|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2018/C 63/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 063/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Eurallumina SpA vs Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-323/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Intervent - Appell inċidentali - Ammissibbiltà - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ legliatà u tal-effett utli tal-atti tal-istituzzjonijiet - Prinċipju lex specialis derogat legi generali - Natura selettiva tal-miżura - Għajnuna eżistenti jew ġdida - Regolament (KE) Nruo659/1999 - Artikolu 1(b)(ii) - Prinċipju ta’ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2018/C 063/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Eurallumina SpA (rappreżentanti: L. Martin Alegi, L. Philippou u A. Stratakis, Solicitors)
Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u R. Coesme, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Grasso, avvocato dello Stato), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. Khan, aġenti)
Dispożittiv
|
1. |
L-appell prinċipali u l-appel inċidentali huma miċħuda. |
|
2. |
Eurallumina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali. |
|
3. |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali. |
|
4. |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 – L-Irlanda vs Aughinish Alumina Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-369/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Għajnuna eżistenti jew ġdida - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b)(i) u (iv) u Artikolu 1(d) - Preskrizzjoni - Artikolu 15 - Prinċipju ta’ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))
(2018/C 063/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, L. Williams u A. Joyce, aġenti, P. McGarry, SC)
Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: R. Coesme u D. Colas, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Aughinish Alumina Ltd (rappreżentanti: C. Little u C. Waterson, Solicitors), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. Khan, aġenti)
Dispożittiv
|
1. |
L-appell huwa miċħud. |
|
2. |
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
3. |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Aughinish Alumina Ltd vs L-Irlanda, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-373/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Għajnuna eżistenti jew ġdida - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b)(i) - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2018/C 063/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Aughinish Alumina Ltd (rappreżentanti: C. Little u C. Waterson, Solicitors)
Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: R. Coesme u D. Colas, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Irlanda, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. Khan, aġenti)
Dispożittiv
|
1. |
L-appell huwa miċħud. |
|
2. |
Aughinish Alumina Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
3. |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/4 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Antwerpen) – il-Belġju – Woonhaven Antwerpen vs Khalid Berkani, Asmae Hajji
(Kawża C-446/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Klawżoli inġusti - Kuntratt ta’ kiri konkluż bejn kumpannija ta’ akkomodazzjoni soċjali rrikonoxxuta u kerrej - Kuntratt standard ta’ kiri li sar vinkolanti permezz ta’ att leġiżlattiv nazzjonali - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ din id-direttiva))
(2018/C 063/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Vredegerecht te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Woonhaven Antwerpen
Konvenuti: Khalid Berkani, Asmae Hajji
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għall-kundizzjonijiet li jinsabu stabbiliti fil-kuntratt ta’ kiri soċjali konkluż bejn kumpannija ta’ akkomodazzjoni soċjali rrikonoxxuta u kerrej, li huma ddeterminati minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 11 tal-kuntratt standard ta’ kiri anness mal-Besluit van de Vlaamse Regering tot reglementering van het sociale huurstelsel ter uitvoering van titel VII van de Vlaamse Wooncode (Digriet tal-Gvern tal-Vlaanderen li jirregola l-iskema tal-kiri soċjali u jimplementa t-Titolu VII tal-Kodiċi tal-Vlaanderen tal-Akkomodazzjoni), tat-12 ta’ Ottubru 2007.
