ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
17 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 62/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8549 — Groupe Lactalis/Omira) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 62/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 62/03

Aġġornament tal-karti mudell maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi diplomatiċi u l-membri tal-familja tagħhom, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 62/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8814 — Melrose/GKN) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2018/C 62/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8811 — IFM/CDPQ/Conmex) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 62/06

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda minuri skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9

2018/C 62/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal kanċellament skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8549 — Groupe Lactalis/Omira)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 62/01)

Fil-31 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8549. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Frar 2018

(2018/C 62/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2464

JPY

Yen Ġappuniż

132,34

DKK

Krona Daniża

7,4481

GBP

Lira Sterlina

0,88803

SEK

Krona Żvediża

9,9140

CHF

Frank Żvizzeru

1,1521

ISK

Krona Iżlandiża

125,20

NOK

Krona Norveġiża

9,6810

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,340

HUF

Forint Ungeriż

311,28

PLN

Zloty Pollakk

4,1597

RON

Leu Rumen

4,6625

TRY

Lira Turka

4,6784

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5695

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5587

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7479

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6853

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6336

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 327,26

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5331

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9077

HRK

Kuna Kroata

7,4380

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 848,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,8541

PHP

Peso Filippin

65,121

RUB

Rouble Russu

70,2884

THB

Baht Tajlandiż

39,000

BRL

Real Brażiljan

4,0314

MXN

Peso Messikan

23,0626

INR

Rupi Indjan

80,0440


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/3


Aġġornament tal-karti mudell maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi diplomatiċi u l-membri tal-familja tagħhom, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2018/C 62/03)

Il-pubblikazzjoni ta’ karti mudell maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta’ missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi konsulari u l-membri tal-familji tagħhom, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 238, 8.8.2012

IL-KARTI TAL-ISPEĊI MAĦRUĠA MILL-MINISTERI TAL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-ISTATI MEMBRI

Karta tal-identità diplomatika maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bir-rimarki li jmiss:

RIMARKI

SPJEGAZZJONI

D

Membri ta’ missjonijiet diplomatiċi - persunal diplomatiku

K

Membri ta’ konsulat - uffiċjali konsulari

MO/D

Membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn privileġġi u immunitajiet diplomatiċi

ATP

Membri amministrattivi u tekniċi ta’ missjonijiet diplomatiċi

KZ

Membri ta’ konsulat - impjegati konsulari

МО/ATP

Membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu mill-istess privileġġi u immunitajiet bħall-persunal amministrattiv u tekniku ta’ missjonijiet diplomatiċi

MO

Membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn privileġġi u immunitajiet skont ftehim rilevanti

SP, jew SP/K

Membri tal-persunal tas-servizz tal-missjonijiet diplomatiċi jew konsulati

SSO, jew SSO/K

Impjegati personali ta’ membri ta’ missjonijiet diplomatiċi jew konsulati

(i)

Il-karta tal-identità diplomatika inħarġet b’iskrizzjoni ta’ kulur iswed fuq il-faċċata “Diplomatický identifikační průkaz/Diplomatic Identity Card” sal-14 ta’ Awwissu 2017 b’validità massima ta’ 4 snin - fiċ-ċirkolazzjoni sa’ Awwissu 2021.

(ii)

Mill-15 ta’ Awwissu 2017 il-karta tal-identità diplomatika l-ġdida b’iskrizzjoni ta’ kulur iswed fuq il-faċċata “Identifikační průkaz/Identity Card” għaċ-ċittadini tal-UE.

Dan id-dokument huwa karta llaminata fil-fojl (105 × 74 mm). Fuq quddiem il-karta jkollha r-ritratt tad-detentur u tindika ismu/isimha, in-nazzjonalità, id-data tat-twelid, is-sess, il-funzjoni u d-data tal-iskadenza tal-karta tal-identità. Fuq in-naħa ta’ wara tagħha, id-dokument jindika li huwa dokument uffiċjali u prova tal-identità, valida biss fir-Repubblika Ċeka.

