ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
22 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2018/C 67/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2018 dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 67/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8755 — PAI/BCIMC/Refresco) ( 1 )

2

2018/C 67/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8540 — Kuehne + Nagel/Kuehne + Nagel Drinksflow Logistics) ( 1 )

2

2018/C 67/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8486 — 3M Company/Scott Safety) ( 1 )

3

2018/C 67/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8748 — Dr. Oetker/Bake & Co) ( 1 )

3

2018/C 67/06

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.8480 — Praxair/Linde) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 67/07

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 67/08

Lista ta’ uffiċċji doganali li ġew mogħtija l-inkarigu li jittrattaw il-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ippubblikati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/09

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 67/09

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

9

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2018/C 67/10

Azzjoni mressqa fl-20 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-11/17)

10

2018/C 67/11

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-12/17)

11

2018/C 67/12

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-13/17)

12

2018/C 67/13

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-14/17)

13

2018/C 67/14

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-15/17)

14

2018/C 67/15

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-16/17)

15

2018/C 67/16

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-17/17)

16

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 67/17

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8812 — Swiss Life/Crédit Agricole/CNP Assurances/Pisto) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 67/18

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Frar 2018

dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2018/C 67/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) u 139(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LILL-KUNSILL EWROPEW:

Sabiex jaħtar lis-Sur Luis DE GUINDOS JURADO bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2018.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8755 — PAI/BCIMC/Refresco)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 67/02)

Fl-14 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8755. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8540 — Kuehne + Nagel/Kuehne + Nagel Drinksflow Logistics)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 67/03)

Fit-8 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8540. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8486 — 3M Company/Scott Safety)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 67/04)

Fid-29 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8486. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8748 — Dr. Oetker/Bake & Co)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 67/05)

Fil-15 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8748. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/4


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.8480 — Praxair/Linde)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 67/06)

Fis-16 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8480 — Praxair/Linde, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Frar 2018

(2018/C 67/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2312

JPY

Yen Ġappuniż

132,41

DKK

Krona Daniża

7,4465

GBP

Lira Sterlina

0,88463

SEK

Krona Żvediża

9,9648

CHF

Frank Żvizzeru

1,1551

ISK

Krona Iżlandiża

123,90

NOK

Krona Norveġiża

9,6420

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,361

HUF

Forint Ungeriż

312,15

PLN

Zloty Pollakk

4,1589

RON

Leu Rumen

4,6615

TRY

Lira Turka

4,6650

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5684

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5601

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6341

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6754

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6267

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 322,02

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3373

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8112

HRK

Kuna Kroata

7,4415

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 757,86

MYR

Ringgit Malażjan

4,8174

PHP

Peso Filippin

64,229

RUB

Rouble Russu

69,6656

THB

Baht Tajlandiż

38,783

BRL

Real Brażiljan

4,0080

MXN

Peso Messikan

23,0516

INR

Rupi Indjan

79,7295


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/6


Lista ta’ uffiċċji doganali li ġew mogħtija l-inkarigu li jittrattaw il-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ippubblikati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/09 (1)

(2018/C 67/08)

Stat Membru

Isem doganali

Reġjun (fejn applikabbli)

IL-BELĠJU

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-BULGARIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

ID-DANIMARKA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-ĠERMANJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-ESTONJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-IRLANDA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-GREĊJA

1)

Uffiċċji tad-Dwana ta’ Ateni

Customs offices of Athens

12th km of national road Athens-Lamia (A1)

144 10 Metamorphosi

 

 

2)

Ir-raba’ Uffiċċju tad-Dwana ta' Tessalonika

1st Customs Office of Thessaloniki

Port of Thessaloniki

54110 Thessaloniki

 

SPANJA

Dependencia Provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Cádiz

 

 

Aduana de Algeciras

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Málaga

Todas las aduanas

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Sevilla

Todas las aduanas

 

 

Aduana de Ceuta

 

 

Aduana de Melilla

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e impuestos especiales de Zaragoza

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Palma de Mallorca

Todas las aduanas

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de las Palmas de Gran Canaria

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Santa Cruz de Tenerife

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de A Coruña

 

 

Aduanas del Aeropuerto de Santiago de Compostela

 

 

Dependencia Regional de Aduanas e Impuestos Especiales de Madrid

Todas las aduanas,

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Bilbao

Todas las aduanas

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Alicante

Todas las aduanas

 

 

Dependencia provincial de Aduanas e Impuestos Especiales de Valencia

Todas las aduanas

 

FRANZA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-KROAZJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-ITALJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