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2017 – Eurowings GmbH vs Klaus Rövekamp, Christiane Rupp
(Kawża C-615/17)
(2018/C 063/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurowings GmbH
Konvenuti: Klaus Rövekamp, Christiane Rupp
Domanda preliminari
Jeżisti wkoll dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (1) meta, minħabba dewmien relattivament minimu fil-wasla, passiġġier ma jirnexxilux jaqbad titjira ta’ korrispondenza diretta u meta dan ikollu bħala konsegwenza dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fid-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet ikunu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-riżervazzjoni tkun ġiet ikkonfermata minn organizzatur tal-vjaġġi li jkun għaqqad it-titjiriet għall-klijent tiegħu?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Novembru 2017 – SF vs Inspecteur van de Belastingdienst
(Kawża C-631/17)
(2018/C 063/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SF
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst
Domanda preliminari
Il-leġiżlazzjoni ta’ liema Stat Membru għandha tapplika skont ir-Regolament Nru 883/2004 (1) f’sitwazzjoni fejn il-parti kkonċernata (a) tirrisjedi fil-Latvija, (b) hija ta’ nazzjonalità Latvjana, (ċ) hija impjegata minn persuna stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, (d) taħdem bħala baħrija, (e) taħdem fuq bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Baħamas, u (f) twettaq dawn l-attivitajiet barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea?
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Novembru 2017 – E. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-635/17)
(2018/C 063/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E.
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 3(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/86/KE (1) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan (C-583/10, EU:C:2012:638), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari tal-qrati Olandiżi dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva f’kawża li tikkonċerna d-dritt ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja jekk, fid-dritt Olandiż, din id-direttiva ġiet iddikjarata direttament u inkundizzjonalment applikabbli għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja? (ara d-deċiżjoni tar-rinviju tal-Afdeling bestuursrechtspraak van de Raad van State (it-Taqsima tal-Kontenzjuż Amministrattiv tal-Kunsill tal-Istat) tal-21 ta’ Ġunju 2017, NL:RVS:2017:1609, irreġistrata fil-Qorti tal-Ġustizzja bin-numru tal-kawża C-380/17); |
|
2) |
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja mressqa minn refuġjat, unikament minħabba li ma jipprovdix, fil-kuntest tal-applikazzjoni tiegħu, dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja, jew l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja mressqa minn refuġjat immotivata unikament minħabba l-assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja ħlief jekk ir-refuġjat ikun ta spjegazzjoni plawsibbli għall-fatt li ma pprovdiex dawn id-dokumenti ta’ sostenn u għall-affermazzjoni tiegħu li għadu ma jistax jipproduċihom? |
(1) Direttiva tal-Kunsilll tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fl-14 ta’ Novembru 2017 – Germanwings GmbH vs Emina Pedić
(Kawża C-636/17)
(2018/C 063/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Korneuburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germanwings GmbH
Konvenuta: Emina Pedić
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 261/2004”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ ċirkustanzi straordinarji, “il-miżuri raġonevoli kollha” li għandhom jittieħdu mit-trasportatur tal-ajru li jopera sabiex ma jkunx obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom sempliċement ikunu intiżi sabiex jiġu evitati ċ-“ċirkustanzi straordinarji” (f’dan il-każ, l-għoti ta’ “Air-Traffic-Control-Slot” ġdid (iktar tard) mill-Awtorità ta’ Kontroll taċ-Ċirkulazzjoni tal-Ajru EUROCONTROL); jew it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu wkoll jieħu miżuri raġonevoli sabiex jevita l-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil bħala tali? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta għall-ewwel domanda fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jieħu miżuri raġonevoli intiżi sabiex jiġi evitat dewmien twil, bħala tali, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex ma jkunx obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, meta t-trasport tal-passiġġieri jkun qiegħed isir fil-kuntest ta’ rotta tal-ajru komposta minn żewġ titjiriet (jew iktar), it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu sempliċement jieħu miżuri raġonevoli intiżi sabiex jevita d-dewmien tat-titjira li huwa stess għandu jopera u li hija suġġetta għall-possibbiltà ta’ dewmien; jew għandu wkoll jieħu miżuri raġonevoli sabiex jevita li passiġġier partikolari jkun suġġett għal dewmien twil sa meta jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu (pereżempju, billi jivverifika jekk huwiex possibbli li jibdel ir-reżervazzjoni tal-passiġġier sabiex jivvjaġġa permezz ta’ titjira oħra)? |
|
3) |
L-Artikoli 5, 6, 7 u 8 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li sabiex ma jkunx obbligat iħallas kumpens f’każ ta’ dewmien twil sa meta tintlaħaq id-destinazzjoni finali, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jsostni u juri li huwa adotta miżuri raġonevoli sabiex jibdel ir-reżervazzjoni tal-passiġġier sabiex jivvjaġġa permezz ta’ titjira oħra li preżumibbilment tippermettilu jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu mingħajr dewmien twil? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-1 ta’ Diċembru 2017 – Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola Pohjois-Savo – Kainuu ry
(Kawża C-674/17)
(2018/C 063/10)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola Pohjois-Savo – Kainuu ry
Konvenuti: Suomen riistakeskus, Risto Mustonen, Kai Ruhanen
Domandi preliminari
|
1) |
Huwa possibbli li jingħataw, skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 16(1)(e) tad-Direttiva Habitats (1), abbażi ta’ talbiet minn kaċċaturi individwali, derogi għal liċenzji restrittivi reġjonali għal kaċċa hekk imsejħa “għal skop ta’ ġestjoni tal-popolazzjoni”?
