ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 60

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 60/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8777 — Votorantim/CPPIB/VTRM Energia Participações/Ventos do Araripe III) ( 1 )

1

2018/C 60/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8675 — CVC/Teva’s Women’s Health Business) ( 1 )

1

2018/C 60/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8794 — Euler Hermes/Mapfre/Solunion) ( 1 )

2

2018/C 60/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8757 — Nordic Capital/Alloheim) ( 1 )

2

2018/C 60/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8633 — Lufthansa/Certain Air Berlin assets) ( 1 )

3

2018/C 60/06

Awtorizzazzjoni għal Għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE — Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax jew il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 60/07

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/224 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

5

2018/C 60/08

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 60/09

Rata tal-kambju tal-euro

7

2018/C 60/10

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 60/11

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

10

2018/C 60/12

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

11

2018/C 60/13

Avviż tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2018/C 60/14

Sejħa għall-Proposti — L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi sponsorship ġdid ta’ EIBURS taħt il-Programm ta’ Tagħrif tiegħu

13

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 60/15

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8796 — Crown/Signode) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8777 — Votorantim/CPPIB/VTRM Energia Participações/Ventos do Araripe III)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/01)

Fit-12 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8777. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8675 — CVC/Teva’s Women’s Health Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/02)

Fl-20 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8675. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8794 — Euler Hermes/Mapfre/Solunion)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/03)

Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8794. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8757 — Nordic Capital/Alloheim)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/04)

Fit-12 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8757. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8633 — Lufthansa/Certain Air Berlin assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/05)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8633. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/4


Awtorizzazzjoni għal Għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax jew il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/06)

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

25.1.2018

Għajnuna Nru

SA.43791 (2017/NN)

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Alleged aid to and through the National Asset Management Agency

Il-bażi legali

National Asset Management Agency Act of 22 November 2009

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma ta’ l-għajnuna

Garanzija

L-Estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji oħra; barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni n.e.c.

Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Finance

Government buildings

Merrion Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/224 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

(2018/C 60/07)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/224 (2) u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (3) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 314/2004.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Novembru 2018, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 43, 16.2.2018, p. 12.

(3)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/6


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

(2018/C 60/08)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 314/2004.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 249.


Il-Kummissjoni Ewropea

16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Frar 2018

(2018/C 60/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2493

JPY

Yen Ġappuniż

133,11

DKK

Krona Daniża

7,4493

GBP

Lira Sterlina

0,88660

SEK

Krona Żvediża

9,9180

CHF

Frank Żvizzeru

1,1545

ISK

Krona Iżlandiża

125,00

NOK

Krona Norveġiża

9,7350

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,370

HUF

Forint Ungeriż

311,68

PLN

Zloty Pollakk

4,1532

RON

Leu Rumen

4,6620

TRY

Lira Turka

4,7046

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5757

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5604

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7723

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6909

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6385

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 330,75

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5607

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9261

HRK

Kuna Kroata

7,4383

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 896,85

MYR

Ringgit Malażjan

4,8654

PHP

Peso Filippin

65,145

RUB

Rouble Russu

70,8097

THB

Baht Tajlandiż

39,128

BRL

Real Brażiljan

4,0254

MXN

Peso Messikan

23,1260

INR

Rupi Indjan

79,8490


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/8


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/10)

Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

In-numru tal-awtorizzazzjoni

L-użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2018) 654

Id-9 ta’ Frar 2018

Trijossidu tal-kromu

Nru tal-KE 215-607-8, Nru tal-CAS 1333-82-0

Hoogovens Court Roll Surface Technologies V.O.F.

Wenckenbachstraat 1

1951JZ Velsen-Noord

In-Netherlands

REACH/17/25/0

L-użu tat-trijossidu tal-kromu fil-kisi funzjonali bil-krom tar-rombli tat-tħaddim li jintużaw fl-industrija tal-azzar u tal-aluminju.

Il-21 ta’ Settembru 2029

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva addattata li jista’ juża l-applikant.

Wavec GmbH

Werkstrasse 17 Nr.2

15890 Eisenhüttenstadt

Il-Ġermanja

REACH/17/25/1

Trattamento Cilindri Laminazione S.r.l.