(iii)

Mill-15 ta’ Awwissu 2017, il-karta tal-identità diplomatika l-ġdida tinħareġ b’iskrizzjoni sewda fuq il-qoxra “Identifikačníprůkaz a povolení k pobytu/Karta tal-identità u permess ta’ residenza għal żmien twil” liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Dan id-dokument huwa karta llaminata fil-fojl (105 × 74 mm). Fuq quddiem il-karta jkollha r-ritratt tad-detentur u tindika ismu/isimha, in-nazzjonalità, id-data tat-twelid, is-sess, il-funzjoni u d-data tal-iskadenza tal-karta tal-identità. Fuq in-naħa ta’ wara tiegħu, id-dokument huwa dokument uffiċjali u prova tal-identità, kif ukoll prova ta’ residenza fit-tul fir-Repubblika Ċeka.

(i)

QUDDIEM

WARA

Image

Image

(ii)

QUDDIEM

WARA

Image

Image

(iii)

QUDDIEM

WARA

Image

Image

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6

 

ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11

 

ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3

 

ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12

 

ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4

 

ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4

 

ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5

 

ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13

 

ĠU C 38, 8.2.2014, p. 16

 

ĠU C 133, 1.5.2014, p. 2

 

ĠU C 360, 11.10.2014, p. 5

 

ĠU C 397, 12.11.2014, p. 6

 

ĠU C 77, 27.2.2016, p. 5

 

ĠU C 174, 14.5.2016, p. 12

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 11

 

ĠU C 279, 23.8.2017, p. 5


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8814 — Melrose/GKN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 62/04)

1.

Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Melrose Industries PLC (Melrose) (ir-Renju Unit), kumpanija pubblika kkwotata fil-Borża ta’ Londra u mhix ikkontrollata minn xi azzjonist individwali jew grupp ta’ azzjonisti.

GKN plc (GKN) (ir-Renju Unit), kumpanija pubblika kkwotata fil-Borża ta’ Londra (London Stock Exchange) u mhix ikkontrollata minn xi azzjonist individwali jew grupp ta’ azzjonisti.

Melrose takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ GKN kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-17 ta’ Jannar 2018.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Melrose: l-akkwist ta’ negozju tal-manifattura ta’ kwalità għolja b’esponiment għal swieq finali b’saħħithom u l-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni bil-għan li jsir qligħ mill-bejgħ eventwali tagħhom. Bħalissa, Melrose għandha żewġ negozji li qed jaħdmu: (i) Brush Electrical Machines li tipprovdi prodotti u servizzi għas-settur tal-enerġija; u (ii) Nortek Inc. li timmanifattura prodotti ta’ mmaniġġar tal-arja, sistemi ta’ tisħin u tkessiħ, sistemi ta’ sigurtà mingħajr fili, sistemi ta’ awtomazzjoni fid-dar u s-sistemi ta’ sikurezza personali.

—   GKN: GKN hija grupp dinji tal-inġinerija u l-attivitajiet tagħha huma ffokati fuq is-settur tal-karozzi, l-ajruspazju, sistemi tal-metallurġija tat-trab u roti u strutturi għall-vetturi mhux maħsuba għat-triq.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8814 — Melrose/GKN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8811 — IFM/CDPQ/Conmex)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 62/05)

1.

Fit-12 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

IFM Investors Pty Ltd (“IFM”, l-Awstralja),

Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada),

Concesionaria Mexiquense, SA de CV (“Conmex”, il-Messiku).

IFM u CDPQ jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Conmex kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   IFM: tiġġestixxi investimenti mad-dinja kollha bil-bażi tagħha fl-Awstralja b’assi ġestiti fl-infrastruttura, fl-ekwitajiet ikkwotati fil-borża, fil-kapital privat u fl-investimenti tad-dejn.

—   CDPQ: investitur istituzzjonali Kanadiż attiva mad-dinja kollha li tiġġestixi fondi primarjament għal pjanijiet ta’ pensjonijiet pubbliċi u parapubbliċi u pjanijiet ta’ assigurazzjoni. Hija tinvesti fi swieq finanzjarji kbar, fl-ekwità privata, fl-infrastruttura u fil-proprjetà immobbli.

