|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/01 |
||
|
2018/C 76/02 |
||
|
|
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/03 |
||
|
|
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/04 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-Tartari tal-Krimea (2016/2692(RSP)) |
|
|
2018/C 76/05 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-Gambja (2016/2693(RSP)) |
|
|
2018/C 76/06 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-Djibouti (2016/2694(RSP)) |
|
|
2018/C 76/07 |
||
|
2018/C 76/08 |
||
|
2018/C 76/09 |
||
|
2018/C 76/10 |
||
|
2018/C 76/11 |
||
|
2018/C 76/12 |
||
|
|
L-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/13 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar muniti virtwali (2016/2007(INI)) |
|
|
2018/C 76/14 |
||
|
2018/C 76/15 |
||
|
2018/C 76/16 |
||
|
2018/C 76/17 |
||
|
2018/C 76/18 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
L-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/19 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/20 |
||
|
2018/C 76/21 |
||
|
2018/C 76/22 |
||
|
2018/C 76/23 |
||
|
2018/C 76/24 |
||
|
2018/C 76/25 |
||
|
2018/C 76/26 |
||
|
|
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/27 |
||
|
2018/C 76/28 |
||
|
2018/C 76/29 |
||
|
|
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/30 |
||
|
|
L-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2016 |
|
|
2018/C 76/31 |
||
|
2018/C 76/32 |
||
|
2018/C 76/33 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2016–2017
Dati tas-seduti: 9-12 ta’ Mejju 2016
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 211, 30.6.2017 .
TESTI ADOTTATI
Dati tas-seduti: 25 u 26 ta’ Mejju 2016
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 217, 6.7.2017 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/2 |
P8_TA(2016)0211
Għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) (2015/2224(INI))
(2018/C 076/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu XVIII tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Aġenda Territorjali tal-UE 2020”, miftiehma fil-Laqgħa Ministerjali Informali tal-Ministri responsabbli għall-Ippjanar Spazjali u l-Iżvilupp Territorjali tad-19 ta' Mejju 2011, f'Gödöllő, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2012 dwar Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Lulju 2015dwar ir-riżultat tan-negozjati dwar il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità bħala strument tal-politika ta' koeżjoni 2014–2020 għall-iżvilupp lokali, rurali, urban u periurban (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Griega tal-Kunsill tal-UE) (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar it-tibdil demografiku u l-konsegwenzi tiegħu għall-politika ta’ koeżjoni futura tal-UE (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-ottimizzazzjoni tar-rwol tal-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri tal-UE għal bidu effikaċi u f'waqtu tal-perjodu l-ġdid ta' Programmazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015 dwar “Lejn simplifikazzjoni u orjentament tal-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni 2014–2020” (12), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tgħarrif bit-titolu “Għodod għall-appoġġ tad-dimensjoni territorjali u urbana fil-politika ta' koeżjoni: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD)”, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, il-Parlament Ewropew, Ottubru 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Governanza territorjali u Politika ta' Koeżjoni”, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, il-Parlament Ewropew, Lulju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Il-koerenza strateġika tal-Politika ta' Koeżjoni: tqabbil tal-perjodi ta' programmar 2007–13 u 2014–20”, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, il-Parlament Ewropew, Frar 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni dwar “Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: Il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-governanza tajba fir-reġjuni u l-ibliet tal-UE”, Lulju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Aġenda Territorjali 2020 fil-prattika – Titjib fl-effiċjenza u l-effettività tal-Politika ta' Koeżjoni b'approċċ ibbażat fuq il-post”, volum II – studji tal-każ, il-Kummissjoni Ewropea, Mejju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Kif tista' tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tal-'Istrateġija Ewropa 2020' u l-Politika ta' Koeżjoni tal-UE abbażi tal-Aġenda Territorjali 2020”, imħejji fuq talba tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Settembru 2011 |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Ħolqien tal-Impjiegi u Żvilupp Ekonomiku Lokali”, Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), Novembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Tmexxija Ekonomika Lokali”, Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8–0032/2016), |
|
A. |
billi l-koeżjoni territorjali hija objettiv fundamentali tal-Unjoni Ewropea, imnaqqax fit-Trattat ta' Lisbona; |
|
B. |
billi l-ġenerazzjoni 2014–2020 tal-politika ta' koeżjoni tipprevedi u tinkoraġġixxi l-użu ta' approċċi integrati u bbażati fuq il-post sabiex titrawwem koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali filwaqt li tiġi promossa wkoll governanza territorjali; |
|
C. |
billi l-approċċi integrati u bbażati fuq il-post huma maħsuba biex itejbu l-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-interventi pubbliċi billi jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tat-territorji u jgħinu biex jagħmluhom iktar attraenti; |
|
D. |
billi s-CLLD u l-ITI huma strumenti innovattivi fil-politika ta' koeżjoni, li xi Stati Membri se jimplimentaw f'tali forma għall-ewwel darba u li jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-kisba ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-ħolqien ta' impjiegi lokali ta' kwalità, l-iżvilupp urban sostenibbli u l-ilħuq tal-objettivi ta' Ewropa 2020; |
|
E. |
billi l-ITI il-ġdid u s-CLLD jirrappreżentaw bidliet gradwali fil-kapaċità ta' partijiet ikkonċernati lokali biex jiġu kkombinati flussi ta' fondi u jiġu ppjanati inizjattivi lokali mmirati tajjeb; |
|
F. |
billi l-emanċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet reġjonali u lokali hija essenzjali għall-implimentazzjoni sħiħa tal-politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; billi l-approċċi innovattivi, li jipprijoritizzaw l-għarfien lokali biex jiġu indirizzati problemi lokali permezz ta' soluzzjonijiet lokali, kisbu importanza dejjem tikber; billi l-governanza parteċipatorja, bħal ibbaġitjar parteċipattiv, għandha l-għodod meħtieġa għal parteċipazzjoni pubblika, bl-għan li tingħata r-responsabilità għad-deċiżjonijiet fil-livell tal-komunità lokali; |
|
G. |
billi s-CLLD huwa bbażat fuq l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' LEADER, URBAN u EQUAL f'perjodi ta' finanzjament preċedenti, u jibni l-iktar fuq l-approċċ LEADER, li wassal għal żieda esponenzjali fi Gruppi ta' Azzjoni Lokali (LAGs) mindu twaqqaf fl-1991 u kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni, partikolarment f'żoni rurali; |
|
H. |
billi s-CLLD huwa obbligatorju għall-FAEŻR biss, u mhux obbligatorju għall-FEŻR, il-FSE u l-FEMS; |
|
I. |
billi dawn iż-żewġ strumenti ġodda jista' jkollhom rwol importanti fl-adattament għat-tibdil demografiku u t-treġġigħ lura tal-iżbilanċi interreġjonali fl-iżvilupp; |
|
J. |
billi tas-CLLD huwa approċċ minn isfel għal fuq bl-għan li jitwaqqfu oġġetti u proġetti ta' finanzjament marbutin ma' bżonnijiet lokali tal-komunità milli li jiġu imposti objettivi fil-livell nazzjonali; |
|
K. |
billi l-ITI huwa għodda li tista' tintuża għat-twettiq ta' azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli, kif definit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013; |
|
L. |
billi hemm differenzi konsiderevoli fil-livell bejn l-Istati Membri f'termini ta' strutturi ta' governanza u esperjenza fl-inizjattivi ta' żvilupp minn isfel għal fuq; |
|
M. |
billi l-kapaċità u l-involviment tal-atturi reġjonali u lokali huma essenzjali għas-suċċess ta' dawn l-għodod, minkejja l-kompetenzi definiti għal kull organizzazzjoni; |
|
N. |
billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma mitlubin jintervjenu f'deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp tagħhom, u jippromwovu sinerġiji bejn is-setturi pubbliċi u privati bħala linji gwida essenzjali li kapaċi jipprovdu ġestjoni u amministrazzjoni effettiva ta' proġetti, u jiżguraw l-istabilità tal-impenji li saru; |
|
O. |
billi huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp tagħhom stess, jidentifikaw, skont il-kontribut tal-Komunità, l-assi u l-vantaġġi strateġiċi tagħhom u jibnu fuq dawn meta jiżviluppaw l-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali u lokali tagħhom, ħaġa li, flimkien mal-kontribut tal-Komunità tagħhom, iżżid il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini billi tikkjarifika l-problemi li jseħħu, tistabbilixxi prijoritajiet u tiddeskrivi soluzzjonijiet sostenibbli flimkien maċ-ċittadini; |
|
P. |
billi l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 jipprovdi li, “Meta jqis is-sitwazzjoni territorjali speċifika, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fil-Ftehim ta' Sħubija tiegħu l-prinċipji għall-għażla taż-żoni urbani fejn azzjonijiet integrati għall-iżvilupp sostenibbli urban għandhom jiġu implimentati u l-allokazzjoni indikattiva għal dawk l-azzjonijiet fuq livell nazzjonali”; |
|
Q. |
billi l-inizjattiva RURBAN għal kooperazzjoni bejn iż-żoni rurali u dawk urbani tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali u l-ħolqien ta' sħubiji għall-iżvilupp; |
|
R. |
billi fil-livell tal-Unjoni Ewropea l-baġits għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni, u billi r-riżorsi allokati fil-qafas tal-ITI u s-CLLD jridu jintużaw b'mod effiċjenti, permezz tal-kisba tal-objettivi politiċi u l-prijoritajiet stabbiliti, u għandu jkollhom l-ogħla valur miżjud għall-objettiv mixtieq, u billi r-riżultati miksuba għandhom ikunu konsenjati bl-inqas spiża possibbli; |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Jinnota li l-involviment tal-atturi reġjonali u lokali sa mill-bidu nett, l-impenn u l-approprjazzjoni tal-istrateġiji ta' żvilupp territorjali u d-delega xierqa tar-responsabbiltajiet u r-riżorsi għal livelli iktar baxxi ta' teħid ta' deċiżjonijiet huma kruċjali għas-suċċess ta' approċċ minn isfel għal fuq; iqis li l-involviment tal-imsieħba jista' jsaħħaħ ukoll l-approċċ integrat u bbażat fuq il-post, b'mod partikolari meta l-adozzjoni tas-CLLD u l-ITI tkun baxxa; jisħaq, madankollu, li l-atturi lokali jeħtieġu appoġġ tekniku u finanzjarju mil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE, speċjalment fl-istadji bikrija tal-proċess ta' implimentazzjoni; |
|
2. |
Jitlob l-istabbiliment ta' strateġiji fl-istadji inizjali tal-proċess ta' implimentazzjoni b'kollaborazzjoni mal-atturi reġjonali u lokali, partikolarment fil-livell ta' taħriġ speċifiku u speċjalizzat, u ta' appoġġ tekniku u finanzjarju, fil-kuntest ta' sħubija effettiva bejn ir-reġjuni, l-Istati Membri u l-UE; |
|
3. |
Huwa tal-opinjoni li s-sottodelega tal-kompetenzi u r-riżorsi, fil-qafas tal-Fondi ESI, għandha tiġi promossa ulterjorment u li n-nuqqas ta' rieda tal-awtoritajiet ta' ġestjoni biex jagħmlu dan tista' tillimita l-potenzjal ta' dawn iż-żewġ strumenti; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu approċċ minn isfel għal fuq, li jagħti r-responsabilità lill-gruppi lokali; jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li tibqa' għalkollox fi ħdan il-kompetenzi tagħha, tipprovdi rakkomandazzjonijiet u linji gwida komprensivi lill-Istati Membri dwar kif jegħlbu n-nuqqas ta' fiduċja u l-ostakoli amministrattivi bejn il-livelli differenti ta' governanza relatati mal-implimentazzjoni tas-CLLD u l-ITI; |
|
4. |
Jenfasizza l-fatt li fil-livell lokali, it-tfassil ta' strateġiji innovattivi ta' kwalità għolja, integrati u multisettorjali jikkostitwixxi sfida, speċjalment meta dan irid isir b'mod parteċipattiv; |
|
5. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-azzjonijiet meħuda taħt dawn l-għodod, filwaqt li jqisu l-prijoritajiet tal-atturi lokali, jeħtieġ li jiġu allinjati mal-objettivi ġenerali tal-programmi operattivi kif ukoll ma' strateġiji għall-iżvilupp oħra tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali u strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, filwaqt li jippermettu marġni ta' flessibilità; |
|
6. |
Ifakkar li huma mhux biss il-programmi tal-UE li jeħtieġ li jkunu iktar flessibbli u integrati aħjar, iżda wkoll il-politiki integrati nazzjonali u reġjonali; jenfasizza li l-iżgurar ta' spirtu iktar ġenerali ta' riforma tal-governanza se jgħin biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE ma jiġux ikkunsinjati f'qafas 'parallel' mal-politiki nazzjonali u reġjonali, iżda pjuttost jiġu integrati fi spinta iktar wiesgħa biex jintlaħqu riżultati ekonomiċi sostenibbli; |
|
7. |
Iqis il-qgħad fost iż-żgħażagħ bħala l-iktar kwistjoni urġenti għall-Istati Membri, flimkien ma' nuqqas ta' finanzjament tal-SMEs; jisħaq li l-istrateġiji ta' żvilupp lokali u territorjali jridu jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu inċentivi fiskali u inċentivi oħra biex jiġu promossi l-impjiegi taż-żgħażagħ u l-mobilità intrareġjonali fost iż-żgħażagħ kif ukoll biex jipprijoritizzaw it-taħriġ vokazzjonali, fi sħubija ma' istituzzjonijiet ta' taħriġ; |
|
8. |
Jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu attenzjoni partikolari lil proġetti mmirati lejn l-adattament tal-lokalitajiet u r-reġjuni għar-realtà demografika ġdida u biex jiġu miġġielda l-iżbilanċi li jirriżultaw minnha, b'mod partikolari permezz ta': 1. l-adattament ta' infrastrutturi soċjali u ta' mobilità għall-bidla demografika u l-flussi migratorji; 2. il-ħolqien ta' prodotti u servizzi speċifiċi mmirati lejn il-popolazzjoni li qed tixjieħ; 3. appoġġ għal opportunitajiet ta' xogħol għal persuni ikbar fl-età, in-nisa u l-migranti li jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali; 4. titjib tal-konnessjonijiet diġitali u l-ħolqien ta' pjattaformi li jippermettu u jistimolaw il-parteċipazzjoni u l-interazzjoni taċ-ċittadini tal-iktar reġjuni iżolati mad-diversi servizzi amministrattivi, soċjali u politiċi tal-awtoritajiet fil-livelli kollha (lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej); |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ, taħriġ u gwida addizzjonali lil lokalitajiet li huma iżgħar u inqas żviluppati li għandhom riżorsi u kapaċità iktar limitati u li għalihom il-piż amministrattiv u l-kumplessità relatata ma' dawn l-għodod jistgħu jkunu diffiċli li jittrattawhom matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni; ifakkar li l-koeżjoni territorjali tibda minn isfel għal fuq u għandha tinvolvi wkoll entitajiet amministrattivi żgħar, mingħajr l-ebda esklużjoni jew diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal ITI u CLLD; jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika r-riżultati tal-aħjar prattiki f'kull Stat Membru u jissuġġerixxi li dawn jinqasmu permezz ta' netwerk onlajn li jippermetti li dawk l-entitajiet ikollhom opportunitajiet indaqs ta' aċċess ta' għal dawn l-għodod; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jipproponu soluzzjonijiet immirati lejn gruppi ta' entitajiet amministrattivi żgħar b'kont meħud tad-dimensjoni territorjali u ta' ħtiġijiet speċifiċi ta' żvilupp; |
|
10. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jfasslu strateġija sabiex ikabbru l-użu tas-CLLD u l-ITI permezz ta' approċċ ibbażat fuq diversi fondi għall-ħolqien ta' strateġiji ta' żvilupp reġjonali u lokali iktar effettiv, b'mod partikolari fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-flessibilità, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 33(6) tas-CPR, biex jirrispondu aħjar għall-ispeċifiċitajiet ta' dawn ir-reġjuni; iħeġġeġ miżuri speċifiċi biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku u għall-bini tal-kapaċità lil korpi amministrattivi f'dawn l-oqsma, fid-dawl tal-iżolament tagħhom u l-iżvantaġġ kompetittiv parzjali; |
|
11. |
Jisħaq li l-integrazzjoni ta' fondi multipli għadha sfida għall-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari fil-kuntest tas-CLLD u l-ITI; iqis li huma meħtieġa sforzi ta' simplifikazzjoni sabiex jinħolqu kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dawn l-għodod; jilqa', għaldaqstant, l-istabbiliment ta' Grupp ta' Livell Għoli ta' Esperti Indipendenti dwar is-Simplifikazzjoni tal-Monitoraġġ għall-Benefiċjarji tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-isforzi tal-Kummissjoni fil-qasam ta' Regolamentazzjoni Aħjar; jisħaq fuq il-bżonn li jinstab qafas Ewropew meta jsiru rakkomandazzjonijiet; |
|
12. |
Jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-prattiki ta' regolamentazzjoni żejda li bihom jinħolqu rekwiżiti u ostakoli addizzjonali, u spiss mhux meħtieġa, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; jinnota li jeżistu bosta saffi ta' awditjar li jżidu l-piż finanzjarju u amministrattiv għall-benefiċjarji; jinsisti li għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti amministrattivi u jenfasizza l-importanza tal-istabbiliment ta' kondizzjonijiet għall-investimenti u sħubijiet pubbliċi-privati; jirrakkomanda li l-attivitajiet ta' verifika jkunu simplifikati u li l-monitoraġġ ikun iffokat fuq il-proċess u fuq l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni, filwaqt li jinżamm kontroll effiċjenti; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet ta' taħriġ immirati lejn is-CLLD u l-ITI għal atturi reġjonali u lokali, u jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lil programmi ta' taħriġ immirati lejn benefiċjarji lokali; iqis kruċjali li jiġu żgurati l-involviment u r-rappreżentanza tas-setturi rilevanti kollha tas-soċjetà f'tali attivitajiet; jisħaq fuq l-importanza tal-użu effiċjenti u effettiv tal-assistenza teknika fl-appoġġ ta' dawn l-istrumenti, mingħajr irdoppjar tal-organizzazzjonijiet; |
|
14. |
Jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq ir-riżultati u fuq l-eżiti, li għandu wkoll jgħin lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali biex jitbiegħdu minn fokus eċċessiv fuq l-assorbiment tal-fondi u l-ikkatalogar tal-proċessi ta' implimentazzjoni u jersqu lejn l-identifikazzjoni ta' miri reali u sinifikanti li jwasslu għal bidla tanġibbli għan-negozji u r-residenti lokali tagħhom; |
|
15. |
Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' komunikazzjoni xierqa fost il-partijiet ikkonċernati differenti; jinkoraġġixxi l-inizjattivi maħsuba biex jiżdied l-iskambju ta' informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ittejjeb il-koordinazzjoni u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar is-CLLD u l-ITI; jinsisti li s-CLLD u l-ITI għandhom iżidu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-governanza lokali u reġjonali, permezz tal-involviment dirett fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, sabiex tiżdied ir-responsabilità għal deċiżjonijiet, u jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw metodi xierqa biex jiġu involuti ċ-ċittadini f'konsultazzjonijiet pubbliċi, billi jitħeġġeġ livell ogħla ta' deliberazzjoni u kultura ta' kollaborazzjoni; |
|
16. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni, fejn ikun xieraq, jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa sabiex jiġu evitati problemi bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni u sħubijiet individwali u biex jiżguraw ukoll li l-benefiċjarji potenzjali jiġu informati b'mod xieraq u jipu mħarsa fir-rigward ta' dawn il-mekkaniżmi; jinnota d-dewmien ikkawżat mis-soluzzjoni tat-tilwim wara kontestazzjonijiet u jinsisti fuq l-istabbiliment ta' sett ta' regoli speċifiċi li jistabbilixxu proċeduri għal kontestazzjonijiet u soluzzjoni rapida għal tilwim fl-akkwist pubbliku; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni, u b'mod partikolari lid-Direttorat Ġenerali tagħha għall-Politika Reġjonali u Urbana, jistabbilixxu qafas ta' kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) sabiex jibbenefikaw mill-esperjenza twila tagħha fit-twettiq tal-programm Żvilupp Ekonomiku u tal-Impjiegi Lokali (LEED), u jfittxu sinerġiji bejn l-għodod, b'mod speċjali fir-rigward tat-titjib tal-kapaċità tal-implimentazzjoni tal-atturi lokali; |
|
18. |
Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiġi estiż l-użu ta' strumenti ġodda fil-kuntest tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE); jenfasizza li ż-żoni ġirien mifruda bi fruntiera ta' spiss jiffaċċjaw sfidi simili li jistgħu jiġu ttrattati aħjar b'mod konġunt, fil-livell lokali; |
|
19. |
Jinsab imħasseb dwar ir-rati għoljin ta' qgħad f'bosta Stati Membri u reġjuni tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw dawn l-istrumenti fuq proġetti li joħolqu impjiegi ta' kwalità għolja u opportunitajiet għall-SMEs, jippromwovu l-investiment, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv u l-investiment soċjali u biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali, speċjalment f'dawk ir-reġjuni u s-sottoreġjuni fejn dan huwa meħtieġ l-aktar; jirrimarka f''dan ir-rigward l-importanza tal-finanzjament integrat, u speċjalment il-kombinazzjoni tal-FSE u l-FEŻR; jinnota l-potenzjal tal-investiment mill-ġdid ta' partijiet mit-taxxi lokali f'attivitajiet orjentati lejn il-prestazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ta' investiment speċjali, f'konformità mal-Pakkett ta' Investiment Soċjali, li jistgħu jibbenefikaw minnha r-reġjuni bl-ogħla rati ta' qgħad; |
|
20. |
Jenfasizza l-potenzjal ta' approċċ minn isfel għal fuq tas-CLLD għall-appoġġ ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali, il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg u għat-tħeġġiġ ta' żvilupp rurali sostenibbli; jemmen li l-ITI u s-CLLD għandhom il-potenzjal li jwieġbu direttament għall-ħtiġijiet u l-isfidi lokali b'mod iktar iffokat u xieraq, u jinsisti fuq il-ħtieġa għal inklużjoni aħjar taż-żoni urbani f'dan il-mekkaniżmu, u jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b'mod attiv din l-istrateġija; jinnota li l-ITI huwa mekkaniżmu effettiv li jagħti riżultati għall-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Integrati għar-Riġenerazzjoni u l-Iżvilupp Urban; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta regolamenti li jkopru l-finanzjament tas-CLLD u l-ITI mill-FSIE kollu kemm hu sabiex jissaħħu s-sinerġiji; |
|
21. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li, sabiex isir progress tanġibbli lejn il-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, trid tingħata attenzjoni akbar, fir-rieżami tal-istrateġija kif ukoll tal-QFP, lill-kuntesti reġjonali u lokali, u lill-karatteristiċi speċifiċi tal-oqsma kkonċernati; |
Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (CLLD)
|
22. |
Jilqa' l-ħolqien tal-istrument CLLD il-ġdid, li mar lil hinn mill-inizjattiva LEADER biex jawtonomizza lill-komunitajiet lokali u jipprovdi soluzzjonijiet lokali speċifiċi, mhux biss permezz tal-FAEŻR, iżda wkoll permezz tal-Fondi SIE l-oħra; |
|
23. |
Josserva li s-CLLD joffri possibilitajiet għal żoni urbani u periurbani, u għandu jkun parti integrali mill-istrateġiji għall-iżvilupp urban, inkluż permezz ta' kooperazzjoni transkonfinali; ifakkar li, sabiex jiġi żgurat li l-istrateġiji għall-iżvilupp territorjali jkunu kemm jista' jkun effettivi, l-iżvilupp ta' żoni urbani għandu jkun sostenibbli u konsistenti mal-iżvilupp taż-żoni ta' madwaru, periurbani u rurali; |
|
24. |
Jiddispjaċih li f'numru ta' Stati Membri s-CLLD se jiġi introdott permezz ta' approċċ ta' fond wieħed li jista' jwassal għal opportunitajiet mitlufa fil-ħolqien ta' strateġiji ta' żvilupp lokali iktar effettivi; ifakkar fl-importanza ta' approċċ integrat u l-ħtieġa li jiġu involuti kemm jista' jkun partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili lokali; |
|
25. |
Jilqa' t-twaqqif tal-Grupp ta' Ħidma Orizzontali dwar is-Sħubija, stabbilit bis-saħħa ta' DĠ REGIO; |
|
26. |
Jitlob li jkun hemm aderenza konsistenti mal-Kodiċi ta' Kondotta dwar is-Sħubija, b'mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fl-implimentazzjoni ITI u CLLD; |
|
27. |
Iħeġġeġ it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, is-sensibilizzazzjoni fost is-sħab soċjali u ekonomiċi, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili, u l-parteċipazzjoni attiva ta' dawk il-partijiet sabiex l-ikbar numru possibbli ta' sħab ikunu jistgħu jipproponu strateġiji tas-CLLD, qabel l-iskadenza għall-proposti (il-31 ta' Diċembru 2017); |
|
28. |
Huwa preokkupat li f'xi Stati Membri xi drabi s-CLLD huwa sempliċiment eżerċizzju ta' “mmarkar tal-kaxxi” minflok approċċ ġenwin minn isfel għal fuq; jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-atturi lokali għandu jkollhom setgħat veri ta' teħid ta' deċiżjonijiet; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jinkoraġġixxu l-qsim tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-GALs, abbażi ta' strateġija ta' informazzjoni fil-livell Ewropew rigward il-proġetti tagħhom ta' suċċess filwaqt li jużaw strumenti u pjattaformi eżistenti bħal TAIEX REGIO PEER 2 PEER, URBACT, u n-Netwerk għall-Iżvilupp Urban; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaddnu l-inizjattivi CLLD u jipprovdu iktar flessibilità fil-programmi operazzjonali u fil-kuntesti reġjonali, nazzjonali u l-oqfsa ta' politika tal-UE, sabiex ikunu jistgħu jikkunsidraw aħjar il-prijoritajiet tal-istrateġiji CLLD; jirrikonoxxi s-suċċess tal-LAGs fil-ġestjoni tal-proġetti u jitlob li jkun hemm finanzjament iktar komprensiv u li jiġi kkunsidrat li l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom jiġi estiż; jiddispjaċih dwar il-fatt li f'xi Stati Membri s-CLLD huwa ristrett mill-awtoritajiet nazzjonali għal għan politiku speċifiku wieħed biss; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar il-finanzjament tas-CLLD permezz ta' approċċ ibbażat fuq diversi fondi, kif ukoll bit-tħeġġiġ tal-użu ta' strumenti ta' finanzjament; |
|
31. |
Ifakkar li r-Regolament tal-FSE jippermetti prijorità tal-investiment speċifika dwar “strateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità” skont l-Objettiv Tematiku 9 u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu dan fil-programmi operattivi tagħhom; jirrimarka li l-fond jista' jipprovdi appoġġ vitali għall-patti territorjali tal-impjiegi, l-istrateġiji tal-iżvilupp urban u l-bini tal-kapaċità istituzzjonali fil-livell lokali u reġjonali u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi għajnuna addizzjonali lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet ta' investiment speċifiċi u biex fir-Rapporti tal-Attività Annwali tagħha tipprovdi informazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tuża r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sabiex tindirizza d-diffikultajiet li diġà ġew identifikati fl-applikazzjoni tal-istrumenti u biex issib soluzzjonijiet sostenibbli; |
|
32. |
Jemmen li għodda bħall-ibbaġitjar parteċipattiv għandhom jiġu inklużi fl-istrateġija CLLD, billi huwa eżerċizzju demokratiku li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiżdied l-involviment tal-imsieħba soċjali u ekonomiċi sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali fil-livell lokali u tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku; |
|
33. |
Jenfasizza l-importanza fundamentali ta' approċċ non-diskriminatorju u trasparenti u li jiġu minimizzati l-kunflitti ta' interess potenzjali fl-interazzjonijiet bejn l-individwi fis-setturi pubbliċi u privati, biex jiġi żgurat il-bilanċ bejn l-effettività, is-simplifikazzjoni u t-trasparenza; jilqa', barra minn hekk, il-parteċipazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' sħab fil-GAL; iqis xierqa d-dispożizzjoni li skontha la l-awtoritajiet pubbliċi u lanqas kwalunkwe grupp ta' interess uniku ma jista' jkollhom iktar minn 49 % tad-drittijiet ta' vot f'LAGs, skont il-qafas leġiżlattiv attwali, li jagħmilha possibbli li jingħata kontribut sabiex jitbiegħdu minn approċċ amministrattiv lejn approċċ orjentat lejn ir-riżultati u innovattiv; jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib u tivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, inklużi ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet, u biex tipprovdi assistenza mmirata teknika u għall-bini tal-kapaċitajiet; |
Investiment Territorjali Integrat (ITI)
|
34. |
Jinnota li fl-implimentazzjoni tal-ITI huma possibbli approċċi ta' governanza diversi; iqis kruċjali, madankollu, li s-sħab lokali jaqdu r-rwol tagħhom bħala atturi ewlenin fit-tħejjija tal-istrateġija ta' żvilupp territorjali tal-ITI, u jkunu wkoll involuti bis-sħiħ fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-responsabilitajiet tal-awditjar tagħha, u b'hekk jgħinu jiżguraw approprjazzjoni lokali ġenwina tal-interventi tal-ITI; |
|
35. |
Jisħaq li l-ITI m'għandux ikun ristrett għal żoni urbani biss, imma jista' jkopri żoni ġeografiċi bħall-inħawi urbani, iż-żoni metropolitani, urbani u rurali, subreġjonali jew transkonfinali; jisħaq li l-ITI jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex iqis il-ħtiġijiet territorjali speċifiċi billi jiddetermina b'iktar flessibilità l-portata territorjali tiegħu, biex b'hekk isegwi approċċ ibbażat fuq il-post; iqis li l-ITI jipprevedi wkoll struttura xierqa biex tittratta territorji b'aċċess limitat għas-servizzi, u komunitajiet iżolati u żvantaġġati; jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jottimizzaw ir-riżorsi umani u tekniċi u jagħmlu użu akbar tal-ITIs fil-qasam tal-kooperazzjoni transkonfinali; |
|
36. |
Jenfasizza li l-involviment bikri u delega ikbar ta' responsabilitajiet lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati, inkluża s-soċjetà ċivili, fl-istrateġija ta' żvilupp territorjali, minn isfel 'il fuq, huma deċiżivi għal approprjazzjoni futura, parteċipazzjoni u suċċess tal-istrateġija territorjali integrata se tiġi implimentata fil-livelli lokali u intersettorjali; jinsisti li l-kapaċità ta' sfruttar tal-potenzjal proprju għall-iżvilupp għandha tiżdied, b'konformità mal-karatteristiċi lokali; |
|
37. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħżlu approċċ ta' fondi multipli għall-ITIs sabiex jiksbu sinerġiji bejn il-fondi f'territorju partikolari u jindirizzaw l-isfidi b'mod iktar komprensiv; jenfasizza li l-bini tal-kapaċità mmirat huwa neċessarju sabiex jiffaċilita l-ġbir ta' fondi minn sorsi differenti; |
|
38. |
Jenfasizza li d-deċiżjoni tardiva fuq livell nazzjonali biex jintuża l-istrument tal-ITI ġiet identifikata bħala ostaklu ewlieni fit-tfassil ta' strateġija territorjali xierqa, il-ħolqien ta' struttura ta' koordinazzjoni, id-determinazzjoni tal-baġit u t-tħejjija tal-bażi legali nazzjonali għal ITI; |
|
39. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni flimkien mal-Grupp ta' Esperti dwar il-Kwistjonijiet ta' Koeżjoni Territorjali u Urbani (TCUM), fit-tħejjija tax-xenarji tal-ITI; jaqbel mal-fehma li tali gwida għandha toħroġ iktar kmieni matul il-proċess tal-ipprogrammar; iqis meħtieġ l-aġġornament tal-gwida b'eżempji reali u tagħlimiet meħuda mill-ITIs ladarba jiġu implimentati; |
|
40. |
Jitlob lill-Kummissjoni tqis ir-riżultati ta' stħarriġ tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-2015, b'użu iktar effiċjenti tal-għodda tal-IT u l-ħolqien ta' inqas burokrazija, l-introduzzjoni ta' regoli iktar flessibbli għal pajjiżi/reġjuni b'allokazzjonijiet żgħar ħafna, it-titjib tal-mekkaniżmi ta' kofinanzjament fl-Istati Membri u l-provvista ta' iktar taħriġ għal dawk responsabbli mill-ġestjoni u l-assorbiment tal-fondi, inklużi il-politikanti eletti; |
Rakkomandazzjonijiet futuri
|
41. |
Huwa tal-opinjoni li s-CLLD u l-ITI għandu jkollhom rwol saħansitra iktar importanti fil-politika ta' koeżjoni futura; jistieden lill-Kummissjoni tħejji rapport li juri l-punti sodi, oħrajn dgħajfa, l-opportunitajiet u t-theddid (analiżi SWOT) tal-implimentazzjoni ta' dawn iż-żewġ strumenti, qabel il-proposta leġiżlattiva l-ġdida, dwar xenarji possibbli għal wara l-2020 relatati ma' dawn l-istrumenti; |
|
42. |
Jitlob li r-rapport imsemmi hawn fuq janalizza l-impatt u l-effettività tas-CLLD u l-ITI u jekk huwiex xieraq approċċ obbligatorju bħala parti mil-leġiżlazzjoni dwar il-politika ta' koeżjoni għal wara l-2020, li jipprovdi għall-assenjazzjoni ta' dawn l-istrumenti fi programmi operattivi; jipproponi li jiġi evalwat it-tfassil ta' inċentivi konkreti biex iħeġġu lill-Istati Membri jimplimentaw is-CLLD u l-ITI, flimkien ma' mezzi potenzjali biex jiżguraw iktar koerenza bejn il-programmi operattivi u s-CLLD u l-ITI; jenfasizza li din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq sett rilevanti ta' indikaturi li jirriflettu kemm elementi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi; |
|
43. |
Jitlob li l-approċċ minn isfel għal fuq fil-kuntest tal-ITI jiġi formalizzat fil-ġenerazzjoni li jmiss tal-politika ta' koeżjoni matul il-programmazzjoni kif ukoll matul il-fażi ta' implimentazzjoni; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, permezz ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali kompetenti, tissorvelja l-użu tal-fondi tal-ITI, li huma kwantitattivament importanti iktar minn qabel minħabba l-amalgamazzjoni tagħhom; jenfasizza li dan huwa importanti biex titnaqqas il-possibilità ta' korruzzjoni fl-Istati Membri; |
|
45. |
Itenni l-ħtieġa ta' approċċ doppju, b'mod partikolari fil-provvediment ta' gwida, minn naħa, għall-Istati Membri li għandhom biss programmi operattivi nazzjonali u, min-naħa l-oħra, għal dawk li għandhom ukoll programmi operazzjonali reġjonali; |
|
46. |
Jinsisti fuq koordinazzjoni mtejba bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni fir-rigward tal-gwida għal dawn l-għodod; jirrakkomanda li tiġi żviluppata gwida flimkien mal-proposta dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni ta' wara l-2020, b'aġġornament sussegwenti; jenfasizza li dan kieku jippermetti t-twassil f'waqtu ta' dokumenti ta' gwida, iżid iċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha u jipprovdi wkoll kjarifiki dwar kif id-dispożizzjonijiet proposti ser jiġu implimentati fil-prattika; |
o
o o
|
47. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti reġjonali u nazzjonali. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(4) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.
(6) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 18.
(7) ĠU C 313, 22.9.2015, p. 31.
(8) ĠU C 230, 14.7.2015, p. 1.
(9) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 9.
(10) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 6.
(11) Testi adottati, P7_TA(2014)0015.
(12) Testi adottati, P8_TA(2015)0419.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/11 |
P8_TA(2016)0213
Il-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni muntanjużi tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar il-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni muntanjużi tal-UE (2015/2279(INI))
(2018/C 076/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Titolu III tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar, b'mod partikolari, l-agrikoltura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) (minn hawn 'il quddiem 'ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni'), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta' tali raggruppamenti (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar 'Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti' (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni muntanjużi, tal-gżejjer u ta' żoni li fihom ma tantx jgħixu nies (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar iż-żamma tal-produzzjoni tal-ħalib f'żoni muntanjużi, żoni żvantaġġati u r-reġjuni l-iktar imbiegħda wara li tiskadi l-kwota tal-ħalib (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 dwar strateġija makro-reġjonali għall-Alpi (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Alpi (COM(2015)0366) kif ukoll il-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta’ Diċembru 2014 bl-isem 'Strateġija makroreġjonali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Alpi' (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2010 dwar Strateġija Ewropea għar-reġjun tad-Danubju (17), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' April 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju (COM(2013)0181), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju' (COM(2010)0715) u l-pjan ta' azzjoni indikattiv li jakkumpanja l-istrateġija (SEC(2010)1489), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar 'il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju' (18), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Marzu 2011 dwar “Strateġija għar-Reġjun tad-Danubju” (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2013)0468) u l-konklużjonijet relevanti tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Sitt Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali (COM(2014)0473), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Alpina, inklużi l-Protokolli tal-Konvenzjoni Alpina, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mfassal mill-Euromontana fit-28 ta' Frar 2013 bl-isem 'Lejn il-Muntanji għall-2020: L-ewwel pass – Nikkapitalizzaw fuq il-ħidma tal-Euromontana biex nispiraw l-ipprogrammar', |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni, Żvilupp Reġjonali) ta' Frar 2016 bl-isem 'Riċerka għall-Kumitat REGI – Il-Koeżjoni fir-reġjuni muntanjużi tal-UE', |
|
— |
wara li kkunsidra l-proġett Women-Alpnet fil-programm tal-Interreg L-Ispazju tal-Alpi 2001–2006: Netwerk ta' istituzzjonijiet lokali u ċentri ta' riżorsi għan-nisa: Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ispazju tal-Alpi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8–0074/2016), |
|
A. |
billi r-reġjuni muntanjużi jirrappreżentaw ammont sinifikanti ta' territorju tal-UE (madwar 30 %), u billi l-UE fl-intier tagħha tiddependi fuq is-servizzi tal-ekosistemi tagħhom; |
|
B. |
billi m'hemm l-ebda definizzjoni espliċita ta' reġjuni muntanjużi fil-politika reġjonali tal-UE, u billi d-definizzjoni użata fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) mhix xierqa għall-politika ta' koeżjoni u, kif inhi, ma tistax tintuża għal ġestjoni effikaċji ta' din il-politika; |
|
C. |
billi dawn ir-reġjuni huma strutturalment żvantaġġati minħabba l-kundizzjonijiet estremi u l-bgħid tagħhom, sal-punt li ħafna reġjuni muntanjużi qed jiffaċċjaw depopolazzjoni u tixjiħ tal-popolazzjoni, żewġ elementi li jistgħu jħarrbtu ċ-ċiklu naturali tal-ġenerazzjonijiet u jwasslu għal tnaqqis fl-istandards soċjali u l-kwalità tal-ħajja; billi dan spiss iwassal għal żieda fil-qgħad, esklużjoni soċjali u migrazzjoni urbana; |
|
D. |
billi r-reġjuni muntanjużi joffru għadd ta' opportunitajiet biex jintlaħqu l-miri tal-UE – dwar l-impjiegi, il-koeżjoni u l-protezzjoni tal-ambjent – permezz tal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tagħhom; |
|
E. |
billi jeżistu differenzi konsiderevoli bejn ir-reġjuni muntanjużi u, għalhekk, huma meħtieġa l-koordinazzjoni tal-politiki u tas-setturi, kemm bejn reġjuni muntanjużi differenti (orizzontalment), kif ukoll f'reġjuni muntanjużi individwali (vertikalment); |
|
F. |
billi l-appoġġ għar-reġjuni muntanjużi minn strumenti differenti tal-UE, bħalma huma l-FAEŻR u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE), għandu jkun kumplementari, bil-għan li jinħolqu sinerġiji li jagħmluha possibbli li jinkiseb żvilupp aħjar u iktar inklużiv; |
|
G. |
billi r-reġjuni muntanjużi għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli tal-Istati Membri u jipprovdu diversi servizzi ekosistemiċi; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha impatt sinifikanti fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa; billi l-kooperazzjoni transkonfinali fir-reġjuni muntanjużi tirrappreżenta mod sostenibbli biex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dawn ir-reġjuni; |
|
H. |
billi, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom, speċjalment l-abbundanza u l-varjetà tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u d-dipendenza tagħhom fuq l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-enerġija, ir-reġjuni muntanjużi jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni b'mod ġenerali; |
|
I. |
billi ż-żoni muntanjużi jagħtu kontribut pożittiv għall-iżvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ekosistemi reġjonali u tal-bijodiversità; billi partijiet kbar ta' żoni muntanjużi huma protetti fin-netwerk ekoloġiku Natura 2000 u taħt tipi oħra ta' arranġamenti ta' konservazzjoni tan-natura, fatt li, minn naħa, jillimita l-attività ekonomika, iżda min-naħa l-oħra jgħin ukoll biex jissaħħu forom aktar sostenibbli ta' biedja u biex il-biedja tintrabat iktar mill-qrib ma' attivitajiet ekonomiċi oħra; billi l-attivitajiet agrikoli u l-ġestjoni tal-art fiż-żoni muntanjużi huma ferm importanti għall-istabilità idroġeoloġika ta' dawk iż-żoni; |
|
J. |
billi r-reġjuni muntanjużi jiffaċċjaw sfidi serji – fir-rigward tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, it-tibdil fil-klima, it-trasport u l-kwistjonijiet demografiċi – li jridu jiġu indirizzati permezz tal-istabbiliment ta' konnessjonijiet adegwati maż-żoni urbani u tal-pjanura, u billi jiġi garantit aċċess għas-servizzi diġitali; |
|
K. |
billi ż-żoni muntanjużi b'ekosistemi konservati, u s-servizzi tagħhom, jistgħu jipprovdu bażi għal bosta attivitajiet ekonomiċi, b'enfasi fuq il-biedja, il-forestrija, it-turiżmu u l-enerġija, filwaqt li jitqiesu l-wirt kulturali u naturali ta' dawn iż-żoni u d-diversifikazzjoni tal-irziezet; billi dawn jistgħu jiġu promossi permezz ta' azzjonijiet koordinati u/jew kooperazzjoni transkonfinali u billi ż-żoni muntanjużi jippreservaw kundizzjonijiet uniċi u l-għerf tradizzjonali u joffru potenzjal kbir għall-bidla lejn sistemi agrikoli ta' kwalità; |
|
L. |
billi l-glaċieri huma karatteristiċi tal-muntanji Ewropej u għandhom rwol vitali kemm fl-ekosistemi kif ukoll fis-sistemi tal-ilma tal-muntanji, billi l-irtirar tagħhom f'termini ta' massa u tul sa minn nofs is-seklu 19 laħaq livelli allarmanti, u billi ħafna glaċieri fl-Ewropa diġà sparixxew jew huma fil-periklu li jisparixxu sal-2050; |
|
M. |
billi l-ispejjeż żejda marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi u topografiċi, id-distanza minn ċentri ekonomiċi u l-iżolament huma ta' piż kbir fuq l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali taż-żoni muntanjużi; billi n-nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti, inkluża l-kopertura tal-broadband, u ta' investiment f'żoni muntanjużi jikkontribwixxi għat-twessigħ tad-distakk bejn dawn ir-reġjuni u reġjuni oħra; billi anke l-isforzi biex tinżamm il-produzzjoni ekonomika agrikola fiż-żoni muntanjużi tal-UE jeħtieġ li jissaħħu permezz ta' aċċessibilità u infrastruttura fiżiċi u diġitali, kif ukoll permezz ta' aċċess għal servizzi pubbliċi u servizzi ta' interess ġenerali, bħal pereżempju l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, il-kura tas-saħħa, it-trasport u s-servizzi postali, għall-abitanti ta' dawn ir-reġjuni; |
|
N. |
billi hemm tipi differenti ta' reġjuni muntanjużi fl-Ewropa li huma konnessi minħabba l-fatt li jikkondividu sfidi fundamentali, bħal aċċessibilità batuta, ftit opportunitajiet ta' impjieg, popolazzjoni li qed tixjieħ, nuqqas ta' konnettività, l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-intensifikazzjoni tal-attività produttiva umana; billi jridu jittieħdu passi attivi biex jiġu indirizzati dawn l-aspetti; |
|
O. |
billi, fil-kuntest tal-volatilità tas-swieq u tal-prezzijiet, iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, iż-żieda fil-kompetizzjoni, it-tmiem tal-kwoti tal-ħalib u l-isfidi ambjentali, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-produzzjoni tal-ikel u r-rwol multifunzjonali tal-agrikoltura sabiex jinżamm il-valur miżjud fiż-żoni muntanjużi, jiġi xprunat l-impjieg sostenibbli u jitħalla aċċess għal sorsi oħra ta' dħul; |
|
P. |
billi r-reġjuni muntanjużi li huma parti mill-fruntieri esterni tal-UE jiffaċċjaw diffikultajiet addizzjonali u jintlaqtu aktar mix-xejriet negattivi komuni għar-reġjuni muntanjużi kollha; |
|
Q. |
billi fl-Ewropa hemm ringieli ta' muntanji li jestendu f'diversi Stati Membri u wkoll fi stati mhux membri bħall-muntanji tal-Karpazji, li, wara l-aħħar tkabbir tal-UE, saru l-fruntiera tal-Lvant tal-UE u llum huma żona ġeopolitika estremament importanti fejn jiltaqgħu interessi politiċi strateġiċi ta' importanza kbira fir-rigward tal-istabilità tal-Unjoni; |
|
R. |
billi ħafna reġjuni muntanjużi m'għandhomx infrastruttura bażika, servizzi pubbliċi u aċċess kontinwu għal servizzi ta' interess ġenerali, speċjalment fiż-żoni ta' attività staġjonali; |
|
S. |
billi l-agrikoltura tal-muntanji hija importanti għall-identità u l-kultura tar-reġjuni muntanjużi u tkompli tikkontribwixxi għall-impjiegi u għal setturi speċifiċi tal-ekonomija f'dawk ir-reġjuni, bħalma huma, r-riżorsi forestali u t-turiżmu, b'kont meħud tal-fatt li d-diversifikazzjoni ulterjuri tal-ekonomiji u l-impjiegi tagħhom hija kontinwa u li dawn għandhom rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari; |
|
T. |
billi xi wħud mir-reġjuni ultraperiferiċi huma wkoll reġjuni muntanjużi ta' orġini vulkanika (vulkani attivi jew inattivi, iġbla ta' muntanji vulkaniċi jew ktajjen ta' vulkani, u gżejjer vulkaniċi) b'partijiet kemm taħt kif ukoll fuq l-ilma, u billi dawn jiffaċċjaw diffikultajiet ikkawżati mit-topoloġija tat-territorju tagħhom; |
|
U. |
billi n-nisa li jgħixu f'reġjuni muntanjużi, speċjalment f'reġjuni żvantaġġati, ta' spiss jiffaċċjaw problemi li jikkonċernaw l-aċċess tagħhom għal livelli ogħla ta' edukazzjoni u opportunitajiet ta' xogħol deċenti; |
|
V. |
billi trid tinstab risposta għad-diversi sfidi li jinħolqu mid-depopolazzjoni, l-impatt tat-tibdil fil-klima, in-nuqqas ta' disponibilità tal-art agrikola, l-abbandun tar-raba' u t-tkabbir assoċjat ta' arbuxelli u siġar, u l-ħtieġa li jiġu ppreservati l-mergħat tal-muntanji; |
|
W. |
billi t-trobbija tal-annimali (produzzjoni estensiva tal-laħam u tal-ħalib) għandha rwol sinifikanti fiż-żoni muntanjużi ta' ħafna pajjiżi tal-UE; billi l-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq u l-iżvantaġġi serji tal-ispejjeż għandhom impatt qawwi fuq l-irziezet żgħar f'dawk ir-reġjuni; |
|
X. |
billi l-Artikolu 174(3) tat-TFUE espressament isemmi li għandha tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni muntanjużi, fost affarijiet oħra; billi hemm għadd ta' politiki, programmi u strateġiji tal-UE li għandhom effett indirett fuq ir-reġjuni muntanjużi; |
Approċċ koordinat u kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni tibda l-proċess tal-ħolqien ta' definizzjoni operattiva għar-reġjuni muntanjużi funzjonali fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni, li tikkumplimenta d-definizzjoni ta' żoni muntanjużi kif użata fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, bil-għan li titjieb il-koordinazzjoni tal-politiki u l-miżuri kkonċernati; iqis li definizzjoni bħal din għandha tkun wiesgħa u inklużiva, b'kont meħud ta' fatturi differenti bħall-altitudni, l-aċċessibilità u ż-żerżieq tal-art; Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi definizzjoni komprensiva li tkopri wkoll ir-reġjuni vulkaniċi fil-gżejjer u fir-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll żoni li, filwaqt li mhumiex muntanjużi, huma fil-biċċa l-kbira tagħhom integrati ma' żoni muntanjużi; jirrimarka, f'dan il-kuntest, l-idea riflessa fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi (EUSALP) li ż-żoni mhux muntanjużi jiddaħħlu fl-istrateġija bħala inizjattiva tajba; |
|
2. |
Iqis li l-politiki tal-UE għandu jkollhom approċċ speċifiku għar-reġjuni muntanjużi, peress li dawn għandhom żvantaġġi strutturali ċari; dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ addizzjonali biex jegħlbu l-isfidi tat-tibdil fil-klima, biex ikunu kapaċi jipprovdu impjiegi tul is-sena kollha, mhux biss impjieg staġjonali, żvilupp ekonomiku, prevenzjoni u ġestjoni tad-diżastri naturali u protezzjoni tal-ambjent, u biex jgħinu biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli; iqis, għaldaqstant, li r-reġjuni muntanjużi għandhom jiġu integrati f'kull aspett tal-politiki tal-UE, inkluża l-politika ta' koeżjoni, billi tiddaħħal valutazzjoni tal-impatt territorjali; |
|
3. |
Jirrikonoxxi li l-UE m'għandhiex politika speċifika għar-reġjuni muntanjużi, u jirrimarka li dawk il-politiki, il-programmi u l-istrateġiji diġà eżistenti li effettivement għandhom effett indirett fuq tali żoni jipprovdu raġunijiet għal 'Aġenda għar-reġjuni muntanjużi tal-UE', li għandha tirrappreżenta l-bażi għal strateġija tal-UE mmirata lejn l-ilħiq tal-iżvilupp tar-reġjuni muntanjużi u taż-żoni li jiddependu fuqhom għat-terminu twil ta' żmien; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni taħdem fuq 'Aġenda għar-Reġjuni Muntanjużi tal-UE', li għandha tkun qafas li jikkontribwixxi għall-politiki transnazzjonali, transkonfinali u interreġjonali; jemmen li din l-aġenda futura għandha tidentifika l-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' dawn ir-reġjuni, sabiex il-politiki settorjali jkunu jistgħu jiġu aġġustati b'mod aħjar u sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' finanzjament permezz tal-fondi tal-UE, u sabiex ikunu jistgħu jinkisbu politiki sostenibbli għall-inklużjoni għat-terminu twil; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta' dan il-programm, tistabbilixxi programm speċifiku u fid-dettall biex jiġu protetti l-glaċieri Ewropew li huwa mistenni li jisparixxu sal-2050; |
|
6. |
Jitlob li jiżdiedu s-sinerġiji permess tal-koordinazzjoni tal-politiki, l-istrateġiji u l-programmi tal-UE li għandhom effett indirett fuq ir-reġjuni muntanjużi, bħal Orizzont 2020, COSME, LIFE, Natura 2000, l-Istrateġija tal-Broadband tal-UE, l-Istrateġija ta' Adattament għat-Tibdil fil-Klima tal-UE, il-Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, il-Fondi SIE u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jistieden lill-Kummissjoni tqis l-applikazzjoni speċifika u l-funzjonament ta' dawn il-programmi għar-reġjuni muntanjużi; |
|
7. |
Jenfasizza l-importanza li jinkisbu sinerġiji bejn il-politiki, l-istrumenti u s-setturi, ħaġa li teħtieġ li jiġi applikat approċċ integrat; jenfasizza l-esperjenza siewja ħafna miksuba fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina, li tirrikonċilja l-interessi ekonomiċi, soċjali u ambjentali; |
|
8. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-iskarsezza ta' art li tista' tintuża fir-reġjuni muntanjużi, li hija kawża potenzjali ta' kunflitti li jirriżultaw minn interessi diverġenti jew li jikkoinċidu dwar il-klassifikazzjoni u l-użu tal-art; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jiżviluppaw u japplikaw għodod ta' ppjanar tat-territorju li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika fl-iżvilupp territorjali; iqis li l-Protokoll dwar ippjanar tat-territorju u żvilupp sostenibbli tal-Konvenzjoni Alpina huwa eżempju importanti fuqhiex wieħed għandu jikkapitalizza iktar; |
|
9. |
Jistieden lill-parks naturali li jappartjenu għall-Istati Membri li jikkondividu fruntiera ma' Stat ieħor wieħed jew iktar biex ifasslu approċċi konġunti għall-ġestjoni, l-iżvilupp u l-protezzjoni ta' dawk il-parks naturali; |
|
10. |
Jinnota li r-riformi reċenti tal-politika agrikola komuni (PAK) u tal-politika reġjonali jippermettu li l-ġestjoni tal-finanzjamenti Ewropej ta' koeżjoni ssir fil-livell reġjonali; |
|
11. |
Jitlob li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jikkunsidraw li jżidu l-allokazzjonijiet tal-Fondi SIE fil-livell nazzjonali biex jappoġġjaw iż-żoni muntanjużi mhux żviluppati, bl-użu ta' approċċ ta' politika multisettorjali, meta jkun possibbli; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-investiment fiż-żoni muntanjużi billi jiffavorixxu l-finanzjament tal-programmi operattivi għal tali żoni; |
|
12. |
Jenfasizza li d-dimensjoni territorjali tal-politika ta' koeżjoni għandha tingħata prijorità, permezz ta' inizjattivi mmirati għall-iżvilupp territorjali u appoġġ addizzjonali għall-kooperazzjoni territorjali fil-livell Ewropew; |
|
13. |
Jenfasizza li skont ir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom il-possibilità li joħolqu sottoprogrammi tematiċi li jiffukaw fuq il-ħtiġijiet taż-żoni muntanjużi, li huma eliġibbli għal rati ta' appoġġ ogħla għall-finanzjament pubbliku; jinkoraġġihom jagħmlu użu minn dawn l-opportunitajiet; jinnota li sal-lum l-ebda awtorità kompetenti ma għażlet li tagħmel hekk; iqis madankollu li dan ma jfissirx neċessarjament li ebda għajnuna speċifika ma nħasbet għal dawn ir-reġjuni; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu minn għodda bħalma huma l-istrumenti Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) b'appoġġ għall-iżvilupp taż-żoni muntanjużi, bil-għan li jappoġġjaw il-potenzjal u l-objettivi ta' żvilupp speċifiċi tagħhom; jinkoraġġixxi l-appoġġ għall-gruppi ta' azzjoni lokali (GAL) għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, sabiex jitrawwmu netwerks transnazzjonali u metodi kooperattivi ta' ħidma; |
|
15. |
Jenfasizza l-potenzjal u l-importanza tal-iżvilupp eżistenti u dak futur tal-istrateġiji makroreġjonali għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni muntanjużi tal-UE b'dimensjoni b'saħħitha ta' kooperazzjoni transkonfinali, meta applikabbli; jitlob li tiġi kkunsidrata l-esperjenza fl-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE; |
|
16. |
Jilqa' l-inizjattivi attwali mmirati lejn il-Muntanji Karpazji fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju u l-progress li sar fl-Istrateġija makroreġjonali tal-UE għall-Alpi; jinnota li din tal-aħħar hija eżempju tajjeb ta' approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, b'kunsiderazzjoni taż-żoni u r-reġjuni muntanjużi u reġjuni integrati magħhom; |
|
17. |
Jemmen li l-istrument tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea joffri opportunità eċċellenti biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u l-għarfien fost ir-reġjuni muntanjużi, li ħafna drabi jkunu lokalizzati fil-fruntieri nazzjonali, u jitlob li jkun hemm dimensjoni speċifika għall-muntanji fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tal-futur; jilqa' inizjattivi, bħall-'Politiki kontra t-tnaqqis fil-popolazzjoni fiż-żoni muntanjużi' (PADIMA), li huma mmirati lejn l-indirizzar tal-problemi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni muntanjużi; Jenfasizza l-importanza tal-programmi INTERREG u ta' inizjattivi oħra ta' kooperazzjoni, bħar-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT) u Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku (GEIE), fl-iżvilupp ta' żoni u meded ta' muntanji komuni b'mod konġunt u koordinat fir-reġjuni li fihom żoni muntanjużi transkonfinali; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni li jkun fiha 'Aġenda għar-reġjuni muntanjużi tal-UE' u, sussegwentement, white paper dwar l-iżvilupp tar-reġjuni muntanjużi, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u bl-involviment tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, u atturi rilevanti oħra, inklużi sħab ekonomiċi u soċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; |
|
19. |
Jinsisti li l-Kummissjoni u l-partijiet interessati l-oħra jagħmlu valutazzjoni bir-reqqa u regolari tal-kundizzjoni tar-reġjuni muntanjużi fl-UE, u janalizzaw id-data, bħalma huma r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tal-politika ta' koeżjoni u l-indikaturi dwar il-bidliet fil-kwalità tal-ħajja u d-demografija, bil-għan li l-fondi u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE jiġu ffokati b'mod korrett; |
|
20. |
Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed ikun jista' joqgħod fuq data statistika diżaggregata u affidabbli li fuqha jkunu jistgħu jiġu bbażati inizjattivi ta' politika; |
|
21. |
Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni ma' stati Ewropej mhux membri, u ma' gvernijiet reġjonali u lokali, dwar l-implimentazzjoni ta' politika għar-reġjuni muntanjużi; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu ta' strumenti finanzjarji fir-reġjuni muntanjużi sabiex jinkisbu riżultati konkreti; |
|
23. |
Jilqa' d-dibattitu li għaddej bħalissa dwar is-simplifikazzjoni tal-politika ta' koeżjoni; jittama li qafas eħfef, u d-disponibilità ta' strumenti li jkunu iktar faċli li l-partijiet interessati u l-benefiċjarji jużawhom, jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-reġjuni muntanjużi tal-UE; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali għas-simplifikazzjoni u għall-isforzi biex jiġu ffaċilitati l-investimenti fir-reġjuni muntanjużi; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Sena Ewropea tal-Gżejjer u l-Muntanji; |
Impjiegi u tkabbir ekonomiku fir-reġjuni muntanjużi
|
25. |
Jinnota li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fir-reġjuni muntanjużi jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji minħabba n-nuqqas ta' aċċessibilità, infrastruttura, konnettività u riżorsi umani; Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-iżvilupp tal-SMEs fir-reġjuni muntanjużi, b'mod partikolari fiż-żoni milquta minn diżastri naturali u aggravati mill-klima, u konsegwentement iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-investiment fl-infrastruttura u s-servizzi fiż-żoni muntanjużi; jitlob li jkun hemm sinerġiji bejn il-Fondi SIE u l-programmi u l-inizjattivi ssussidjati l-oħra tal-UE biex jissawwar approċċ ta' politika olisitiku u effikaċi sabiex jiġi massimizzat l-appoġġ għall-SMEs u l-intraprenditorija; jenfasizza li għandhom jiġu żviluppati strateġiji integrati bbażati fuq il-post dwar ir-reġjuni muntanjużi bil-għan li jiġu identifikati opportunitajiet speċifiċi ta' żvilupp u dawn għandhom jinkludu miżuri biex tiżdied il-konnettività tal-SMEs lokali u r-relazzjonijiet u l-koordinazzjoni intra u intersettorjali; |
|
26. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata produzzjoni agrikola multipli b'rabta mal-iżvilupp tat-turiżmu u l-attivitajiet għall-protezzjoni tal-ambjent u li l-katini alimentari fiż-żoni muntanjużi jiġu strutturati, jew f'assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, li żżid is-saħħa tan-negozjar tal-bdiewa, jew permezz tal-ħolqien ta' swieq lokali u ktajjen ta' provvista qosra; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit l-aċċess għal swieq kbar, u li jiddaħħlu miżuri ta' kwalità, promozzjoni u protezzjoni tal-prodotti, li b'hekk itejbu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, u li dawn jiddaħħlu fil-prodotti ta' turiżmu ġenerali ta' żona ġeografika partikolari; barra minn hekk, peress li ż-żoni muntanjużi għandhom potenzjal qawwi għall-produzzjoni ta' prodotti tal-ikel ta' kwalità għolja, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew id-dibattitu dwar l-introduzzjoni ta' tikkettar speċjali għall-prodotti tal-ikel tal-muntanji fil-livell tal-UE; |
|
27. |
Jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal appoġġ mill-FAEŻR għall-produzzjoni agrikola fiż-żoni muntanjużi u għal sforzi biex jinħoloq valur miżjud permezz tas-sinerġiji ma' fondi u inizjattivi oħra tal-UE, kif ukoll ma' strumenti finanzjarji privati, sabiex jinħoloq impatt pożittiv fir-reġjuni muntanjużi; |
|
28. |
Jilqa' l-progress li sar fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti; jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti fil-livell tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribut tal-foresti għall-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità u għall-ilħiq tal-miri tal-enerġija rinnovabbli; jinnota li d-dimensjoni ekonomika tal-forestrija tista' tiġi enfasizzata fl-istrateġija; |
|
29. |
Iqis li l-foresti jistgħu joffru impjiegi u żvilupp ekonomiku għar-reġjuni muntanjużi u li r-riżorsi forestali, għalhekk, għandhom jiġu garantiti tul iż-żmien billi dawn jiġu sfruttati b'mod sostenibbli; Jenfasizza li l-foresti huma ta' importanza vitali għall-ekosistema u li fil-muntanji huma jaqdu rwol importanti fil-prevenzjoni ta' valangi, uqigħ tal-art u għargħar; Jitlob li l-SMEs jiġu appoġġjati, partikolarment dawk stabbiliti fiż-żoni muntanjużi, li huma involuti fis-settur tal-forestrija u li josservaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' sostenibilità ambjentali; jenfasizza r-rwol ekonomiku u soċjali partikolari tal-forestrija fiż-żoni muntanjużi u l-importanza tal-investiment għal użu effiċjenti tar-riżorsi tal-forestrija f'dawk ir-reġjuni; ifakkar fir-rwol sinifikanti li jaqdu l-foresti fil-forniment ta' materjal primarju u sekondarju li jintuża fl-industrija farmaċewtika, kożmetika u dik tal-ikel, u b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi; jitlob, f'dan il-kuntest, li l-politika ta' koeżjoni tiffoka aktar fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; |
|
30. |
Jitlob li jkun hemm aktar inċentivi biex jiġu preservati l-intrapriżi żgħar tal-ipproċessar u l-irziezet żgħar u ta' daqs medju fiż-żoni muntanjużi, li huma sors importanti ta' impjiegi u jipproduċu prodotti b'karatteristiċi speċifiċi ta' kwalità, iżda li bħala medja jkollhom spejjeż ogħla u inqas qligħ mit-tkabbir intensiv ta' uċuh tar-raba' jew bhejjem tal-irziezet; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi proġetti pilota bil-għan li jiġu rkuprati l-attivitajiet ekonomiċi tradizzjonali, inklużi l-biedja u l-artiġjanat, fiż-żoni muntanjużi li huma suġġetti għad-depopolazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu proċeduri amministrattivi simplifikati għall-applikazzjoni għall-fondi u l-amministrazzjoni tagħhom sabiex il-komunitajiet żgħar jingħataw aċċess aħjar għall-finanzjament sabiex jitrawmu l-iżvilupp fit-tul, l-aċċessibiltà tas-swieq u l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fiż-żoni muntanjużi; |
|
31. |
Jistieden lill-benefiċjarji tal-Fondi SIE fir-reġjuni muntanjużi jivvalutaw il-potenzjal u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti parks industrijali u teknoloġiċi lokali sostenibbli, u wara studji xierqa ta' fattibilità u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, li jikkunsidraw li jibnu tali parks bl-użu ta' mezzi tal-UE u nazzjonali; |
|
32. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, meta applikabbli, biex jissaħħaħ il-potenzjal offrut mir-reġjuni muntanjużi; |
|
33. |
Jenfasizza r-rwol importanti li l-intrapriżi soċjali, u mudelli alternattivi ta' negozju bħall-kooperattivi u l-assoċjazzjonijiet mutwi, jista' jkollhom fl-iżvilupp inklużiv u sostenibbli tar-reġjuni muntanjużi, inkluż biex tingħeleb l-esklużjoni ta' gruppi marġinalizzati u jingħelbu l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
34. |
Jappoġġja l-użu tal-Fondi SIE għal setturi ekonomiċi li ma jniġġsux u li huma orjentati lejn il-futur, bħat-turiżmu sostenibbli, il-wirt kulturali, il-forestrija sostenibbli, l-iżvilupp tal-internet b'veloċità għolja, l-artiġjanat, u l-enerġija rinnovabbli; jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati mudelli ta' turiżmu ġodda u innovattivi u li jiġu promossi l-mudelli eżistenti li rnexxew; |