Boscomarengo 1/D

15067 Novi Ligure

AL

L-Italja

REACH/17/25/2

Walzen-Service-Center GmbH

Essener Str. 259, via Knappenstrasse

46047 Oberhausen

Il-Ġermanja

REACH/17/25/3

Nord Chrome SAS

1 route de Spycker

59760 Grande-Synthe

Franza

REACH/17/25/4

Rhenaroll SA

Zone industrielle de Biesheim

68600 Biesheim

Franza

REACH/17/25/5

Texturing Technology Limited

PO Box 22

SA13 2YJ Port Talbot West Glamorgan

Ir-Renju Unit

REACH/17/25/6

NC Poland Sp.z. o.o.

Al. Niepodlegosci 106

02-585 Warszawa

Il-Polonja

REACH/17/25/7


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/10


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/11)

Stat Membru

L-Iżvezja

Rotta kkonċernata

Arvidsjaur–Arlanda (Stokkolma)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Ġunju 2018–Ottubru 2019

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kull tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għal iktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

L-Amministrazzjoni tat-Trasport Żvediża

SE-781 87 Borlänge

SVERIGE

http://www.trafikverket.se/Foretag/Upphandling/Aktuella-upphandlingar/

Ir-referenza RFT: CTM: 177795

Tel. +46 771921921

Kuntatti:

Håkan Jacobsson: hakan.jacobsson@trafikverket.se

Lisa Berglund: lisa.a.berglund@trafikverket.se


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/11


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/12)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Elba Marina di Campo–Pisa u vv;

Elba Marina di Campo–Firenze u vv;

Elba Marina di Campo–Milano Linate u vv.

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

L-1 ta’ Ġunju 2018

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Għal aktar informazzjoni:

Ministero delle infrastrutture e dei trasporti

Dipartimento per i trasporti, la navigazione gli affari generali ed il personale

Direzione Generale per gli aeroporti ed il trasporto aereo

Via Giuseppe Caraci, 36

00157 Roma

ITALIA

Tel. +39 0641583690

ENAC,

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze,

Viale Castro Pretorio, n. 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Sit web

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it

email

:

dg.ta@pec.mit.gov.it

osp@enac.gov.it


16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/12


Avviż tal-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/13)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Elba Marina di Campo–Pisa u vv;

Elba Marina di Campo–Firenze u vv;

Elba Marina di Campo–Milano Linate u vv.

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

mill-1 ta’ Ġunju 2018 sal-31 ta’ Mejju 2021

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

ENAC,

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze,

Viale Castro Pretorio, n. 118

00185 Roma

ITALIA

Tel. +39 0644596515

email: osp@enac.gov.it

Sit web

:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/13


Sejħa għall-Proposti

L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi sponsorship ġdid ta’ EIBURS taħt il-Programm ta’ Tagħrif tiegħu

(2018/C 60/14)

Il-Programm ta’ Tagħrif tal-Istitut tal-Bank tal-Investiment Ewropew jiffinanzja l-għotjiet għar-riċerka tiegħu permezz ta’ skemi differenti. Waħda minnhom hija:

EIBURS, il-Programm ta’ Sponsorship għar-Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB University Research Sponsorship Programme)

EIBURS jipprovdi għotjiet lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, f’pajjiżi kandidati jew f’pajjiżi kandidati potenzjali li jkunu qegħdin jaħdmu fuq suġġetti ta’ riċerka li huma ta’ interess kbir għall-Bank. L-isponsorships tal-EIBURS, li jilħqu mal-EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka b’ħila esperta rikonoxxuta fil-qasam magħżul. Proposti li jirnexxu jinvolvu t-twettiq ta’ diversi riżultati li jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Għas-sena akkademika 2018/2019, il-programm EIBURS qiegħed ifittex proposti fuq tema ta’ riċerka ġdida:

“L-effetti ekonomiċi ta’ politika konġunta Ewropea dwar is-sigurtà u d-difiża”

Dawk li jfasslu l-politika fl-Ewropa qegħdin jaħdmu b’mod intensiv biex jifformulaw politika komuni Ewropea dwar is-sigurtà u d-difiża, li tgħaqqad is-sigurtà domestika ma’ relazzjonijiet ma’ reġjuni ġirien taħt l-Azzjoni Esterna tal-UE bil-għan li l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) issir aktar effettiva. Li jintlaħaq kunsens dwar oqsma ġodda tal-politika komuni f’dan il-qasam sar saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. L-indirizzar ta’ dan il-qasam ta’ politika ġdid jista’ jkollu implikazzjonijiet baġitarji u ta’ finanzjament sinifikanti għall-Istati Membri, inkluż l-għan li jinkisbu gwadanji ta’ effiċjenza billi jinġabru flimkien ir-riżorsi. Eżempju ta’ dan jistgħu jkunu sejħiet għall-offerti fuq medda Ewropea, minflok sejħiet għall-offerti li huma b’mod predominanti fuq bażi nazzjonali. L-għan ta’ din ir-riċerka huwa li ssir valutazzjoni tal-effetti ekonomiċi tal-koordinazzjoni tal-infiq konġunt Ewropew fuq is-sigurtà u d-difiża u l-impatt fuq it-tkabbir ekonomiku u l-kapaċità ta’ innovazzjoni. Il-gwadanji fl-effiċjenza ekonomika u operazzjonali jidhru li huma motiv primarju għal din l-evoluzzjoni lejn integrazzjoni. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa li wieħed ikun jaf aktar dwar id-daqs attwali tal-effetti ekonomiċi ta’ dawk il-miżuri.

Il-programm ta’ riċerka propost ser jixħet aktar dawl fuq id-daqs tar-riżorsi ekonomiċi (infiq, persunal, eċċ) li l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jiddedikaw għad-difiża u s-sigurtà u jipprova jidentifika l-oqsma bl-akbar skop għal gwadannji fl-effiċjenza, b’mod partikolari billi tiġi evitata duplikazzjoni ineffiċjenti tal-infiq. B’hekk ser iħares ukoll lejn is-sottosetturi ta’ attivitajiet ekonomiċi u reġjuni li huma affettwati l-aktar mill-infiq militari. L-irwol u d-daqs tal-baġit tad-difiża fil-baġit totali ta’ infiq pubbliku għandu jiġi eżaminat fid-dettall, flimkien mas-sorsi attwali ta’ finanzjament. Aspett importanti huwa wkoll il-kontribut tal-infiq fuq id-difiża biex jagħti spinta lill-attività tax-xjenza kif ukoll tal-innovazzjoni. Ir-riċerka għandha tkun kapaċi tevalwa l-implikazzjoni ta’ żieda prevista fil-baġits tad-difiża, b’mod partikolari għall-mira ta’ NATO ta’ 2 % tal-PDG.

Il-BEI jistieden proposti ta’ riċerka li jkopru l-punti li ġejjin:

għalkemm tikkunsidra l-UE bħala ħaġa sħiħa għat-temi deskritti hawn fuq, ir-riċerka għandha tinvolvi wkoll studji profondi għal xi ħames pajjiżi rappreżentanti;

telabora fuq opzjonijiet ta’ politika għall-integrazzjoni u l-implikazzjonijiet ekonomiċi tagħhom;

tinvestiga strumenti finanzjarji xierqa, inklużi dawk bil-potenzjal li jingranaw fondi pubbliċi (kemm fondi tal-UE kif ukoll nazzjonali).

Il-proġett jista’ jinvolvi kwalunkwe attività ta’ riċerka addizzjonali li ċ-ċentru tal-università jixtieq iwettaq bl-isponsorship, bħal (i) l-organizzazzjoni ta’ seminars jew konferenzi; (ii) il-ħolqien ta’ databases; u (iii) studji tal-każ fil-fond.

Il-proposti għandhom jintbagħtu bl-Ingliż sal-15 ta’ April 2018 24:00 (CET). Proposti mibgħuta wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu bl-email lil:

Events.EIBInstitute@eib.org

Għal informazzjoni aktar kompluta dwar il-proċess ta’ għażla tal-EIBURS u dwar l-Istitut tal-BEI, jekk jogħġbok żur: http://institute.eib.org/.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8796 — Crown/Signode)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 60/15)

1.

Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Crown Holdings, Inc. (“Crown”, l-Istati Uniti tal-Amerika);

Signode Industrial Group Holdings (Bermuda) Ltd (“Signode”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Crown takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Signode. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Crown: id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ ppakkjar għall-oġġetti tal-konsumatur;

—   Signode: il-provvista ta’ oġġetti konsumabbli tal-imballaġġ fi tranżitu u tagħmir relatat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.8796 — Crown/Signode

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.