ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
28 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 114/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8793 — Axión/Enagás/Axent) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 114/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 114/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni ta' funivija ddisinjat ghat-trasport ta' persuni (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)  ( 1 )

3

2018/C 114/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)  ( 1 )

7

2018/C 114/05

Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

10

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 114/06

Notifika skont l-Artikolu 114, il-paragrafu 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Awtorizzazzjoni għaż-żamma tal-miżuri nazzjonali li huma iktar stretti minn dispożizzjonijiet ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE ( 1 )

11

2018/C 114/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

14

2018/C 114/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

15

2018/C 114/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward it-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 114/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8807 — Spectris/Macquarie Group/Soundwave Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 114/11

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

19

2018/C 114/12

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba minn Stat Membru — sospensjoni tal-iskadenza

20

2018/C 114/13

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba magħmula minn Entità Kontraenti

21


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8793 — Axión/Enagás/Axent)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/01)

Fit-8 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8793. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Marzu 2018

(2018/C 114/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2376

JPY

Yen Ġappuniż

131,04

DKK

Krona Daniża

7,4489

GBP

Lira Sterlina

0,87940

SEK

Krona Żvediża

10,2156

CHF

Frank Żvizzeru

1,1764

ISK

Krona Iżlandiża

121,70

NOK

Krona Norveġiża

9,5603

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,473

HUF

Forint Ungeriż

312,85

PLN

Zloty Pollakk

4,2196

RON

Leu Rumen

4,6558

TRY

Lira Turka

4,9429

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6070

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5949

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7113

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7041

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6208

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 328,86

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4598

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7730

HRK

Kuna Kroata

7,4408

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 004,62

MYR

Ringgit Malażjan

4,7971

PHP

Peso Filippin

64,955

RUB

Rouble Russu

70,8200

THB

Baht Tajlandiż

38,650

BRL

Real Brażiljan

4,1051

MXN

Peso Messikan

22,7905

INR

Rupi Indjan

80,4130


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni ta' funivija ddisinjat ghat-trasport ta' persuni

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/03)

B’konformità mad-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (1), l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sottosistemi jew ta’ komponenti tas-sikurezza li huma koperti bid-Direttiva 2000/9/KE (2), li huma konformi ma’ dik id-Direttiva u li ġew installati qabel il-21 ta’ April 2018. B’hekk, kif indikat fil-kolonna 2 ta’ din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, l-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati skont id-Direttiva 2000/9/KE, ikomplu jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità biss ma’ dik id-Direttiva u sal-20 ta’ April 2018 biss. Mill-21 ta’ April 2018, din il-preżunzjoni ta’ konformità skont id-Direttiva 2000/9/KE ma tibqax tapplika.

ESO (3)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit Nota 1

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

CEN

EN 1709:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Spezzjoni qabel l-ikkummissjonar, manutenzjoni, spezzjoni u ċċekkjar waqt l-operat

26.4.2005

 

 

CEN

EN 1908:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Tagħmir għall-ġbid għall-kontroll tat-tensjoni

11.12.2015

EN 1908:2004

Nota 2.1

19.5.2016

CEN

EN 1909:2017

Rekwiżiti ta' sigurtà għall-istallazzjoni ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Evakwazzjoni u rkuprar

15.12.2017

EN 1909:2004

Nota 2.1

31.3.2018

CEN

EN 12385-8:2002

Ħbula tal-wajer ta' l-azzar - Sigurtà - Parti 8: Ħbula minsuġin u mxebbkin għal-ġbid u ġbid u ġarr għal stallazzjonijiet ta' funiviji iddisinjati biex iġorru passiġġieri

24.4.2003

 

 

CEN

EN 12385-9:2002

Ħbula tal-wajer ta' l-azzar - Sigurtà - Parti 9: Ħbula għall-ġarr b'koljatura llukkjata għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru passiġġieri

24.4.2003

 

 

CEN

EN 12397:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Operat

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-1:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 1: Kriterji ta' għażla għal ħbula u l-apparat tat-truf

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-2:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 2: Fatturi ta' sigurtà

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-3:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 3: Iċċumbar fit-tul ta' ħbula b'6 sigliet għall-ġbid, ġbid u ġarr, u rmunkar

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-4:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 4: Apparat tat-truf

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-5:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 5: Ħżin, ġarr, stallazzjoni u ġbid għall-kontroll tat-tensjoni