ĊIPRU

Id-Dwana tad-Distrett ta' Nikosija

Nikosia

 

Id-Dwana tad-Distrett ta' Larnaca

Larnaca

 

Id-Dwana tad-Distrett ta’ Limassol

Limassol

IL-LATVJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-LITWANJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-LUSSEMBURGU

Luxembourg Aéroport

(LU715000)

 

 

Centre douanier

(LU704000)

 

L-UNGERIJA

Nemzeti Adó- és Vámhivatal megyei (fővárosi) adó-és vámigazgatóságai [id-Direttorati tal-Kontej kollha u d-Direttorat tal-Awtorità tat-Taxxi Nazzjonali u tad-Dwana tal-Kapitali Budapest]

 

 

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vámigazgatóság [Id-Direttorat tal-Awtorità tal-Kontribwenti Prijoritarji tat-Taxxa Nazzjonali u tad-Dwana]

 

 

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Repülőtéri Igazgatóság [Id-Direttorat tal-Awtorità tat-Taxxi Nazzjonali u tad-Dwana tal-Ajruport ta' Budapest

 

MALTA

Customs Economic Procedures Unit

Lascaris Wharf, Valletta

VLT 1920

 

IN-NETHERLANDS

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-AWSTRIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-POLONJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-PORTUGALL

Alfândega Marítima de Lisboa

 

 

Alfândega do Aeroporto de Lisboa

 

 

Alfândega de Alverca

 

 

Alfândega de Leixões

 

 

Alfândega do Aeroporto de Sá Carneiro (Porto)

 

 

Alfândega do Funchal

 

 

Alfândega de Ponta Delgada

 

IR-RUMANIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IS-SLOVENJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-FINLANDJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-IŻVEZJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IR-RENJU UNIT

L-uffiċċji tad-dwana prinċipali/kbar kollha tar-Renju Unit

 


(1)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/9


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

(2018/C 67/09)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi s-sejħa għall-proposti li ġejja sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2018 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.

Qed jintlaqgħu l-proposti għal dawn it-tliet oqsma ta’ sejħiet:

 

CEF-TC-2018-1: l-identifikazzjoni elettronika (eID) u l-Firma Elettronika (eSignature)

 

CEF-TC-2018-1: Europeana

 

CEF-TC-2018-1: Internet aktar sikur

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula fl-ambitu ta’ dawn is-sejħiet huwa ta’ EUR 30 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-15 ta’ Mejju 2018.

Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2018-cef-telecom-calls-proposals


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/10


Azzjoni mressqa fl-20 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-11/17)

(2018/C 67/10)

Fl-20 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punti 30, 31bb, 31eb, 31i u 31d tal-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010), kif adattat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta dan l-att fiż-żmien preskritt, u/jew billi naqset milli tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li adottat sabiex timplimenta dan l-att.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, mal-opinjoni raġunata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010, kif imsemmi fil-punti 30, 31bb, 31eb, 31i u 31d tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/11


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-12/17)

(2018/C 67/11)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tagħmel l-att imsemmi fil-punt 31bbc tal-Anness IX ta’ dak il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku tagħha.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punt 31bbc tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/12


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-13/17)

(2018/C 67/12)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bbe tal-Anness IX ta’ dan il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/514 tat-18 ta’ Diċembru 2014 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 67(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, mal-opinjoni raġunata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/514 tat-18 ta’ Diċembru 2014 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 67(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punt 31bbe tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/13


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-14/17)

(2018/C 67/13)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tagħmel l-att imsemmi fil-punt 31bbb tal-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku tagħha.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punt 31bbb tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/14


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-15/17)

(2018/C 67/14)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bbd tal-Anness IX ta’ dan il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku tagħha.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, kif imsemmi fil-punt 31bbd tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/15


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-16/17)

(2018/C 67/15)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi naqset milli tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 31bba tal-Anness IX ta’ dan il-Ftehim (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordinament ġuridiku intern tagħha.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2017, mal-opinjoni raġunata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-12 ta’ Lulju 2017 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni, kif imsemmi fil-punt 31bba tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/16


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Diċembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-17/17)

(2018/C 67/16)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att imsemmi fil-punt 8 tal-Anness V tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1, u fi kwalunkwe każ billi naqset milli tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li adottat biex timpimenta dan l-att, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan l-att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

Fit-18 ta’ Jannar 2017 l-ASE tat opinjoni motivata li fiha żammet il-konklużjoni li billi naqset milli tieħu l-miżuri biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-Att imsemmi fil-punt 8 tal-Anness V tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema) u/jew milli tinnotifika l-Awtorità bihom, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31 tal-SCA, l-ASE talbet lill-Iżlanda tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma mal-opinjoni motivata fi żmien xahrejn wara n-notifika; jiġifieri, mhux iktar tard mit-18 ta’ Marzu 2017.