—   Conmex: involuta fil-bini u t-tħaddim tal-grupp ta’ toroq b’pedaġġ li jiffurmaw il-Mexiquense Beltway (Sistema Carretero del Oriente del Estado de México, magħrufa wkoll bħala Circuito Exterior Mexiquense u Vialidad Mexiquense) fil-Messiku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulna l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8811 — IFM/CDPQ/Conmex

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/9


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda minuri skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 62/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

CABRALES

Nru tal-UE: PDO-ES-0081-AM01 — 20.10.2017

DOP ( X ) IĠP ( ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “CABRALES”

Ctra. General, s/n

33555 Carreña de Cabrales

ASTURIAS

ESPAÑA

Tel. +34 985845335

Posta elettronika: dop@quesocabrales.org

Internet: http://www.quesocabrales.org

Il-Consejo Regulador (Bord Regolatorju) huwa l-grupp li jirrappreżenta lill-operaturi, rikonoxxut uffiċjalment għall-finijiet tal-ġestjoni tad-DOP skont ir-regoli fis-seħħ (l-ORDNI tad-29 ta' Ġunju 1990 li tirratifika r-Regolament dwar id-Denominazzjoni tal-Oriġini “Cabrales” u l-Bord Regolatorju tiegħu). Is-setgħat tal-Bord Regolatorju biex jipproponi emendi għall-Ispeċifikazzjoni huma ddefiniti fl-għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: Organu ta' spezzjoni

4.   Tip ta' emenda

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emendi

1.    It-taqsima (G) “Organu ta' spezzjoni”

Test attwali

“(G)   Organu ta' spezzjoni

L-ispezzjoni tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta ‘Cabrales’ hija r-responsabbiltà tal-Bord Regolatorju, li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-produtturi u tal-proċessuri, kif ġej:

president

viċi president

żewġ membri li jirrappreżentaw is-settur tat-trobbija tal-bhejjem

sitt membri li jirrappreżentaw is-settur tal-ipproċessar artiġjanali

żewġ membri tekniċi b'għarfien espert fit-trobbija tal-bhejjem u fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib

Il-membri jiġu eletti b'mod demokratiku kull erba' snin.

Kompetenzi:

Fir-rigward tat-territorju: fiż-żona tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-maturazzjoni.

Fir-rigward tal-prodott: il-prodotti koperti bid-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta fi kwalunkwe fażi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-maturazzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni.

Fir-rigward tal-persunal: dawk imniżżlin fid-diversi reġistri.

Kompiti:

it-tħejjija u l-kontroll tad-diversi reġistri;

l-għoti ta' linji gwida, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kwalità tal-ġobon protett;

il-valutazzjoni tal-prodott;

il-promozzjoni u l-ħarsien tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta;

it-teħid ta' deċiżjonijiet rigward il-proċedura dixxiplinari f'każ ta' ksur tar-Regolament;

l-eżerċitu tar-responsabbiltà legali u l-kapaċità ġuridika sħiħa biex jidħol f'obbligi u jidher fi proċessi tal-qrati, filwaqt li jieħu azzjoni skont ir-rwol tiegħu li jirrappreżenta u jiddefendi l-interessi ġenerali tal-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta.”

Test ġdid kif emendat

“(G)   Organu ta' spezzjoni

Il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti f'din l-Ispeċifikazzjoni hija r-responsabbiltà ta':

Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida ‘Cabrales’.

Indirizz: Ctra. General, s/n 33555 Carreña de Cabrales (Asturias)

Tel. +34 985845335

Fax +34 985845130

Posta elettronika: dop@quesocabrales.org

L-ambitu tal-kontrolli

Il-Bord Regolatorju għad-DOP ‘Cabrales’ jinkorpora organu ta' spezzjoni (‘Área de Certificación’) li jaġixxi bħala korp taċ-ċertifikazzjoni għall-prodott, u li huwa akkreditat skont l-istandard speċifiku ta' referenza (UNE-EN ISO/IEC 17065:2012 jew l-istandard li jissostitwih). L-organu jwettaq spezzjonijiet tal-azjendi ta' produzzjoni tal-ġobon kif ukoll spezzjonijiet tal-għerien fejn issir il-maturazzjoni, sabiex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Ispeċifikazzjoni għad-DOP ‘Cabrales’.

Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu t-teħid ta' kampjuni tal-prodott li l-operaturi jkunu identifikaw bħala xierqa għad-DOP, sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet fiżikokimiċi u organolettiċi.

Metodoloġija tal-kontrolli

Il-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tissejjes fuq l-azzjonijiet li ġejjin:

l-ispezzjoni tal-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem, għall-verifika tal-karatteristiċi marbutin mal-materja prima;

l-ispezzjoni taċ-ċentri ta' ġbir tal-ħalib, biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà;

l-awditjar (inizjali, ta' segwitu, u straordinarju) tal-impjanti tal-ipproċessar (l-azjendi tal-produzzjoni tal-ġobon u l-għerien tal-maturazzjoni), għall-verifika tal-proċess ta' produzzjoni u tal-prodott;

it-teħid ta' kampjuni tal-prodott biex isiru testijiet fiżikokimiċi u organolettiċi.