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-6:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 6: Kriterji ta' rimi

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-7:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 7: Spezzjoni, tiswijiet u manutenzjoni

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12927-8:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 8: Ittestjar ta' ħbula manjetiċi (MRT)

26.4.2005

 

 

CEN

EN 12929-1:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Rekwiżiti ġenerali Parti 1: Rekwiżiti għall-istallazzjonijiet kollha

14.8.2015

EN 12929-1:2004

Nota 2.1

31.1.2016

CEN

EN 12929-2:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Rekwiżiti ġenerali - Parti 2 - Rekwiżiti addizzjonali għal funiviji riversibbli b'żewġ kejbils mingħajr l-użu ta' brejkijiet fit-trakk tal-ġarr tan-nies

14.8.2015

EN 12929-2:2004

Nota 2.1

31.1.2016

CEN

EN 12930:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Kalkoli

14.8.2015

EN 12930:2004

Nota 2.1

31.1.2016

CEN

EN 13107:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Xogħlijiet ta' inġinerija ċivili

11.12.2015

EN 13107:2004

Nota 2.1

19.5.2016

 

EN 13107:2015/AC:2016

 

 

 

CEN

EN 13223:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Sistemi ta' sewqan u tagħmir mekkaniku ieħor

11.12.2015

EN 13223:2004

Nota 2.1

19.5.2016

CEN

EN 13243:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjoni ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Rekwiżiti ġenerali - Apparat li jaħdem bl-elettriku ħlief fil-każ tas-sistemi kif jinsaq

14.8.2015

EN 13243:2004

Nota 2.1

31.1.2016

CEN

EN 13796-1:2017

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Vetturi li jġorru n-nies - Parti 1: Apparat għall-qbid, trakkijiet tal-ġarr, brejkijiet abbord, gabini, siġġijiet, gabini għall-ġarr, gabini għall-ġarr ta' tagħmir ta' manutenzjoni, tagħmir fejn jiddendel apparat għall-irmunkar

15.12.2017

EN 13796-1:2005

Nota 2.1

31.3.2018

CEN

EN 13796-2:2005

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Kabini tal-ġarr - Parti 2: Test ta' kemm il-mankijiet jirreżistu kontra żlieq

20.9.2005

 

 

CEN

EN 13796-3:2005

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Kabini tal-ġarr - Parti 3: Testijiet ta' kedd

20.9.2005

 

 

Nota 1:

Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għal dawk il-prodotti jew dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-istandard ġdid. Ma tiġix effettwata preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għall-prodotti jew is-servizzi li xorta jaqgħu fil-ambitu tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (4).

L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-referenzi għar-Rettifiki “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Rettifika tneħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u tista' tkun tirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-Internet fuq

http://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 3.5.2000, p. 21.

(3)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

CEN: Rue de la Science 23, 1040 Bruxelles/Brussel, Belgique/BELGIË, tel. +32 25500811; faks +32 25500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Rue de la Science 23, 1040 Bruxelles/Brussel, Belgique/BELGIË, tel. +32 255008 11; faks +32 25500819 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650, route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, tel.+33 492944200; faks +33 493654716, (http://www.etsi.eu)

(4)  ĠU C 338, 27.9.2014, p. 31.


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/04)

Din hija l-ewwel lista ta’ referenzi ta’ standards armonizzati ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2016/424 (1)

ESO (2)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

Data tal-bidu tal-preżunzjoni ta’ konformità - Nota 0

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta’ l-istandard li ġie sostitwit Nota 1

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

CEN

EN 1709:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Spezzjoni qabel l-ikkummissjonar, manutenzjoni, spezzjoni u ċċekkjar waqt l-operat

21.4.2018

 

 

CEN

EN 1908:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Tagħmir għall-ġbid għall-kontroll tat-tensjoni

21.4.2018

 

 

CEN

EN 1909:2017

Rekwiżiti ta' sigurtà għall-istallazzjoni ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Evakwazzjoni u rkuprar

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12385-8:2002

Ħbula tal-wajer ta' l-azzar - Sigurtà - Parti 8: Ħbula minsuġin u mxebbkin għal-ġbid u ġbid u ġarr għal stallazzjonijiet ta' funiviji iddisinjati biex iġorru passiġġieri