Il-Gvern Iżlandiż wieġeb għall-opinjoni motivata tal-Awtorità fit-13 ta’ Frar 2017. Fit-tweġiba tiegħu, il-Gvern Iżlandiż irrefera għat-tweġiba tiegħu għall-ittra ta’ intimazzjoni, u ddikjara li kellu l-għan li jippreżenta l-Att fil-liġi Iżlandiża lill-Parlament qabel l-1 ta’ April 2017.

L-Awtorità ma rċeviet l-ebda informazzjoni oħra dwar l-implimentazzjoni sakemm irċeviet il-Formola 1, datata t-30 ta’ Novembru 2017. Fil-Formola 1, il-Gvern Iżlandiż indika li kien implimenta b’mod sħiħ l-Att fil-liġi Iżlandiża. Għalkemm ma kinitx indikata data għall-implimentazzjoni, il-Gvern Iżlandiz hemeż mal-Formola 1 kopja ta’ dik li ddikjara li kienet miżura ta’ implimentazzjoni datata t-30 ta’ Ottubru 2014: l-Att Iżlandiż Nru 105/2014 dwar id-Dritt Liberu għall-Impjieg u r-Residenza fiż-Żona Ekonomika Ewropea (Att Nru 105/2014).

Permezz ta’ email tal-4 ta’ Diċembru 2017, l-ASE kitbet lill-Ministeru Iżlandiż għall-Protezzjoni Soċjali, filwaqt li talbet spjegazzjoni jekk, fid-dawl tat-tweġibiet għall-ittra ta’ intimazzjoni u opinjoni motivata, in-notifika tal-Att Nru 105/2014 bħala miżura ta’ implimentazzjoni kinitx żball. Il-Ministeru wieġeb permezz ta’ email fis-7 ta’ Diċembru 2017, filwaqt li ddikjara li fl-opinjoni tiegħu l-Att Nru 105/2014 jimplimenta b’mod sħiħ id-Direttiva, u offra spjegazzjoni għal-linja preċedenti ta’ tweġibiet li “kien maħsub li kien iktar trasparenti li jkun hemm klawsola speċjali fl-[Att Nru 105/2014] li tinforma li l-Att jimplimenta d-Direttiva” u li dan ikun miżjud permezz ta’ abbozz ta’ liġi propost f’April 2017.

Fid-19 ta’ Diċembru 2017, wara li wettqet valutazzjoni dwar jekk il-miżuri notifikati dak iż-żmien setgħux jitqiesu li implimentaw l-Att, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ddeċidiet li tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31 tal-SCA.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8812 — Swiss Life/Crédit Agricole/CNP Assurances/Pisto)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 67/17)

1.

Fl-14 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Swiss Life GIO II Lime SARL (“Swiss Life GIO II”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn Swiss Life Group (“Swiss Life”, l-Isvizzera);

Infra Invest France SAS (Franza), ikkontrollata minn CNP Assurances (Franza);

Predica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole (Franza), ikkontrollata mill-grupp Crédit Agricole (“Crédit Agricole”, Franza);

MacqPisto SAS (“Pisto”, Franza), li fil-preżent hija kkontrollata b’mod konġunt minn Macquarie, Crédit Agricole u CNP Assurances.

Swiss Life takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ Pisto flimkien ma’ CNP Assurances u Crédit Agricole. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Swiss Life hija attiva fiż-ŻEE fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja, tar-riskji, tal-pensjonijiet u tas-saħħa, kif ukoll fis-settur tal-ġestjoni tal-assi;

CNP Assurances hija attiva fis-settur tal-assigurazzjoni personali fi Franza, inkluż tfaddil, ir-riskju tal-irtirar u tal-pensjoni, kif ukoll fis-settur tal-ġestjoni tal-assi;

Crédit Agricole hija attiva fis-settur bankarju, tal-assigurazzjoni u tal-proprjetà immobbli;

Pisto tiffinanzja u tħaddem faċilitajiet ta’ riċeviment, ħażna u trasferiment ta’ prodotti petroliferi fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8812 — Swiss Life/Crédit Agricole/CNP Assurances/Pisto

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 67/18)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“OLI DE L’EMPORDÀ”/“ACEITE DE L’EMPORDÀ”

Nru tal-UE: PDO-ES-01161-AM01 – 9.5.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem il-grupp:

Consejo Regulador de la DOP Aceite de l’Empordà

Indirizz:

C/Sant Llàtzer, 22 B, 1er 4a

17600 Figueres

GIRONA

ESPAÑA

Telefon/Fax

+34 972672249

Posta elettronika:

oli@altemporda.org

Internet:

www.oliemporda.cat

Il-Kunsill Regolatorju tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta “Aceite de l’Empordà”/“Oli de l’Empordà” huwa magħmul mill-produtturi u l-proċessuri kollha taż-żejt kopert bid-DOP, u bħala tali, għandu interess leġittimu fit-tressiq tal-applikazzjoni għal emenda.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn (rekwiżiti leġiżlattivi)

4.   Tip ta’ emenda

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irregistrata li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irregistrata li d-Dokument Uniku tagħha (jew ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat u li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri.

5.   Emendi

Deskrizzjoni tal-prodott

L-applikazzjoni għal emenda titlob it-tneħħija ta’ parametru analitiku (il-kontenut ta’ polifenoli totali) mid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiko-kimiċi taż-żjut koperti mid-DOP “Aceite de l’Empordà”/“Oli de l’Empordà”. Din l-emenda ma tolqot bl-ebda mod il-kwalità jew il-karatteristiċi taż-żjut.

Fid-dawl ta’ din l-emenda, saru t-tibdiliet li ġejjin fit-test:

“Deskrizzjoni tal-prodott” (it-taqsima 3.2 tad-Dokument Uniku u B3 tal-Ispeċifikazzjoni).

Fit-tabella tal-karatteristiċi fiżiko-kimiċi, tħassret ir-ringiela bil-parametru “Polifenoli totali (ppm)”. Barra minn hekk, fid-deskrizzjoni tat-tabella fid-Dokument Uniku, il-kliem “kompożizzjoni kimika” ġie ssostitwit bil-kliem “karatteristiċi fiżiko-kimiċi”, għall-konsistenza mat-test tal-Ispeċifikazzjoni.

Il-paragrafu li ġej: “Dawn huma żjut straverġni, li għandhom livelli ta’ stabbiltà għolja (il-valur medju ta’ Rancimat f’120 °C huwa ugwali għal 9 sigħat u ma jista’ qatt ikun ta’ inqas minn 6 sigħat) minħabba l-kwantità kbira ta’ antiossidanti, b’livelli ta’ polifenoli ta’ aktar minn 300 ppm.” ġie ssostitwit bil-paragrafu li ġej: “Dawn huma żjut straverġni, li għandhom stabbiltà għolja (il-valur medju ta’ Rancimat f’120 °C huwa ugwali għal 9 sigħat u ma jista’ qatt ikun inqas minn 6 sigħat) minħabba l-kwantità kbira ta’ antiossidanti (l-iktar il-polifenoli).”

Sar l-istess tibdil fil-kliem fit-taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku, “Speċifiċità tal-prodott”, fejn il-kliem “Stabbiltà għolja. Dawn huma żjut li għandhom stabbiltà għolja ħafna minħabba l-kwantità kbira ta’ antiossidanti li fihom ([polifenoli] > 300 ppm).” ġie ssostitwit bil-kliem “Stabbiltà għolja. Dawn huma żjut li għandhom stabbiltà għolja ħafna minħabba l-kwantità kbira ta’ antiossidanti li fihom (l-iktar il-polifenoli).”

Din l-emenda fil-parametri fiżiko-kimiċi qiegħda ssir bi qbil mal-istudju “Kunsiderazzjonijiet tekniċi dwar is-sostituzzjoni tal-parametru tal-polifenoli totali bil-parametru ta’ stabbiltà Rancimat fil-każ tad-DOP Oli de l’Empordà”, maħruġ mill-IRTA (Istitut ta’ Riċerka u Teknoloġija Agroalimentari) fl-10 ta’ Ġunju 2016. Dan l-istudju jikkonkludi li t-tħassir tal-parametru tal-“kontenut ta’ polifenoli totali taż-żejt” huwa ġġustifikat fid-dawl tal-korrelazzjoni mill-qrib tiegħu mal-istabbiltà Rancimat, parametru li diġà huwa inkluż fl-Ispeċifikazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kontenut tal-polifenoli totali hija żejda, billi l-parametru tal-istabbiltà joffri informazzjoni aktar prattika lill-konsumatur (jiġifieri, iż-żmien li ż-żejt jista’ jinħażen, u t-tul ta’ żmien li fih il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott jibqgħu tajbin wara x-xiri tiegħu).