|
|
2) |
Huwa possibbli li jiġi stabbilit l-għoti ta’ derogi għal liċenzji għall-kaċċa għal skop ta’ ġestjoni tal-popolazzjoni fis-sens tal-ewwel domanda, peress li ma teżistix soluzzjoni sodisfaċenti oħra fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva Habitats għall-prevenzjoni tal-kaċċa fil-proprjetà ta’ ħaddieħor?
|
|
3) |
Kif għandu jiġi evalwat ir-rekwiżit stabbilit fil-Artikolu 16(1) tad-Direttiva Habitats li jikkonċerna l-istat ta’ konservazzjoni ta’ popolazzjonijiet tal-ispeċi, meta jingħataw derogi għal liċenzji restrittivi reġjonali?
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 2, p. 102).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Ploieşti (ir-Rumanija) fl-1 ta’ Diċembru 2017 – Oana Mădălina Călin vs Direcţia Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Dâmboviţa, Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice, Administraţia Fondului pentru Mediu
(Kawża C-676/17)
(2018/C 063/11)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Ploieşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oana Mădălina Călin
Konvenuti: Direcţia Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Dâmboviţa, Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice, Administraţia Fondului pentru Mediu
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(3) TUE, li jirrigwarda l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, l-Artikoli 17, 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 110 TFUE, il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 21(2) tal-Liġi Nru 554/2004 dwar il-Kontenzjuż Amministrattiv, kif interpretata fis-sentenza Nru 45/2016 tal-Înalta Curte de Casație și Justiție (ICCJ) – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi), li tipprevedi li t-terminu għat-tressiq ta’ talba għal reviżjoni bbażata fuq l-Artikolu 21(2) tal-Liġi Nru 554/2004 huwa ta’ xahar u jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni ġudizzjarja definittiva li tagħha tkun qiegħda tintalab ir-reviżjoni?