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12385-9:2002

Ħbula tal-wajer ta' l-azzar - Sigurtà - Parti 9: Ħbula għall-ġarr b'koljatura llukkjata għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru passiġġieri

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12927-1:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 1: Kriterji ta' għażla għal ħbula u l-apparat tat-truf

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12927-3:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 3: Iċċumbar fit-tul ta' ħbula b'6 sigliet għall-ġbid, ġbid u ġarr, u rmunkar

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12927-4:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 4: Apparat tat-truf

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12927-5:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 5: Ħżin, ġarr, stallazzjoni u ġbid għall-kontroll tat-tensjoni

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12927-8:2004

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Ħbula - Parti 8: Ittestjar ta' ħbula manjetiċi (MRT)

21.4.2018

 

 

CEN

EN 12930:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Kalkoli

21.4.2018

 

 

CEN

EN 13107:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Xogħlijiet ta' inġinerija ċivili

21.4.2018

 

 

 

EN 13107:2015/AC:2016

 

 

 

CEN

EN 13223:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Sistemi ta' sewqan u tagħmir mekkaniku ieħor

21.4.2018

 

 

CEN

EN 13243:2015

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjoni ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Rekwiżiti ġenerali - Apparat li jaħdem bl-elettriku ħlief fil-każ tas-sistemi kif jinsaq

21.4.2018

 

 

CEN

EN 13796-1:2017

Rekwiżiti ta' sigurtà għal stallazzjonijiet ta' funiviji ddisinjati biex iġorru n-nies - Vetturi li jġorru n-nies - Parti 1: Apparat għall-qbid, trakkijiet tal-ġarr, brejkijiet abbord, gabini, siġġijiet, gabini għall-ġarr, gabini għall-ġarr ta' tagħmir ta' manutenzjoni, tagħmir fejn jiddendel apparat għall-irmunkar

21.4.2018

 

 

Nota 0:

Din hija d-data li minnha l-konformità mal-istandard armonizzat jew ma’ partijiet minnu tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Nota 1:

Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għal dawk il-prodotti jew dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-istandard ġdid. Ma tiġix effettwata preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għall-prodotti jew is-servizzi li xorta jaqgħu fil-ambitu tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (3).

L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-referenzi għall-Corrigenda “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Corrigendum ineħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u jista' jkun jirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-Internet fuq:

http://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1.

(2)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

CEN: Rue de la Science 23, B-1040 Bruxelles/Brussels, Telefon: +32 25500811; Faks: +32 25500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Rue de la Science 23, B-1040 Bruxelles/Brussels, Telefon: +32 25500811; Faks: +32 25500819 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel. +33 492944200; faks +33 493654716, (http://www.etsi.eu)

(3)  ĠU C 338, 27.9.2014, p. 31.


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/10


Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2018/C 114/05)

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata ta’l-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha.”

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 (2) Artikolu 2(4));

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti; u

iii.

disponibbli permezz tal-Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 lill-organizzazzjonijiet, u li tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt u l-oqsma speċifiċi ta’ kompetenza tal-organizzazzjonijiet.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fil-21 ta’ Marzu 2018 — http://www.efsa.europa.eu/en/events/event/180321

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti — http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/art36listg.pdf u

iii.

Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 — http://www.efsa.europa.eu/art36/search

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 450).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/11


Notifika skont l-Artikolu 114, il-paragrafu 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Awtorizzazzjoni għaż-żamma tal-miżuri nazzjonali li huma iktar stretti minn dispożizzjonijiet ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/06)

1.

Permezz tal-ittra tal-10 ta’ Novembru 2017, li waslet għand il-Kummissjoni fl-14 ta’ Novembru 2017, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni x-xewqa tagħha li żżomm (1) id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-użu ta’ addittivi tan-nitrit fil-prodotti tal-laħam li huma differenti mir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fil-liġi Daniża. L-Ordni Nru 1044 tal-4 ta’ Settembru 2015 dwar l-addittivi tal-ikel eċċ. fl-oġġetti tal-ikel (BEK nr 1044 af 4.9.2015, Udskriftsdato: 25.9.2017, Fødevarerministeriet). In-notifika tikkonċerna s-sustanzi nitrit tal-potassju (E 249) u nitrit tas-sodju (E 250) (nitriti) fl-Anness II, il-Parti E tar-Regolament, il-kategorija tal-ikel nru 8 (il-lista tal-UE).