Oħrajn: Rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali

Tħassret mill-Ispeċifikazzjoni t-taqsima dwar ir-rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali, billi mhijiex meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

DOKUMENT UNIKU

“OLI DE L’EMPORDÀ”/“ACEITE DE L’EMPORDÀ”

Nru tal-UE: PDO-ES-01161-AM01 – 9.5.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Oli de l’Empordà”/“Aceite de l’Empordà”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5 - Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut eċċ.).

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Żejt taż-żebbuġa straverġni, miksub mill-varjetajiet ta’ żebbuġ “Argudell”, “Curivell”, “Llei de Cadaqués” u “Arbequina”, magħmul permezz ta’ proċeduri mekkaniċi jew trattamenti fiżiċi oħrajn li ma jikkawżawx bidliet fiż-żejt u jżomm it-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi tal-frotta li huwa magħmul minnha.

Iż-żejt ta’ din id-DOP isir b’żebbuġ li ġej minn imsaġar taż-żebbuġ irreġistrati tal-varjetajiet indiġeni “Argudell”, “Curivell” u “Llei de Cadaqués”, u tal-varjetà tradizzjonali “Arbequina”. Il-varjetà “Argudell”, li hija preżenti fiż-żejt b’ammont ta’ mill-inqas 51 % tal-kompożizzjoni tal-varjetajiet, u l-varjetà “Arbequina”, huma kkunsidrati bħala l-varjetajiet ewlenin; flimkien dawn jammontaw għal aktar minn 95 % tal-kompożizzjoni ta’ dan iż-żejt.

Meta żebbuġ ta’ varjetajiet differenti jiġi mħallat fil-produzzjoni taż-żejt, il-kompożizzjoni tal-varjetajiet tiġi ddeterminata fuq il-bażi tar-rendiment f’żejt tal-varjetajiet differenti ta’ żebbuġ li huma inklużi f’din it-taħlita.

Iż-żjut għandhom il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi li ġejjin:

Aċidi xaħmin:

Aċidu olejku (%)

67,0 (b’valuri minimi u massimi bejn 60 u 75)

Aċidu linolejku (%)

13,0 (b’valuri minimi u massimi bejn 8 u 18)

Aċidu palmitiku (%)

14,0 (b’valuri minimi u massimi bejn 11 u 18)

Stabbiltà (valur Rancimat f’120 °C)

Valur medju 9 sigħat, iżda qatt inqas minn 6 sigħat

Iż-żjut għandhom il-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin:

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal aħdar ftit jew wisq skur.

Attributi

Valur (fi kliem)

Medjan u limiti

Difetti

Ebda difett

0

Aroma ta’ frott aħdar

Intensità medja jew medjament intensa, tat-tip “aħdar”

5,0 (b’valuri minimi u massimi bejn 4 u 7), b’aktar minn nofs id-dewwieqa jipperċepixxu t-togħma “ħadra” fit-“tip ta’ frott”

Imrar

Intensità medja

4,0 (b’valuri minimi u massimi bejn 3 u 6)

Pikkanti

Intensità medja

4,0 (b’valuri minimi u massimi bejn 3 u 6)

Bilanċ

Ibbilanċjat

Differenza bejn l-aroma tal-frott u [l-imrar jew il-pikkanti] < 2,0

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 (2), il-profil sensorjali taż-żjut tad-DOP “Oli de l’Empordà” jew “Aceite de L’Empordà” huwa dan li ġej: żjut ibbilanċjati b’togħma ta’ frott aħjar ta’ intensità medja. Iħallu togħma morra u pikkanti ta’ tip medju minħabba l-kontenut għoli ta’ polifenoli; l-aġġettivi “medju”, “ibbilanċjat” u “aħdar” għandhom ekwivalenti numeriku, stabbilit mir-Regolament imsemmi.

Il-profil sensorjali ta’ dawn iż-żjut fuq il-bażi ta’ deskritturi sekondarji oħrajn tat-tip aromatiku (COI/T.20) huwa dan li ġej: “Żjut b’aromi li normalment ifakkru fil-ħaxix li jkun għadu kemm inqata’ u/jew fil-ġewż; jista’ jkun hemm ukoll aromi ta’ frott eżotiku, ta’ frott aħdar jew ta’ qaqoċċ, kif ukoll togħma aħħarija simili għal-lewż.”

Dawn huma żjut straverġni, li għandhom stabbiltà għolja (il-valur medju ta’ Rancimat f’120 °C huwa ugwali għal 9 sigħat u ma jista’ qatt ikun inqas minn 6 sigħat) minħabba l-kwantità kbira ta’ antiossidanti (l-iktar il-polifenoli).