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Diċembru 2017 – Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam vs Minister van Buitenlandse Zaken
(Kawża C-680/17)
(2018/C 063/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam
Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi (1) jipprekludi li, inkwantu parti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-ażil tal-applikanti, persuna ta’ riferiment ikollha f’isimha stess possibbiltà ta’ kontestazzjoni u ta’ appell kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ din il-viża? |
|
2) |
Ir-rappreżentanza, hekk kif irregolata fl-Artikolu 8(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, għandha tinftiehem fis-sens li r-responsabbiltà hija oneru (ukoll) tal-Istat irrappreżentat jew fis-sens li r-responsabbiltà hija għalkollox ittrasferita lill-Istat rappreżentant, b’mod li l-Istat irrappreżentat ma huwiex huwa stess iktar kompetenti? |
|
3) |
Fil-każ fejn l-Artikolu 8(4) initio u (d) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jippermetti ż-żewġ tipi ta’ rappreżentanza msemmija fit-tieni domanda preliminari, liema huwa l-Istat Membru li għandu jitqies bħala l-Istat Membru li ħa d-deċiżjoni finali fis-sens tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi? |
|
4) |
Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) u tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li tipprovdi li l-applikanti għal viżi jistgħu unikament jippreżentaw l-appell kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjonijiet tagħhom quddiem korp amministrattiv jew ġudizzjarju tal-Istat Membru rappreżentant u mhux fl-Istat Membru irrappreżentat li fir-rigward tiegħu saret applikazzjoni għall-viża, hija konformi mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta? Għal risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li r-rimedju ġudizzjarju żgurat jiggarantixxi li l-applikant għandu dritt għal smigħ, li għandu dritt li jippreżenta r-rikors f’lingwa ta’ wieħed mill-Istati Membri, li l-ammont tal-ispejjeż amministrattivi u dawk legali għal proċeduri ta’ appell u ta’ kontestazzjoni ma jkunux sproporzjonalment għolja għall-applikant u li teżisti possibbiltà ta’ għoti ta’ għajnuna legali? Għal risposta għal din id-domanda, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istat Membru għandu fil-qasam ta’ viża, hija rilevanti l-kwistjoni dwar jekk qorti Svizzera għandhiex għarfien suffiċjenti tas-sitwazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi sabiex tkun tista’ tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja effettiva? |
(1) Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU 2009, L 243, p. 1).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Pillar Securitisation Sàrl vs Hildur Arnadottir
(Kawża C-694/17)
(2018/C 063/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pillar Securitisation Sàrl
Konvenuta: Hildur Arnadottir
Domanda preliminari
Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu li, fid-dawl tal-ammont totali tal-kreditu, ma huwiex kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), persuna tista’ titqies bħala “konsumatur” fis-sens tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva għal oqsma li ma humiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, peress li l-kuntratt ġie konkluż għal użu li jista’ jitqies bħala estranju għall-attività professjonali tagħha?
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/10 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2018 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-6/18, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-6/18 P)
(2018/C 063/14)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, I. Pachi u A. Vasilopoulou)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti Ġenerali tilqa’ l-appell tagħha, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-26/16, sa fejn din ċaħdet ir-rikors tagħha, li tilqa’ r-rikors tar-Repubblika Ellenika tat-22 ta’ Jannar 2016, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2015/2098 tat-13 ta’ Novembru 2015 (1), sa fejn dik id-deċiżjoni imponiet fuq ir-Repubblika Ellenika, bħala riżultat tal-investigazzjonijiet IR/2009/004/GR u IR/2009/0017/GR, korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u f’daqqa, għal dewmien fil-proċeduri ta’ rkupru, għan-nuqqas li tipprovdi informazzjoni u, b’md ġenerali, għal nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ ġestjoni tad-dejn, għal ammont totali ta’ EUR 11 534 827,97, u li tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
L-ewwel aggravju, dwar il-parti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fejn din tal-aħħar imponiet fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa, jikkonċerna żball ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament 1290/2005 (2), żball ta’ liġi dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida fid-dokument tal-Kummissjoni 5330/1997 għall-impożizzjoni ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 32(4) tar-Regolament 1290/2005, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, u motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata.
It-tieni aggravju, dwar il-parti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fejn din tal-aħħar imponiet korrezzjoni ta’ darba, hija bbażata fuq żball ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni, fis-sentenza appellata, tal-Artikoli 32(4) u 49 tar-Regolament Nru 1290/2005, ksur tal-prinċipji tan-nuqqas ta’ retroattività tal-liġijiet u taċ-ċertezza legali, kif ukoll raġunament kontradittorju u insuffiċjenti fis-sentenza msemmija iktar 'il fuq.
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098 tat-13 ta’ Novembru 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 7716) (ĠU 205, L 303, p. 35).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).