Id-dimensjoni soċjoekonomika tar-reġjuni muntanjużi
|
35. |
Jinnota li l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija baxxa fil-karbonju, reżistenti għat-tibdil fil-klima, li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun ambjentalment sostenibbli jista' jiġi enfasizzat fil-politika ta' koeżjoni; |
|
36. |
Iqis li ż-żieda fil-kwalifiki tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda fl-ekonomija ekoloġika għandhom jagħmlu parti mill-prijoritajiet ta' investiment tal-Fondi SIE u jenfasizza li l-politiki tal-UE għandhom jappoġġjaw taħriġ f'oqsma bħalma huma l-agrikoltura tal-muntanji, it-turiżmu sostenibbli, il-forestrija sostenibbli u t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli; |
|
37. |
Jilqa' inizjattivi li jattiraw liż-żgħażagħ lejn is-settur agrikolu, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi simili għaż-żoni muntanjużi; iħeġġeġ li jittieħdu miżuri biex l-intraprendituri żgħażagħ jitħeġġu jiftħu f'oqsma relatati mal-wirt kulturali u mhux limitati għall-attività staġjonali biss; jenfasizza r-rwol tal-istituti xjentifiċi u istituzzjonijiet edukattivi oħra li jittrattaw l-agrikoltura tal-muntanji; jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni minn bdiewa żgħażagħ fi skemi ta' skambju u pjattaformi tat-tagħlim online; |
|
38. |
Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet u taż-żieda fl-inklużjoni tan-nisa f'oqsma bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, il-matematika u l-intraprenditorija, inkluż fis-setturi tal-ekonomija ekoloġika; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex il-bdiewa nisa jiġu appoġġjati u inkoraġġuti u lin-nisa li jkunu attivi bħala persuni li jaħdmu għal rashom fil-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-turiżmu, is-snajja' u l-proġetti; Jenfasizza l-importanza tal-preżenza attiva u r-rwol tan-nisa fiż-żoni muntanjużi, b'mod partikolari fit-trawwim tal-proċessi ta' innovazzjoni u kooperazzjoni u sabiex jinżamm il-funzjonament tajjeb ta' dawn iż-żoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jużaw ir-riżorsi u l-proċeduri eżistenti għall-inizjattivi ta' mikrofinanzjament u ta' mikrokreditu għan-nisa, u għal opportunitajiet ta' karriera għan-nisa, taħt il-Fond Soċjali Ewropew u proġetti transnazzjonali; |
|
39. |
Jenfasizza li l-importanza taż-żoni muntanjużi u ta' miżuri effikaċi fl-UE ġiet integrata fl-aktar riforma reċenti tal-PAK; jemmen li l-PAK għandu jkollha l-għan li tikkumpensa għall-iżvantaġġi ekonomiċi u naturali li jiffaċċjaw il-bdiewa iżda għandha wkoll tagħtihom il-mezzi biex jikkapitalizzaw fuq l-assi tagħhom; |
|
40. |
Jenfasizza l-importanza tal-għajnuna tal-ewwel pilastru tal-PAK fiż-żamma tal-produzzjoni agrikola u tal-introjtu għall-bdiewa fiż-żoni muntanjużi; ifakkar li l-Istati Membri għandhom il-possibilità li jistabbilixxu għajnuniet speċifiċi u ħlasijiet akkoppjati biex jassistu fil-kisba ta' dawn l-objettivi; ifakkar li f'bosta Stati Membri, xi għajnuna diżakkoppjata taħt l-ewwel pilastru hija ferm inqas ġeneruża minn f'żoni primarji ta' kultivazzjoni, minħabba nuqqas ta' konverġenza interna, u dan ikompli jillimita l-kompetittività tal-irziezet; |
|
41. |
Iqis li l-miżuri taħt it-tieni pilastru tal-PAK għandhom jiżguraw is-sostenibilità, il-kompetittività u d-diversifikazzjoni tal-industriji ta' produzzjoni agrikola u tal-ipproċessar agrikolu fiż-żoni muntanjużi; iqis ukoll li tali miżuri jistgħu jikkontribwixxu għal 'rinaxximent rurali' billi jappoġġjaw l-introduzzjoni ta' proġetti ta' żvilupp tal-biedja multifunzjonali li jiġġeneraw valur miżjud u innovazzjoni u billi jiffavorixxu investimenti agrikoli (f'bini, tagħmir speċifiku, modernizzazzjoni, eċċ.) u l-preservazzjoni ta' razez indiġeni; |
|
42. |
Iqis li approċċ settorjali għas-settur tal-prodotti tal-ħalib għandu jkollu l-għan li jiżgura l-produzzjoni sostenibbli tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jipprovdu, partikolarment permezz tat-tieni pilastru tal-PAK, miżuri kompensatorji ta' akkumpanjament għar-reġjuni żvantaġġati li jipproduċu l-ħalib, bil-għan li jżommu u jsaħħu l-biedja u l-funzjonament effettiv tal-irziezet, b'mod partikolari l-irziezet żgħar, f'dawk ir-reġjuni; |
|
43. |
Jenfasizza l-potenzjal tal-edukazzjoni doppja fir-reġjuni muntanjużi; jenfasizza r-riżultati inkoraġġanti miksuba minn xi Stati Membri; jilqa' l-proġetti eżistenti ta' edukazzjoni doppja fl-Unjoni kollha; |
|
44. |
Iqis li infrastrutturi fiżiċi u diġitali xierqa joħolqu opportunitajiet għal attivitajiet ekonomiċi, edukattivi, soċjali u kulturali u jnaqqsu l-effetti tal-periferiċità u l-iżolament; Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi biex jingħeleb in-nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa fl-industrija tat-turiżmu, li speċifikament jindirizzaw l-isfidi tal-impjiegi u remunerazzjoni mhux attraenti biżżejjed, kif ukoll biex jistimulaw il-possibilitajiet ta' żvilupp fil-karriera professjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw investimenti permezz tal-Fondi SIE fl-infrastruttura fiż-żoni muntanjużi bil-għan li jagħmluhom aktar attraenti għall-attivitajiet ekonomiċi; |
|
45. |
Jappoġġja soluzzjonijiet innovattivi, inklużi dawk ibbażati fuq l-IT, għal aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, kif ukoll għall-edukazzjoni formali u informali u opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, fiż-żoni muntanjużi remoti, pereżempju permezz ta' kooperazzjoni fost ir-reġjuni muntanjużi, il-bliet u l-universitajiet; jenfasizza l-ħtieġa għal edukazzjoni terzjarja ta' kwalità għolja, u jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal ta' sistemi ta' tagħlim mill-bogħod li joffru aċċess għal tagħlim minn żoni remoti; jenfasizza l-fatt, bil-għan li jingħelbu x-xejriet demografiċi negattivi f'dawn ir-reġjuni, li kemm l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u l-faċilitajiet ta' kura tat-tfal, kif ukoll aktar taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid għall-persuni akbar fl-età biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol, huma kwistjonijiet importanti li għandhom jiġu indirizzati; |
|
46. |
Jitlob li jiġu żviluppati u jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa fir-reġjuni muntanjużi, fost l-oħrjan permezz ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni transkonfinali, inkluż l-iżvilupp ta' stabbilimenti transkonfinali ta' kura tas-saħħa, fejn meħtieġ; huwa favur l-iżvilupp tal-volontarjat għall-forniment ta' servizzi pubbliċi, b'kont meħud tal-aħjar prattiki f'ċerti Stati Membri; |
|
47. |
Ifakkar li l-prinċipju tal-aċċess universali għas-servizzi pubbliċi għandu jkun garantit fit-territorji kollha tal-UE filwaqt li jenfasizza li l-Istati Membri u r-reġjuni jinkoraġġixxu soluzzjonijiet alternattivi u innovattivi għaż-żoni muntanjużi, inklużi soluzzjonijiet imfassla apposta u adattati għall-bżonnijiet lokali u reġjonali, jekk ikun hemm bżonn; |
|
48. |
Jenfasizza l-importanza tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u ta' implimentazzjoni iktar effikaċi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala opportunità tajba biex jitwaqqaf it-tluq taż-żgħażagħ mir-reġjuni muntanjużi b'reazzjoni għall-kriżi demografika u l-problema ta' popolazzjoni li qed tixjieħ; jitlob li jkun hemm inizjattivi favur l-impjieg taż-żgħażagħ li jkunu orjentati b'mod speċifiku biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-reġjuni muntanjużi sottożviluppati; |
|
49. |
Jenfasizza l-fatt li fir-reġjuni muntanjużi għad hemm inugwaljanzi bejn is-sessi, partikolarment fil-każ ta' komunitajiet marġinalizzati u gruppi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni tadotta azzjonijiet ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-livelli orizzontali u vertikali għall-oqsma ta' politika kollha u, speċjalment, biex tiffinanzja l-politika ta' konnettività f'dawn ir-reġjuni; jitlob li ssir analiżi komparattiva tal-partikolaritajiet tal-kundizzjoni tan-nisa fir-reġjuni muntanjużi, b'mod partikolari fiż-żoni muntanjużi żvantaġġati; |
|
50. |
Jinkoraġġixxi u jitlob li jingħata appoġġ, anke permezz tal-użu tal-Fondi SIE, għal inizjattivi biex jitjiebu l-inklużjoni fil-komunitajiet muntanjużi kif ukoll il-koeżjoni soċjali u kulturali tagħhom, u biex jingħelbu l-iżolament fiżiku u n-nuqqas ta' diversità kulturali, b'mod partikolari permezz tal-aċċess għall-arti u l-ħajja kulturali u l-parteċipazzjoni diretta fihom; |
|
51. |
Jenfasizza l-importanza ta' inizjattivi territorjali integrati, bil-ħsieb li jiġu integrati l-migranti, b'konnessjoni ma' proċessi relatati mat-tiġdid u l-irkupru demografiċi u soċjoekonomiċi fiż-żoni muntanjużi, inklużi dawk li qed iġarrbu depopolazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tippromwovi t-tixrid ta' tali inizjattivi; |
Il-protezzjoni ambjentali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fir-reġjuni muntanjużi
|
52. |
Ifakkar fir-rikkezza, fl-ammont u fil-varjetà, tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fiż-żoni muntanjużi; jemmen li dawn iż-żoni għandhom ikunu fuq quddiem biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq politiki li jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fir-reġjuni muntanjużi; |
|
53. |
Jenfasizza l-ħtieġa li fil-livell Ewropew jiġu protetti l-ispeċijiet emblematiċi li jinsabu fiż-żoni għoljin tal-muntanji u li huma kapaċi jgħixu fuq meded ta' muntanji transkonfinali, bħall-kamoxxi, il-mogħoż tal-barr, it-tajr kbir tal-priża, l-orsijiet, l-ilpup u l-linċijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu pjan għall-protezzjoni u l-introduzzjoni mill-ġdid ta' speċijiet emblematiċi fiż-żoni għoljin tal-muntanji; |
|
54. |
Jenfasizza wkoll il-potenzjal tar-reġjuni muntanjużi vulkaniċi u tal-vulkani, speċjalment fir-rigward tal-kontribut tal-volkanoloġija, biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija rinovabbli, u l-kontribut ta' dawn iż-żoni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri naturali, bħall-iżbroffi vulkaniċi; |
|
55. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jidentifikaw il-postijiet ta' rikreazzjoni fil-muntanji għoljin kollha fejn projbizzjoni li jidħlu karozzi jkollha impatt pożittiv fuq il-ġlieda lokali kontra t-tidwib tal-glaċieri; |
|
56. |
Jinsisti li l-ilħiq tal-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli u l-isfruttar tal-enerġija rinnovabbli jridu jikkunsidraw il-bilanċ tal-protezzjoni tan-natura u tal-ambjent, anke fiż-żoni muntanjużi; ifakkar li, f'xi każijiet, l-idroenerġija u l-estrazzjoni tal-bijomassa jistgħu jaffettwaw l-ekosistemi, u li l-impjanti tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx jistgħu jagħmlu ħsara lill-pajsaġġ, filwaqt li jkunu sors ta' żvilupp lokali; |
|
57. |
Jinnota li r-reġjuni muntanjużi, inklużi dawk vulkaniċi u l-ekosistemi tagħhom, huma partikolarment vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u r-riskji idroġeoloġiċi, b'konsegwenzi partikolarment importanti f'tali reġjuni, anke bħala riżultat ta' għadd dejjem jikber ta' perikli naturali, li jista' jkollhom impatt ambjentali fuq l-inħawi tal-madwar ukoll u riperkussjonijiet negattivi fuq l-iżvilupp ekonomiku u t-turiżmu; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-protezzjoni tal-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-teħid ta' miżuri xierqa ta' aġġustament għat-tibdil fil-klima għandhom ikunu fil-qalba ta' 'Aġenda għar-reġjuni muntanjużi tal-UE' futura, li għandha tinkludi pjan ta' azzjoni dwar it-tibdil fil-klima; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żviluppat netwerk ta' analiżi u skambju ta' prattika tajba f'dawn l-oqsma; |
|
58. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi preservat u protett il-ħabitat uniku tar-reġjuni muntanjużi u li dan jiġi żviluppat b'mod sostenibbli, inkluż billi jiġu restawrati l-bijodiversità u l-ħamrija, jiġu promossi l-wirt naturali u s-servizzi tal-ekosistemi, u tiġi provduta infrastruttura ekoloġika, u b'hekk jiġu wkoll offruti opportunitajiet ta' impjieg f'dawk is-setturi; ifakkar fl-importanza ewlenija tal-biedja u tal-ġestjoni sostenibbli tal-art u tal-foresti fiż-żoni muntanjużi bil-għan li tkun ippreservata l-bijodiversità u jitħares kontra l-impatti fuq l-ambjent u fuq il-pajsaġġ; |
|
59. |
Jenfasizza li r-reġjuni muntanjużi huma sors importanti ta' riżorsi tal-ilma li għandhom jiġu protetti u ġestiti b'mod sostenibbli; jinnota d-dipendenza ta' ċerti żoni urbani fuq is-servizzi tal-ekosistema mir-reġjuni muntanjużi, u li dawn ir-reġjuni ħafna drabi ma jirċevux ritorn ġust; jistieden lill-awtoritajiet lokali jikkunsidraw sħubijiet fil-forma ta' proġetti ta' kooperazzjoni li jiġbru u jipproteġu l-provvisti tal-ilma tal-komunitajiet urbani fil-viċinanzi taż-żoni muntanjużi; jappoġġja l-finanzjament tal-miżuri ta' ħżin tal-ilma sabiex ikun żgurat li ż-żoni agrikoli jissaqqew b'mod sostenibbli u effiċjenti u li jkun hemm livell minimu ta' fluss ta' xmajjar; |
|
60. |
Jappoġġja l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli bħala opportunità pożittiva biex jiġu provduti impjiegi u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli ta' dawn iż-żoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat l-internet bil-broadband bħala bażi għat-turiżmu sostenibbli; |
|
61. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni sinerġistika attiva bejn l-agrikoltura u attivitajiet ekonomiċi oħra f'siti tan-Natura 2000 u f'żoni oħra protetti (parks nazzjonali, parks naturali, eċċ) li jinsabu fir-reġjuni muntanjużi; |
Aċċessibilità u konnettività fir-reġjuni muntanjużi
|
62. |
Iqis li l-internet u, b'mod speċifiku, it-teknoloġiji ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (next-generation access – NGA) għandhom rwol kruċjali biex jingħelbu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni muntanjużi; ifakkar li l-internet huwa marbut ma' servizzi ta' interess ġenerali (SIĠ) u li n-nuqqas ta' aċċess għal servizzi bħal dawn jista' jwassal għad-depopolazzjoni; |
|
63. |
Jistieden lill-Istati Membri joħolqu inċentivi għal żvilupp aktar attiv ta' sħubijiet pubbliċi-privati fir-reġjuni muntanjużi, fit-trasport, u fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tal-enerġija, peress li n-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala jirrendu l-forniment ta' dawn is-servizzi kummerċjalment inattraenti; jenfasizza li huwa biss permezz ta' trasport aħjar u infrastruttura oħra ta' kwalità suffiċjenti li jista' jinħoloq tkabbir ekonomiku u impjiegi ġodda fiż-żoni muntanjużi; |
|
64. |
Jinnota li t-turiżmu huwa influwenzat ħafna mill-preżenza ta' infrastruttura u aċċess għas-servizzi ta' interess ġenerali; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra possibilitajiet għall-ħolqien ta' infrastruttura b'appoġġ għat-turiżmu fir-reġjuni muntanjużi; |
|
65. |
Jinnota li t-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni joffru firxa wiesgħa ta' opportunitajiet għall-impjieg, l-inklużjoni soċjali u l-emanċipazzjoni fl-ekonomija diġitali emerġenti; iqis, għalhekk, li appoġġ speċifiku mill-Fondi ESI huwa meħtieġ għall-promozzjoni ta' tali opportunitajiet; Jistieden lill-Istati Membri jippromovu t-teleworking, il-kummerċ elettroniku u l-użu ta' mezzi ta' kummerċjalizzazzjoni diġitali f'dawn l-oqsma sabiex titjieb il-ġestjoni tal-ispejjeż tal-kumpaniji; iqis li aċċess aktar faċli għat-teknoloġiji ġodda ta' informazzjoni jista' jwassal għall-iżvilupp ta' programmi ta' edukazzjoni mill-bogħod fiż-żoni b'nuqqas ta' għalliema, kif ukoll servizzi eletttroniċi tas-saħħa, u dan jista' jgħin biex tiġi evitata d-depopolazzjoni fiż-żoni muntanjużi; jitlob li jiġu proposti u kondiviżi eżempji ta' prattika tajba, u b'hekk jingħata kontribut għad-diversifikazzjoni ekonomika tar-reġjuni muntanjużi; |
|
66. |
Jilqa' l-iskema ta' kupuni satellitari tal-UE, li permezz tagħha l-konnessjonijiet bis-satellita jipprovdu alternattiva siewja għaż-żoni b'infrastruttura insuffiċjenti jew fejn hemm nuqqas ta' interess mill-investituri; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, meta tkun qed tiżviluppa politiki għall-aċċess bil-broadband, in-nuqqas ta' infrastruttura u interess min-naħa tal-investituri minħabba d-densità baxxa tal-popolazzjoni u l-bgħid tar-reġjuni muntanjużi; Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki speċifiċi biex tingħeleb il-qasma diġitali f'dawn ir-reġjuni, anke permezz tal-investimenti pubbliċi neċessarji; |
|
68. |
Ifakkar li l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar- reġjuni muntanjużi, li f'xi Stati Membri huma wkoll reġjuni mbiegħda, jiddependi mill-konnessjonijiet ta' trasport bejniethom u r-reġjuni l-oħra fi Stat Membru partikolari jew f'reġjuni transkonfinali; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' proġetti għall-konnettività fit-trasport fir-reġjuni muntanjużi mat-toroq u r-rotot tat-trasport prinċipali nazzjonali u trans-Ewropej, b'mod speċjali l-infrastruttura tat-trasport TEN-T, bl-użu tal-fondi u l-istrumenti finanzjarji differenti tal-UE, inklużi l-investimenti tal-BEI; |
|
69. |
Jistieden lir-reġjuni muntanjużi tal-Ewropa biex permezz tal-FEŻR jinvestu fl-iżvilupp ta' netwerks ferrovjarji u tat-tramm iktar effiċjenti u interkonnessi aħjar; |
o
o o
|
70. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(6) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(7) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56.
(8) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.
(9) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 303.
(10) ĠU L 169, 01.07.2015, p. 1.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0109.
(12) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 55.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0577.
(14) ĠU C 55, 12.2.2016, p. 117.
(15) ĠU C 19, 21.1.2015, p. 32.
(16) ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 30.
(17) ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 14.
(18) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 81.
(19) ĠU C 166, 7.6.2011, p. 23.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/23 |
P8_TA(2016)0217
Aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni (2016/2550(RSP))
(2018/C 076/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 4, l-Artikolu 162, l-Artikoli 174 sa 178 u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni” (CPR)), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bl-isem “Investment for jobs and growth: Promoting development and good governance in EU regions and cities” (“Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir: il-promozzjoni tal-iżvilupp u governanza tajba fir-reġjuni u bliet tal-UE”), tat-23 ta' Lulju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Ninvestu f'impjiegi u tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej” (COM(2015)0639), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri tal-UE għal bidu effikaċi u f'waqtu tal-perjodu l-ġdid ta' Programmazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2016 bit-titolu “Investment Plan for Europe: new guidelines on combining European Structural and Investment Funds with the EFSI” (“Pjan ta' Investiment għall-Ewropa: linji gwida ġodda dwar kif il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jistgħu jingħaqdu mal-FEIS”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar dewmien fil-ftuħ tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015“Lejn simplifikazzjoni u orjentament tal-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020” (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni bit-titolu “Inħaffu l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni” (O-000070/2016 – B8-0364/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-politika ta' koeżjoni, b'baġit ta' 'l fuq minn EUR 350 biljun sal-2020, hija strument li jgħin biex l-UE titqarreb lejn iċ-ċittadini u tirrappreżenta l-politika ewlenija ta' investiment u ta' żvilupp tal-UE li tkopri r-reġjuni kollha tal-UE; billi f'uħud mill-Istati Membri hija tirrappreżenta s-sors prinċipali ta' investiment pubbliku; |
|
B. |
billi l-objettivi ta' Ewropa 2020 jistgħu jintlaħqu permezz ta' interazzjoni koerenti bejn il-politiki ta' tkabbir u ta' żvilupp u, fejn meħtieġ, -riformi strutturali, kif ukoll permezz tal-involviment attiv tar-reġjuni u l-bliet fl-implimentazzjoni tagħhom; billi l-politika ta' koeżjoni qed taqdi rwol kruċjali f'dan ir-rigward; |
|
C. |
billi r-regolamenti 2014-2020 introduċew bosta riformi ewlenin fil-politika ta' koeżjoni, bħall-konċentrazzjoni tematika li tippermetti l-flessibbiltà meħtieġa biex jitqiesu aħjar il-ħtiġijiet lokali, ikun hemm approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati, koordinazzjoni aħjar mal-politika ekonomika u soċjali, rabtiet imtejbin bejn il-prijoritajiet tal-UE u l-ħtiġijiet reġjonali, u użu koordinat aktar mill-qrib tal-Fondi SIE permezz tal-qafas strateġiku komuni; |
|
D. |
billi l-investimenti tal-politika ta' koeżjoni għandhom jiġu kkoordinati u armonizzati ma' politiki oħra tal-UE, bħas-suq uniku diġitali, l-Unjoni tal-Enerġija, il-politika soċjali, l-istrateġiji makroreġjonali, l-Aġenda Urbana, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika tat-trasport, sabiex jingħata kontribut aħjar għat-twettiq tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, |
|
E. |
billi, skont l-Artikolu 136(1) tas-CPR, il-Kummissjoni hija obbligata tiddiżimpenja kwalunkwe parti fi programm operazzjonali li ma tkunx intużat għall-pagament tal-prefinanzjament inizjali u annwali u l-pagamenti interim sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena finanzjarja wara s-sena ta' impenn tal-baġit skont il-programm operazzjonali, |
|
F. |
billi għaddew sentejn mill-bidu tal-perjodu l-ġdid ta' programmazzjoni, u kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni; billi l-programmi operazzjonali kienu fil-biċċa l-kbira approvati fi tmiem l-2014 u fl-2015, u għadd sinifikanti ta' kundizzjonalitajiet ex ante għadhom ma ġewx sodisfatti; |
|
G. |
billi l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53 tas-CPR, mill-2016 hija obbligata gtibgħat kull sena lill-Parlament rapport fil-qosor rigward il-programmi tal-Fondi SIE, ibbażat fuq ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istati Membri ppreżentati skont l-Artikolu 50, u fl-2017 u l-2019, l-Kummissjoni hija obbligata tħejji rapport strateġiku li jiġbor fil-qosor ir-rapporti tal-progress tal-Istati Membri; |
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-istat attwali fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE fil-perjodu 2014-2020 u tħejji analiżi dettaljata dwar ir-riskji ta' diżimpenn, b'ammonti indikati għal kull Stat Membru, u analiżi tal-previżjonijiet ta' pagament ippreżentata mill-Istati Membri malajr kemm jista' jkun wara d-dati ta' skadenza tal-31 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju stabbiliti fis-CPR; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tindika x'miżuri huma ppjanati biex jiġi evitat diżimpenn tal-Fondi SIE sal-punt massimu possibbli; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-Fondi SIE sal-potenzjal sħiħ tagħhom u f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali u jitnaqqsu id-disparitajiet territorjali billi r-reġjuni jkunu jistgħu jsiru aktar kompetittivi u biex jiġi ffaċilitat l-investiment, inkluż minn sorsi privati; |
|
3. |
Jinnota, b'ħarsa lura lejn il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li l-ikbar ostakli u problemi li fixklu l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni f'bosta Stati Membri u reġjuni kienu: informazzjoni insuffiċjenti għall-benefiċjarji potenzjali, ħaġa li wasslet għal nuqqas ta' proġetti eliġibbli; dewmien fl-approvazzjoni tal-proġetti prinċipali flimkien ma' nuqqas ta' strutturi amministrattivi għall-ġestjoni tal-investiment għal proġetti kbar; proċeduri ta' akkwist kumplessi u li jirrikjedu ħafna żmien; regoli ta' għajnuna mill-istat ikkumplikati; relazzjonijiet ta' proprjetà mhux solvuti; it-tul eċċessiv tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni; u aċċess diffiċli għall-finanzjament; jirrikonoxxi, barra minn hekk, id-diffikultà li ffaċċjaw xi drabi l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex jikkonformaw mar-rekwiżiti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni interna u esterna tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni, għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, biex, minn naħa waħda, tipprovdi informazzjoni dwar l-ostakoli li l-Istati Membri qed jaffaċċjaw fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u, min-naħa l-oħra, evalwazzjoni tal-impatt tat-twettiq tal-eżerċizzju tal-kundizzjonalitajiet ex ante dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-politika; |
|
4. |
Jilqa' t-twaqqif ta' Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar tal-programmi 2007-2013 fi tmien Stati Membri u jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament bir-riżultati miksuba; jitlob lill-Kummissjoni tkompli b'din it-Task Force biex tappoġġja u taċċelera tal-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 fl-Istati Membri kollha u tippreżenta lill-Parlament pjan ta' azzjoni dwar l-attivitajiet tat-Task Force; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi bis-sħiħ il-Fondi SIE fl-istrateġija tal-UE dwar “Regolamentazzjoni Aħjar”; |
|
5. |
Jenfasizza l-fatt li l-kapaċità amministrattiva, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjonali u lokali, hija premessa fundamentali biex l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni ssir f'waqtha u tirnexxi; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li nuqqas ta' proġetti eliġibbli sikwit ikun assoċjat ma' nuqqas f'dak li jirrigwarda r-riżorsi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni tal-proġetti; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-istadji tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika, u tirrapporta lill-Parlament fir-rigward tal-azzjonijiet li huma ppjanati f'dan is-sens; iħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jagħmlu użu sħiħ u effikaċi mid-dispożizzjonijiet tal-Objettiv Tematiku 11, “It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati” u mill-gwida li tipprovdi l-Kummissjoni; |
|
6. |
Jenfasizza l-bżonn – fid-dawl tal-fatt li governanza tajba tista' tgħin biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' assorbiment – li jitrawmu riformi strutturali rilevanti, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni territorjali, tkabbir sostenibbli u ħolqien ta' impjiegi, kif ukoll politiki li jiffavorixxu l-investiment u l-ġlieda kontra l-frodi; jistenna bil-ħerqa l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar “reġjuni li waqgħu lura” u aktar dettalji dwar kif dawn il-konklużjonijiet jistgħu jintużaw biex jiġu indirizzati l-isfidi fit-tul li jaffettwaw l-implimentazzjoni f'waqtha tal-Fondi SIE kif ukoll l-assorbiment tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara wkoll il-kunċett ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-prestazzjoni bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza tal-infiq; |
|
7. |
Jilqa' t-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli ta' Esperti Indipendenti dwar il-Monitoraġġ tas-Simplifikazzjoni għall-Benefiċjarji tal-Fondi SIE min-naħa tal-Kummissjoni; jenfasizza li s-simplifikazzjoni hija fost il-premessi fundamentali biex jitħaffef il-pass tal-implimentazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tħaffef l-attivitajiet relatati mal-introduzzjoni ta' proċeduri simplifikati anke matul il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti u żżomm livell għoli ta' trasparenza fil-politika ta' koeżjoni; jemmen, f'dan il-kuntest, li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Livell Għoli jridu jiġu kkunsidrati mingħajr dewmien; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fid-dawl tal-fatt li f'ħafna Stati Membri l-kriżi ekonomika kkawżat tnaqqis fil-likwidità u nuqqas ta' fondi pubbliċi disponibbli għall-investimenti pubbliċi, u li r-riżorsi tal-politika ta' koeżjoni qed isiru s-sors ewlieni ta' investiment pubbliku, japplikaw u jużaw b'mod sħiħ il-flessibbiltà eżistenti fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tidħol fi djalogu permanenti mal-Istati Membri li talbu l-applikazzjoni tal-klawsola eżistenti dwar l-investiment, bil-ħsieb li jkun hemm l-akbar flessibbiltà possibbli rigward l-investimenti relatati mat-tkabbir u l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tinkoraġġixxi l-involviment tal-BEI fl-għamla ta' appoġġ tekniku u finanzjarju akbar fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti għal kwalunkwe Stat Membru li jagħmel tali talba; iqis li l-istrumenti finanzjarji, jekk jiġu implimentati b'mod effikaċi abbażi ta' valutazzjoni ex ante xierqa u f'għaqda strateġika mal-għotjiet, jistgħu jżidu b'mod sinifikanti l-impatt tal-finanzjament, u b'hekk jgħinu biex jingħelbu l-effetti negattivi tat-tnaqqis fil-baġits pubbliċi u jiġu żviluppati proġetti li jiġġeneraw dħul; jenfasizza li regoli ċari, konsistenti u ffukati dwar l-Istrumenti Finanzjarji, li jgħinu fis-simplifikazzjoni tal-proċess tat-tħejjija u l-implimentazzjoni għall-maniġers u l-benefiċjarji tal-fondi, u li jirrikonoxxu l-livelli differenti ta' żvilupp tas-swieq finanzjarji fost l-Istati Membri, jistgħu jgħinu biex tintlaħaq din l-ambizzjoni; jemmen li l-ġbir tar-regolamentazzjoni rilevanti kollha dwar l-Istrumenti Finanzjarji f'dokument wieħed, faċilment aċċessibbli u li jinftiehem, kif ukoll l-evitar ta' reviżjoni mill-ġdid, bla bżonn, tal-linji gwida relatati f'nofs il-perjodi ta' finanzjament, sakemm dan ma jkunx rikjest mil-liġi, jgħinu wkoll f'dan il-proċess; |
|
9. |
Jirrikonoxxi n-natura komplementari tal-investimenti tal-FEIS għall-politika ta' koeżjoni u jinnota l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2016 intitolata “Investment Plan for Europe: new guidelines on combining European Structural and Investment Funds with the EFSI” (Pjan ta' Investiment għall-Ewropa: linji gwida ġodda dwar kif il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jistgħu jingħaqdu mal-FEIS); jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jqisu kif xieraq l-opportunitajiet biex jgħaqqdu flimkien il-finanzjamenti tal-fondi SIE u FEIS, peress li, għalkemm iż-żewġ strumenti huma differenti fin-natura tagħhom, jistgħu jikkomplementaw lil xulxin, u b'hekk iqawwu l-effett ta' lieva tal-investimenti; |
|
10. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien esperjenzat mill-Istati Membri fl-għażla tal-programm u tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tiegħu jirriżulta f'dewmien fit-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-pagament min-naħa tal-Istati Membri, u b'hekk jimpedixxi l-implimentazzjoni bla xkiel tal-programmi; |
|
11. |
Jemmen li ċ-ċentralizzazzjoni żejda u n-nuqqas ta' fiduċja jistgħu wkoll ikollhom rwol fid-dewmien tal-implimentazzjoni tal-Fondi SIE, peress li xi Stati Membri u Awtoritajiet ta' Ġestjoni mhumiex daqstant ħerqana li jħallu aktar responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE f'idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, anke permezz ta' għodod ta' żvilupp ġodda bħalma huma l-Investiment Territorjali Integrat (ITI) u l-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD); filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol tal-qafas regolatorju tal-UE fit-trawwim ta' din l-attitudni, jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u r-reġjuni abbażi ta' eżempji ta' sottodelega li rnexxew; |
|
12. |
Jenfasizza l-importanza ta' pagamenti f'waqthom għall-implimentazzjoni korretta u effikaċi tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll għall-kredibbiltà tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tinforma lill-Parlament bil-miżuri previsti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Pagament fil-kuntest tal-baġit 2016 u anke għas-snin li ġejjin; |
|
13. |
Jenfasizza l-fatt li l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni (u l-aċċelerazzjoni tagħha) issa tista' tipprovdi lill-Kummissjoni xi punti importanti li wieħed jista' jitgħallem minnhom fil-prospettiva tad-diskussjoni dwar il-politika ta' koeżjoni futura għal wara l-2020; jitlob lill-Kummissjoni tħejji punti ewlenin li wieħed jista' jitgħallem minnhom u tidħol f'diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fir-rigward tal-futur tal-Fondi SIE wara l-2020 kmieni kemm jista' jkun, bil-għan li jiżdied l-użu mmirat u l-implimentazzjoni f'waqtha tagħhom; |
|
14. |
Jirrimarka l-importanza li sa tmiem l-2016 l-Istati Membri jissodisfaw l-azzjonijiet dwar il-kundizzjonalitajiet ex ante sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programmi u tiġi evitata l-possibbiltà ta' sospensjoni tal-pagamenti interim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida komprensivi dwar l-akkwist pubbliku u dwar miżuri preventivi biex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet fl-akkwist, u tippubblika proċeduri standard ta' akkwist għall-benefiċjarji sabiex jiġu evitati korrezzjonijiet finanzjarji u l-possibbiltà li l-kontribuzzjonijiet tal-UE jiġu kkanċellati; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati kollha jikkoordinaw aħjar u jniedu inizjattivi ta' politika ta' komunikazzjoni effikaċi sabiex titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u tingħatalha aktar viżibbiltà, u b'hekk il-pubbliku ġenerali jkun jista' jifhem aħjar ir-riżultati u l-impatt tal-politika ta' koeżjoni; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll lill-Istati Membri u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tagħhom. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0015.
(4) Testi adottati, P8_TA(2014)0068.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0384.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0419.
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/27 |
P8_TA(2016)0218
It-Tartari tal-Krimea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-Tartari tal-Krimea (2016/2692(RSP))
(2018/C 076/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sħubija tal-Lvant, dwar l-Ukrajna u dwar il-Federazzjoni Russa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Missjoni ta' Valutazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Krimea mwettqa mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Kummissarju Għoli tal-OSKE għall-Minoranzi Nazzjonali (HCNM), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Marzu, tas-27 ta' Ġunju u tas-16 ta' Lulju 2014 li permezz tagħhom ġew imposti sanzjonijiet fuq il-Federazzjoni Russa b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' Freedom House dwar il-libertà fid-dinja fl-2016 (“Freedom in the World 2016”) li jivvaluta s-sitwazzjoni tal-libertajiet politiċi u ċiviċi fil-Krimea annessa illegalment bħala “mhux libera”, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tas-26 ta' April 2016 tal-hekk imsejħa Qorti Suprema tal-Krimea li ddikjarat li l-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea hija organizzazzjoni estremista u ordnat projbizzjoni fuq l-attivitajiet tagħha fil-peniżola tal-Krimea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tal-14 ta' April 2016 dwar is-sospensjoni tal-attivitajiet tal-Mejlis tat-Tartari tal-Krimea u tas-26 ta' April 2016 dwar id-deċiżjoni tal-“Qorti Suprema” tal-Krimea li tipprojbixxi l-attivitajiet tal-Mejlis, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' April 2016 li fiha ħeġġeġ ir-revoka tal-projbizzjoni fuq il-Mejlis, u d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' April 2016 dwar ir-riskju li l-projbizzjoni tal-Mejlis tolqot lill-komunità Tartara tal-Krimea kollha kemm hi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Minsk tal-5 ta' Settembru 2014 u l-Memorandum ta' Minsk tad-19 ta' Settembru 2014 dwar l-implimentazzjoni ta' pjan ta' paċi fi 12-il punt, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Federazzjoni Russa żiedet illegalment lill-Krimea u lil Sevastopol mat-territorju tagħha, u għalhekk tikkostitwixxi Stat okkupanti li kiser id-dritt internazzjonali, inklużi l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Helsinki, il-Memorandum ta' Budapest tal-1994 u t-Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Sħubija bejn il-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna tal-1997; |
|
B. |
billi l-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali esprimew ripetutament it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati u l-persekuzzjoni sistematika ta' dawk li ma jirrikonoxxux lill-awtoritajiet il-ġodda; billi dawn l-hekk imsejħa awtoritajiet qiegħdu fil-mira tagħhom lill-komunità indiġena tat-Tartari tal-Krimea, li l-maġġoranza tagħhom jopponu l-okkupazzjoni tal-peniżola min-naħa tar-Russja u bbojkottjaw l-hekk imsejjaħ referendum tas-16 ta' Marzu 2014; billi l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Tartari tal-Krimea qed jingħataw dejjem aktar spiss it-tikketta ta' “estremisti” u membri prominenti tal-komunità Tartara tal-Krimea qed jiġu arrestati bħala “terroristi” jew qegħdin f'riskju li jiġrilhom hekk; billi l-abbużi kontra t-Tartari jinkludu ħtif, għajbien furzat, vjolenza, tortura u eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji li l-awtoritajiet de facto naqsu milli jinvestigaw u jipproċedu kontrihom, kif ukoll problemi ġuridiċi sistemiċi fir-rigward tad-drittijiet u r-reġistrazzjoni tal-proprjetà; |
|
C. |
billi diversi mexxejja tat-Tartari tal-Krimea, fosthom Mustafa Dzhemilev u Rafat Chubarov, kienu twaqqfu milli jidħlu fil-Krimea iżda issa jistgħu jidħlu, għalkemm huma mhedda bl-arrest – u għalhekk jikkondividu l-istess destin bħal bosta membri oħra tal-Mejlis u diversi attivisti u persuni spostati mill-komunità Tartara tal-Krimea; billi, skont data pprovduta mill-Gvern tal-Ukrajna, aktar minn 20 000 membru tal-komunità Tartara tal-Krimea kellhom iħallu lill-Krimea okkupata u jmorru fl-Ukrajna kontinentali; |
|
D. |
billi l-mexxej tal-poplu Tartar tal-Krimea, Mustafa Dzhemilev, li qatta' 15-il sena fil-ħabsijiet Sovjetiċi, ippubblika lista ta' 14-il membru tal-komunità Tartara tal-Krimea li huma priġunieri politiċi tal-hekk imsejħa awtoritajiet Russi tal-Krimea, inkluż Ahtem Çiygoz, l-Ewwel Viċi President tal-Mejlis, li qed jinżamm arrestat f'Simferopol sakemm jinfetaħ il-proċess kontrih; jitlob attenzjoni partikolari fir-rigward tal-istat ta' saħħtu u jenfasizza l-importanza li l-proċess fil-konfront tiegħu ikun pubbliku u ssorveljat mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; |
|
E. |
billi l-Federazzjoni Russa qed tillimita l-aċċess għall-Krimea mhux biss min-naħa tal-NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti indipendenti, iżda anke tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), in-NU u l-Kunsill tal-Ewropa; billi n-nuqqas ta' aċċess irendi l-monitoraġġ u r-rappurtar fil-Krimea diffiċli ħafna; |
|
F. |
billi l-popolazzjoni kollha tat-Tartari tal-Krimea, poplu indiġenu ta' dan it-territorju, fl-1944 sfat deportata bil-forza lejn partijiet oħra ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, mingħajr il-possibbiltà li tirritorna sal-1989; billi fit-12 ta' Novembru 2015 il-Verkhovna Rada tal-Ukrajna adotta riżoluzzjoni li fiha rrikonoxxa d-deportazzjoni tat-Tartari tal-Krimea fl-1944 bħala ġenoċidju u stabbilixxa t-18 ta' Mejju bħala Jum ta' Tifkira; |
|
G. |
billi, fis-26 ta' April 2016, l-hekk imsejħa Qorti Suprema tal-Krimea ddeċidiet favur talba min-naħa tal-hekk imsejħa Prosekutur Ġenerali tal-Krimea, Natalia Poklonskaya, li akkużat lill-Mejlis – il-korp rappreżentattiv tat-Tartari tal-Krimea sa mit-twaqqif tiegħu fl-1991 u bi status ġuridiku sħiħ minn Mejju 1999 – b'estremiżmu, terroriżmu, ksur tad-drittijiet tal-bniedem, azzjonijiet illegali u atti ta' sabutaġġ kontra l-awtoritajiet; |
|
H. |
billi l-Mejlis issa ġie ddikjarat bħala organizzazzjoni estremista u ddaħħal mill-Ministeru tal-Ġustizzja Russu fil-lista ta' NGOs li l-attivitajiet tagħhom jeħtieġ jiġu sospiżi; billi, konsegwentement, l-attivitajiet tal-Mejlis ġew ipprojbiti fil-Krimea u fir-Russja; billi din il-projbizzjoni tista' tapplika għall-aktar minn 2 500 membru tal-250 Mejlis tal-bliet u l-irħula fil-Krimea; |
|
I. |
billi d-deċiżjoni tal-hekk imsejħa Prosekutur Ġenerali u Qorti Suprema tal-Krimea huma parti intrinsika mill-politika ta' repressjoni u intimidazzjoni min-naħa tal-Federazzjoni Russa, li qiegħda tikkastiga lill-minoranza għal-lealtà tagħha lejn l-Istat Ukren matul l-annessjoni illegali tal-peniżola li seħħet sentejn ilu; |
|
J. |
billi hemm ksur ċar tad-dritt umanitarju internazzjonali (inkluża r-Raba' Konvenzjoni ta' The Hague tal-1907, ir-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokoll Addizzjonali I tagħha tal-1977), li jgħid li potenza okkupanti ma tistax tipproċedi kontra persuni ċivili għal reati li jkunu seħħew qabel l-okkupazzjoni u li l-liġijiet kriminali tat-territorju okkupat għandhom jibqgħu fis-seħħ; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tal-hekk imsejħa Qorti Suprema tal-Krimea li tipprojbixxi lill-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea, u jitlob ir-revoka immedjata tagħha; iqis li din id-deċiżjoni tikkostitwixxi persekuzzjoni sistemika u mmirata tat-Tartari tal-Krimea, u li hija azzjoni politikament motivata u mmirata lejn aktar intimidazzjoni fil-konfront tar-rappreżentanti leġittimi tal-komunità Tartara; jenfasizza l-importanza ta' dan il-korp deċiżjonali elett demokratikament li jirrappreżenta lill-Poplu Tartar tal-Krimea; |
|
2. |
Jirrimarka li l-projbizzjoni fuq il-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea, li huwa l-korp rappreżentattiv leġittimu u rikonoxxut tal-poplu indiġenu tal-Krimea, se tipprovdi art fertili biex tiżdied l-istigma fil-konfront tat-Tartari tal-Krimea, u li dan se jwassal għal aktar diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili bażiċi tagħhom u huwa tentattiv biex jitkeċċew mill-Krimea, li storikament hija art twelidhom; jesprimi tħassib dwar il-fatt li t-tikkettar tal-Mejlis bħala organizzazzjoni estremista tista' twassal għal akkużi ulterjuri skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa; |
|
3. |
Ifakkar li l-projbizzjoni tal-Mejlis tfisser li dan il-korp mhux se jkun jista' jiltaqa', jippubblika l-opinjonijiet tiegħu fil-mezzi tax-xandir, jorganizza avvenimenti pubbliċi jew juża kontijiet bankarji; jistieden lill-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tal-Mejlis tul l-eżilju tiegħu; jitlob li jiżdiedu l-fondi għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li qed jaħdmu f'isem il-Krimea; |
|
4. |
Ifakkar, bi swied il-qalb, it-tieni anniversarju tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa fl-20 ta' Frar 2014; ifakkar il-kundanna qawwija tiegħu fil-konfront ta' dak l-att, li kien bi ksur tad-dritt internazzjonali; jesprimi l-impenn qawwi tiegħu favur il-politika ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u favur is-sanzjonijiet imposti wara l-annessjoni, u jitlob li titqies il-possibbiltà li tiġi estiża l-lista ta' persuni fil-mira tas-sanzjonijiet tal-UE b'rabta mal-projbizzjoni tal-Mejlis; jistieden lill-Istati Membri jimxu strettament ma' dik il-lista; jiddeplora ż-żjarat fil-Krimea – organizzati mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet Ukreni – min-naħa ta' xi politiċi mill-Istati Membri tal-UE, inklużi membri tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew, u jistieden lill-membri parlamentari joqogħdu lura minn żjarat bħal dawn fil-futur; |
|
5. |
Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur is-sovranità, l-indipendenza politika, l-għaqda u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-konfini tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u l-għażla libera u sovrana tagħha li taqbad perkors Ewropew; jistieden lill-partijiet kollha jipproċedu minnufih bir-riintegrazzjoni paċifika tal-peniżola tal-Krimea fl-ordni ġuridiku Ukren permezz tad-djalogu politiku u f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali; jemmen li r-ritorn għall-kontroll Ukren fil-peniżola huwa fundamentali biex jerġgħu jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta' kooperazzjoni mal-Federazzjoni Russa, li jinkludu s-sospensjoni tas-sanzjonijiet relatati mal-Krimea; |
|
6. |
Jikkundanna r-restrizzjonijiet serji fuq il-libertajiet ta' espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika, inkluż f'avvenimenti kommemorattivi tradizzjonali fosthom l-anniversarju tad-deportazzjoni tat-Tartari tal-Krimea min-naħa tar-reġim totalitarju Sovjetiku ta' Stalin u l-avvenimenti kulturali tat-Tartari tal-Krimea; |
|
7. |
Jikkundanna r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-mezzi tax-xandir fil-Krimea, b'mod partikolari l-irtirar tal-liċenzja tal-ATR, l-akbar stazzjon televiżiv Tartar tal-Krimea; jitlob il-ftuħ mill-ġdid ta' dan l-istazzjon, kif ukoll tal-istazzjon televiżiv tat-tfal Lale u l-istazzjon tar-radju Meydan; iqis li dawn l-atti jċaħħdu lill-poplu Tartar tal-Krimea minn strument essenzjali biex iżommu l-identità kulturali u lingwistika tagħhom; jinnota l-ftuħ tal-istazzjon televiżiv il-ġdid Millet, u jitlob li tiġi żgurata l-indipendenza editorjali sħiħa tiegħu; |
|
8. |
Jiddeplora bil-qawwa r-restrizzjonijiet sistematiċi fuq il-libertà ta' espressjoni bl-iskuża tal-estremiżmu, kif ukoll il-monitoraġġ tal-midja soċjali bil-għan li jiġu identifikati l-attivisti li ma jirrikonoxxux l-ordni l-ġdid u li jikkritikaw il-validità tar-“referendum” li sar fis-16 ta' Marzu 2014; ifakkar li mitt stat membru tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ħadu l-istess pożizzjoni bl-adozzjoni tar-riżoluzzjoni 68/262; |
|
9. |
Ifakkar li, tul l-istorja, it-Tartari indiġeni tal-Krimea sofrew inġustizzji li wasslu għad-deportazzjoni massiċċa tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Sovjetiċi kif ukoll għall-esproprjazzjoni tal-artijiet u r-riżorsi tagħhom; jiddeplora l-fatt li l-politiki diskriminatorji applikati mill-hekk imsejħa awtoritajiet qed jimpedixxu r-ritorn ta' tali proprjetajiet u riżorsi, jew qed jintużaw bħala strument biex jinxtara l-appoġġ; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa, li skont id-dritt umanitarju internazzjonali għandha r-responsabbiltà finali bħala l-istat okkupanti fil-Krimea, tirrispetta l-ordni ġuridiku fil-Krimea u tipproteġi liċ-ċittadini minn miżuri u deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi arbitrarji, u b'hekk tissodisfa l-impenji tagħha bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa, u twettaq investigazzjonijiet internazzjonali indipendenti fir-rigward ta' kwalunkwe ksur tad-dritt internazzjonali jew tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi okkupanti u l-hekk imsejħa awtoritajiet lokali; jitlob ir-riattivazzjoni tal-grupp ta' kuntatt għall-qraba tal-persuni li għebu; |
|
11. |
Jitlob li l-korpi internazzjonali rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw aċċess permanenti u mingħajr xkiel għall-Krimea, bil-għan li jitwettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
12. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Ukrajna li, bil-għan li terġa' tiġi stabbilita s-sovranità Ukrena fil-Krimea, tistabbilixxi mekkaniżmu ta' negozjati internazzjonali fil-format “Ġinevra +”, li għandu jinkludi l-involviment dirett tal-UE; jistieden lill-Federazzjoni Russa tibda negozjati dwar id-deokkupazzjoni tal-Krimea mal-Ukrajna u mal-partijiet l-oħra, sabiex jitneħħew l-embargos fuq il-kummerċ u l-enerġija u jiġi revokat l-istat ta' emerġenza fil-Krimea; |
|
13. |
Jitlob li jiġi ppreservat l-ambjent multikulturali storiku u tradizzjonali tal-Krimea u li jkun hemm rispett sħiħ għall-Ukren, it-Tartar u minoranzi lingwistiċi u kulturali oħra; jikkundanna l-pressjoni ġuridika fuq l-organizzazzjonijiet kulturali u edukattivi tat-Tartari tal-Krimea, fosthom dawk li jaħdmu mat-tfal Tartari tal-Krimea; |
|
14. |
Jistieden lill-Federazzjoni Russa tinvestiga l-każijiet kollha ta' tortura ta' priġunieri arrestati b'mod illegali fil-Krimea, fosthom Ahtem Çiygoz, l-Ewwel Viċi President tal-Mejlis, Mustafa Degermendzhi u Ali Asanov, li ġew arrestati fil-Krimea mill-hekk imsejħa awtoritajiet lokali talli pprotestaw paċifikament kontra l-okkupazzjoni, u tiggarantixxi r-ritorn sikur tagħhom lejn l-Ukrajna; itenni l-appell tiegħu għall-ħelsien ta' Oleg Sentsov u Oleksandr Kolchenko; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa ttemm il-persekuzzjoni politika tad-dissidenti u l-attivisti ċiviċi; jikkundanna t-trasferiment sussegwenti tagħhom lejn il-Federazzjoni Russa u l-attribuzzjoni furzata taċ-ċittadinanza Russa; jistieden lill-Federazzjoni Russa tikkoopera mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-OSKE fil-każijiet imsemmija hawn fuq; |
|
15. |
Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kunsill iżidu l-pressjoni fuq il-Federazzjoni Russa biex tippermetti l-aċċess għall-Krimea min-naħa tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bil-għan li jitwettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dawl tal-ksur gravi kontinwu tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola, u jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' monitoraġġ internazzjonali permanenti u bbażati fuq il-Konvenzjonijiet; jenfasizza li kwalunkwe preżenza internazzjonali fuq il-post għandha tkun ikkoordinata sew, miftiehma mal-Ukrajna u appoġġjata mill-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
16. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fil-Krimea, li marret ferm għall-agħar wara l-annessjoni mar-Russja; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea. |
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/31 |
P8_TA(2016)0219
Il-Gambja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-Gambja (2016/2693(RSP))
(2018/C 076/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Gambja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2015 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra diversi mistoqsijiet parlamentari rigward is-sitwazzjoni fil-Gambja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-17 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gambja, |
|
— |
wara li kkunsidra diversi dikjarazzjonijiet magħmula mid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana tat-28 ta' Frar 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Gambja, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon fis-17 ta' April 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, Addendum: Missjoni fil-Gambja, tat-2 ta' Marzu 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji dwar il-Gambja tal-11 ta' Mejju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rieżami Universali Perjodiku dwar il-Gambja tal-24 ta' Diċembru 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Gambja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi Yahya Jammeh ħataf il-poter fil-Gambja permezz ta' kolp ta' stat militari fl-1994; billi hu kien ġie elett President fl-1996 u minn dak iż-żmien lil hawn reġa' ġie elett għal tliet darbiet, f'ċirkostanzi kkontestati; |
|
B. |
billi l-elezzjonijiet presidenzjali huma ppjanati li jsiru fl-1 ta' Diċembru 2016 u l-elezzjonijiet leġiżlattivi fis-6 ta' April 2017; billi l-aħħar elezzjonijiet presidenzjali, li saru fl-2011, ġew ikkundannati mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) peress li qisiethom bħala nieqsa mil-leġittimità u akkumpanjati minn ripressjoni u intimidazzjoni tal-partiti tal-oppożizzjoni u tal-elettorat tagħhom; |
|
C. |
billi protesta paċifika li saret fl-14 ta' April 2016 f'Serekunda, subborg tal-kapital Banjul, li talbet riforma elettorali, wasslet għal reazzjonijiet vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-Gambja u detenzjoni arbitrarja tad-dimostranti, fosthom bosta membri tal-Partit Demokratiku Magħqud (UDP); billi Solo Sandeng, il-kap tal-oppożizzjoni u membru tal-UDP, miet f'ċirkostanzi suspettużi waqt li kien f'detenzjoni ftit wara li ġie arrestat; |
|
D. |
billi membri tal-UDP inġabru mill-ġdid fis-16 ta' April 2016 biex jitolbu ġustizzja għall-mewt tas-Sur Sandeng u l-ħelsien ta' membri oħra tal-partit tagħhom; billi l-pulizija tefgħu il-gass tad-dmugħ fuq id-dimostranti u arrestaw għadd ta' persuni; |
|
E. |
billi kap ieħor tal-oppożizzjoni, Ousainou Darboe, u uffiċjali għolja oħra tal-partit, ġew arrestati u miżmuma mill-istat, u skont kif ingħad, ġarrbu ġrieħi gravi; |
|
F. |
billi Alagie Abdoulie Ceesay, id-direttur eżekuttiv tal-istazzjon tar-radju indipendenti Teranga FM, li ġie arrestat fit-2 ta' Lulju 2015 mill-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali, ġie miċħud id-dritt għall-ħelsien fuq garanzija personali għal tliet darbiet minkejja l-kundizzjoni ħażina ta' saħħtu; |
|
G. |
billi f'Marzu 2016, il-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ħareġ opinjoni, adottata matul l-aħħar sessjoni tiegħu f'Diċembru 2015, li fiha enfasizza li s-Sur Ceesay ġie mċaħħad mil-libertà b'mod arbitrarju u li fiha talab li l-Gambja teħilsu u twaqqa' l-akkużi kollha kontrih; |
|
H. |
billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fil-Gambja huma vittmi ta' prattiki abbużivi u ta' leġiżlazzjoni ripressiva u ta' sikwit jiffaċċjaw fastidju u intimidazzjoni, arrest u detenzjoni u għajbien jew eżilju furzati; |
|
I. |
billi t-tortura u forom oħra ta' trattament ħażin huma użati regolarment fil-Gambja; billi huwa rrapportat li persuni ġew regolarment ittorturati brutalment jew trattati ħażin b'modi oħra sabiex jiġu mġiegħla jipproduċu “konfessjonijiet”, li mbagħad jintużaw fil-qorti, kif muri fir-rapport imħejji wara ż-żjara tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra fil-Gambja fl-2014; |
|
J. |
billi l-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali u l-pulizija regolarment iwettqu detenzjonijiet arbitrarji, bħal fil-każ tal-ex Viċi Ministru tal-Agrikoltura, Ousman Jammeh, u l-istudjużi Islamiċi Sheikh Omar Colley, l-Imam Ousman Sawaneh u l-Imam Cherno Gassama, u individwi ta' sikwit jiġu miżmuma mingħajr att ta' akkuża u lil hinn mill-limitu ta' 72 siegħa li matulu l-persuna suspettata trid titressaq quddiem qorti, bi ksur tal-kostituzzjoni; |
|
K. |
billi l-leġiżlazzjoni attwali kontra l-omosesswalità fil-Gambja tipprevedi żminijiet twal ta' ħabs u multi ħorox għall-“omosesswalità aggravata”; billi l-persuni LGBTI ta' sikwit huma vittmi ta' attakki, theddid jew arresti arbitrarji mill-forzi tas-sigurtà u xi wħud minnhom ġew imġiegħla jħallu l-pajjiż għas-sikurezza tagħhom stess; |
|
L. |
billi l-Gambja huwa wieħed mill-ħmistax-il pajjiż l-aktar fqar fid-dinja bi kważi kwart tal-popolazzjoni qiegħda tiffaċċja insigurtà tal-ikel kronika; billi l-pajjiż huwa dipendenti ħafna fuq l-għajnuna internazzjonali; billi 14 475 Gambjan applikaw għal asil fl-UE sa mill-2015; |
|
M. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Gambja tqajjem tħassib reali; billi l-UE qiegħda tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta' djalogu skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou sa minn tmiem l-2009, iżda bi ftit progress konkret; |
|
N. |
billi, wara tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE naqqset drastikament l-għajnuna tagħha lill-Gambja, għalkemm għadha l-akbar donatur ta' għajnuna lill-Gambja b'total ta' EUR 33 miljun allokati għall-programm indikattiv nazzjonali (PIN) għall-perjodu 2015-2016; billi wara dan it-tnaqqis fl-għajnuna, il-President Jammeh keċċa ħesrem lix-Chargé d'Affaires tal-UE għall-Gambja, Agnes Guillard, f'Ġunju 2015; |
|
O. |
billi l-PIN għall-Gambja għall-2015-2016 jipprevedi investimenti fl-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll fis-settur tat-trasport, iżda ma ġewx allokati fondi għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, il-governanza demokratika jew għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; |
|
P. |
billi l-Gambja hija membru tal-ECOWAS; billi f'Lulju 2014, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika ġie konkluż bejn l-UE u l-ECOWAS, u se jiġi ratifikat fl-2016; billi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika għandhom mhux biss isaħħu l-kummerċ ġust iżda wkoll id-drittijiet tal-bniedem u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; |
|
Q. |
billi l-Gambja hija Stat Membru tal-Unjoni Afrikana (UA), Stat parti tal-Karta Afrikana u firmatarja tal-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza; |
|
R. |
billi l-Att ta' Emenda dwar l-Elezzjonijiet tal-2015 ineħħi mix-xena lill-partiti tal-oppożizzjoni bl-impożizzjoni ta' prezzijiet għoljin, u dan iqiegħed lill-Gambja fost l-aktar pajjiżi għaljin biex wieħed jikkontesta għal karigi pubbliċi u b'hekk jiġu limitati d-drittijiet taċ-ċittadini; |
|
1. |
Jesprimi l-aktar tħassib serju tiegħu fir-rigward tas-sigurtà u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin jiddeterjoraw rapidament fil-Gambja u jiddeplora l-attakki tal-14 u tas-16 ta' April 2016 kontra dimostranti paċifiċi; |
|
2. |
Jitlob il-ħelsien immedjat tad-dimostranti kollha arrestati b'rabta mal-protesti tal-14 u tas-16 ta' April 2016; jitlob li l-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja jiggarantixxi proċess ġust lil kwalunkwe persuna suspettata li tinsab detenuta abbażi ta' allegazzjonijiet ta' parteċipazzjoni fit-tentattiv għal bidla mhux kostituzzjonali tal-gvern; jistieden lill-awtoritajiet tal-Gambja jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika ta' dawn il-persuni suspettati fiċ-ċirkostanzi kollha u biex jipprovdu trattament mediku mingħajr dewmien lil dawk midruba; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward ix-xhieda ta' tortura u ta' trattament ħażin ta' priġunieri oħrajn; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Gambjani biex iwettqu investigazzjoni rapida u indipendenti ta' dawn l-avvenimenti, u b'mod partikolari jesprimi tħassib serju dwar il-mewt rappurtata tal-attivist tal-oppożizzjoni Solo Sandeng waqt li kien f'detenzjoni; |
|
4. |
Jikkundanna bil-qawwi l-għajbien furzat, id-detenzjonijiet arbitrarji, it-tortura u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem immirati lejn vuċijiet dissidenti, inklużi ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avversarji politiċi u l-kritiċi, kif ukoll lejn persuni lesbjani, gay, bisesswali u transġeneru, taħt il-gvern tal-president Yahya Jammeh; jitlob li kwalunkwe priġunier detenut f'iżolament jiġi pproċessat jew meħlus; |
|
5. |
Jistieden lill-UE u lill-UA jaħdmu mal-Gambja biex jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji kontra t-tortura, jiżguraw aċċess indipendenti għall-priġunieri u jirriformaw il-leġiżlazzjoni kollha li xxekkel id-drittijiet ta' libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, inklużi r-reati kriminali ta' sedizzjoni, libell kriminali, u “tixrid ta' informazzjoni falza” fil-Kodiċi Kriminali u l-emendar tal-Att dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-2013, li jinkludi ċ-ċensura tal-espressjoni online; |
|
6. |
Jistieden lill-Gambja tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra; |
|
7. |
Jistieden lill-Gvern tal-Gambja jinvestiga l-provi dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali, jiżviluppa leġiżlazzjoni li tindirizza drittijiet ugwali għaċ-ċittadini, fosthom kwistjonijiet ta' inugwaljanza, u jkompli bil-pjanijiet li jistabbilixxi Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-Prinċipji ta' Pariġi dwar l-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, biex jinvestiga u jissorvelja abbużi allegati tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gambja u lill-awtoritajiet reġjonali jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itemmu d-diskriminazzjoni kontra u l-attakki u l-kriminalizzazzjoni ta' persuni LGBTI u biex jiggarantixxi d-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, inkluż it-tneħħija mill-Kodiċi Kriminali Gambjan ta' dispożizzjonijiet li jikkriminalizzaw lill-persuni LGBTI; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet Gambjani biex jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni reliġjuża u biex jaġixxu favur djalogu paċifiku u kostruttiv bejn il-komunitajiet kollha; |
|
10. |
Jistieden lill-ECOWAS u lill-UA biex jibqgħu impenjati kontra l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-reġim Gambjan; ifakkar li s-sigurtà u l-istabilizzazzjoni għadhom sfidi kbar fir-reġjun tal-Afrika tal-Punent u jinsisti fuq il-ħtieġa li l-UA u l-ECOWAS jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Gambja u jżommu djalogu politiku permanenti mal-awtoritajiet Gambjani dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja jirratifika l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza qabel l-elezzjonijiet presidenzjali ppjanati għal Diċembru 2016; |
|
12. |
Jistieden lill-Gvern tal-Gambja jimpenja ruħu fi djalogu ġenwin mal-partiti politiċi kollha tal-oppożizzjoni dwar riformi leġiżlattivi u ta' politika li jiżguraw elezzjoni ħielsa u ġusta u jiggarantixxu r-rispett għal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, skont l-obbligi internazzjonali tal-Gambja; ifakkar li l-parteċipazzjoni sħiħa tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili indipendenti f'elezzjonijiet nazzjonali indipendenti u ħielsa hija fattur importanti għas-suċċess ta' dawn l-elezzjonijiet; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, inkluż l-organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem u l-NGOs, kif ukoll lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja u istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, sabiex jimmonitorjaw b'mod attiv il-proċedura elettorali, b'attenzjoni speċjali għall-garanzija tar-rispett pubbliku għal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; |
|
14. |
Jistieden lill-Gvern tal-Gambja jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiggarantixxi, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa; jitlob, f'dan ir-rigward, riforma tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni sabiex iġġib il-leġiżlazzjoni nazzjonali f'konformità mal-istandards internazzjonali; |
|
15. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-PIN għall-2015-2016 għall-Gambja ma jistabbilixxi l-ebda appoġġ jew fond għas-soċjetà ċivili jew għall-governanza demokratika, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-governanza demokratika, l-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ikunu setturi fokali ta' kull ftehim futur għall-kooperazzjoni fl-izvilupp li jiġi kkunsidrat bejn l-UE u l-Gambja; |
|
16. |
Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Gambja tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, timmonitorja b'mod attiv il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fil-Gambja, u takkumpanja u ssegwi l-investigazzjonijiet dwar is-soppressjoni tal-protesti tal-14 u tas-16 ta' April 2016 mill-gvern u t-trattament tad-dimostranti f'detenzjoni, u biex tintensifika ulterjorment l-isforzi biex tinvolvi ruħha ma' membri tal-oppożizzjoni politika, mexxejja ta' studenti, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, uffiċjali ta' trade unions u ma' mexxejja LGBTI; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iwettqu konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, u biex jikkunsidraw li jiffriżaw kull għajnuna mhux umanitarja lill-Gvern tal-Gambja u biex jimponu projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew sanzjonijiet immirati fuq uffiċjali responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Gambja, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0079.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/35 |
