ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
20 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 64/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8804 — Bain Capital/Fedrigoni) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 64/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2018 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

2

2018/C 64/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2018 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

4

2018/C 64/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2018 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 64/05

Rata tal-kambju tal-euro

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 64/06

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 64/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8767 — CDPQ/Hyperion Insurance Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

2018/C 64/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8818 — Brookfield/Westinghouse) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

2018/C 64/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8827 — Apollo Management/CBR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20

2018/C 64/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8762 — ArcelorMittal/CLN/CSM) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8804 — Bain Capital/Fedrigoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 64/01)

Fil-15 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8804. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2018

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

(2018/C 64/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Lussemburgiż,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Post ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru huwa disponibbli għal-Lussemburgu fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sur Antonio DE CAROLIS.

(3)

Jenħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:

LUSSEMBURGU

Is-Sur Jean-Marie WIRTGEN

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.


20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2018

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

(2018/C 64/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra l-persuna nnominata ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rappreżentanti ta’ min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Henrik Bach MORTENSEN, sar vakanti siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem għad-Danimarka.

(3)

Jenħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM:

DANIMARKA

Is-Sur Alex HOOSHIAR

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.


20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2018

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

(2018/C 64/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Post ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru huwa disponibbli għall-Italja fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sinjura Marinella COLUCCI.

(3)

Jenħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:

ITALJA

Is-Sur Ugo MENZIANI

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Frar 2018

(2018/C 64/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2410

JPY

Yen Ġappuniż

132,24

DKK

Krona Daniża

7,4480

GBP

Lira Sterlina

0,88590

SEK

Krona Żvediża

9,9155

CHF

Frank Żvizzeru

1,1513

ISK

Krona Iżlandiża

124,70

NOK

Krona Norveġiża

9,6575

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,327

HUF

Forint Ungeriż

311,15

PLN

Zloty Pollakk

4,1460

RON

Leu Rumen

4,6613

TRY

Lira Turka

4,6575

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5676

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5592

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7075

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6820

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6295

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 323,97

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4614

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8734

HRK

Kuna Kroata

7,4385

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 818,58

MYR

Ringgit Malażjan

4,8281

PHP

Peso Filippin

65,100

RUB

Rouble Russu

70,0709

THB

Baht Tajlandiż

38,943

BRL

Real Brażiljan

4,0126

MXN

Peso Messikan

23,0128

INR

Rupi Indjan

79,7375


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/7


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka

(2018/C 64/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba tressqet fit-8 ta’ Novembru 2017 mill-European Renewable Ethanol Association (e-PURE) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-bijoetanol tal-Unjoni.

2.   Prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-bijoetanol, li kultant issir referenza għalih bħala “fjuwil tal-etanol”, żnaturat jew mhux żnaturat, esklużi prodotti b’kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) ikkalkulat skont l-istandard EN 15376, iżda inkluż alkoħol etiliku prodott minn prodotti agrikoli (kif elenkat fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsab f’taħlitiet mal-pitrolju b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) li joriġina mill-Istati Uniti, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2207 10 00, ex 2207 20 00, ex 2208 90 99, ex 2710 12 21, ex 2710 12 25, ex 2710 12 31, ex 2710 12 41, ex 2710 12 45, ex 2710 12 49, ex 2710 12 51, ex 2710 12 59, ex 2710 12 70, ex 2710 12 90, ex 3814 00 10, ex 3814 00 90, ex 3820 00 00 u ex 3824 99 92.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ attwalment huma dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 157/2013 (3).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tal-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiż ikkonċernat”) hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn il-Kanada, il-Brażil u l-Perù, fid-dawl tal-assenza attwali ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni. Fl-investigazzjoni oriġinali, il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fil-livell tal-operaturi tas-suq/tal-blenders, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq inkwistjoni. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, beħsiebha tuża l-istess metodu fir-rieżami tal-iskadenza, sakemm ma jinbidlux iċ-ċirkustanzi. Minħabba l-fatt li l-applikant ma kellux aċċess raġonevolment disponibbli għad-dejta tal-operaturi tas-suq/tal-blenders, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq id-dejta tal-produtturi, kif rifless fi stħarriġ tas-suq.

Abbażi tat-tqabbil ta’ hawn fuq, li juri l-eżistenza ta’ dumping, l-applikant jallega li hemm probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping min-naħa tal-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara

L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied għal livelli tal-prezzijiet dannużi. Dan minħabba l-livell attwali ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi, li jwaqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u anke minħabba l-eżistenza ta’ kapaċitajiet mhux użati ta’ faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerka.

L-applikant jallega li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li żieda fl-importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri s-sena kalendarja 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabilità ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

Il-produtturi esportaturi (4) u l-operaturi tas-suq/blenders (5) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi u operaturi tas-suq/blenders

Proċedura biex jintgħażlu produtturi esportaturi u operaturi tas-suq/blenders li għandhom jiġu investigati fl-Istati Uniti tal-Amerka

Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders fl-Istati Uniti tal-Amerka li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex titlesta l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkoperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi u operaturi tas-suq/blenders, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi u operaturi tas-suq/blenders.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi u operaturi tas-suq/blenders se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi u tal-operaturi tas-suq/blenders, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi u lill-operaturi tas-suq/blenders magħżula għall-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi u operaturi tas-suq/blenders, u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka.

Il-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.2.2.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (6)  (7)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wassal għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 iktar ’l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta’ żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Limited” (8). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika:

Għal kwistjonijiet rigward dumping u l-Anness I: TRADE-BIOETHANOL-R681-DUMPING@ec.europa.eu

Għal kwistjonijiet oħra: TRADE-BIOETHANOL-R681-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jinħtieġ li tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jinħtieġ li ssir bil-miktub u jinħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   Proċessar ta’ dejta personali

Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).


(1)  ĠU C 180, 8.6.2017, p. 37.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 10).

(4)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(5)  Operatur tas-suq/blender huwa kumpanija li hija relatata jew le mal-produtturi tal-bijoetanol u li takkwista l-bijoetanol minn firxa ta’ sorsi u tħallat dwak il-prodotti fil-prodott li qed jiġi rieżaminat għal skopijiet domestiċi u/jew ta’ esportazzjoni.

(6)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi u mal-operaturi tas-suq/blenders. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi u mal-operaturi tas-suq/blenders jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi u l-operaturi tas-suq/blenders. B’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558), żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformita mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1), “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali.

(7)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(8)  Dokument “Limited” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8767 — CDPQ/Hyperion Insurance Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 64/07)

1.

Fit-12 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada),

Hyperion Insurance Group Limited (“Hyperion”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata mill-General Atlantic Hawthorn BV (“GA”, in-Netherlands), parti mill-General Atlantic Group (“GA Group”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u ċerti persuni fiżiċi.

CDPQ, flimkien ma’ GA u ċerti persuni fiżiċi, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Hyperion kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CDPQ: investitur istituzzjonali fit-tul li tiġġestixxi l-fondi għall-pensjonijiet pubbliċi u privati kif ukoll fondi tal-assikurazzjoni, attiva madwar id-dinja kollha,

—   Hyperion: intermedjarji tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni, u aġenzija tas-sottoskrizzjoni, attiva madwar id-dinja kollha,

—   GA: kumpanija azzjonarja tal-investiment, parti mill-GA Group, ditta ta’ ekwità privata attiva madwar id-dinja kollha.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8767 — CDPQ/Hyperion Insurance Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8818 — Brookfield/Westinghouse)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 64/08)

1.

Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Brookfield WEC Holdings Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika), finalment ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

Westinghouse Electric UK Holdings Limited (ir-Renju Unit) u TSB Nuclear Energy Services Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika).

Brookfield, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Westinghouse Electric UK Holdings Limited u ta’ TSB Nuclear Energy Services Inc. kollha kemm huma (flimkien, “Westinghouse”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Westinghouse hija kumpanija tat-teknoloġija nukleari li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi li jkopru ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja ta’ impjanti tal-enerġija nukleari.

Brookfield hija maniġer tal-assi, b’enfasi fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8818 — Brookfield/Westinghouse

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8827 — Apollo Management/CBR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 64/09)

1.

Fit-13 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Apollo Capital Management, LP (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

CBR Fashion Holding GmbH (“CBR”, il-Ġermanja)

Apolli takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CBR kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Apollo: il-ġestjoni ta’ diversi fondi ta’ investiment li jinvesti mad-dinja kollha f’kumpaniji u f’dejn maħruġ minn kumpaniji f’diversi negozji bħall-industriji tal-kimika, tal-kruċjieri, sptarijiet, is-sigurtà, is-servizzi finanzjarji u l-ippakkjar tal-ħġieġ;

—   CBR: id-disinn, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ lbies tan-nisa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8827 — Apollo Management/CBR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8762 — ArcelorMittal/CLN/CSM)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 64/10)

1.

Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ArcelorMittal SA (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu),

CLN — Coils Lamiere Nastri SpA (“CLN”, l-Italja),

Industeel Belgium SA (“Industeel”, il-Belġju), ikkontrollata minn ArcelorMittal,

ArcelorMittal CLN Distribuzione Italia srl (“AMCLN”, l-Italja), ikkontrollata minn ArcelorMittal u CLN, u

Centro Servizi Metalli SpA (“CSM”, l-Italja).

ArcelorMittal u CLN jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ CSM kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża ArcelorMittal: il-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti lesti u parzjalment lesti tal-azzar, inklużi prodotti ċatti tal-azzar bil-faħam u prodotti twal tal-azzar bil-faħam u l-provvista ta’ prodotti tal-azzar ta’ kwalità fis-swieq kbar dinjija tal-azzar inklużi dawk tal-karozzi, tal-kostruzzjoni, tal-apparati domestiċi u tal-imballaġġ,

—   l-impriża CLN: id-distribuzzjoni permezz ta’ ċentri ta’ servizzi tal-azzar; il-produzzjoni tar-roti tal-azzar għall-karozzi, muturi, vetturi kummerċjali u industrijali u l-produzzjoni ta’ komponenti ppressati għall-karozzi u l-vetturi kummerċjali,

—   l-impriża CSM: id-distribuzzjoni tal-azzar li ma jsaddadx permezz ta’ ċentri tal-oxycutting.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8762 — ArcelorMittal/CLN/CSM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.