 9 — Kompetenza ta’ Sorveljanza)

(2018/C 119/10)

Fil-Kawża E-12/16, Marine Harvest ASA appoġġjata mill-Federazzjoni ta’ Industriji Norveġjani (Norsk Industri) v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA appoġġjata mir-Renju tan-Norveġja — RIKORS għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-27 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża tal-ASE Nru 79116, u għal dikjarazzjoni li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha l-kompetenza u l-obbligu li titwettaq sorveljanza tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (ir-Relatur tal-Imħallef), u Páll Hreinsson, Mħallfin, qatgħu sentenza fis-27 ta’ Novembru 2017, li l-parti operattiva tagħha hija:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiċħad ir-rikors bħala infondat.

2.

Tordna lil Marine Harvest ASA biex iġġarrab l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż imġarrbin mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

3.

Tordna lill-intervjenenti biex iġarrbu l-ispejjeż tagħhom.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/10


SENTENZA TAL-QORTI

tas-27 ta’ Novembru 2017

fil-Kawża E-19/16

Thorbjørn Selstad Thue appoġġata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Pulizija (Politiets Fellesforbund) v Il-Gvern Norveġiż

(Id-Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema — Ħin tax-xogħol — Vjaġġar lejn u/jew minn post għajr il-post ta’ attendenza fiss jew abitwali ta’ ħaddiem)

(2018/C 119/11)

Fil-Kawża E-19/16, Thorbjørn Selstad Thue appoġġata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Pulizija (Politiets Fellesforbund) v il-Gvern Norveġiż – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorita ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tan-Norveġja (Norges Høyesterett) rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President u r-Relatur tal-Imħallef, Per Christiansen, u Ása Ólafsdóttir (ad hoc), Mħallfin, qatgħu s-sentenza fis-27 ta’ Novembru 2017, li l-parti operattiva tagħha hija:

1.

Il-ħin meħtieġ imqatta’ fl-ivvjaġġar, barra mis-sigħat normali tax-xogħol, minn ħaddiem, bħall-appellant, lejn u/jew minn post għajr il-post ta’ attendenza fiss jew abitwali tiegħu sabiex iwettaq l-attività jew l-impenji tiegħu f’dak il-post, kif mitlub mill-impjegatur tiegħu, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE.

2.

Ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni ta’ intensità tal-ammont ta’ xogħol imwettaq waqt l-ivvjaġġar.

3.

Il-frekwenza ta’ dawn il-vjaġġi hija immaterjali sakemm l-effett mhuwiex li l-post tax-xogħol tal-ħaddiem jiġi trasferit għal post ta’ attendenza fiss jew abitwali ġdid.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/11


Talba għal Opinjoni Konsultattiva lill-Qorti tal-EFTA minn Borgarting lagmannsrett b’ittra tat-23 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża ta’ Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS

(il-Kawża E-10/17)

(2018/C 119/12)

B’ittra tat-23 ta’ Novembru 2017 saret talba lill-Qorti tal-EFTA minn Borgarting lagmansrett (il-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fl-24 ta’ Novembru 2017, għal Opinjoni Konsultattiva fil-Kawża Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-liġi taż-ŻEE ifisser li regola nazzjonali ta’ preskrizzjoni li tistipula perjodu separat ta’ preskrizzjoni ta’ sena biex tinfetaħ kawża għal danni minħabba reat kriminali li jkun ġie stabbilit permezz ta’ kundanna kriminali finali irid jiġi applikat b’mod korrispondenti b’rabta ma’ kawża għal danni għal ksur tal-Artikoli 53 u 54 taż-ŻEE li ġiet stabbilita minn deċiżjoni finali tal-ESA li timponi multa?

2.

Il-prinċipju ta’ effettività tal-liġi taż-ŻEE jirrestrinġi d-dritt li l-Istati taż-ŻEE japplikaw perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-ftuħ ta’ kawża għal danni għal ksur tal-Artikoli 53 u 54 taż-ŻEE, meta dan il-perjodu ta’ skadenza jkun magħqud ma’ obbligu ta’ investigazzjoni min-naħa tal-parti li ssofri d-dannu li jista’ jwassal li l-perjodu ta’ preskrizzjoni jiskadi qabel l-ESA tkun waslet għal deċiżjoni f’kawża dwar il-ksur tal-Artikoli 53 u 54 taż-ŻEE abbażi ta’ lment min-naħa tal-parti li ssofri d-dannu?

3.

Liema elementi għandhom jingħataw importanza fil-valutazzjoni ta’ jekk l-applikazzjoni tal-perjodu nazzjonali ta’ preskrizzjoni, kif imsemmi fil-Mistoqsija 2, hijiex kompatibbli mal-prinċipju tal-effettività tal-liġi taż-ŻEE f’kawżi ta’ kompetizzjoni ta’ natura u ambitu bħal tal-kawża preżenti?