|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 57/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8688 — Northrop Grumman/Orbital ATK) ( 1 ) |
|
|
2018/C 57/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8760 — EPH/Mátrai Erőmű) ( 1 ) |
|
|
2018/C 57/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8756 — Avis Budget Group/KOC Holding/Olympic Commercial and Tourist Enterprises) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 57/04 |
||
|
2018/C 57/05 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 57/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8795 — Brookfield/Schoeller Industries/Schoeller Allibert) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 57/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8733 — Lone Star/Stark) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 57/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8688 — Northrop Grumman/Orbital ATK)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 57/01)
Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8688. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8760 — EPH/Mátrai Erőmű)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 57/02)
Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8760. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8756 — Avis Budget Group/KOC Holding/Olympic Commercial and Tourist Enterprises)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 57/03)
Fis-7 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8756. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta’ Frar 2018
(2018/C 57/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2348 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,40 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4488 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89040 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,9305 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1519 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
125,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7148 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,370 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
312,82 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1719 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6606 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,6929 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5707 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5528 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,6585 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6873 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6290 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 331,19 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,5938 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8341 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4340 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 812,73 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8198 |
|
PHP |
Peso Filippin |
64,392 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,8493 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,797 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,0525 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,9932 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,1165 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/4 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 57/05)
Deċiżjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2017) 7928 |
l-1 ta’ Diċembru 2017 |
Trikloroetilene Numru tal-KE 201-167-4 Numru tal-CAS 79-01-6 |
Microporous GmbH, Gewerbestraße 8, 9181 Feistritz im Rosental, l-Austrija |
REACH/17/23/0 |
L-użu tat-trikloroetilene bħala solvent sgrassanti fil-manifattura ta’ separaturi magħmulin mill-polietilen għall-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu. |
Il-21 ta’ April 2023 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi addattati f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8795 — Brookfield/Schoeller Industries/Schoeller Allibert)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 57/06)
|
1. |
Fit-8 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Brookfield u Schoeller Industries jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Schoeller Allibert. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — l-impriża Brookfield: ġestjoni tal-assi b’portafoll li huwa ffukat fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata, — l-impriża Schoeller Industries: soluzzjonijiet ta’ imballaġġ ritornabbli, sistemi ta’ katina tal-provvista u servizzi ta’ proprjetà intellettwali, — l-impriża Schoeller Allibert: il-manifattura u l-bejgħ ta’ imballaġġ tal-plastik ritornabbli għal immaniġġar ta’ materjali. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8795 — Brookfield/Schoeller Industries/Schoeller Allibert Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8733 — Lone Star/Stark)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 57/07)
|
1. |
Fis-7 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Lone Star takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Stark kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Lone Star: investimenti ta’ ekwità privata fi proprjetà immobbli, ekwità, kreditu u assi finanzjarji oħra madwar id-dinja; — Stark: distribuzzjoni bl-imnut ta’ materjali tal-bini kemm lil klijenti professjonali u kemm lil klijient tad-DIY permezz ta’ unitajiet tan-negozju fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Isvezja u n-Norveġja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8733 — Lone Star/Stark Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/8 |
Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2019 u lill-impriżi li fl-2019 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi
(2018/C 57/08)
|
1. |
Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-impriżi li huma kkonċernati mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2019 biħsiebhom:
Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-29 ta’ Marzu 2019, il-kumpaniji li jinsabu f’wieħed mis-27 Stat Membru l-ieħor se jkunu jeħtieġu liċenzja biex jimportaw sustanzi kkontrollati mir-Renju Unit jew biex jesportaw sustanzi kkontrollati lejn ir-Renju Unit. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jinsabu fir-Renju Unit u li biħsiebhom iwettqu dawn l-attivitajiet qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jibqgħu jeħtieġu l-liċenzji sad-29 ta’ Marzu 2019. Konsegwentement, dawn il-kumpaniji kollha huma meħtieġa li jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati f’dan l-Avviż u li jipprovdu l-informazzjoni rikjesta sad-data tal-iskadenza ppubblikata. |
|
2. |
Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin: Grupp I: CFC 11, 12, 113, 114 jew 115 Grupp II: CFCs oħrajn kompletament aloġenati Grupp III: alon 1211, 1301 jew 2402 Grupp IV: tetraklorur tal-karbonju Grupp V: 1.1.1 trikloroetan Grupp VI: bromur tal-metil Grupp VII: idrobromofluworokarburi Grupp VIII: idroklorofluworokarburi Grupp IX: bromoklorometan |
|
3. |
Kull importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (2) teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, għajr f’każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħażna temporanja, ta’ ħażna doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (3), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kull produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel. |
|
4. |
Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:
Il-Kummissjoni talloka kwoti għal (a), (b), (c) u (d). Il-kwoti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-kwoti u:
|
Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4
|
5. |
Kull impriża li fl-2019 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għall-użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar għandha ssegwi l-proċedura deskritta fil-paragrafi 6 sa 9. |
|
6. |
Kull impriża li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2) għandha tagħmel dan qabel it-8 Mejju 2018. |
|
7. |
L-impriża trid tlesti u tippreżenta l-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota se tkun disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mit-8 ta’ Mejju 2018. |
|
8. |
Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sat-8 ta’ Ġunju 2018 biss jitqiesu validi mill-Kummissjoni. L-impriżi huma mħeġġa jippreżentaw il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota tagħhom kemm jista’ jkun malajr u jħallu biżżejjed żmien qabel id-data tal-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jsiru l-korrezzjonijiet u s-sottomissjonijiet mill-ġdid li jista’ jkun hemm bżonn qabel id-data tal-iskadenza. |
|
9. |
Is-sottomissjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwota weħidha ma tagħti l-ebda dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi, jew ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għall-użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar. Qabel ma sseħħ importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip fl-2019, jeħtieġ li l-impriżi japplikaw għal-liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. |
Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni
|
10. |
Kull impriża li fl-2019 tkun tixtieq tesporta s-sustanzi kkontrollati jew timporta s-sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 trid issegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 11 u 12. |
|
11. |
Kull impriża li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, għandha tagħmel dan mill-iktar fis possibbli. |
|
12. |
Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma sseħħ esportazzjoni fl-2019, jeħtieġ li l-impriżi japplikaw għal-liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. |
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) Għandu jiġi nnotat li huma permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.