Il-Qorti Ġenerali
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/12 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT ORIGINAL Super Slims)
(Kawża T-292/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Skadenza tat-trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea GOLD MOUNT - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 063/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. FZE, li kienet Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez u I. Valdelomar Serrano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hussey, solicitor u B. Brandreth, barrister)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 (Każ R 2492/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kaane American International Tobacco u Global Tobacco.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/12 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT)
(Kawża T-293/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti GOLD MOUNT - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 063/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. FZE, li kienet Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez u I. Valdelomar Serrano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hussey, solicitor u B. Brandreth, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 (Każ R 2699/2014-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaane American International Tobacco u Global Tobacco.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Национальный Продукт)
(Kawża T-246/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Национальный Продукт - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 177(1)(d) u (e) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta”))
(2018/C 063/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 (Każ R 1017/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Национальный Продукт bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
2) |
Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/13 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Medora Therapeutics vs EUIPO – Biohealth Italia (LITHOREN)
(Kawża T-776/17)
(2018/C 063/18)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Medora Therapeutics LTD (Halandri, il-Greċja) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Biohealth Italia Srl (Rivoli, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni – trade mark tal-Unjoni Nru 12 744 901
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 178/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/14 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Moreira vs EUIPO – Da Silva Santos Júnior (NEYMAR)
(Kawża T-795/17)
(2018/C 063/19)
Lingwa tar-rikors: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Moreira (Guimarães, il-Portugall) (rappreżentant: T. Soares Faria, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Neymar Da Silva Santos Júnior (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali “NEYMAR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 432 044
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 80/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara validita, skont l-Artikolu 52(1)(b) u l-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, it-trade mark “NEYMAR” Nru 00000 proprjetà ta’ Carlos Morreira, għall-prodotti u servizzi kollha li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/15 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta Diċembru 2017 — Správa železniční dopravní cesty vs Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
(Kawża T-815/17)
(2018/C 063/20)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Správa železniční dopravní cesty, státní organizace (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Korbel, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2014) 8572, referenza INEA/ASI/MZ apr Ares(2017), tal-11 ta’ Ottubru 2017. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tar-rabta bejn il-kuntratti pubbliċi “Analiżi mill-aspett tal-inġenerija u tal-ambjent tal-linja ferrovjarja ġdida Losovice-Dresden fit-territorju tar-Repubblika Ċeka”, “Evalwazzjoni tal-proġett tal-linja ferrovjarja ġdida Praga-Dresden fit-territorju tar-Repubblika Ċeka” u l-“Linja ġdida Litoměřice-Ústí nad Labem – il-fruntiera Ġermaniża”. Skont id-deċiżjoni kkontestata, dawn il-kuntratti pubbliċi huma strettament marbuta flimkien u kellhom ikunu s-suġġett ta’ sejħa għall-offerti unika peress li jaqbżu l-limitu. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni legali żbaljata tal-każ; is-suġġett ta’ dawn il-kuntratti pubbliċi huwa distint wieħed mill-ieħor u l-implementazzjoni tagħhom kienet tinħtieġ kwalifiki professjonali differenti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza fid-deċiżjoni kkontestata ta’ raġunijiet konkreti biżżejjed dwar ir-rabta bejn il-kuntratti pubbliċi, u b’mod partikolari
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni dwar għajnuna finanzjarja li r-rikorrenti kellha tikkonforma ruħha magħha, tindika b’mod ċar, fil-paġna 13, li “fil-każ tal-benefiċjarju Ċek, huma previsti tliet kuntratti: għall-attività numru 4 (l-ewwel parti – studju tekniku), għall-attivitajiet numri 2, 3, 5 u 6, u għall-attivitajiet numri 1, 4 (it-tieni parti – studju ekonomiku) u 7”.