Dawn il-verifiki jsiru tal-anqas darba fis-sena.

Il-kampjuni jittieħdu waqt l-awditjar tal-operaturi li jittikkettaw il-ġobon tagħhom bid-DOP ‘Cabrales’. It-teħid tal-kampjuni jsir billi jiġu applikati kriterji proporzjonali abbażi tat-tip ta' prodott u l-volum tal-produzzjoni. L-analiżi fiżikokimika ssir f'laboratorji akkreditati.

L-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem mhumiex soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, iżda jiffurmaw parti mill-ispezzjoni tal-proċess. Iċ-ċertifikazzjoni tinħareġ biss għall-impjanti ta' pproċessar tal-ġobon u għall-għerien tal-maturazzjoni, bħala utenti tat-tikketta tad-DOP.

Kompiti:

it-tħejjija u l-kontroll tad-diversi reġistri;

il-verifika tal-ispezzjoni tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kwalità tal-ġobon protett;

il-valutazzjoni tal-miżuri ta' awtomonitoraġġ imwettqa mill-operaturi li huma inklużi fil-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-prodott;

il-ħruġ ta' ċertifikati lill-impjanti ta' pproċessar tal-ġobon u lill-għerien tal-maturazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni;

il-promozzjoni u l-ħarsien tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta.”

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-organu ta' spezzjoni ġiet emendata fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-kompetenzi tiegħu. Dan iwieġeb għall-ħtieġa li s-sistema ta' spezzjoni fis-seħħ tiġi aġġustata sabiex l-organu jwettaq il-kompiti ddelegati u jaġixxi skont l-istandard ISO/IEC 17065.

2.    It-taqsima (H) “Tikkettar”

Test attwali

“(H)   Tikkettar

It-tikketti kummerċjali, proprji ta' kull ditta kummerċjali rreġistrata, għandhom ikunu approvati mill-Bord Regolatorju.

Fit-tikketti għandu jidher il-kliem li ġej: Denominación de Origen ‘Cabrales’.

Il-ġobon maħsub għall-konsum għandu jġorr tikketta, tikketta sekondarja jew siġill innumerat maħruġ mill-Bord Regolatorju.

Billi l-parti l-kbira tal-produtturi tal-ġobon jaħdmu fi produzzjoni fuq skala żgħira, ġiet adottata tikketta waħdanija għall-produtturi tal-ġobon kollha, li fuqha jidhru silwetti differenti li jindikaw it-tip ta' ħalib użat waqt l-ipproċessar (speċje waħda, żewġ speċijiet jew it-tlieta li huma).

(Eżempju ta' kull tip mehmużin.)”

Test ġdid kif emendat

“(H)   Tikkettar

It-tikketti kummerċjali proprji ta' kull ditta rreġistrata għandhom jiġu nnotifikati lill-Bord Regolatorju, b'referenza għar-rekwiżiti elenkati f'din l-Ispeċifikazzjoni, sabiex ikunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru.

Fit-tikketti għandu jidher il-kliem li ġej: Denominación de Origen Protegida ‘Cabrales’.

Il-prodott maħsub għall-konsum għandu jġorr tikketta u tikketta sekondarja magħmula minn strixxa ħamra bejn żewġ strixxi ħodor, kif ukoll il-logo tal-Bord Regolatorju, bin-numru korrispondenti maħruġ mill-istess Bord. It-tikketta u t-tikketta sekondarja għandhom jiġu applikati fl-azjenda tal-produzzjoni tal-ġobon b'tali mod li jistgħux jintużaw aktar minn darba.

Billi l-parti l-kbira tal-produtturi tal-ġobon jaħdmu fi produzzjoni fuq skala żgħira, ġiet adottata tikketta waħdanija għall-produtturi tal-ġobon kollha, li fuqha jidhru silwetti differenti li jindikaw it-tip ta' ħalib użat waqt l-ipproċessar (speċje waħda, żewġ speċijiet jew it-tlieta li huma).

(Eżempju ta' kull tip mehmużin.)”

Ġustifikazzjoni

Din it-taqsima ġiet emendata fir-rigward tal-kompetenzi tal-Bord Regolatorju bħala organu ta' spezzjoni.

L-emenda titqies minuri peress li mhijiex marbuta mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, ma tolqotx ir-rabta u lanqas liż-żona ġeografika, u ma tirrappreżentax żieda fir-restrizzjonijiet imposti fuq il-kummerċ tal-prodott jew tal-materja prima tiegħu, skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (li l-Artikolu 53(2) tiegħu jittratta l-emendi minuri).

DOKUMENT UNIKU

CABRALES

Nru tal-UE: PDO-ES-0081-AM01 — 20.10.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Cabrales”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Ġobon bil-vini blu magħmul mill-ħalib nej sħiħ tal-baqra, tan-nagħġa jew tal-mogħża, jew minn taħlita ta' żewġ tipi ta' ħalib jew tat-tlieta li huma, b'kompożizzjoni bbilanċjata fir-rigward tax-xaħam u tal-proteini.

Il-ġobon jiġi mmaturat f'għerien għal mill-inqas xahrejn, li jibdew mill-produzzjoni tal-baqta.

Karatteristiċi tal-ġobniet immaturati:

Forma: ċilindrika b'wiċċ ċatt.

Għoli: bejn 7 u 15-il ċentimetru.

Piż u dijametru: varjabbli.

Qoxra: ratba, irqiqa, żejtnija, griża bi rqajja' ħamranija jagħtu fl-isfar.

Konsistenza: żejtnija, anki jekk bi grad ta' koeżjoni varjabbli, skont il-livell ta' fermentazzjoni tal-ġobon. Kumpatta u mingħajr toqob. Lewn abjad b'vini ħadranija li jagħtu fl-ikħal. Togħma kemxejn pikkanti, li tkun iktar qawwija fil-ġobniet magħmula purament mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-mogħża, jew minn taħlita ta' dawn it-tnejn.

Xaħam: mhux inqas minn 45 % tal-materja niexfa.

Umdità: minimu ta' 30 %.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

(a)   Għalf

Il-bhejjem jingħalfu skont prattiki tradizzjonali, billi jirgħu direttament fil-bwar, u b'suppliment tal-għalf.

(b)   Materja prima

Il-ħalib nej tal-baqra, tan-nagħġa jew tal-mogħża, minn azjendi agrikoli li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita. It-tames irid ikun esklussivament ta' oriġini mill-annimali.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Kemm il-produzzjoni tal-ħalib u kemm l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-ġobon għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita, sabiex jiġu ggarantiti l-aqwa kundizzjonijiet għall-kwalità tal-prodott. B'hekk il-produtturi tal-ġobon jistgħu jippreżervaw l-awtentiċità tal-prodott, u l-verifiki tat-traċċabbiltà jiġu ffaċilitati.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fit-tikketti kummerċjali tal-ġobniet, għandu jidher il-kliem “Denominación de Origen Protegida Cabrales”, kif ukoll il-logo tal-UE għad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetta.

Il-ġobniet għandhom iġorru wkoll tikketta sekondarja, b'numru tas-serje uniku, ikkodifikata skont il-format tal-ġobon li qed tiċċertifika. Dawn it-tikketti sekondarji għandhom ikunu approvati, ivverifikati u pprovduti mill-organu ta' spezzjoni, b'tali mod li ma jistgħux jintużaw aktar minn darba.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib tajjeb biex minnu jsir il-ġobon “Cabrales” hija kkostitwita mill-irħula ta' Arangas, Arenas, Asiego, Berodia, Bulnes, Camarmeña, Canales, Carreña, Escobar, Inguanzo, La Molina, La Salce, Ortiguero, Pandiello, Puertas, Poo, Sotres u Tielve fil-muniċipalità ta' Cabrales, u Oceño, Cáraves y Rozagas fil-muniċipalità ta' Peñamellera Alta. Dawn l-irħula kollha jinsabu fiż-żona tal-Picos de Europa fil-provinċja tal-Asturji.

L-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-ġobon isiru fl-istess żona ta' produzzjoni.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-ġobon “Cabrales”, li jagħmlu uniku u differenti minn tipi oħra ta' ġobon, hija ddeterminata mill-karatteristiċi organolettiċi tiegħu (il-qoxra u l-konsistenza).

Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità taż-żona hija riflessa fil-fatturi naturali u umani li ġejjin:

1.   Fatturi naturali

Il-Picos de Europa, li jinsabu fix-Xlokk tal-provinċja tal-Asturji u jibqgħu deħlin fil-provinċji ta' León u l-Cantabria, huma magħmula minn ktajjen ta' muntanji li jitilgħu mix-xaqliba tat-Tramuntana tal-Cordillera Cantábrica, u minn mergħat wesgħin f'altitudni ta' 'l fuq mit-800 metru.

2.   Fatturi umani

Minħabba l-iżolament fit-tul li ġarrbu ġenerazzjoni wara l-oħra f'din iż-żona, l-ekonomija lokali tissejjes fuq l-użu u l-isfruttament sħiħ tar-riżorsi naturali.

Minn banda, ir-riżorsi tal-popolazzjoni tal-Picos de Europa tradizzjonalment ibbażaw fuq l-użu tal-mergħat fis-sajf għall-alimentazzjoni ta' bhejjem varji, li ġeneralment kienu jiġu mill-irħula fit-truf tal-Picos. Matul is-sajf, il-bhejjem huma liberi li jimirħu fil-mergħat diffiċli tal-peña (l-isem li bih ir-residenti lokali jirreferu għall-Picos de Europa). Kull raħal għandu l-imqajjel tiegħu, li jintużaw b'mod komunali, iżda kull merħla hija l-proprjetà ta' resident differenti. Fis-sajf, il-bhejjem jingħaddu lil grupp żgħir ta' residenti biex jkunu responsabbli għall-ġestjoni tagħhom, filwaqt li r-residenti l-oħra jibqgħu fir-raħal biex jiddedikaw ruħhom għall-qtugħ u l-produzzjoni tal-ħuxlief.

Mill-banda l-oħra, bis-saħħa tal-għarfien espert tal-produtturi lokali, kif ukoll minħabba l-fatt li l-postijiet tal-konsum kienu jinsabu 'l bogħod, il-ħalib beda jiġi ttrasformat f'ġobon mir-raħħala nfushom.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott

(a)   L-għerien tal-maturazzjoni

L-eżistenza ta' għerien u grotti ta' daqsijiet u karatteristiċi differenti hija konsegwenza tal-formazzjonijiet karstiċi, kif ukoll tad-dinamika partikulari bejn l-ajra u l-ilma fil-massa tal-ġir tal-Picos de Europa, li hija waħda mill-eħxen fil-kontinent.

L-għerien li jintużaw għall-maturazzjoni tal-ġobon kultant ikunu qrib il-maqjel jew id-dar tar-raħħal, iżda l-parti l-kbira minnhom jinsabu 'l bogħod u l-aċċess għalihom bil-mogħdijiet tal-muntanja huwa diffiċli. Tali għerien jinsabu f'altitudni ta' bejn 800 u 1 200 metru, u jitqies li aktar ma l-ġobon jiġi mmaturat fil-għoli, itjeb tkun il-kwalità tiegħu.

Biex għar ikun xieraq għall-maturazzjoni tal-ġobon “Cabrales”, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: għandu jkun profond, u d-daħla trid tħares lejn it-Tramuntana; irid ikollu tal-anqas żewġ fetħiet lejn l-arja ta' barra (waħda għall-aċċess u l-oħra għall-ventilazzjoni), sabiex fil-għar jgħaddi kurrent tal-arja, magħruf lokalment bħala “soplado”; u jrid ikollu kurrent tal-ilma. B'hekk l-arja tal-għar tiċċaqlaq b'mod kajman, u l-umdità tal-għar tkun għolja ħafna (ta' iktar minn 90 %), b'temperatura li żżomm bejn is-6 u l-10 °C.

F'dawn il-kundizzjonijiet, il-ħitan ikunu miksija bil-moffa, l-iktar tat-tip Penicillium roqueforti, u l-kurrenti tal-arja jew “soplados” iħollu l-ispori tagħha li meta jaqgħu fuq il-ġobon, jinbtu u jikbru fih.

Biex ikunu jistgħu jimmaturaw kif suppost, il-ġobniet għandhom jibqgħu fl-għerien għal bejn xahrejn u ħames xhur, fuq xkaffar tal-injam (“talameras”). Matul dan il-perjodu, il-ġobniet iridu jiddawru u jitnaddfu b'mod regolari.

Dari, wara l-proċess ta' maturazzjoni, il-ġobniet kienu jitkebbu f'weraq tal-“plágano” (sikamoru, Acer pseudoplatanus) għall-manipulazzjoni aktar sikura tagħhom sakemm jinbigħu. Illum il-ġurnata, għall-ġobon kopert bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta, minflok il-weraq tintuża karta apposta għat-tkebbib tal-ikel, bil-weraq stampati fuqha.

(b)   Reputazzjoni

Ir-reputazzjoni tajba tal-ġobon “Cabrales” tul l-istorja hija ddokumentata tajjeb. Pereżempju, il-kitbiet ta' Jovellanos (is-seklu 18), id-Diccionario Geográfico ta' Madoz editjat fil-bidu tas-seklu 19, u l-Memorias Asturianas ta' González Solís, kollha jistqarru li l-ġobon “Cabrales” ġie ppreżentat fil-Wirja Agrikola ta' Madrid fl-1857, fost prodotti Asturjani oħrajn.

Fl-1911, fir-rapport tagħhom dwar l-azjendi tal-prodotti tal-ħalib f'Santander, l-aħwa Alvarado bdew il-vjaġġ tagħhom fir-reġjun ta' Cabrales, fejn ixxabbtu mal-Picos de Europa biex “żaru” l-għerien tar-raħħala li jagħmlu ċ-ċelebri ġobon ta' “Cabrales”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament.)

https://www.asturias.es/Asturias/descargas/PDF_TEMAS/Agricultura/Alimentaci%C3%B3n/Queso%20Cabrales%20(MODIFICADO).pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/15


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal kanċellament skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2018/C 62/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal kanċellament skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif ukoll skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (2).

APPLIKAZZJONI GĦAL KANĊELLAMENT

Applikazzjoni għal kanċellament skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“MOSTVIERTLER BIRNMOST”

Nru tal-UE: PGI-AT-02385 — 14.8.2017

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Isem irreġistrat li qed jintalab li jiġi kkanċellat

“Mostviertler Birnmost”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Awstrija

3.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8. — Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

4.   Persuna jew entità li qed tapplika għall-kanċellament

Regionalverband noewest-mostviertel

Mostviertelplatz 1

3362 Öhling

ÖSTERREICH

Tel. +43 747553340300

Faks +43 747553340350

Indirizz tal-posta elettronika: office@regionalverband.at

L-assoċjazzjoni li qed tapplika hija s-suċċessur legali tal-grupp applikant oriġinali tal-indikazzjoni ġeografika “Mostviertler Birnmost” u għalhekk għandha interess leġittimu f’din l-applikazzjoni għal kanċellament.

5.   Tip ta’ kanċellament u r-raġunijiet għalih

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

il-punt (a)

il-punt (b)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

L-assoċjazzjoni li qed tapplika jidher li, dal-ħin, hija l-unika waħda li tuża l-indikazzjoni ġeografika protetta. Hija m’għadhiex interessata li tibqa’ tuża l-isem “Mostviertler Birnmost” bħala indikazzjoni ta’ oriġini protetta u għalhekk ma tixtieqx tħallas l-ispejjeż tal-ispezzjonijiet. L-indikazzjoni protetta mhijiex importanti biex il-prodott jinbiegħ fil-lokal, għax l-isem huwa diġà magħruf hemmhekk (fil-fatt, madwar 90 % tal-bejgħ isir fiż-żona ġeografika). Il-prodott jiġi mmanifatturat biss f’volumi baxxi (b’kull azjenda tipproduċi madwar 300 litru ta’ dan il-prodott, u bi tliet azjendi biss li jipproduċuh bħalissa), u mhuwiex magħruf wisq lil hinn mir-reġjun. Għalhekk ukoll għandha tiġi kkanċellata l-protezzjoni tal-indikazzjoni ta’ oriġini “Mostviertler Birnmost”.

Ma jidhirx li hemm interessi leġittimi kontra l-kanċellament tal-indikazzjoni ġeografika protetta. Il-produtturi kollha magħrufin tal-prodott bl-indikazzjoni ġeografika protetta “Mostviertler Birnmost” jaqblu mal-kanċellament tal-isem irreġistrat u jappoġġaw din l-applikazzjoni għal kanċellament.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.