Il-karatteristiċi msemmijin taż-żjut bid-DOP “Oli d’Empordà” huma marbuta direttament mal-predominanza tal-varjetà ewlenija, l-“Argudell”. Fil-fatt, din il-varjetà tipproduċi żjut b’aroma ta’ frott aħdar, bi ħjiel ta’ ħaxix u qaqoċċ, li jħallu togħma morra u pikkanti; dawn l-attributi jibqgħu fit-taħlitiet li fihom l-“Arbequina”, li għandha aromi aktar newtri u hija ħafna inqas morra u pikkanti, tant li l-profil sensorjali xorta jibqa’ dak tal-varjetà “Argudell”, li huwa aktar evidenti aktar kemm tkun għolja l-konċentrazzjoni fit-taħlita naturali li tirriżulta.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima użata biex isir iż-żejt taż-żebbuġa “Aceite de l’Empordà” tikkonsisti minn żebbuġ tal-varjetajiet Argudell, Arbequina, Curivell u Llei de Cadaqués, li jiġu kkultivati fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni taż-żebbuġ u l-preparazzjoni tal-prodott isiru esklussivament fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-imballaġġ taż-żejt taż-żebbuġa jista’ jsir ġewwa jew barra ż-żona ġeografika ddefinita sakemm ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ traċċabbiltà affidabbli, u sakemm iż-żejt taż-żebbuġa jiġi ttikkettat b’mod xieraq.

Għall-bejgħ bl-imnut, iż-żejt għandu jiġi ppakkjat f’kontenituri ta’ kapaċità massima ta’ 5 litri, tal-ħġieġ, tal-metall b’kisja għall-użu alimentari, tal-PET, taċ-ċeramika vitrifikata jew f’kontenituri oħrajn awtorizzati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Apparti l-informazzjoni stipulata mill-leġiżlazzjoni fis-seħħ, fuq l-imballaġġ, b’mod obbligatorju, għandu jidher l-isem tad-denominazzjoni “Oli de l’Empordà” (bil-Katalan) jew “Aceite de L’Empordà” (bl-Ispanjol), flimkien mal-kliem “Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona protetta tinkludi t-territorji tat-tmienja u sittin muniċipalità tal-comarca Alt Empordà, u tas-sitta u tletin muniċipalità tal-comarca Baix Empordà, ħames muniċipalitajiet kontigwi tal-comarcas tal-Gironès (Viladasens, Sant Jordi Desvalls, Flaçà, Madremanya u Llagostera), u tliet muniċipalitajiet tal-Pla de l’Estany (Crespià, Esponellà u Vilademuls). Dawn il-muniċipalitajiet kollha huma parti mill-provinċja ta’ Girona, u jinsabu fit-Tramuntana nett tal-Komunità Awtonoma tal-Katalonja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-ħamrija u l-klima taż-żona ġeografika ddefinita huma determinati minn tliet fatturi essenzjali:

Ħamrija: il-maġġoranza hija fqira, ħafifa, b’pH aċidu jew newtrali

Temperatura: moderata taħt l-effett regolatur tal-baħar

Riħ: mit-Tramuntana, tipiku taż-żona, magħruf bħala “la tramontana”

Iż-żona ta’ kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ fir-reġjun tal-Empordà hija kkonċentrata fiż-żoni b’ħamrija fqira, jiġifieri fl-għoljiet marġinali u fil-pjanura baxxa taħt il-ktajjen minuri tal-Pirenej (Serra de l’Albera u Serra de Rodes) fit-Tramuntana, u taħt il-ktajjen tal-Montgrí u tas-Sierra de Les Gabarres fin-Nofsinhar. Il-ħamrija hija ġeneralment ħafifa, aċiduża jew newtrali, u hija magħmula mill-iskist, mill-blat tal-granit jew mill-gness, li huma tipiċi tal-ktajjen minuri tal-Pirenej.

Il-klima tar-reġjun ta’ L’Empordà, fiż-żona ta’ produzzjoni tas-siġar taż-żebbuġ, hija ikklassifikata minn Papadakis bħala Mediterranja Marittima, u minn Thornthwaite bħala niexfa subumda fil-kosta u subumda fl-artijiet interni.

It-temperaturi, kif ukoll il-varjazzjoni fit-tempatura matul il-jum, huma mmoderati taħt l-effett regolatur tal-baħar. Il-perjodu tas-silġ huwa minn nofs Novembru sa tmiem Marzu.

Il-preċipitazzjoni medja tvarja bejn 550 mm fiż-żona tal-kosta tat-Tramuntana u 850 mm fiż-żoni interni ħdejn il-ktajjen minuri tal-Pirenej. Dawn il-preċipitazzjonijiet jinqasmu b’mod irregolari, u huma kkonċentrati fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru.

Il-bilanċ tal-ilma juri li jkun hemm perjodu ta’ nixfa minn Ġunju sa Awwissu, tipiku taż-żoni Mediterranji.

Ir-riħ huwa ddominat minn dak tat-Tramuntana, imsejjaħ proprju “la Tramontana”.

Dan huwa riħ dejjem xott li kultant jista’ jsir vjolenti; huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkaratterizzaw il-klima ta’ L’Empordà.

Mill-banda l-oħra, il-preżenza ta’ dan ir-riħ matul ix-xhur kesħin tax-xitwa tnaqqas ir-riskju ta’ ġlata qawwija li tagħmel ħsara lill-imsaġar taż-żebbuġ, u b’hekk dan ir-riħ jippermetti lis-siġar taż-żebbuġ jgħixu f’dawn il-comarcas.

Fis-sajf ikun hemm żiffiet mix-Xlokk li jimmoderaw it-temperaturi ta’ binhar u jżommu umdità relattiva għolja matul dan il-perjodu.

Fatturi storiċi u umani

Iż-żejt taż-żebbuġa straverġni tar-reġjun ta’ L’Empordà huwa marbut direttament mal-istorja, mat-tradizzjoni u mal-kultura taż-żona koperta mid-DOP.

Skont is-sorsi storiċi u l-iskoperti arkeoloġiċi, il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa jmorru lura 2 500 sena.

Iż-żejt taż-żebbuġa dejjem kien jeżisti flimkien ma’ prodotti oħrajn tipiċi tal-Mediterran, fosthom l-inbid, prodott daqstant ieħor importanti għall-iżvilupp ekonomiku tan-nies li jgħixu fiż-żona. Il-kultivazzjonijiet isiru fuq artijiet żgħar, il-proprjetajiet huma frammentati ħafna, u perċentwal għoli ta’ żejt isir permezz tal-kooperattivi.

Hija kultivazzjoni essenzjalment soċjali, ibbażata fuq il-ħidma ta’ familji sħaħ, speċjalment meta jaslu għall-ħsad.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari taż-żona u s-sengħa li ġiet mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra wasslu għas-selezzjoni ta’ tliet varjetajiet indiġeni li huma kkultivati biss fiż-żona ġeografika ddefinita ta’ din id-DOP. Il-varjetà predominanti hija l-“Argudell”, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma l-“Curivell” u l-“Llei de Cadaqués”.

Barra minn hekk, il-varjetà “Arbequina” ilha tiġi kkultivata bħala varjetà tradizzjonali aktar minn 100 sena.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità ta’ dan iż-żejt ġejja mill-preżenza tal-varjetà indiġena “Argudell”, li tirrappreżenta aktar minn 51 % tal-kompożizzjoni tiegħu. Din il-varjetà hija speċifikament adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija partikolari taż-żona tal-Empordà, u dan jispjega l-fatt li hija l-varjetà l-aktar komuni fiż-żona, minkejja l-kompetizzjoni ta’ varjetajiet oħrajn Katalani u Franċiżi. Fil-fatt, din hija varjetà rustika ħafna, adattata għall-ħamrija fqira, u li tiflaħ għar-riħ qawwi dominanti (“la Tramontana”) billi hija b’saħħitha ħafna, għandha densità baxxa ta’ weraq fis-siġra, u għandha FRF għolja (il-kapaċità li żżomm il-frott fuq il-friegħi).

Barra minn hekk, minn perspettiva ġenetika (markaturi molekulari tad-DNA), hija varjetà differenti ħafna mill-varjetajiet Katalani l-oħra, b’koeffiċjent ta’ similarità taħt iż-0,30 (meta mqabbel ma’ valur ta’ 1 għall-ġenotipi identiċi).

Stabbiltà għolja Dawn huma żjut li għandhom stabbiltà għolja ħafna minħabba l-kwantità kbira ta’ antiossidanti li fihom (l-iktar il-polifenoli). Il-valur medju ta’ Rancimat f’120 °C huwa 9 sigħat, u ma jista’ qatt ikun inqas minn 6 sigħat.

Barra minn hekk, l-istabbiltà ta’ dawn iż-żjut hija spjegata wkoll mill-kwantità għolja ta’ aċidu olejku (67 %, b’valuri minimi u massimi ta’ bejn 60 u 75 %), ta’ aċidu linolejku (13 %, b’valuri minimi u massimi ta’ bejn 8 u 18 %) u ta’ aċidu palmitiku (14 %, b’valuri minimi u massimi ta’ bejn 11 u 18 %). Billi din hija ż-żona ta’ produzzjoni taż-żebbuġ li tinsab l-aktar fit-Tramuntana tal-Peniżola Iberika, il-produzzjoni tal-istess varjetajiet f’reġjuni oħrajn ta’ Spanja tirriżulta fi żjut li jkollhom kwantitajiet aktar baxxi ta’ aċidu olejku, kwantitajiet ogħla ta’ aċidu linolejku, u inqas stabbiltà, minħabba li dawn il-parametri jiddependu fil-parti l-kbira mil-latitudni taż-żona ta’ produzzjoni.

Togħma karatteristika (skont in-nomenklatura COI-T20 taż-żjut li jibbenefikaw minn DOP), b’aromi li normalment ifakkru fil-ħaxix li jkun għadu kemm inqata’ u/jew fil-ġewż; jista’ jkun hemm ukoll aromi ta’ frott eżotiku, ta’ frott aħdar jew ta’ qaqoċċ, kif ukoll togħma aħħarija simili għal-lewż. Il-partikolaritajiet ġeografiċi taż-żona jiffavorixxu konċentrazzjoni aromatika għolja, li tagħti l-intensità tat-togħma tal-frott taż-żebbuġa tat-tip medju, li tista’ tilħaq intensità għolja (ta’ bejn 4 u 7) f’ċerti każijiet. Mad-dewqa, il-konċentrazzjoni għolja ta’ polifenoli, meta mqabbla maż-żjut ta’ reġjuni oħra tal-Katalonja, tagħti togħma morra u pikkanti tat-tip medju (intensità ta’ bejn 3 u 6), u żżomm bilanċ tajjeb mal-intensità tal-aroma tal-frott (differenza bejn l-aroma tal-frott u l-imrar jew it-togħma pikkanti ta’ inqas minn 2), skont id-definizzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Kif issemma aktar ’il fuq, il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ f’dawn il-comarcas hija possibbli bis-saħħa tal-kombinazzjoni tal-fatturi storiċi, tat-tradizzjoni ta’ kultivazzjoni u tal-karatteristiċi tal-ambjent naturali, li flimkien wasslu għal struttura partikolari ħafna tal-varjetajiet.

Fil-fatt, is-selezzjoni tal-varjetajiet li saret mill-bniedem minn dejjem kellha l-għan li ssib kultivari adatti għall-irjieħ qawwija kif ukoll għall-ħamrija partikolarment fqira ta’ din iż-żona. Huwa b’hekk li l-“Argudell” saret il-varjetà dominanti, l-aktar waħda adattata għal dawn il-kundizzjonijiet. L-“Arbequina” wriet ukoll li adattat ruħha għall-ambjent u ppermettiet ħsad regolari, mingħajr ma tbiddel il-profil taż-żjut, minħabba l-karattru tagħha li mhuwiex dominanti ħafna, u l-użu tagħha fi proporzjonijiet żgħar.

Barra minn hekk, il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ f’din il-latitudni hija vjabbli wkoll permezz tal-effett regolatur tal-Mediterran; mingħajru, il-kesħa intensa tax-xitwa kieku tagħmel il-ħsara lis-siġar. Iż-żiffiet tal-baħar jipprovdu biżżejjed umdità għat-tinbit u għall-produzzjoni tal-frott. Mill-banda l-oħra, it-temperatura ġenerali fis-sajf tiffavorixxi l-lipoġeneżi u s-sinteżi tal-aċidi xaħmin monoinsaturati. L-irjieħ qawwija u xotti tal-ħarifa (“la tramontana”) jippermettu li jiġu evitati l-problemi sanitarji u jiffavorixxu maturazzjoni tajba, u dan jikkontribwixxi lejn il-kwalità ottimali tal-frott maħsud. Fl-aħħar nett, il-ħamrija ħafifa u aċida jew newtrali, li ġejja mill-iskist jew mill-granit u li hija predominanti fiż-żona, b’differenza miż-żoni l-oħrajn tas-siġar taż-żebbuġ li għandhom ħamrija b’ħafna tafal u ġir, tiffavorixxi l-akkumulazzjoni ta’ polifenoli fil-frott.

Dawn il-fatturi kollha jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta’ żejt li għandu kompożizzjoni u profil sensorjali speċifiċi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://gencat.cat/alimentacio/modificacion-pliego-aceite-emporda/


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1.