|
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/16 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Schokker vs AESA
(Kawża T-817/17)
(2018/C 063/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Boudewijn Schokker (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka erba’ motivi intiżi sabiex jiġi stabbilit li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti tal-AESA (iktar ’il quddiem l-“ASTK”) wettqet diversi nuqqasijiet amministrattivi li kkawżawlu dannu morali kunsiderevoli.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li l-ASTK għamlet lir-rikorrent offerta illegalli ta’ imjieg li huwa ma setgħax, għal din ir-raġuni, jaċċetta mingħajr kundizzjonijiet. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ASTK irrifjutat li tikkoreġi din l-offerta ta’ impjieg meta din kienet manifestament ivvizzjata b’illegalità. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-argument li jgħid li l-konsegwenza tal-irtirar għalgħarrieda tal-offerta ta’ impjieg mill-ASTK kienet l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ reklutaġġ tar-rikorrent. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ASTK injorat l-għan tal-proċedura prekontenzjuża billi sistematikament ġabet fix-xejn kull proposta sabiex it-tilwima tiġi solvuta b’mod extraġudizzjarju. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/17 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2017 – Weber-Stephen Products vs EUIPO (iGrill)
(Kawża T-822/17)
(2018/C 063/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Weber-Stephen Products LLC (Palatine, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u A. Jauch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “iGrill” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 456 726
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 579/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti legali tal-Artikoli 7(1)(b), 7 (1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/17 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – H2O Plus vs EUIPO (H 2 O+)
(Kawża T-824/17)
(2018/C 063/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: H2O Plus LLC (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “H 2 O+” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1 313 244
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 499/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/18 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2017 – Aeris Invest vs BĊE
(Kawża T-827/17)
(2018/C 063/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, C. Iglesias Megías u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjonijiet tal-BĊE LS/MD/17/405, LS/PT/17/406 u LS/MD/17/419 tas-7 ta’ Novembru 2017; u |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE u mal-Artikolu 8.3 tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ECB/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew, dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew LS/MD/17/405, LS/PT/17/406 u LS/MD/17/419 tas-7 ta’ Novembru 2017, dwar talbiet ta’ konferma ta’ aċċess għal dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjonijiet LS/MD/17/405, LS/PT/17/406 u LS/MD/17/419 jiksru l-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Deċiżjoni dwar l-Aċċess sa fejn huma jiċħdu lil din il-parti l-aċċess għal informazzjoni fuq il-bażi li d-dokumenti huma totalment jew parzjalment koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ aċċessibilità minħabba li huma dokumenti kunfidenzjali koperti bis-sigriet professjonali applikabbli għall-istituzzjonijiet. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni LS/PT/17/406 tikser it-tieni u s-sitt inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni dwar l-Aċċess sa fejn tiddikjara li l-iżvelar tal-użu ta’ ELA minn Banco Popular fil-ġranet qabel ir-riżoluzzjoni tiegħu, kif ukoll tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-likwidità u tal-proporzjon tal-kapital, jistgħu jdgħajfu b’mod speċifiku u effettiv l-effettività tal-politika monetarja u l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni LS/PT/17/406 u d-Deċiżjoni LS/MD/17/419 jiksru l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Aċċess peress li jiddikjaraw li d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba huma informazzjoni kummerċjalment sensittiva li tista’ taffettwa l-interessi kummerċjali ta’ Banco Popular u ta’ Banco Santander. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Bank Ċentrali Ewropew kiser l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea peress li ċaħad lil din il-parti l-aċċess għad-dokumenti li fuqhom dik l-istituzzjoni bbażat ruħha sabiex tiddikjara r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/19 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Quadri di Cardano vs Il-Kummisjsoni
(Kawża T-828/17)
(2018/C 063/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikkjara u tiddeċiedi,
|
— |