2.

Il-livelli massimi ġew oriġinarjament stipulati fid-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din id-Direttiva ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-5 ta’ Lulju 2006 u hija msejsa fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE). Fir-rigward tal-użu tan-nitrati u n-nitriti fil-prodotti tal-laħam, hija timmira li toħloq bilanċ bejn l-effetti protettivi tan-nitriti kontra l-multiplikazzjoni tal-batterji responsabbli għall-botuliżmu li huwa ta’ theddida għall-ħajja u r-riskju tal-formazzjoni ta’ nitrożammini karċinoġeniċi permezz tal-preżenza tan-nitriti fil-prodotti tal-laħam, f’konformità ma’ parir xjentifiku li wasal mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel (SCF).

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE (4) kif kienet adottata oriġinarjament kienet tistipula l-livelli massimi ta’ residwi għan-nitriti u n-nitrati fi prodotti varji tal-laħam. B’kuntrast ma’ dan, id-Direttiva 2006/52/KE tintroduċi l-prinċipju, irrakkomandat f’opinjoni tal-EFSA mill-2003, li l-kontroll tan-nitriti jenħtieġ li jiġi rregolat fil-forma ta’ ammonti massimi li jistgħu jiżdiedu matul il-manifattura ta’ prodotti tal-laħam għan-nitrit tal-potassju (E 249) u n-nitrit tas-sodju (E 250). L-ammont huwa ta’ 150 mg/kg għall-prodotti tal-laħam b’mod ġenerali u 100 mg/kg għall-prodotti tal-laħam sterilizzati.

B’eċċezzjoni, id-Direttiva 2006/52/KE fiha livelli massimi ta’ residwi għal ċerti prodotti tal-laħam speċifiċi manifatturati tradizzjonalment, fejn mhuwiex possibbli li jiġu kkontrollati l-ammonti introdotti minħabba l-proċess ta’ manifattura tradizzjonali tagħhom.

Dan l-użu awtorizzat ta’ nitriti ġie trasferit fil-lista l-ġdida tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu, fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 (5).

3.

L-Ordni Daniża Nru 1044 tippermetti li jiġu miżjuda n-nitrit tal-potassju (E 249) u n-nitrit tas-sodju (E 250) mal-prodotti tal-laħam dejjem sakemm l-ammonti miżjuda speċifiċi ma jinqabżux. Dawn l-ammonti massimi huma ta’ 0, 60, 100 jew 150 mg/kg, skont il-prodotti inkwistjoni. Għall-kuntrarju tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, id-dispożizzjonijiet Daniżi ma fihom ebda eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-iffissar ta’ ammonti massimi miżjuda għan-nitriti, u għalhekk ma jippermettux it-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tal-laħam manifatturati tradizzjonalment minn Stati Membri oħra. Sa fejn japplikaw il-limiti ta’ 0 u ta’ 60 mg/kg, il-leġiżlazzjoni Daniża, barra dan, fiha limiti aktar baxxi għal ammonti miżjuda ta’ nitriti minn dawk stabbiliti fir-Regolament għal għadd ta’ prodotti tal-laħam.

4.

Id-dispożizzjonijiet Daniżi huma għalhekk aktar stretti mir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 f’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda ta’ nitriti fil-prodotti tal-laħam.

5.

Ir-Renju tad-Danimarka jqis li, għall-kuntrarju tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, id-dispożizzjonijiet attwali Daniżi huma kompletament konsistenti mal-opinjoni tal-EFSA (6) li tgħid li l-prodotti tal-laħam ġeneralment jistgħu jiġu prodotti biż-żieda ta’ saħansitra 50 mg għal kull kg ta’ nitritu mingħajr periklu.

Id-Danimarka tenfasizza wkoll, li permezz ta’ ammonti massimi miżjuda aktar baxxi, id-dispożizzjonijiet Daniżi jimminimizzaw aktar ir-riskju impost minn nitrożammini, li wara kollox huwa tħassib ewlieni tagħha.

Id-Danimarka tenfasizza li, minkejja li r-regoli tagħha li jistipulaw livelli iktar baxxi ta’ nitriti għaż-żieda mal-prodotti tal-laħam ilhom stabbiliti għal ħafna snin, dawn qatt ma ħolqu problemi fir-rigward tal-preservazzjoni tal-prodotti kkonċernati u li d-Danimarka għandha rata baxxa ferm ta’ botuliżmu meta mqabbla ma’ Stati Membri oħra, u mill-1980 ’l hawn ma ġie rreġistrat ebda każ ta’ botuliżmu kkawżat minn prodotti tal-laħam.

Iċ-ċifri l-aktar riċenti pprovduti mid-Danimarka juru li x-xejra fit-tendenzi tal-konsum ma nbidlitx b’mod sinifikanti mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/561/UE (7) u (UE) 2015/826 (8) ’l hawn. Il-konsum tal-laħam fid-Danimarka qed jiżdied b’mod kostanti u dan jinkludi l-laħam kiesaħ li fih in-nitriti miżjuda u l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam minn Stati Membri oħra qed jiżdiedu.

6.

Fl-2014, il-Kummissjoni ffinalizzat investigazzjoni preliminari biex timmonitorja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli tal-UE dwar in-nitriti. L-istudju kien ibbażat fuq it-tweġibiet għal kwestjonarju li ntbagħat lill-Istati Membri kollha. Minn dan irriżulta li, għajr xi eċċezzjonijiet, l-ammont tipiku ta’ nitriti miżjuda mal-prodotti tal-laħam mhux sterilizzati huwa aktar baxx mill-ammont massimu tal-UE, iżda ogħla mill-livelli Daniżi. Ġie konkluż li jenħtieġ li tkompli tiġi esplorata l-possibbiltà ta’ reviżjoni tal-livelli massimi attwali tan-nitriti.

Għalhekk il-Kummissjoni nediet investigazzjoni ad hoc, li tlestiet f’Jannar 2016, fir-rigward tal-użu u l-ħtieġa ta’ nitriti mill-industrija fil-kategoriji differenti ta’ prodotti tal-laħam, inkluża l-protezzjoni kontra l-Clostridium botulinum. Abbażi tad-dejta miġbura permezz ta’ rieżami tal-letteratura, stħarriġ u sessjoni ta’ ħidma esperta mwettqa għal dan l-istudju, ir-riżultati jindikaw li hemm il-possibbiltà li jiġu riveduti l-livelli massimi attwali awtorizzati għan-nitriti.

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (9) jirrikjedi li l-EFSA tevalwa mill-ġdid is-sikurezza tal-użu ta’ nitriti. Fil-15 ta’ Ġunju 2017, l-EFSA ħarġet Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tan-nitrit tal-potassju (E 249) u tan-nitrit tas-sodju (E 250) bħala addittivi tal-ikel (10). L-EFSA kisbet Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) ta’ 0,07 mg joni tan-nitrit/kg piż tal-ġisem kuljum u ċċarat li l-esponiment għan-nitriti li jittiżulta mill-użu tiegħu bħala addittiv tal-ikel ma jaqbiżx din l-ADI għall-popolazzjoni ġenerali, għajr għal eċċess żgħir fit-tfal fl-ogħla perċentil. Madankollu, jekk is-sorsi kollha ta’ esponiment għan-nitriti fid-dieta jitqiesu flimkien (l-addittivi tal-ikel, il-preżenza naturali u l-kontaminazzjoni), l-ADI jinqabeż fit-trabi, fit-trabi li telqu jimxu u fit-tfal fil-medja u għall-gruppi ta’ etajiet kollha fl-ogħla esponiment. L-esponiment għan-nitrożammini endoġeni tqies bħala ta’ tħassib żgħir filwaqt li kien hemm xi tħassib fir-rigward tal-esponiment għan-nitrożammini eżoġeni. L-opinjoni tal-EFSA tgħid ukoll li kienet meħtieġa aktar riċerka biex jiġu indirizzati l-inċertezzi u l-lakuni fl-għarfien u li ma kienx possibbli li wieħed jiddistingwi b’mod ċar in-nitrożammini prodotti min-nitrit miżjud fil-livelli awtorizzati minn dawk fil-matriċi tal-ikel mingħajr iż-żieda ta’ nitriti esterni. Fl-istudji epidemjoloġiċi kien hemm xi evidenza li torbot (i) in-nitriti fid-dieta u l-kanċers gastriċi u (ii) il-kombinazzjoni tan-nitrit flimkien man-nitrat mil-laħam ipproċessat u l-kanċers kolorettali, u kien hemm evidenza li torbot l-N-nitrosodimetilammina performata u l-kanċers kolorettali.

Il-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni preliminari mal-Istati Membri, l-investigazzjoni ad hoc fir-rigward tal-użu ta’ nitriti mill-industrija, l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-EFSA u d-dejta rrappurtata mid-Danimarka, jippermettu lill-Kummissjoni li tikkunsidra rieżami potenzjali tal-livelli massimi tan-nitriti.

7.

Il-Kummissjoni se tipproċessa din in-notifika skont l-Artikolu 114(4) u (6) tat-TFUE. L-Artikolu 114(4) jistipula li jekk, wara l-adozzjoni tal-miżura armonizzata tal-UE, Stat Membru jixtieq iżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu aktar stretti minħabba fi ħtiġijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 36 tat-TFUE jew li jirrigwardaw il-ħarsien tal-ambjent jew l-ambjent tax-xogħol, għandu javża lill-Kummissjoni dwarhom filwaqt li jindika r-raġunijiet għaż-żamma tagħhom. Wara li d-dispożizzjonijiet Daniżi ġew innotifikati, il-Kummissjoni għandha sitt xhur biex taċċettahom jew tirrifjutahom. Matul dan il-perjodu l-Kummissjoni għandha tivverifika jekk iż-żamma tad-dispożizzjonijiet Daniżi hijiex ġustifikata abbażi tal-ħtiġijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 36, jew minħabba li d-dispożizzjonijiet jirrelataw mal-ħarsien tal-ambjent, u li dawn ma jikkostitwixxux xi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew xi restrizzjoni mistura fuq il-kummerċ u li ma joħolqux ostaklu bla bżonn u sproporzjonat għall-funzjonament tas-suq intern.

8.

Kwalunkwe parti li tixtieq tagħmel xi kummenti dwar din in-notifika għandha tibgħathom lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż. Kwalunkwe kumment imressaq wara dan il-perjodu mhux se jiġi kkunsidrat.

9.

Aktar dettalji dwar in-notifika Daniża jistgħu jinkisbu mingħand:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

DĠ SANTE — Unità E2 It-Teknoloġiji tal-Ipproċessar tal-Ikel u l-Ikel Ġdid

Jiri Sochor

Tel. +32 22976930

Email: jiri.sochor@ec.europa.eu


(1)  Ingħatat awtorizzazzjoni għal tliet snin bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/826 (ĠU L 130, 28.5.2015, p. 10)..

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(3)  Id-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE tal-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1).

(6)  EFSA Journal (2003) 14, 1-31, The effects of Nitrites/Nitrates on the Microbiological Safety of Meat Products.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/561/UE tal-25 ta’ Mejju 2010 li tikkonċerna dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mid-Danimarka dwar iż-żieda ta’ nitritu ma’ ċerti prodotti tal-laħam (ĠU L 247, 21.9.2010, p. 55).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/826 tat-22 ta’ Mejju 2015 li tikkonċerna dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mid-Danimarka dwar iż-żieda tan-nitrit ma’ ċerti prodotti tal-laħam (ĠU L 130, 28.5.2015, p. 10).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).

(10)  EFSA Journal 2017;15(6):4786.


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/14


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/07)

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Menorca - Madrid

Data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotta tal-OSP għat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji

l-1 ta’ Ottubru 2018

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra relatata mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

MADRID

ESPAÑA

Tel. +34 915977505

Fax +34 915978643

Posta elettronika: osp.dgac@fomento.es

Ir-rotta soġġetta għall-obbligi tas-servizz pubbliku tista’ tiġi operata fuq il-bażi tal-aċċess għall-kompetizzjoni ħielsa mill-1 ta’ Ottubru 2018. F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, l-aċċess jista’ jiġi ristrett għal trasportatur tal-ajru wieħed permezz tal-proċedura korrispondenti tal-offerti pubbliċi, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/15


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/08)

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Almeria-Seville

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Erba’ snin wara l-bidu tal-operat

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

MADRID

ESPAÑA

Tel. +34 915977505

Faks +34 915978643

Email: osp.dgac@fomento.es


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/16


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward it-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/09)

Stat Membru

Spanja

Rotot ikkonċernati

Tenerife Norte — La Gomera

Gran Canaria — La Gomera

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Tliet (3) snin wara l-bidu tal-operat

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

MADRID

ESPAÑA

Tel. +34 915977505

Fax +34 915978643

Posta elettronika: osp.dgac@fomento.es


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8807 — Spectris/Macquarie Group/Soundwave Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/10)

1.

Fil-21 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Spectris Group Holdings Limited (ir-Renju Unit), proprjetà tal-grupp Spectris (“Spectris”, ir-Renju Unit),

Macquarie Corporate Holdings Pty Limited (l-Awstralja), proprjetà tal-grupp Macquarie (“Macquarie”, l-Awstralja),

Soundwave Holdings Pty Ltd (“Soundwave Holdings” jew “JV”, l-Awstralja) impriża konġunta li għadha kemm inħolqot li lilha Spectris se tikkontribwixxi parti min-negozju tagħha.

Spectris u Macquarie jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Soundwave Holdings.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Spectris: il-manifattura u l-provvista ta’ strumenti li jsaħħu l-produttività u kontrolli għal applikazzjonijiet industrijali li jużaw it-teknoloġija b’mod intensiv,

—   għal Macquarie: il-ġestjoni tal-assi u l-finanzi, is-servizzi bankarji, servizzi ta’ konsulenza u soluzzjonijiet tar-riskju u l-kapital madwar dejn, ekwità u prodotti bażiċi,

—   għal Soundwave Holdings: servizzi ta’ monitoraġġ ambjentali għan-negozji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8807 — Spectris/Macquarie Group/Soundwave Holdings

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/19


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2018/C 114/11)

Fit-30 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba, li saret minn Eneco B.V. u N.V. Nuon Energy, tikkonċerna ċerti attivitajiet għall-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u l-gass fin-Netherlands.

L-avviżi rilevanti ġew ippubblikati fil-ĠU C 85 tat-18.3.2017, p. 6, fil-ĠU C 212 tal-1.7.2017, p. 24, fil-ĠU C 439 tal-20.12.2017, p. 14 u fil-ĠU C 444 tat-23.12.2017, p. 17.

Skont il-paragrafu 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru jew lill-entità kontraenti kkonċernata, lill-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti jew lil kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew biex jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien xieraq. Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mill-10 ta’ Jannar 2018.

Fil-każ ta’ tweġibiet li jaslu tard jew mhux sħaħ, l-iskadenza inizjali għandha tiġi sospiża għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.

Għaldaqstant, l-iskadenza finali se tkun wara 52 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/20


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba minn Stat Membru — sospensjoni tal-iskadenza

(2018/C 114/12)

Fit-2 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba tar-Repubblika Ċeka tikkonċerna ċerti attivitajiet fis-suq għall-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fir-Repubblika Ċeka. L-avviżi formali relevanti ġew ippubblikati fil-paġna 10 tal-ĠU C 23 tal-24 ta’ Jannar 2017, fil-paġna 10 tal-ĠU C 167 tal-25 ta’ Mejju 2017, fil-paġna 4 tal-ĠU C 276 tad-19 ta’ Awwissu 2017, fil-paġna 18 tal-ĠU C 396 tat-23 ta’ Novembru 2017 u fil-paġna 12 tal-ĠU C 439 tal-20 ta’ Diċembru 2017.

Skont il-paragrafu 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru jew lill-entità kontraenti kkonċernata, lill-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew lil kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien xieraq. Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ċeki biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mill-10 ta’ Jannar 2018.

Fil-każ ta’ tweġibiet li jaslu tard jew mhux sħaħ, l-iskadenza inizjali għandha tiġi sospiża għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.

Għaldaqstant, l-iskadenza finali se tkun ta’ 55 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/21


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn Entità Kontraenti

(2018/C 114/13)

Fl-1 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien it-2 ta’ Marzu 2018.

Din it-talba hija magħmula minn Finavia Oyj u tikkonċerna l-attivitajiet relatati mal-forniment ta’ stabbilimenti kummerċjali għall-atturi kummerċjali li jipprovdu servizzi kummerċjali (mingħajr dazju, bejgħ, ikel u xorb u servizzi oħrajn għall-passiġġieri) għall-passiġġieri tat-titjiriet fit-terminals tal-ajruport ta’ Helsinki fil-Finlandja.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li l-“kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha perjodu stipulat ta’ 145 jum tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fit-3 ta’ Ottubru 2018.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività fil-Finlandja li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu miftuħ għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).