P8_TA(2016)0220
Il-Djibouti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-Djibouti (2016/2694(RSP))
(2018/C 076/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Djibouti, inklużi dawk tal-4 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni fil-Djibouti (Ġibuti) (1) u tal-15 ta' Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-Djibouti taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp tad-19 ta' Ġunju 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-12 ta' April 2016 u tat-23 ta' Diċembru 2015 mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, f'isem l-UE fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għal-Libertà tal-Istampa, tat-3 ta' Mejju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sħubija politika reġjonali tal-UE għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp fil-Qarn tal-Afrika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li l-Djibouti rratifikat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-azzjonijiet u l-komunikazzjonijiet mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Djibouti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preliminari tal-10 ta' April 2016 tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Afrikana li ssorveljat l-elezzjonijiet presidenzjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, li tiegħu il-Djibouti ilha Stat Pparti mill-2003, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim qafas iffirmat fit-30 ta' Diċembru 2014 bejn UMP (l-Unjoni għall-Maġġoranza Presidenzjali), il-koalizzjoni fil-poter, u l-USN (L-Unjoni għas-Salvazzjoni Nazzjonali), il-koalizzjoni ta' partiti tal-oppożizzjoni bl-għan li jippromwovu “paċika u demokratika fil-politika nazzjonali”; |
|
— |
wara li kkunsidra Digriet Nru 2015-3016 PR/MP tal-24 ta' Novembru 2015, adottata mill-Kunsill tal-Ministri tal-Djibouti, li jistabbilixxi miżuri ta' sigurtà eċċezzjonali, wara l-attakki ta' Pariġi fit-13 ta' Novembru 2015; |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou ffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000 u rivedut fit-22 ta' Ġunju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Djibouti tal-1992 li tirrikonoxxi l-libertajiet fundamentali u l-prinċipji bażiċi tal-governanza tajba, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Afrikana għall-Missjonijiet ta' Osservazzjonijiet u Monitoraġġ Elettorali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi Ismail Omar Guelleh ilu l-President tal-Djibouti sa mill-1999, wara rebħa kbira fl-elezzjonijiet ta' April 2016 b'87,1 fil-mija tal-votazzjoni, li ġiet ikkritikata mill-partiti tal-oppożizzjoni u gruppi favur id-drittijiet bħala akkwistata permezz ta' ripressjoni politika; billi xi kandidati tal-oppożizzjoni bbojkottjaw l-elezzjonijiet tal-2005, 2011 u 2016; billi l-President Guelleh ipperswada lill-Assemblea Nazzjonali biex temenda l-Kostituzzjoni fl-2010 wara li kien ħabbar li ma kienx se jikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni fl-2016, b'hekk għamilha possibbli għalih li jerġa' jkun kandidat għat-tielet mandat fl-2011; billi l-protesti mis-soċjetà ċivili li seħħew b'riżultat kienu mrażżna; |
|
B. |
billi bil-pożizzjoni eċċellenti tagħha fil-Golf ta' Aden, il-Djibouti għandha importanza strateġika għall-bażijiet militari barranin u hija kkunsidrata bħala ċentru għall-ġlieda kontra l-piraterija u t-terroriżmu; |
|
C. |
billi għaxar nisa Djiboutani bdew strajk tal-ġuħ f'Pariġi biex jitolbu li ssir inkjesta internazzjonali dwar l-istupru ta' nisa Djiboutani, b'erba minn dawn in-nisa fuq strajk jaffermaw li huma stess kienu stuprati, filwaqt li oħra, Fatou Ambassa, ta' 30 sena, għamlet sawma b'tifkira ta' kuġintha, Halima, li allegatament kienet stuprata minn diversi persuni fl-2003 u mietet fl-età ta' 16-il sena; billi tmienja minn dawn in-nisa komplew il-protesti tagħhom għal 19-il jum mill-25 ta' Marzu sat-12 ta' April 2016, u għaxra oħra għamlu bħalhom fi Brussell; billi l-awtoritajiet tal-Djibouti jikkontestaw l-allegazzjonijiet tagħhom; billi diversi nisa ttieħdu ostaġġi fil-konflitt bejn l-armata tal-Djibouti u l-FRUD-armé; billi l-Kumitat tan-Nisa Djiboutani (Comité des Femmes Djiboutiennes Contre le Viol et l’Impunité (COFEDVI)), li kien stabbilit fl-1993, irreġistra 246 każ ta' stupru mis-suldati miġbura minn madwar 20 ilment imressaq; |
|
D. |
billi l-ebda missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE ma ġiet mistiedna biex tissorvelja l-elezzjonijiet u billi l-missjoni tal-esperti elettorali offruta mill-UE ġiet irrifjutata mill-awtoritajiet tal-Djibouti; billi l-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Afrikana tirrakkomanda l-istabbiliment ta' Kummissjoni Elettorali Indipendenti li tkun inkarigata mill-proċess elettorali, inkluża t-tħabbira tar-riżultati proviżorji; |
|
E. |
billi tliet kandidati tal-oppożizzjoni, Omar Elmi Khaireh, Mohamed Moussa Ali u Djama Abdourahman Djama, ikkontestaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet ta' April 2016 bħala nieqsa mit-trasparenza u li ma jurux ir-rieda tal-poplu tal-Djibouti; billi l-organizzazzjonijiet lokali tad-drittijiet tal-bniedem ma rrikonoxxewx ir-riżultati; billi l-ispazju politiku għall-oppożizzjoni jibqa' limitat ħafna, bil-libertà ta' espressjoni limitata; billi l-forzi tal-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà għandhom kontroll strett tal-pajjiż, u l-ġudikatura hija dgħajfa u qrib il-gvern; billi l-mexxejja tal-oppożizzjoni kienu kostantement suġġetti għal priġunerija u fastidju, u hemm allegazzjonijiet ta' tortura; billi huwa allegat li l-armata ġiet ordnata tneħħi lir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni minn uħud mill-postijiet tal-votazzjoni sabiex il-kaxxa tal-poloz jistgħu jkunu mimlija, filwaqt li distretti oħrajn bħal Ali-Sabieh tpoġġew taħt il-kontroll militari; billi l-President Guelleh organizza festa allegatament biex jippremja lill-armata għall-kontribuzzjoni tagħha fl-elezzjoni qabel ma ħarġu r-riżultati uffiċjali; billi l-Unjoni Afrikana kkundannat għadd ta' irregolaritajiet (nuqqas ta' rekords, nuqqas ta' pubblikazzjoni tar-riżultati u l-fatt li l-voti ma kienux magħduda fil-pubbliku); |
|
F. |
billi fil-31 ta' Diċembru 2015, wara l-esklużjoni ta' membri tal-oppożizzjoni mill-parlament, liġi introdotta f'Novembru 2015 li timponi stat ta' emerġenza intużat biex tirrestrinġi l-libertajiet individwali u topprimi attivisti tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, trejdjunonisti u ġurnalisti; |
|
G. |
billi fit-30 ta' Diċembru 2014 il-koalizzjoni fit-tmexxija, l-UMP, iffirmat ftehim qafas mal-koalizzjoni tal-oppożizzjoni, l-USN, li fih għamlet dispożizzjoni għal riforma tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (Commission Électorale Nationale Indépendante), il-ħolqien ta' kummissjoni parlamentari konġunta, u riformi fuq terminu qasir u medju; billi l-Kummissjoni Parlamentari Konġunta ġiet stabbilita fi Frar 2015, imma l-ebda waħda mill-abbozzi ta' liġijiet importanti (bħal-liġi dwar il-ħolqien ta' kummissjoni elettorali konġunta indipendenti u l-liġi dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partiti politiċi) ma tressqet; billi fis-26 ta' Awwissu 2015, l-awtoritajiet tal-Djibouti ħabbru li l-kummissjoni elettorali mhux se tiġi riformata; |
|
H. |
billi m'hemmx stazzjonijiet tat-televiżjoni jew tar-radju privati fil-Djibouti, bl-awtoritajiet jissorveljaw mill-qrib is-siti web tal-oppożizzjoni u b'mod regolari jimblukkaw is-siti web tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-midja soċjali; billi l-gvern huwa s-sid tal-gazzetta prinċipali La Nation, u tal-istazzjon tax-xandir nazzjonali, Radiodiffusion-Télévision de Djibouti, li jipprattika l-awtoċensura; billi fl-2015, Freedom House iddikjarat li fil-Djibouti l-istampa ma kinitx libera; billi l-Djibouti hija klassifikata fil-170 pożizzjoni (minn 180 pajjiż) fl-indiċi dinji tal-libertajiet tal-istampa tal-2015, ikkompilat mill-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri; billi, matul it-tmexxija tal-koalizzjoni tal-UMP, il-partiti tal-oppożizzjoni u l-attivisti kontinwament kienu taħt ripressjoni u ħafna attivisti tal-partit u ġurnalisti, inklużi ġurnalist tal-BBC matul il-kampanja elettorali presidenzjali, kienu suġġetti għal proċedimenti ġuridiċi; billi fid-19 ta' Jannar 2016 il-gazzetta ewlenija tal-oppożizzjoni, l’Aurore, ingħalqet b'ordni tal-qorti; billi l-Kummissjoni ta' Komunikazzjoni Nazzjonali, li suppost kellha titwaqqaf fl-1993, għadha s'issa ma twaqqfetx; |
|
I. |
billi fl-2012 speċjalment, ir-reġjun ta' Mablas ra mewġa ta' arresti arbitrarji ta' persuni suspettati bħala membri tal-FRUD-armé; |
|
J. |
billi kien allegat li tal-anqas 27 ruħ inqatlu mill-awtoritajiet, u aktar minn 150 sfaw midruba f'ċelebrazzjoni kulturali fl-21 ta' Diċembru 2015 f'Buldugo, għalkemm il-gvern tal-Djibouti insista li n-numru ta' mwiet kien biss ta' sebgħa; billi aktar tard il-pulizija invadiet ukoll il-bini fejn kienu qed jiltaqgħu il-mexxejja tal-oppożizzjoni, ġew feruti għadd ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u żewġ membri prominenti tal-mexxejja tal-oppożizzjoni (Abdourahman Mohammed Guelleh, Segretarju-Ġenerali tal-USN, u Hamoud Abdi Souldan) spiċċaw il-ħabs mibgħajr ma nġabu akkużi kontrihom; billi t-tnejn inħelsu ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet presidenzjali, bl-ewwel minnhom jiffaċċja akkużi kriminali; billi mexxej ta' trejdjunjin u difensur tad-drittijiet tal-bniedem, Omar Ali Ewado, inżamm incommunicado mid-29 ta' Diċembru 2015 sal-14 ta' Frar 2016, għaliex ippubblika lista ta' vittmi ta' dan il-massakru u ta' dawk li għadhom nieqsa; billi l-avukat tiegħu wkoll ġie arrestat fl-ajruport; billi Said Houssein Robleh, membru tal-oppożizzjoni u Segretarju Ġenerali tal-LDDH, spiċċa ferut mill-bulits tal-pulizija Djiboutjana u attwalment jinsab fl-eżilju fl-Ewropa; |
|
K. |
billi l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fil-ħabsijiet tal-Djibouti huma preokkupanti immens; |
|
L. |
billi wara l-attakki terroristiċi tat-13 ta' Novembru 2015 f’Pariġi, il-Kunsill tal-Ministri tal-Djibouti adotta d-Digriet Nru 2015-3016 PR/PM fl-24 ta' Novembru 2015, li jipprojbixxi l-laqgħat u l-miġegħmat f'żoni pubbliċi, bħala miżura kontraterroristika; |
|
M. |
billi m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza domestika u l-istupru konjugali fil-Djibouti; billi l-awtoritajiet informaw lill-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa li huma konxji min-nuqqasijiet tat-tentattivi tagħhom li jindirizzaw il-vjolenza sessista; billi minkejja l-fatt li ilhom illegali mill-2005, diversi forom ta' mutilazzjoni ġenitali femminili twettqa fuq 98 % tan-nisa fil-Djibouti; |
|
N. |
billi, skont il-Bank Dinji, aktar minn 23 % tal-Djiboutjani jgħixu f'faqar estrem, u 74 % jgħixu b'inqas minn USD 3 kuljum; billi l-insigurtà tal-ikel fil-Djibouti ġiet aggravata minħabba l-prezzijiet għolja tal-ikel, l-iskarsezza tal-ilma, it-tibdil fil-klima u mergħat ridotti; billi l-Djibouti hi benefiċjarju tal-pakkett ta' għajnuna ta' EUR 79 miljun mingħand l-Unjoni Ewropea għan-nazzjonijiet tal-Qarn il-Kbir tal-Afrika milquta mill-fenomenu klimatiku magħruf bħala El Niño; |
|
O. |
billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt huma l-pedament proprju tas-sħubija AKP-UE u jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou; billi l-Unjoni Ewropea għandha tintensifika bla dewmien id-djalogu politiku regolari mal-Djibouti skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou; |
|
P. |
billi l-Djibouti attwalment qed tirċievi EUR 105 miljun f'fondi bilaterali tal-UE, primarjament għall-ilma u s-sanità u s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, bħala parti mill-Programm Nazzjonali Indikattiv tal-UE, taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp; billi mill-2013 sal-2017, Djibouti se tkun irċeviet EUR 14 -il miljun bħala parti mill-inizjattiva ta' Appoġġ għar-Reżiljenza tal-Qarn tal-Afrika tal-UE, li timmira biex isaħħaħ il-komunitajiet biex ikunu jistgħu jifilħu iktar għal nixfiet rikorrenti, |
|
Q. |
billi l-Djibouti bħalissa qed tospita aktar minn 15,000 rifuġjat mis-Somalja u l-Eritrea u madwar 8,000 ruħ oħra mill-Jemen; billi n-nisa u l-bniet fil-kampijiet tar-rifuġjati jinsabu f'riskju ta' vjolenza sessista; billi l-Kummissjoni qed tipprovdi assistenza, bħal servizzi ta' salvataġġ, u għajnuna finanzjarja lill-komunitajiet li qegħdin jospitaw il-kampijiet tar-rifuġjati; |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-istaġnar tal-proċess ta' demokratizzazzjoni fil-Djibouti, li mar għall-agħar minħabba li l-parlament għamel bidliet fil-kostituzzjoni Djiboutjana fir-rigward tal-limitazzjoni tat-termini presidenzjali, u l-allegazzjonijiet li membri tal-oppożizzjoni kienu ffastidjati u esklużi minn ħafna postijiet tal-votazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' elezzjonijiet ġusti, ħielsa mill-intimidazzjoni; |
|
2. |
Jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa dwar it-trasparenza tal-proċess elettorali u l-elezzjonijiet tal-2016 fil-Djibouti; itenni l-appell tal-Unjoni Ewropea sabiex ir-riżultati minn kull post tal-votazzjoni użati fl-elezzjonijiet tal-2013 u l-2016 jiġu ppubblikati; |
|
3. |
Jikkundanna bil-qawwa l-istupri allegatament imwettqa minn suldati Djiboutani kontra persuni ċivili u rappurtati minn NGOs differenti, kif issottolinjaw il-każijiet tal-istrajk tal-ġuħ, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Djibouti jwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar l-azzjonijiet tal-armata b'mod partikolari u biex tintemm l-impunità; jistieden lin-Nazzjonijiet Uniti jinvestigaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Djibouti, u b'mod speċjali s-sitwazzjoni tan-nisa fil-pajjiż; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu man-nisa Djiboutjani li qed jagħmlu strajk tal-ġuħ fi Franza u fil-Belġju; |
|
4. |
Jikkundanna l-indħil tal-armata u tal-pulizija fil-proċessi demokratiċi u jtenni li investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti dwar il-proċess elettorali hi essenzjali; jinsab imħasseb dwar ir-rieda apparenti tal-President li jiċċelebra qabel iż-żmien ir-rebħa tiegħu fl-elezzjonijiet ta' April 2016; ifakkar lill-Djibouti li hi parti għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti u li l-Artikolu 16 tal-Kostituzzjoni Djiboutjana jistipula li “ħadd m'għandu jkun assoġġettat għal tortura jew trattament ħażin jew atti krudili, inumani, degradanti jew umiljanti”; jistieden lill-Djibouti biex tinvestiga bir-reqqa l-allegazzjonijiet ta' tortura u trattament ħażin u tiżgura li t-trasgressuri jiġu mressqa l-qorti u jekk jinstabu ħatja, jiġu kkastigati b'sanzjonijiet xierqa, u li l-vittmi jiġu kkumpensati b'mod adegwat, u biex tistabbilixxi mekkaniżmu indipendenti biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' mġiba ħażina; |
|
5. |
Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Djiboutjani li ma jirriformawx il-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali kif previst mill-Ftehim Qafas iffirmat fit-30 ta' Diċembru 2014, u jħeġġiġhom biex jaħdmu mill-qrib mal-oppożizzjoni ħalli jipproduċu proċess elettorali iktar ġust u iktar trasparenti; |
|
6. |
Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Djibouti fl-impenji tagħhom, taħt il-Linji Gwida tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ Elettorali tal-Unjoni Afrikana, li jipproteġu l-ġurnalisti u jikkundanna l-mod li bih ġew trattati l-ġurnalisti u jfakkar lill-awtoritajiet tal-Djibouti fl-importanza tal-libertà tal-istampa u d-dritt għal proċess ġust; jitlob spjegazzjoni motivata mingħand l-awtoritajiet Djiboutani dwar it-trattament tal-ġurnalisti; jikkundanna bil-qawwa l-fastidju u l-priġunerija mingħajr akkużi ta' mexxejja tal-oppożizzjoni, ġurnalisti attivisti indipendenti u tad-drittijiet tal-bniedem fil-jiem ta' qabel l-elezzjonijiet presidenzjali; jistieden lill-awtoritajiet Djiboutjani jtemmu r-ripressjoni tal-opponenti politiċi u l-ġurnalisti u li jeħilsu lil dawk kollha li qed jinżammu detenuti għal raġunijiet politiċi jew għax jeżerċitaw il-libertà tal-midja; jistieden lill-awtoritajiet Djiboutjani jirrevedu l-liġi tal-istat ta' emerġenza tal-pajjiż biex jagħmluha konformi għalkollox mad-dritt internazzjonali; |
|
7. |
Jikkundanna n-nuqqas ta' stampa indipendenti fil-Djibouti u l-monitoraġġ u ċ-ċensura ta' siti web li jikkritikaw il-gvern; jisgħobbih għall-prattika ta' awtoċensura mwettqa mill-midja statali; jistieden lill-Gvern Djiboutjan joħroġ liċenzji tax-xandir FM lil kwalunkwe entità tal-midja indipendenti li jitolbuha; jistieden lill-gvern jagħti aċċess liberu għall-pajjiż lill-ġurnalisti barranin sabiex jippermettilhom iwettqu xogħolhom b'mod sikur u oġġettiv; jistieden lill-Gvern tal-Djibouti biex jistabbilixxi kummissjoni nazzjonali tal-komunikazzjoni u biex jawtorizza xandir indipendenti u privat; |
|
8. |
Jiddeplora l-qtil li seħħ fiċ-ċerimonja kulturali tal-21 ta' Diċembru 2015 u d-detenzjonijiet u l-atti ta' fastidju sussegwenti kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u membri tal-oppożizzjoni; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-familji tal-vittmi u jitlob li ssir inkjesta sħiħa u indipendenti bil-għan li l-persuni responsabbli jiġu identifikati u mressqa quddiem il-qrati; itenni l-kundanna tiegħu għad-detenzjoni arbitrarja u jappella li d-drittijiet tad-difiża jiġu rispettati; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Djibouti biex jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti fil-ftehimiet nazzjonali u internazzjonali ffirmati mill-pajjiż u biex jissalvagwardaw id-drittijiet u l-libertajiet ċivili u politiċi, inkluż id-dritt ta’ dimostrazzjoni paċifika u l-libertà tal-istampa; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jipprovdi taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħra bil-għan li japplikaw l-Att dwar it-Traffikar tal-Bnedmin, biex jintensifika l-isforzi biex it-traffikanti tal-bnedmin jitressqu quddiem il-ġustizzja u biex tiżdied il-kuxjenza dwar il-kwistjoni tat-traffikar fost l-awtoritajiet ġudizzjarji, leġiżlattivi u amministrattivi, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li joperaw fil-pajjiż, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali; |
|
11. |
Jitlob li n-nisa u l-irġiel jiġu ttrattati ndaqs quddiem il-liġi fil-Djibouti u jfakkar lill-awtoritajiet li huma parti għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; |
|
12. |
Jilqa' l-interventi tal-Gvern tal-Djibouti fir-rigward tal-prattika mifruxa tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, iżda jixtieq jara li jsir aktar titjib; |
|
13. |
Jistieden lill-awtoritajiet jagħtu aċċess lill-NGOs għad-distretti ta' Obock, Tadjoural u Dikhil; |
|
14. |
Jitlob l-awtoritajiet ċivili u militari biex jeżerċitaw trażżin massimu matul operazzjonijiet tal-pulizija u tal-armata fit-Tramuntana tal-pajjiż, u b'mod partikolari biex ma jużaw l-ebda tip ta' vjolenza kontra l-popolazzjonijiet ċivili u lanqas ma jutilizzaw dawn il-popolazzjonijiet bħala tarka madwar il-kampijiet militari; |
|
15. |
Jiddikjara r-rieda tiegħu li jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Djibouti u li jipproponi miżuri ristrettivi f'każ ta' ksur tal-Ftehim ta' Cotonou (2000), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja hija wkoll is-sitwazzjoni mill-qrib; |
|
16. |
Iħeġġeġ lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lis-sħab tagħhom biex jaħdmu mal-Djiboutjani għal riforma politika fit-tul, liema ħidma għandha tkun iffaċilitata partikolarment permezz tar-relazzjoni qawwija li diġà teżisti, minħabba li l-Djibouti kienet komponent ewlieni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-piraterija fir-reġjun, filwaqt li tospita bażi militari u tikkontribwixxi għall-istabilità fir-reġjun; |
|
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja lill-organizzazzjonijiet indipendenti u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari biex mill-aktar fis jiftħu sejħa għall-offerti fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern tar-Repubblika tal-Djibouti, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Awtorità Intergovernattiva dwar l-Iżvilupp, lill-Lega Għarbija, lill-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE. |
(1) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 160.
(2) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 102.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/40 |
P8_TA(2016)0222
It-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut (2016/2532(RSP))
(2018/C 076/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà tal-Ikel u jistabilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (4), |
|
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (5). |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għas-Sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-traċċabilità ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-restorazzjoni u l-bejgħ bl-imnut (O-000052/2016 – B8-0365/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-UE hija l-ikbar suq tal-frott tal-baħar li huwa fornut kemm mis-settur tas-sajd tal-UE kif ukoll mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; |
|
B. |
billi l-konsumaturi għandhom id-dritt għal informazzjoni espressa f'termini li jinftiehmu, inkluża informazzjoni kostali u ġeografika dwar iż-żoni ta' qbid, u għandhom ikunu kapaċi jistrieħu kompletament fuq il-katina kollha li tipprovdi prodotti tas-sajd fis-suq tal-UE; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom id-dover li jipproteġu liċ-ċittadini tal-UE minn atti frawdolenti; billi l-prodotti importati kollha għandhom jikkonformaw mar-regoli u mal-istandards tal-UE; |
|
C. |
billi l-Kummissjoni qed tħejji inventarju dettaljat u eżawrjenti ta' talbiet volontarji marbuta ma' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jiġu kkummerċjalizzati fl-UE; billi s-sejbiet tal-Kummissjoni jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' struttura esterna li tiċċertifika talbiet volontarji għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fis-suq tal-UE; |
|
D. |
billi l-pjan ta' kontroll tal-UE għall-2015 tal-Kummissjoni (7) fil-valutazzjoni tal-prevalenza fis-suq ta' ħut abjad ittikkettat ħażin f'dik li hi l-ispeċi ddikjarata tiegħu wera li l-ispeċi ddikjarata ġiet ikkonfermata f'94 % tal-kampjuni meħuda; madankollu, għal ċerti speċi, il-livelli ta' non-konformità kienu għoljin ħafna, u r-rata ta' 6 % hija kkunsidrata bħala relattivament baxxa meta mqabbla ma' studji oħrajn aktar limitati fl-Istati Membri; |
|
E. |
billi l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jirrikjedi li l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament u lill-Kunsill rapport ta' fattibbiltà dwar opzjonijiet għal skema ta' ekotikketta għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, sal-1 ta' Jannar 2015; |
|
F. |
billi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) għandha tiggarantixxi kompetizzjoni u dħul ġusti għall-produtturi ta' prodotti tas-sajd mibjugħa jew mixtrija fl-UE; |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib serju u l-iskuntentizza tiegħu b'rabta mar-riżultati ta' diversi studji li juru livelli sinifikanti ta' tikkettar ħażin ta' prodotti tal-ħut mibjugħa fis-suq tal-UE, inkluż fir-ristoranti tal-istituzzjonijiet tal-UE; jafferma mill-ġdid li t-tikkettar żbaljat intenzjonali u frawdolenti ta' speċijiet tal-ħut huwa ksur tar-regolamenti tal-UE, inkluża l-Politika Komuni tas-Sajd, u jista' jikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi nazzjonali; |
|
2. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kontrolli nazzjonali, inkluż dwar ħut mhux proċessat għal ristoranti u fis-settur tal-catering, fi sforz biex jiġu indirizzati l-frodi u biex jiġi identifikat l-istadju tal-katina tal-provvista fejn il-ħut ikun ittikkettat ħażin; huwa mħasseb dwar il-livell ta' sostituzzjoni ta' speċijiet ta' kwalità għolja bi speċijiet ta' kwalità aktar baxxa; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistudjaw liema miżuri jistgħu jiġu implimentati biex titjieb t-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; jappoġġa l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma li jarmonizza l-implimentazzjoni ta' traċċabilità fl-Istati Membri kollha u l-ħolqien ta' struttura esterna li tippermetti ċertifikazzjoni ta' talbiet volontarji għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fis-suq tal-UE; |
|
3. |
Jappoġġa sistema b'saħħitha ta' traċċabbiltà, mill-ħatt l-art sal-konsum, li tagħti fiduċja lill-konsumaturi, u min-naħa l-oħra, tnaqqas id-dipendenza kummerċjali fuq il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati, biex b'hekk jissaħħaħ is-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal ta' DNA barcoding li jista' jgħin fl-identifikazzjoni tal-ispeċijiet skont sekwenzjar tad-DNA, biex it-traċċabbiltà tittejjeb; |
|
4. |
Jilqa' l-qafas il-ġdid tal-OKS u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, bi qbil mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, tressaq rapport ta' fattibbiltà dwar opzjonijiet għal skema ta' ekotikketta għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards minimi għall-ekotikkettar; jikkunsidra li l-elementi ewlenin tas-sistema ta' tikkettar għandhom jiżguraw it-trasparenza, l-indipendenza u l-kredibbiltà tal-proċess ta' ċertifikazzjoni; jitlob li ssir analiżi fil-fond dwar il-benefiċċji tal-ħolqien ta' sistema ta' tikkettar madwar l-UE kollha; |
|
5. |
Jappella lill-Kummissjoni timmonitorja fuq bażi regolari sa fejn l-informazzjoni meħtieġa qed tidher fuq it-tikketti; jenfasizza li tikkettar ċar jeħtieġ li jipprovdi informazzjoni li tinftiehem, verifikabbli u preċiża; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-kuntest ta' tikkettar volontarju, biex jagħtu l-informazzjoni kollha disponibbli li tippermetti lill-konsumatur jagħmel għażla informata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' tikkettar għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
|
6. |
Jenfasizza li politika ta' tikkettar Ewropea tajba fis-settur tas-sajd tkun fattur ewlieni biex tingħata spinta lill-iżvilupp ekonomiku tal-komunitajiet kostali, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-aħjar prattiki tas-sajjieda u billi tkun sottolinjata l-kwalità tal-prodotti li jipprovdu lill-konsumaturi; |
|
7. |
Jappella lill-Kummissjoni, fl-interess li jiġi garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni preċiża, affidabbli u komprensibbli, li tadotta miżuri biex tirrimedja konfużjoni ikkawżata mir-rekwiżiti attwali ta' tikkettar ibbażat fuq żoni u sottożoni tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), li hija partikolarment serja fil-każ ta' qabdiet f'xi sottożoni taż-żona 27, fejn b'mod partikolari l-Galizja u l-Golf ta' Cádiz huma mmarkati bħala “Ibħra Portugiżi”, Wales bħala “Il-Baħar Irlandiż” u l-Brittanja bħala “l-Golf tal-Biskalja”; |
|
8. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd tiġi nkluża b'mod trasparenti u ċar; |
|
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe ekotikketta mifruxa mal-Unjoni kif ukoll skemi ta' ekotikkettar u ta' ċertifikazzjoni futuri minn partijiet terzi tal-frott tal-baħar ikunu konsistenti mal-linji gwida tal-FAO għall-Ekotikkettar tal-Prodotti tal-Ħut u tas-Sajd minn Żoni ta' Qbid Marittimu; |
|
10. |
Iqis li l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, liema kriterji għandhom jiġu diskussi ulterjorment fil-livell tal-UE, tista' tikkontribwixxi biex tissaħħaħ it-traċċabbiltà u l-forniment ta' informazzjoni trasparenti lill-konsumaturi; jemmen li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) jista' jiffinanzja tali tikketta; |
|
11. |
Jinnota li xi denominazzjonijiet ta' ħut kummerċjali fis-seħħ fl-Istati Membri jvarjaw bejniethom minħabba prattiki nazzjonali li jistgħu jwasslu għal ċertu grad ta' konfużjoni; jilqa' l-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni sabiex jitnieda proġett pilota, kif adottat mill-Parlament, biex tiġi introdotta bażi ta' data pubblika li tipprovdi informazzjoni dwar denominazzjonijiet kummerċjali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika b'mod aktar effettiv il-ħidma tagħha għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-baħar u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali; |
|
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(4) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0011.
(7) http://ec.europa.eu/food/safety/official_controls/food_fraud/fish_substitution/index_en.htm?subweb=343&lang=en
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/43 |
P8_TA(2016)0223
L-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (2016/2667(RSP))
(2018/C 076/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-antidumping (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1)), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina huma tnejn mill-akbar qawwiet kummerċjali fid-dinja, fejn iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali taċ-Ċina, u bi flussi kummerċjali bejniethom li jisbqu sewwa l-EUR 1 biljun kull jum; |
|
B. |
billi fl-2015 l-investiment ġej miċ-Ċina lejn l-UE għall-ewwel darba qabeż l-investiment sejjer mill-UE lejn iċ-Ċina; billi s-suq Ċiniż ilu għal xi żmien il-mutur ewlieni tal-profitti għal għadd ta' industriji u marki Ewropej; |
|
C. |
billi, meta ċ-Ċina ssieħbet fid-WTO, arranġament għal din l-adeżjoni ppreveda metodoloġija speċifika għall-kalkolu tad-dumping, li ddaħħlet fit-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina u li sservi ta' bażi għat-trattament differenti li jingħata lill-importazzjonijiet miċ-Ċina; |
|
D. |
billi kwalunkwe deċiżjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-importazzjonijiet miċ-Ċina wara Diċembru 2016 għandha tiżgura l-konformità tad-dritt tal-UE mar-regoli tad-WTO; |
|
E. |
billi d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li jibqgħu fis-seħħ wara l-2016 jipprovdu bażi għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard għall-importazzjonijiet miċ-Ċina wara l-2016; |
|
F. |
billi, fid-dawl tal-livell kurrenti ta' influwenza tal-istat fuq l-ekonomija Ċiniża, id-deċiżjonijiet tad-ditti dwar il-prezzijiet, il-kostijiet, l-outputs u l-inputs ma jirrispondux għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda; |
|
G. |
billi, fil-Protokoll ta' Adeżjoni tagħha, iċ-Ċina ntrabtet li, inter alia, tippermetti li l-prezzijiet kollha tagħha jiġu ddeterminati mill-forzi tas-suq, u billi l-UE jeħtiġilha tiżgura li ċ-Ċina tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha fi ħdan id-WTO; |
|
H. |
billi s-sovrakapaċità taċ-Ċina diġà qed ikollha konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali qawwija fl-UE, kif wera dan l-aħħar l-impatt negattiv fuq is-settur tal-azzar tal-UE, b'mod partikolari fir-Renju Unit, u billi l-impatt soċjali fuq l-impjiegi fl-UE tal-għoti liċ-Ċina ta' status ta' ekonomija tas-suq (MES) jaf ikun sostanzjali; |
|
I. |
billi 56 mit-73 miżura ta' antidumping li huma fis-seħħ illum fl-UE japplikaw għall-importazzjonijiet miċ-Ċina; |
|
J. |
billi l-konsultazzjoni pubblika konkluża reċentement dwar il-possibbiltà li ċ-Ċina tingħata l-istatus ta' ekonomija tas-suq tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali li taf tkun utli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni; |
|
K. |
billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu “Industrija Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku” (COM(2012)0582) tistabbilixxi l-objettiv li, sal-2020, is-sehem tal-industrija fil-PDG tal-UE jiżdied għal 20 %, |
|
1. |
Itenni l-importanza tas-sħubija strateġika tal-UE maċ-Ċina, f'liema sħubija l-kummerċ ħieles u ġust u l-investiment għandhom rwol importanti; |
|
2. |
Jenfasizza li ċ-Ċina mhijiex ekonomija tas-suq, u li l-ħames kriterji stabbiliti mill-UE għad-definizzjoni ta' ekonomiji tas-suq għadhom ma ġewx issodisfati; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoordina mas-sħab kummerċjali l-kbar tal-UE, inkluż fil-kuntest tas-Summits tal-G7 u tal-G20 li dalwaqt isiru, dwar l-aħjar mod kif jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li jibqgħu fis-seħħ wara l-2016 jingħataw tifsira ġuridika sħiħa fil-proċeduri nazzjonali tagħhom, u li nopponu kull konċessjoni unilaterali ta' MES liċ-Ċina; |
|
4. |
Jenfasizza li, fis-Summit li ġej bejn l-UE u ċ-Ċina, il-kwistjonijiet relatati mal-MES għandhom jiġu diskussi; |
|
5. |
Jitlob li l-Kummissjoni tqis kif jixraq it-tħassib espress mill-industrija, mit-trejdjunjins u minn partijiet interessati oħra tal-UE, dwar il-konsegwenzi għall-impjiegi tal-UE u għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-setturi kollha tal-manifattura milquta u għall-industrija tal-UE kollha kemm hi, u li tiżgura, f'dan il-kuntest, li l-impjiegi fl-UE jkunu difiżi; |
|
6. |
Huwa konvint li, sakemm iċ-Ċina ma tissodisfax il-ħames kriterji tal-UE meħtieġa biex tikkwalifika bħala ekonomija tas-suq, l-UE għandha tuża metodoloġija mhux standard f'investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi fid-determinazzjoni tal-komparabbiltà tal-prezzijiet, bi qbil ma' u b'effett sħiħ ta' dawk il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina li jipprovdu spazju għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel proposta konformi ma' dan il-prinċipju; |
|
7. |
B'mod parallel, jisħaq fuq il-ħtieġa imminenti li ssir riforma ġenerali tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għad-difiża tal-kummerċ, bil-għan li l-industrija tal-UE jkollha garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni maċ-Ċina u ma' sħab kummerċjali oħra, fir-rispett sħiħ tar-regoli tad-WTO; jitlob li l-Kunsill iħabrek bil-ħeffa għal qbil mal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/45 |
P8_TA(2016)0224
Segwitu u sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 (2016/2696(RSP))
(2018/C 076/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument “Nittrasformaw id-Dinja Tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” adottat min-Nazzjonijiet Uniti fis-Summit dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, fi New York, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015 f'Addis Ababa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp Interaġenzjali ta' Esperti dwar l-Indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (IAEG-SDG), li ġie ppubblikat fis-17 ta' Diċembru 2015, u li ġie adottat fis-47 sessjoni tal-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU f'Marzu 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra li t-Taqsima ta' Livell Għoli tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) se ssir bejn it-18 u t-22 ta' Lulju 2016 bit-tema “L-Implimentazzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp ta' wara l-2015: mill-impenji nimxu għar-riżultati”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE “għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-iżvilupp kontinwu tal-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà, li se tkun ta' gwida għall-azzjonijiet globali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar ir-rwol tal-UE fin-NU – kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp, |
|
— |
wara li kkunsidra r-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 – “L-Approċċ il-Ġdid lil hinn mill-2020”, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra u d-dikjarazzjoni u l-pjan ta' azzjoni adottati fil-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f'Busan f'Diċembru 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u r-reviżjoni tiegħu li jmiss, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jesiġi li l-prinċipju tal-politiki għall-iżvilupp jitqies fil-politiki esterni kollha tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-eżiti tas-Summit Umanitarju Dinji li se jsir f'Istanbul, it-Turkija fit-23 u l-24 ta' Mejju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta' Marzu 2016 li ntbagħtet mill-Kumitat għall-Iżvilupp lill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali dwar il-kwistjoni tas-segwitu u r-rieżami tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tappella sabiex l-għanijiet u l-miri jingħataw segwitu u jiġu rieżaminati permezz ta' sett ta' indikaturi globali; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU ingħata mandat biex ifassal rapport ta' progress annwali dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli sabiex ikun ta' għajnuna għas-segwitu u r-rieżami min-naħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; billi r-rapport ta' progress dwar l-SDGs għandu jkun ibbażat fuq data fornuta mis-sistemi tal-istatistika nazzjonali u informazzjoni miġbura f'livelli differenti; |
|
B. |
billi l-Kummissjoni tal-Istatistika, fis-46 sessjoni tagħha (3-6 ta' Marzu 2015), approvat il-pjan direzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' indikaturi globali; |
|
C. |
billi l-Grupp Interaġenzjali ta' Esperti dwar l-Indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ġie inkarigat biex jiżviluppa kompletament proposta għall-qafas ta' indikaturi dwar il-monitoraġġ tal-għanijiet u tal-miri tal-Aġenda għall-Iżvilupp ta' wara l-2015, ippropona indikaturi għar-rieżami tal-Aġenda 2030, li ġew maqbula fis-47 sessjoni tal-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU f'Marzu 2016; |
|
D. |
billi s-sett propost ta' 230 indikatur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrappreżenta punt ta' tluq tajjeb u qafas b'saħħtu għas-segwitu u r-rieżami tal-progress lejn il-kisba tas-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli; |
|
E. |
billi bosta mill-indikaturi għadhom ma ġewx finalizzati, filwaqt li fl-istess ħin l-istati membri firmatarji se jkollhom jiżviluppaw l-indikaturi nazzjonali tagħhom skont l-indikaturi globali, adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom; |
|
F. |
billi l-qafas globali ta' indikaturi għandu jiġi maqbul mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) f'Lulju 2016 u mill-Assemblea Ġenerali f'Settembru 2016; |
|
G. |
billi l-Kunsill Affarijiet Barranin fil-komponent tiegħu dwar l-iżvilupp se jiltaqa' fit-12 ta' Mejju 2016 u għandu jħejji pożizzjoni tal-UE għal-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li se ssir f'Lulju 2016 u jiddetermina f'liema kuntest se ssir id-diskussjoni tematika dwar il-kummerċ u l-iżvilupp, billi jiffoka fuq il-kontribut tal-UE fis-settur privat fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; |
|
H. |
billi l-ippjanar strateġiku, l-implimentazzjoni u r-rapportar tas-sistema kollha huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti u integrat għall-implimentazzjoni tal-Aġenda l-ġdida mis-sistema tal-iżvilupp tan-NU; |
|
I. |
billi l-qafas universali l-ġdid għall-iżvilupp sostenibbli jappella għal aktar koerenza bejn l-oqsma differenti tal-politika u tal-atturi tal-UE, li jeħtieġ aktar koordinazzjoni, djalogu u ħidma konġunta fil-livelli kollha fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll bejniethom, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tat-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli (dak ambjentali, ekonomiku u soċjali) fil-politiki interni u esterni tal-UE; |
|
J. |
billi l-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Lulju 2016 se tinkludi rieżamijiet volontarji ta' 22 pajjiż inkluż erba' pajjiżi Ewropej – l-Estonja, il-Finlandja, Franza u l-Ġermanja – u rieżamijiet tematiċi tal-progress tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż kwistjonijiet trasversali, appoġġati mir-rieżamijiet mill-kummissjonijiet funzjonali tal-ECOSOC u korpi intergovernattivi u fora oħra; |
|
1. |
Jistieden lill-Kunsill Affarijiet Barrinin fil-komponent tiegħu dwar l-iżvilupp jadotta, qabel il-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Lulju 2016, pożizzjoni koerenti u komuni tal-UE, li tqis il-pożizzjoni tal-Parlament, kif espressa f'din ir-riżoluzzjoni; jemmen li huwa kruċjali għall-kredibbiltà tal-UE kif ukoll għall-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha li tiġi ppreżentata pożizzjoni komuni; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx komunikazzjoni dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 qabel il-laqgħa tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, kif mitlub mill-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li għandha sservi bħala bażi għal pożizzjoni komuni tal-UE; |
|
2. |
Jilqa' r-rapport tal-Grupp Interaġenzjali ta' Esperti dwar l-indikaturi tal-SDGs; jemmen li dan jirrappreżenta kisba eċċezzjonali u huwa bażi tajba għan-negozjati peress li l-indikaturi proposti jiġbdu l-attenzjoni għas-serje ħafna aktar varjat ta' tħassib strutturali; |
|
3. |
Jilqa' l-kapitolu separat dwar id-diżaggregazzjoni tad-data u l-importanza mogħtija lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-istatistika; |
|
4. |
Jirrikonoxxi r-rwol kritiku tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jenfasizza li dan il-korp jeħtieġ li jiżgura l-valutazzjoni koordinata u effiċjenti tal-ħtiġijiet u l-adozzjoni tal-pjanijiet direzzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Aġenda 2030; |
|
5. |
Jenfasizza li l-Aġenda 2030 u l-SDGs jirrappreżentaw impenn internazzjonali mġedded biex jinqered il-faqar, jiġu definiti mill-ġdid u modernizzati l-istrateġiji tagħna għall-iżvilupp għall-15-il sena li ġejjin u biex jiġi żgurat li aħna niksbu riżultati; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal Strateġija globali għall-Iżvilupp Sostenibbli li tkun tinkludi l-oqsma tal-politiki interni u esterni kollha rilevanti, bi skeda ta' żmien dettaljata sal-2030, b'rieżami ta' nofs it-terminu u proċedura speċifika li tiżgura l-involviment sħiħ tal-Parlament, inkluż pjan ta' implimentazzjoni konkret li jikkoordina l-kisba tas-17-il għan, 169 mira u 230 indikatur globali, u tiżgura konsistenza ma', u t-twettiq, tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza l-importanza tal-universalità tal-għanijiet, u tal-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-għanijiet u l-miri kollha b'mod sħiħ, fil-prattika u fl-ispirtu; |
|
7. |
Jinsisti li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-politiki ta' implimentazzjoni assoċjati għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha, inkluż il-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili, permezz ta' proċess inklużiv; |
|
8. |
Jappella għal komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030, b'informazzjoni ċara dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni tal-Aġenda fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri; jissottolinja l-fatt li kull Direttorat Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jkun involut kompletament fl-integrazzjoni tal-Aġenda 2030 fir-rieżami li jmiss tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-Istrateġija Globali tal-UE dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà, sabiex tiġi żgurata koerenza politika b'saħħitha għall-iżvilupp sostenibbli; |
|
9. |
Jenfasizza li r-rieżami tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp jeħtieġ li jirrifletti bi sħiħ l-Aġenda 2030 il-ġdida, li tinkludi bidla fundamentali u trasformazzjoni kompleta tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp; ifakkar li pprogrammar adegwat u immirat tal-għajnuna fi ħdan il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'rispett dovut għall-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna, huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri assoċjati; |
|
10. |
Jenfasizza li l-UE jeħtieġ li tieħu vantaġġ sħiħ tar-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' finanzjament u l-linji baġitarji jirriflettu l-impenji kollha tal-Aġenda 2030 maqbula mill-UE; jappella biex l-UE u l-Istati Membri jerġgħu jimpenjaw ruħhom mingħajr dewmien għall-mira ta' 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) sabiex tinkiseb il-mira ta' 0,7 %; |
|
11. |
Jappella għal djalogu regolari bejn il-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Kummissjoni dwar il-progress li sar, li jkun jinkludi rapportar regolari lill-Parlament, b'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tar-responsabbiltà reċiproka; jinsisti dwar il-ħtieġa għal djalogu msaħħaħ bejn il-Kummissjoni u l-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, b'mod partikolari fir-rigward tal-politika dwar l-iżvilupp u tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' sħab oħra, jippreżentaw proposti konkreti dwar kif il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tiġi integrata b'mod aktar effikaċi fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u jappella biex dan l-approċċ il-ġdid jiġi integrat fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi u jingħeleb l-approċċ “tad-dipartimentaliżmu”; |
|
13. |
Jenfasizza l-importanza li jiġi integrat il-kunċett tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' sħab oħra, jippreżentaw proposti konkreti dwar kif il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tiġi integrata b'mod aktar effikaċi fl-approċċ tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jappella biex dan l-approċċ il-ġdid jiġi integrat fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi effikaċi ta' monitoraġġ, rieżami u responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, u tirrapporta lura lill-Parlament fuq bażi regolari; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiżdied l-iskrutinju demokratiku mill-Parlament, possibbilment permezz ta' ftehim interistituzzjonali vinkolanti, skont l-Artikolu 295 tat-TFUE; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji speċjalizzati, lill-fondi u lill-programmi tan-NU jistabbilixxu djalogu ta' livell għoli dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs, bl-għan li jikkoordinaw il-politiki, il-programmi u l-operazzjonijiet tal-UE u tan-NU u ta' donaturi oħra; jissottolinja l-importanza ta' data diżaggregata u aċċessibbli għall-monitoraġġ tal-progress u għall-evalwazzjoni tar-riżultati; |
|
16. |
Jistieden lill-aġenziji u lill-korpi tan-NU jsaħħu l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fi ħdan l-istrutturi ta' ħidma tan-NU, sabiex ikun hemm integrazzjoni effikaċi tad-dimensjonijiet kollha tal-iżvilupp sostenibbli; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0196.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0059.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0403.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/49 |
P8_TA(2016)0225
L-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal ċerti prodotti tal-ikel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal ċerti prodotti tal-ikel (2016/2583(RSP))
(2018/C 076/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1) (ir-“Regolament dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi”), u b'mod partikolari l-Artikoli 26(5) u (7) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-20 ta' Mejju 2015 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ħalib, tal-ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib u ta' tipi ta' laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (COM(2015)0205), u dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrapreżentaw iktar minn 50 % ta' prodott tal-ikel (COM(2015)0204), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż ta' provenjenza tal-laħam li jintuża bħala ingredjent (COM(2013)0755), u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar it-tikkettar tal-oriġini għal-laħam li jintuża bħala ingredjent: l-attitudni tal-konsumaturi, il-fattibilità ta' xenarji possibbli u l-impatti (SWD(2013)0437), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar it-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini għal-laħam fl-ikel ipproċessat (2) u t-tweġiba formali tal-Kummissjoni adottata fis-6 ta' Mejju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 (4) dwar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 imsemmi hawn fuq, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-indikazzjoni mandatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew post ta' provenjenza għal ċertu ikel (O-000031/2016 – B8-0363/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Artikolu 26(5) tar-Regolament dwar l-Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi jesiġi li l-Kummissjoni tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sat-13 ta' Diċembru 2014 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal tipi ta' laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur, għall-ħalib, il-ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib, għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrapreżentaw iktar minn 50 % ta' tip ta' ikel; |
|
B. |
billi l-Artikolu 26(8) tar-Regolament dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jirrikjedi li, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu; |
|
C. |
billi r-regoli dwar it-tikkettar tal-oriġini diġà qegħdin fis-seħħ u jaħdmu b'mod effikaċi għal ħafna prodotti oħra tal-ikel inklużi l-laħam mhux ipproċessat, il-bajd, il-frott u l-ħxejjex, il-ħut, l-għasel, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni, iż-żejt taż-żebbuġa verġni, l-inbid u l-ispirti; |
|
D. |
billi l-Artikolu 26(7) tar-Regolament dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi jipprevedi li r-rapporti għandhom, fost l-oħrajn, iqisu l-bżonn li l-konsumatur jiġi infurmat, il-fattibilità tal-għoti tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' tali miżuri; billi jiddisponi ulterjorment li r-rapporti jistgħu jiġu akkumpanjati minn proposti għall-modifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE; |
|
E. |
billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi jenfasizza li l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għandha tkun obbligatorja fejn in-nuqqas ta' indikazzjoni jista' jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew tal-post veru ta' provenjenza tal-ikel, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li takkumpanja l-ikel jew it-tikketta inġenerali timplika li l-ikel għandu pajjiż ta' oriġini jew post ta' provenjenza differenti; |
|
F. |
Billi fl-20 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport tagħha dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini għall-ħalib, il-ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib u ta' tipi ta' laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (“ir-rapport dwar il-ħalib u laħam ieħor”) u r-rapport tagħha dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrapreżentaw iktar minn 50 % ta' tip ta' ikel; |
|
G. |
billi, skont ir-rapport tal-Kummissjoni COM(2013)0755, aktar ma l-istadji tal-qtugħ u l-ipproċessar ikunu kumplessi fis-suq tal-laħam u aktar ma l-livell tal-ipproċessar ikun avvanzat, aktar tkun kumplessa t-traċċabilità għall-finijiet tat-tikkettar tal-oriġini; |
|
H. |
billi l-katina tal-provvista alimentari hija ħafna drabi twila u kumplessa u tinvolvi ħafna operaturi ta' negozji tal-ikel u partijiet oħra; billi l-konsumaturi qed ikunu dejjem inqas konxji dwar il-mod kif qed jiġi prodott l-ikel tagħhom u l-operaturi individwali ta' negozji tal-ikel mhux dejjem ikollhom stampa ġenerali tal-katina tal-produzzjoni sħiħa; |
|
I. |
billi r-rieda ġenerali tal-konsumaturi li jħallsu (willingness to pay, WTP) għal informazzjoni dwar l-oriġini tidher li hija modesta iżda l-istħarriġiet mal-konsumaturi (6) dwar kemm dawn huma lesti li jħallsu jindikaw li b'mod ġenerali huma lesti li jħallsu aktar għal informazzjoni dwar l-oriġini; |
|
J. |
billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015, il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti segwitu għar-rapport tagħha tas-17 ta' Diċembru 2013 bi proposti leġiżlattivi li jagħmlu obbligatorja l-indikazzjoni ta' oriġini tal-laħam fl-ikel ipproċessat, sabiex tiżgura li jkun hemm trasparenza akbar fil-katina alimentari kollha u sabiex il-konsumaturi Ewropej ikunu infurmati aħjar, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha u tevita li jkun hemm spejjeż u piżijiet amministrattivi eċċessivi; billi l-Kummissjoni għad trid tifformola proposti leġiżlattivi ta' segwitu; |
|
K. |
billi speċifikazzjonijiet stretti jeżistu biss għal skemi volontarji ta' kwalità, bħad-denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP), l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), jew l-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG), filwaqt li l-kriterji użati fi skemi ta' tikkettar volontarju għal oġġetti tal-ikel koperti bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli; |
Il-ħalib għax-xorb u l-ħalib użat bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib
|
1. |
Jirrimarka li l-Premessa 32 tar-Regolament dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi tgħid li l-ħalib huwa wieħed mill-prodotti li l-indikazzjoni tal-oriġini tagħhom hija kkunsidrata ta' interess partikolari; |
|
2. |
Jenfasizza li, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2013, 84 % taċ-ċittadini tal-UE jqisu li hemm bżonn li tingħata indikazzjoni tal-oriġini tal-ħalib, kemm jekk jinbiegħ bħala tali jew inkella bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; jinnota li dan huwa wieħed minn għadd ta' fatturi li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba tal-konsumatur; |
|
3. |
Jirrimarka li l-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini tal-ħalib, mibjugħ bħala tali u jew użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib, hija miżura utli biex titħares il-kwalità tal-prodotti tal-ħalib, u jiġu protetti l-impjiegi f'settur li għaddej minn kriżi gravi; |
|
4. |
Jinnota li skont l-istħarriġ li jakkumpanja r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-ħalib u laħam ieħor, l-ispejjez tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għall-ħalib u l-ħalib użat bħala ingredjent jiżdiedu aktar ma tiżdied il-kumplessità tal-proċess ta' produzzjoni; jinnota li l-istess stħarriġ jissuġġerixxi li n-negozji f'ċerti Stati Membri kienu eżaġeraw l-impatt tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom, billi l-istħarriġ ma seta' jsib l-ebda spjegazzjoni ċara għall-istimi għoljin tal-ispejjeż mogħtija minn dawn in-negozji, iżda qal li dan jista' jkun sinjal ta' oppożizzjoni b'saħħitha għat-tikkettar innifsu; |
|
5. |
Jappella għall-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni biex jevalwa ulterjorment ir-rapport tal-Kummissjoni, ippubblikat fl-20 ta' Mejju 2015, sabiex jiġi determinat liema spejjeż jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli jekk proposti ulterjuri dwar it-tikkettar obbligatorju tal-pajjiż ta' oriġini jkunu limitati għal prodotti tal-ħalib u prodotti tal-ħalib mhux ipproċessati ħafna; |
|
6. |
Japprezza l-analiżi tal-istħarriġ tal-kosti u l-benefiċċji tal-introduzzjoni tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għall-ħalib u għall-ħalib użat bħala ingredjent, iżda jqis li l-Kummissjoni, fil-konklużjonijiet tagħha, ma tqisx biżżejjed l-aspetti pożittivi tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għal dawn il-prodotti, bħal, pereżempju, aktar informazzjoni lill-konsumaturi; jinnota li l-konsumaturi jistgħu jħossuhom imqarrqa meta l-informazzjoni dwar it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini ma tkunx disponibbli u jintużaw tikketti oħra tal-ikel, bħall-bnadar nazzjonali; |
|
7. |
Jenfasizza l-importanza tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-katina tal-ipproċessar; |
|
8. |
Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tqis u tanalizza l-impatt ekonomiku tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini fuq l-SMEs fis-setturi agrikoli u tal-ikel ikkonċernati; |
|
9. |
Iqis li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħalib u tal-ħalib użat bħala ingredjent possibilment tagħmel stima għolja wisq tal-kosti tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għan-negozji, billi tqis il-prodotti kollha ġejjin mill-ħalib flimkien; |
|
10. |
Jinnota li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-kosti tat-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għall-ħalib ikunu modesti; |
Tipi oħra ta' laħam
|
11. |
Jenfasizza li, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2013, 88 % taċ-ċittadini tal-UE jqisu li hemm bżonn li tiġi indikata l-oriġini tal-laħam għajr il-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur; |
|
12. |
Jinnota li l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel wera l-ħtieġa ta' trasparenza akbar fil-katina ta' provvista tal-laħam taż-żiemel; |
|
13. |
Jinnota li r-rapport tal-Kummissjoni sab li l-ispejjeż operattivi tat-tikkettar obbligatorju tal-pajjiż ta' oriġini għal-laħmijiet taħt il-mandat tagħha jkunu relattivament żgħar; |
Laħam ipproċessat
|
14. |
Jenfasizza li r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal-laħam użat bħala ingredjent jirrikonoxxi li aktar minn 90 % tal-konsumaturi li wieġbu għall-istħarriġ iqisu li huwa importanti li l-oriġini tal-laħam ikun muri fuq il-prodotti tal-ikel ipproċessati; |
|
15. |
Iqis li l-konsumaturi, bħal ħafna professjonisti, huma favur it-tikkettar obbligatorju tal-laħam fi prodotti pproċessati, u li tali miżura tippermetti li tinżamm il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti tal-ikel permezz tal-introduzzjoni ta' trasparenza akbar fil-katina tal-provvista; |
|
16. |
Jenfasizza li huwa fl-interess tal-konsumaturi Ewropej li jkollhom tikkettar obbligatorju tal-oriġini fuq il-prodotti kollha tal-ikel; |
|
17. |
Jirrimarka li t-tikkettar fih innifsu ma jipprovdix salvagwardja kontra l-frodi, u jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema ta' kontroll kosteffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi; |
|
18. |
Ifakkar li l-iskemi ta' tikkettar volontarju, meta adegwatament implimentati f'diversi Stati Membri, kellhom suċċess kemm fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumatur kif ukoll għall-produtturi; |
|
19. |
Huwa tal-fehma li n-nuqqas li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 ifisser li l-Artikolu ma jistax jiġi infurzat sew; |
|
20. |
Jinnota li denominazzjonijiet ta' oriġini protetta diġà jeżistu għal ħafna prodotti pproċessati tal-laħam u tal-ħalib (eż. il-perżut u l-ġobon), u li skont dawn id-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-laħam użat hija ddikjarata fil-kriterji tal-produzzjoni u li fir-rigward tagħhom tapplika traċċabilità akbar; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' prodotti b'“denominazzjoni ta' oriġini protetta” (DOP) jew b'“indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (IĠP), jew “speċjalità tradizzjonali garantita” (STG) skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (7) biex b'hekk tiggarantixxi li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal prodotti ta' kwalità għolja bi provenjenza sikura; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe regolament attwali tal-UE dwar it-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini ma jiddgħajjifx f'xi negozjati kummerċjali li jkunu għaddejjin bħat-TTIP, u li d-dritt li jiġu proposti regolamenti addizzjonali dwar it-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini fil-futur għal prodotti oħra tal-ikel ma jkunx imfixkel; |
Konklużjonijiet
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal kull tip ta' ħalib għax-xorb, prodotti tal-ħalib u prodotti tal-laħam u tikkunsidra li testendi l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza għal ikel ieħor li fih ingredjent uniku jew għal dawk b'ingredjent ewlieni wieħed, billi tagħmel proposti leġiżlattivi f'dawn l-oqsma; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi li jagħmlu l-indikazzjoni tal-oriġini tal-laħam f'ikel ipproċessat obbligatorja sabiex tiżgura trasparenza akbar tul il-katina alimentari kollha u biex il-konsumaturi Ewropej ikunu infurmati aħjar wara l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel u każijiet oħra ta' frodi alimentari; jirrimarka, barra minn hekk, li r-rekwiżiti ta' tikkettar obbligatorju għandhom iqisu l-prinċipju ta' proporzjonalità u l-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u għall-awtoritajiet tal-infurzar; |
|
24. |
Iqis li l-għan tat-tikkettar obbligatorju tal-oriġini tal-ikel huwa li terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal dan l-għan filwaqt li tqis it-trasparenza tal-informazzjoni u l-leġibilità tagħha għall-konsumaturi, il-vijabilità ekonomika tan-negozji Ewropej u l-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi; |
|
25. |
Jenfasizza l-importanza ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u jimplora lill-Kummissjoni tqis dan il-fatt meta jiġu diskussi regoli dwar it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa skemi ta' tikkettar dwar il-benessri tal-annimali, waqt it-trobbija, it-trasport u l-qtil; |
|
27. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ħaditx azzjoni biex tinkludi l-bajd u l-prodotti tal-bajd fil-lista ta' ikel li għalih l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza hija obbligatorja, minkejja li prodotti rħas tal-bajd magħmula minn bajd likwidu jew imnixxef li jintużaw primarjament f'ikel ipproċessat qed jiġu importati fis-suq tal-UE minn pajjiżi terzi u qed jevitaw b'mod ċar il-projbizzjoni tal-UE fuq it-trobbija fil-gaġeġ; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li f'dan il-kuntest it-tikkettar obbligatorju ta' prodotti tal-bajd u ikel li jkun fih il-bajd li jindika l-oriġini u l-metodu tat-trobbija jippermetti trasparenza u protezzjoni aħjar, u jistieden lill-Kummissjoni tissottometti analiżi tas-suq u, jekk ikun meħtieġ, tfassal proposti leġiżlattivi xierqa; |
|
28. |
Jemmen li t-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini għall-ħalib għax-xorb u prodotti tal-ħalib mhux ipproċessati ħafna (bħall-ġobon u l-krema) u prodotti tal-laħam mhux ipproċessati ħafna (bħall-bacon u z-zalzett) ikollu spejjeż assoċjati ferm imnaqqsa, u li dan għandu jiġi esplorat bħala prijorità; |
|
29. |
Iqis li t-tikkettar tal-oriġini fih innifsu ma jevitax il-frodi; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li għandha tiġi adottata azzjoni aktar riżoluta biex jiżdied il-monitoraġġ, jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti u jiġu imposti penali aktar ħorox; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni meħtieġa fil-ġlieda kontra l-frodi b'rabta mar-regoli għat-tikkettar volontarju tal-oriġini għal oġġetti tal-ikel; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iskemi tal-kwalità eżistenti għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, koperti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u jitlob li jiżdiedu l-kampanji ta' promozzjoni Ewropej dwar dawk il-prodotti; |
|
32. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-obbligu legali tagħha li, sat-13 ta' Diċembru 2013, tadotta l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-infurzar xieraq tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jimponu l-penali rilevanti; |
o
o o
|
33. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0034.
(3) ĠU L 335, 14.12.2013, p. 19.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0096.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0011.
(6) http://ec.europa.eu/food/safety/docs/labelling_legislation_final_report_ew_02_15_284_en.pdf, p. 50.