li d-deċiżjoni tat-28 ta’ Frar 2017 tal-PMO li tinnotifikalu l-ħlas lura tal-allowance tal-espatrijazzjoni ta’ 16 % li kienet ingħatatlu kif ukoll l-ispejjeż ta’ trasport li kien ibbenefika minnhom b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, matul il-perijodu ta’ okkupazzjoni tal-EASME u dan, mis-16 ta’ Mejju 2014 hija annullata; |
|
— |
li sa fejn ikun neċessajru, l-iskedi ta’ remunerazzjoni regolarizzati wara n-notifika tad-deċiżjoni memmija iktar 'il fuq [huma annullati]; |
|
— |
il-kundanna tal-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/19 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2017 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar)
(Kawża T-829/17)
(2018/C 063/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “(Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 681 151
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1272/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/20 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Szentes vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-830/17)
(2018/C 063/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gyula Szentes (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2017 u sa fejn ikun neċessarju l-att li jiċħad l-ilment tar-rikorrenti tad-29 ta’ Settemrbu 2017; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 6.4 tal-Anness III, li jeskudi li talbiet għal eżami mill-ġdid imressqa minħabba kontestazzjoni tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla jwasslu għal riżultat pożittiv, huwa illegali, billi jmur kontra d-dritt għal rimedju effettiv previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Id-deċiżjoni kkontestata hija illegali wkoll billi hija bbażata fuq l-imsemmija dispożizzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Id-deċiżjoni kkontestata tiċċita biss estratti ta’ ġurisprudenza u ma tikkomunikax il-lista ta’ kriterji ta’ selezzjoni stabbilita mill-Bord tal-Għażla qabel l-evalwazzjoni tal-atti tal-kandidatura. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti u żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti tikkritika f’dan is-sens il-mod kif il-Bord tal-Għażla evalwa l-informazzjoni mogħtija fl-att tal-kandidatura. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Għażla naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni r-relazzjoni reċiproka bejn il-varji taqsimiet tal-att tal-kandidatura sabiex jiddeċiedi jekk ir-rikorrenti ssodisfatx waħda mill-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni. |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/21 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – achtung! vs EUIPO (achtung!)
(Kawża T-832/17)
(2018/C 063/28)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: achtung! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. J. Seelig u D. Bischof, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “achtung!” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 297 443 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 490/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 490/2017-4); |
|
— |
temenda d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 490/2017-4) b’mod li r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 297 443 “achtung!” (verbali/figurattiva) tkun protetta għall-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura u għall-ispejjeż neċessarjament sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
Ir-rikorrenti tibbaża r-rikors tagħha fuq allegat ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament 2017/1001. Il-konvenut wettaq żball ta’ liġi meta evalwa l-karattru distintiv tat-trade mark taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 u kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/21 |
Rikors ippreżentat fl-27 ta’ Diċembru 2018 – Ryannair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-833/17)
(2018/C 063/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryannair DAC (Swords, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. G. Metaxas-Maranghidis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-Artikoli 1(2) sa 4), 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1861 (1) sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. |
|
2. |
It-tieni motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE u l-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba li naqset milli tapplika l-eżami tal-operatur ekonomiku fis-suq (iktar ’il quddiem l-“eżami OES”) u applikat minflok l-eżami Altmark għar-relazzjoni kummerċjali bejn l-ajruport ta’ Cagliari u r-rikorrenti, inklużi l-allegati pagamenti ta’ għajnuna, minkejja li dawn kienu saru fuq il-bażi ta’ kuntratti konklużi qabel l-adozzjoni tal-Liġi 10/2010. |
|
3. |
It-tielet motiv: il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi naqset milli tapplika l-eżami OES għall-ftehimiet bejn l-ajruport ta’ Cagliari u r-rikorrenti, u dan għar-raġuni li r-Reġjun ta’ Sardegna kien biss azzjonist minoritarju fl-ajruport ta’ Cagliari. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li naqset milli tidentifika lill-ajruport ta’ Cagliari bħala benefiċjarju tal-għajnuna. |
|
5. |