(7) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/54 |
P8_TA(2016)0226
Ftehim Qafas dwar il-leave tal-ġenituri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (2015/2097(INI))
(2018/C 076/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(3) u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 10, 153(1)(i) u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 9, 23, 24 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussell fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2006 (777751/1/06 REV 1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja” (COM(2008)0635), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “L-Investiment fit-Tfal: Niksru ċ-Ċiklu tal-Iżvantaġġ” (C(2013)0778), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-leave tal-maternità (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2015 bit-titolu “Gender equality in employment and occupation – Directive 2006/54/EC, European Implementation Assessment” (L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjieg u fix-xogħol – id-Direttiva 2006/54/KE, Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-Parlament Ewropew bit-titolu “Maternity, Paternity and Parental Leave: Data Related to Duration and Compensation Rates in the European Union” (Il-leave tal-Maternità, tal-Paternità u tal-Ġenituri: Data Relatata mat-Tul ta' Żmien u r-Rati ta' Kumpens fl-Unjoni Ewropea), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol bit-titolu “Promoting parental and paternity leave among fathers” (Il-promozzjoni tal-leave tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound bit-titolu “Maternity leave provisions in the EU Member States: Duration and allowances” (Dispożizzjonijiet tal-leave tal-maternità fl-Istati Membri tal-UE: Tul ta' żmien u allowances) (Eurofound, 2015), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2015 bit-titolu “Promoting uptake of parental and paternity leave among fathers in the European Union” (Il-promozzjoni tat-teħid tal-leave tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet fl-Unjoni Ewropea), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni ta' Frar 2015 bit-titolu “The Implementation of Parental Leave Directive 2010/18 in 33 European Countries” (L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/18 dwar il-leave tal-ġenituri fi 33 pajjiż Ewropew), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0076/2016), |
|
A. |
billi ftit hemm ċans li sal-2020 tintlaħaq il-mira tar-rata ta' impjiegi ta' 75 % għan-nisa stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020 (bħalissa r-rata hija ta' 63,5 %); billi, barra minn hekk, hemm bżonn ta' politiki proattivi maħsuba biex jgħinu lin-nisa jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u biex jissalvagwardjaw u jappoġġaw ir-ritorn tagħhom bħala ommijiet fis-suq tax-xogħol bl-objettiv li jiksbu xogħol stabbli u deċenti, bl-istess kundizzjonijiet bħall-irġiel, speċjalment politiki li jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri kollha; |
|
B. |
billi x-xogħol imwettaq mill-ġenituri fil-familja u fit-trobbija tat-tfal jirrappreżenta kontribut għall-ekonomija li jista' jitkejjel, li huwa wkoll ta' importanza kbira fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa; |
|
C. |
billi d-Direttiva 96/34/KE tirrikonoxxi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-ħajja privata bħala suġġett separat, filwaqt li d-Direttiva 2010/18/UE tistipula li l-impjegati kollha għandhom dritt għal erba' xhur leave tal-ġenituri mhux imħallas, u li xahar minnhom irid jingħata fuq bażi mhux trasferibbli; billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjieg issa huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-ugwaljanza fil-karrieri għall-irġiel u għan-nisa, anke permezz tal-istrument tal-leave tal-ġenituri, tgħin biex tintlaħaq il-mira tar-rata ta' impjiegi ta' 75 % stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020, u biex tissolva l-problema li n-nisa li qed jiffaċċjaw il-faqar huma ħafna aktar vulnerabbli, imma tirrappreżenta wkoll kontribut għall-ekonomija li jista' jitkejjel, li huwa wkoll ta' importanza kbira fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa; |
|
D. |
billi d-data disponibbli tikkonferma li l-leave tal-familja mhux imħallas jew imħallas b'mod mhux adegwat jirriżulta f'rati baxxi ta' parteċipazzjoni, u li l-missirijiet ftit jużaw id-drittijiet tagħhom għal-leave tal-ġenituri; billi leave tal-ġenituri totalment jew parzjalment mhux trasferibbli u mħallas sew jintuża b'mod aktar bilanċjat bejn iż-żewġ ġenituri, u jgħin biex titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol; |
|
E. |
billi mudell imħallat magħmul kemm mil-leave tal-maternità u l-leave tal-paternità kif ukoll mil-leave komuni, jiġifieri leave tal-ġenituri, jippermetti liż-żewġ ġenituri jiddeċiedu flimkien kif jistgħu jimmaniġġjaw l-intitolamenti tal-leave tagħhom, fl-aħjar interess tat-tfal tagħhom u b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifitajiet tax-xogħol tagħhom; |
|
F. |
billi l-leave tal-ġenituri għandu benefiċċji fit-tul għall-iżvilupp tat-tfal; billi, fi ħdan il-qafas tal-politiki pubbliċi fis-seħħ dwar din il-kwistjoni, ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-missirijiet fil-leave tal-ġenituri fl-Istati Membri tal-UE qed tiżdied iżda għadha baxxa, b'10 % biss tal-missirijiet li jieħdu mill-inqas jum wieħed ta' leave; billi, b'kuntrast ma' dan, 97 % tan-nisa jużaw il-leave tal-ġenituri li huwa disponibbli għaż-żewġ ġenituri; |
|
G. |
billi studji tal-Eurofound urew aspetti li jinfluwenzaw ir-rata ta' użu mill-missirijiet tal-leave tal-ġenituri, fosthom il-livell ta' kumpens, il-flessibilità tas-sistema tal-leave, id-disponibilità tal-informazzjoni, id-disponibilità u l-flessibilità tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u sa liema punt il-ħaddiema jibżgħu li jiġu iżolati mis-suq tax-xogħol meta jieħdu l-leave; billi bosta riċerkaturi (5) jissuġġerixxu, madankollu, li l-missirijiet li jieħdu l-leave tal-ġenituri jibnu relazzjoni aħjar ma' wliedhom u huma aktar probabbli li jkollhom rwol attiv f'kompiti futuri tal-indukrar tat-tfal; billi, għalhekk jeħtieġ li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati; |
|
H. |
billi l-UE kollha kemm hi qed tiffaċċja sfida demografika serja, peress li r-rati tat-twelid qegħdin jonqsu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u billi l-politiki tal-familja li huma ġusti għall-irġiel u n-nisa għandhom itejbu l-prospetti tan-nisa fis-suq tax-xogħol, itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jnaqqsu d-disparitajiet bejn is-sessi fir-rigward tal-paga, il-pensjonijiet u l-qligħ tul il-ħajja u jkollhom impatt pożittiv fuq il-proċessi demografiċi; |
|
I. |
billi, skont il-Eurostat, in-numru ta' persuni li ħadu leave tal-ġenituri fl-2010 kien 3 518 600, u minn dawn 94 800 biss kienu rġiel (2,7 %); billi, skont riċerka li saret mill-Eurofound (6), id-disparità bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni fl-impjieg twassal għal telf serju fl-ekonomiji Ewropej, li fl-2013 ammonta għal madwar EUR 370 biljun; |
|
J. |
billi l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tniedi miżuri speċifiċi biex trawwem tip ġdid ta' organizzazzjoni tax-xogħol, permezz ta' mudelli aktar flessibbli li permezz ta' strumenti ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja jippermettu lill-ġenituri jeżerċitaw effettivament id-dritt tagħhom li jkunu ġenituri; billi dawn il-miżuri jistgħu jgħinu biex tonqos id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u jgħinuhom jidħlu, jibqgħu u jirritornaw fis-suq tax-xogħol mingħajr l-ebda pressjoni ekonomika u soċjali; |
|
K. |
billi, minbarra li jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-aċċess tan-nisa għall-impjieg, il-leave tal-ġenituri għandu jippermetti lill-ġenituri jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom lejn uliedhom; |
|
L. |
billi huwa essenzjali li n-nisa jkollhom id-dritt li jirrikkonċiljaw ix-xogħol mad-drittijiet u d-dritt li jsiru ommijiet mingħajr ma jiġu ppenalizzati minħabba dan, peress li n-nisa għadhom dawk li jintlaqtu u jbatu l-aktar mid-diskriminazzjoni; billi eżempji ta' din id-diskriminazzjoni jinkludu pressjoni min-naħa tal-impjegaturi fuq nisa li jmorru għal intervisti għal impjieg li matulhom jintalbu jgħidu għandhomx tfal u l-etajiet ta' dawn it-tfal, bl-għan li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tan-nisa u jagħżlu ħaddiema mingħajr tfal li huma “aktar disponibbli”, flimkien ma' pressjonijiet ekonomiċi u pressjonijiet marbuta max-xogħol dejjem jikbru fuq impjegati nisa biex ma jiħdux leave tal-maternità; |
|
M. |
billi waħda mill-kwistjonijiet li jirrestrinġu lin-nisa milli jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibqgħu hemm, hija r-responsabilità tagħhom li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilità li mhumiex awtosuffiċjenti u li għaldaqstant huma dipendenti u/jew jappartjenu għal kategoriji u gruppi żvantaġġati; |
|
N. |
billi fejn ma hemmx dispożizzjonijiet għal leave, jew fejn dawk eżistenti huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti, is-sħab soċjali, permezz ta' ftehimiet kollettivi, jista' jkollhom rwol importanti fl-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet ġodda jew fl-aġġornament ta' dawk preżenti għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri; |
|
O. |
billi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa dritt fundamentali li għandu jkun inkorporat bis-sħiħ f'kull test tal-UE li jista' jkollu impatt fuq din il-kwistjoni; billi, b'mod aktar ġenerali, għandha tiġi enfasizzata l-importanza ta' ambjenti tax-xogħol li jiffavorixxu l-familja; |
|
P. |
billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE diġà jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri (2010/18/UE) u f'ħafna Stati Membri d-dispożizzjonijiet nazzjonali jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti; |
|
Q. |
billi l-Istati Membri għandhom jippromwovu, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, mudelli ta' assistenza soċjali fil-livell tal-intrapriżi li jirrikjedu r-rispett għad-dritt għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
R. |
billi d-differenzi fit-teħid ta' leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri mill-irġiel u n-nisa juru diskriminazzjoni bejn is-sessi f'dak li jikkonċerna l-indukrar tat-tfal u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi, f'bosta Stati Membri, il-miżuri li ttieħdu biex iħeġġu lill-irġiel jieħdu sehem ugwali ta' responsabilitajiet familjari ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti; |
|
S. |
billi leave tal-ġenituri adegwat, individwali u kkompensat huwa kruċjali biex il-koppji tal-istess sess li jrabbu t-tfal ikunu jistgħu jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
T. |
billi n-nisa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata billi jieħdu l-leave tal-ġenituri jħabbtu wiċċhom ma' stigma meta jirritornaw fis-suq tax-xogħol, liema stigma twassal għal kundizzjonijiet ta' xogħol anqas favorevoli u kuntratti prekarji; |
It-traspożizzjoni tad-Direttiva
|
1. |
Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/18/UE jieħdu forom differenti fl-Istati Membri varji; jemmen, għalhekk, li t-traspożizzjoni għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tan-negozjar kollettiv bejn is-sħab soċjali; |
|
2. |
Jemmen li, peress mhux l-Istati Membri kollha segwew l-approċċ separat jew sekwenzjali tal-UE għal-leave tal-maternità u tal-ġenituri, il-klassifikazzjoni tat-tipi differenti ta' leave fil-livell tal-UE hija diffiċli; |
|
3. |
Ifakkar li r-regolamentazzjoni żejda min-naħa tal-Istati Membri tista' żżid il-kumplessità tar-regolamentazzjoni u fir-realtà tnaqqas il-konformità; jistieden lill-Istati Membri jevitaw li jżidu l-piż amministrattiv meta jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE; |
|
4. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jipprovdu lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli b'tabelli ta' korrispondenza bejn id-dispożizzjonijiet tad-direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni; iqis li huwa kruċjali għall-Istati Membri li jiżguraw li r-riżorsi ta' spezzjoni neċessarji jkunu fis-seħħ biex jiġi vverifikat li hemm konformità mal-leġiżlazzjoni li tipproteġi d-drittijiet tal-ġenituri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri, sabiex tiżgura li ma jsirx abbuż mill-adattabilità li toffri; iqis il-prinċipju ta' kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bħala mezz utli biex jinkisbu dawn l-objettivi; |
|
5. |
Jiddispjaċih li jeżistu disparitajiet bejn il-miżuri ta' traspożizzjoni tad-Direttiva fil-qasam tal-applikazzjoni, u b'hekk jinħolqu sistemi li jibbenefikaw xi ftit jew wisq lill-ħaddiema skont, pereżempju, is-settur ta' impjieg tagħhom (fl-UE kollha is-settur pubbliku joffri aktar protezzjoni mis-settur privat u għalhekk għandu rwol ta' pijunier fil-qasam) u t-tul tal-kuntratt tagħhom; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex id-Direttiva tkun tista' tiġi implimentata b'mod korrett u b'mod uniformi, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; jenfasizza li kulħadd, indipendentement mill-ġeneru, għandu jkun garantit id-dritt għal-leave tal-ġenituri mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament mis-settur tal-impjieg jew mit-tip ta' kuntratt li jkollhom il-missirijiet u l-ommijiet li jaħdmu; |
|
6. |
Jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri ttrasponew id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni minimu tagħha, u għalhekk ippermettew lill-ħaddiema indipendenti, l-apprendisti, il-koppji tal-istess sess u l-ġenituri ta' tfal adottati li jibbenefidaw minn dan kollu; |
|
7. |
Jemmen bis-sħiħ li l-għoti tas-servizzi soċjali huwa kompetenza tal-Istat Membru; |
|
8. |
Jitlob lill-Istati Membri jadottaw politiki soċjali orjentati lejn il-familja li jipprevedu l-applikazzjoni tal-benefiċċji kollha inklużi fid-Direttiva fil-każ ta' soġġorn imtawwal barra mill-pajjiż minn ġenituri li qed ifittxu li jtemmu proċedura ta' adozzjoni internazzjonali; |
|
9. |
Jinnota li, aktar minn deċennju wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/34/KE mill-Istati Membri, l-iżbilanċ bejn is-sessi fit-teħid tal-leave tal-ġenituri għadu jippersisti; jinnota wkoll id-disparità kbira bejn l-Istati Membri rigward it-tul ta' żmien massimu, il-forma statutorja tal-leave tal-ġenituri u s-sistemi marbuta mal-ħlas matul il-perjodu tal-leave; jemmen li l-kwistjoni tal-ħlas matul il-leave hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-ġenituri bi dħul baxx u l-familji b'ġenitur wieħed jibbenefikaw fuq livell ugwali mal-ġenituri kollha l-oħra; jilqa' d-diversi miżuri meħuda biex iħeġġu lill-missirijiet jieħdu l-leave tal-ġenituri; jirrikonoxxi l-valur tal-UE bħala mezz biex l-Istati Membri jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-bżonn għall-azzjoni, u għall-iffaċilitar tal-iskambji ta' konsulenza u assistenza għal dawk l-Istati Membri li jkollhom bżonnha, partikolarment fil-qasam tad-drittijiet tal-assistenza soċjali; jemmen li l-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri li jħeġġu lill-missirijiet jieħdu iktar leave tal-ġenituri u li l-Istati Membri għandhom jippromwovu kondiviżjoni aktar effettiva tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam; |
|
10. |
Jinnota l-għażla ta' xi Stati Membri li jagħtu biss aċċess għad-drittijiet tal-assistenza soċjali għal perjodu iqsar mit-tul ta' żmien massimu tal-leave tal-ġenituri, u b'hekk jitnaqqas in-numru ta' ġenituri li jużaw fil-realtà dan it-tul ta' żmien massimu; |
|
11. |
Jitlob lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, biex jiggarantixxu li d-drittijiet tal-familja mogħtija permezz ta' politiki pubbliċi, inkluż il-leave tal-ġenituri, huma ugwali f'termini tad-drittijiet individwali u aċċessibbli bl-istess mod għaż-żewġ ġenituri, sabiex jinkoraġġuhom jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fl-aħjar interess ta' wliedhom; jenfasizza li dawn id-drittijiet għandhom jiġu individwalizzati kemm jista' jkun sabiex jgħinu jiksbu l-miri tar-rata ta' impjieg ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; jemmen li għandha tingħata ċerta flessibilità lill-ġenituri fl-użu tal-leave tal-ġenituri, u li fl-ebda każ m'għandu jikkostitwixxi ostakolu għall-kisba tal-miri tar-rata ta' impjieg ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020; iqis li s-sistema adottata mis-sħab soċjali għandha tippromwovi s-soluzzjoni fejn parti sinifikanti tal-leave tibqa' mhux trasferibbli; jenfasizza li ż-żewġ ġenituri għandhom jiġu trattati bl-istess mod rigward id-drittijiet għall-introjtu u t-tul ta' żmien tal-leave tal-ġenituri; |
|
12. |
Jenfasizza li l-familji bi tfal u ġenituri li jieħdu pawża mill-karriera sabiex irabbuhom ikollhom iġarrbu mhux biss telf ta' introjtu, iżda wkoll nefqa akbar u stima baxxa wisq tar-rwol tagħhom ta' ġenituri; |
|
13. |
Jinnota l-flessibilità li d-Direttiva tagħti lill-Istati Membri biex jiddefinixxu l-forom tal-leave tal-ġenituri – part-time jew full-time – u l-perjodi ta' xogħol u ta' notifika minn qabel stabbiliti bħala kundizzjonijiet għall-għoti tal-leave tal-ġenituri; jinnota li, f'xi Stati Membri, il-ħaddiema b'kuntratti mhux standard bħall-kuntratti b'terminu fiss (7) u l-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol (8) mhux dejjem huma inklużi f'dawn il-miżuri u huwa mħasseb dwar l-abbuż ta' dawn it-tipi ta' kuntratti tax-xogħol; jinnota l-inizjattivi introdotti mill-Istati Membri biex jagħtu lill-ħaddiema kemm jista' jkun flessibilità f'dan il-qasam, filwaqt li jiżguraw li l-leave tal-ġenituri jkun marbut maċ-ċirkostanzi personali u professjonali tagħhom, iżda jemmen li l-arranġamenti kollha għandu jkollhom l-għan li jżidu l-użu tal-leave tal-ġenituri; |
|
14. |
Jinnota li r-ritorn għax-xogħol wara l-leave tal-ġenituri jista' jkun sitwazzjoni diffiċli u stressanti kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-ulied; jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki dwar il-familja li jiffaċilitaw ir-ritorn bla xkiel u gradwali għax-xogħol u bilanċ ġeneralment ottimali bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jqisu wkoll il-promozzjoni tat-telexogħol, ix-xogħol mid-dar u x-xogħol intelliġenti, b'tali mod li dawn il-politiki ma jimponux piż addizzjonali fuq l-impjegati; |
|
15. |
Jitlob lill-Istati Membri, huma u jagħmlu l-arranġamenti tagħhom, biex jiżguraw li l-intrapriżi jkunu jistgħu jippjanaw b'ċertezza, u jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju f'dan ir-rigward; |
|
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/18/UE dwar il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità u r-regoli dettaljati għall-għoti ta' leave tal-ġenituri għal dawk li għandhom tfal b'diżabilità jew mard serju jew fit-tul li jikkawża inkapaċità, b'kont meħud ukoll tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri (estensjoni tal-limitu tal-età tat-tfal dwar l-eliġibilità għal leave tal-ġenituri jew leave għat-trobbija tat-tfal, aċċess eħfef għal arranġamenti ta' xogħol part-time mar-ritorn, estensjoni tat-tul ta' żmien tal-leave, eċċ.); |
|
17. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti kundizzjonijiet favorevoli għar-ritorn għax-xogħol ta' dawk li bbenefikaw minn leave tal-ġenituri, speċjalment rigward id-dħul mill-ġdid fl-istess pożizzjoni jew f'pożizzjoni ekwivalenti jew simili, skont il-kuntratt jew it-termini ta' impjieg, il-bidliet fil-ħinijiet tax-xogħol u/jew il-proċeduri dwar ir-ritorn tagħhom għax-xogħol (inkluża l-ħtieġa għal min iħaddem biex jiġġustifika kull rifjut) u l-possibilità li jibbenefikaw minn perjodi ta' taħriġ, minn protezzjoni kontra t-tkeċċija jew trattament inqas favorevoli bħala riżultat tal-applikazzjoni jew it-teħid ta' leave għall-ġenituri, u perjodu ta' protezzjoni wara r-ritorn tagħhom ħalli jkunu jistgħu jerġgħu jidraw xogħolhom; |
Lejn direttiva effettiva li tindirizza l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
|
18. |
Jinnota l-irtirar tal-Kummissjoni tal-abbozz ta' direttiva dwar il-leave tal-maternità, u l-fatt li, fil-kuntest tal-pjan direzzjonali “Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata ffaċċjati minn familji li jaħdmu”, f'dan l-istadju l-Kummissjoni m'għandhiex l-intenzjoni li tippubblika rapport finali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri; jitlob lill-Kummissjoni, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex tirritorna bi proposta ambizzjuża li effettivament se tippermetti bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
19. |
Jemmen li d-diskussjonijiet politiċi għandhom jiffukaw ukoll fuq firxa ta' inizjattivi mhux leġiżlattivi bil-ħsieb li ssir azzjoni konġunta mal-Istati Membri u s-soċjetà ċivili biex jiġi enfasizzat ir-rwol tal-ġenituri u jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
20. |
Jemmen li għandha tiġi kkunsidrata inizjattiva mhux leġiżlattiva wiesgħa biex tippromwovi r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja fl-Istati Membri; |
|
21. |
Jemmen, fid-dawl tan-natura sovrastanti tat-tipi differenti tal-leave tal-familja, li l-koerenza bejn id-diversi testi hija meħtieġa fil-livell tal-UE bl-involviment tas-sħab soċjali sabiex tipprovdi perspettivi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-leave lill-familji biex jiġi promoss sehem iktar ugwali ta' responsabilitajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-attivazzjoni tal-klawsola ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-leave tal-ġenituri għal dan il-għan; jemmen li hija neċessarja leġiżlazzjoni fformulata b'mod aktar ċar li tneħħi l-kumplessità, ittejjeb il-konformità u tipproteġi lill-ħaddiema; |
|
22. |
Jistieden lis-sħab soċjali, abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni ppubblikat fi Frar 2015, jindirizzaw in-nuqqasijiet tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri fil-kisba sħiħa tal-objettivi tagħha f'dak li jikkonċerna l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, l-isfidi demografiċi u s-sehem tal-irġiel fil-kompiti tal-familja, fosthom l-indukrar tat-tfal u ta' dipendenti oħra iqis, li għandhom jittieħdu miżuri aktar effettivi biex titħeġġeġ kondiviżjoni aktar ugwali tar-responsabilitajiet tal-familja bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
23. |
Jenfasizza li arranġamenti sodisfaċenti għal-leave tal-ġenituri huma marbuta mill-qrib ma' paga adegwata; jinnota li fejn m'hemmx dispożizzjonijiet għal-leave, jew fejn dawk eżistenti huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti, is-sħab soċjali, permezz ta' ftehimiet kollettivi, jista' jkollhom rwol importanti fl-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet ġodda jew fl-aġġornament ta' dawk attwali għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri; jitlob lill-Istati Membri, bi ftehim mas-sħab soċjali, biex jikkunsidraw mill-ġdid is-sistema tagħhom ta' kumpens finanzjarju għal-leave tal-ġenituri bl-għan li jintlaħaq livell li jista' jaġixxi bħala inċentiv għal livell adegwat u diċenti ta' sostituzzjoni tal-introjtu, li jħeġġeġ ukoll l-irġiel jieħdu leave tal-ġenituri lil hinn mill-perjodu ta' żmien minimu garantit mid-Direttiva; |
|
24. |
Jemmen li l-promozzjoni tal-individwalizzazzjoni tad-dritt għal-leave u ta' azzjoni pożittiva maħsuba għall-promozzjoni tal-missirijiet hija essenzjali biex tgħin tikseb rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li tkun ibbilanċjata bejn is-sessi; |
|
25. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lis-sħab soċjali jikkunsidraw li joffru estensjoni xierqa tat-tul ta' żmien minimu ta' leave tal-ġenituri minn erba' xhur għal mill-inqas sitt xhur biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
26. |
Jenfasizza li koordinazzjoni, koerenza u aċċessibilità aħjar fis-sistemi tal-leave (tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri) fl-Istati Membri jżidu r-rati ta' parteċipazzjoni u l-effiċjenza b'mod ġenerali; jenfasizza f'dan ir-rigward li direttiva tal-UE dwar leave tal-paternità ta' mhux anqas minn ġimagħtejn hija essenzjali u urġenti; |
|
27. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi estiż il-perjodu fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave tal-ġenituri; jitlob lill-Kummissjoni u lis-sħab soċjali jżidu l-età tat-tfal li għalihom jista' jittieħed il-leave tal-ġenituri, kif ukoll jikkunsidraw li l-possibilità tal-leave tal-ġenituri għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard fit-tul għandha tiġi estiża lil hinn mill-età statutorja tat-tfal prevista fid-Direttiva; |
|
28. |
Jitlob lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jindirizzaw il-ħafna ostakoli għar-ritorn għax-xogħol wara perjodu twil ta' leave tal-ġenituri, biex b'hekk dan il-leave jitwaqqaf milli jsir nassa ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol; ifakkar f'dan il-kuntest li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tista' tinkiseb biss permezz ta' ridistribuzzjoni ġusta kemm ta' xogħol imħallas u mhux imħallas kif ukoll ta' responsabilitajiet tax-xogħol, tal-familja u ta' indukrar; |
|
29. |
Jitlob lill-Istati Membri jkomplu l-isforzi tagħhom lejn konverġenza akbar fir-rigward tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b'attenzjoni partikolari lejn il-politiki li jgħinu lill-ommijiet biex jidħlu, joqogħdu u jirritornaw fis-suq tax-xogħol u lill-missirijiet biex jieħdu sehem fil-ħajja tal-familja u li jżidu l-parteċipazzjoni tal-missirijiet fil-leave tal-ġenituri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tissorvelja u tippromwovi dawn l-azzjonijiet; |
|
30. |
Jemmen li, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta' Barċellona, flimkien ma' miżuri leġiżlattivi biex jippromwovu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-Istati Membri, bl-appoġġ finanzjarju tad-diversi strumenti tal-UE, għandhom jiffokaw fuq l-introduzzjoni tal-indukrar tat-tfal pubbliku jew privat bi kwalità għolja, inklużiv, bi prezz raġonevoli u aċċessibbli, disponibbli mill-mument li l-ġenitur jirritorna fis-suq tax-xogħol, b'attenzjoni speċjali fir-rigward ta' familji foqra u f'riskju ta' esklużjoni soċjali; |
|
31. |
Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien tal-ġenituri dwar il-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fi programmi ta' edukazzjoni u indukrar bikri tat-tfal għal uliedhom u għalihom stess; jitlob lill-Istati Membri jaddattaw it-tfassil u l-kriterji tal-eliġibilità ta' servizzi ta' edukazzjoni u indukrar bikri tat-tfal ta' kwalità għolja u inklużivi, fosthom servizzi tal-indukrar u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal għal ritmi ta' xogħol li dejjem qed isiru diversi, biex b'hekk ikunu qed jgħinu lill-ġenituri jżommu l-impenji tax-xogħol jew isibu impjieg filwaqt li jkunu qed iżommu fil-mira l-aħjar interessi tat-tfal; |
|
32. |
Jemmen li approċċ integrat għall-ugwaljanza bejn is-sessi – inklużi l-politiki biex jegħlbu r-rwoli tas-sessi sterjotipati – u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata f'inizjattivi futuri kollha tal-UE, iġib koerenza u trasparenza fil-proċess u jgħin biex jiżgura l-promozzjoni ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bbilanċjat bejn is-sessi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni fost is-soċjetà dwar id-drittijiet u l-azzjoni legali b'rabta mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
33. |
Jitlob lill-Kummissjoni tkejjel l-influwenza pożittiva tal-inizjattivi fuq it-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bl-għan li ssir distribuzzjoni mill-ġdid tar-responsabilitajiet tal-familja, tal-indukrar u dawk domestiċi, u biex jiġu estiżi r-responsabilitajiet partikolari ta' dawk li jieħdu ħsieb it-tfal b'diżabilità, fi stat dipendenti u/jew li jagħmlu parti minn kategoriji u gruppi żvantaġġati; |
o
o o
|
34. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0068.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0207.
(4) Testi adottati, P8_TA(2015)0351.
(5) http://www.oecd.org/gender/parental-leave-where-are-the-fathers.pdf
(6) https://www.eurofound.europa.eu/news/news-articles/social-policies/international-womens-day-2016-the-campaign-for-equality-continues
(7) Peter MOSS f'the 10th International Review of Leave Policies and Related Research 2014, Ġunju 2014, p. 39.
(8) https://www.cipd.co.uk/binaries/zero-hours-contracts_2013-myth-reality.pdf
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/61 |
P8_TA(2016)0227
Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu minn perspettiva tal-ġeneru (2015/2118(INI))
(2018/C 076/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 79 u 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 5 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), b'mod partikolari l-Artikolu 6, li hu intenzjonat biex jiġġieled it-tipi kollha ta' traffikar tan-nisa u l-isfruttament tal-prostituzzjoni tan-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1949 dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing + 5 (2000), Beijing + 10 (2005) u Beijing + 15 (2010) u l-konferenza ta' rieżami Beijing + 20, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, Speċjalment tan-Nisa u t-Tfal, u b'mod partikolari id-definizzjoni ta' traffikar tal-bnedmin internazzjonalment maqbula li tinsab fih, li jissuplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Oviedo dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Adozzjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kummentarju Konġunt tan-NU dwar id-Direttiva tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, li tirrikjedi li tingħata protezzjoni internazzjonali lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin b'mod sensittiv għall-ġeneru, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO dwar ix-xogħol furzat jew obbligatorju, li tiddefinixxi x-xogħol furzat fl-Artikolu 2 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “L-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016” (COM(2012)0286), |
|
— |
wara li kkunsidra dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Mid-term report on the implementation of the EU Strategy towards the Eradication of Trafficking in Human Beings” (Rapport ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin) (SWD(2014)0318), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà” (COM(2015)0185), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Strategic engagement for gender equality 2016-2019” (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019) (SWD(2015)0278), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tas-Sitwazzjoni tal-Europol: Traffikar tal-Bnedmin fl-UE (Frar 2016), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurostat “Traffikar tal-bnedmin”, edizzjoni tal-2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-Implimentazzjoni Ewropea tad-Direttiva 2011/36/UE maħruġa mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fit-traffikar tal-bnedmin, ikkummissjonat mill-Kummissjoni, 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A8-0144/2016), |
|
A. |
billi t-traffikar tal-bnedmin huwa ksur terribbli tad-drittijiet fundamentali, kif deskritt fl-Artikolu 5(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u ksur tad-dinjità umana u tal-integrità fiżika u psikoloġika tal-vittmi, u jikkawża ħsara gravi li sikwit taffettwahom għall-bqija ta' ħajjithom, kif ukoll forma serja ta' kriminalità, fil-biċċa l-kbira organizzata, xprunata mid-domanda u l-profitti għoljin, stmati għal madwar USD 150 biljun fis-sena (11), u li jimmina l-istat tad-dritt; billi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri jiffaċilitaw ħafna l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata, għad hemm riskju baxx wisq ta' prosekuzzjoni, u s-sanzjonijiet applikati biex jiskoraġġixxu dan ir-reat huma inadegwati meta mqabbla mal-profitti potenzjalment għoljin; |
|
B. |
billi t-traffikar tal-bnedmin huwa definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE bħala r-reklutaġġ, it-trasport, it-trasferiment, il-kenn jew l-akkoljenza ta' persuni, inkluż l-iskambju jew it-trasferiment tal-kontroll fuq dawk il-persuni, permezz tat-theddid jew l-użu tal-forza jew forom oħra ta' ġegħil, ta' ħtif, ta' frodi, ta' qerq, tal-abbuż tal-poter jew ta' pożizzjoni ta' vulnerabilità jew tal-għoti jew tar-riċeviment ta' ħlasijiet jew benefiċċji biex jinkiseb il-kunsens ta' persuna li jkollha kontroll fuq persuna oħra, għall-fini ta' sfruttament; billi l-isfruttament għandu jinkludi, bħala minimu, l-isfruttament tal-prostituzzjoni ta' oħrajn jew forom oħra ta' sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inkluż is-sisija, l-iskjavitù jew prattika simili għall-iskjavitù, is-servitù jew l-isfruttament ta' attivitajiet kriminali, jew it-teħid ta' organi; |
|
C. |
billi t-traffikar tal-bnedmin jieħu ħafna forom differenti u l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jinsabu f'attivitajiet legali u illegali differenti, inklużi, imma mhux limitati għall-agrikultura, l-ipproċessar tal-ikel, l-industrija tas-sess, ix-xogħol domestiku, il-manifattura, il-kura, it-tindif, industriji oħra (partikolarment l-industriji tas-servizzi), is-sisija, il-kriminalità, iż-żwieġ furzat, l-isfruttament sesswali tat-tfal online, l-adozzjonijiet illegali u l-kummerċ ta' organi tal-bniedem; |
|
D. |
billi, kif iddikjarat mill-Kummentarju Konġunt tan-NU dwar id-Direttiva tal-UE – Approċċ Ibbażat fuq id-Drittijiet tal-Bniedem (2011), diversi aġenziji tan-NU jfakkru li għandu jiġi rikonoxxut it-traffikar kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, u għandhom jiġu indirizzati s-similaritajiet u d-differenzi fl-esperjenzi tan-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-vulnerabilitajiet u l-vjolenzi; |
|
E. |
billi l-kriżi tar-rifuġjati attwali mmanifestat in-nuqqas ta' għodod xierqa f'livell Ewropew għall-ġlieda konġunta kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod speċjali meta l-għan tiegħu jkun l-isfruttament tan-nisa u t-tfal; |
|
F. |
billi strateġija “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhix effiċjenti u billi tipi differenti ta' traffikar, bħat-traffikar għall-isfruttament sesswali, it-traffikar għall-isfruttament ta' ħaddiema u t-traffikar tat-tfal, jeħtieġ li jiġu indirizzati b'miżuri ta' politika speċifiċi u mfassla; |
|
G. |
billi d-Direttiva 2011/36/UE (id-Direttiva) għandha tiġi mfaħħra għall-approċċ tagħha ffukat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-vittmi, fejn il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma intitolati għal ċerti drittijiet u servizzi skont id-dritt internazzjonali, irrispettivament mill-volontà jew il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fi proċedimenti kriminali (skont l-Artikolu 11.3 tad-Direttiva); |
|
H. |
billi s-servizzi kollha ta' appoġġ għall-vittmi tat-traffikar għandhom isiru verament bla kundizzjoni u jiżguraw li ma jkun hemm ebda vittimizzazzjoni ulterjuri; |
|
I. |
billi t-traffikar tal-bnedmin jista', minn naħa waħda, jirriżulta mill-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq livell globali u, min-naħa l-oħra, jista' jiġi aggravat ulterjorment mill-inugwaljanza ekonomika, soċjetali u edukattiva bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
J. |
billi statistiċi reċenti juru li l-maġġoranza tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma nisa; billi l-ġeneru fih nnifsu ma joħloqx vulnerabilità, u hemm ħafna fatturi kontributorji li joħolqu sitwazzjoni ta' vulnerabilità għan-nisa u l-bniet, inklużi l-faqar, l-esklużjoni soċjali, is-sessiżmu u d-diskriminazzjoni; |
|
K. |
billi n-nisa u l-bniet jikkostitwixxu 80 % tal-vittmi reġistrati tat-traffikar tal-bnedmin (12), u dan jista' jkun parzjalment attribwit għall-vjolenza u d-diskriminazzjoni strutturali kontra n-nisa u l-bniet; |
|
L. |
billi d-domanda għal nisa, bniet, irġiel u subien fl-industriji tal-prostituzzjoni hija fattur ta' attrazzjoni deċiżiv għat-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament sesswali; u billi d-domanda għal xogħol irħis u l-inkapaċità li jiġu difiżi d-drittijiet tax-xogħol huma fatturi ta' attrazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament ta' ħaddiema; |
|
M. |
billi t-tolleranza soċjetali tal-inugwaljanza tal-ġeneri u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u n-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni pubblika tal-kwistjonijiet li jinsabu fl-isfond tat-traffikar tal-bnedmin jipperpetwaw l-ambjent permissiv għat-traffikar tal-bnedmin; |
|
N. |
billi t-tipi ta' prostituzzjoni li fihom huwa l-aktar probabbli li jinsabu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, bħall-prostituzzjoni fit-triq, naqsu f'pajjiżi li kkriminalizzaw ix-xiri tas-sess u tal-attivitajiet li jiġġeneraw profitti mill-prostituzzjoni ta' persuni oħra; |
|
O. |
billi t-traffikar tan-nisa, l-bniet, l-irġiel u s-subien għall-isfruttament sesswali naqas fil-pajjiżi li kkriminalizzaw id-domanda, inklużi kemm it-tħaddim furzat fil-prostituzzjoni kif ukoll ix-xiri ta' servizzi sesswali; |
|
P. |
billi gruppi minoritarji u ta' immigranti bħar-Rom jikkostitwixxu għadd sproporzjonat ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin bħala riżultat tal-fatt li jiġu soċjalment u ekonomikament emarġinati; |
|
Q. |
billi l-aspettattivi u d-diskriminazzjoni tal-ġeneri huma dannużi għal kulħadd, bl-irġiel inqas probabbli li jammettu li jkunu vittmi ta' sfruttament; |
|
R. |
billi l-emanċipazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa u tal-gruppi minoritarji tnaqqas il-vulnerabilità tagħhom biex isiru vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
S. |
billi l-identifikazzjoni tal-vittmi tibqa' sfida, u billi, sabiex il-vittmi tat-traffikar jiġu megħjuna u t-traffikanti jitressqu l-qorti u jiġu kkundannati, l-appoġġ u l-protezzjoni lill-vittmi jeħtieġ li jiġu msaħħa, inkluż id-dritt tal-vittma li tgħix u taħdem legalment fl-Istat Membru li l-vittma tkun ġiet ittraffikata fih, kif ukoll li jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja u l-kumpens; |
|
T. |
billi t-tfal jikkostitwixxu madwar 16 % (13) tal-vittmi reġistrati tat-traffikar tal-bnedmin, u l-bniet ikopru sa 13 % (14) , u billi huma partikolarment vulnerabbli, peress li l-vittmi li jkunu tfal jesperjenzaw ħsara gravi u dejjiema ta' natura fiżika, psikoloġika u emozzjonali; |
|
U. |
billi 70 % tal-vittmi identifikati tat-traffikar tal-bnedmin u 70 % tat-traffikanti suspettati fl-UE huma ċittadini tal-UE, u l-aktar vittmi rrapportati bl-iskop ta' sfruttament sesswali huma ċittadini tal-UE ta' ġeneru femminili mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (15); billi informazzjoni statistika għandha titqies meta jiġu żviluppati sistemi ta' identifikazzjoni sabiex jiġu identifikati aħjar il-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
V. |
billi l-maġġoranza tal-vittmi reġistrati huma nisa u bniet traffikati bi skopijiet ta' sfruttament sesswali, li flimkien jikkostitwixxu 95 % tal-vittmi traffikati għall-isfruttament sesswali (16); billi t-traffikar huwa forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; |
|
W. |
billi t-traffikar tal-bnedmin huwa fenomenu kumpless transnazzjonali li jista' jiġi ttrattat b'mod effettiv biss jekk l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jaħdmu flimkien b'mod koordinat sabiex tiġi evitata għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni mill-gruppi kriminali u mill-individwi, iżda l-enfasi jkun imqiegħed fuq l-identifikazzjoni u l-protezzjoni potenzjali u attwali tal-vittmi b'perspettiva integrata intersezzjonali; billi hemm distinzjoni ċara bejn it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-bnedmin, iżda għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni li jkunu qed ifittxu asil, lir-rifuġjati, lill-migranti u lil gruppi vulnerabbli oħra, speċjalment it-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati u n-nisa peress li jiffaċċjaw riskji multipli u huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament u l-vittimizzazzjoni ulterjuri; |
|
X. |
billi t-traffikar tal-bnedmin spiss huwa perċepit li qiegħed jiġi mwettaq biss minn gruppi kriminali organizzati, iżda fil-fatt jista' wkoll ikun qed jitwettaq mill-membri tal-familja, ħbieb, qraba, persuni f'relazzjoni ta' sentimentali u impjegaturi ordinarji tal-vittma; |
|
Y. |
billi l-maġġoranza (70 %) tat-traffikanti suspettati, mressqa l-qorti u kkundannati huma ta' ġeneru maskili, minkejja li l-perpetraturi ta' ġeneru femminili jikkostitwixxu minoranza mdaqqsa (29 %) u jista' jkollhom rwol sinifikanti fil-proċess tat-traffikar tal-bnedmin (17), speċjalment fil-każ tat-traffikar tat-tfal; |
|
Z. |
billi biex kwalunkwe leġiżlazzjoni tkun effikaċi fil-ġlieda kontra t-traffikar, trid tkun akkumpanjata b'tibdil kulturali, minn kultura ta' impunità għal kultura ta' tolleranza żero fir-rigward tat-traffikar; |
|
AA. |
billi l-vittmi sikwit ma jkollhomx l-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u kif jeżerċitawhom b'mod effikaċi; |
|
AB. |
billi t-traffikar tal-bnedmin bħala kunċett huwa differenti mill-iskjavitù u minn diskussjonijiet usa' ta' sfruttament; billi mhux it-tipi kollha ta' sfruttament jikkwalifikaw bħala traffikar tal-bnedmin; |
Valutazzjoni ġenerali tal-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar tal-bnedmin fl-implimentazzjoni tad-direttiva
|
1. |
Jinnota li t-traspożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri tad-Direttiva 2011/36/UE kellha ssir sas-6 ta' April 2013, u li l-Istati Membri kollha minbarra wieħed innotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni ta' din id-direttiva fil-liġi nazzjonali; |
|
2. |
Jistieden lill-Istati Membri jaċċeleraw l-infurzar sħiħ u korrett tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu; |
|
3. |
Jenfasizza li l-qafas legali u politiku tal-UE jirrikonoxxi li t-traffikar huwa fenomenu speċifiku għall-ġeneru, u jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri speċifiċi għall-ġeneru (18); ifakkar li l-Artikolu 1 tad-Direttiva jenfasizza l-ħtieġa għall-adozzjoni ta' approċċ sensittiv għall-ġeneru għat-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza li n-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien huma vulnerabbli b'modi differenti, u ta' sikwit huma traffikati għal skopijiet differenti, u għaldaqstant jeħtieġ li miżuri ta' prevenzjoni, għajnuna u appoġġ ikunu speċifiċi għall-ġeneru; jirrimarka, ulterjorment, li l-istrateġija tal-UE tidentifika l-vjolenza kontra n-nisa u l-inugwaljanzi tal-ġeneru fost il-kawżi fundamentali tat-traffikar, u tistabbilixxi ġabra ta' miżuri biex tiġi indirizzata d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar; |
|
4. |
Jinnota li l-Kummissjoni hija obbligata tippubblika għadd ta' rapporti dwar l-aspetti varji tal-implimentazzjoni tad-direttiva; jesprimi tħassib profond li dawn ir-rapporti se jaslu tard peress li dan jibgħat sinjal inkwetanti dwar il-prijoritajiet tagħhom fl-infurzar; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-obbligi ta' rappurtar u l-kalendarju kif stabbilit fid-direttiva; |
|
5. |
Ifakkar fl-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 23, paragrafu 1, tad-Direttiva 2011/36/UE li sa April 2015 tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill b'valutazzjoni tal-punt sa fejn l-Istati Membri adottaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva; jissottolinja li dan il-kompitu ta' rapportar ma ġiex komplut saż-żmien stipulat; |
|
6. |
Jenfasizza li d-dimensjoni tal-ġeneru trid tiġi mmonitorjata b'mod konsistenti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra t-traffikar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja dan waqt il-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tad-Direttiva; |
|
7. |
Ifaħħar ix-xogħol tajjeb imwettaq mill-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar biex jiġu żviluppati l-għarfien u l-evidenza dwar aspetti differenti tat-traffikar tal-bnedmin, inkluża r-riċerka dwar id-dimensjoni tal-ġeneru u l-vulnerabilità partikolari tat-tfal; huwa tal-fehma, madankollu, li sabiex tiġi aċċelerata r-reazzjoni tal-UE għat-traffikar tal-bnedmin, il-mandat tal-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar jista' jiġi estiż; |
|
8. |
Jiddispjaċih li l-kapaċitajiet tal-Europol ma jintużawx bis-sħiħ fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri bl-għan li jiżdied il-qsim tal-informazzjoni mal-Europol sabiex ikunu jistgħu jsiru konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti u tkun tista' tinkiseb stampa ta' intelligence usa' dwar in-netwerks ta' kriminalità organizzata li huma l-aktar ta' theddida u li huma attivi fl-UE; |
|
9. |
Jilqa' l-ħolqien mill-Kummissjoni ta' paġna web kontra t-traffikar li jkun fiha bażi tad-data tal-proġetti ffinanzjati mill-UE fl-UE u kwalunkwe post ieħor, informazzjoni aġġornata dwar l-istrumenti legali u politiċi tal-UE, miżuri kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Istati Membri, il-possibilitajiet ta' finanzjament u inizjattivi tal-UE; |
|
10. |
Jenfasizza l-importanza li jkun hemm informazzjoni ċara u konsistenti għall-vittmi u għall-persunal l-aktar espost li jista' jiġi f'kuntatt mal-vittmi, il-forzi ta' sigurtà, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-pulizija u s-servizzi soċjali, inkluża informazzjoni dwar drittijiet fir-rigward ta' għajnuna ta' emerġenza, trattament mediku u l-kura tas-saħħa, permessi ta' residenza, drittijiet ta' impjieg, l-aċċess għall-qrati u għal avukat, il-possibilitajiet għat-tiftix ta' rimedju, id-drittijiet speċifiċi tat-tfal, eċċ.; |
|
11. |
Jenfasizza li huwa importanti li tingħata attenzjoni akbar lill-intermedjarji tas-suq tax-xogħol, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-aġenziji tal-impjiegi, b'mod partikolari f'setturi b'riskju għoli, bħala mezz ta' prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari għall-iskop ta' sfruttament ta' ħaddiema iżda wkoll għal finijiet ta' sfruttament sesswali moħbi wara kuntratti li jagħtu x'wieħed jifhem li jkunu għal servizzi fl-industrija tal-lukandi u tal-forniment tal-ikel u tas-servizzi tal-kura personali; |
|
12. |
Jenfasizza li qafas politiku u legali tal-UE dwar it-traffikar tal-bnedmin jgħaqqad flimkien id-dimensjonijiet interni u esterni, filwaqt li jirrikonoxxi li azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin, li huwa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, tikkostitwixxi objettiv ċar tal-azzjoni esterna tal-UE; jenfasizza, bl-istess mod, li pajjiżi barra mill-UE huma ta' spiss il-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu għat-traffikar fl-UE u li t-traffikar bħala attività illegali transkonfinali, hija qasam importanti ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi barra mill-Komunità; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li, fuq talba tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ffurmaw pakkett ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin f'pajjiżi u reġjuni ta' prijorità, kif ukoll lista ta' għodod u strumenti disponibbli għall-UE u l-Istati Membri, inklużi l-politiki esterni li jindirizzaw it-traffikar, u l-proġetti ffinanzjati mill-UE u l-Istati Membri f'dan il-qasam; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni u mas-SEAE fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni; |
|
13. |
Iqis li l-persuni li jfittxu asil, ir-rifuġjati u l-migranti huma partikolarment vulnerabbli għat-traffikar u li għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-traffikar tan-nisa, it-tfal u gruppi vulnerabbli oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestigaw ir-rabta bejn l-għadd dejjem jiżdied ta' rifuġjati li qegħdin jaslu u t-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni, inkluż fil-“hotspots” biex jiġu identifikati vittmi potenzjali u jużaw kull mezz għall-ġlieda kontra t-traffikanti u l-kuntrabandisti, anki billi jtejbu il-ġbir ta' data u jiżguraw il-konformità ma' standards eżistenti ta' protezzjoni; ifakkar fir-rwol tal-aġenziji u n-netwerks tal-UE fl-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi fil-fruntieri tal-UE u fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u f'dan il-kuntest jissottolinja l-ħtieġa għal kooperazzjoni akbar bejn l-Europol, l-Eurojust, l-awtoritajiet nazzjonali u l-pajjiżi terzi, u permezz tal-użu ta' ECRIS; jitlob aktar riżorsi biex l-aġenziji tal-ĠAI jippermettu l-ħatra ta' uffiċjali tal-aġenzija mħarrġa dwar kwistjonijiet sensittivi għall-ġeneru, speċjalment f'dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw żieda ta' flussi migratorji mħallta; jenfasizza li l-approċċ ġdid ta' “hotspot” deskritt fl-Aġenda dwar il-Migrazzjoni m'għandux ikun limitat għal ipproċessar rapidu u biex isir ix-xogħol b'lura, iżda għandu jinkludi komponent proporzjonat kontra t-traffikar immirat lejn ir-riferiment effikaċi ta' vittmi potenzjali; |
|
14. |
Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw b'mod kritiku r-reġistrazzjoni tagħhom tar-rifuġjati u s-servizzi u l-istrutturi tal-kura rilevanti peress li dan il-grupp, b'mod partikolari l-minorenni mhux akkumpanjati, huma vulnerabbli ħafna għall-isfruttament minn gruppi kriminali u t-traffikar tal-bnedmin sussegwenti; |
|
15. |
Iqis li għandha tingħata kunsiderazzjoni akbar lis-sitwazzjoni tal-vittmi transġeneri, li sikwit iġarrbu diskriminazzjoni, stigmatizzazzjoni u theddid ta' vjolenza minħabba l-identità tal-ġeneru tagħhom; huwa tal-fehma li l-persuni transġeneri għandhom jitqiesu bħala grupp vulnerabbli, għax b'mod partikolari jinsabu f'riskju li jispiċċaw f'idejn traffikanti li; jemmen li dan il-fattur ta' vulnerabilità għandu jitqies meta l-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju individwali, sabiex jiġi żgurat li l-vittmi tat-traffikar jirċievu protezzjoni u kura xierqa; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-uffiċjali li x'aktarx ikollhom kuntatt mal-vittmi jew mal-vittmi potenzjali tat-traffikar tal-bnedmin, b'taħriġ adegwat dwar l-ispeċifiċitajiet tal-vittmi transġeneri, sabiex ikunu kapaċi jidentifikawhom b'mod iktar proattiv u jadattaw is-servizzi ta' assistenza biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom; |
Il-perspettiva tal-ġeneru fil-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin
|
16. |
Jissottolinja li skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom obbligu li jistabbilixxu mekkaniżmi sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi u għajnuna u appoġġ lilhom, f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta' appoġġ rilevanti; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ ibbażat fuq erba' strateġiji ewlenin: il-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni, il-protezzjoni tal-vittmi u s-sħubija fuq diversi livelli; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu l-impunità, jikkriminalizzaw it-traffikar u jiżguraw li l-awturi tar-reati jitressqu l-qorti u li s-sanzjonijiet jissaħħu; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Istati Membri jirratifikaw l-istrumenti, il-ftehimiet u l-obbligi legali internazzjonali rilevanti kollha li se jagħmlu l-isforz għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem aktar effettiv, koordinat u koerenti, inkluża l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin; |
|
18. |
Jitlob approċċ konsistenti għall-prosekuzzjoni ta' reati marbuta mat-traffikar tal-bnedmin, u jitlob lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom; jitlob, f'dak ir-rigward, li l-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni transfruntiera mal-aġenziji rilevanti tal-UE; |
|
19. |
Ifakkar li n-nisa u t-tfal jistgħu jiġu mġiegħla jiskambjaw is-sess mal-protezzjoni, sabiex jissopravvivu, bl-għan li javvanzaw tul ir-rotta migratorja tagħhom u għas-sussistenza bażika; jissottolinja li n-nisa u t-tfal involuti f'sess għas-sopravvivenza mhumiex meqjusa bħala vittmi ta' traffikar, u għaldaqstant ma jistgħux jirċievu l-assistenza meħtieġa; |
|
20. |
Jenfasizza li, sabiex jiġi evitat it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-persuni, huwa importanti li jinħolqu rotot ta' migrazzjoni legali sikuri għal nisa u tfal (bħal viżi umanitarji); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huwa importanti wkoll għall-pajjiżi ta' destinazzjoni biex jiżguraw li n-nisa migranti li jkunu ngħataw residenza legali fil-pajjiżi ta' destinazzjoni jkollhom aċċess għat-tagħlim tal-lingwi u mezzi oħra ta' integrazzjoni soċjali, edukazzjoni u taħriġ b'mod partikolari, bl-għan li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu minn tekniki ta' intervisti tal-vittmi strutturati sewwa sabiex ikun hemm rikostruzzjoni preċiża tal-avvenimenti mingħajr ma, fl-istess ħin, titqiegħed pressjoni psikoloġika fuq il-vittmi li jkunu diġà imbeżżgħa u konfużi; |
|
22. |
Jenfasizza li l-isforzi kollha kontra t-traffikar għandhom jibbilanċjaw l-enfasi fuq il-prosekuzzjoni bir-responsabilità tal-protezzjoni tal-vittmi; jinnota li l-appoġġ tal-vittmi għandu rwol importanti fil-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, peress li vittmi li jkunu appoġġjati sew ikunu aktar kapaċi jirkupraw mit-trawma tal-esperjenza tagħhom u jassistu fil-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, fil-preparazzjoni ta' programmi ta' prevenzjoni u fit-tfassil infurmat ta' politika, kif ukoll biex jevitaw li jerġgħu jiġu traffikati; |
|
23. |
Jenfasizza li l-internet għandu rwol ċentrali fil-faċilitazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, biex b'hekk żdiedu aktar sfidi fil-ġlieda kontra din il-forma serja ta' kriminalità organizzata; jikkundanna l-fatt li, kulma jmur l-internet qiegħed jintuża dejjem aktar għar-reklutaġġ tal-vittmi kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE permezz ta' offerti ta' xogħol foloz, b'servizzi ta' reklamar provduti minn vittmi sfruttati, u għall-iskambju ta' informazzjoni fost in-netwerks kriminali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki rispettivi tagħhom kontra t-traffikar iqisu dan, u li l-isforzi tal-infurzar tal-liġi li jindirizzaw iċ-ċiberteknoloġiji jkollhom għarfien espert dwar il-ġeneri meħtieġ għall-prevenzjoni u għall-ġlieda effiċjenti kontra l-forom kollha ta' dan ir-reat, partikolarment dwar it-traffikar tal-bnedmin għal skopijiet ta' sfruttament sesswali; jenfasizza li teknoloġiji ġodda, il-midja soċjali u l-internet għandhom jintużaw ukoll biex jinxterdu prattiki tajba għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u biex titrawwem sensibilizzazzjoni u biex vittmi potenzjali jiġu mwissija dwar ir-riskji tat-traffikar; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga ulterjorment ir-rwol tal-internet fit-traffikar tal-bnedmin u biex iżżomm lill-Parlament infurmat kif xieraq; |
|
24. |
Jiddispjaċih li l-identifikazzjoni tal-vittmi għadha waħda mill-aktar aspetti diffiċli u mhux kompluti tal-implimentazzjoni, iżda jenfasizza li dan ma jnaqqasx ir-responsabilità tal-Istati Membri biex jipproteġu lil dawn il-persuni vulnerabbli; jenfasizza li minħabba n-natura koerċittiva u qarrieqa tar-reat, huwa possibbli li l-vittmi ma jkunux kapaċi jirrikonoxxu l-vulnerabilità tagħhom stess; jenfasizza li l-fatt li l-azzjonijiet li l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ikunu mġiegħla jwettqu huma atti kriminali f'xi Stati Membri, f'ċerti każijiet idgħajjef il-fiduċja bejn il-vittmi u l-awtoritajiet; jinnota li d-Direttiva 2011/36/UE tipprojbixxi l-kriminalizzazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-Artikoli 11 sa 17 tad-Direttiva dwar il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin b'approċċ sensittiv għall-ġeneru (b'mod partikolari billi jżidu n-numru ta' rifuġji għall-vittmi u billi jsaħħu l-programmi għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-vittmi fis-soċjetà) u jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità biex jiżguraw appoġġ u assistenza xierqa għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, inkluż fir-rigward tad-dritt ta' residenza fl-Istat Membru li fih il-vittma tkun ġiet ittraffikata u l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dan l-istess Stat Membru; jenfasizza li dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx ikun kundizzjonali fuq il-fatt li l-vittmi jressqu lmenti jew jikkooperaw f'investigazzjonijiet kriminali; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki għall-protezzjoni tal-vittmi; |
|
25. |
Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-individwi li jaħdmu biex jipproteġu u jgħinu lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ma għandhom jinżammu responsabbli għall-ebda reat; |
|
26. |
Huwa kritiku ħafna tal-fatt li għadu mhuwiex reat kriminali li wieħed juża s-servizzi ta' persuni traffikati madwar l-Istati Membri kollha, iżda jirrikonoxxi d-diffikultà li tiġi ppruvata l-konsapevolezza f'kuntest ġudizzjarju, u jqis li dan ikun pass importanti fir-rikonoxximent tal-gravità ta' dan ir-reat, filwaqt li jiġi żgurat qafas reali għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u biex tinqered il-kultura tal-impunità; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pieni kriminali qawwija għar-reati tat-traffikar tal-bnedmin, l-iskjavitù moderna u l-isfruttament; u jistabbilixxu bħala reat kriminali l-att li wieħed konxjament juża s-servizzi ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, inklużi vittmi tat-traffikar fil-prostituzzjoni, l-isfruttament tal-prostituzzjoni ta' oħrajn jew forom oħra ta' sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inklużi s-sisija, l-iskjavitù jew prattiki simili għall-iskjavitù, is-servitù jew l-isfruttament ta' attivitajiet kriminali jew it-teħid ta' organi; jinnota n-numru baxx ta' prosekuzzjonijiet u kundanni għar-reat tat-traffikar fil-livell nazzjonali; |
|
28. |
Jinnota li s-sors prinċipali ta' informazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-vittmi hi l-Pulizija, u dan jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa għal riżorsi umani u finanzjarji suffiċjenti, inkluż taħriġ immirat u speċjalizzat għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll għal bilanċ akbar bejn is-sessi fost il-persunal; jenfasizza l-fatt li r-reġistrazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin permezz ta' ħabsijiet u ċentri ta' detenzjoni f'xi Stati Membri juri nuqqasijiet fis-sistema u fl-għarfien tal-professjonisti involuti; jinsisti li l-Istati Membri tal-UE għandhom japplikaw b'mod effettiv leġiżlazzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin, u jenfasizza wkoll li, sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni tal-vittmi u jiġi żviluppat fehim ta' mezzi sottili tat-traffikar, is-sistema tal-ġustizzja kriminali għandha tiffoka aktar fuq id-dinamiki ta' sfruttament kif ukoll l-applikazzjoni tal-liġi; jinnota f'dan il-kuntest li skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/2219, is-CEPOL għandu jippromwovi fehim u rispett komuni għad-drittijiet fundamentali fl-infurzar tal-liġi, inklużi d-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi; |
|
29. |
Jitlob li l-Europol u l-forzi tal-pulizija nazzjonali jingħataw aktar prijorità u riżorsi għall-prosekuzzjoni ta' dawk li jiffaċilitaw it-traffikar tal-bnedmin, b'attenzjoni speċjali għas-sensibilizzazzjoni fost il-forzi tal-pulizija kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali dwar forom ġodda ta' traffikar tal-bnedmin; |
|
30. |
Jistieden lill-Europol u lill-Istati Membri jsaħħu l-azzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra r-reklutanti kemm jekk permezz ta' approċċ proattiv jew abbażi tax-xhieda ta' vittma skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/36/UE; jenfasizza li r-reklutanti jużaw varjetà ta' mezzi, inklużi n-netwerks soċjali u s-siti tal-internet (aġenziji ta' reklutaġġ online); jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-mandat tal-Unità tal-UE ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (IRU), tal-Europol, fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Europol fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza l-importanza tal-iskambju sistematiku ta' data u l-importanza li l-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għall-bażijiet ta' data Ewropej użati għal dan l-għan, inklużi l-bażijiet ta' data tal-Europol Focal Point Phoenix u Focal Point Twins; jenfasizza l-ħtieġa li l-gwardji tal-fruntieri u l-gwardji kostali jkollhom aċċess għall-bażijiet ta' data tal-Europol; |
|
32. |
Jinnota li l-vittmi jġarrbu l-isfruttament b'modi differenti, u li metodu ta' identifikazzjoni li juża “check list” ta' indikaturi jista' jxekkel l-identifikazzjoni formali u għaldaqstant ikollu impatt fuq l-aċċess tal-vittmi għas-servizzi, għajnuna u protezzjoni; |
|
33. |
Jenfasizza li, biex tinkuraġġixxi lill-vittmi tat-traffikar biex jirrappurtaw dawn ir-reati lill-awtoritajiet u b'hekk tiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi, il-liġi għandha tiġi emendata biex tagħraf il-vittmi tat-traffikar bħala detenturi tad-drittijiet f'għajnejn il-liġi; huwa tal-fehma li l-vittmi tat-traffikar għandhom ikunu intitolati għal għajnuna u protezzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata aktar setgħa lill-ħaddiema soċjali, lill-persunal mediku u lis-servizzi tal-immigrazzjoni sabiex jiddeterminaw x'jikkostitwixxi traffikar u lil min għandha tingħata assistenza u protezzjoni bil-liġi; |
|
34. |
Jitlob implimentazzjoni u monitoraġġ aħjar tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/36/EU, bl-għan li jiġu żgurati n-nonprosekuzzjoni u n-nonapplikazzjoni tas-sanzjonijiet jew il-pieni għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u jenfasizza li dan jinkludi n-nonapplikazzjoni ta' sanzjonijiet jew penali għall-persuni li jinsabu fil-prostituzzjoni u li ma jingħatawx pieni għal dħul jew residenza irregolari fil-pajjiżi ta' tranżitu u ta' destinazzjoni. |
|
35. |
Jinnota bi tħassib l-evidenza ta' xi vittmi tat-traffikar tal-bnedmin li ġew soġġetti għal arrest u deportazzjoni minflok ma tħallew igawdu d-drittijiet tagħhom u ġew megħjuna biex igawduhom bħala vittmi u jkollhom aċċess għall-għajnuna meħtieġa, kif suppost isir skont id-Direttiva 2004/81/KE; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida bbażati fuq l-aħjar prattiki għall-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-tagħrif espert dwar il-ġeneru fl-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi madwar l-UE; |
|
37. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw fl-iżvilupp aħjar ta' linji gwida dwar l-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, li għandhom jgħinu lis-servizzi konsulari u l-gwardjani tal-fruntiera f'dan il-kompitu; |
|
38. |
Jenfasizza l-importanza tat-“traċċar tal-flus” bħala strateġija ewlenija għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tan-netwerks tal-kriminalità organizzata li jagħmlu profitt mit-traffikar tal-bnedmin, u jistieden lill-Europol u l-Eurojust isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Europol u bejniethom bl-għan li jinvestigaw l-aspetti finanzjarji u l-ħasil tal-flus fil-każijiet tat-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fl-iffriżar u l-ikkonfiskar tal-assi tal-individwi involuti fit-traffikar, peress li dan jista' jkun mezz effettiv biex jinbidel it-traffikar tal-bnedmin minn negozju “ta' riskju baxx u profitt kbir” għal wieħed “ta' riskju għoli u profitt żgħir”; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jużaw b'mod aktar effiċjenti l-għodod eżistenti kollha disponibbli bħalma huma r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta u l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea; jemmen li l-assi kkonfiskati tal-persuni misjuba ħatja ta' reati ta' traffikar għandhom jintużaw biex jappoġġjaw u jikkumpensaw lill-vittmi tat-traffikar; jinnota wkoll li l-fondi enormi miġbura mit-traffikar u l-isfruttament tal-bnedmin jiffinanzjaw tipi oħra ta' kriminalità serja; |
|
39. |
Jistieden lill-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) bħall-Eurojust, l-Europol, il-FRA, il-Frontex, is-CEPOL u l-EASO jiżviluppaw programm sostnut ta' titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti għat-traffikar; jitlob ċifri dwar il-kompożizzjoni skont il-ġeneru tal-bordijiet maniġerjali tagħhom u tal-persunal, li għandhom jiġu rilaxxati, segwiti minn diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar il-benefiċċji ta' reklutaġġ u promozzjoni ekwi fis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u tal-fruntieri; jitlob bl-istess mod biex programmi bħal “Female Factor” tal-Europol jinfirxu madwar l-aktar aġenziji tal-ĠAI ddominati mill-irġiel fuq bażi perjodika, u mhux fuq bażi sporadika; |
|
40. |
Ifakkar li t-taħriġ tal-professjonisti u l-uffiċjali huwa kruċjali għall-identifikazzjoni bikrija ta' vittmi potenzjali u l-prevenzjoni tar-reati; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri biex japplikaw b'mod sħiħ l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2011/36/UE u jikkondividu l-aħjar prattiki, b'mod partikolari meta joħolqu programmi ta' taħriġ sensittiv għall-ġeneri għal dawk li jkollhom kuntatt ma' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin f'kapaċità uffiċjali, inklużi uffiċjali tal-pulizija u forzi oħra tas-sigurtà, uffiċjali tal-fruntieri, imħallfin, maġistrati, avukati u awtoritajiet ġudizzjarji oħra, persunal mediku l-aktar espost, ħaddiema soċjali u konsulenti psikoloġiċi; jenfasizza li t-taħriġ għandu jinkludi l-iżvilupp ta' fehim ta' vjolenza u sfruttament ibbażati fuq il-ġeneru, id-detezzjoni tal-vittmi, il-proċess ta' identifikazzjoni formali u assistenza għall-vittmi xierqa u speċifika għall-ġeneru; |
|
41. |
Jitlob l-iżvilupp usa' u t-tixrid ta' pubblikazzjonijiet immirati biex itejbu l-għarfien fost il-professjonijiet, bħall-“Handbook for consular and diplomatic staff on how to assist and protect victims of human trafficking” (Manwal għall-persunal konsulari u diplomatiku dwar kif jiġu assistiti u protetti l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin) (19); |
|
42. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp ta' relazzjonijiet fit-tul bejn l-infurzar tal-liġi, il-fornituri tas-servizzi, il-partijiet interessati varji u l-vittmi sabiex tinbena fiduċja u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-vittmi b'mod sensittiv; jenfasizza li organizzazzjonijiet ta' appoġġ jirrikjedu finanzjament suffiċjenti għall-proġetti, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li ħafna organizzazzjonijiet, speċjalment organizzazzjonijiet tan-nisa, jinsabu f'diffikultà minħabba tnaqqis ta' finanzjament; |
|
43. |
Jenfasizza li l-finanzjament mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għandu jkun immirat lejn l-aktar fornituri xierqa ta' servizzi, abbażi tal-ħtiġijiet tal-vittmi, inklużi rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u għat-tfal, l-għarfien espert tal-fornitur u l-kamp ta' applikazzjoni biex il-fornitur jinvolvi ruħu f'għajnuna u kura wiesgħa u fit-tul; |
|
44. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkludu b'mod attiv is-sħab soċjali, is-settur privat, it-trade unions u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-NGOs li qed jaħdmu biex jiġġieldu kontra t-traffikar u jagħtu għajnuna lill-vittmi, fl-inizjattivi tagħhom għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment fil-qasam tal-isfruttament tax-xogħol, inkluż fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' vittmi u l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni; |
|
45. |
Jinnota li minkejja li l-isfruttament sesswali tat-tfal huwa illegali fl-Istati Membri kollha, dan ma jipprevenix it-traffikar tat-tfal għal sfruttament sesswali; Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/92/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u jsaħħu l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja biex jipprevjenu u jiġġieldu l-isfruttament sesswali tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina kif id-domanda għas-servizzi sesswali tixpruna t-traffikar tal-bnedmin, inkluż it-traffikar tat-tfal, u l-aħjar mod biex titnaqqas id-domanda; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-obbligu tal-Istati Membri li jagħtu attenzjoni speċjali lill-vittmi tat-traffikar li huma tfal, inklużi minorenni mhux akkumpanjati li jiġu minn pajjiżi terzi, u li jipprovdu protezzjoni speċjali lit-tfal fil-proċeduri kriminali, waqt li l-aħjar interessi tal-minorenni jitqiesu tal-akbar importanza f'kull ħin; |
|
46. |
Jinnota li l-ġbir tad-data dwar it-traffikar tat-tfal għandu jkun ibbażat fuq definizzjoni komuni ta' dan il-fenomenu kriminali; jinnota bl-istess mod li xi Stati Membri jikkunsidraw lit-traffikar tat-tfal bħala forma separata ta' sfruttament waqt li oħrajn jinkludu l-vittmi tfal mal-adulti, u dan qed ixekkel il-possibilità tal-ħolqien ta' stampa ta' intelligence komprensiva u d-definizzjoni tal-aħjar reazzjonijiet investigattivi fil-livell tal-UE; |
|
47. |
Jissottolinja l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 23, paragrafu 2, tad-Direttiva li sal-2016 tressaq rapport li jivvaluta l-impatt ta' liġijiet nazzjonali eżistenti dwar il-kriminalizzazzjoni tal-użu konsapevoli tas-servizzi ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri; jenfasizza li l-Kummissjoni m'għandhiex tiddependi biss fuq ir-rappurtar ta' Stat Membru, iżda għandha wkoll tivvaluta l-konformità permezz tal-involviment tas-soċjetà ċivili u korpi rilevanti oħra, bħal GRETA u r-rapporti tal-pajjiżi ppreżentati mir-Rappreżentant Speċjali tal-OSKE dwar it-Traffikar tal-Bnedmin u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Traffikar u l-Forom Kontemporanji ta' Skjavitù; |
|
48. |
Jinnota n-nuqqas ta' fehim komuni fost l-Istati Membri dwar x'jikkostitwixxi d-domanda għal sfruttament u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu linji gwida dwar il-piena tal-klijent ibbażati fuq il-mudell Nordiku, filwaqt li jrawmu sensibilizzazzjoni għal kull forma ta' traffikar tal-bnedmin, speċjalment għall-isfruttament sesswali, u jagħmlu viżibbli forom oħra ta' sfruttament bħas-servitù domestika; |
|
49. |
Jinnota li żieda fil-vulnerabilità ta' ċerti gruppi ta' nies tqegħedhom f'riskju partikolari li jisfaw vittmi tat-traffikar; jiddeplora, madankollu, il-fatt li t-traffikar iseħħ bħala riżultat ta' domanda għolja għal prodotti u servizzi li jiddependu fuq l-isfruttament tal-bnedmin, li hija forma ta' kriminalità organizzata li tħalli ħafna profitt; |
|
50. |
Jenfasizza d-data li tikkonferma l-effett deterrenti li l-kriminalizzazzjoni tax-xiri ta' servizzi sesswali kellu fl-Isvezja; jenfasizza l-effett normattiv ta' dan il-mudell ta' regolamentazzjoni u l-potenzjal tiegħu li jbiddel l-attitudnijiet soċjali sabiex titnaqqas id-domanda ġenerali għas-servizzi tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
51. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva u biex jiżviluppaw strateġiji speċifiċi biex titnaqqas id-domanda għat-traffikar għal sfruttament sesswali, bħal programmi biex wieħed joħroġ miċ-ċirku tal-isfruttament u skemi li jemanċipaw u jipproteġu d-drittijiet ta' persuni fil-prostituzzjoni u jnaqqsu l-vulnerabilità tagħhom għall-isfruttament, u kampanji li jiskoraġġixxu d-domanda għas-servizzi sesswali ta' persuni traffikati, filwaqt li jinnota wkoll li r-regolamentazzjoni tal-prostituzzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni teżamina ulterjorment kwalunkwe rabta bejn id-domanda għal servizzi sesswali u t-traffikar tal-bnedmin; jemmen li t-tnaqqis fid-domanda jista' jinkiseb permezz ta' leġiżlazzjoni li tneħħi r-responsabilità kriminali minn fuq dawk li jbigħu is-servizzi sesswali tal-persuni traffikati għal fuq dawk li jixtruhom; |
|
52. |
Jitlob li l-UE tagħmel viżibbli u tagħti attenzjoni lill-forom ġodda ta' traffikar u sfruttament tal-bnedmin, inklużi l-isfruttament riproduttiv u t-traffikar tat-trabi tat-twelid; |
|
53. |
Jinnota bi tħassib li huma verament ftit l-Istati Membri li ddefinixxew b'mod ċar il-programmi ta' tnaqqis tad-domanda, u li, b'mod ġenerali, dawn kienu ffukati fuq it-traffikar għall-isfruttament sesswali; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta' tnaqqis fid-domanda għat-tipi kollha ta' traffikar tal-bnedmin; |
|
54. |
Jinnota li ż-żwiġijiet ta' konvenjenza jistgħu jikkwalifikaw bħala traffikar tal-bnedmin taħt ċerti ċirkostanzi jekk ikun hemm element ta' forza jew ta' sfruttament, u li n-nisa u l-bniet huma aktar probabbli li jsiru vittmi; |
|
55. |
Jenfasizza li l-isforzi biex tittejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, u għandhom jinkludu strateġiji għall-edukazzjoni u programmi għall-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fis-soċjetà u jsiru anqas vulnerabbli għat-traffikar; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjonijiet preventivi aktar proattivi bħal kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ imfassal b'mod speċifiku għall-irġiel, workshops immirati ma' gruppi vulnerabbli u attivitajiet ta' edukazzjoni fl-iskejjel, inklużi attivitajiet li jippromwovu l-ugwaljanza, il-ġlieda kontra l-isterjotipi sessisti u l-vjolenza sessista, peress li t-trattament ugwali għandu jkun objettiv tas-soċjetà kollha kemm hi; |
|
56. |
Jenfasizza l-effikaċja ta' skemi ta' sensibilizzazzjoni għall-edukazzjoni tal-konsumaturi biex jagħżlu prodotti minn korporazzjonijiet li jiżguraw katina tal-provvista ħielsa mill-iskjavitù, iżda jinnota li dan fih innifsu mhux biżżejjed biex titnaqqas id-domanda għat-traffikar tal-bnedmin; |
|
57. |
Jinnota li skont id-Direttiva 2009/52/KE, huwa diġà illegali għal min iħaddem li juża xogħol jew servizzi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li m'għandhomx status ta' residenza legali fl-UE bl-għarfien li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jirrikonoxxi li ċittadini tal-UE li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin mhumiex inklużi taħt din il-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom iċ-ċittadini tal-UE li huma vittmi tat-traffikar jiġu protetti mill-isfruttament tax-xogħol u li jiġu stabbiliti s-sanzjonijiet rilevanti; |
|
58. |
Ifakkar li, skont l-Europol, madwar 10 000 tfal mhux akkumpanjati sparixxew wara l-wasla tagħhom fl-UE fl-2015 u li dawn it-tfal jistgħu jkunu vittmi ta' traffikar u esposti għal kull tip ta' sfruttament u abbuż; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett tal-asil u jirreġistraw it-tfal mal-wasla tagħhom sabiex jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fis-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-qsim ta' informazzjoni sabiex jipproteġu aħjar lit-tfal migranti fl-Ewropa; |
|
59. |
Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' data dwar in-nisa u t-tfal Rom li jinsabu f'riskju li jiġu traffikati għal xogħol jew servizzi furzati, li jinkludu s-sisija; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi data dwar in-nisa u t-tfal Rom rikonoxxuti bħala vittmi tat-traffikar, kemm minnhom irċevew għajnuna għall-vittmi u f'liema pajjiżi; |
|
60. |
Jenfasizza li ż-żwieġ furzat jista' jiġi meqjus bħala tip ta' traffikar tal-bnedmin jekk ikun fih element ta' sfruttament tal-vittma u jistieden lill-Istati Membri kollha jinkludu din id-dimensjoni; jenfasizza li l-isfruttament jista' jkun sesswali (vjolazzjoni konjugali, prostituzzjoni furzata jew pornografija furzata) jew ekonomiku (xogħol domestiku furzat jew sisija furzata) u li ż-żwieġ furzat jista' jkun l-għan finali tat-traffikar (il-bejgħ tal-vittma għaż-żwieġ jew l-ikkuntrattar taż-żwieġ b'ġegħil); jenfasizza li huwa diffiċli għall-awtoritajiet biex jidentifikaw dan it-tip ta' traffikar, peress li jsir fil-privat; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu servizzi ta' rifuġju xierqa lil dawn il-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward; |
|
61. |
Jinsab imħasseb dwar il-fenomenu dejjem jikber tas-solleċitazzjoni sesswali; jirrimarka li l-vittmi sikwit jinsabu f'sitwazzjoni ta' dipendenza emozzjonali b'riżultat li x-xogħol investigattiv jiġi mxekkel minħabba li mhux faċli jiġu identifikati bħala vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u spiss jirrifjutaw li jixhdu kontra n-nies li jkunu qed jissolleċitawhom sesswalment; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu rifuġju speċifiku għal dawn il-vittmi u jiżguraw li s-servizzi tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jirrikonoxxu l-istatus tagħhom ta' vittmi, u dan b'mod partikolari jekk huma minorenni, sabiex jiġi evitat li jiġu stigmatizzati minħabba “imġiba devjanti”; |
Id-dimensjoni tal-ġeneru tal-għajnuna u l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi
|
62. |
Jesprimi tħassib li mhux il-vittmi kollha jkunu jistgħu jaċċedu għas-servizzi faċilment jew li jkunu konxji tagħhom; jenfasizza li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fl-aċċess għas-servizzi; |
|
63. |
Jinnota li l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jeħtieġu servizzi speċjalizzati, inkluż l-aċċess għal akkomodazzjoni sikura fuq perjodu qasir u fit-tul, skemi ta' protezzjoni tax-xhieda, kura tas-saħħa u konsulenza, servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni, rimedji legali, kumpens, aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, l-impjieg, l-integrazzjoni (mill-ġdid), medjazzjoni familjari u assistenza għal risistemazzjoni, u li dawn is-servizzi għandhom ikunu individwalizzati ulterjorment każ b'każ, b'kunsiderazzjoni speċifika mogħtija lill-kwistjoni tal-ġeneru; |
|
64. |
Jenfasizza li d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar tal-bnedmin tinvolvi obbligu biex l-Istati Membri jindirizzawha bħala forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-fatt li għandha tingħata aktar attenzjoni għad-dinamika ta' sfruttament u għall-ħsara emozzjonali u psikoloġika fit-tul li tkun assoċjata ma' dan; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, li tinkludi proposta leġiżlattiva dwar il-vjolenza kontra n-nisa li tinkludi t-traffikar tal-bnedmin; |
|
65. |
Jenfasizza x-xogħol siewi mwettaq minn għadd ta' servizzi tal-gvern u tas-soċjetà ċivili bl-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u bl-għoti ta' għajnuna u appoġġ lill-vittmi, minkejja li dan ix-xogħol mhuwiex imwettaq b'mod konsistenti madwar l-Istati Membri jew fir-rigward tat-tipi differenti ta' traffikar tal-bnedmin; |
|
66. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għal NGOs indipendenti u rifuġji speċifiċi għall-ġeneru biex jissodisfaw b'mod adegwat il-ħtiġijiet fil-punti kollha tal-perkors tal-vittma fil-pajjiżi ta' destinazzjoni kif ukoll għall-ħidma preventiva fil-pajjiżi ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni rilevanti; |
|
67. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu hotlines fejn il-vittmi tat-traffikar u l-isfruttament tal-bnedmin ikunu jistgħu jċemplu biex ifittxu assistenza u parir; jinnota li tali hotlines kienu ta' suċċess f'oqsma oħra bħar-radikalizzazzjoni u l-ħtif tat-tfal; |
|
68. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta' servizzi speċifiċi għall-ġeneru lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin li jkunu xierqa għall-ħtiġijiet tagħhom, li jirrikonoxxu l-ħtiġijiet li jistgħu ikunu speċifiċi għall-forma ta' traffikar li għaliha jkunu ġew soġġetti; jenfasizza li waqt li l-maġġoranza tal-vittmi huma nisa u bniet, għandu jkun hemm servizzi speċjalizzati għall-vittmi tal-ġeneri kollha; |
|
69. |
Jenfasizza li bosta vittmi ta' sfruttament sesswali jiġu ddrogati bl-għan li jinżammu fi stat ta' dipendenza fiżika u psikoloġika; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jipprovdu programmi ta' appoġġ speċjalizzati għal dawn il-vittmi u jirrikonoxxu dan l-element bħala ċirkostanza aggravanti fir-reazzjoni tagħhom ta' ġustizzja kriminali għat-traffikar tal-bnedmin; |
|
70. |
Jenfasizza li l-effett kumulattiv tat-tipi differenti ta' diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru jagħmel lill-persuni LGBTI partikolarment vulnerabbli għat-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet uniċi tal-persuni LGBTI; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward; |
|
71. |
Jissottolinja l-importanza li l-Istati Membri kollha jirrikonoxxu b'mod sistematiku d-dritt ta' nisa vittmi tat-traffikar tal-bnedmin għal aċċess għal servizzi ta' abort sikur meta t-tqala tkun riżultat tal-isfruttament tagħhom; |
|
72. |
Hu tal-fehma li l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2011/36/UE għandu jiġi estiż sabiex jintroduċi għajnuna maħsuba għall-integrazzjoni futura (tagħlim tal-lingwa, familjarizzazzjoni mal-kultura u l-komunità, eċċ.) fejn iċ-ċirkostanzi tal-vittmi jippermettulhom jagħżlu li jieħdu permess ta' residenza; |
|
73. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ċittadini tal-UE u ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar huma intitolati għal permessi ta' residenza; |
|
74. |
Jinnota li l-istatus ta' residenza legali irregolari ma teskludix persuna milli tkun vittma tat-traffikar tal-bnedmin, u li għaldaqstant tali vittmi għandu jkollhom l-istess drittijiet bħall-oħrajn; jistieden lill-Istati Membri ma jħalltux il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u tat-traffikar tal-bnedmin, waqt li jenfasizza l-prinċipju tal-inkondizzjonalità tal-għajnuna stabbilit fid-direttiva; |
|
75. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jiggarantixxu b'mod effettiv id-drittijiet tal-vittmi u jitlob li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tiġi analizzata fid-dawl tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2012/29/UE; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu għajnuna legali mingħajr ħlas, assistenza u rappreżentanza legali, appoġġ psikololġiku u mediku, u informazzjoni dwar id-drittijiet ta' assistenza u kura tas-saħħa, inkluż id-dritt għal abort għal vittmi ta' sfruttament sesswali, għal dawk kollha li jidentifikaw lilhom infushom, jew jissodisfaw għadd xieraq ta' kriterji għall-identifikazzjoni, bħala vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, biex jgħinuhom jaċċedu għad-drittijiet tagħhom, għal kumpens u/jew rimedju legali; jenfasizza li l-awtoidentifikazzjoni qatt ma għandha tkun l-uniku rekwiżit għall-aċċess għad-drittijiet u s-servizzi għall-vittmi; |
|
76. |
Jistieden lill-Istati Membri jqiegħdu l-għajnuna legali għad-dispożizzjoni tal-vittmi tat-traffikar mhux biss fi proċedimenti kriminali, iżda wkoll fi proċedimenti ċivili, tax-xogħol jew tal-immigrazzjoni/l-asil li jkunu involuti fihom; |
|
77. |
Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu ż-żmien itwal meħtieġ biex persuna tirkupra mill-ħsara tat-traffikar għal skopijiet ta' sfruttament sesswali, meta mqabbel maż-żmien meħtieġ biex persuna tirkupra minn tipi oħra ta' traffikar, biex jiġu deċiżi l-parametri tal-appoġġ tal-vittmi; jitlob li l-miżuri ta' protezzjoni offruti lill-vittmi traffikati għal sfruttament sesswali jiġu estiżi, sabiex titnaqqas il-ħsara, għall-prevenzjoni ta' traffikar mill-ġdid u ta' vittimizzazzjoni sekondarja u biex f'kull każ jipprovdu għall-ħtiġijiet individwali; |
Valutazzjoni ta' miżuri oħra sensittivi għall-ġeneru meħuda fl-implimentazzjoni tad-Direttiva
|
78. |
Jenfasizza li kwalunkwe obbligu biex il-vittmi jipparteċipaw fil-prosekuzzjoni tat-traffikanti jista' jkun ta' dannu; jenfasizza li f'approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, tali obbligu m'għandux ikun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizzi; |
|
79. |
Jissottolinja li l-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin għandhom sistematikament jiġu infurmati dwar il-possibilità li jibbenefikaw minn perjodu ta' rkupru u riflessjoni, u għandhom effettivament jiġu mogħtija tali perjodu; jiddispjaċih li f'xi Stati Membri dawn id-drittijiet ġew trasposti biss f'liġijiet tal-migrazzjoni u għalhekk ma japplikawx għall-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin, iżda biss għal dawk li jinsabu f'sitwazzjoni irregolari; ifakkar li dawn id-drittijiet għandhom jingħataw lil vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
80. |
Ifakkar li, skont id-Direttiva 2004/81/KE, l-Istati Membri huma obbligati jippermettu perjodu ta' riflessjoni u rkupru għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati Membri, biex meta jiddeterminaw it-tul ta' dan il-perjodu, iqisu l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin u biex jestendu l-perjodu minimu ta' 30 ġurnata għall-perjodu ta' rkupru u riflessjoni inkluż f'din il-Konvenzjoni għall-vittmi traffikati għal skopijiet ta' sfruttament sesswali, minħabba l-ħsara sinifikanti u fit-tul ikkawżata minn din il-forma ta' vjolenza; |
|
81. |
Jinnota li l-Istrateġija attwali tal-UE lejn l-Eradikazzjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin se tintemm fi tmiem l-2016, u jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-istrateġija attwali u tintroduċi mudell ġdid li jsegwi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem li jiffoka fuq il-vittmi, jinkludi dimensjoni ċara ta' ġeneru u jinkludi azzjonijiet konkreti f'dan ir-rigward, tindirizza l-prevenzjoni b'mod adegwat u effikaċi, u tkompli tiskoraġġixxi d-domanda li trawwem il-forom kollha ta' traffikar; jitlob li din l-istrateġija tkun integrata u tiġi magħmula koerenti ma' oqsma ta' politika oħra, bl-għan li tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri kontra t-traffikar, inkluż, iżda mhux limitat għas-sigurtà, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-migrazzjoni, iċ-ċibersigurtà u l-infurzar tal-liġi; |
|
82. |
Ifaħħar dawk l-Istati Membri li stabbilixxew mekkaniżmi nazzjonali ta' rappurtar effettivi u rapporteurs nazzjonali, u jistedinhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkollhom ir-riżorsi adegwati u jkunu indipendenti sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom bl-aħjar mod possibbli; |
|
83. |
Jistieden lill-Istati Membri jaħtru, bl-għan li jivvalutaw l-istrateġiji u l-attivitajiet tagħhom u jtejbu l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar, rapporteur nazzjonali indipendenti li jkollu id-dritt legali li jidher quddiem il-parlament nazzjonali u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif l-aħjar jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin; |
|
84. |
Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data aktar dettaljata u aġġornata billi tinġabar informazzjoni statistika affidabbli miġbura mill-atturi ewlenin kollha, billi jiżguraw li d-data hija omoġenja u diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, it-tip ta' sfruttament (f'sottogruppi ta' tipi ta' traffikar tal-bnedmin), il-pajjiż tal-oriġini u tad-destinazzjoni, u bl-inklużjoni ta' persuni traffikati internament, sabiex jiġu identifikati aħjar il-vittmi potenzjali u għall-prevenzjoni tal-kriminalità; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kondiviżjoni tad-data sabiex jivvalutaw aħjar id-dimensjoni tal-ġeneru u x-xejriet reċenti tat-traffikar tal-bnedmin u jiġġieldu t-traffikar b'mod aktar effettiv; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li rapporteurs nazzjonali jkollhom rwol aktar sinifikanti fil-koordinazzjoni ta' inizjattivi ta' ġbir tad-data, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili attivi f'dan il-qasam; |
|
85. |
Jinnota li minkejja d-definizzjoni ċara tat-traffikar tal-bnedmin mogħtija fid-Direttiva, għadd ta' definizzjonijiet differenti ġew adottati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka dwar dan u tirraporta dwar xi jfissru fil-prattika dawn id-differenzi fid-definizzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva; jenfasizza l-importanza ta' ċarezza kunċettwali sabiex ikun evitat taħlit ma' kwistjonijiet relatati iżda separati; |
|
86. |
Jinnota li, b'mod ġenerali, il-partijiet interessati jikkonfermaw li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ma jiġux identifikati; jirrikonoxxi li t-traffikar ta' ċerti gruppi vulnerabbli bħal żgħażagħ, tfal u persuni b'diżabilità u persuni LGBTI (li jkunu bla dar), ġie pjuttost traskurat; jenfasizza l-importanza ta' titjib fil-ġbir tad-data biex jissaħħu l-isforzi ta' identifikazzjoni tal-vittmi fir-rigward ta' dawn il-gruppi u l-iżvilupp tal-aħjar prattika fl-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawn il-vittmi; |
|
87. |
Jenfasizza li, sabiex jitjiebu l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fl-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri, u jieħdu miżuri leġiżlattivi u oħrajn ulterjuri, jekk ikun meħtieġ; |
|
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida standardizzati, inkluża l-protezzjoni tad-data, għall-ġbir tad-data għall-korpi rilevanti, bħall-infurzar tal-liġi, is-servizzi tal-fruntieri u tal-immigrazzjoni, is-servizzi soċjali, l-awtoritajiet lokali, il-ħabsijiet, l-NGOs u kontributuri oħra; |
|
89. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li tingħata prijorità akbar lill-ġlieda kontra t-traffikar fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)0240), sabiex tiffaċilita l-involviment tal-vittmi fil-prosekuzzjoni tat-traffikanti; |
|
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-abbuż tal-impjieg indipendenti fl-impjieg ta' ħaddiema migranti f'xi Stati Membri tal-UE sabiex jiġu evitati l-istandards lokali tax-xogħol u l-obbligi tal-impjieg, waqt li tirrikonoxxi li l-impjieg indipendenti fittizju ta' sikwit jintuża f'oqsma tax-xogħol tal-migranti l-aktar suxxettibbli għat-traffikar; |
|
91. |
Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali dwar it-traffikar tal-bnedmin tul rotot magħrufa, bħal mil-Lvant lejn l-UE, permezz tal-użu tal-Istrument għall-Istabilità u r-responsabilità kontinwa li għaddejja tal-pajjiżi kandidati; |
|
92. |
Jitlob li l-UE tipprovdi, permezz tal-Eurostat, stimi dwar in-numru ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, reġistrati jew xort' oħra, f'konformità mal-mudell ġenerali segwit minn organizzazzjonijiet bħalma huma l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); |
|
93. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-prinċipju ta' non-refoulement fid-direttivi tagħhom kontra t-traffikar, fuq l-eżempju tal-Protokoll tan-NU dwar it-Traffikar u l-Konvenzjoni dwar it-Traffikar tal-Kunsill tal-Ewropa u skont l-obbligi tal-istati skont id-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
94. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jmexxu riċerka dwar l-aktar tendenzi u forom ġodda ta' traffikar tal-bnedmin, inkluża l-influwenza li jista' jkollha l-kriżi migratorja attwali fuq it-traffikar tal-bnedmin, bl-għan li l-iżviluppi l-ġodda jiġu indirizzati b'rispons adegwat u mmirat; |
|
95. |
Jitlob li l-Kummissjoni tipproduċi analiżi tar-rabtiet bejn tipi differenti ta' traffikar u r-rotot bejniethom fir-rapport li jmiss dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE, billi l-vittmi spiss jiġu sfruttati b'modi differenti fl-istess ħin jew jimxu minn tip ta' traffikar għal ieħor; u li tippromwovi riċerka kontinwa dwar il-kawżi ewlenin tat-traffikar tal-bnedmin u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
|
96. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiġi rieżaminat il-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew futur sabiex ladarba jiġi stabbilit, jinkludi setgħat biex jindirizza t-traffikar tal-bnedmin; |
|
97. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex, filwaqt li tqis li l-Konvenzjoni ta' Istanbul hija għodda effettiva sabiex tipprevjeni u tiġġieled kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluż it-traffikar, tipproteġi u tgħin lill-vittmi u tippromwovi r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Istati Membri; |
o
o o
|
98. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2014)0070.
(2) ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.
(3) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(4) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(5) ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24.
(6) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(7) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0162.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(11) Stimi tal-ILO għall-2014, Profits and poverty the economics of forced labour (Profitti u faqar, l-ekonomija tax-xogħol furzat).
(12) Rapport tal-Eurostat “Trafficking in human beings” (Traffikar tal-bnedmin), edizzjoni tal-2015.
(13) Idem.
(14) Idem.
(15) Europol, Rapport tas-Sitwazzjoni: Traffikar tal-Bnedmin fl-UE (Frar 2016).
(16) Rapport tal-Eurostat, 2015.
(17) Idem.
(18) “Rapport ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin” (SWD(2014)0318), paġna 9.
(19) https://ec.europa.eu/anti-trafficking/publications/handbook-consular-and-diplomatic-staff-how-assist-and-protect-victims-human-trafficking_en.
L-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/76 |
P8_TA(2016)0228
Muniti virtwali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar muniti virtwali (2016/2007(INI))
(2018/C 076/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Paper tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali dwar Muniti Diġitali ta' Novembru 2015 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-publikazzjoni tal-Bank tal-Ingilterra dwar l-ekonomija ta' muniti diġitali (Q3/2014) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar muniti virtwali ta' Lulju 2014 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-analiżi tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' Frar 2015 dwar skemi tal-muniti virtwali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2016 biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni ta' Mejju 2015 dwar id-daqs tad-diskrepanza fil-VAT fl-UE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni dwar l-aġenda diġitali ta' muniti virtwali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Guidance for a Risk-Based Approach to Virtual Currencies” (Gwida għal Approċċ Ibbażat fuq ir-Riskju għal Muniti Virtwali) tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) ta' Ġunju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (8), |
|
— |
wara li kkunsidra s-Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar it-Trattament tal-VAT ta' Kambju ta' Munita Virtwali (C-264/14) (9), u l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott mogħtija fis-16 ta' Lulju 2015 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konsultazzjoni tal-ESMA ta' Lulju 2015 dwar Investiment bl-użu ta' muniti virtwali jew bit-teknoloġija tar-reġistru distribwit (11), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tgħarrif tal-EPRS dwar is-suq, l-ekonomija u r-regolamentazzjoni tal-Bitcoin (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol “Changes in modus operandi of Islamic State terrorist attacks” tat-18 ta' Jannar 2016 (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-FATF ta' Ġunju 2014 dwar Muniti Virtwali (14), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-OECD bl-isem “The Bitcoin Question – currency versus trust-less transfer technology” (15), |
|
— |
wara li kkunsidra n-Nota ta' Diskussjoni tal-Persunal tal-FMI ta' Jannar 2016 dwar Muniti Virtwali u Lil Hinn (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport bl-isem “Distributed Ledger Technology: beyond block chain” tal-2016 mill-Konsulent Xjentifiku Ewlieni, tal-Uffiċċju tal-Gvern għax-Xjenza tar-Renju Unit (17), |
|
— |
wara li kkunsidra s-smigħ tal-25 ta' Jannar 2016 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar muniti virtwali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0168/2016), |
|
A. |
billi definizzjoni universali applikabbli għadha ma ġietx stabbilita, iżda l-muniti virtwali (VCs) xi kultant huma msejħa flus diġitali, u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tqishom bħala rappreżentazzjoni diġitali ta' valur li la hija maħruġa minn bank ċentrali jew awtorità pubblika u lanqas neċessarjament marbuta ma' munita fiduċjarja, iżda hija aċċettata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala mezz ta' ħlas, u li jistgħu jiġu ttrasferiti, jinħażnu u jiġu skambjati elettronikament; billi l-VCs huma l-aktar ibbażati fuq it-teknoloġija tar-reġistru distribwit (DLT), il-bażi teknoloġika għal aktar minn 600 skema tal-VC (18), li tiffaċilita l-iskambju bejn il-pari (“peer-to-peer”), bl-aktar waħda prominenti tkun il-Bitcoin; filwaqt li ġiet varata fl-2009 u attwalment għandha sehem fis-suq fost VCs ibbażati fuq id-DLT ta' kważi 90 %, b'valur fis-suq tal-Bitcoins pendenti ta' madwar EUR 5 biljun (19), hi għadha ma laħqitx dimensjonijiet sistematiċi; |
|
B. |
billi d-DLT tinkludi bażijiet ta' data b'livelli varji ta' fiduċja u reżiljenza, bil-potenzjal li jipproċessaw numru kbir ta' tranżazzjonijiet b'mod rapidu, u b'kapaċità ta' trasformazzjoni mhux biss fil-qasam tal-VCs iżda wkoll b'mod iktar wiesa' fil-fintech, fejn l-ikklerjar u s-saldu jistgħu jkunu applikazzjoni waħda ovvja, kif ukoll oħrajn lil hinn mill-finanzi, speċjalment fir-rigward tal-prova ta' identità u ta' proprjetà; |
|
C. |
billi l-investimenti fid-DLT huma parti integrali miċ-ċiklu ta' innovazzjoni għaddej tal-fintech u sal-lum jammontaw għal aktar minn EUR 1 biljun, kemm minn fond ta' kapital ta' riskju kif ukoll investiment korporattiv (20); |
Opportunitajiet u riskji tal-VCs u d-DLT fix-xenarju teknoloġiku tal-ħlasijiet li qed jevolvi b'mod rapidu
|
1. |
Jenfasizza li l-VCs u d-DLT għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għall-benessri taċ-ċittadini u l-iżvilupp ekonomiku, inkluż fis-settur finanzjarju, permezz ta':
|
|
2. |
Jinnota li mal-VCs u l-iskemi tad-DLT hemm marbuta riskji li jeħtieġ jiġu indirizzati b'mod xieraq sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fihom, inkluż fiċ-ċirkostanzi preżenti, bħal:
|
|
3. |
Jissuġġerixxi li sabiex jiġu indirizzati dawn ir-riskji jeħtieġ kapaċità regolatorja msaħħa, inkluż għarfien espert tekniku, u l-iżvilupp ta' qafas ġuridiku sod li jżomm il-pass mal-innovazzjoni, l-iżgurar ta' rispons f'waqtu u proporzjonat jekk u meta l-użu ta' wħud mill-applikazzjonijiet DLT isiru rilevanti sistematikament; |
|
4. |
Jirrimarka, madankollu, li jekk jiġi adottat regolament fi stadju bikri ħafna, jista' ma jiġix adattat għal sitwazzjoni li għadha instabbli u tista' tibgħat messaġġ ħażin lill-pubbliku dwar il-vantaġġi jew is-sigurtà tal-muniti virtwali; |
It-tħaddim tad-DLT lil hinn mill-pagamenti
|
5. |
Jinnota li l-potenzjal tad-DLT biex tħaffef, tiddeċentralizza, tawtomatizza u tistandardizza proċessi mmexxija mid-data għandu l-kapaċità li jbiddel b'mod fundamentali l-mod kif l-assi jiġu ttrasferiti u kif jinżammu r-reġistri, b'implikazzjonijiet kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku, b'dan tal-aħħar ikun ikkonċernat fi tliet dimensjonijiet: bħala fornitur ta' servizz, bħala superviżur u bħala leġiżlatur; |
|
6. |
Jirrimarka li l-ikklerjar, is-saldu u proċessi ta' ġestjoni oħrajn ta' wara n-negozju attwalment jiswew lill-industrija finanzjarja globali ħafna aktar minn EUR 50 biljun fis-sena (25), u li dan u l-proċessi ta' rikonċiljazzjoni tal-bank huma oqsma fejn l-użu tad-DLT jista' jirriżulta bħala trasformazzjonali f'termini ta' effiċjenza, ħeffa, u reżiljenza, iżda jqajjem ukoll sfidi regolatorji ġodda; |
|
7. |
Jenfasizza l-fatt li, f'dan ir-rigward, ġew stabbiliti diversi inizjattivi minn atturi tas-settur privat, u jistieden lill-awtoritajiet kompetenti, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, biex jimmonitorjaw inizjattivi bħal dawn; |
|
8. |
Jinnota wkoll li d-DLT tista' tiġi wżata biex iżżid il-kondiviżjoni tad-data, it-trasparenza u l-fiduċja mhux biss bejn il-gvern u ċ-ċittadini, iżda wkoll bejn l-atturi fis-settur privat u l-klijenti; |
|
9. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal tad-DLT li għadu qed jiġi skopert ferm lil hinn mis-settur finanzjarju, inkluż finanzjament parteċipattiv crypto-equity, servizzi ta' medjazzjoni ta' tilwim, b'mod partikolari fis-setturi finanzjarji u ġuridiċi, u l-potenzjal ta' kuntratti intelliġenti flimkien ma' firem diġitali, applikazzjonijiet li jippermettu aktar sigurtà u sinerġiji tad-data bl-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti; |
|
10. |
Jenfasizza d-dinamika li jiġġeneraw it-teknoloġiji blockchain fl-ambjent tan-negozju kif ukoll il-potenzjal tagħhom għal trasformazzjonijiet fl-ekonomija reali fuq perjodu ta' żmien fit-tul; |
|
11. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal tad-DLT fl-assistenza lill-gvernijiet biex jitnaqqas il-ħasil tal-flus, il-frodi u l-korruzzjoni; |
|
12. |
Jinkoraġġixxi aġenziji tal-gvern biex jittestjaw is-sistemi DLT wara li jwettqu analiżi xierqa tal-impatt sabiex tittejjeb il-provvista ta' servizzi liċ-ċittadini u tas-soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku, f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE; jinkoraġġixxi aġenziji tal-gvern biex jevitaw effetti ta' saturazzjoni li jistgħu jkunu marbuta ma' dipendenza fuq skemi DLT propretarji; jirrikonoxxi, b'mod partikolari, il-potenzjal tad-DLT għal titjib f'sistemi tar-reġistrazzjoni tal-art; |
|
13. |
Jirrakkomanda li l-aġenziji tal-gvern u l-awtoritajiet kompetenti li għandhom il-kompitu li janalizzaw kwantitajiet kbar ta' data jesploraw l-użu ta' superviżjoni f'ħin reali bbażata fuq DLT u għodod ta' rappurtar bħala parti minn aġenda RegTech fis-settur finanzjarju u lil hinn, inkluż sabiex titnaqqas id-diskrepanza mdaqqsa tal-VAT fl-Unjoni (26); |
Regolamentazzjoni intelliġenti lejn it-trawwim tal-innovazzjoni u s-salvagwardja tal-integrità
|
14. |
Jitlob li jkun hemm approċċ regolatorju proporzjonat fil-livell tal-UE sabiex ma tiġix imfixkla l-innovazzjoni jew jiżdiedu magħha spejjeż superfluwi f'dan l-istadju bikri, filwaqt li jittieħdu bis-serjetà l-isfidi regolatorji li l-użu mifrux tad-DLT u l-VCs jistgħu jġibu magħhom; |
|
15. |
Jenfasizza s-similaritajiet bejn it-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (DLT), li tikkonsisti f'sett ta' nodi li jipparteċipaw f'sistema u jikkondividu bażi tad-data komuni, u l-World Wide Web (WWW), definit bħala sett ta' riżorsi globali loġikament interrelatati bil-hyperlinks; jinnota li kemm id-DLT kif ukoll id-WWW huma bbażati fl-internet, sistema globali ta' netwerks tal-kompjuters ċentrali (mainframe), personali u bla fili interkonnessi; |
|
16. |
Ifakkar li l-internet, minkejja tentattivi biex jiġi promoss approċċ b'diversi partijiet interessati, għadu mmexxi mill-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet u l-Informazzjoni, aġenzija tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti; |
|
17. |
Jilqa' l-ħolqien ta' Koalizzjoni Dinamika tat-Teknoloġiji Blockchain fil-Forum ta' Governanza tal-Internet, u jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi governanza kondiviża u inklużiva tad-DLT, sabiex tevita problemi li ġew iffaċċjati preċedentement fl-iżvilupp tal-Internet; |
|
18. |
Jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-UE ewlenija, bħall-EMIR, is-CSDR, id-DFS, il-MiFID/MiFIR, l-UCITs u l-AIFMD, tista' tipprovdi qafas regolatorju f'konformità mal-attivitajiet imwettqa, irrispettivament mit-teknoloġija li fuqha tkun ibbażata, anke kif VCs u applikazzjonijiet ibbażati fuq DLT jespandu fi swieq ġodda u jestendu l-attivitajiet tagħhom; josserva, madankollu, li tista' tkun meħtieġa aktar leġiżlazzjoni speċifika; |
|
19. |
Jilqa' s-suġġerimenti tal-Kummissjoni biex jiġu inklużi pjattaformi ta' skambju tal-VCs fid-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLD) sabiex ittemm l-anonimità marbuta ma' tali pjattaformi; jistenna li kwalunkwe proposta f'dan ir-rigward se tkun immirata, ġustifikata permezz ta' analiżi sħiħa tar-riskji assoċjati mal-VCs, u bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt dettaljata; |
|
20. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal analiżi komprensiva tal-VCs u, abbażi ta' din il-valutazzjoni, tikkunsidra, jekk xieraq, tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar il-pagamenti, inklużi d-Direttiva dwar il-Kontijiet tal-Pagamenti (PAD), id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD) kif ukoll id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi (EMD), fid-dawl tal-possibbiltajiet il-ġodda offruti minn żviluppi teknoloġiċi ġodda inkluż l-VCs u d-DLT, bil-għan li jissaħħu l-kompetizzjoni u jitbaxxew l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, inkluż permezz ta' interoperabilità msaħħa u possibilment ukoll permezz tal-promozzjoni ta' portafoll elettroniku universali u nonproprjetarju; |
|
21. |
Josserva li diversi muniti virtwali lokali ġew maħluqa fl-Ewropa, mhux biss bħala rispons għall-kriżi finanzjarja u l-problema tal-kriżi tal-kreditu relatati; iħeġġeġ kawtela partikolari meta jiġu definiti muniti virtwali, fil-kuntest ta' kwalunkwe proposta leġiżlattiva futura, bil-għan li jittieħed kont xieraq tal-eżistenza ta' “muniti lokali” ta' natura mingħajr skop ta' qligħ, li ħafna drabi jkollhom funġibilità limitata u li jipprovdu benefiċċji ambjentali u soċjali sinifikanti, u għall-prevenzjoni ta' regolamentazzjoni sproporzjonata f'dan il-qasam, sakemm la jkun hemm evitar u lanqas evażjoni tat-taxxa; |
|
22. |
Jitlob għall-ħolqien ta' Task Force DLT orizzontali (TF DLT) taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni, li tikkonsisti f'esperti tekniċi u regolatorji, sabiex:
|
|
23. |
Jenfasizza l-importanza ta' għarfien tal-konsumatur, trasparenza u fiduċja meta jintużaw muniti virtwali; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-industrija tal-VCs, tiżviluppa linji gwida bil-għan li tiggarantixxi li tkun ipprovduta informazzjoni korretta, ċara u kompleta għall-utenti tal-VC eżistenti u futuri, li tippermettilhom jagħmlu għażla kompletament infurmata u b'hekk tissaħħaħ it-trasparenza tal-iskemi tal-VC f'termini ta' kif jiġu organizzati u mħaddma u kif huma distinti mis-sistemi ta' ħlas li huma rregolati u ssorveljati f'dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-konsumatur; |
o
o o
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) http://www.bis.org/cpmi/publ/d137.pdf
(2) http://www.bankofengland.co.uk/publications/Documents/quarterlybulletin/2014/qb14q3digitalcurrenciesBitcoin2.pdf
(3) https://www.eba.europa.eu/documents/10180/657547/EBA-Op-2014-08+Opinion+on+Virtual+Currencies.pdf
(4) https://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/virtualcurrencyschemesen.pdf
(5) http://ec.europa.eu/justice/newsroom/criminal/news/160202_en.htm
(6) http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-5592_en.htm
(7) http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC97043/the%20digital%20agenda%20of%20virtual%20currencies_final.pdf
(8) http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/02/12-conclusions-terrorism-financing/
(9) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1463564584935&uri=CELEX:62014CJ0264
(10) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:62014CC0264&from=EN
(11) https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/2015/11/2015-532_call_for_evidence_on_virtual_currency_investment.pdf
(12) http://www.europarl.europa.eu/RegData/bibliotheque/briefing/2014/140793/LDM_BRI(2014)140793_REV1_EN.pdf
(13) https://www.europol.europa.eu/sites/default/files/publications/changes_in_modus_operandi_of_is_in_terrorist_attacks.pdf
(14) http://www.fatf-gafi.org/media/fatf/documents/reports/virtual-currency-key-definitions-and-potential-aml-cft-risks.pdf
(15) http://www.oecd.org/daf/fin/financial-markets/The-Bitcoin-Question-2014.pdf
(16) https://www.imf.org/external/pubs/ft/sdn/2016/sdn1603.pdf
(17) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/492972/gs-16-1-distributed-ledger-technology.pdf
(18) http://www.bis.org/cpmi/publ/d137.pdf
(19) http://coinmarketcap.com/
(20) Ara, fost l-oħrajn: http://www.coindesk.com/state-of-Bitcoin-blockchain-2016/
(21) https://www.eba.europa.eu/documents/10180/657547/EBA-Op-2014-08+Opinion+on+Virtual+Currencies.pdf
(22) https://remittanceprices.worldbank.org/sites/default/files/rpw_report_december_2015.pdf
(23) http://web.worldbank.org/WBSITE/EXTERNAL/TOPICS/EXTFINANCIALSECTOR/0,,contentMDK:22383199~pagePK:210058~piPK:210062~theSitePK:282885,00.html
(24) Filwaqt li hemm potenzjal għall-użu ta' VC għall-finanzjament tat-terroriżmu, reċentement il-Europol (fit-18 ta' Jannar 2016) irrimarkat li “minkejja rappurtar minn terza persuni li jissuġġerixxi l-użu ta' muniti anonimi bħal Bitcoin mit-terroristi biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, dan ma ġiex ikkonfermat mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi”.
(25) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/492972/gs-16-1-distributed-ledger-technology.pdf
(26) http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-5592_en.htm
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/82 |
P8_TA(2016)0233
Flussi ta' data transatlantiċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-flussi ta' data transatlantiċi (2016/2727(RSP))
(2018/C 076/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 6, 7, 8, 11, 16, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1) (minn hawn 'il quddiem “id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (3), kif ukoll id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/520/KE tas-26 ta' Lulju 2000 (id-Deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2013 dwar il-bini mill-ġdid tal-fiduċja fil-flussi tad-dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti (COM(2013)0846), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2013 dwar il-funzjonament tal-Isfera ta' Sikurezza mill-perspettiva taċ-ċittadini tal-UE u tal-kumpaniji stabbiliti fl-UE (COM(2013)0847) (il-komunikazzjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża C-362/14 Maximillian Schrems v Data Protection Commissioner (UE:C:2015:650), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2015 dwar it-trasferiment ta' dejta personali mill-UE lejn l-Istati Uniti tal-Amerka skont id-Direttiva 95/46/KE wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-362/14 (Schrems) (COM(2015)0566), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Frar 2016 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-konsegwenzi tas-sentenza Schrems, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Judicial Redress Act tal-2015, iffirmat mill-President Obama fl-24 ta' Frar 2016 (H.R.1428), |
|
— |
wara li kkunsidra l-USA Freedom Act tal-2015 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riformi tal-attivitajiet tas-signals intelligence tal-Istati Uniti stabbiliti fid-Direttiva Presidenzjali 28 (PPD-28) (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tad-29 ta' Frar 2016 bit-titolu “Flussi ta' Dejta Transatlantiċi: Nirritornaw il-fiduċja permezz ta' salvagwardji qawwija” (COM(2016)0117), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 01/2016 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 tat-13 ta' April 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza tat-Tarka tal-Privatezza UE-Stati Uniti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern (7), u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar is-Segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljanza elettronika tal-massa taċ-ċittadini tal-UE (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja invalidat id-Deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza fis-sentenza tagħha tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża C-362/14 Maximillian Schrems v Il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u ċċarat li livell adegwat ta' protezzjoni f'pajjiż terz għandu jinftiehem bħala “essenzjalment ekwivalenti” għall-protezzjoni mogħtija fl-Unjoni, u b'hekk tat lok għall-bżonn li jiġu konklużi negozjati dwar it-Tarka tal-Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt dwar kif id-data personali għandha tiġi ttrasferita mill-UE lejn l-Istati Uniti; |
|
B. |
billi l-“protezzjoni tad-data” tfisser il-protezzjoni tal-persuni li tirrigwardahom l-informazzjoni li tkun qed tiġi pproċessata, u billi din il-protezzjoni hija waħda mid-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mill-Unjoni (l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea); |
|
C. |
billi l-protezzjoni tad-data personali, ir-rispett għall-ħajja privata u għall-komunikazzjoni, id-dritt għas-sigurtà, id-dritt li wieħed jirċievi u jaqsam informazzjoni u l-libertà li wieħed imexxi negozju huma lkoll drittijiet fundamentali li għandhom jiġu mħarsa u bbilanċjati; |
|
D. |
billi, meta tkun qed teżamina l-livell ta' protezzjoni mogħtija minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha l-obbligu tivvaluta l-kontenut tar-regoli applikabbli f'dak il-pajjiż li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali jew mill-impenji internazzjonali tiegħu, kif ukoll il-prattika mfassla sabiex tiżgura konformità ma' dawk ir-regoli, peress li, skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Data, trid tqis iċ-ċirkostanzi kollha madwar trasferiment tad-data personali lejn pajjiż terz; billi din il-valutazzjoni trid tirreferi mhux biss għal-leġiżlazzjoni u għall-prattiki relatati mal-protezzjoni tad-data personali għal skopijiet kummerċjali u privati, iżda trid tkopri wkoll l-aspetti kollha tal-qafas applikabbli għal dak il-pajjiż jew settur, b'mod partikolari, iżda mhux biss, l-infurzar tal-liġi, is-sigurtà nazzjonali u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, |
|
E. |
billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jirrappreżentaw is-settur li l-aktar li qed jikber malajr fl-ekonomija tal-UE, u qegħdin isiru dejjem aktar dipendenti fuq il-fluss ta' data liberu; billi l-SMEs jirrappreżentaw 60 % tal-kumpaniji li jiddependu fuq il-Ftehim dwar l-Isfera ta' Sikurezza, li ppermettitilhom jibbenefikaw mill-proċeduri simplifikati u kosteffikaċi ta' konformità; |
|
F. |
billi l-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Uniti jirrappreżentaw 'il fuq minn 50 % tal-PDG dinji, 25 % tal-esportazzjonijiet globali u 'l fuq minn 30 % tal-importazzjonijiet tad-dinja kollha; billi l-valur tar-relazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Istati Uniti huwa l-ogħla wieħed fid-dinja, meta wieħed iqis li fl-2014 il-kummerċ transatlantiku totali kien ekwivalenti għal USD 1,09 triljun, filwaqt li l-valur totali tal-kummerċ tal-Istati Uniti mal-Kanada u maċ-Ċina kien ta' USD 741 biljun u USD 646 biljun rispettivament; |
|
G. |
billi flussi ta' data transfruntieri bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa huma l-ogħla fid-dinja – 50 % ogħla mill-flussi ta' data bejn l-Istati Uniti u l-Asja u kważi d-doppju tal-flussi ta' data bejn l-Istati Uniti u l-Amerika Latina – u billi t-trasferiment u l-iskambju ta' data personali huma elementi essenzjali li jirfdu r-rabtiet mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, kemm fil-qasam kummerċjali kif ukoll fis-settur tal-infurzar tal-liġi; |
|
H. |
billi, fl-Opinjoni 01/2016 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 laqa' t-titjib sinifikanti li ġiebet magħha t-Tarka tal-Privatezza meta mqabbla mad-Deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza, u b'mod partikolari, l-introduzzjoni ta' definizzjonijiet ewlenin, il-mekkaniżmi stabbiliti biex jiżguraw is-sorveljanza tal-lista tat-Tarka tal-Privatezza u r-rieżamijiet tal-konformità esterni u interni, li issa saru obbligatorji, u billi l-Grupp ta' Ħidma esprima wkoll tħassib serju sew dwar l-aspetti kummerċjali u sew dwar l-aċċess mill-awtoritajiet pubbliċi għal data ttrasferita taħt it-Tarka tal-Privatezza; |
|
I. |
billi, s'issa, il-pajjiżi u t-territorji li ġejjin: Andorra, l-Arġentina, il-Kanada, il-Gżejjer Faeroe, Guernsey, l-Isle of Man, Jersey, l-Urugwaj, l-Iżrael, l-Iżvizzera u n-New Zealand ġew rikonoxxuti bħala li jipprovdu livelli adegwati ta' protezzjoni tad-data u ngħataw aċċess privileġġat għas-suq tal-UE; |
|
1. |
Jilqa' l-isforzi li saru mill-Kummissjoni u mill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex jinkiseb titjib sostanzjali fit-Tarka tal-Privatezza meta mqabbla mad-deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza, b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' definizzjonijiet essenzjali bħal “data personali”, “ipproċessar” u “kontrollur”, il-mekkaniżmi stabbiliti biex jiżguraw sorveljanza tal-lista tat-Tarka tal-Privatezza u r-rieżamijiet tal-konformità esterni u interni li issa saru mandatorji; |
|
2. |
Jenfasizza l-importanza tar-relazzjonijiet transatlantiċi, li għadhom essenzjali għaż-żewġt isħab; jenfasizza li soluzzjoni komprensiva bejn l-Istati Uniti u l-UE għandha tirrispetta d-dritt għall-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza; Ifakkar li wieħed mill-objettivi fundamentali tal-UE huwa l-protezzjoni tad-data personali, inkluż meta tiġi ttrasferita lis-sħab kummerċjali internazzjonali ewlenin tal-UE; |
|
3. |
Jinsisti li l-arranġament Tarka tal-Privatezza jrid ikun konformi mad-dritt primarju u sekondarju tal-UE, u mas-sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
4. |
Jinnota li l-Anness VI (ittra minn Robert S. Litt, Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelligence Nazzjonali (ODNI)) jikkjarifika li skont id-Direttiva ta' Politika Presidenzjali 28 (minn hawn 'il quddiem “PPD-28”), il-ġbir massiv ta' data u komunikazzjonijiet personali ta' persuni li mhumiex ċittadini tal-Istati Uniti għadu permess f'sitt każijiet; jirrimarka li tali ġbir massiv jeħtieġ biss li jkun “imfassal speċifikament kemm jista' jkun” u “raġonevoli”, rekwiżit li ma jissodisfax il-kriterji aktar rigorużi ta' neċessità u proporzjonalità stabbiliti fil-Karta; |
|
5. |
Ifakkar li ċ-ċertezza tad-dritt, u b'mod partikolari regoli ċari u uniformi, huma element ewlieni fl-iżvilupp tan-negozju u fit-tkabbir tiegħu, b'mod partikolari għall-SMEs, sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiffaċċawx inċertezzi tad-dritt u jsofru minn impatti serji fl-operazzjonijiet tagħhom u fil-kapaċità tagħhom li jwettqu n-negozju transatlantiku; |
|
6. |
Jilqa' l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' rimedju għall-individwi taħt it-Tarka tal-Privatezza; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex jindirizzaw il-kumplessità attwali sabiex il-proċedura ssir faċli għall-utenti u effikaċi; |
|
7. |
Jitlob li l-Kummissjoni titlob kjarifika dwar l-istatus ġuridiku tal-“assigurazzjonijiet bil-miktub” ipprovduti mill-Istati Uniti; |
|
8. |
Jilqa' l-ħatra ta' Ombudsman fid-Dipartiment tal-Istat Amerikan, li sejjer jaħdem flimkien ma' awtoritajiet indipendenti sabiex jipprovdu rispons lill-awtoritajiet superviżorji tal-UE li jgħaddu t-talbiet individwali fir-rigward tas-sorveljanza mill-gvern; iqis, madankollu, li din l-istituzzjoni ġdida mhijiex indipendenti biżżejjed u m'għandhiex setgħat adegwati biex teżerċita u tinforza dmirha b'mod effikaċi; |
|
9. |
Jilqa' r-rwol prominenti mogħti mill-qafas tat-Tarka tal-Privatezza lill-aġenziji tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri fl-eżami u fl-investigazzjoni ta' lmenti marbuta mal-protezzjoni tad-data personali fil-qafas tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u s-sospenzjoni tat-trasferimenti tad-data, kif ukoll l-obbligu impost fuq id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti biex isolvi dawn l-ilmenti; |
|
10. |
Jirrikonoxxi li t-Tarka tal-Privatezza hija parti minn djalogu usa' bejn l-UE u l-pajjiżi terzi, inklużi l-Istati Uniti, f'dak li għandu x'jaqsam mal-privatezza tad-data, il-kummerċ, is-sigurtà, kif ukoll drittijiet u objettivi relatati ta' interess komuni; jistieden lill-partijiet kollha, għaldaqstant, jaħdmu flimkien lejn il-ħolqien u t-titjib kontinwu ta' oqfsa internazzjonali u ta' liġijiet nazzjonali prattiċi u komuni li jilħqu dawn l-objettivi; |
|
11. |
Jinsisti li ċ-ċertezza tad-dritt għat-trasferiment ta' data personali bejn l-UE u l-Istati Uniti hija element essenzjali għall-fiduċja tal-konsumatur, għall-iżvilupp tal-kummerċ transatlantiku u għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, u b'hekk huwa essenzjali, għall-effikaċja u l-implimentazzjoni fit-tul tagħhom, li l-istrumenti li jippermettu tali trasferimenti jikkonformaw kemm mad-dritt primarju kif ukoll ma' dak sekondarju tal-UE; |
|
12. |
Jitlob li l-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet espressi mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 fl-Opinjoni 01/2016 tiegħu dwar l-abbozz ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza tat-Tarka tal-Privatezza UE-Stati Uniti; |
|
13. |
Jitlob li l-Kummissjoni tissodisfa r-responsabbiltà tagħha taħt il-Qafas tat-Tarka tal-Privatezza li twettaq rieżamijiet perjodiċi robusti tad-deċiżjoni dwar l-adegwatezza tagħha u l-ġustifikazzjonijiet legali tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni, fi żmien sentejn, tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data ġdid; |
|
14. |
Jitlob li l-Kummissjoni tkompli d-djalogu mal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti sabiex tinnegozja titjib ulterjuri fit-Tarka tal-Privatezza fid-dawl tan-nuqqasijiet attwali tagħha; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Kungress tal-Istati Uniti. |
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(2) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(4) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.
(5) https://www.congress.gov/114/plaws/publ23/PLAW-114publ23.pdf
(6) https://www.whitehouse.gov/the-press-office/2014/01/17/presidential-policy-directive-signals-intelligence-activities
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0230.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0388.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/86 |
P8_TA(2016)0234
Inwasslu patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar “Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija” (2015/2323(INI))
(2018/C 076/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015, bl-isem “Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija” (COM(2015)0339), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 bit-titolu “Tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija” (COM(2015)0340), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2016 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ” (COM(2016)0051), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 bit-titolu “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar it-Tibdil fil-Klima li tħares 'il quddiem” (COM(2015)0080), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 intitolata “Pjan ta' Investiment għall-Ewropa” (COM(2014)0903), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 bit-titolu “Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti” (COM(2012)0663), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011)0112), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050” (COM(2011)0885), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tad-data personali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/EU tad-9 ta' Marzu 2012 dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta' sistemi ta' metraġġ intelliġenti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 bit-titolu “Lejn l-adozzjoni ta' Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi tal-Enerġija” (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2013 dwar “Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar il-pjan direzzjonali għall-Enerġija 2050, futur b'enerġija (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-konsegwenzi lokali u reġjonali tal-iżvilupp ta' grids intelliġenti (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi – protezzjoni tal-konsumaturi fis-servizzi ta' utilità (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija” (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0161/2016), |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija”; |
|
2. |
Jenfasizza li dan ir-rapport iffoka esklużivament fuq il-konsumaturi domestiċi tal-enerġija fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija; jenfasizza li l-konsumaturi industrijali għandhom jitqiesu f'qafas separat; |
|
3. |
Jenfasizza li t-tranżizzjoni tal-enerġija li għaddejja bħalissa qed twassal għal ċaqliq lil hinn minn sistema ta' enerġija tradizzjonali bbażata fuq ġenerazzjoni ċentralizzata għal waħda iktar deċentralizzata, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, flessibbli u bbażata ġeneralment fuq sorsi rinnovabbli tal-enerġija; |
|
4. |
Jiġbed l-attenzjoni dwar l-ispejjeż għat-tranżizzjoni għal disinn tas-suq ġdid f'ċerti Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu kont dovut ta' dawn l-ispejjeż f'termini ta' affordabbiltà u kompetittività; |
|
5. |
Ifakkar li l-għan aħħari għandu jkun ekonomija bbażata, fuq l-użu sħiħ mill-prinċipju “energy efficiency first / first fuel” (l-effiċjenza enerġetika hija l-ewwel fjuwil); u permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-iffrankar enerġetiku u tal-miżuri min-naħa tad-domanda fuq dawk min-naħa tal-provvista, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħna dwar il-klima f'konformità max-xenarju ta' 1,5o tal-Ftehim ta' Pariġi, is-sigurtà tal-enerġija, il-kompetittività u b'mod speċjali kontijiet orħos għall-konsumaturi; |
|
6. |
Jemmen li, f'dan il-kuntest, l-Unjoni tal-Enerġija għandu jkollha l-interessi tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri taċ-ċittadini fil-qalba tagħha u għandha:
|
|
7. |
Iqis li l-eliminazzjoni gradwali tal-prezzijiet tal-enerġija regolati għall-konsumaturi għandha tqis il-livell reali tal-kompetizzjoni fis-suq fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija li għandha tiżgura li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal prezzijiet tal-enerġija sikuri; |
|
8. |
Jemmen li, bħala prinċipju ġenerali, it-tranżizzjoni tal-enerġija għandha twassal għal sistema iktar effiċjenti, trasparenti, sostenibbli, kompetittiva, stabbli, deċentralizzata u inklużiva tal-enerġija li tibbenefika lis-soċjetà fit-totalità tagħha, iżżid l-involviment taċ-ċittadini u tal-atturi u l-komunitajiet lokali u reġjonali, u tagħtihom is-setgħa ta' sjieda jew ta' sehem fis-sjieda tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li fl-istess ħin tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli u tiżgura li l-benefiċċji tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli jkunu disponibbli għalihom; |
Lejn suq tal-enerġija li jaħdem sew u li jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini
|
9. |
Iqis li, filwaqt li sar xi progress, l-għan tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija li jkun hemm suq tal-enerġija tal-bejgħ bl-imnut verament kompetittiv, trasparenti u favorevoli għall-konsumatur għadu ma ntlaħaqx b'mod sħiħ fl-Istati Membri kollha tal-UE, kif evidenzjat minn livelli persistentement għolja ta' konċentrazzjoni tas-suq, in-nuqqas milli jiġu riflessi l-ispejjeż bl-ingrossa li qed jaqgħu fil-prezzijiet bl-imnut u livelli baxxi ta' bdil u sodisfazzjon min-naħa tal-konsumaturi; |
|
10. |
Jemmen, għalhekk, li l-Kummissjoni jeħtieġ tidentifika u tiżviluppa iżjed indikaturi ta' swieq tal-enerġija li jaħdmu tajjeb u li huma attraenti għall-konsumatur; jissottolinja li dawn l-indikaturi għandhom iqisu, inter alia, l-impatt ekonomiku fuq il-konsumaturi tal-enerġija meta jibdlu l-fornituri tal-enerġija, l-ostakoli tekniċi għall-bdil tal-fornituri jew tal-pjan, u l-livelli tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi; |
|
11. |
Jenfasizza li swieq irregolati tajjeb li huma miftuħa, trasparenti u kompetittivi huma importanti biex iżommu l-prezzijiet baxxi, jagħtu spinta lill-innovazzjoni, itejbu s-servizz u jneħħu l-ostakoli għall-mudelli innovattivi ġodda ta' negozju li jistgħu joffru valur tajjeb liċ-ċittadini, billi kemm jagħtuhom is-setgħa kif ukoll jgħinuhom jevitaw il-faqar enerġetiku; |
|
12. |
Ifakkar li l-għażla tal-konsumaturi hija limitata fin-netwerks tad-distribuzzjoni minħabba n-natura tagħhom bħala monopolji naturali, jiġifieri li l-konsumaturi ma jistgħux jibdlu l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ tas-suq adegwat tal-operaturi tan-netwerks tad-distribuzzjoni biex jipproteġi lill-konsumaturi minn żidiet f'salt fil-kontijiet tad-distribuzzjoni; |
|
13. |
Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-benefiċċju taż-żieda fil-livell ta' interkonnessjoni tan-netwerks nazzjonali ma jiġix trasferit lid-DSOs iżda jiġi mibdul b'mod dirett f'benefiċċji għall-konsumaturi finali; barra minn hekk iqis li t-titjib fil-livell ta' interkonnessjoni tan-netwerks nazzjonali jrid ikollu effett pożittiv fuq il-prezz tal-enerġija għall-konsumaturi u, għalhekk, iċ-ċaqliq tal-benefiċċji lejn id-DSOs biss irid jiġi evitat; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod rigoruż jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, u jitlob li ssir ir-reviżjoni tagħha fil-forma ta' Disinn Ġdid tas-Suq tal-Enerġija biex jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-konsumaturi domestiċi:
|
|
15. |
Jemmen bis-sħiħ li s-siti tal-internet kollha tal-fornituri tal-enerġija u l-fatturazzjoni diġitali għandhom ikunu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Istandard Ewropew EN 301 549; |
|
16. |
Jinsisti li d-dispożizzjonijiet dwar il-bidla minn fornitur għal ieħor, kif stabbilit fit-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija, għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri, u li l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiggarantixxi lill-konsumaturi d-dritt li jbiddlu l-fornitur b'mod rapidu, faċli u bla ħlas, u li l-possibbiltà li jbiddlu m'għandhiex tiġi mxekkla minn ħlasijiet jew penali ta' terminazzjoni; jinsisti li l-infurzar ta' dan id-dritt permezz ta' sorveljanza tas-suq u pieni effikaċi, proporzjonati u dissważivi huwa essenzjali u jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet dwar il-bdil tal-ACER “Bridge to 2025”; |
|
17. |
Jemmen li skemi u kampanji ta' bdil kollettivi għandhom jiġu promossi sabiex jgħinu lill-konsumaturi jsibu offerta aħjar, f'dak li jirrigwarda kemm il-prezz kif ukoll il-kwalità; jenfasizza li skemi bħal dawn għandhom ikunu indipendenti, affidabbli, trasparenti, komprensivi u inklużivi, u li jilħqu wkoll lil dawk li huma inqas involuti; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali, ir-regolaturi, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħrajn mingħajr skop ta' qligħ huma f'pożizzjoni tajba biex jaqdu dan ir-rwol sabiex jiġu evitati prattiki abbużivi; |
|
18. |
Jinsisti li d-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar il-prattiki kummerċjali inġusti u d-drittijiet tal-konsumaturi dwar il-bejgħ fid-dar, it-termini jew il-prattiki inġusti u t-tekniki aggressivi ta' kummerċjalizzazzjoni jiġu implimentati u infurzati kif xieraq mill-Istati Membri sabiex jiġu protetti l-konsumaturi tal-enerġija, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli; jinnota li l-ilmenti dwar il-bejgħ fid-dar żdiedu f'diversi Stati Membri; |
|
19. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra li tinkorpora liġijiet li jikkonċernaw speċifikament l-enerġija fl-Anness tar-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (7); |
Niżguraw sistema tal-enerġija inklużiva billi ngħinu liċ-ċittadini jieħdu s-sjieda tat-tranżizzjoni tal-enerġija, jipproduċu l-enerġija rinnovabbli tagħhom stess u jsiru effiċjenti fl-użu tal-enerġija
|
20. |
Jemmen li, fil-kuntest ta' sistema tal-enerġija li taħdem sew, l-awtoritajiet lokali, il-komunitajiet, il-kooperattivi, il-familji u l-individwi għandhom rwol kruċjali x'jaqdu, għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment għat-tranżizzjoni enerġetika u għandhom ikunu inkoraġġuti jsiru produtturi u fornituri tal-enerġija jekk jagħżlu li jagħmlu dan; isosti li, għal din ir-raġuni, huwa importanti li l-Unjoni Ewropea tadotta definizzjoni operattiva komuni ta' “prosumaturi”; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu skemi ta' kejl nett bil-meters sabiex jappoġġjaw il-ġenerazzjoni proprja u l-produzzjoni tal-enerġija kooperattiva; |
|
22. |
Iqis li bidla sinifikanti fl-imġiba fost iċ-ċittadini se tkun importanti biex tinkiseb l-aħjar tranżizzjoni enerġetika; iqis li l-inċentivi u l-aċċess għal informazzjoni ta' kwalità huma kruċjali f'dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni biex tindirizza dan fi proposti futuri; jissuġġerixxi li l-edukazzjoni, it-taħriġ u kampanji ta' informazzjoni se jkunu fatturi importanti sabiex iwasslu għal kambjament fl-imġiba; |
|
23. |
Iqis li aċċess limitat għall-kapital u l-għarfien finanzjarju, spejjeż inizjali sinifikanti tal-investiment u perjodi estiżi ta' ħlas lura jirrappreżenta l-ostakoli għall-użu tal-ġenerazzjoni proprja u ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika; jinkoraġġixxi mudelli ġodda tan-negozju, skemi tax-xiri kollettiv u strumenti finanzjarji innovattivi li jinċentivaw l-awtoġenerazzjoni u l-awtokonsum u l-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi kollha; jissuġġerixxi li dan għandu jsir objettiv importanti għall-BEI, il-FEIS, l-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali, li l-korpi pubbliċi u l-atturi tas-suq għandhom jagħmlu użu sħiħ minnhom; itenni mill-ġdid li l-proġetti għandhom jiġu ffinanzjati fuq il-bażi ta' kosteffettività komparattiva filwaqt li jitqiesu l-għanijiet u l-obbligi nazzjonali u Ewropej dwar il-klima u l-enerġija; |
|
24. |
Jitlob li jkun hemm skemi ta' rimunerazzjoni stabbli, suffiċjenti u kosteffettivi biex tiġi ggarantita ċ-ċertezza għall-investituri u jiżdied l-użu ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira jew medja filwaqt li jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet tas-suq; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-eżenzjonijiet de minimis previsti mill-linji gwida ta' għajnuna mill-Istat tal-2014; jemmen li t-tariffi tal-grid u tariffi oħra għandhom ikunu trasparenti u ma jiddiskriminawx, u għandhom jirriflettu b'mod ġust l-impatt tal-konsumatur fuq il-grid billi jevitaw ħlas doppju, filwaqt li jiġi ggarantit finanzjament suffiċjenti għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-grids ta' distribuzzjoni; jiddeplora l-bidliet retroattivi fi skemi ta' appoġġ rinnovabbli, kif ukoll l-introduzzjoni ta' taxxi jew tariffi punittivi u inġusti li jxekklu l-espansjoni kontinwa tal-awtoġenerazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' skemi ta' appoġġ imfassla tajjeb u validi anki għall-ġejjieni sabiex tiżdied iċ-ċertezza tal-investituri u l-valur għall-flus, u biex jiġu evitati bidliet bħal dawn fil-futur; jenfasizza li l-prosumaturi li jipprovdu l-grid b'kapaċitajiet ta' ħażna għandhom jiġu ppremjati; |
|
25. |
Jirrakkomanda li jitnaqqsu għal minimu assolut l-ostakoli amministrattivi għal kapaċità ġdida tal-awtoġenerazzjoni, b'mod partikolari billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-swieq u għall-grids; jissuġġerixxi li jiqsaru u jiġu simplifikati l-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, pereżempju billi ngħaddu għal rekwiżit ta' notifika sempliċi, filwaqt li jibqgħu rrispettati r-rekwiżiti legali kollha u jiġi żgurat li d-DSOs jiġu nfurmati; jissuġġerixxi li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tista' tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi biex jitneħħew l-ostakoli u jiġu promossi skemi ta' enerġija tal-komunità/kooperattivi permezz ta' punti uniċi ta' servizz li jittrattaw il-permessi tal-proġetti u li jipprovdu kompetenza finanzjarja u teknika esperta, u/jew kampanji ta' informazzjoni speċifiċi fil-livell lokali u dak tal-komunità kif ukoll li jiġi ggarantit l-aċċess tal-prosumaturi għal mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni ta' tilwim; |
|
26. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas favorevoli, stabbli u ġust għall-inkwilini u dawk li jgħixu f'bini b'ħafna abitazzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mis-sjieda konġunta, mill-awtoġenerazzjoni u minn miżuri ta' effiċjenza enerġetika; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-appoġġ tagħha għall-Patt tas-Sindki, il-Bliet u l-Komunitajiet Intelliġenti u l-komunitajiet 100 % RES sabiex tkabbarhom u tiżviluppahom aktar bħala għodda għall-promozzjoni tal-awtoġenerazzjoni u miżuri ta' effiċjenza enerġetika, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet lokali kollha, ir-reġjuni u l-Istati Membri, u jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali kollha jkunu konxji mill-appoġġ finanzjarju disponibbli għalihom; |
Nippromwovu l-iżvilupp ta' ġestjoni tar-reazzjoni għad-domanda
|
28. |
Jisħaq li sabiex tiġi inċentivata d-domanda, il-prezzijiet tal-enerġija jridu jvarjaw bejn perjodi “peak” u “off-peak”, u għalhekk jappoġġja l-iżvilupp ta' prezzijiet dinamiċi fuq bażi fakoltattiva, soġġett għal valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti tagħha fuq il-konsumaturi kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jintużaw teknoloġiji li jagħtu sinjali tal-prezzijiet li jippremjaw konsum flessibbli, u b'hekk jagħmlu lill-konsumaturi aktar reattivi; jemmen li t-tariffi għandhom ikunu trasparenti, komparabbli u spjegati b'mod ċar; jirrakkomanda analiżi ulterjuri dwar kif jistgħu jiġu stabbiliti u implimentati sistemi ta' tariffi progressivi u varjabbli, sabiex jiġi inċentivat l-iffrankar enerġetiku, l-awtoġenerazzjoni, ir-rispons għad-domanda u l-effiċjenza enerġetika; ifakkar lill-Kummissjoni li fl-abbozzar tal-proposti leġiżlattivi li jmiss għandu jkun garantit li l-introduzzjoni ta' pprezzar dinamiku jkun akkumpanjat minn żieda fl-informazzjoni għall-konsumaturi; |
|
29. |
Jemmen li l-konsumaturi għandu jkollhom aċċess faċli u fil-ħin għad-data tal-konsum tagħhom u l-ispejjeż relatati, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati; jinnota li 16-il Stat Membru biss impenjaw ruħhom għal tifrix fuq skala kbira tal-ismart meters sal-2020; jemmen li fejn jiġu introdotti l-ismart meters, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm qafas ġuridiku b'saħħtu biex jiżguraw li jintemm il-back-billing mhux ġustifikat u li jkun hemm tifrix li jkun effiċjenti u bi prezz li jista' jintlaħaq mill-konsumaturi kollha b'mod partikolari għall-konsumaturi li jbatu faqar enerġetiku; jinsisti li l-benefiċċji minn smart meters għandhom jinqasmu fuq bażi ġusta bejn l-operaturi tas-sistema u l-utenti; |
|
30. |
Jenfasizza li l-iżvilupp ta' teknoloġiji intelliġenti għandu rwol ewlieni fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jista' jgħin lill-konsumaturi jnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom u jtejbu l-effiċjenza enerġetika; jitlob għal tnedija rapida tal-ICT, inklużi applikazzjonijiet mobbli, pjattaformi online u fatturar online; jenfasizza madankollu, li dan l-iżvilupp m'għandux iħalli li jaqgħu lura l-konsumaturi l-aktar vulnerabbli jew li huma inqas intiżi, u lanqas li jogħlew il-kontijiet tagħhom jekk ma jkunux ibbenefikaw b'mod dirett; jinnota li għandha tingħata assistenza speċjali lil dawn il-gruppi u li kwalunkwe effett li jibblokka, li jista' jxekkel il-ħila tal-konsumaturi li jagħżlu liberament bejn it-tariffi u l-fornituri għandu jiġi evitat; |
|
31. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' tagħmir u grids intelliġenti li jawtomatizzaw l-amministrazzjoni tad-domanda għall-enerġija bi tweġiba għas-sinjali tal-prezzijiet; jinnota li t-tagħmir intelliġenti jeħtieġ jiżgura livelli għolja ta' protezzjoni tad-data u jkun interoperabbli, iddisinjat għall-benefiċċju tal-konsumatur finali u mgħammar b'funzjonijiet li jtejbu l-iffrankar enerġetiku u jappoġġja l-iżvilupp tas-swieq għas-servizzi tal-enerġija u l-amministrazzjoni tad-domanda; |
|
32. |
Jenfasizza li l-konsumaturi għandu jkollhom għażla ħielsa tal-aggregaturi u l-kumpaniji ta' servizz ta' enerġija (ESCOs) indipendentement mill-fornituri; |
|
33. |
Jenfasizza li l-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin ta' data marbuta mal-enerġija taċ-ċittadini għandhom jiġu ġestiti minn entitajiet li jiġġestixxu l-aċċess tad-data b'mod mhux diskriminatorju u għandhom ikun konformi mal-qafas eżistenti tal-UE dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, li jistipula li l-konsumaturi għandhom dejjem jibqgħu jikkontrollaw id-data personali tagħhom u li dawn għandhom jiġu pprovduti biss lill-partijiet terzi bil-kunsens espliċitu tal-konsumaturi; iqis li, barra minn hekk, iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jikkoreġu u li jħassru data personali; |
Nindirizzaw il-kawżi tal-faqar enerġetiku
|
34. |
Jitlob koordinazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz tal-qsim tal-aħjar prattiċi fost l-Istati Membri u l-iżvilupp ta' sħubija wiesgħa, definizzjoni komuni tal-faqar enerġetiku, li tiffoka fuq l-idea li l-aċċess għal enerġija bi prezz raġonevoli huwa dritt soċjali bażiku; |
|
35. |
Jinsisti li d-disponibbiltà u l-ġbir aħjar tad-data huma essenzjali sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni u l-għajnuna tiġi mmirata lejn iċ-ċittadini, il-familji u l-komunitajiet li jbatu minn faqar enerġetiku bl-aktar mod effettiv possibbli; |
|
36. |
Jenfasizza l-importanza li f'dan il-qasam jitħeġġu s-sinerġiji kollha, b'mod partikolari dawk li jistgħu jitħaddmu bejn l-awtoritajiet lokali u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, li huma kapaċi jipprovdu informazzjoni massima dwar il-livell tal-faqar enerġetiku u jidentifikaw is-sitwazzjonijiet ta' riskju, b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data; |
|
37. |
Iqis li l-qafas ta' governanza tal-Unjoni tal-Enerġija għandu jinkludi objettivi u rappurtar mill-Istati Membri dwar il-faqar tal-enerġija, u li għandha tiġi żviluppata għodda ta' prattiċi tajba; |
|
38. |
Iqis li l-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija huma ċentrali għal kwalunkwe strateġija kosteffiċjenti biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi, u huma komplementari għall-politiki ta' sigurtà soċjali; jitlob azzjoni biex jiġi żgurat li r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti b'effiċjenza fl-enerġija tiffoka aħjar fuq iċ-ċittadini li jbatu minn faqar enerġetiku fil-kuntest tar-reviżjoni tal-EPBD u tal-EED, b'mod partikolari l-Artikolu 7; jissuġġerixxi li għandu jiġi kkunsidrat objettiv għat-tnaqqis tan-numru ta' djar mhux effiċjenti fl-enerġija sal-2030, b'enfasi fuq proprjetajiet għall-kiri u akkomodazzjoni soċjali; jemmen li l-bini bi sjieda tal-awtoritajiet pubbliċi jew okkupat minnhom għandu jistabbilixxi eżempju f'dan il-qasam; |
|
39. |
Jitlob li l-fondi tal-UE għall-effiċjenza fl-enerġija u l-appoġġ għall-ġenerazzjoni proprja jkunu ffukati iktar lejn konsumaturi bi dħul baxx u li jbatu minn faqar enerġetiku u jindirizzaw il-kwistjoni ta' inċentivi maqsuma bejn l-inkwilini u s-sidien; |
|
40. |
Jemmen li, filwaqt li jiġu rispettati l-prattiki differenti fi Stati Membri, it-tariffi soċjali mmirati tajjeb huma vitali għal ċittadini vulnerabbli u b'introjtu baxx, u b'hekk jixraq li dawn jiġu promossi; iqis li kwalunkwe tariffa soċjali tali għandha tkun trasparenti għalkollox; |
o
o o
|
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 24.
(3) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 62.
(4) Testi Adottati, P7_TA(2014)0065.
(5) Testi Adottati, P7_TA(2014)0342.
(6) Testi Adottati, P8_TA(2015)0444.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/93 |
P8_TA(2016)0235
Faqar: perspettiva tal-ġeneru
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi (2015/2228(INI))
(2018/C 076/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9, 151, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrateġija ta' tkabbir tal-UE Ewropa 2020 u b'mod partikolari l-objettiv tagħha li tnaqqas l-għadd ta' ċittadini Ewropej li jgħixu taħt il-limiti nazzjonali tal-faqar b'25 % sal-2020, biex b'hekk 20 miljun persuna jinħarġu mill-faqar, u l-ħtieġa li jintużaw b'mod sħiħ is-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet sabiex jiġi żgurat appoġġ adegwat għall-introjtu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investiment Soċjali 2013 tal-Kummissjoni (SIP), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunità ta' Prattika dwar l-Integrazzjoni tas-Sessi tal-Fond Soċjali Ewropew (GenderCop), u b'mod partikolari l-grupp ta' ħidma GenderCop dwar il-faqar u l-inklużjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-Fondi Strutturali 2014-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Annwali 2014 tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni ta' Awwissu 2015 dwar bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-familji, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Strategic engagement for gender equality 2016-2019” (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019) (SWD(2015)0278), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-istħarriġ tal-UE dwar il-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru, imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u ppubblikat fis-17 ta' Mejju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea (1) u tat-3 ta' Frar 2009 dwar in-non-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sessi u s-solidarjetà interġenerazzjonali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Ottubru 2010 (3) bi ħsieb l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-pensjoni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 bir-rakkomandazzjoniet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet" (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat f'April 2014 u kkummissjonat mill-Kummissjoni bit-titolu “Single parents and employment in Europe” (Ġenituri waħedhom u l-impjieg fl-Ewropa), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar l-ilħuq tal-miri kontra l-faqar fid-dawl tal-ispejjeż dejjem jiżdiedu għall-familji, u l-opinjoni mehmuża tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0040/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0153/2016), |
|
A. |
billi l-aħħar data tal-Eurostat turi li n-numru ta' nisa fil-faqar għadu b'mod permanenti ogħla minn dak tal-irġiel, attwalment b'madwar 64,6 miljun mara kontra 57,6 miljun raġel (14); billi dan juri li l-faqar għandu impatti differenti fuq in-nisa u fuq l-irġiel; billi n-nisa kienu partikolarment affettwati mir-riskju tal-faqar fl-UE-28 fl-2014, b'rata ta' 46,6 % qabel it-trasferimenti soċjali u 17,7 % wara dawn it-trasferimenti; billi r-rati tal-faqar fost in-nisa jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor; billi indipendentement minn kemm huma speċifiċi l-gruppi li jinsabu f'riskju, bħan-nisa anzjani, nisa waħedhom, ommijiet waħedhom, leżbjani, nisa bisesswali, nisa transġeneru u nisa diżabbli, ir-rati tal-faqar fost in-nisa migranti u n-nisa li jappartjenu għal minoranzi etniċi huma l-istess madwar l-UE kollha kemm hi; billi 38,9 % tal-popolazzjoni u 48,6 % tan-nisa waħedhom fl-UE-28 mhumiex f'pożizzjoni li jlaħħqu ma' spejjeż mhux mistennija; billi l-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jirrapporta li n-nisa jifformaw il-maġġoranza tal-ifqar nies tad-dinja u li n-numru ta' nisa li jgħixu fil-faqar rurali żdied b'50 % mill-1975 'il hawn, li n-nisa jaħdmu żewġ terzi tas-sigħat tax-xogħol tad-dinja u jipproduċu nofs l-ikel tad-dinja, iżda madankollu jaqilgħu biss 10 % tad-dħul tad-dinja u għandhom inqas minn 1 % tal-proprjetà tad-dinja; |
|
B. |
billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol, miksuba permezz ta' żieda fil-benesseri soċjali u ekonomiku, hija ta' benefiċċju mhux biss għan-nisa iżda anki għall-ekonomija u għas-soċjetà kollha kemm hi; billi l-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jmur lura għat-Trattat ta' Ruma tal-1957; |
|
C. |
billi l-gvernijiet impenjaw ruħhom, fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jiżguraw li s-subien u l-bniet kollha jikkompletaw l-edukazzjoni primarja sħiħa; billi l-Parlament organizza avveniment bl-isem “L-emanċipazzjoni tal-bniet u n-nisa permezz tal-edukazzjoni” fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa f'Mejju 2015; billi l-edukazzjoni, kemm dik formali u kemm dik informali, hija strumentali biex jingħelbu l-emarġinazzjoni u bosta forom ta' diskriminazzjoni, billi toħloq djalogu, ftuħ u komprensjoni bejn il-komunitajiet, u billi tkattar is-setgħa tal-komunitajiet emarġinati; |
|
D. |
billi fi żminijiet ta' reċessjoni ekonomika n-nies li diġà jkunu fir-riskju li jgħixu fil-faqar – li aktarx ikunu nisa – ikunu f'pożizzjoni vulnerabbli fis-swieq tax-xogħol u fir-rigward tas-sigurtà soċjali, b'mod speċjali membri ta' gruppi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla; billi l-Istħarriġ tal-UE dwar l-LGBT juri li l-leżbjani u n-nisa bisesswali u transġeneru jiffaċċjaw riskju sproporzjonat ta' diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom jew l-identità tal-ġeneru, fuq ix-xogħol (19 %), fl-edukazzjoni (19 %), fl-akkomodazzjoni (13 %), fil-kura tas-saħħa (10 %) u fl-aċċess għas-servizzi soċjali (8 %); billi dan jirriżulta f'riskji sproporzjonati għall-benesseri ekonomiku u soċjali tagħhom; |
|
E. |
billi l-politiki ta' awsterità mitluba mill-Kummissjoni u implimentati mill-Istati Membri, flimkien mal-kriżi ekonomika tal-aħħar ftit snin, wessgħu l-inugwaljanzi u affettwaw lin-nisa b'mod partikolari, aggravaw il-faqar fost in-nisa u eskludewhom dejjem iżjed mis-suq tax-xogħol; billi n-netwerk ta' servizzi pubbliċi u infrastruttura li jipprovdu kura għat-tfal, l-anzjani u l-morda, u l-provvista ta' servizzi pubbliċi ta' dan it-tip, mingħajr ħlas u ta' kwalità għolja, tnaqqsu; |
|
F. |
billi l-familji b'ġenitur wieħed jinsabu f'riskju ikbar ta' faqar jew esklużjoni soċjali (49,8 % meta mqabbel mal-medja ta' 25,2 % tal-unitajiet domestiċi bi tfal dipendenti, għalkemm hemm differenzi kbar minn Stat Membru għall-ieħor) (15); billi skont il-Eurostat in-nisa kienu jammontaw għal 56,6 % tal-familji b'ġenitur wieħed fl-Unjoni fl-2014; billi l-faqar għandu impatt qawwi fuq l-iżvilupp personali u l-edukazzjoni tat-tfal u l-effetti jistgħu jdumu tul ħajjithom kollha; billi d-distakk edukattiv bejn tfal minn sfondi soċjoekonomiċi differenti żdied (fi 11-il pajjiż, il-provvista ta' edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal għat-tfal bejn l-etajiet ta' 0 u 3 snin tilħaq mhux aktar minn 15 % ta' kopertura); billi hemm probabbiltà qawwija ta' trażmissjoni tal-faqar fuq diversi ġenerazzjonijiet; billi n-nuqqas ta' edukazzjoni ta' kwalità huwa fattur li b'mod sinifikanti jżid ir-riskji tal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali tat-tfal, u varjetà ta' fatturi relatati mal-ħajja tal-familja – bħan-nuqqas ta' stabbiltà, vjolenza jew kundizzjonijiet ħżiena tad-djar – jiggravaw b'mod sinifikanti r-riskju li jitilqu mill-iskola; |
|
G. |
billi n-nisa li jgħixu f'żoni rurali huma partikolarment affettwati mill-faqar; billi ħafna nisa li jgħixu f'żoni rurali lanqas biss huma rreġistrati fis-suq tax-xogħol jew bħala qiegħda; billi r-rata tal-qgħad fost in-nisa f'żoni rurali hija estremament għolja, u dawk li huma impjegati għandhom introjtu baxx ħafna; billi n-nisa f'żoni rurali għandhom aċċess limitat għall-edukazzjoni, għad-detezzjoni bikrija tal-kanċer u għall-kura tas-saħħa inġenerali; |
|
H. |
billi l-għajxien fir-riskju tal-faqar jirriżulta fl-esklużjoni soċjali u f'nuqqas ta' involviment fil-ħajja tas-soċjetà f'termini ta' aċċess għall-edukazzjoni, il-ġustizzja, it-tagħlim tul il-ħajja, is-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja, l-akkomodazzjoni diċenti u n-nutrizzjoni, l-ilma u l-enerġija, l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni fil-kultura u l-informazzjoni, l-isport u t-trasport pubbliku; billi l-investiment f'politiki li jappoġġjaw lin-nisa jtejjeb ukoll il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-familji tagħhom, b'mod partikolari dawk tat-tfal tagħhom; |
|
I. |
billi d-differenzi bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel jilħqu s-16,3 %, u billi l-forom atipiċi u inċerti tal-kuntratti tax-xogħol ukoll jaffettwaw lin-nisa aktar milli lill-irġiel; |
|
J. |
billi, spiss ħafna, in-nisa li jkollhom il-ħsieb li jistabbilixxu negozju jkollhom diffikultà biex jiksbu aċċess għall-kreditu, għaliex l-intermedjarji finanzjarji tradizzjonali joqogħdu lura milli jagħtu s-self, minħabba li jqisu li l-imprendituri nisa huma aktar esposti għar-riskju u inqas inklinati li jkabbru n-negozji tagħhom u li jagħmlu investimenti profitabbli; |
|
K. |
billi n-nisa spiss huma impjegati bħala ħaddiema domestiċi, f'ħafna każijiet barra mill-ambitu tal-liġi tax-xogħol nazzjonali; billi n-nisa mingħajr dokumenti b'mod partikolari huma f'riskju li jiġu sfurzati jaħdmu u jiġu sfruttati f'dan il-qasam; |
|
L. |
billi n-nisa aktar spiss mill-irġiel jieħdu r-responsabbiltà għall-kura tal-anzjani, il-morda jew membri tal-familja dipendenti kif ukoll għat-tfal, u jissospendu l-karrieri tagħhom aktar regolarment, fatti li jwasslu għal parteċipazzjoni aktar baxxa u perjodi twal ta' inattività fis-suq tax-xogħol; billi r-riskju ta' tfaqqir jitnaqqas bl-istabbiliment ta' servizzi soċjali u faċilitajiet ta' kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, jew il-kura għal persuni dipendenti oħra bħall-anzjani; billi ftit Stati Membri laħqu jew qabżu l-għanijiet ta' Barċellona, li jridu jitqiesu bħala essenzjali biex nimxu lejn it-tqassim indaqs tar-responsabbiltajiet ta' kura; |
|
M. |
billi, minħabba d-dimensjonijiet interġenerazzjonali tal-faqar, l-indirizzar tas-sitwazzjoni tal-bniet u tan-nisa żgħażagħ li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali u l-faqar huwa essenzjali biex tiġi trattata l-femminizzazzjoni tal-faqar; |
|
N. |
billi, għall-UE-27 kollha kemm hi, 34 % tal-ommijiet waħedhom f'età attiva jinsabu f'riskju ta' faqar, mentri r-rata hija 17 % fil-każ ta' familji oħrajn f'età attiva bit-tfal; |
|
O. |
billi d-distakk fl-intitolamenti għall-pensjoni jilħaq medja ta' 39 % minħabba l-iżbilanċi maħluqa minn inugwaljanzi persistenti f'termini ta' pagi u aċċess għall-impjieg, diskriminazzjoni, u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol; billi d-distakk fil-pensjonijiet jirrappreżenta ostakolu għall-indipendenza ekonomika tan-nisa u huwa waħda mir-raġunijiet għaliex in-nisa jinżlu taħt il-limitu tal-faqar huma u jixjieħu; billi hija meħtieġa azzjoni biex tiżgura aċċess ugwali għal skemi ta' pensjoni deċenti għan-nisa; billi d-distakk fil-pensjonijiet naqas matul il-perjodu 2006-2012 f'dawk l-Istati Membri li implimentaw id-Direttiva 2006/54/KE (16); |
|
P. |
billi l-fatt li r-riskju tal-faqar qed jiżdied huwa marbut mill-qrib mat-tnaqqis baġitarju li jaffettwa l-edukazzjoni, is-sistemi ta' sigurtà soċjali u s-servizzi ta' kura; billi n-nisa u t-tfal intlaqtu b'aktar qawwa mill-kriżi u mill-miżuri ta' awsterità li ttieħdu minn bosta pajjiżi Ewropej; |
|
Q. |
billi n-nisa huma forza ewlenija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u l-edukazzjoni tajba hija waħda mill-aktar strateġiji effettivi disponibbli għas-suċċess fis-suq tax-xogħol u biex joħorġu miċ-ċiklu tal-faqar; billi l-piż finanzjarju konsiderevoli ta' edukazzjoni bi ħlas, meta jitqiesu l-ispejjeż diretti u indiretti involuti, huwa ostakolu sinifikanti biex in-nies li jgħixu fil-faqar itejbu l-kwalifiki tagħhom; billi l-bniet imorru aħjar mis-subien fl-iskola, imma spiss jiltaqgħu ma' diffikultajiet ikbar jew ma jitħallewx isarrfu dan is-suċċess edukattiv f'kisba professjonali minħabba pressjonijiet familjari u pressjonijiet oħrajn; |
|
R. |
billi l-isterjotipi trażmessi b'mod wiesa' mis-soċjetà għandhom l-għeruq tagħhom fil-patrijarkija u jħallu lin-nisa fi rwol subordinat fis-soċjetà, li jikkontribwixxi għall-femminizzazzjoni tal-faqar; billi dawn l-isterjotipi jiżviluppaw sa mit-tfulija, u billi jinħassu fl-għażliet edukattivi u ta' taħriġ u wkoll fis-suq tax-xogħol; billi n-nisa għadhom wisq ta' spiss limitati għal kompiti “midħla tan-nisa” li għalihom għadhom mhumiex imħallsa kif xieraq u jibqgħu mhux rappreżentati biżżejjed f'oqsma bħall-matematika, ix-xjenza, in-negozju, l-ICT u l-inġinerija, kif ukoll f'karigi ta' responsabbiltà; billi dawn l-isterjotipi flimkien mas-setturi ddominati mill-irġiel huma normattivi fl-iffissar tal-pagi, iwasslu għal diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru; |
|
S. |
billi l-istrateġija Ewropa 2020, li għandha l-għan li tagħmel mill-UE ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, tinkludi objettivi ambizzjużi, bħal rata ta' impjieg ta' 75 % u t-tnaqqis b'mill-inqas 20 miljun fl-għadd ta' persuni milquta jew f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali sal-2020; billi l-miri tal-istrateġija jinkludu t-tnaqqis tar-rati ta' tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 10 %; |
|
T. |
billi waħda mill-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 hija li jiġi żgurat li 40 % ta' dawk ta' bejn 30 u 34 sena jirċievu edukazzjoni universitarja, meta mqabbla mal-medja attwali ta' 37,9 %; billi ċ-ċifra medja għan-nisa qabżet it-42,3 %, meta mqabbla mat-33,6 % għall-irġiel; |
|
U. |
billi t-twettiq tal-mira kontra l-faqar tal-Ewropa 2020, bħala waħda mill-ħames miri tal-istrateġija li jistgħu jitkejlu, jeħtieġ impetu politiku sinifikanti ġdid; billi dawn il-miri ma jistgħux jintlaħqu sakemm il-politika kontra l-faqar ma tinkludix dimensjoni tal-ġeneru b'saħħitha, bl-adozzjoni ta' politiki nazzjonali li jipproteġu lin-nisa, b'mod partikolari, mir-riskju tal-faqar; |
|
V. |
billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali u d-dipendenza ekonomika tan-nisa jistgħu jkunu fatturi aggravanti għall-vittmi tal-vjolenza fuq in-nisa, kif ukoll viċe versa għaliex il-vjolenza għandha konsegwenzi għas-saħħa tan-nisa u ta' spiss twassal biex persuna titlef l-impjieg, tisfa bla saqaf fuq rasha, iġġarrab l-esklużjoni soċjali u taqa' fil-faqar; billi dan jinkludi vulnerabbiltà sproporzjonata għat-traffikar u l-isfruttament sesswali; billi, barra minn hekk, ħafna nisa li jsofru din il-forma ta' vjolenza jkomplu jgħixu ma' dawk li jabbużaw minnhom għaliex ikunu ekonomikament dipendenti; |
|
W. |
billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tipprovdi għodda għall-ġlieda kontra l-faqar fost in-nisa, peress li għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku u twassal għal parteċipazzjoni ikbar fis-suq tax-xogħol, li mbagħad għandha diversi benefiċċji soċjali u ekonomiċi, |
Faqar u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
|
1. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja fil-ġlieda kontra l-faqar, speċjalment il-faqar fost in-nisa, peress li n-nisa huma aktar dipendenti fuq tali servizzi; |
|
2. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-irġiel jiġu mħeġġa u impenjati fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha tas-suq tax-xogħol; |
|
3. |
Iqis li l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw il-kwistjoni tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u professjonali bl-introduzzjoni ta' arranġamenti tax-xogħol favur il-familja, bħal sigħat tax-xogħol adattabbli u l-possibbiltà ta' telexogħol; jinnota li n-nuqqas ta' kura tat-tfal għal but kulħadd u ta' kwalità għolja, ta' kura għal persuni dipendenti u l-anzjani, u b'mod partikolari ta' creches, skejjel tan-nuna u faċilitajiet ta' kura fit-tul, jikkontribwixxi għall-esklużjoni soċjali, u d-distakki bejn is-sessi fl-impjiegi, il-pagi u l-pensjonijiet; jenfasizza li l-aċċess indaqs għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal ta' kwalità tajba mingħajr ħlas u kura affordabbli, għall-edukazzjoni formali, informali, u mhux formali u għal servizzi ta' appoġġ għall-familja huwa ċentrali biex jinkoraġġixxi lin-nisa jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, jiżgura opportunitajiet indaqs u jkisser iċ-ċikli tal-faqar, għaliex dan jgħin lin-nisa jakkwistaw l-awtonomija u l-kwalifiki li jservu biex jiżguraw l-impjieg; |
|
4. |
Jiddeplora l-politiki ta' awsterità li, flimkien mal-kriżi ekonomika, qed jgħinu biex iżidu r-rata tal-faqar, partikolarment fost in-nisa; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw u jużaw strumenti ta' politika u finanzjarji disponibbli, fosthom il-Pakkett ta' Investiment Soċjali, sabiex jinkisbu l-objettivi ta' Barċellona; jitlob, f'dan il-kuntest, l-ottimizzazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li tingħata prijorità, fl-użu ta' investimenti soċjali u tar-Regolament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), lit-twaqqif ta' faċilitajiet pubbliċi u privati għall-kura u l-għajnuna tat-tfal u persuni dipendenti oħra; jipproponi li l-Kummissjoni talloka riżorsi speċifiċi, permezz ta' mekkaniżmu ta' kofinanzjament, biex tippromwovi inċentivi għal oqsma speċifiċi fejn hemm nuqqas ta' faċilitajiet ta' ECEC u fejn ir-rata ta' impjieg tan-nisa hija baxxa ħafna; |
|
6. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki li jipproteġu, itejbu u jippromwovu s-servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja mingħajr ħlas, fuq kollox fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-sigurtà soċjali u l-ġustizzja; jirrimarka li huwa kruċjali għas-servizzi pubbliċi li jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani neċessarji biex jissodisfaw l-objettivi tagħhom; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippromwovu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, sabiex jagħmluha possibbli għan-nisa, partikolarment dawk li huma l-aktar fir-riskju tal-faqar, li jkomplu l-karrieri tagħhom fuq bażi full-time jew, jekk jippreferu, li jkollhom aċċess għal xogħol part-time jew jaħdmu b'sigħat flessibbli; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, biex twettaq inizjattiva leġiżlattiva komprensiva bil-ħsieb li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ommijiet u l-missirijiet fir-rigward tat-tipi differenti ta' liv, jiġifieri l-liv tal-maternità, tal-paternità, tal-ġenituri u tal-indukraturi, b'mod partikolari sabiex tgħin lill-irġiel ikollhom rwol attiv bħala missirijiet, u tippermetti tqassim aktar ġust tar-responsabbiltajiet tal-familja u b'hekk tippermetti opportunitajiet indaqs għan-nisa biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, li mbagħad jagħmilhom aktar indipendenti ekonomikament; iżomm f'moħħu li xi Stati Membri diġà għaddew leġiżlazzjoni dwar din il-kwistjoni li tmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jipprevedu leġiżlazzjoni li tissalvagwardja jew issaħħaħ id-drittijiet tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri; jissottolinja l-fatt li fl-2010 2,7 % biss mill-persuni li użaw id-dritt tagħhom tal-liv tal-ġenituri kienu rġiel, li jindika l-ħtieġa għal azzjoni konkreta biex tiżgura d-drittijiet tal-liv tal-ġenituri; |
|
9. |
Itenni d-diżappunt tiegħu għat-tneħħija tad-direttiva dwar il-liv tal-maternità wara snin ta' sforz immirati biex jiġi żblokkat l-istaġnar u b'hekk tiġi żgurata protezzjoni aħjar għaċ-ċittadini Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta ġdida u d-dritt obbligatorju għal liv tal-paternità bi ħlas; jemmen li jeħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi fl-Istati Membri kollha biex jitjieb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkorpora kemm dimensjoni soċjali aktar robusta kif ukoll l-objettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol fis-Semestru Ewropew; |
|
10. |
Jilqa' l-proposta għall-introduzzjoni tal-liv tal-indukraturi, kif previst fil-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni dwar bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-familji li jaħdmu; |
Faqar u xogħol
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw politiki li jippromwovu l-impjieg tan-nisa u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' gruppi ta' nisa soċjalment marġinalizzati, fid-dawl tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, biex isaħħu u jtejbu l-edukazzjoni, u biex jinvestu aktar fit-taħriġ u fil-kampanji ta' informazzjoni, biex jiżguraw li l-kwalifiki jkunu prevalenti fl-integrazzjoni sussegwenti tan-nisa fis-suq tax-xogħol, b'enfasi fuq it-tagħlim tul il-ħajja għaliex jipprovdi lin-nisa bil-ħiliet meħtieġa biex jaċċessaw impjiegi ta' kwalità għolja, u jagħti lin-nisa l-opportunità li jitħarrġu mill-ġdid fis-suq tax-xogħol li dejjem jinbidel; jitlob żieda fil-promozzjoni tas-suġġetti STEM immirati lejn tfajliet sabiex jiġu indirizzati kmieni sterjotipi edukattivi eżistenti u jiġu miġġielda d-differenzi fit-tul fl-impjiegi u fil-pagi; jitlob l-iżvilupp ta' servizzi tal-kura pubbliċi affordabbli u ta' kwalità għolja, arranġamenti tal-ħin tax-xogħol adattabbli imma mhux prekarji li jgawdu minnhom kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel, u miżuri fil-ġlieda kontra s-segregazzjoni tal-irġiel u n-nisa skont l-okkupazzjoni u s-settur, inkluż fid-dinja tal-intrapriża u fil-pożizzjonijiet ta' responsabbiltà; |
|
12. |
Jenfasizza li l-aċċess għall-kreditu, is-servizzi finanzjarji u l-konsulenza huwa ċentrali biex tingħata s-setgħa lin-nisa li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali fl-intraprenditorija, u biex tiżdied ir-rappreżentazzjoni tagħhom fis-settur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex iżidu l-aċċess għall-finanzjament tan-nisa li jridu jibdew in-negozju tagħhom stess jew proġetti ta' investiment, u biex jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa għaliex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ġenerali, biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu, anke permezz ta' strumenti tal-mikrokreditu, b'mod partikolari fir-rigward ta' nisa vulnerabbli li jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla, u biex jiżviluppaw u jespandu programmi ta' impjieg indipendenti b'mod mhux prekarju; jissottolinja l-importanza f'dan il-kuntest tal-kondiviżjoni u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki, il-konsulenza, mudelli nisa u forom oħra ta' appoġġ għal nisa qiegħda; |
|
13. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali: ta' riforma fil-politiki makroekonomiċi, soċjali u tas-suq tax-xogħol bl-allinjament tagħhom mal-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex tiġi ggarantita l-ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa; ta' konsiderazzjoni mill-ġdid tal-metodi użati biex tiġi ddeterminata r-rata tal-faqar u l-iżvilupp ta' strateġiji li jippromwovu t-tqassim ġust tal-ġid; |
|
14. |
Jinnota li n-nisa jiġu impjegati iżjed ta' spiss f'xogħol prekarju u b'paga baxxa u b'kuntratti ta' impjieg mhux standard; jinnota li aspett ieħor tal-prekarjetà tal-impjieg huwa l-livell ta' impjieg part-time mhux volontarju, li jikkontribwixxi għar-riskju tal-faqar u li żdied minn 16,7 % għal 19,6 % tal-impjiegi totali; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat, l-impjiegi prekarji u l-abbuż ta' forom ta' kuntratt atipiċi, inklużi l-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet f'xi Stati Membri; jenfasizza l-livelli għoljin ta' xogħol mhux iddikjarat imwettaq min-nisa, li jolqot b'mod negattiv l-introjtu, il-protezzjoni u l-kopertura tas-sigurtà soċjali tan-nisa, u li għandhom effett negattiv fuq il-PDG tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) maħsuba biex inaqqsu l-iskala tax-xogħol prekarju (17), bħall-analiżi u r-restrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jintużaw kuntratti prekarji u limitu fuq it-tul ta' żmien li l-ħaddiema jistgħu jiġu impjegati b'kuntratti sussegwenti ta' dan it-tip, li warajh iridu jingħataw il-possibbiltà ta' kuntratt permanenti; |
|
15. |
Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw id-drittijiet tal-ħaddiema nisa, li dejjem iżjed qed jaħdmu f'impjiegi b'pagi baxxi u huma vittmi ta' diskriminazzjoni; |
|
16. |
Jirrimarka li hemm kategoriji ġodda ta' nisa fil-faqar, li jikkonsistu minn nisa żgħażagħ professjonali, u li għalhekk jikkundannaw proporzjon kbir mill-gradwati żgħażagħ femminili għal ħajja tax-xogħol prekarja u dħul li rari jirnexxielu jaqbeż is-soll tal-faqar (il-“foqra l-ġodda”); |
|
17. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex jiġu eliminati d-differenzi fis-salarji bejn l-irġiel u n-nisa u jitnaqqsu d-differenzi fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa; jinnota li miżuri biex tiżdied it-trasparenza fil-pagi huma fundamentali biex tiġi eliminata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2014 dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta' pagi ndaqs bejn l-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza, inkluż it-treġġigħ lura tal-oneru tal-provi fir-rigward tal-kontestazzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fuq il-post tax-xogħol; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar kif il-proċeduri relatati ma' rikonoxximent uffiċjali ta' bidla fis-sess ta' persuna, jew fin-nuqqas ta' tali proċeduri, jaffettwaw il-pożizzjoni tal-persuni transġeneru fis-suq tax-xogħol, partikolarment l-aċċess tagħhom għall-impjiegi, il-livell ta' remunerazzjoni, l-iżvilupp tal-karriera u l-pensjonijiet; |
|
19. |
Jinnota bi tħassib li n-nisa spiss jirċievu pensjonijiet li huma biss ftit aktar għoljin mil-livell minimu għall-għajxien, b'dan ikun ir-riżultat ta' diversi raġunijiet bħall-fatt li jkunu għamlu waqfa jew waqfu kompletament mill-ħajja tax-xogħol tagħhom biex jieħdu ħsieb il-familja tagħhom, il-predominanza tal-kuntratti part-time tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom, jew għaliex ħadmu mingħajr ħlas għall-konjuġi tagħhom, b'mod speċjali fil-kummerċ jew fil-biedja, u ma kkontribwewx għal skema ta' sigurtà soċjali; |
|
20. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tqis il-prinċipju ta' “paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali” bħala wieħed mill-oqsma ewlenin għal azzjoni fl-istrateġija ġdida tagħha għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden, lill-Kummissjoni tadotta Komunikazzjoni għal “Strateġija Ġdida għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u d-Drittijiet tan-Nisa wara l-2015”, sabiex l-objettivi u l-politiki inklużi jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawk il-persuni li jkunu ssospendew temporanjament il-karrieri tagħhom biex irabbu lit-tfal tagħhom jew biex jieħdu ħsieb persuni anzjani jkunu jistgħu jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol u jerġgħu jieħdu posthom fejn kienu qabel u fl-istess livell ta' avvanz fil-karriera; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-impatt ta' skemi ta' dħul minimu fl-UE u tqis il-passi ulterjuri li jkunu jqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali ta' kull Stat Membru kif ukoll valutazzjoni ta' jekk dawk l-iskemi jippermettux lill-familji jipprovdu għall-bżonnijiet bażiċi tagħhom; għal darba oħra jħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu pensjoni nazzjonali minima li ma tistax tkun aktar baxxa mil-livell limitu tar-riskju tal-faqar; |
|
23. |
Jinnota li n-nisa rtirati huma l-aktar grupp vulnerabbli u spiss jgħixu fil-faqar jew f'riskju ta' faqar; jistieden lill-Istati Membri biex jittrattaw il-kwistjoni tat-tnaqqis tad-differenza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri bħala għan ekonomiku; jistieden lill-Istati Membri biex jirriformaw is-sistemi tal-pensjonijiet bl-għan li dejjem jiżguraw pensjonijiet adegwati għal kulħadd bil-ħsieb li titneħħa d-differenza fil-pensjoni; iqis li l-istrumenti biex tiġi indirizzata d-differenza fil-pensjoni jinkludu l-aġġustament tas-sistemi tal-pensjoni biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-aġġustamenti għall-edukazzjoni, l-ippjanar tal-karriera, is-sistemi ta' liv tal-ġenituri u servizzi oħra ta' appoġġ għall-ġenituri; jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jipprovdu drittijiet tal-pensjoni kondiviżi f'każijiet ta' divorzju u separazzjoni legali, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jinnota li l-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali tal-irtirar qed jitmexxew dejjem iżjed skont il-prinċipji ta' assigurazzjoni u li dan jista' jwassal għal ħafna lakuni f'termini ta' protezzjoni soċjali (18); jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li l-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali għandhom jitqiesu bħala paga u li għalhekk il-prinċipju tat-trattament ugwali japplika wkoll għal dawn l-iskemi; |
Il-faqar: rakkomandazzjonijiet ġenerali
|
24. |
Jinnota li l-persuni li jgħixu fil-faqar spiss iħallsu rata unitarja ogħla meta mqabbla mal-partijiet aktar sinjuri tal-popolazzjoni għall-istess oġġetti u servizzi indispensabbli għas-sopravivenza soċjali u ekonomika tagħhom, partikolarment fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija, u l-ilma; jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib mal-fornituri u l-operaturi b'rabta mal-iżvilupp tal-mekkaniżmi ta' għajnuna u ta' tariffar soċjali favur l-aktar persuni żvantaġġjati fis-soċjetà, partikolarment fir-rigward ta' provvisti tal-ilma u tal-enerġija, sabiex jinqered il-faqar enerġetiku fil-familji; |
|
25. |
Itenni r-rwol tal-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-isterjotipi tal-ġeneri, fl-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet fl-oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi u f'karrieri fix-xjenza, u biex ittemm iċ-ċiklu tal-faqar permezz tal-inklużjoni tan-nisa f'setturi fejn kienu sottorappreżentati, bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-intraprenditorija, u jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora miri ta' taħriġ vokazzjonali għan-nisa fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni mhux formali; jistieden lill-Istati Membri jinkludu investiment fl-edukazzjoni tal-bniet u n-nisa li għandu l-għan li jsaħħaħ il-potenzjal tagħhom, bħala parti integrali mill-ekonomiji u mill-pjanijiet ta' rkupru tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaħdmu biex jgħinu lin-nisa żgħażagħ fit-tranżizzjoni minn edukazzjoni formali għas-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet edukattivi kollha jagħtu valuri demokratiċi bil-ħsieb li jinkoraġġixxu t-tolleranza, iċ-ċittadinanza attiva, ir-responsabbiltà soċjali u r-rispett għad-differenzi relatati mal-ġeneru, il-minoranzi, u gruppi etniċi u reliġjużi; jinnota l-importanza tal-isport u l-edukazzjoni fiżika f'termini ta' kif jingħelbu l-preġudizzji u l-isterjotipi u l-valur potenzjali tagħhom biex jgħinu żgħażagħ soċjalment vulnerabbli jerġgħu jaqbdu t-triq it-tajba; |
|
26. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu li n-nisa bit-tfal huma diskriminati fuq il-post tax-xogħol minħabba li huma ommijiet u mhux minħabba li r-rendiment fl-impjiegi tagħhom huwa inferjuri għal dak ta' sħabhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex b'mod attiv jippromwovu immaġni pożittiva tal-ommijiet bħala impjegati u jiġġieldu kontra l-fenomenu ta' “penali tal-maternità” kif identifikat minn għadd ta' studji ta' riċerka; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-fondi strutturali u ta' investiment, b'mod partikolari l-FSE, kif ukoll il-FEIS, jintużaw biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li jittejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol u jiġu miġġielda l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali tan-nisa; jenfasizza li s-sehem ta' 20 % tal-FSE allokat għal miżuri ta' inklużjoni soċjali u proġetti ta' innovazzjoni soċjali jista' jintuża b'mod aktar attiv biex jiġu appoġġati inizjattivi bħal proġetti lokali fuq skala żgħira li jkollhom l-għan li jagħtu aktar setgħa lin-nisa li jesperjenzaw faqar u esklużjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwettqu aktar kampanji ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni fi proġetti ffinanzjati mill-UE; |
|
28. |
Jappella għal mekkaniżmi ta' finanzjament li jinċentivaw il-kisba ta' rappreżentanza ugwali fl-oqsma fejn hemm żbilanċ bejn is-sessi, u jenfasizza l-ħtieġa ta' data diżaggregata skont is-sessi sabiex tinftiehem aħjar is-sitwazzjoni tal-bniet, is-subien, l-irġiel u n-nisa, u biex għalhekk ikun jista' jiġi pprovdut rispons aktar effettiv għall-iżbilanċi; jitlob lill-Kummissjoni tqassam id-data miġbura skont il-ġeneru u l-età fir-rigward tal-parteċipazzjoni fi programmi ta' mobilità edukattiva Ewropej, bħalma huma Erasmus+, Ewropa Kreattiva u L-Ewropa għaċ-Ċittadini; |
|
29. |
Ifakkar b'mod partikolari fid-dritt tal-migranti u t-tfal refuġjati, subien u bniet, li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, billi din hija waħda mill-prijoritajiet tas-soċjetajiet Ewropej tagħna; jenfasizza, għalhekk, li għandhom jittieħdu miżuri urġenti fil-qasam tal-edukazzjoni tal-migranti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali fid-dawl tal-kriżi persistenti tal-migranti; jenfasizza li l-edukazzjoni hija element ewlieni fl-integrazzjoni u l-impjegabbiltà, u li nuqqas min-naħa tas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni li jegħlbu din l-isfida jista' jwassal għal aktar segregazzjoni kulturali u japprofondixxi l-qasmiet soċjali; jindika li l-aċċess għall-edukazzjoni, kemm fil-kampijiet tar-refuġjati kif ukoll fil-muniċipalitajiet ospitanti, li tissodisfa l-istandards ta' kwalità meħtieġa u akkumpanjata minn appoġġ lingwistiku u psikoloġiku, m'għandux jiġi mminat minn kwistjonijiet burokratiċi u amministrattivi li jirrigwardaw ir-rikonoxximent tal-istatus ta' refuġjat; |
|
30. |
Jenfasizza l-kontribut tal-organizzazzjonijiet volontarji u tas-settur terzjarju f'dan il-qasam, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw l-isforzi tagħhom; ifakkar fil-livell għoli ta' parteċipazzjoni tan-nisa fl-edukazzjoni volontarja u attivitajiet oħra, u fl-appoġġ u t-titjib tal-opportunitajiet edukattivi, pereżempju għar-refuġjati u t-tfal fil-bżonn; |
|
31. |
Jenfasizza li l-effetti tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq it-tfal jistgħu jdumu tul ħajjithom u jirriżultaw fit-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar; jenfasizza li f'kull Stat Membru r-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal huwa marbut ħafna mal-livell ta' edukazzjoni tal-ġenituri tagħhom, b'mod partikolari ma' dak ta' ommhom, kif ukoll mas-sitwazzjoni tal-ġenituri tagħhom fis-suq tax-xogħol, is-sitwazzjoni soċjali tagħhom u l-forom ta' appoġġ lill-familji pprovduti mill-Istati Membri; jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni pubblika mingħajr ħlas ta' kwalità għolja fl-etajiet kollha, inkluż l-edukazzjoni bikrija tat-tfal; jenfasizza r-rwol ta' gwida edukattiva għat-tfal immirata biex tippermettilhom jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ tagħhom; jinsisti dwar il-ħtieġa ta' appoġġ, permezz ta' programmi mmirati, għall-edukazzjoni kontinwa tal-ommijiet adolexxenti, li għalihom it-tluq bikri mill-iskola jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn il-faqar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit sett komprensiv ta' miżuri biex jiġi ttrattat il-faqar fost it-tfal u jiġi promoss il-benesseri tat-tfal, li għandu jkun ibbażat fuq tliet pilastri: jiġifieri, aċċess għal riżorsi adegwati u r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja; aċċess għal servizzi ta' kwalità tajba; u parteċipazzjoni tat-tfal f'deċiżjonijiet li jaffettwawhom kif ukoll f'attivitajiet kulturali, ta' divertiment u sportivi; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess faċli għal informazzjoni fuq bażi ugwali, b'mod speċjali fir-rigward tas-sigurtà soċjali, l-edukazzjoni tal-adulti, il-kura tas-saħħa u l-appoġġ ekonomiku disponibbli; |
|
32. |
Jenfasizza li n-nuqqas ta' rikonoxximent ta' familji LGBTI minn ħafna Stati Membri jirriżulta fi dħul aktar baxx u spejjeż tal-għajxien ogħla għal persuni LGBTI, biex b'hekk jiżdied ir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali; jemmen li l-leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali hija strument vitali fil-ġlieda kontra l-faqar li jirriżulta mill-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni li jaffettwa l-minoranzi sesswali u tal-ġeneru; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, jadotta l-proposta tal-2008 għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; jitlob, barra minn hekk, l-inklużjoni espliċita fi kwalunkwe riformulazzjoni futura tad-Direttivi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri ta' projbizzjoni fuq diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' identità tal-ġeneru; jibqa' mħasseb li s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u s-sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza ta' korpi u organizzazzjonijiet li joffru appoġġ għall-vittmi ta' diskriminazzjoni huma baxxi; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, timmonitorja mill-qrib l-effikaċja tal-korpi u l-proċeduri nazzjonali tal-ilmenti; |
|
33. |
Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol, u li ssirilha reviżjoni b'rekwiżit biex il-kumpaniji jfasslu miżuri jew pjanijiet relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi azzjonijiet dwar id-desegregazzjoni, l-iżvilupp ta' sistemi ta' ħlas, u miżuri li jappoġġaw il-karrieri tan-nisa; |
|
34. |
Jafferma mill-ġdid l-importanza ta' edukazzjoni ekonomika u finanzjarja f'età żgħira, għaliex intwera li din ittejjeb it-teħid tad-deċiżjonjiet ekonomiċi aktar tard fil-ħajja, inkluż fil-ġestjoni tal-infiq u d-dħul; jirrakkomanda l-iskambju tal-aħjar prattika u l-promozzjoni ta' programmi edukattivi mmirati lejn in-nisa u l-bniet fi gruppi vulnerabbli u komunitajiet emarġinati li qed jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
|
35. |
Jinnota li n-nuqqas ta' dħul ta' sieħeb jista' jkun fattur ewlieni li jikkontribwixxi għan-nassa tal-faqar u għall-esklużjoni soċjali tan-nisa; jinnota s-sitwazzjoni spiss prekarja tan-nisa romol u ddivorzjati u tal-ommijiet waħedhom li lilhom l-imħallfin ikunu taw il-kustodja tat-tfal, u li għalihom jeħtieġ li jiġi ddefinit livell adegwat ta' manteniment; jinnota li n-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment jista' jdaħħal lill-ommijiet waħedhom fil-faqar; jissottolinja l-fatt li n-nisa ddivorzjati huma suxxettibbli għal diskriminazzjoni u faqar, u li din hija evidenza li n-nisa għadhom mhumiex kompletament indipendenti ekonomikament, u għalhekk dan jindika l-ħtieġa għal azzjonijiet ulterjuri fil-qasam tas-suq tax-xogħol u fl-eliminazzjoni tad-differenzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
36. |
Jenfasizza li l-ġbir tad-data dwar l-ispejjeż u d-dħul tal-familji għandu jiġi kkomplimentat minn data individwalizzata sabiex jiġu kkunsidrati l-inugwaljanzi fuq il-bażi tal-ġeneru fil-familji; |
|
37. |
Jinsisti li l-politika makroekonomika għandha tkun kompatibbli mal-politika ta' ugwaljanza soċjali; itenni li l-istituzzjonijiet finanzjarji bħall-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali għandhom iqisu l-impatti soċjali, meta jfasslu u jiddeċiedu dwar il-politiki monetarji makroekonomiċi jew il-politiki dwar is-servizzi finanzjarji; |
|
38. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva sabiex jitfassal baġit ta' referenza bħala linja gwida, u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-ġeneru meta tfasslu, inkluż l-inugwaljanzi bejn il-ġeneru ffaċċjati mill-familji; |
|
39. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li titwettaq riċerka dwar il-fenomenu ta' nisa mingħajr dar u l-kawżi u l-motivaturi tiegħu, għaliex il-fenomenu ma jinqabadx b'mod adegwat fid-data attwali; jinnota li l-elementi speċifiċi għall-ġeneru li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu d-dipendenza ekonomika bbażata fuq is-sessi, l-akkomodazzjoni temporanja, u l-evitar ta' servizzi soċjali; |
|
40. |
Jenfasizza li l-vjolenza fuq in-nisa tkompli tkun problema sinifikanti fl-UE li taffettwa l-vittmi tagħha, u li hemm ħtieġa urġenti li l-awturi tagħha jiġu involuti f'miżuri li jiġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa irrispettivament mill-età, l-edukazzjoni, il-livell ta' dħul jew il-pożizzjoni soċjali tagħhom, u li l-impatt tagħha fuq ir-riskji tal-marġinalizzazzjoni, il-faqar u l-esklużjoni soċjali qiegħed kontinwament jikber; jinnota li l-indipendenza ekonomika tan-nisa għandha rwol kruċjali fl-abbiltà tagħhom biex jaħarbu sitwazzjonijiet ta' vjolenza sessista billi jieħdu miżuri proattivi; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jiżguraw sistemi ta' protezzjoni soċjali li jiggarantixxu d-drittijiet soċjali tan-nisa li huma vittmi ta' vjolenza f'kwalunkwe forma, kemm jekk vjolenza domestika, traffikar, jew prostituzzjoni, u jieħdu azzjoni biex jintegrawhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, billi jagħmlu użu wkoll minn strumenti bħall-FSE; jissottolinja l-ħtieġa għal żieda fid-disponibbiltà ta' informazzjoni fir-rigward ta' servizzi legali għal vittmi tal-vjolenza; |
|
41. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi determinati biex tiġi miġġielda l-vjolenza domestika, speċjalment kontra n-nisa; jinnota li l-indipendenza ekonomika tan-nisa għandha rwol kruċjali f'ħajjithom u fejn jikkonċerna l-kapaċità tagħhom biex jinqalgħu minn sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika, u li n-nisa li jkunu eżawrew il-liv imħallas tagħhom qegħdin fir-riskju li jitilfu x-xogħol u l-indipendenza ekonomika tagħhom; jinnota li l-introduzzjoni riċenti ta' liv minħabba vjolenza domestika fl-Awstralja u fl-Istati Uniti pprovdiet lil ħafna ħaddiema protezzjoni tal-impjieg fid-dawl tal-impatt tal-vjolenza domestika, pereżempju billi tali liv jippermetti lill-persuni kkonċernati l-ħin biex ilaħħqu mal-appuntamenti mediċi, li jkunu preżenti fil-qorti u proċessi oħra li jridu jiġu indirizzati f'sitwazzjonijiet bħal dawn; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-fattibbiltà u r-riżultati possibbli tal-introduzzjoni ta' sistema ta' liv speċjali bi ħlas għal vittmi u superstiti ta' vjolenza domestika fejn in-nuqqas ta' liv bi ħlas huwa ostakolu għall-vittmi biex ikunu jistgħu jżommu l-impjieg tagħhom filwaqt li jiżguraw il-privatezza tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu aktar miżuri biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-problema tal-vjolenza domestika u biex tingħata għajnuna lill-vittmi ta' tali vjolenza, biex jiġi promoss għarfien aħjar u difiża tad-drittijiet tagħhom, u biex tiġi protetta l-indipendenza ekonomika tagħhom; |
|
42. |
Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri kollha biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, u jitlob inizjattiva urġenti sabiex tiġi stabbilita direttiva tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa; jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija Ewropea kontra l-vjolenza sessista, u tistabbilixxi Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista; |
|
43. |
Jemmen li hemm il-ħtieġa ta' xogħol proattiv biex tingħeleb il-vjolenza fuq in-nisa billi jitqiegħdu fil-mira n-normi li jigglorifikaw il-vjolenza; jissottolinja li l-isterjotipi u l-istrutturi li huma l-bażi tal-vjolenza tal-irġiel fuq in-nisa għandhom jiġu miġġielda b'miżuri proattivi permezz ta' kampanji u edukazzjoni kontinwa dwar il-kwistjoni ta' kulturi maċo fuq livell nazzjonali; |
|
44. |
Jindika li teknoloġiji ġodda għandhom jitqiesu bħala għodda fundamentali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u bħala opportunità biex in-nisa jinħarġu mill-faqar; |
|
45. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jgħinu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nisa f'żoni rurali sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-faqar filwaqt li jiġu pprovduti programmi edukattivi ta' kwalità li għandhom l-għan li jagħtu s-setgħa lin-nisa rurali, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità u dħul deċenti għal dan il-grupp; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu infrastruttura muniċipali, soċjali u pubblika ta' kwalità sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien ġenerali f'żoni rurali; |
|
46. |
Jemmen li ħafna aspetti tal-faqar, u b'mod speċjali l-faqar tan-nisa, jibqgħu mhux rikonoxxuti, inkluż pereżempju l-esklużjoni tan-nisa mill-aċċess għall-parteċipazzjoni kulturali u soċjali, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ neċessarju biex jiżguraw li n-nisa kollha jkunu jistgħu jgawdu l-kultura, l-isport, u d-divertiment, billi tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa li jgħixu fil-faqar, nisa b'diżabilità, u nisa migranti; iqis li l-indikaturi eżistenti ta' privazzjoni materjali severa jeskludu l-fatturi ta' aċċess għall-parteċipazzjoni kulturali u soċjali, u għalhekk jipprovdu biss fehim mhux komplut tal-faqar; jitlob li jiġu żviluppati aktar indikaturi biex tiġi vvalutata l-esklużjoni f'termini ta' parteċipazzjoni soċjali, kulturali, u politika, u b'mod partikolari l-influwenza tagħha fuq iċ-ċiklu vizzjuż tal-faqar, kif ukoll l-impatti interġenerazzjonali tagħha; |
|
47. |
Jinnota li n-nisa b'diżabilità spiss isofru minn diskriminazzjoni fl-ambjent tal-familja u fl-edukazzjoni, li l-opportunitajiet tax-xogħol tagħhom huma ristretti u li l-benefiċċji soċjali li jirċievu mhumiex biżżejjed biex iwaqqfuhom milli jaqgħu fil-faqar; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jagħtu lin-nisa b'diżabilità l-kura speċjalizzata li jeħtieġu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u għandhom jipproponu azzjonijiet biex jgħinu l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri ta' appoġġ addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ; |
|
48. |
Jitlob azzjoni aktar ambizzjuża biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, li jaffettwa b'mod sproporzjonat lin-nisa waħedhom u lill-familji b'ġenitur wieħed u mmexxija min-nisa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu definizzjoni tal-faqar enerġetiku li tikkunsidra l-aspetti tal-ġeneru ta' dan il-fenomenu, u biex jinkluduha fit-tfassil mill-ġdid li jmiss tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija; jenfasizza r-rwol importanti tal-inizjattivi tal-enerġija komunitarji bħal kooperattivi għall-għoti tas-setgħa lil konsumaturi vulnerabbli tal-enerġija, u b'mod partikolari lin-nisa li qed jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-marġinalizzazzjoni; |
|
49. |
Jerġa' jafferma l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tistinka biex tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal li tiżgura li t-tfal kollha Ewropej fir-riskju tal-faqar ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas, kura tat-tfal mingħajr ħlas, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata; jenfasizza li din il-politika għandha tindirizza s-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet, b'mod partikolari f'komunitajiet vulnerabbli u marġinalizzati; jinnota li l-Inizjattiva ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tinkludi perspettiva tal-ġeneru; |
|
50. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiġbru statistika diżaggregata fuq il-bażi tas-sessi u jintroduċu indikaturi individwali ġodda fir-rigward tan-nisa u l-faqar, bħala għodda li timmonitorja l-impatt ta' politiki soċjali, ekonomiċi u tal-impjiegi usa' fuq in-nisa u l-faqar sabiex jiġu żviluppati skambji tal-aħjar prattika dwar strumenti leġiżlattivi u baġitarji fil-ġlieda kontra l-faqar, b'fokus fuq dawk il-gruppi f'riskju partikolari tal-faqar, u irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru; |
|
51. |
Jenfasizza r-rwol tal-intrapriżi soċjali biex jagħtu s-setgħa u jinkludu lin-nisa li qed jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali u diskriminazzjoni multipla; |
|
52. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu proċessi li jinvolvu lill-partijiet interessati li jippromwovu u jiffaċilitaw l-involviment dirett ta' persuni f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, fit-tfassil tal-politiki dwar l-inklużjoni soċjali fil-livelli kollha; |
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw sistema ta' bbaġitjar li tqis il-ġeneru bħala għodda li tiżgura li d-deċiżjonijiet baġitarji jqisu d-dimensjoni tal-ġeneru u jindirizzaw l-impatti differenzjati; |
|
54. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jikkoperaw fil-ġlieda kontra l-faqar mal-NGOs li jaħdmu b'suċċess f'oqsma milquta minn faqar estrem u li għandhom għarfien prezzjuż fil-komunitajiet lokali; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw kooperazzjoni effettiva fil-livell lokali; |
|
55. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvolvu lis-sħab soċjali (trejdjunjins u impjegaturi) u s-soċjetà ċivili, inklużi korpi tal-ugwaljanza bejn il-generi fit-twettiq tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bil-ħsieb li jrawmu t-trattament ugwali; jenfasizza li d-djalogu soċjali għandu jinkludi l-monitoraġġ u l-promozzjoni ta' prattiki ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol, inklużi arranġamenti ta' xogħol flessibbli, bl-għan li tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja privata; jenfasizza l-importanza ta' ftehimiet kollettivi fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll ta' strumenti oħra bħal kodiċijiet ta' mġiba, ir-riċerka, l-iskambji ta' esperjenzi u ta' prattika tajba fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
o
o o
|
56. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 130.
(2) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 31.
(3) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 162.
(4) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 77.
(5) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(6) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 9.
(7) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 60.
(8) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.
(10) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 6.
(11) Testi adottati, P8_TA(2015)0050.
(12) Testi adottati, P8_TA(2015)0218.
(13) Testi adottati, P8_TA(2015)0351.
(14) http://ec.europa.eu/eurostat/tgm/refreshTableAction.do?tab=table&plugin=1&pcode=t2020_50&language=en
(15) Save the Children, “Child Poverty and Social Exclusion in Europe” (Il-Faqar fost it-Tfal u l-Esklużjoni Soċjali fl-Ewropa), Brussell, 2014, p. 14.
(16) http:\\www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/547546/EPRS_STU(2015)547546_EN.pdf, pg.11
(17) L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, “Policies and regulations to combat precarious employment” (Politiki u regolamenti għall-ġlieda kontra x-xogħol prekarju), 2011.
(18) http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/conference_sept_2011/dgjustice_oldagepensionspublication3march2011_en.pdf
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/105 |
P8_TA(2016)0236
Ostakoli Nontariffarji fis-Suq Uniku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar Ostakli Nontariffarji fis-Suq Uniku (2015/2346(INI))
(2018/C 076/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozju” (COM(2015)0550), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa – Analiżi u Evidenza” (SWD(2015)0202), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-Kompetittività fl-UE u fl-Istati Membri tagħha” (SWD(2015)0203), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Settembru 2014 bit-titolu “L-Ispiża tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar is-Suq Intern għas-Servizzi: Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Passi li Jmiss (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi għall-benefiċċju tal-atturi kollha (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-edizzjoni ta' Ottubru 2015 tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku online, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0160/2016), |
|
A. |
billi s-suq uniku Ewropew iġib miegħu kontribut sinfikanti lill-ekonomiji Ewropej; |
|
B. |
billi huwa stmat li t-tlestija tas-suq uniku għall-moviment liberu tal-oġġetti, is-servizzi, l-akkwist pubbliku, l-ekonomija diġitali u l-korp tad-dritt tal-konsumatur tinvolvi gwadann ekonomiku li jvarja minn EUR 651 biljun sa EUR 1,1 triljun fis-sena, ekwivalenti għal bejn 5 % u 8,63 % tal-PDG tal-UE; |
|
C. |
billi, aktar minn 20 sena wara t-tnedija tas-suq uniku, l-ostakli nontariffarji (ONT) mhux ġustifikati jkomplu jaffettwaw il-kummerċ u l-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi bejn l-Istati Membri; billi dawn l-ONT jistgħu jiġu motivati minn protezzjoniżmu u jistgħu jkunu akkumpanjati minn sfidi burokratiċi li spiss huma sproporzjonati għall-għan tagħhom; |
|
D. |
billi huwa stmat li s-suq uniku għas-servizzi jikkostitwixxi madwar 70 % tal-ekonomija Ewropea, iżda jirrappreżenta biss madwar 20 % tal-kummerċ intra-UE; |
|
E. |
billi 25 % tal-professjonijiet regolati huma rregolati fi Stat Membru wieħed biss; |
|
F. |
billi huwa stmat li l-gwadann potenzjali mill-funzjonament tas-suq uniku diġitali jista' jkun madwar EUR 415-il biljun fis-sena u ż-żieda fil-PDG ta' madwar 0,4 % sal-2020, u billi hemm ħafna diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni tal-UE li jfixklu l-funzjonament tajjeb tiegħu; |
|
G. |
billi 2 % biss tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda li fetħu dal-aħħar impenjaw rwieħhom li jagħmlu espansjoni transfruntiera permezz ta' investiment dirett barrani; |
|
H. |
billi għall-konsumaturi, diskrepanzi fis-suq uniku, inkluża l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE b'mod li ma tkunx kompluta jew li ma taqbilx mal-għanijiet tas-suq uniku, f'bosta każijiet iwasslu għal għażla subottimali ta' prodotti u għal oġġetti u servizzi li jkunu iktar għaljin; |
|
I. |
billi għan-negozji l-ispejjeż huma mmanifestati f'katini ta' provvista iktar għaljin, li jwassal biex il-prodotti tagħhom stess ikunu bi prezz ogħla, jew f'aċċess limitat għas-servizzi tan-negozju, li jagħmel ħsara lill-kompetittività tagħhom; billi l-innovazzjoni hija mħeġġa permezz ta' suq kompetittiv; |
|
J. |
billi l-kumplessità tar-reġim attwali tal-VAT jista' wkoll jiġi kkunsidrat bħala ONT; |
|
K. |
billi ftehimiet fiskali antikompetittivi bejn l-Istati Membri u kumpaniji multinazzjonali kbar jistgħu jiġu meqjusa bħala ONT mhux ġustifikat; |
|
L. |
billi n-negozji u l-individwi qed jiffaċċjaw ostakli kbar fl-attivitajiet transfruntiera fi ħdan is-suq uniku minħabba nuqqas kemm ta' disponibilità u kwalità ta' informazzjoni kif ukoll ta' servizzi ta' assistenza u proċeduri online, li jwasslu għal piżijiet amministrattivi kbar u spejjeż sinifikanti ta' konformità; |
|
M. |
billi l-monitoraġġ tal-ostakli u l-ispejjeż huwa frammentat u mhux sistematiku, u l-kwantifikazzjoni u l-identifikazzjoni ċara tal-ostakli u l-ispejjeż huma neqsin, u dan jagħmel diffiċli l-prijoritizzazzjoni tal-azzjonijiet ta' politika; |
I. Kuntest u objettivi tal-politika
|
1. |
Jagħraf li minkejja t-tneħħija tal-ostakli tariffarji mill-1 ta' Lulju 1968, il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi qed ikompli jkun imfixkel mill-ONT bħalma huma regoli tekniċi nazzjonali u rekwiżiti regolatorji u mhux regolatorji mhux ġustifikati li jirregolaw prodotti, fornituri ta' servizz u termini tal-forniment ta' servizz, jew burokrazija; jenfasizza li t-tisħiħ tas-suq uniku jeħtieġ azzjoni urġenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak tal-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati dawn l-ONT; |
|
2. |
Jifhem, b'ONT, azzjoni regolatorja sproporzjonata u diskriminatorja li tirriżulta f'piż jew spiża li jiġġarrbu minn kumpanija li qed tipprova tidħol fis-suq, u li ma jiġġarrbux minn kumpaniji li diġà qegħdin fis-suq, jew spiża li hija dovuta minn kumpaniji barranin li ma tiġġarrabx minn kumpaniji domestiċi, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw u għall-ilħuq tal-objettivi leġittimi tal-politika pubblika bħall-protezzjoni tal-ambjent u d-drittijiet tal-konsumatur jew tal-impjieg; |
|
3. |
Jirrikonoxxi li jista' jkun hemm differenzi fil-livell nazzjonali minħabba f'governanza f'diversi livelli; jemmen li l-ħtieġa li l-miżuri jkunu proporzjonati u favur l-avvanz tal-objettivi leġittimi tal-politika pubblika għandha tkun mifhuma sew fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorju; jemmen li konsistenza u koerenza tal-politika u tal-prattika regolatorja jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-ONT; |
|
4. |
Jemmen li fejn ONT bħal dawn jistgħu jkunu ġġustifikati bħala proporzjonati, informazzjoni dwar ir-rekwiżiti regolatorji nazzjonali differenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u l-provvista relatata tal-informazzjoni tan-notifika u t-tlestija tal-proċeduri għandha tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent; iqis li l-implimentazzjoni tas-sistema preżenti mibnija madwar firxa wiesgħa ta' punti ta' kuntatt, inklużi l-Punti ta' Kuntatt għal Prodott u l-Punti Uniċi ta' Kuntatt, kienet inkonsistenti fl-Istati Membri kollha u hija kumplessa żżejjed; ifakkar fl-importanza tat-tisħiħ u s-simplifikazzjoni tal-għodod eżistenti tas-suq uniku għall-SMEs sabiex tiġi ssimplifikata l-espansjoni transfruntiera tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jpoġġu enfasi akbar fuq is-simplifikazzjoni u t-titjib ta' dawn is-sistemi, b'mod partikolari l-ħtieġa għal titjib rapidu tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt, u jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress u l-passi li jmiss sal-aħħar tal-2016; jenfasizza li billi jkun aktar miftuħ u aċċessibbli fir-rigward tar-rekwiżiti regolatorji, l-Istat Membru inkwistjoni jsir aktar attraenti għal investiment esoġenu; |
|
5. |
Jilqa' l-inizjattiva Portal Diġitali Uniku, imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali, bħala pass pożittiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq punt ta' dħul uniku għan-negozji u l-konsumaturi għall-informazzjoni kollha relatata mas-suq uniku, għall-assistenza, għas-soluzzjoni tal-problemi u għall-proċeduri kollha kemm nazzjonali kif ukoll madwar l-UE meħtieġa biex joperaw b'mod transfruntier fl-UE; |
|
6. |
Iqis li sabiex jiġu eliminati l-ONT huwa importanti għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri li jaħdmu flimkien ħalli jtejbu l-funzjonament tas-SOLVIT, b'mod speċjali f'żoni ġeografiċi jew oqsma tal-industrija fejn in-negozji ma jużawx is-SOLVIT ta' spiss u fejn mhux il-każijiet kollha mressqa jitqiesu mill-awtorità kompetenti; |
|
7. |
Jissottolinja li għal bosta kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, li jfittxu li jwettqu kummerċ fi Stat Membru ieħor, mill-perspettiva tagħhom tali estensjoni xorta waħda tikkostitwixxi “kummerċ internazzjonali”; jenfasizza li l-SMEs, in-negozji l-ġodda u dawk innovattivi, b'mod partikolari n-negozji tal-ekonomija kollaborattiva, għandhom ikunu jistgħu jikbru bis-sħiħ permezz tal-kummerċ transfruntier; |
|
8. |
Jemmen li wieħed mill-kompiti tal-Unjoni u l-Istati Membri individwali tagħha għandu jkun l-abolizzjoni eventwali tal-ONT fejn dawn ma jistgħux jiġu ġustifikati jew ma jappoġġjawx l-objettivi elenkati fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li l-Ewropa hija bbażata fuq ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna; |
|
9. |
Itenni li l-Istrateġija Diġitali għas-Suq Uniku u l-Istrateġija għas-Suq Uniku għall-Ewropa jinkludu inizjattivi li għandhom jiġu implimentati malajr u b'mod ambizzjuż sabiex jitnaqqsu l-ONT tas-suq uniku; jenfasizza li huwa kruċjali li dawn l-inizjattivi jkunu bbażati fuq prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u fuq l-iktar għodod effiċjenti, bħall-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku; |
II. Ostakli nontariffarji trasversali
|
10. |
Jemmen li differenzi fil-ħeffa tat-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni eżatta tad-direttivi eżistenti fil-livell nazzjonali joħolqu inċertezza ġuridika għan-negozji u l-kundizzjonijiet tal-kompetittività varji fis-suq intern; |
|
11. |
Iqis li meta l-Kummissjoni rrevokat leġiżlazzjoni tal-UE li mhix meħtieġa aktar, l-Istati Membri għandhom jaġixxu malajr biex jirrevokaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti; |
|
12. |
Iqis li nuqqas ta' konformità estiż mad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri huwa ta' detriment għas-suq uniku u l-konsumaturi; iqis ukoll li l-proċess ta' traspożizzjoni bil-mod iwassal għal xi Stati Membri li jibbenefikaw minn estensjoni tal-iskadenza tal-konformità mhux dovuta; jitlob li tiġi promossa kultura ta' konformità f'kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif previst fl-Istrateġija għas-Suq Uniku; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi indirizzata malajr in-nonkonformità tal-Istati Membri; |
|
13. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-kwistjoni ta' xi gvernijiet nazzjonali li jgħabbu d-direttivi trasposti b'regoli addizzjonali meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, l-hekk imsejjaħ “gold-plating”; |
|
14. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-intensità u n-numru ta' kontrolli li ġew imposti reċentament fuq il-fornituri ta' servizz barranin qed jikbru; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li dawn il-kontrolli jkunu proporzjonati, ġustifikati u mhux diskriminatorji; |
|
15. |
Jenfasizza li l-infurzar inkonsistenti tar-regoli eżistenti trasposti b'mod korrett mill-Istati Membri jikkawża l-istess ħsara lis-suq uniku daqs traspożizzjoni tardiva; iqis li l-konformità u l-infurzar isiru aktar diffiċli meta definizzjonijiet użati b'mod komuni, pereżempju “traċċabilità” jew “imqiegħed fis-suq”, jingħataw tifsiriet differenti f'diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni; |
|
16. |
Jemmen li applikazzjoni mhux ugwali tal-istess regoli fi Stati Membri differenti għandha l-potenzjali li toħloq ONT ġodda mhux ġustifikati; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel kull sforz sabiex jiġu minimizzati d-diverġenzi fl-iktar stadju bikri possibbli; |
|
17. |
Jemmen li l-Kummissjoni għandha żżid l-użu tagħha tal-linji gwida fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-direttivi billi dan jista' jkun għodda siewja biex jiġi żgurat grad akbar ta' implimentazzjoni uniformi; |
|
18. |
Jinnota l-persistenza ta' differenzi fil-livell nazzjonali fir-regolamentazzjoni tas-suq tal-prodotti li magħha jridu jħabbtu wiċċhom in-negozji li joperaw lil hinn mill-fruntieri f'termini kemm tal-livell ta' restrizzjoni kif ukoll ta' differenzi bejn l-Istati Membri; iqis li dan iġiegħel lin-negozji jadattaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom bla bżonn biex jikkonformaw ma' diversi standards u ttestjar ripetut, u b'hekk jillimitaw il-kummerċ intra-UE, inaqqsu t-tkabbir u jfixklu l-ħolqien tal-impjiegi; |
|
19. |
Jemmen li peress li l-ekonomiji ta' skala huma mnaqqsa mill-ħtieġa li jmexxu linji differenti tal-prodott, il-piż, kemm jekk ġuridiku, finanzjarju jew ta' natura oħra, jaqa' b'ħafna modi u b'mod sproporzjonat fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi; |
|
20. |
Jiġbed l-attenzjoni għal-livelli baxxi tal-akkwist pubbliku transfruntier sa issa, b'inqas minn 20 % tal-akkwist pubbliku kollu fl-Unjoni ppubbliċizzat fuq il-pjattaformi pan-Ewropej u huma biss 3,5 % tal-kuntratti li jiġu allokati lil kumpaniji minn Stati Membri oħrajn; jenfasizza d-diffikultajiet li ġew iffaċċjati, partikolarment minn SMEs, biex jipparteċipaw f'akkwist pubbliku transfruntier; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza tad-Direttivi l-ġodda tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni, li l-Istati Membri kienu meħtieġa jittrasponu sa April 2016; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ din il-leġiżlazzjoni, inklużi l-proċeduri ta' akkwist pubbliku kompletament elettroniċi; |
|
21. |
Jenfasizza li l-ispiża għal konformità mar-rekwiżiti tal-VAT hija waħda mill-akbar ONT; jitlob proposti prattiċi għas-simplifikazzjoni tal-VAT; |
|
22. |
Jirrikonoxxi li reġimi differenti tal-VAT madwar l-Unjoni jistgħu jkunu pperċepiti bħala ONT; jissottolinja li l-VAT f'Punt Uniku ta' Servizz Żgħir (VAT MOSS) huwa mod tajjeb biex jingħeleb dan l-ostaklu u b'mod partikolari għall-appoġġ lill-SMEs fl-attività transfruntiera tagħhom; jirrikonoxxi li għad hemm xi kwistjonijiet problematiċi żgħar bil-VAT MOSS; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita l-ħlas tal-obbligi tal-VAT minn kumpaniji madwar l-UE; |
|
23. |
Jemmen li ħafna prattiki amministrattivi nazzjonali jistgħu jwasslu wkoll għal ONT mhux ġustifikati, inklużi r-rekwiżiti għall-formalizzazzjoni ta' dokumenti minn korpi jew uffiċċji nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw soluzzjonijiet ta' governanza elettronika, li jinkludu l-prijoritizzazzjoni ta' interoperabbiltà u firem diġitali, biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, jibnu fuq eżempji bħal dawk fl-Estonja u d-Danimarka, billi jipprovdu aktar servizzi diġitali u li jkunu aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u n-negozji, u jiffaċilitaw kooperazzjoni transfruntiera u l-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, mingħajr ma jaffettwaw il-protezzjoni tad-data personali; jemmen li l-użu tal-governanza elettronika huwa għodda importanti għall-kumpaniji iżda dan m'għandux jeskludi modi alternattivi kif tiġi aċċessata l-informazzjoni jew ċittadini żvantaġġjati li ma jistgħux jaċċessaw is-servizzi diġitali; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu approċċ sod rigward l-infurzar fil-prattika, sabiex jiġi żgurat li r-regoli tas-suq uniku jiġu applikati u implimentati kif suppost mill-Istati Membri; iqis, f'dan ir-rigward, li l-proċess ta' implimentazzjoni ta' direttivi trasposti għandu jkun ikkordinat aħjar, pereżempju permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma dwar it-traspożizzjoni organizzati mill-Kummissjoni u skambju tal-aħjar prattiki sabiex jiġu minimizzati d-differenzi bejn l-Istati Membri fi stadju bikri; |
III. Ostakli nontariffarji speċifiċi għas-settur
Suq uniku għall-prodotti
|
25. |
Jissottolinja l-importanza tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku biex ikun żgurat l-aċċess għas-suq uniku għall-prodotti li mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u f'każijiet fejn l-Istati Membri għandhom regoli nazzjonali, ħafna drabi differenti, dwar il-prodotti, iżda bl-istess objettiv sottostanti; |
|
26. |
Jenfasizza li ħafna negozji mhumiex konxji dwar ir-rikonoxximent reċiproku u jemmnu li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali fl-Istat Membru ta' destinazzjoni meta jkunu qed jinnegozjaw fis-suq uniku; |
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex ittejjeb l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku; jantiċipa, f'dan il-kuntest, il-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u jiġi rivedut ir-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku; jemmen li l-armonizzazzjoni hija wkoll għodda effikaċi biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-prodotti u s-servizzi fis-suq uniku; |
Suq uniku għas-servizzi
|
28. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-problemi għall-fornituri ta' servizz, speċjalment fis-servizzi tan-negozju, is-settur tat-trasport u l-kostruzzjoni, li jirriżultaw minn bosta u diversi rekwiżiti mhux ġustifikati jew sproporzjonati li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni, in-notifika minn qabel jew ir-rekwiżiti ta' stabbiliment de facto; jissottolinja li dan jista' jwassal għal diskriminazzjoni kontra l-fornituri ta' servizz barranin li tista' tkun f'kontradizzjoni mal-prinċipju tal-moviment liberu tas-servizzi; jitlob, f'dan il-kuntest, għal amministrazzjoni elettronika u sistema ta' reġistrazzjoni elettronika aktar żviluppati sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess għall-fornituri ta' servizz; |
|
29. |
Jenfasizza li, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' implimentazzjoni u l-applikazzjoni diverġenti tad-Direttiva dwar is-Servizzi qegħdin ifixklu s-suq uniku; |
|
30. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal ambjent regolatorju ċar u uniformi li jippermetti lis-servizzi jiżviluppaw f'suq li jħares lill-ħaddiema u lill-konsumaturi u li jiżgura li l-operaturi eżistenti u dawk ġodda fis-suq uniku tal-UE ma jiffaċċjawx ostakli regolatorji li ma jagħmlux sens, irrispettivament mit-tip ta' negozju li jkunu qed iwettqu; |
|
31. |
Jiġbed l-attenzjoni wkoll dwar ir-restrizzjonijiet mhux ġustifikati u sproporzjonati fl-Istati Membri fir-rigward tal-forma ġuridika tal-fornituri ta' servizz u l-ishma tagħhom jew l-istruttura ta' ġestjoni, u fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju konġunt tal-professjoni; jenfasizza li xi wħud minn dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu ostakli sproporzjonati jew mhux ġustifikati għal forniment transfruntier ta' servizz; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni konsistenti tal-proporzjonalità tar-rekwiżiti regolatorji u r-restrizzjonijiet applikabbli għas-servizzi; |
|
32. |
Jenfasizza li l-obbligu ta' notifika li jinsab fid-Direttiva dwar is-Servizzi seta' kien effikaċi fit-tnaqqis jew fl-eliminazzjoni tal-ONT mhux ġustifikati, iżda ġie injorat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni; jilqa', għalhekk, l-enfasi mġedda fuq il-proċedura ta' notifika fl-Istrateġija tas-Suq Uniku, peress li huwa permezz ta' involviment bikri li l-miżuri nazzjonali jistgħu jiġu riveduti biex isolvu kwistjonijiet qabel iseħħu; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jipprovdu aktar ġustifikazzjonijiet dettaljati meta jintroduċu miżuri regolatorji ġodda; jenfasizza l-esperjenza pożittiva bil-proċedura ta' notifika għall-prodotti u jissuġġerixxi li din għandha tintuża bħala eżempju għat-titjib tal-proċedura għas-servizzi; |
|
33. |
Jirrimarka li s-servizzi pubbliċi jibbenefikaw minn protezzjoni speċjali fir-rigward tar-regoli tas-suq intern minħabba l-missjonijiet ta' interess ġenerali li huma assenjati lilhom, u għalhekk ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi għal funzjonament tajjeb ma jikkostitwixxux ONT; ifakkar, f'dan ir-rigward, li s-servizzi soċjali u tas-saħħa mhumiex soġġetti għad-Direttiva dwar is-Servizzi; |
|
34. |
Jirrimarka li l-fornituri tas-servizzi ta' kostruzzjoni spiss iħabbtu wiċċhom ma' ċerti rekwiżiti rigward l-organizzazzjoni tagħhom fl-Istat ta' residenza tagħhom, inkluż fir-rigward ta' skemi ta' ċertifikazzjoni organizzattivi, li jagħmlu l-għoti ta' servizzi transfruntier tagħhom wieħed kumpless, b'tali mod li jiskoraġġixxu l-moviment liberu tas-servizzi ta' kostruzzjoni u tal-professjonisti; |
|
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn l-ostakli, inkluż, fejn xieraq, permezz ta' rikonoxximent reċiproku mtejjeb u, jekk xieraq, azzjoni leġiżlattiva; jenfasizza li azzjonijiet futuri, bħal passaport ta' servizzi propost, m'għandhomx iwasslu għal piżijiet amministrattivi addizzjonali iżda għandhom jindirizzaw ONT; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-piżijiet relatati mas-settur bankarju frammentat fl-Ewropa li jagħmilha diffiċli għall-persuni mhux residenti, speċjalment l-SMEs, li jiftħu kont tal-bank fi Stat Membru ieħor; |
|
37. |
Jirrimarka li wħud mir-regolamenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess u l-eżerċizzju ta' professjonijiet regolati jistgħu jkunu sproporzjonati u jistgħu għaldaqstant joħolqu ostakli regolatorji bla bżonn li jxekklu l-aċċess għal xi professjonijiet u l-mobilità tal-fornituri ta' servizz f'professjonijiet regolati; jirrikonoxxi, madankollu, l-importanza li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, il-kwalità tat-taħriġ u l-appoġġ ta' sistemi ta' kwalifiki ta' suċċess; |
|
38. |
Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni, li tirrakkomanda s-sistemi edukattivi paralleli bħala eżempji tal-aħjar prattiki fi ħdan l-Unjoni Ewropea; |
|
39. |
Jilqa' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni reċiproka mwettaq f'dawn l-aħħar sentejn; jemmen li proċessi ta' reviżjoni bejn il-pari li jkunu mfassla tajjeb u li jinkoraġġixxu dibattitu sinċier fost l-Istati Membri jistgħu jkunu effikaċi biex jinkoraġġixxu bidla; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jestendu din il-prattika, b'mod partikolari f'oqsma oħra fir-Regolament dwar is-Suq Uniku; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-prijoritajiet ta' riforma tal-Istati Membri fil-qasam tas-servizzi professjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi dwar id-deregolazzjoni ta' ċerti professjonijiet fl-Istati Membri; |
Suq uniku għall-bejgħ bl-imnut
|
41. |
Jenfasizza r-reviżjoni bejn il-pari fir-rigward tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li saret mill-Kummissjoni fl-2014-2015, li wriet li l-bejjiegħa bl-imnut sikwit jiffaċċjaw kundizzjonijiet operattivi u tal-istabbiliment u proċeduri sproporzjonati u inadegwati fis-suq uniku; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-proċess tal-isfruttament tal-potenzjal għal Suq Uniku Diġitali komplut u l-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali tal-UE; |
|
43. |
Jirrimarka li xi Stati Membri qegħdin jintroduċu regoli li qegħdin jagħmlu diskriminazzjoni kontra l-attività ekonomika fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa fuq il-bażi tal-erja tas-superfiċje li fuqha titwettaq l-attività, id-daqs tal-impriża jew l-oriġini tal-kapital, li huwa inkonsistenti mal-idea tas-suq uniku u l-prinċipji ta' kompetizzjoni libera u jillimita l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol; |
|
44. |
Jirrimarka li regolamenti li jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa u li jmorru kontra d-dritt tal-UE u huma sproporzjonati, jistgħu joħolqu ostakli sinifikanti għad-dħul, li jwasslu għal inqas opportunitajiet ġodda ta' ħruġ, li jostakolaw il-kompetizzjoni u li jwasslu għal prezzijiet ogħla għall-konsumaturi; jissottolinja f'dan ir-rigward li xi miżuri, inklużi miżati u tariffi tal-ispezzjoni, jistgħu jiffunzjonaw bħala ONT jekk mhumiex ġustifikati minn objettivi ta' politika pubblika; jemmen li r-restrizzjonijiet operattivi kollha mqiegħda fuq l-attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa m'għandhomx jirrestrinġu bla bżonn jew b'mod sproporzjonat dawn l-attivitajiet, u m'għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni de facto bejn l-operaturi tas-suq; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-aħjar prattiki dwar l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut biex tiżgura l-moviment liberu ta' prodotti u servizzi, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-restrizzjonijiet operattivi għall-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa fis-suq uniku, u tressaq proposti ta' riforma fejn ikun meħtieġ, u tirrapporta dwar din l-analiżi fir-rebbiegħa tal-2017; |
|
47. |
Jenfasizza li konsenja ta' pakketti aċċessibbli, affordabbli, effiċjenti u ta' kwalità għolja tikkostitwixxi rekwiżit preliminari essenzjali għal kummerċ elettroniku transfruntier li jirnexxi, għall-benefiċċju, b'mod partikolari, tal-SMEs u l-konsumaturi; |
IV. Konklużjonijiet
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2016 tippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva tal-ONT fis-suq uniku u analiżi tal-mezzi biex jiġu indirizzati, billi toħloq distinzjoni ċara bejn ONT u regolamenti għall-implimentazzjoni ta' objettiv leġittimu ta' politika pubblika ta' Stat Membru b'mod proporzjonat, inkluża proposta ambizzjuża biex telimina dawn l-ONT kemm jista' jkun malajr sabiex jinħeles il-potenzjal li għadu mhux sfruttat tas-suq uniku; |
|
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni tibda kunsiderazzjoni f'waqtha tal-politika u l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE fl-oqsma emerġenti, b'konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari l-SMEs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex l-ewwel tiżgura li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli eżistenti li jikkonċernaw is-suq uniku minflok joħolqu biċċiet ta' leġiżlazzjoni ġodda u addizzjonali dwar kwistjonijiet diġà koperti mir-regoli eżistenti; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tapprofondixxi l-ħidma tagħha dwar l-infurzar u l-prinċipji li jservu ta' bażi għas-suq uniku; jemmen li intervent bikri fir-rigward ta' miżuri nazzjonali jew proċeduri ta' implimentazzjoni li jikkostitwixxu ONT mhux ġustifikati jista' jkun effikaċi filwaqt li r-riżultati jinkisbu aktar malajr permezz ta' proċedimenti ta' ksur; jissottolinja, madankollu, li għal nuqqasijiet serji jew persistenti jew applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni trid tuża l-miżuri kollha disponibbli, inkluża l-prijoritizzazzjoni tal-proċeduri ta' ksur, biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq uniku; |
|
52. |
Jiddispjaċih li l-aċċess tal-Parlament għal informazzjoni rilevanti relatata ma' proċeduri ta' ksur u ta' qabel il-ksur għadu limitat u jitlob trasparenza akbar f'dan ir-rigward, bir-rispett dovut għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità; |
|
53. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu s-suq uniku bħala inizjattiva konġunta li teħtieġ il-manutenzjoni kkoordinata u kollettiva u hija kundizzjoni biex tagħmel l-ekonomija tal-UE kompetittiva; jemmen li dawk li fl-aħħar mill-aħħar isofru l-konsegwenzi tal-ONT mhux ġustifikati huma l-konsumaturi, li ma jingħatawx aċċess għal parteċipanti ġodda fis-suq domestiku, u jiffaċċjaw spejjeż ogħla, kwalità baxxa u inqas għażla; jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jiddedikaw aktar ħin għal kwistjonijiet orizzontali tas-suq uniku u għal identifikazzjoni ta' oqsma li jeħtieġu azzjoni prijoritarja minn Stat Membru wieħed jew aktar, sabiex iżommu u jkomplu s-suq uniku; |
o
o o
|
54. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0580.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/112 |
P8_TA(2016)0237
L-Istrateġija għas-Suq Uniku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku (2015/2354(INI))
(2018/C 076/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozju” (COM(2015)0550), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “A Single Market Strategy for Europe – Analysis and Evidence” (Strateġija għal Suq Uniku għall-Ewropa – Analiżi u Evidenza) (SWD(2015)0202), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Report on Single Market Integration and Competitiveness in the EU and its Member States” (Rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-Kompetittività fl-UE u fl-Istati Membri tagħha) (SWD(2015)0203), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (COM(2015)0192), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 bit-titolu 'L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – “Flimkien għal tkabbir ġdid”' (COM(2011)0206), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2012 bit-titolu “Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2012)0573), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta' Mejju 2010 minn Mario Monti lill-President tal-Kummissjoni bit-titolu “A New Strategy for the Single Market – At the Service of Europe's Economy and Society” (Strateġija ġdida għas-suq uniku għas-servizz tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropea), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2015 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi għall-benefiċċju tal-atturi kollha (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Settembru 2014 bit-titolu “The Cost of Non-Europe in the Single Market” (Il-kost tan-non Ewropa fis-Suq Uniku), ikkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Settembru 2015 bit-titolu “A strategy for completing the Single Market: the trillion euro bonus” (Strateġija biex ikun kompletat is-Suq Uniku: bonus ta' triljun euro), ikkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-20 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Ex-post evaluation of Late Payment Directive” (Evalwazzjoni ex post tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard), ikkummissjonat mill-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Novembru 2014 bit-titolu “The EU furniture market situation and a possible furniture products initiative” (Is-sitwazzjoni tas-suq tal-għamara tal-UE u inizjattiva possibbli dwar il-prodotti tal-għamara), ikkummissjonat mill-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-edizzjoni ta' Ottubru 2015 tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku online, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0171/2016), |
|
A. |
billi s-suq uniku kien, u għadu, il-bażi tal-integrazzjoni tal-UE u l-mutur tat-tkabbir u l-impjiegi sostenibbli billi jiffaċilita l-kummerċ madwar l-UE filwaqt li jiggarantixxi ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna bbażata fuq l-Artikolu 3(3) tat-TUE; |
|
B. |
billi l-approfondiment tas-suq intern Ewropew jibqa' kwistjoni ekonomika importanti fil-kuntest tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, fejn hu meħtieġ suq b'massa kritika biex jippromovi l-emerġenza ta' parteċipanti innovattivi u kompetittivi fix-xena globali; |
|
C. |
billi s-suq uniku għadda minn bosta żviluppi pożittivi f'dawn l-aħħar snin, iżda jista' jikseb aktar fi kważi l-oqsma kollha – billi jistimula suq immexxi mis-settur diġitali, billi jinkoraġġixxi l-ftuħ ta' negozji, fl-integrazzjoni ta' ktajjen tal-provvista globali, itejjeb il-mobbiltà u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema, billi jitratta mudelli ġodda tan-negozju u jiżgura l-faċilitazzjoni tas-suq, ir-rikonoxximent reċiproku, l-istandardizzazzjoni u l-liċenzjar tal-professjonisti – jekk jitneħħew l-ostakli fiżiċi, legali u tekniċi mhux ġustifikati; |
|
D. |
billi, skont riċerka tal-Parlament stess, il-gwadann mistenni mit-tlestija tas-suq uniku hija ta' triljun euro (li jikkorrispondi għal gwadann potenzjali fl-effiċjenza ta' EUR 615il-biljun fis-sena); billi l-frammentazzjoni tas-suq uniku tikkostitwixxi wieħed mill-impedimenti ewlenin għal tkabbir strutturali ekonomiku akbar; |
|
E. |
billi hemm bżonn ta' approċċ strateġiku ġenwin għall-integrazzjoni ulterjuri tas-suq uniku, u billi r-reazzjoni għall-isfidi ffaċċjati għandha tkun ta' natura politika daqskemm għandha tkun ta' natura teknika, partikolarment fil-każ ta' ostakli mhux tariffarji inġustifikati fi ħdan is-Suq Uniku; |
|
F. |
billi l-UE għandha tfittex li tikseb suq uniku ġenwin u tqisu bħala patrimonju komuni taċ-ċittadini, il-ħaddiema, l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri kollha, u billi s-suq uniku jista' jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu biss jekk ikollu l-appoġġ sħiħ tal-Istati Membri kollha f'kollaborazzjoni bejniethom; |
|
G. |
billi r-regoli u l-azzjonijiet fil-livell tal-UE għandhom ikunu inkorporati f'viżjoni strateġika uniformi u għalhekk għandhom ikunu konsistenti bejniethom u ma jkunux kontradittorji; billi l-Istati Membri jridu jżommu lura minn miżuri diskriminatorji, bħal liġijiet tal-kummerċ u tat-taxxa li jaffettwaw biss ċerti setturi jew mudelli ta' negozju u jgħawġu l-kompetizzjoni, filwaqt li jagħmluha diffiċli għan-negozji li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru partikolari, li jikkostitwixxi ksur ċar tal-prinċipji tas-suq intern; |
|
H. |
billi s-suq uniku ma jridx jidher iżolat minn oqsma ta' politika orizzontali oħra, partikolarment is-suq uniku diġitali, is-saħħa, il-ħarsien soċjali u tal-konsumatur, il-liġi tax-xogħol u l-mobbiltà taċ-ċittadini, l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija, it-trasport u l-politiki esterni; |
|
I. |
billi t-tlestija tas-suq uniku fis-settur tal-prodotti u s-servizzi u t-tneħħija tal-ostakli hi prijorità ewlenija li titlob approċċ imħaffef mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
J. |
billi l-ostakli fis-suq uniku jwasslu għal inqas għażla u għal prodotti u servizzi li jiswew aktar għall-konsumaturi; |
|
K. |
billi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jgawdu minn livell baxx ta' rikonoxximent fil-livell Ewropew u billi ħafna minn dawn l-intrapriżi mhumiex rikonoxxuti fil-qafas legali fil-livell Ewropew, imma biss fil-livell nazzjonali f'xi Stati Membri, b'forom ġuridiċi differenti; billi dan in-nuqqas ta' qafas legali tal-UE jfixkel il-kapaċità ta' dawn l-intrapriżi li joperaw b'mod transkonfinali fis-suq intern; |
|
L. |
billi l-falsifikazzjoni hi theddida serja għas-saħħa u sikurezza tal-pubbliku, u billi l-valur totali tat-traffikar tal-prodotti iffalsifikati żdied b'mod sinifikanti fis-snin riċenti, b'mod li jaggrava l-impatt devastanti tal-falsifikazzjoni fuq l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-immarkar tal-kumpaniji Ewropej; |
|
M. |
billi l-ħolqien ta' suq uniku tal-kapital jista' jinkoraġġixxi aktar kondiviżjoni tar-riskju transkonfinali u swieq b'aktar likwidità; |
|
N. |
billi s-sommarju tar-rapport ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-imblukkar ġeografiku juri appoġġ qawwi min-naħa tal-konsumaturi għall-miżuri leġiżlattivi kontra l-imblukkar ġeografiku; |
|
O. |
billi l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi finanzjarja għadhom qed jinħassu u l-PDG għadu taħt il-livell tal-2008 f'diversi Stati Membri; |
|
P. |
billi s-suq uniku huwa kkaratterizzat minn rati tal-qgħad għolja b'mod persistenti; billi mindu bdiet il-kriżi finanzjarja, in-numru ta' persuni qiegħda żdied b'aktar minn sitt miljuni; billi sal-aħħar tal-2015 kien hemm iżjed minn 22 miljun persuna mingħajr xogħol fl-Unjoni; |
Objettivi tal-politika
|
1. |
Jappoġġa l-objettivi ġenerali tal-Istrateġija għas-Suq Uniku tal-Kummissjoni għall-prodotti u s-servizzi: “Naġġornaw is-Suq Uniku: aktar opportunitajiet għaċ-ċittadini u għan-negozji”, u japprezza l-azzjonijiet tagħha f'oqsma ewlenin sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku għall-benefiċċju tal-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji, b'mod partikolari dawk li għadhom jibdew, biex jiżdied in-numru ta' impjiegi sostenibbli u biex jikbru u jiġu żviluppati l-SMEs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki trasversali mfassla biex jiksbu suq uniku aktar ġust u aktar kompetittiv skont it-Titolu II tat-TFUE dwar dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali; |
|
2. |
Jinnota li l-istabbiliment ta' suq intern fejn ikun żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa objettiv essenzjali tal-Unjoni; |
|
3. |
Jilqa' l-fatt li l-istrateġija tfittex li tikkumplimenta l-isforzi rispettivi mwettqa f'oqsma oħra; jemmen li, billi ttejjeb l-inizjattivi diġà meħuda, l-istrateġija għandha potenzjal tajjeb biex tiżgura l-prosperità ekonomika, iżżid il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli, ittejjeb il-benesseri tal-Ewropej b'miżuri prattiċi, tagħmel lill-Unjoni Ewropea attraenti għall-investimenti u tiżviluppa l-kompetittività globali tal-impriżi Ewropej; jenfasizza madankollu l-ħtieġa, fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, li jkunu evitati l-inkonsistenzi u d-duplikazzjonijiet bejn l-inizjattivi differenti; jenfasizza li l-proposti għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u konformi mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar; |
|
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu eliminati l-ostakli mhux ġustifikati fis-suq uniku sabiex jinkisbu riżultati rapidi u tanġibbli f'termini ta' kompetittività, tkabbir, riċerka, innovazzjoni, ħolqien ta' impjiegi, għażla għall-konsumaturi u mudelli ġodda ta' negozju; jemmen li sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, għandna naħdmu lejn armonizzazzjoni akbar tal-leġiżlazzjoni, fejn meħtieġ u xieraq, filwaqt li jiġi ppreservat l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien tal-konsumatur, u nadottaw azzjonijiet xierqa biex nindirizzaw l-ostakli mhux ġustifikati stabbiliti mill-Istati Membri; |
|
5. |
Huwa tal-opinjoni li r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija 2020 tal-UE għandu jistabbilixxi miri ambizzjużi biex niksbu ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva u tkabbir sostenibbli sal-2020; jenfasizza li s-suq uniku għandu jkun ċentrali biex tintlaħaq dik il-mira; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu innovattivi fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku; jenfasizza l-potenzjal kbir tas-setturi li jagħmlu użu kbir mill-ħaddiema bħall-industrija tal-bejgħ bl-imnut u tal-ospitalità, għall-ħolqien tal-impjiegi, l-integrazzjoni u l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
|
7. |
Iqis li r-rapport Monti tal-2010, bit-titolu “Strateġija ġdida għas-suq uniku” għandu jkun implimentat b'mod sħiħ u jitqies matul il-ħidma dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku; |
|
8. |
Jenfasizza li l-Istrateġija għas-Suq Uniku m'għandhiex tinjora l-potenzjal tas-settur industrijali f'termini ta' tkabbir sostenibbli u impjiegi ta' kwalità fl-Ewropa; |
|
9. |
Iqis li d-domanda interna – u speċjalment it-titjib tal-kapaċità tal-akkwist, l-adozzjoni ta' miżuri innovattivi u l-investiment fl-ekonomija ekoloġika – hija essenzjali biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku u għall-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli; |
Suq uniku modern u aktar innovattiv
|
10. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi tal-istrateġija fuq aspetti li l-għan tagħhom huwa li jgħinu n-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji l-ġodda, biex iżidu l-attivitajiet tagħhom, jikbru u jibqgħu fis-suq uniku, u b'hekk jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi min-naħa tagħhom; jenfasizza li l-inizjattivi kollha għall-SMEs u n-negozji ġodda għandhom jiġu trattati bħala prijorità, imma jfakkar li dawn l-inizjattivi m'għandhomx jipprovdu opportunitajiet għal negozji diżonesti biex iduru mar-regoli eżistenti, inaqqsu l-istandards tal-ħaddiema u tal-konsumatur, jew iżidu r-riskju ta' frodi korporattiva, attivitajiet kriminali u ta' kumpaniji tal-isem; |
|
11. |
Huwa tal-fehma li l-istrateġija tista' toffri opportunitajiet ġodda għall-SMEs li huma s-sinsla tal-ekonomiji tal-UE, u għal intrapriżi mikro u negozji ġodda innovattivi; jemmen li l-iżvilupp tal-ambjent kummerċjali xieraq permezz tat-titjib tal-oqfsa ta' kapital ta' riskju privat għall-SMEs, il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzi, il-produzzjoni ta' leġiżlazzjoni soda u l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” madwar is-suq uniku huma kruċjali u jistgħu jkunu ta' appoġġ għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi; |
|
12. |
Jemmen li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u tal-ispejjeż marbuta mal-konformità għan-negozji, speċjalment l-SMEs, u r-revoka ta' leġiżlazzjoni bla bżonn, filwaqt li jkomplu jiġu żgurati standards għolja ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tal-impjegati, tas-saħħa u tal-ambjent, huma fatturi importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija; |
|
13. |
Jemmen li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat sett ta' kriterji u indikaturi oġġettivi għal definizzjoni ta' negozji ġodda, SMEs u impriżi tal-ekonomija soċjali “innovattivi”, li jistgħu jintużaw bħala punt ta' referenza għall-adozzjoni ta' miżuri relatati; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi tali kriterji u indikaturi; |
|
14. |
Jenfasizza li hemm ħtieġa li jkunu promossi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fil-politiki tas-suq intern, filwaqt li jitqies li hemm madwar 2 miljun intrapriża tal-ekonomija soċjali fl-UE, li jammontaw għal madwar 10-12 % tan-negozji Ewropej kollha; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ekonomija soċjali qed tikber b'mod rapidu, qed tipprovdi prodotti u servizzi ta' kwalità u toħloq impjiegi ta' kwalità għolja; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-pjattaforma REFIT biex tindirizza l-ostakli għall-innovazzjoni u tressaq proposti, minbarra l-proposta għat-twaqqif ta' Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni, dwar kif dawn jistgħu jitnaqqsu jew jitneħħew; jenfasizza li dan il-proċess ma jridx iwassal biex jonqsu l-impjiegi, il-ħarsien tal-konsumatur u l-istandards ambjentali; jemmen li biex tiżgura regolamentazzjoni aħjar, il-leġiżlazzjoni eżistenti għandha tkun rieżaminata u, fejn meħtieġ, simplifikata biex tkun adattata għall-iskop, filwaqt li l-leġiżlazzjoni ġdida kollha għandha tkun valida għall-futur u diġitali b'mod awtomatiku u ssegwi l-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”; |
|
16. |
Jinnota li regolamentazzjoni tajba tista' tkun ta' benefiċċju kemm għan-negozji u kemm għall-ħaddiema u tgħin fil-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u ta' impjiegi ta' kwalità fis-suq uniku; jinnota l-aġenda tal-Kummissjoni dwar “Regolamentazzjoni Aħjar”, li tinkludi l-involviment aktar qawwi tal-partijiet ikkonċernati, pereżempju permezz tal-Pjattaforma REFIT, u valutazzjonijiet tal-impatt imsaħħa; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu vvalutati mhux biss l-effetti fuq terminu qasir iżda anki l-valur fuq terminu twil tal-leġiżlazzjoni u l-konsegwenzi tan-nonleġiżlazzjoni; jemmen li leġiżlazzjoni aħjar, aktar effikaċi u sempliċi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u tagħti spinta lit-tkabbir u lill-ħolqien tal-impjiegi filwaqt li tkompli tiżgura standards għoljin ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tal-impjegati, tas-saħħa u tal-ambjent; |
|
17. |
Iqis li l-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku jitlob l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri; jappoġġa d-Dikjarazzjoni Ewropea dwar il-Kompetittività ta' Frar 2016, partikolarment l-impenn lejn is-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis tal-piżijiet, li jsir sforz akbar biex jitnaqqas il-piż kumplessiv tar-regolamentazzjoni tal-UE speċjalment fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi, u li jiġi ffissati fejn hu possibbli miri għat-tnaqqis tal-piżijiet f'setturi speċifiċi; jirrakkomanda li l-ħidma dwar l-iffissar ta' dawn il-miri ta' tnaqqis tal-piżijiet għandha tibda immedjatament; |
|
18. |
Jemmen li sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-Suq Uniku u jiġu ġġenerati t-tkabbir u l-impjiegi, l-UE trid issaħħaħ il-kompetittività, fuq il-linji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompetittività; |
|
19. |
Jilqa' d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza n-nuqqas ta' koordinazzjoni fiskali fi ħdan l-UE, b'mod partikolari d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs minħabba l-kumplessità tar-regolamenti tal-VAT nazzjonali differenti; jestendi l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Kummissjoni rigward ir-riforma tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif ir-regoli ġodda li jikkonċernaw il-post tal-provvista tal-VAT fuq is-servizzi diġitali jistgħu jiġu emendati b'tali mod li jakkomodaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-negozji żgħar u mikro; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà ta' aktar koordinazzjoni u, b'mod partikolari, tivvaluta l-possibbiltà ta' approċċ simplifikat dwar il-VAT (għall-istess kategorija ta' prodotti) fis-settur tal-kummerċ elettroniku; |
|
20. |
Jappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura ġustizzja fiskali fl-Unjoni Ewropea u tiġġieled kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-prattiki tal-evitar tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq ħidma favur obbligu ta' rappurtar pajjiż b'pajjiż għall-korporazzjonijiet transnazzjonali; |
|
21. |
Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li jiffaċċjaw in-negozji, u b'mod partikolari l-SMEs u negozji ġodda, biex jiksbu l-fondi; jirrimarka li d-differenzi f'fatturi esterni, bħall-aċċess faċli għall-kreditu, reġimi ta' tassazzjoni u regolamenti tax-xogħol, ifissru li l-SMEs qed isibu ruħhom fi żvantaġġ meta mqabbla ma' oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tibqa' tagħti appoġġ siewi lil dawk il-kumpaniji permezz tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u programmi bħal Orizzont 2020, il-COSME u l-fondi SIE, tesplora modi li bihom tiffaċilita l-aċċess għalihom u għal programmi u strumenti oħrajn, speċjalment għall-mikrointrapriżi, pereżempju billi tnaqqas għal perjodi ta' sitt xhur is-sejħiet għall-applikazzjonijiet u tissimplifika aktar il-proċeduri rilevanti u żżid il-viżibilità tal-iffinanzjar Ewropew; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża fondi mill-programm COSME biex tiffinanzja kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn l-SMEs żgħażagħ innovattivi; jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha responsabbli għall-appoġġ tal-kumpaniji, b'mod partikolari dawk involuti fin-Netwerk Enterprise Europe, biex jipparteċipaw f'dawn il-kampanji; iqis is-simplifikazzjoni bħala faċilitatur ewlieni fl-aċċess tal-SMEs u tan-negozji ġodda għall-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament kollettiv jista' jsir bla ebda xkiel bejn il-fruntieri; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra t-tisħiħ tan-netwerk ta' rappreżentanti tal-SMEs billi tieħu għadd ta' azzjonijiet – filwaqt li tevita aktar burokrazija – biex ittejjeb l-għarfien ta' din l-għodda, u l-viżibilità tagħha, fost l-SMEs, issaħħaħ l-iskambju bejn kull rappreżentant nazzjonali tal-SMEs u r-rappreżentanti korrispondenti tal-SMEs, u biex tippreżenta l-attivitajiet tan-netwerk lill-Parlament Ewropew darba fis-sena; |
|
23. |
Jirrimarka li, minkejja l-fatt li l-Parlament Ewropew adotta d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali fi Frar 2011, kull sena eluf ta' SMEs u negozji ġodda fl-Ewropa ifallu waqt li jkunu qed jistennew li jirċievu l-ħlas għal fatturi li jkunu ħarġu, anki min-naħa ta' amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom ħalli jiffaċilitaw l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard; jitlob, barra minn hekk, lill-Istati Membri jikkunsidraw, f'każ ta' implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard, forom ta' kumpens adegwat għall-kumpaniji li għandhom jieħdu ħlasijiet mingħand amministrazzjoni pubblika, b'tali mod li ma jkunux sfurzati jfallu minħabba fihom; |
|
24. |
Japprezza l-inizjattiva leġiżlattiva dwar l-insolvenza tal-intrapriżi, inklużi r-ristrutturar bikri u l-offerta tat-tieni opportunità, li jiżguraw li l-Istati Membri jipprovdu ambjent regolatorju li jaċċetta li xi kultant jista' jseħħ falliment u li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni, iżda jirrimarka li l-ispejjeż u l-konsegwenzi ta' kumpaniji li jfallu jaffettwaw mhux biss lis-sid u lill-azzjonisti tal-kumpanija, iżda wkoll lill-kredituri u lill-impjegati tagħha, u lill-kontribwenti tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li din l-inizjattiva tallinja l-proċeduri ta' insolvenza fl-UE kollha u tnaqqas it-tul u l-ispejjeż tal-proċedimenti; |
|
25. |
Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma enfasizzatx biżżejjed ir-rwol speċifiku tal-manifattura tradizzjonali mill-Artiġjanat u l-SMEs bħala kontribut importanti kemm lill-kompetittività kif ukoll lill-istabbiltà ekonomika fl-Ewropa; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal sħiħ tad-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni tal-industrija tal-manifattura partikolarment għall-manifatturi żgħar u mikro u għan-negozji ġodda, kif ukoll għal reġjuni inqas industrijalizzati, sabiex tgħin fit-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali u terġa' tagħti ħajja ġdida lill-ekonomiji lokali; jemmen li trid titressaq politika aktar b'saħħitha għall-Artiġjanat u l-SMEs bħala waħda mill-ogħla prijoritajiet tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri kollha matul is-snin li ġejjin; |
|
26. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-Portal Uniku Diġitali tal-Kummissjoni, li għandu jibni fuq il-pjattaforma tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt (PSCs) imwaqqfa skont id-Direttiva dwar is-Servizzi u jgħaqqad lill-PSCs ma' netwerks tas-suq uniku oħrajn simili; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-modi kollha biex tagħmel l-aħjar użu mill-Portal Uniku Diġitali biex tgħin lin-negozji ġodda Ewropej jkabbru l-operat tagħhom fl-Ewropa u jadottaw perspettiva aktar internazzjonali billi tipprovdi informazzjoni preċiża u ċara b'lingwi differenti dwar il-proċeduri u l-formalitajiet kollha meħtieġa biex joperaw b'mod domestiku jew f'pajjiż ieħor tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq punt ta' dħul uniku għan-negozji u l-konsumaturi għall-informazzjoni kollha relatata mas-suq uniku, għall-assistenza u għas-soluzzjoni tal-problemi u għall-proċeduri nazzjonali kif ukoll madwar l-UE meħtieġa biex joperaw b'mod transkonfinali fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li dawn jiġu implimentati malajr; |
|
27. |
Jinnota li l-kumpaniji, speċjalment l-SMEs, jew mhumiex konxji tar-regoli applikabbli fi Stati Membri oħrajn jew jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex isibu u jifhmu l-informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għan-negozji tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel interkonnessjoni tal-portali, il-punti ta' aċċess u s-siti elettroniċi tal-informazzjoni kollha differenti f'portal uniku li jipprovdi lill-SMEs u n-negozji ġodda informazzjoni faċli għall-utent sabiex ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati sew u jiffrankaw il-ħin u l-ispejjeż; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa Punti Uniċi ta' Kuntatt minn portal regolatorju f'sistema ta' portali tan-negozju online stabbiliti li jippromwovu skambju regolari ta' informazzjoni minn u bejn ir-rappreżentanti tan-negozji u jassistu lin-negozji nazzonali jew liċ-ċittadini jikkompetu fi Stati Membri oħra tal-UE; |
|
29. |
Ifakkar fl-importanza tat-tisħiħ u s-simplifikazzjoni tal-għodod eżistenti tas-suq uniku sabiex tiġi ssimplifikata l-espansjoni transkonfinali tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar enfasi fuq is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti u l-Punti Uniċi ta' Kuntatt; |
|
30. |
Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li l-konsumaturi jingħataw livell ekwivalenti ta' ħarsien kemm online kif ukoll offline; jenfasizza l-ħtieġa li l-operaturi ekonomiċi kollha li joperaw online u offline fis-suq uniku jieħdu l-miżuri raġonevoli u xierqa kollha biex jiġġieldu l-falsifikazzjoni, sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodott; |
|
31. |
Jenfasizza li l-ekonomija kollaborattiva qiegħda tikber b'ħeffa u li, filwaqt li tbiddel il-mod li bih huma pprovduti u utilizzati ħafna servizzi u assi, tista' tiddirezzjona l-innovazzjoni u għandha l-potenzjal li ġġib benefiċċji u opportunitajiet addizzjonali għall-kumpaniji u għall-konsumaturi fis-suq uniku; jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi, soċjetali u ambjentali u l-isfidi tal-ekonomija kollaborattiva; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-isforzi tal-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet leġiżlattivi fuq terminu qasir jew twil fir-rigward tal-ekonomija kollaborattiva; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jressqu proposti biex jipprevjenu l-abbuż fl-oqsma tal-impjiegi u tat-tassazzjoni fl-ekonomija kollaborattiva; |
|
32. |
Jilqa' l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni dwar l-ekonomija kollaborattiva, u l-intenzjoni tagħha li tħares lejn in-negozji stabbiliti f'dan il-qasam u biex tiċċara, permezz ta' gwida, l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi eżistenti tal-UE għall-applikazzjoni u t-tħaddim ta' mudelli ta' negozju tal-ekonomija kollaborattiva; hu tal-fehma li l-intervent regolatorju f'dan il-qasam għandu jkun ikkaratterizzat mill-flessibilità, biex ir-regoli jkunu jistgħu jiġu addattati malajr u infurzati f'settur li qed jinbidel b'ħeffa, li jitlob aġġustamenti malajr u effikaċi; jenfasizza li l-istandards eżistenti għall-ħarsien tal-konsumatur iridu jiġu applikati u infurzati fl-ekonomija diġitali wkoll; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-aqwa kundizzjonijiet possibbli biex l-ekonomija kollaborattiva tiżviluppa u tirnexxi; |
|
33. |
Jenfasizza li l-karatteristiċi ġodda tas-sigurtà li l-ekonomija kollaborattiva tipprovdi, bħas-sigurtà tal-pagamenti, il-ġeolokalizzazzjoni u l-assigurazzjoni, jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi u għalhekk jitolbu li jiġi vvalutat jekk ir-rimedji ex post jistgħux ikunu aktar effikaċi mir-regolamenti ex ante; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat sabiex jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti fl-ekonomija kollaborattiva b'mod partikolari għall-użu ikbar tal-identità diġitali biex tinbena l-fiduċja tal-konsumaturi fi tranżazzjonijiet online, għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali għall-pagamenti tat-taxxi, sabiex jiġu pprovduti skemi ta' assigurazzjoni transkonfinali, u tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi; |
|
34. |
Jemmen li, fl-ekonomija kollaborattiva, l-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' negozju, servizzi innovattivi u l-użu temporanju ta' assi għandu jiġi mħeġġeġ, iżda għandu jkun ibbażat, fejn possibbli, fuq regoli simili għal servizzi simili, bil-għan li jissalvagwardja l-kwalità għolja tas-servizzi, indipendentement minn kif ikunu organizzati l-aċċess u l-għoti tagħhom, u sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet indaqs u s-sikurezza tal-konsumatur filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni li tista' tfixkel l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda; jemmen li, fir-rigward tal-ekonomija kollaborattiva, jista' jittieħed biss approċċ ta' suq uniku, peress li l-frammentazzjoni tas-suq uniku permezz tar-regoli lokali u nazzjonali ma tħallix lill-kumpaniji Ewropej tal-ekonomija kollaborattiva jkabbru l-operat tagħhom fil-livell Ewropew; |
|
35. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti tal-istandards tekniċi tal-UE għall-innovazzjoni, il-kompetittività u l-progress fis-suq uniku; jemmen li jeħtieġ li tittieħed azzjoni f'waqtha biex jiġu żviluppati standards għolja tal-UE għall-kwalità, l-interoperabilità u s-sikurezza fit-tisħiħ tal-politika industrijali tal-UE, kif ukoll li dawk l-istandards għandhom jiġu promossi f'livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u ssaħħaħ l-istandards tal-UE, kif diġà previst mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u biex tagħmel il-qafas għal standardizzazzjoni aktar effiċjenti u xieraq għall-iskop tiegħu, inkluż billi jiġu sfruttati l-opportunitajiet offruti min-negozjati kummerċjali internazzjonali; jenfasizza li l-istandards għandhom jiġu stabbiliti b'mod xprunat mis-suq, miftuħ, inklużiv u kompetittiv sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati faċilment mill-SMEs, u biex jiġi evitat ir-riskju ta' katini tal-valur magħluqa, filwaqt li, madankollu, jiġi evitat dewmien fil-pubblikazzjoni tagħhom; |
|
36. |
Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandha s-sistema ta' standardizzazzjoni fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti u, dejjem aktar, tas-servizzi; jinnota li l-użu volontarju ta' standards ikkontribwixxa bejn 0,3 u 1 % tal-PDG fl-Ewropa, u huwa ta' benefiċċju pożittiv għall-produttività tax-xogħol; |
|
37. |
Ifakkar li l-maġġoranza l-kbira tal-istandards jiġu żviluppati b'rispons għal ħtieġa identifikata fl-industrija, b'approċċ minn isfel għal fuq sabiex tiġi żgurata r-rilevanza tas-suq tal-istandards; jappoġġa l-impenn fl-Istrateġija għas-Suq Uniku li jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tal-iżvilupp ta' standards b'mod globali; iħeġġeġ standardizzazzjoni li tkun kompatibbli ma' approċċ internazzjonali jew bl-iżvilupp ta' standards internazzjonali globali jew bir-rikonoxximent ta' standards internazzjonali ekwivalenti meta jkun xieraq; jinnota l-intenzjoni li jiġu stabbiliti qafas u prijoritajiet għal attivitajiet ta' standardizzazzjoni skont Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Inizjattiva Konġunta tibqa' titmexxa minn din il-ħtieġa minn isfel għal fuq, identifikata fl-industrija u li, għaldaqstant, tagħti prijorità u tipprovdi biss dawk l-istandards li jirrispondu għall-ħtiġijiet identifikati u juru rilevanza tas-suq, u ma twassalx sabiex jiġu ffissati standards bla bżonn jew rekwiżiti inkonsistenti meta mqabbla ma' standards oħra relatati li jkunu qed jiġu stabbiliti; |
|
38. |
Jinnota li l-proposta għal Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea se tibni fuq ir-Rieżami Indipendenti tas-Sistema Ewropea tal-Istandardizzazzjoni, u jappoġġa l-objettiv tagħha li l-komunità Ewropea tal-istandardizzazzjoni tiżviluppa azzjonijiet li jtejbu s-sistema kollha kemm hi, inklużi rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużività u l-appoġġ għall-kompetittività tal-impriżi Ewropej; |
|
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fl-involviment tagħha mal-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni (ESOs), tappoġġa lill-ESOs u lill-kontropartijiet nazzjonali tagħhom fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-involviment tal-SMEs, kemm fil-proċess tal-istabbiliment ta' standards innifsu kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-istandards ladarba jiġu stabbiliti; jinkuraġġixxi wkoll lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-ESOs, mal-Korpi Nazzjonali għall-Istandards u ma' oħrajn biex ittejjeb it-trasparenza tal-proċess tal-istandards, fl-implimentazzjoni tal-impenji li jinsabu fil-programm ta' ħidma għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-2016 u r-Regolament sottostanti; |
|
40. |
Iqis li l-Inizjattivi Konġunti għandhom jiffukaw fuq titjib kontinwat fil-prattiki tax-xogħol, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif ta' proċessi biex jiġu rieżaminati l-kompożizzjoni tal-kumitati tekniċi u miżuri li jippromwovu aċċess miftuħ u inklużività li jippermettu lil firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati jikkontribwixxu għal diskussjonijiet fil-kumitati tekniċi; |
|
41. |
Iqis li mekkaniżmu ta' appell aktar trasparenti u aċċessibbli jibni l-fiduċja u jtejjeb il-proċessi tal-istabbiliment tal-istandards; jemmen li meta standard ikun ġie mitlub mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni mill-Unjoni Ewropea, il-kumitat rilevanti tal-Parlament jaf ikun jista' jiżvolġi rwol fl-iskrutinju u d-dibattitu pubbliku bħala parti minn dan il-proċess, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar oġġezzjoni formali jekk ikun xieraq; jenfasizza li meta jiġu determinati talbiet ta' standardizzazzjoni li għandhom jingħataw lill-korpi ta' standardizzazzjoni, għandhom jiġu inklużi l-prinċipji ta' proporzjonalità u approċċ ibbażat fuq ir-riskji; |
|
42. |
Jemmen li żieda tas-sensibilizzazzjoni pubblika ta' standards proposti f'forma ta' abbozz qabel l-approvazzjoni finali tista' żżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza u tipprovdi proċess aktar robust, bi qbil mal-aħjar prattiki eżistenti fost il-komunità Ewropea tal-istandardizzazzjoni; |
|
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2016, tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tagħha tal-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, u l-progress li sar b'kooperazzjoni mal-komunità Ewropea tal-istandarizzazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-2016; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE, biex, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza, tiżgura kundizzjonijiet ekwi fost il-kompetituri li joperaw fis-suq; |
|
45. |
Jilqa' l-inizjattivi riċenti għal akkwist pubbliku aktar effiċjenti u trasparenti, permezz ta' użu aħjar tal-akkwist tad-data u valutazzjoni volontarja ikbar tal-akkwisti f'ċerti proġetti infrastrutturali fuq skala kbira; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dawn l-inizjattivi; |
|
46. |
Jittama li l-Kummissjoni ser tkompli l-proċess ta' riforma tas-sistema tal-akkwist pubbliku, li bdiet bid-direttivi tal-2014, lejn domanda dejjem aktar kwalifikata fil-qasam tal-akkwist, bil-għan li tippremja l-innovazzjoni teknoloġika u l-effiċjenza enerġetika; |
|
47. |
Jinnota li r-reġim il-ġdid tal-akkwist pubbliku tal-2014 huwa anqas ikkumplikat, u jinkludi regoli aktar flessibbli biex jaqdu aħjar politiki oħra tas-settur pubbliku kif ukoll negozji speċjalizzati tal-Istati Membri jew lokali; jirrimarka li fl-Istati Membri għad hemm ineffiċjenzi sinifikanti fl-akkwist pubbliku li jillimitaw l-espansjoni u t-tkabbir transkonfinali fis-swieq domestiċi; |
|
48. |
Jilqa', bħala kwistjoni ta' prinċipju, l-inizjattivi mħabbra mill-Kummissjoni bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltà fl-akkwist pubbliku; jenfasizza, madankollu, li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' direttivi ġodda tal-UE għandhom jieħdu preċedenza fuq l-introduzzjoni ta' strumenti ġodda bħar-reġistru tal-kuntratti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li għodod possibbli ta' analiżi tad-data ma jridux iwasslu għal rekwiżiti ta' rapportar ġodda jew addizzjonali; ifakkar li mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ex ante għandu jkun purament volontarju għal proġetti infrastrutturali kbar; |
|
49. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema ta' akkwist pubbliku kompletament elettronika; jenfasizza l-ħtieġa ta' implimentazzjoni rapida u komprensiva tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku fl-intier tagħha; jenfasizza l-ħtieġa ta' użu aktar mifrux tal-akkwist elettroniku biex jinfetħu s-swieq għall-SMEs; |
|
50. |
Jissottolinja l-importanza tal-privattiva unitarja; jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li telimina l-inċertezzi dwar kif il-privattiva unitarja se teżisti flimkien mac-ċertifikati nazzjonali u supplementari ta' protezzjoni (SPCs), kif ukoll il-ħolqien possibbli ta' SPC unitarju filwaqt li żżomm f'moħħha l-interessi tas-saħħa pubblika u tal-pazjenti; |
|
51. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, qabel l-2019, tintroduċi u timplimenta eżenzjoni tal-manifattura ta' SPCs biex tagħti spinta lill-kompetittività tal-Industrija Ewropea tal-Mediċini Ġeneriċi u Bijosimili f'ambjent globali, kif ukoll biex iżżomm u toħloq aktar impjiegi u tkabbir fl-UE, mingħajr ma tippreġudika l-esklużività tas-suq mogħtija taħt ir-reġim tal-SPCs fi swieq protetti; jemmen li tali dispożizzjonijiet jista' jkollhom impatt pożittiv fuq l-aċċess għal mediċini ta' kwalità għolja f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'dawk l-anqas żviluppati u jistgħu jgħinu biex tiġi evitata l-esternalizzazzjoni tal-produzzjoni; |
|
52. |
Jitlob għal miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistema tal-privattivi fl-Ewropa għall-mikrointrapriżi u l-SMEs u n-negozji ġodda kollha li jixtiequ jużaw privattiva Ewropea b'effett unitarju fl-innovazzjoni tal-prodotti u l-proċessi tagħhom, anki billi jitnaqqsu l-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet u t-tiġdid u billi tingħata għajnuna għat-traduzzjoni; jenfasizza l-importanza kemm tal-privattivi essenzjali standard (SEPs) kif ukoll ta' soluzzjonijiet ta' liċenzjar miftuħa innovattivi li xi drabi huma aktar xierqa biex isostnu l-innovazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-ftehimiet ta' liċenzjar tal-privattivi, fil-limiti tal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni, abbażi ta' termini ġusti, raġonevoli u non-diskriminatorji (FRAND), sabiex jiġu ppreservati l-inċentivi fir-R&Ż u fl-istandardizzazzjoni, titrawwem l-innovazzjoni u jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti għall-ħruġ tal-liċenzji; |
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien proposta leġiżlattiva għat-twaqqif ta' sistema unika Ewropea għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti mhux agrikoli fl-UE, kif diġà ntalab mill-Parlament, bil-għan li tistabbilixxi sistema unika Ewropea u biex b'hekk iġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni inadegwata u ferm ifframmentata fl-Ewropa, u li toħloq bosta u diversi effetti pożittivi għaċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-produtturi u t-tessut ekonomiku u soċjali Ewropew kollu kemm hu; jenfasizza li tali strument jenfasizza b'mod espliċitu l-valur miżjud ta' ħafna prodotti lokali, b'benefiċċji ovvji għall-produtturi u r-reġjuni kkonċernati u f'termini ta' sensibilizzazzjoni tal-konsumatur; |
|
54. |
Jinnota li l-potenzjal sħiħ tas-sħubijiet pubbliċi-privati għadu ma ġiex sfruttat fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE; jappella għall-armonizzazzjoni tar-regoli qafas tal-Istati Membri dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati, għad-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u għall-promozzjoni ta' dan il-mudell; |
|
55. |
Jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu strutturi biex jagħtu pariri u jgħinu lill-ħaddiema transkonfinali fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li jġib miegħu xogħol fi Stat Membru ieħor; |
|
56. |
Jinnota li l-approfondiment tas-suq uniku u tas-suq uniku diġitali jista' jġib opportunitajiet u sfidi ġodda u se jqajjem mistoqsijiet f'termini ta' ħiliet, forom ġodda ta' impjiegi, strutturi finanzjarji, protezzjoni soċjali, kif ukoll fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li kollha se jkollhom jiġu indirizzati u jridu jkunu ta' benefiċċju kemm għall-ħaddiema, kemm għan-negozji u kemm għall-konsumaturi; |
|
57. |
Jiddispjaċih li l-istrateġija ma tiddedikax attenzjoni partikolari għan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, li għadu ostaklu għat-tkabbir fis-suq uniku; jinnota bi tħassib li bejn 40 % u 47 % tal-popolazzjoni fl-UE m'għandhomx ħiliet diġitali suffiċjenti u li d-domanda għal impjegati b'ħiliet diġitali qed tikber b'4 % fis-sena, filwaqt li n-nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni naqset bi 3,2 % mill-2010 'l hawn, u dan huwa theddida għall-pożizzjoni kompetittiva tal-UE f'terminu medju u għall-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fil-ħiliet u l-edukazzjoni diġitali; |
|
58. |
Jinnota l-għanijiet tal-pakkett dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema li jikkontribwixxi għal suq uniku iżjed profond u iżjed ġust; jenfasizza madankollu l-importanza li jiġi żgurat li l-miżuri li jinsabu f'dan il-pakkett ikunu proporzjonati u jqisu l-konsegwenzi ta' ammonti kbar ta' mobbiltà lejn reġjuni partikolari; |
|
59. |
Jenfasizza l-appoġġ tal-Kummissjoni favur sistemi edukattivi paralleli li minbarra li jiffaċilitaw l-iżvilupp personali jistgħu jgħinu biex il-ħiliet u l-kwalifiki tal-ħaddiema Ewropej jitfasslu b'mod li jikkorrispondi iktar għall-ħtiġijiet reali tas-suq tax-xogħol; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-istrateġija ma ddgħajjef bl-ebda mod is-sistemi edukattivi paralleli filwaqt li jiġu żgurati l-kwalità tal-apprendistati u, b'mod partikolari, il-protezzjoni tal-impjiegi; jissottolinja r-rwol importanti tas-sħab soċjali fl-iżvilupp ta' sistemi edukattivi paralleli; jemmen li, filwaqt li sistema edukattiva parallela użata fi Stat Membru wieħed ma tistax tiġi sempliċement ikkupjata minn Stat Membru ieħor, l-Ewropa għandha tiffoka fuq il-korrelazzjoni qawwija bejn l-edukazzjoni parallela u l-impjieg taż-żgħażagħ; |
|
60. |
Jappoġġa miżuri favur l-għeluq tal-lakuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni fl-impjieg, b'mod speċjali fir-rigward tal-persuni b'diżabilità; jappoġġa, barra minn hekk, l-implimentazzjoni mingħajr dewmien tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol; |
|
61. |
Jilqa' t-twaqqif ta' pjattaforma kontra x-xogħol mhux iddikjarat u jħeġġeġ b'mod partikolari lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ fir-rigward ta' dik il-pjattaforma sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni iktar effikaċi kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-impjiegi indipendenti fittizji; |
|
62. |
Jinsisti li sabiex tiġi sfruttata l-opportunità li tirriżulta mid-diġitalizzazzjoni tal-impjiegi, jeħtieġ li jinħolqu arranġamenti sikuri ta' ħinijiet tax-xogħol flessibbli, kundizzjonijiet tax-xogħol stabbli, protezzjoni soċjali u jiġi ffaċilitat “ix-xogħol intelliġenti” sabiex jitjiebu l-produttività u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja; jenfasizza l-importanza tat-tnedija tal-infrastruttura diġitali fiż-żoni rurali f'dan ir-rigward sabiex jittieħed vantaġġ mill-firxa wiesgħa ta' opportunitajiet offruti mill-aġenda diġitali, bħal pereżempju t-telexogħol; |
|
63. |
Jenfasizza l-importanza ta' sħab soċjali b'saħħithom u indipendenti u djalogu soċjali effikaċi; jenfasizza l-ħtieġa li, fejn ikun xieraq, is-sħab soċjali jkunu involuti fid-diskussjonijiet dwar riformi nazzjonali possibbli fil-qasam tal-professjonijiet regolati; |
|
64. |
Jenfasizza l-importanza li jkun hemm djalogu soċjali dwar l-opportunitajiet u l-bidliet li jġib miegħu suq uniku fir-rigward tal-impjieg; |
Suq uniku aktar approfondit
|
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni tapprofondixxi l-ħidma tagħha dwar l-infurzar; jirrimarka li ħafna miżuri diġà ġew adottati iżda għadhom ma ġewx infurzati kif suppost, u dan jimmina l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku; jirrimarka, barra minn hekk, li skont id-data pprovduta mill-Kummissjoni f'nofs l-2015, madwar 1 090 proċediment ta' ksur kienu pendenti fil-qasam tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jittejbu t-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, biex tiżgura li l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-infurzar amministrattivi jkunu prijorità fil-livelli kollha (tal-UE, u bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali) billi tieħu azzjonijiet ta' infurzar li jkunu mmirati sew abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, u tiżgura li jiġu indirizzati l-aktar każijiet ekonomikament sinifikanti ta' ostakli mhux ġustifikati jew sproporzjonati; jemmen li, fir-rigward tal-miżuri jew l-implimentazzjoni nazzjonali, intervent bikri jista' jkun aktar effikaċi u bih jistgħu jinkisbu riżultati aħjar milli permezz ta' proċeduri ta' ksur; jenfasizza, madankollu, li jekk il-proċedura ta' intervent bikri ma tagħtix riżultati, il-Kummissjoni trid tuża l-miżuri kollha disponibbli, inklużi proċeduri ta' ksur, biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku; |
|
66. |
Jilqa' l-intenzjoni fl-istrateġija li tinħoloq kultura ta' konformità u tolleranza żero kontinwata għal ksur tar-regolamenti dwar is-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw jekk is-setgħat tal-Kummissjoni skont il-proċeduri ta' ksur għandhomx jiġu allinjati ma' dawk li għandha fil-politika tal-kompetizzjoni; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' kultura b'saħħitha ta' konformità u infurzar, inklużi l-promozzjoni u t-twessigħ tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ewlenija ġdida, l-organizzazzjoni ta' djalogi ta' konformità mal-Istati Membri u ta' korsijiet ta' taħriġ għall-impjegati pubbliċi nazzjonali inkarigati mill-infurzar, u t-trawwim ta' koordinazzjoni aktar effikaċi bejn ir-regolaturi nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ li jimplimentaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-UE u japplikaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku; jenfasizza li huwa essenzjali li jkun garantit infurzar tajjeb u regolamentazzjoni aħjar, minħabba l-frammentazzjoni tas-suq uniku, li tirrestrinġi l-attività ekonomika u l-għażla tal-konsumatur, u dawn għandhom ikopru lis-setturi kollha tan-negozju u japplikaw kemm għal-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll għal dik futura; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw ir-restrizzjonijiet bla bżonn fis-suq uniku li mhumiex ġustifikati minn raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku, filwaqt li jippreżentaw ideat dwar kif jistgħu jingħelbu dawn l-isfidi meta jkun meħtieġ u jirrapportaw dwar dan fl-2017; |
|
69. |
Jitlob lill-Istati Membri jittrasponu r-regoli tas-suq intern b'mod koerenti u konsistenti u jimplimentaw b'mod sħiħ u koerenti r-regoli u l-leġiżlazzjoni tas-suq intern; jenfasizza l-fatt li r-rekwiżiti għal testijiet u reġistrazzjonijiet addizzjonali, in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' ċertifikati u standards, restrizzjonijiet territorjali fuq il-provvista u miżuri simili joħolqu spejjeż żejda għall-konsumaturi u l-bejjiegħa, u b'hekk iċaħħdu liċ-ċittadini Ewropej milli jgawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, bil-għan li tiżgura governanza aħjar, biex tħaddem politika adegwata ma' dawk l-Istati Membri li jonqsu milli japplikaw ir-regoli tas-suq intern u, fejn ikun xieraq, tibda proċeduri ta' ksur u tħaffef dawk il-proċeduri bl-użu ta' approċċ rapidu; |
|
70. |
Jinnota li applikazzjoni uniformi u konsistenti u infurzar xieraq tar-regoli tal-UE flimkien ma' monitoraġġ regolari u evalwazzjoni fuq il-bażi ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi, valutazzjoni komparattiva u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki huma meħtieġa b'mod urġenti biex tinkiseb implimentazzjoni aktar omoġena tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-suq uniku; ifakkar, għalhekk, fil-ħtieġa li jiġu trasposti u implimentati bis-sħiħ u bir-reqqa r-regoli Ewropej dwar il-funzjonament tas-suq uniku fl-Istati Membri kollha; |
|
71. |
Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tidentifika l-possibbiltà ta' ksur tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri fi stadju bikri ħafna u tieħu pożizzjoni soda kontra kwalunkwe miżura leġiżlattiva, adottata jew pendenti fil-parlamenti nazzjonali, li tista' żżid il-frammentazzjoni tas-suq uniku; |
|
72. |
Jenfasizza li l-impenn u r-rieda tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw sewwa d-dritt tal-UE huma essenzjali biex is-suq uniku jirnexxi; jistieden lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli inġustifikati u sproporzjonati għas-suq uniku u ma jeħdux miżuri protezzjonisti u diskriminatorji biex iħeġġu l-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività; |
|
73. |
Jinnota li l-Istati Membri jiżvolġu rwol kruċjali fil-governanza tajba u l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku, u li għalhekk jeħtieġ li flimkien jeżerċitaw sjieda u ġestjoni proattivi tas-suq uniku, filwaqt li jiġġeneraw impetu politiku ġdid permezz ta' rapporti konsolidati dwar l-“istat tas-saħħa” tas-suq uniku, diskussjonijiet regolari u tematiċi fil-laqgħat tal-Kunsill Kompetittività, il-laqgħat dedikati annwali tal-Kunsill Ewropew u l-inklużjoni tas-suq uniku bħala pilastru tal-governanza fis-Semestru Ewropew; |
|
74. |
Itenni li l-UE tista' toħloq is-sett proprju ta' indikaturi indipendenti b'bażi xjentifika indipendenti dwar il-livell ta' integrazzjoni tas-suq uniku, li għandu jiġi ppubblikat bħala parti mill-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u jitlob l-adozzjoni ta' dokument strateġiku mill-presidenti ta' ċerti korpi tal-UE – ir-'Rapport tal-Ħames Presidenti' – sabiex tingħata direzzjoni lit-triq lejn suq uniku ġenwin; |
|
75. |
Jenfasizza li l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament irid isaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu mal-parlamenti nazzjonali sabiex jikkoordinaw u jindirizzaw kwistjonijiet b'rabta mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar is-suq uniku; |
|
76. |
Jenfasizza li jeħtieġ jiġi msaħħaħ in-netwerk SOLVIT, b'mod partikolari billi tiġi estiża l-interazzjoni bejn in-netwerks SOLVIT, CHAP, EU Pilot u n-Netwerk Enterprise Europe biex jiġi razzjonalizzat il-qafas usa' tal-proċeduri tal-ilmenti tal-UE, u li jkun hemm għarfien aħjar tan-netwerk fost iċ-ċittadini u l-SMEs, u tar-rwol prattiku tiegħu fis-soluzzjoni tal-problemi relatati mal-interpretazzjoni dwar is-suq uniku; iqis li d-data dwar kwistjonijiet imqajma fil-qafas tan-netwerk SOLVIT għandha titqies meta l-Kummissjoni tikkunsidra kif tista' tidentifika l-prijoritajiet għal azzjoni ta' infurzar; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tgħin lill-Istati Membri jsolvu l-każijiet l-aktar problematiċi; jistieden lill-Istati Membri jgħammru b'mod xieraq u jippożizzjonaw adegwatament iċ-ċentri nazzjonali SOLVIT tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom; |
|
77. |
Jenfasizza li t-trasparenza tar-regoli nazzjonali hija għodda vitali biex ikun possibbli l-kummerċ transkonfinali fis-suq uniku u tgħin biex jiġu identifikati l-ostakli mhux tariffarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu r-regoli tagħhom iktar faċilment disponibbli online u b'aktar minn lingwa waħda, fl-interess ta' żieda fil-kummerċ, li tkun ta' benefiċċju għal kulħadd; |
|
78. |
Jinnota l-importanza tal-promozzjoni tal-mobbiltà permezz tat-taħriġ, tal-apprendistati, tal-ħiliet u tal-impjegabbiltà permezz ta' programmi bħal Erasmus+ u EURES, li jipprovdu opportunitajiet għal miljuni ta' ħaddiema Ewropej biex jiksbu esperjenza utli; |
|
79. |
Jiddispjaċih li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku mhuwiex applikat sew minn ħafna Stati Membri; jistenna b'interess il-proposta tal-Kummissjoni minn dan il-lat, bħala parti mit-tisħiħ tas-suq uniku fil-prodotti, peress li ttejjeb ir-rikonoxximent reċiproku permezz ta' azzjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni, kif ukoll tiżgura l-applikazzjoni u l-infurzar aħjar tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku permezz tar-reviżjoni tar-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku, bil-għan li, fost affarijiet oħra, jittejbu l-istrumenti ta' soluzzjoni tat-tilwim b'konnessjoni mal-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni inadegwata tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku; jenfasizza li, jekk il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku jkun applikat sew mill-awtoritajiet kompetenti madwar l-UE, in-negozji jkunu jistgħu jiffokaw strettament fuq in-negozju u jagħtu spinta lit-tkabbir tal-UE pjuttost milli jagħmlu ħilithom biex jegħlbu d-diversi ostakli imposti minħabba li Stati Membri ma jirrispettawx ir-rikonoxximent reċiproku; |
|
80. |
Iqis ukoll li l-Kummisjoni għandha tkun aktar proattiva fl-identifikazzjoni ta' setturi b'potenzjal għoli għall-kummerċ transkonfinali u d-diġitalizzazzjoni u li fihom jista' japplika l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku; |
|
81. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika kif se jaħdmu l-għodod proposti ta' informazzjoni tas-suq u l-bażi ġuridika għal dawn l-għodod; |
|
82. |
Itenni l-appell tiegħu għall-adozzjoni rapida, mill-Kunsill, ta' Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u l-Pakkett dwar is-Sorveljanza tas-Suq u jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha bis-sħiħ fir-rwol tagħha bħala faċilitatur biex tinstab soluzzjoni f'dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza li tingħata informazzjoni rilevanti dwar prodotti għall-konsumatur, b'mod partikolari l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini, li hija kruċjali biex jiġu protetti l-konsumaturi u biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni; |
|
83. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħarrxu l-penali għall-falsifikazzjoni u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam tiġi infurzata bis-sħiħ; |
|
84. |
Jenfasizza li d-differenzi regolatorji bejn l-Istati Membri differenti fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar jew ta' kwalità joħolqu ostakli bla bżonn għall-attivitajiet ta' fornituri ta' merkanzija u għall-ħarsien tal-konsumatur; jenfasizza l-valur miżjud tal-ekotikkettar; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta liema tikketti huma essenzjali u liema mhumiex essenzjali biex jiżguraw l-informazzjoni lill-konsumaturi u tikkunsidra li tintroduċi skema obbligatorja għall-forniment ta' informazzjoni importanti għal prodotti magħmulin bl-idejn u industrijali, kif ġie kkunsidrat, pereżempju, fis-settur tal-għamara fil-livell tal-UE sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni rilevanti u tiġi żgurata kwalità tal-prodott ugwali fl-Istati Membri differenti; iqis li inizjattiva bħal din tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi, l-industriji u l-operaturi tal-kummerċ, filwaqt li jkunu żgurati t-trasparenza, l-għarfien adegwat ta' prodotti Ewropej u regoli armonizzati għall-operaturi fis-suq uniku; |
|
85. |
Jenfasizza, fir-rigward tas-suq uniku tas-servizzi, li hemm ħtieġa ċara li jitjieb l-għoti ta' servizzi transkonfinali, filwaqt li wieħed joqgħod attent li ma jħeġġiġx id-dumping soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw applikazzjoni aktar effikaċi u xierqa tad-Direttiva dwar is-Servizzi, filwaqt li jiġu evitati prattiki ta' regolamentazzjoni żejda; jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li ttejjeb in-notifika skont id-Direttiva dwar is-Servizzi, peress li l-proċedura attwali hija ineffiċjenti u mhijiex trasparenti; jemmen li n-notifika għandha ssir aktar kmieni fil-proċess leġiżlattiv biex ikun jista' jingħata feedback f'waqtu mill-partijiet ikkonċernati u mill-Istati Membri u biex jitnaqqas id-dewmien fl-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida; jaqbel li l-proċedura tan-notifika prevista fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tiġi estiża għas-setturi kollha mhux koperti minn dik id-Direttiva; jirrifjuta kull suġġeriment li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi għandu jiġi estiż; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-piżijiet għas-settur bankarju frammentat fl-Ewropa li joħolqu diffikultajiet għall-persuni mhux residenti, speċjalment l-SMEs, biex jiftħu kont bankarju fi Stat Membru ieħor; |
|
86. |
Jitlob lill-Kummissjoni taħdem sabiex il-proċedura għall-għoti ta' servizzi transkonfinali tieħu forma simplifikata u standardizzata sabiex b'hekk l-SMEs jiġu integrati b'mod iktar effikaċi fis-suq intern; |
|
87. |
Jirrimarka li r-rekwiżiti għal regolamentazzjoni proporzjonata huma stabbiliti b'mod ċar fl-Artikolu 16, paragrafu 1, tad-Direttiva dwar is-Servizzi u fil-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE; ifakkar li l-fatt li Stat Membru wieħed jimponi regoli anqas stretti minn ieħor ma jfissirx li r-regoli ta' dan tal-aħħar huma sproporzjonati u għaldaqstant inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea; itenni li r-regoli li jipperikolaw, jostakolaw jew jagħmlu anqas attraenti s-servizzi transkonfinali huma kompatibbli mar-rekwiżiti tas-suq intern biss jekk iservu raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku, u huma verament adatti għal dan l-għan u ma jaffettwawx b'mod ħażin il-libertà li jiġu pprovduti servizzi iżjed milli huwa meħtieġ biex titħares il-kwistjoni tal-interess pubbliku li qed jippruvaw jaqdu; |
|
88. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni konsistenti tal-proporzjonalità tar-rekwiżiti regolatorji u r-restrizzjonijiet applikabbli għas-servizzi; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi passaport tas-servizzi biex jiffaċilita, f'setturi ekonomiċi essenzjali għas-servizzi kummerċjali, l-iżvilupp u l-mobbiltà ta' kumpaniji madwar is-suq uniku; iqis li din l-inizjattiva għandu jkollha l-għan li tissimplifika l-proċeduri amministrattivi għall-fornituri tas-servizzi li jixtiequ joperaw b'mod transkonfinali u għall-awtoritajiet, u li tindirizza ostakli ta' natura regolatorja li jiskoraġġixxu lil dawn il-kumpaniji milli jidħlu f'suq fi Stat Membru ieħor; jitlob li l-passaport tas-servizzi prospettiv jieħu postu fost is-sensiela ta' għodod orizzontali bil-għan li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni tas-suq intern, bħas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) jew il-Punti Uniċi ta' Kuntatt, li kienu previsti mid-Direttiva dwar is-Servizzi bħala punt amministrattiv uniku ta' interazzjoni li jittratta l-proċeduri amministrattivi kollha meħtieġa li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' servizzi transkonfinali; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' passaport tas-servizzi ma tridx twassal għal sitwazzjoni li fiha l-ġurisprudenza żviluppata mill-QtĠ-UE għal raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku li jistgħu jilleġittimaw regoli li jirrestrinġu l-moviment transkonfinali ta' servizzi tiddgħajjef jew titħassar; jenfasizza, madankollu, li passaport tas-servizzi jista' jkun superfluwu jekk id-Direttiva dwar is-Servizzi tiġi implimentata u infurzata b'mod xieraq; jenfasizza li din m'għandhiex tkun akkumpanjata mill-introduzzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini; |
|
89. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi qawwija fuq ir-rwol tas-servizzi fis-suq uniku u l-iżgurar li l-professjonisti u l-kumpaniji tas-servizzi, speċjalment il-bejjiegħa bl-imnut, ma jkunux limitati għas-swieq nazzjonali tagħhom; jenfasizza li t-tkabbir ulterjuri tal-iskemi tal-passaporti professjonali u tas-servizzi jkun fundamentali biex tiġi evitata l-burokrazija mhux meħtieġa bejn l-Istati Membri li jżomm lura liċ-ċittadini tagħna milli jaħdmu u jagħmlu n-negozju bejn il-fruntieri; |
|
90. |
Itenni l-importanza li jitneħħew l-ostakli (inklużi l-ostakli lingwistiċi u amministrattivi u dawk relatati ma' nuqqas ta' informazzjoni) li jirrestrinġu l-potenzjal tan-negozju tal-kummerċ transkonfinali online u jdgħajfu l-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq uniku; jenfasizza l-importanza li jkunu eliminati r-restrizzjonijiet operattivi fuq l-eżerċizzju tal-attività bl-imnut bħar-regolamentazzjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, taxxi speċifiċi u selettivi fuq il-kummerċ bl-imnut u t-talba sproporzjonata għal informazzjoni mill-kumpaniji; |
|
91. |
Jirrikonoxxi l-kompetenza tal-awtoritajiet lokali fir-rigward tal-ippjanar urban; jenfasizza, madankollu, li l-ippjanar urban m'għandux jintuża bħala pretest biex jiġi evitat id-dritt għall-istabbiliment liberu; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-infurzar xieraq tad-Direttiva dwar is-Servizzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli għall-moviment ħieles u jiftħu s-swieq tagħhom, sabiex jistimulaw il-kompetittività u jippromwovu d-diversità fost il-ħwienet, li hija essenzjali jekk iż-żoni kummerċjali – b'mod partikolari fiċ-ċentri tal-irħula u l-ibliet – iridu jibqgħu attraenti; |
|
92. |
Jenfasizza li s-settur tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa huwa l-akbar settur kummerċjali fl-Ewropa; iqis li t-tnaqqis ta' ostakli regolatorji, amministrattivi u prattiċi mhux meħtieġa għan-negozji bl-imnut huwa prijorità; |
|
93. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu l-ogħla prominenza politika lis-settur tal-konsumaturi bħala pilastru tas-suq uniku, inkluż is-suq uniku diġitali, u jneħħu l-ostakli regolatorji, amministrattivi u prattiċi li jfixklu l-bidu ta' negozji, l-iżvilupp u l-kontinwità, u jagħmluha diffiċli li l-bejjiegħa jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern; iqis li l-leġiżlazzjoni dwar is-suq tal-konsumatur għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-settur; |
|
94. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw ir-restrizzjonijiet bla bżonn għall-istabbiliment ta' negozji fis-suq uniku li mhumiex ġustifikati minn raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku, filwaqt li tressaq proposti biex jingħelbu dawn l-isfidi meta jkun meħtieġ, u jirrapportaw dwar dan fir-Rebbiegħa tal-2017; |
|
95. |
Huwa tal-fehma, fir-rigward tas-settur tas-servizzi professjonali, li approċċi differenti għar-regolamentazzjoni ma jikkostitwux per se ostaklu għall-approfondiment tas-suq intern; jenfasizza li r-regoli dwar l-aċċess għall-professjonijiet, u l-eżerċizzju tagħhom, jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tal-interess pubbliku u l-ħarsien tal-konsumatur u li l-evalwazzjoni tagħhom tagħmel sens biss fil-kuntest nazzjonali; |
|
96. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li ħafna mir-regolamenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-professjonijiet regolati, u l-eżerċizzju tagħhom, huma sproporzjonati għar-rekwiżiti u joħolqu ostakli li jirrestrinġu l-aċċess għal dawk il-professjonijiet; |
|
97. |
Iqis li l-forniment transkonfinali ta' servizzi fuq bażi temporanja, inklużi s-servizzi professjonali, għandu jitqies bħala element essenzjali għas-suq intern peress li joħolqu l-impjiegi u jipprovdu prodotti u servizzi ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini tal-UE; jikkunsidra, għalhekk, li l-gwida perjodika hija strument utli għall-Istati Membri, meta jitqiesu d-diversi kuntesti ekonomiċi, ġeografiċi u soċjali tal-Istati Membri; |
|
98. |
Jilqa' l-enfasi mġedda, skont l-Istrateġija għas-Suq Uniku riċenti, fuq il-professjonijiet regolati u liberi fl-Ewropa, li jirrappreżentaw fattur importanti għat-tkabbir u l-impjiegi fis-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri speċifiċi biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar '“Linji ta' Azzjoni għat-Tisħiħ tan-Negozju tal-Professjonijiet Liberi”; |
|
99. |
Jilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni biex tindirizza l-ostakli regolatorji li jillimitaw l-aċċess għal ċerti professjonijiet bħala pass importanti fil-ftuħ tas-suq uniku u t-trawwim tat-tkabbir tal-impjiegi; |
|
100. |
Jappoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-professjonijiet regolati, iżda jirrimarka li kwalunkwe eżerċizzju bħal dan għandu jżomm standards għoljin ta' kwalità għall-impjiegi u s-servizzi, kwalifiki sodi u s-sikurezza tal-konsumaturi; |
|
101. |
Jemmen li mingħajr servizzi professjonali u kummerċjali kompetittivi madwar l-UE, in-negozji jistgħu jsibuha diffiċli biex jibqgħu kompetittivi u jżommu u joħolqu impjiegi ġodda; |
|
102. |
Jenfasizza l-fatt li s-servizzi ta' konsenja ineffiċjenti, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-konsenja finali lid-destinatarju, tikkostitwixxi ostaklu kbir għall-bejgħ transkonfinali fl-UE; jenfasizza li servizzi ta' konsenja aċċessibbli, affordabbli, effiċjenti u ta' kwalità għolja huma prerekwiżit essenzjali għal suq uniku li jirnexxi; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni komprensiv għall-konsenja tal-pakketti u tiddefinixxi l-għanijiet li għandhom jintlaħqu f'dan is-suq sa tmiem l-2020; jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed aktar enfasi fuq it-tneħħija tal-ostakli jiltaqgħu magħhom l-operaturi fil-konsenja transkonfinali; |
|
103. |
Jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex il-proċeduri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jitħaffu u jiġu ssimplifikati, inkluż permezz tal-faċilitazzjoni u l-inkoraġġiment tal-introduzzjoni ta' Oqfsa ta' Taħriġ Komuni, filwaqt li jiġi rrispettat bis-sħiħ il-prinċipju ta' sussidjarjetà; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu spinta lit-taħriġ u l-edukazzjoni fl-ICT u fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika sabiex il-forza tax-xogħol attwali u dik futura jkunu mgħammra bil-ħiliet elettroniċi rilevanti; |
|
104. |
Jilqa' l-fatt li l-istrateġija tirreferi għal-livell għoli ta' qgħad fl-UE kollha, iżda jiddispjaċih li ma tippreżentax passi u miżuri speċifiċi li jistgħu jgħinu lin-nies isibu impjieg, bħalma huma t-titjib tal-istandards tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-ilħuq tal-miri tat-tagħlim tul il-ħajja, u l-indirizzar tan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki tal-ħaddiema u l-professjonisti; iqis li huwa ovvju li s-suq uniku qed jinbidel b'rata mgħaġġla b'riżultat tad-diġitalizzazzjoni tal-industriji differenti u li l-impjiegi ġodda se jirrikjedu sett differenti ta' ħiliet u kwalifiki; |
|
105. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma adottat l-ebda miżura speċifika l-Istrateġija għas-Suq Uniku biex tindirizza l-ħtiġijiet tal-poplu u l-konsumaturi b'diżabilità, l-anzjani u l-persuni li jgħixu f'żoni rurali u remoti; |
|
106. |
Iqis il-prinċipju tal-paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post, kif rakkomandat mill-President tal-Kummissjoni Juncker, bħala għodda importanti li biha jiġu miġġielda d-distorsjonijiet tas-suq; |
Suq uniku aktar ġust
|
107. |
Jenfasizza li suq uniku ġenwin għandu jipprovdi benefiċċji u protezzjoni għaċ-ċittadini, il-konsumaturi u n-negozji f'termini ta' kwalità aħjar, varjetà akbar, prezzijiet raġonevoli u sikurezza tal-oġġetti u s-servizzi; jenfasizza li d-diskriminazzjoni inġustifikata kontra l-konsumaturi u l-intraprendituri abbażi tan-nazzjonalità jew il-post ta' residenza li ma tkun ibbażata fuq ebda kriterju oġġettiv u verifikabbli, f'ambjenti kemm online kif ukoll offline, ma tistax tiġi aċċettata fi ħdan is-suq uniku; iqis, madankollu, li obbligu biex il-kumpaniji jbigħu lill-UE kollha mhuwiex fattibbli; |
|
108. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bil-proposta leġiżlattiva biex tindirizza l-imblukkar ġeografiku inġustifikat u forom oħra ta' diskriminazzjoni mhux ġustifikati mill-operaturi tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji effikaċi għall-valutazzjoni tan-natura mhux ġustifikata tal-imblukkar ġeografiku; jenfasizza li kwalunkwe proposta bħal din trid tirrispetta l-prinċipju bażiku tal-libertà tal-kummerċ; jenfasizza wkoll li l-proposta tal-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità, b'mod partikolari għan-negozji żgħar u mikro; jinnota li l-operaturi tas-suq xi drabi jeħtieġu jeżerċitaw l-għażla fis-suq sabiex jiffunzjonaw fil-kundizzjonijiet tas-suq stabbiliti; |
|
109. |
Jaqbel li meta jixtru prodotti u servizzi fis-suq uniku, il-konsumaturi jeħtieġu informazzjoni trasparenti u sett ta' drittijiet solidi u moderni biex jipproteġu l-interessi tagħhom; huwa tal-fehma li kwalunkwe rieżami, fużjoni jew konsolidament tad-direttivi dwar id-dritt tal-konsumatur għandhom jipprevedu livell verament għoli ta' ħarsien tal-konsumatur u drittijiet infurzabbli, filwaqt li jirrikonoxxu l-aqwa prattiki eżistenti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
110. |
Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-inċertezzi ġuridiċi attwali li qed jaffettwaw lill-konsumaturi u, jekk ikun meħtieġ, tirriżolvihom permezz ta' kjarifika u żidiet għall-qafas ġuridiku tad-drittijiet tal-konsumatur; itenni l-impenn tiegħu favur il-prinċipju ta' armonizzazzjoni flessibbli għal kwalunkwe leġiżlazzjoni proposta tal-UE dwar il-konsumaturi u li l-armonizzazzjoni sħiħa għandha tapplika biss meta tistabbilixxi livell għoli ħafna ta' ħarsien tal-konsumatur u tipprovdi benefiċċji ċari għall-konsumaturi; |
|
111. |
Jenfasizza li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jirrappreżentaw diversità ta' mudelli ta' negozju, li huwa kruċjali għal suq uniku kompetittiv ferm u aktar ġust; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-ekonomija soċjali fil-politiki tas-suq uniku tagħha u tiżviluppa Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu għal tkabbir sostenibbli u inklużiv; |
Konklużjonijiet
|
112. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq il-proposti u l-inizjattivi leġiżlattivi ppjanati quddiem il-leġiżlaturi mingħajr telf ta' żmien – waqt li tqis il-proposti msemmija hawn fuq – wara konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet ikkonċernati u valutazzjoni tal-impatt, biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jiġu adottati f'waqthom; |
o
o o
|
113. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0069.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0580.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0009.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0012.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
L-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/128 |
P8_TA(2016)0231
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Gianluca Buonanno
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-26 ta' Mejju 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Gianluca Buonanno (2016/2003(IMM))
(2018/C 076/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-awtorizzazzjoni għall-ksib ta' data minn kumpaniji tat-telefown relatata mat-traffiku telefoniku ta' numru użat minn Gianluca Buonanno, imressqa fl-20 ta' Novembru 2015 mill-Viċi Prosekutur Pubbliku tat-Tribunale ordinario ta' Vercelli, l-Italja, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-14 ta' Diċembru 2015, b'rabta mal-proċediment kriminali mibdi quddiem it-Tribunale ordinario ta' Vercelli f'isem Gianluca Buonanno fir-rigward ta' theddid bit-telefown li hu jsostni li rċieva mingħand persuna anonima fuq in-numru tat-telefown ċellulari tiegħu fl-14 ta' April 2015 (Ref. No 2890/15 R.G.N.R. mod. 44), |
|
— |
wara li sema' lil Gianluca Buonanno, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 140 tal-20 ta' Ġunju 2003, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni u dwar il-prosekuzzjoni ta' persuni f'karigi għoljin tal-Istat (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0180/2016), |
|
A. |
billi Viċi Prosekutur Pubbliku tat-Tribunale ordinario ta' Vercelli ressaq talba għall-awtorizzazzjoni għall-ksib ta' data minn kumpaniji tat-telefown relatata mar-rekords telefoniċi ta' numru użat minn Membru tal-Parlament Ewropew elett fir-rigward tal-Italja, Gianluca Buonanno, b'rabta mal-proċediment kriminali mibdi quddiem it-Tribunale ordinario ta' Vercelli f'isem dak il-Membru fir-rigward ta' theddid bit-telefown li hu jsostni li rċieva mingħand persuna anonima fuq in-numru tat-telefown ċellulari tiegħu fl-14 ta' April 2015; |
|
B. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom; |
|
C. |
billi l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana jipprovdi li “fin-nuqqas tal-awtorizzazzjoni tal-Kamra tiegħu, l-ebda Membru tal-Parlament ma jista' jiġi sottomess għal tiftix personali jew fid-dar, u lanqas ma jista' jiġi arrestat jew b'xi mod ieħor imċaħħad mil-libertà personali tiegħu, jew detenut, ħlief meta sentenza irrevokabbli ta' kundanna tiġi infurzata, jew meta l-Membru jinqabad fl-att ta' għemil ta' reat li għalih huwa previst l-arrest obbligatorju in flagranza. Hija meħtieġa awtorizzazzjoni simili għall-monitoraġġ tal-konverżazzjonijiet jew il-komunikazzjonijiet ta' Membru tal-Parlament jew għas-sekwestru tal-posta ta' dak il-Membru”; |
|
D. |
billi l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 140 tal-20 ta' Ġunju 2003, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni u dwar il-prosekuzzjoni ta' persuni f'karigi għoljin tal-Istat, fost l-oħrajn, jiddikjara li meta jkun meħtieġ li tinkiseb data dwar it-traffiku telefoniku ta' Membru tal-Parlament, l-awtorità kompetenti għandha titlob awtorizzazzjoni mill-Kamra li tagħha dik il-persuna hija membru; |
|
E. |
billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Gianluca Buonanno tirrigwarda l-aċċess mill-awtorità investigattiva għar-rekords tat-telefonati tan-numru tat-telefown ċellulari tal-Membru fid-data li fiha hu jsostni li rċieva telefonati ta' theddid; |
|
F. |
billi fit-talba tiegħu għat-tneħħija tal-immunità l-Viċi Prosekutur Pubbliku tat-Tribunale ordinario ta' Vercelli jammetti li mhuwiex ċar jekk dan il-privileġġ parlamentari għandux japplika wkoll fil-każijiet fejn il-Membru tal-Parlament huwa allegatament il-vittma ta' delitt; billi, minkejja dan, huwa jikkonkludi li l-aħjar interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali hija li dan il-privileġġ għandu japplika għall-Membri tal-Parlament, tkun xi tkun il-pożizzjoni proċedurali tagħhom; billi huwa madankollu ma jressaq ebda ġurisprudenza nazzjonali insostenn tal-konklużjoni tiegħu; |
|
G. |
billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri tal-Parlament; billi jidher xieraq madankollu li jitfakkar li l-għan tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa primarjament li titħares l-indipendenza tal-Membri billi jiġi żgurat li l-pressjoni, fil-forma ta' theddid ta' arrest jew ta' proċedimenti legali, ma tkunx eżerċitata fuqhom waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew; billi, f'dan il-każ, jidher ċar li ma ġiet eżerċitata l-ebda pressjoni fuq il-Membru kkonċernat, peress li l-proċedimenti jirrigwardaw l-allegat theddid li l-Membru stess irrapporta bħala vittma ta' theddid li sar bit-telefown; |
|
H. |
billi fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, jidher li ma kienx meħtieġ li l-Viċi Prosekutur Pubbliku tat-Tribunale ordinario ta' Vercelli jitlob awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew biex jordna l-ksib tad-data dwar it-traffiku telefoniku ta' Gianluca Buonanno tal-14 ta' April 2015; |
|
I. |
billi, minkejja dan ta' hawn fuq, jidher xieraq li, għall-finijiet ta' ċertezza tad-dritt, il-Parlament jilqa' t-talba għall-awtorizzazzjoni mibgħuta minn Viċi Prosekutur Pubbliku tat-Tribunale ordinario ta' Vercelli; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Gianluca Buonanno; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Viċi Prosekutur Pubbliku tat-Tribunale ordinario ta' Vercelli u lil Gianluca Buonanno. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Legge n. 140, disposizioni per l’attuazione dell’articolo 68 della Costituzione nonché in materia di processi penali nei confronti delle alte cariche dello Stato, tal-20 ta' Ġunju 2003 (GURI No 142, 21.6.2003).
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/130 |
P8_TA(2016)0205
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni: regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2016 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (C(2016)2002 – 2016/2656(DEA))
(2018/C 076/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2016)2002), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2016, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-21 ta' April 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 278, l-Artikolu 279 u l-Artikolu 284(5) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li l-ebda oġġezzjoni ma tqajjmet fil-perjodu stipulat fit-tielet u r-raba' inċiż tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li skada fit-28 ta' April 2016, |
|
A. |
billi wara l-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 (2), ġie identifikat li xi formoli, fil-parti li tikkonċerna s-simplifikazzjonijiet, bi żball tħallew barra mill-Anness 12, fatt li se jkollu impatt negattiv ħafna għall-awtoritajiet tad-dwana u għan-negozjanti jekk ma jiġux miżjuda qabel l-1 ta' Mejju 2016, meta jsiru applikabbli d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu; |
|
B. |
billi rigward dak l-istess Anness 12, fil-parti li tikkonċerna s-simplifikazzjonijiet, instabu wkoll ċerti żbalji li jikkonċernaw it-terminoloġija użata fil-formoli, u billi, jekk dawk l-iżbalji ma jiġux ikkoreġuti, se jaffettwaw iċ-ċarezza u l-adegwatezza ġuridika fir-rigward tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom; |
|
C. |
billi r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 għandu għalhekk jiġi kkoreġut f'dan is-sens biex jinkludi fl-Anness 12, fil-parti li tikkonċerna s-simplifikazzjonijiet, il-formoli li huma nieqsa u, fl-istess parti ta' dak l-Anness, biex jiġu sostitwiti l-formoli eżistenti; |
|
D. |
billi bil-għan li jiġi żgurat li l-Unjoni Doganali tiffunzjona mingħajr intoppi u li ma jkun hemm l-ebda interruzzjoni tal-flussi tal-kummerċ, ir-regolament delegat jeħtieġ li jiġi applikat mill-1 ta' Mejju 2016; |
|
E. |
billi r-regolament delegat jista' jidħol fis-seħħ biss fi tmiem il-perjodu stabbilit għall-iskrutinju tal-Parlament u tal-Kunsill biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament u lanqas mill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw; billi l-perjodu ta' skrutinju huwa stabbilit skont l-Artikolu 284(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 bħala xahrejn mid-data tan-notifika, jiġifieri, jibqa' għaddej sad-9 ta' Ġunju 2016 u jista' jiġi estiż b'perjodu ieħor ta' xahrejn; |
|
F. |
billi, madankollu, għal raġuni ta' urġenza l-Kummissjoni, fil-11 ta' Marzu 2016, talbet konferma bikrija mill-Parlament Ewropew tar-regolament delegat qabel l-1 ta' Mejju 2016; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.03.2016, p. 1).
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/132 |
P8_TA(2016)0206
Protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (COM(2014)0660 – C8-0229/2014 – 2014/0305(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2018/C 076/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0660), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0229/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0257/2015), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; |
(1) ĠU C 230, 14.7.2015, p. 129.
P8_TC1-COD(2014)0305
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Mejju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1037.)
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/133 |
P8_TA(2016)0207
Protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0667 – C8-0232/2014 – 2014/0309(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2018/C 076/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0667), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0232/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0256/2015), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2014)0309
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Mejju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1036.)
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/134 |
P8_TA(2016)0208
Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-UE u r-Repubblika tal-Liberja ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (13015/2015 – C8-0402/2015 – 2015/0224(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 076/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13015/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal (13014/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0402/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8–0142/2016), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu; |
|
2. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Liberja. |
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/135 |
P8_TA(2016)0209
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania: opportunitajiet tas-sajd u kontribuzzjoni finanzjarja ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (12773/2015 – C8-0354/2015 – 2015/0229(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 076/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12773/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (12776/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0354/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8–0147/2016), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. |
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/136 |
P8_TA(2016)0210
Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) mal-Korea ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (05977/2016 – C8-0116/2016 – 2015/0265(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 076/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05977/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (11516/2006), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0116/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0065/2016), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea. |
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/137 |
P8_TA(2016)0212
L-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani rigward l-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (COM(2014)0379 – C8-0038/2014 – 2014/0194(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 076/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0379), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0038/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-5 ta' Diċembru 2014 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta' Frar 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0227/2015), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2014)0194
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Mejju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali ta' servizzi u investiment dirett barrani
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1013.)
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/138 |
P8_TA(2016)0214
Eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet (COM(2015)0648 – C8-0403/2015 – 2015/0295(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 076/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0648), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0403/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Marzu 2016 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Marzu 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59, u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0064/2016), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 130, 13.4.2016, p. 1.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2015)0295
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Mejju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għan-negozjanti tal-komoditajiet
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1014.)
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/139 |
P8_TA(2016)0215
Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (14957/2/2015 – C8-0130/2016 – 2013/0091(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 076/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14957/2/2015 – C8-0130/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0173), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0164/2016), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi Adottati tal-25.2.2014, P7_TA(2014)0121.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-Artikolu 44
Il-ħolqien ta' livell għoli u armonizzat ta' protezzjoni tad-data li jkopri l-attivitajiet tal-pulizija u ġudizzjarji fl-Unjoni huwa kruċjali bħala mezz ta' rispett u salvagwardja tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Minħabba r-responsabilitajiet maqsuma tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, huwa essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u effettiva fost l-awtoritajiet superviżorji fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li, wara l-adozzjoni tal-proposti għal Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u għal Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-ipproċessar tad-data fis-settur tal-pulizija u l-ġustizzja, fosthom il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġdid li se jinħoloq dalwaqt, u fid-dawl tal-fatt li tħabbar ir-rieżami tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-mekkaniżmi differenti ta' kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f'dan il-qasam, inkluż il-Bord ta' Kooperazzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament, fil-ġejjieni għandhom jerġgħu jiġu organizzati b'tali mod li jiżgura l-effikaċja u l-konsistenza u li tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni.
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/141 |
P8_TA(2016)0216
Id-dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skop ta' riċerka, studju, taħriġ, volontarjat, skambju ta' studenti u au pairing ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambji ta' studenti jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (14958/2/2015 – C8-0131/2016 – 2013/0081(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 076/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14958/2/2015 – C8-0131/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Grieg, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0151), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0166/2016), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, |
|
3. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 50.
(2) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 42.
(3) Testi adottati tal-25.2.2014, P7_TA(2014)0122.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar ir-raġuni għal rifjut speċifikata fl-Artikolu 20(2)(f)
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jifhmu punt (f) tal-Artikolu 20(2) ta' din id-Direttiva bħala li jippermetti lill-Istati Membri li jirrifjutaw applikazzjoni biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi taċ-ċittadin tal-pajjiż terz u l-prinċipju ta' proporzjonalità u fuq il-bażi ta' evidenza jew raġunijiet serji u oġġettivi. Il-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw din id-dispożizzjoni f'konformità ma' din l-interpretazzjoni meta jittrasponu d-Direttiva, u tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill, fil-qafas tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39.
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni ta' din id-dispożizzjoni f'din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi preċedent għal strumenti futuri dwar il-migrazzjoni legali.
Il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/143 |
P8_TA(2016)0221
Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2016)0025 – C8-0030/2016 – 2016/0010(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2018/C 076/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0025), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0030/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0157/2016), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 18a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 18b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 18c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2. |
‘1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 9 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 4 – paragrafu 6
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru. |
‘6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu u lill-Kummissjoni skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan. |
‘2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
|
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4. |
2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika mill-aktar fis possibbli r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha wkoll tikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b’pajjiż, disponibbli għas-servizzi kompetenti tagħha. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4 a. Sabiex tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju aggregat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż. F'dan, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23a dwar il-kunfidenzjalità. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – Parti introduttorja
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjonimsemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: |
‘1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat u lill-Kummissjoni , fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. |
‘2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa . |
‘2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali . |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2). |
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawk ir-riżultati b'mod xieraq, bħal rapport annwali konsolidat li fih jiġu diskussi r-riżultati u l-eżitu tal-proċedura ta' rapportar. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2). |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“3a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport konsolidat annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jikkonċerna l-valutazzjonijiet annwali tal-Istati Membri tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba.” |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
'3b. F'każ li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni pajjiż b'pajjiż tiddetermina li m'hemmx konsegwenzi negattivi għall-Gruppi MNE, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi leġiżlazzjoni biex tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 24 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkweawtorità rikjedenti. |
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkwe awtorità rikjedenti , u lill-Kummissjoni . |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 27a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“Artikolu 27a |
||
|
|
Rieżami |
||
|
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effikaċja ta' din id-Direttiva sa … [ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].” |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Anness – Anness III – Taqsima II – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti. |
Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti , preferibbilment dik bl-ogħla fatturat, sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti. |
L-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2016
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/158 |
P8_TA(2016)0229
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2015/010 FR/MoryGlobal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Franza – EGF/2015/010 FR/MoryGlobal) (COM(2016)0185 – C8-0136/2016 – 2016/2043(BUD))
(2018/C 076/31)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0185 – C8-0136/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0182/2016), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-FEG”); |
|
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji; |
|
D. |
billi Franza ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2015/010 FR/MoryGlobal għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw xi sensji mis-settur ekonomiku li huwa kklassifikat fit-Taqsima 49 ta' NACE Reviżjoni 2 (Trasport bl-art u transport permezz ta' sistemi ta' katusi) kif ukoll fit-Taqsima 52 (Magazzinaġġ u attivitajiet ta' sostenn għat-trasport) madwar Franza kontinentali, u billi 2 123 ħaddiem li ngħataw is-sensja u li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FEG huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri; billi t-talba ssegwi l-likwidazzjoni ġudizzjarja ta' MoryGlobal u hija ta' segwitu għall-applikazzjoni EGF/2014/017 FR/Mory-Ducros; |
|
E. |
billi l-applikazzjoni ġiet ippreżentata skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrekjedi li jrid ikun hemm mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'impriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream u / jew persuni li jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati, u li għalhekk Franza għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 5 146 800 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 8 528 000; |
|
2. |
Jinnota li l-Kummissjoni osservat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi, fid-19 ta' Novembru 2015, sabiex tlesti l-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, fis-7 ta' April 2016, u li l-valutazzjoni tagħha ġiet notifikata lill-Parlament dakinhar stess; |
|
3. |
Iqis li s-sensji minn MoryGlobal huma marbuta mat-tnaqqis ġenerali tal-produzzjoni fiżika fl-Ewropa, li wassal għal tnaqqis fil-volum ittrasportat u taqtigħa tal-prezzijiet fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, liema fatturi rriżultaw f'deterjorament kostanti fil-marġnijiet operattivi u sensiela ta' telf għas-settur fi Franza sa mill-2007, segwiti b'mewġa ta' fallimenti, inkluż dak ta' Mory-Ducros u aktar tard ta' MoryGlobal, li impjegat mill-ġdid 2 107 ħaddiem li kienu jaħdmu ma' Mory-Ducros; |
|
4. |
Jirrimarka li l-appoġġ mill-FEG għall- 2 513 ħaddiem li kien jaħdmu ma' Mory-Ducros, li ġie approvat f'April 2015 (4), jammonta għal EUR 6 052 200; |
|
5. |
Jinnota li, sal-lum, is-settur tat-trasport fuq l-art u tat-trasport permezz tal-pipelines kien soġġett għal żewġ applikazzjonijiet oħra għall-FEG: l-applikazzjoni EGF/2014/017 FR/Mory-Ducros, u l-applikazzjoni EGF/2011/001 AT/Nieder- und Oberoesterreich, it-tnejn li huma bbażati fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, li jirrigwardaw 2 804 sensja f'dan is-settur; jinnota li bosta miżuri f'dawn iż-żewġ applikazzjonijiet huma simili; |
|
6. |
Jinnota l-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fit-23 ta' April 2015, qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
|
7. |
Jilqa' l-fatt li Franza stabbiliet pjan soċjali, li fih il-kumpanija MoryGlobal tipparteċipa wkoll b'mod finanzjarju, qabel ma tikseb il-kontribuzzjoni supplementari mill-FEG; japprezza li l-għajnuna mitluba mill-FEG ma tinkludix miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG, jiġifieri l-allowances, iżda hija orjentata lejn miżuri b'valur miżjud reali għar-riintegrazzjoni futura fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja; |
|
8. |
Jinnota li s-servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG li għandhom jingħataw jikkonsistu minn pariri u gwida mogħtija minn tim ta' konsulenti esperti, li se jingħataw flimkien mal-pjan soċjali u mal-Contrat de Sécurisation Professionnelle ffinanzjati mill-Istat Franċiż biex jgħinu lill-ħaddiema jerġgħu jsibu impjieg. jinnota li t-tliet kuntratturi li joperaw it-tim ta' konsulenti huma l-istess li qed jipprovdu s-servizzi lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Mory-Ducros; jistenna li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Franċiżi jsegwu strettament il-prinċipju li skontu l-pagamenti lill-aġenziji jridu jsiru abbażi tar-riżultati miksuba; |
|
9. |
Jinnota li kuntratturi (BPI, Sodie u AFPA Transitions) għandhom jassistu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u jgħinuhom isibu soluzzjonijiet biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol u jsibu impjiegi ġodda, permezz ta' servizzi personalizzati bħal sessjonijiet ta' informazzjoni kollettivi u individwali, tranżizzjoni bejn l-impjiegi u akkumpanjament lejn impjiegi ġodda; |
|
10. |
Iqis li l-ħaddiema li għandhom bejn il-55 u l-64 sena jinsabu f'riskju ogħla ta' qgħad fit-tul u li jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol, b'effett possibbli ta' esklużjoni soċjali; iqis, għalhekk, li dawn il-ħaddiema, li jirrappreżentaw aktar minn 19 % tal-benefiċjarji li huma mistennija li jkunu fil-mira tal-azzjonijiet proposti, għandhom esiġenzi speċifiċi meta jiġu pprovduti b'approċċ personalizzat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
11. |
Jinnota li Franza indikat li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira u tas-sħab soċjali; |
|
12. |
Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li ser ikun hemm bżonn fil-futur fis-suq tax-xogħol, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jilqa' l-fatt li Franza tat il-garanziji kollha meħtieġa li l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali li flimkien jammontaw għal miżura kombinata li tilqa' għall-isfidi globali sabiex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli kif enfasizzat fil-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2007-2014 (5); |
|
13. |
Jinnota li l-kuntratturi li jmexxu t-tim ta' konsulenti huma l-istess li qegħdin jipprovdu servizzi lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Mory-Ducros; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi evalwazzjoni tal-kosteffikaċja tal-appoġġ li qiegħed jingħata lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Mory-Ducros, peress li din l-applikazzjoni ssegwi l-applikazzjoni EGF/2014/017FR/Mory-Ducros, u s-servizzi personalizzati huma pprovduti mill-istess kuntratturi; |
|
14. |
Iqis is-sensittività speċifika tas-suq tax-xogħol peress li Franza għandha l-ikbar sehem tal-valur miżjud tal-UE28 tas-settur tas-servizzi tat-trasport fuq l-art; |
|
15. |
Jinnota li l-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw li l-azzjonijiet proposti ma jirċevux appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u li huma komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; |
|
16. |
Itenni li l-għajnuna mill-FEG takkumpanja l-mizuri nazzjonali u ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji; |
|
17. |
Japprezza l-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni mil-lat ta' ħin li jġib miegħu l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-każijiet; |
|
18. |
Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG; |
|
19. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Deċiżjoni (UE) 2015/738 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2015/017 FR/Mory-Ducros ippreżentata minn Franza) (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 47).
(5) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2016/558763/EPRS_IDA(2016)558763_EN.pdf
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(applikazzjoni minn Franza – EGF/2015/010 FR/MoryGlobal)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2016/989.)
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/162 |
P8_TA(2016)0230
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja – EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa) (COM(2016)0210 – C8-0149/2016 – 2016/2050(BUD))
(2018/C 076/32)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0210 – C8-0149/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ħames applikazzjonijiet preċedenti għall-FEG marbuta mas-settur tal-bejgħ bl-imnut, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' April 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2016/000 TA 2016 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0181/2016), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjon (“il-FEG”) imur għall-benefiċċju tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn impriżi żgħar u ta' daqs medju u minn kumpaniji multinazzjonali, indipendentement mill-politiki jew mill-interessi li mmotivaw id-deċiżjoni li jagħlqu, partikolarment ta' dawn tal-aħħar; billi r-Regolament dwar il-FEG u l-politika kummerċjali tal-Unjoni għandhom ikomplu jikkonċentraw fuq il-mod kif jiġu salvagwardjati l-impjiegi, il-produzzjoni u l-kompetenzi fi ħdan l-Unjoni; |
|
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema fil-bżonn għandha tkun dinamika u tkun disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzati il-FEG; |
|
C. |
billi l-Greċja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għas-sensji li saru fis-settur ekonomiku klassifikat taħt id-Diviżjoni 47 (negozju bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi) tan-NACE Reviżjoni 2 fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Maċedonja Ċentrali (Κεντρική Μακεδονία) (EL12) u tat-Tessalja (Θεσσαλία) (EL14), u billi 557 ħaddiem imkeċċi, kif anki 543 żagħżugħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) taħt l-età ta' 30 sena minn dawn l-istess reġjuni huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri; billi l-ħaddiema ssensjati b'segwitu għall-falliment u għall-għeluq ta' Supermarket Larissa ABEE; |
|
D. |
billi l-applikazzjoni tressqet skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jrid ikun hemm mill-inqas 500 ħaddiem li ngħata s-sensja matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'impriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk il-Greċja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 6 468 000 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 10 780 000; |
|
2. |
Jinnota li l-kontribuzzjoni finanzjarja se jkollha fil-mira 557 ħaddiem li ngħataw is-sensja, li minnhom 194 huma rġiel u 363 huma nisa; |
|
3. |
Ifakkar li madwar 543 żagħżugħ(a) oħra taħt l-età ta' 30 sena li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ fl-istess reġjun jaf jiġu pprovduti b'servizzi personalizzati, bħal gwida għax-xogħol fl-ambitu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; |
|
4. |
Jinnota li l-Kummissjoni osservat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni mill-awtoritajiet Griegi, fis-26 ta' Novembru 2015, sa ma tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja, fl-14 ta' April 2016 u nnotifikatha lill-Parlament fil-15 ta' April 2016; |
|
5. |
Jinnota li minbarra l-557 ħaddiem li ngħataw is-sensja, 543 żagħżugħ(a) li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) taħt l-età ta' 30 sena mill-istess reġjuni mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri u jirċievu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG; jinnota li t-talba tal-awtoritajiet Griegi biex jinkludu lin-NEETs f'dawn il-miżuri hija minħabba n-nuqqas ta' impjiegi fir-reġjun meta mqabbel man-numru għoli ta' persuni li qed ifittxu xogħol, b'73,5 % tal-persuni qiegħda ilhom mingħajr impjieg għal aktar minn 12-il xahar fit-Tessalja (Θεσσαλία) (Eurostat); |
|
6. |
Josserva li minħabba r-reċessjoni gravi tal-ekonomija Griega segwita minn tnaqqis fil-konsum tal-familji u l-kapaċità tal-akkwist, il-volumi tan-negozju bl-imnut tal-ikel, xorb u tabakk kienu aktar minn 30 % inqas fl-2015 mill-volumi tal-bidu tal-kriżi tal-2008; josserva li l-bejgħ ta' Supermarket Larissa segwa l-istess xejra 'l isfel; |
|
7. |
Jinnota, għaldaqstant, li Supermarket Larissa, kooperattiva ta' ħwienet żgħar tal-merċa mwaqqfa fl-1986 bi 42 ħanut u 600 ħaddiem, ma setax jegħleb it-telf u kellu jagħlaq il-ħwienet tiegħu matul it-tieni trimestru tal-2014; jirrimarka li l-miżuri ta' awsterità, partikolarment it-tnaqqis fil-pagi (-30 %), in-negozjar mill-ġdid tal-kirjiet, is-sospensjoni tad-data tal-maturità tal-kontijiet, ma setgħux jipprevjenu dan kollu; josserva li din is-sitwazzjoni hija wkoll dovuta għat-tnaqqis drastiku tas-self lill-impriżi, f'kuntest li fih it-tnaqqis kwantitattiv (quantitative easing) tal-Bank Ċentrali Ewropew ma rnexxilux jagħti spinta ġdida lis-self; josserva li dan il-każ huwa konsegwenza drammatika tal-pressjoni kostanti eżerċitata mill-kredituri fuq il-Greċja u tal-politika ta' awsterità Ewropea; |
|
8. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-awtoritajiet Griegi bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fis-26 ta' Frar 2016, qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
|
9. |
Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jkunu strettament limitati għal ammont massimu ta' 35 % tal-pakkett totali ta' miżuri personalizzati, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li tali azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' impjiegi jew ta' attivitajiet ta' taħriġ; |
|
10. |
Jinnota li għalkemm il-kooperattiva applikat xi miżuri ta' awsterità bħal tnaqqis fil-pagi, negozjar mill-ġdid tal-kirjiet, sospensjoni tad-data tal-maturità tal-kontijiet, ipproponiet prodotti irħas u naqqset l-ispejjeż operattivi, din kellha tibda tagħlaq il-ħwienet tagħha wieħed wara l-ieħor; |
|
11. |
Jinnota li l-miżuri ppjanati mill-Greċja għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u għan-NEETs huma inklużi fil-kategoriji li ġejjin: gwida okkupazzjonali; taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali; kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju; benefiċċju għall-parteċipazzjoni u benefiċċju għat-taħriġ; benefiċċju għall-mobilità; |
|
12. |
Jinnota l-ammont pjuttost għoli (EUR 15 000) li l-ħaddiema jew in-NEETs li se jistabbilixxu n-negozju tagħhom għandhom jirċievu bħala parti mill-grupp ta' servizzi personalizzati; jinnota, fl-istess ħin, li għadd kbir ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja ġejjin minn kuntest imprenditorjali, fatt li jżid il-probabbiltajiet ta' suċċess tagħhom f'dan is-settur; |
|
13. |
Jinnota l-possibbiltà li xi impriżi ġodda se jieħdu l-forma ta' kooperattivi soċjali u jilqa' pożittivament, f'dan il-kuntest, l-isforzi tal-awtoritajiet Griegi biex isaħħu s-settur tal-ekonomija soċjali fil-Greċja; |
|
14. |
Josserva l-importanza li titnieda kampanja ta' informazzjoni biex tilħaq lin-NEETs li jistgħu jkunu eleġibbli fl-ambitu ta' dawn il-miżuri; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-ħtieġa li n-NEETs jingħataw għajnuna b'mod permanenti u sostenibbli; |
|
15. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati ġie stabbilit permezz ta' konsultazzjonijiet ulterjuri mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji u tas-sħab soċjali; |
|
16. |
Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li ser ikun hemm bżonn fil-futur fis-suq tax-xogħol, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; |
|
17. |
Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat se jissodisfa kemm il-bżonnijiet tal-ħaddiema kif ukoll tal-ambjent kummerċjali; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-potenzjal ta' tkabbir, u għalhekk li jirreklutaw, kif ukoll tiġbor data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba mill-FEG; |
|
19. |
Jinnota li l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; |
|
20. |
Japprezza l-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni mil-lat ta' ħin li jġib miegħu l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-każijiet; |
|
21. |
Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG; |
|
22. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0112.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja – EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2016/990.)
|
28.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/166 |
P8_TA(2016)0232
Miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2015)0677 – C8-0017/2016 – 2015/0314(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 076/33)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0677), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0017/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0170/2016), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|