Il-ħames motiv: anki jekk jitqies li l-ajruport ta’ Cagliari ma kienx benefiċjarju tal-Liġi 10/2010, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE għaliex kien imissha applikat l-eżami OES għall-aġir tar-Reġjun ta’ Sardegna, u dan anki taħt il-premessa tagħha li l-ajruport ta’ Cagliari kien “struttura” passiva sabiex jingħaddu fondi tar-Reġjun. |
|
6. |
Is-sitt movi: anki jekk jitqies ukoll li l-Liġi 10/2010 tikkonċerna servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali u l-eżami OES ma japplikax, id-deċiżjoni kkontestata xorta waħda tikser l-Artikolu 107(1) TFUE għaliex ikkunsidrat, b’mod żbaljat, li l-pagamenti għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu sussidju moħbi għall-operazzjoni ta’ rotot ajrunawtiċi. |
|
7. |
Is-seba’ motiv: il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE għaliex ma stabbilixxietx in-natura selettiva tal-miżura. |
|
8. |
It-tmien motiv: anki jekk il-Qorti Ġenerali tikkonstata li kien hemm għajnuna, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE għaliex wettqet żball manifest fl-istruzzjonijiet tagħha lill-Istat Membru fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li tista’ tiġi rkuprata. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) – l-Italja – Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (ĠU 2017 L 268, p. 1).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/22 |
Rikors ippreżentat fi-29 ta’ Diċembru 2017 – Sports Group Denmark vs EUIPO – K&L (WHISTLER)
(Kawża T-836/17)
(2018/C 063/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sports Group Denmark A/S (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: E. Skovbo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: K&L GmbH & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “WHISTLER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 870 648
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 311/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/23 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/18)
(2018/C 063/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völcker u J. Ruiz Calzado, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ M.8633 – Lufthansa/Ċerti attivi ta’ Air Berlin, meħuda skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-punt 44(c) tad-deċiżjoni kkontestata, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex timponi l-possibbiltà għal Lufthansa li takkwista inġenji tal-ajru minn lokaturi esterni, li huma kienu krew preċedentement lil NIKI jew lill-kumpannija omm tagħha Air Berlin, bil-kundizzjoni li hija tqiegħed l-imsemmija inġenji tal-ajru għad-dispożizzjoni ta’ NIKI jew ta’ xerrej ieħor ta’ NIKI – jekk għal xi raġuni t-tranżazzjoni li tikkonċerna lil NIKI ma sseħħx – skont il-kundizzjonijiet tas-suq (iktar ’il quddiem il-“Kundizzjoni”), skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet (1), għar-raġuni li x-xiri ta’ inġenji tal-ajru ma jikkostitwixxix implementazzjoni parzjali tat-tranżazzjoni li tikkonċerna lil NIKI.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi Lufthansa ġiet obbligata tiffaċilita l-bejgħ ta’ NIKI lil xerrej ieħor, il-Kundizzjoni teċċedi l-portata legali tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet u għalhekk tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-kriterju mhux ċar ta’ “kundizzjonijiet tas-suq” u l-assenza ta’ garanzija proċedurali jew ta’ kull prinċipju restrittiv jaġixxu intenzjonalment kontra Lufthansa u jiskru, konsegwentement, il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali kif ukoll id-dritt għall-proprjetà ta’ Lufthansa u l-libertà tagħha ta’ intrapriża. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tan-numru ta’ inġenji tal-ajru kkonċernati.
|
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema’.
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).
(2) Fil-kuntest tal-proposta ta’ Lufthansa li takkwista l-ishma ta’ NIKI Luftfahrt GmbH (iktar ’il quddiem “NIKI”) u ta’ Luftfahrtgesellschaft Walter mbH (iktar ’il quddiem “LGW”) minn Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG (iktar ’il quddiem “Air Berlin”) (iktar ’il quddiem it-“tranżazzjoni” u, sa fejn tikkonċerna biss lil NIKI, it-“tranżazzjoni li tikkonċerna lil NIKI”).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88).
|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/24 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Wirecard vs EUIPO – AXA Banque (boon.)
(Kawża T-2/18)
(2018/C 063/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AXA Banque SA (Fontenay-sous-Bois, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “boon” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 672 562
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 706/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata AXA Banque u tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni magħmula; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u testendi din il-kundanna għal AXA Banque SA jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedura. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |