ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
31ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 1-4 ta’ Frar 2016
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 119, 12.4.2017 .
TESTI ADOTTATI
Dati tas-seduti: 24 u 25 ta’ Frar 2016
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 140, 4.5.2017 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 2 ta’ Frar 2016

2018/C 35/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 tadwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (2015/2137(INI))

2

 

L-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016

2018/C 35/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, ibbażata fuq petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari l-Petizzjoni Nru. 924/2011 (2016/2542(RSP))

14

2018/C 35/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill D042684 – 2016/2547(RSP))

15

2018/C 35/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042682 – 2016/2548(RSP))

17

2018/C 35/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042681 – 2016/2549(RSP))

19

2018/C 35/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (2015/2233(INI))

21

2018/C 35/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015 (2016/2526(RSP))

35

 

Il-Ħamis 4 ta’ Frar 2016

2018/C 35/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea, b'mod partikolari tat-Tartari tal-Krimea (2016/2556(RSP))

38

2018/C 35/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-Bahrain: il-każ ta’ Mohammed Ramadan (2016/2557(RSP))

42

2018/C 35/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-każ tal-pubblikaturi tal-kotba neqsin f'Hong Kong (2016/2558(RSP))

46

2018/C 35/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport tal-2015 dwar is-Serbja (2015/2892(RSP))

50

2018/C 35/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport tal-2015 dwar il-Kosovo (2015/2893(RSP))

58

2018/C 35/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP))

66

2018/C 35/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer (2015/3014(RSP))

71

2018/C 35/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) (2015/3013(RSP))

74

2018/C 35/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa ISIS/Da'esh (2016/2529(RSP))

77

 

Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2016

2018/C 35/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2285(INI))

83

2018/C 35/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2330(INI))

93

2018/C 35/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fl-ambitu tas-Semestru Ewropew 2016 (2015/2256(INI))

109

2018/C 35/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija (2015/2791(RSP))

117

2018/C 35/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014 (2015/2231(INI))

125

2018/C 35/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2015/2115(INI))

131

2018/C 35/23

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand (2015/2932(RSP))

136

2018/C 35/24

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar l-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni ta' annimali domestiċi fl-Istati Membri kollha (2016/2540(RSP))

139

2018/C 35/25

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen (2016/2515(RSP))

142


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 2 ta’ Frar 2016

2018/C 35/26

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2313(IMM))

146

2018/C 35/27

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2240(IMM))

148

2018/C 35/28

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Florian Philippot (2015/2267(IMM))

150


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 2 ta’ Frar 2016

2018/C 35/29

P8_TA(2016)0025
Regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni transfruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 – C8-0008/2015 – 2015/0006(COD))
P8_TC1-COD(2015)0006
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) 2016/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera(Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni)

152

2018/C 35/30

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila dwar Metalli Tqal (08648/2015 – C8-0157/2015 – 2014/0359(NLE))

153

2018/C 35/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (08651/2015 – C8-0158/2015 – 2014/0358(NLE))

154

2018/C 35/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Ukrajna (11592/2015 – C8-0300/2015 – 2015/0810(CNS))

155

2018/C 35/33

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Montenegro (11596/2015 – C8-0299/2015 – 2015/0812(CNS))

156

2018/C 35/34

P8_TA(2016)0033
L-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat (COM(2014)0221 – C7-0144/2014 – 2014/0124(COD))
P8_TC1-COD(2014)0124
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat

157

 

L-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016

2018/C 35/35

P8_TA(2016)0035
Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova: il-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD))
P8_TC1-COD(2015)0079
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

158

2018/C 35/36

P8_TA(2016)0036
Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġeorġia: il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (COM(2015)0155 – C8-0091/2015 – 2015/0080(COD))
P8_TC1-COD(2015)0080
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

159

 

Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2016

2018/C 35/37

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifika, u lil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, fl-interess tal-Unjoni Ewropea (13777/2015 – C8-0401/2015 – 2013/0177(NLE))

160

2018/C 35/38

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet (COM(2015)0518 – C8-0370/2015 – 2015/0244(NLE))

161

2018/C 35/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il- Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, abbażi ta’ sentenzi preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2015)0458 – C8-0296/2015 – 2015/0210(NLE))

162

2018/C 35/40

P8_TA(2016)0055
Netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol (COM(2014)0006 – C7-0015/2014 – 2014/0002(COD))
P8_TC1-COD(2014)0002
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013

163

2018/C 35/41

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija (COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD))

164

2018/C 35/42

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut-Namur Glass, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2016)0001 – C8-0013/2016 – 2016/2013(BUD))

167


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2015–2016

Dati tas-seduti: 1-4 ta’ Frar 2016

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 119, 12.4.2017 .

TESTI ADOTTATI

Dati tas-seduti: 24 u 25 ta’ Frar 2016

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 140, 4.5.2017 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 2 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/2


P8_TA(2016)0034

Rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 tadwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (2015/2137(INI))

(2018/C 035/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Ir-rieżami ta' nofs il-mandat dwar l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020” (COM(2015)0478),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2015 bit-titolu “Il-qagħda tan-natura fl-Unjoni Ewropea: Rapport dwar l-istatus u x-xejriet għat-tipi ta' ħabitats u għall-ispeċijiet li jkopru d-Direttiva tal-Għasafar u d-Direttiva tal-Ħabitats għall-perjodu 2007-2012 bħalma jeżiġi l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Ħabitats u bħalma jeżiġi l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Għasafar” (COM(2015)0219),

wara li kkunsidra r-“Rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika miftuħa tal-'Kontroll tal-idoneità' fuq id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats” (1),

wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat f'Ottubru 2015 dwar l-attitudnijiet taċ-ċittadini Ewropej lejn il-bijodiversità (“Ewrobarometru speċjali 436”),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “L-Ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2015” (“SOER 2015”),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2014 dwar l-Approċċ tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Salvaġġi (COM(2014)0064),

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-grupp ta' esperti tal-Orizzont 2020, dwar Soluzzjonijiet Ibbażati fuq in-Natura u Bliet li Jirritornaw għal Ambjent Naturali bit-titolu “Towards an EU Research and Innovation Policy Agenda for Nature-Based Solutions and Re-Naturing Cities”, ippubblikat fl-2015,

wara li kkunsidra l-Faċilità ta' Finanzjament Kapitali Naturali (NCFF), li tifforma parti mill-istrument finanzjarju LIFE għall-miżuri ambjentali u relatati mal-klima,

wara li kkunsidra l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva futura tal-UE taħt il-motto “l-ebda telf nett tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi”,

wara li kkunsidra r-riżultati tat-12-il Konferenza tal-Partijiet (COP 12) għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), b'mod partikolari: ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020, inkluża r-raba' edizzjoni ta' Prospettiva tad-Diversità Globali, bil-ħsieb li jintlaħqu l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi; u miżuri biex tittejjeb l-implimentazzjoni,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni X/34 tal-COP 10 dwar il-bijodiversità, li tenfasizza l-importanza tal-bijodiversità agrikola għas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni speċjalment fid-dawl tat-tibdil fil-klima u ta' riżorsi naturali limitati kif rikonoxxut mid-Dikjarazzjoni ta' Ruma tas-Summit Dinji tal-2009 dwar is-Sigurtà tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ambjentali, tat-12 ta' Ġunju 2014, b'mod partikolari l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex iżidu r-riżorsi bil-għan li jintlaħqu l-impenji ta' Hyderabad billi, sal-2015, jirduppjaw il-flussi totali ta' riżorsi finanzjarji relatati mal-bijodiversità;

wara li kkunsidra r-rapport lis-Segretarjat tal-KDB u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bit-titolu “Nikkollegaw prijoritajiet globali: Il-Bijodiversità u s-Saħħa tal-Bniedem – Stat ta' Għarfien”, ippubblikat fl-2015,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa fid-69 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU għall-approvazzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 bit-titolu “It-trasformazzjoni tad-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”,

wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-Ekonomiji tal-Ekosistemi u tal-Bijodiversità (TEEB), inizjattiva dinjija “mmirata biex tagħmel il-valuri tan-natura viżibbli”,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċi ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u l-Konvenzjoni dwar l-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (CMS),

wara li kkunsidra l-Lista l-Ħamra ta' speċi ta' annimali fil-periklu tal-estizjoni tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN),

Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti,

wara li kkunsidra l-Politika Agrikola Komuni ta' wara l-2013, u b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (3) u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (5),

wara li kkunsidra l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) 2014-2020,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar l-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-Infrastruttura Ekoloġika – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti” (8),

wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizzi ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' April 2015 bit-titolu “Is-salvagwardja tad-diversità bijoloġika – il-politika tal-UE u ftehimiet internazzjonali”,

wara li kkunsidra r-rapport ta' Forest Europe dwar l-“Istat tal-Foresti tal-Ewropa 2015” (9),

wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku għall-Politiki tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali (id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali) tiegħu tal-2009 dwar il-liġijiet u l-prassi nazzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, b'mod partikolari l-Artikolu 6,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni adottata fil-115-il sessjoni plenarja tat-3 u tal-4 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Kontribut għal Kontroll tal-Idoneità fuq id-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0003/2016),

A.

billi jfakkar li l-bijodiversità tkopri l-varjetà unika tal-ekosistemi, ħabitats, speċi u ġeni fid-dinja, li fuqhom il-bniedem huwa dipendenti ħafna;

B.

billi l-bijodiversità għandha valur intrinsiku kbir li għandu jiġi mħares għall-benefiċċju ta' ġenerazzjonijiet futuri; billi l-bijodiversità tipprovdi wkoll benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem u tikkontribwixxi valur soċjali u ekonomiku enormi, u billi l-kost tal-għażla soċjo-ekonomiku tan-nuqqas tal-kisba tal-mira ewlenija tal-bijodiversità huwa stmat li hu EUR 50 biljun fis-sena;

C.

billi l-agrikoltura għandha rwol ewlieni fl-ilħuq tal-miri tal-bijodiversità; billi l-ħtieġa għal produzzjoni effiċjenti tal-ikel – biex tiġi mitmugħa popolazzjoni dinjija li qed tiżdied b'rata mgħaġġla – u l-miri tal-politika tal-enerġija li jeħtieġu użu akbar tal-bijomassa bħala sors tal-enerġija qed jagħmlu domanda sinifikanti fuq l-industrija agrikola;

D.

billi s-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-bijodiversità fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

E.

billi d-diversità tal-ispeċi u l-varjetajiet ta' pjanti kkultivati tradizzjonalment minn farms ta' daqs żgħir u medju u farms tal-familji hija ta' importanza enormi kemm f'termini ta' reazzjoni għad-diversi ħtiġijiet u użi fil-komunitajiet rurali, kif ukoll tat-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tal-għelejjel għall-maltemp, il-pesti u l-mard;

F.

billi l-kultivazzjoni tal-art u t-trobbija sostenibbli u responsabbli tal-bhejjem jagħtu kontribut essenzjali għall-preservazzjoni tal-bijodiversità;

G.

billi l-bijodiversità hija taħt pressjoni qawwija madwar id-dinja, li qiegħda tikkawża tibdil irriversibbli li huwa ta' ħsara enormi għan-natura, is-soċjetà u l-ekonomija;

H.

billi l-Mira 11 ta' Aichi titlob il-ħarsien ta' mill-anqas 17 % taż-żoni terrestri u l-ilmijiet interni permezz ta' sistemi ġestiti b'mod effikaċi ta' żoni protetti; billi l-proporzjon ta' ekoreġjuni Ewropej li għandhom 17 % tat-territorju tagħhom fi ħdan żoni protetti jonqos ferm meta jiġu esklużi żoni protetti unikament minn Natura 2000;

I.

billi r-restawr tal-ekosistemi jista' jkollu impatt pożittiv fuq kemm il-mitigazzjoni kif ukoll l-adattament għall-bidla fil-klima;

J.

billi mill-inqas 8 minn kull 10 ċittadini tal-UE jikkunsidraw l-impatt tat-telf tal-bijodiversità bħala serju u billi 552 470 ċittadin ipparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-kontroll tal-idoneità tad-Direttivi dwar in-Natura, l-akbar rispons li qatt kien hemm għal xi konsultazzjoni tal-Kummissjoni; billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru, iċ-ċittadini jixtiequ jirċievu aktar tagħrif dwar it-telf tal-bijodiversità u l-biċċa l-kbira tan-nies ma humiex konxji dwar in-Natura 2000.

K.

billi numri konsiderevoli ta' ċittadini impenjati, li jaġixxu jew fuq inizjattiva proprja jew bħala membri ta' gruppi ta' azzjoni lokali jew reġjonali, qed jieħdu miżuri lokali u reġjonali biex jippromwovu l-bijodiversità u b'hekk qed jiksbu riżultati pożittivi fi żmien relattivament qasir;

L.

billi 65 % taċ-ċittadini tal-UE jgħixu sa 5 km bogħod minn sit Natura 2000, u 98 % jgħixu sa 20 km bogħod, u dan juri li dawn is-siti għandhom il-potenzjal li jgħinu fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni dwar il-bijodiversità u li jipprovdu servizzi tal-ekosistema li jikkontribwixxu għall-benessri ta' proporzjon kbir tal-popolazzjoni tal-UE;

M.

billi l-politiki tal-bijodiversità għandhom ikunu f'konformità sħiħa mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, sabiex id-differenzi reġjonali fil-pajżaġġi u l-ħabitats ikunu rispettati bis-sħiħ;

N.

wara li kkunsidra l-importanza tal-bijodiversità fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, li jirrappreżentaw ir-riżervi uniċi ta' speċi ta' flora u fawna endemiċi; billi, madankollu, id-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats mhumiex applikati f'uħud minn dawn ir-reġjuni;

Rimarki ġenerali

1.

Jilqa' r-rieżami ta' nofs it-terminu dwar l-istrateġija għall-bijodiversità, u tar-rapporti dwar “Il-Qagħda tan-Natura” u l-“SOER 2015”; jenfasizza l-importanza strateġika ta' dawn ir-rapporti għall-kisba tal-miri tal-bijodiversità tal-UE;

2.

Jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar it-telf kontinwu ta' bijodiversità; jinnota li l-miri tal-2020 mhumiex se jintlaħqu mingħajr sforzi addizzjonali, sostanzjali u kontinwi; josserva fl-istess ħin, li l-evidenza xjentifika wriet li n-natura tal-Ewropa tkun fi stat ħafna agħar mingħajr l-impatt pożittiv tad-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats, u li sforzi mmirati u ffinanzjati kif jixraq ġenwinament jagħtu riżultati pożittivi; jenfasizza, madankollu, li għad hemm potenzjal kbir għal titjib;

3.

Jenfasizza li l-qerda tal-ħabitats hija l-akbar fattur li qed iwassal għal telf tal-bijodiversità u tirrappreżenta prijorità partikolari sabiex jiġi indirizzat dan it-telf, i.e. permezz tat-tnaqqis tad-degradament u l-frammentazzjoni;

4.

Jenfasizza li t-telf tal-bijodiversità ma jirreferix biss għall-ispeċi u l-ħabitats iżda anke għad-diversità ġenetika; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika;

5.

Jenfasizza r-rwol kritiku tal-bijodiversità fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b'mod partikolari l-Għanijiet 14 (“il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar”), u 15 (“il-protezzjoni, ir-restawr u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli ta' ekosistemi terrestri, foresti ġestiti b'mod sostenibbli, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, u li titwaqqaf u titreġġa' lura d-degradazzjoni tal-art u jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità”); ifakkar li l-UE għandha bijodiversità inkredibbli, b'mod partikolari bis-saħħa tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tagħha, iżda wkoll permezz tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati magħha; għalhekk jistieden lill-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ għat-tisħiħ ulterjuri tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u tiżgura li din tiġi implimentata b'mod effettiv;

6.

Jinnota li l-frammentazzjoni, id-degradazzjoni u l-qerda tal-ħabitats bħala konsegwenza tat-tibdil fl-użu tal-art, it-tibdil fil-klima, ix-xejriet tal-konsum mhux sostenibbli u l-użu tal-ibħra huma wħud mill-pressjonijiet u l-ixprunaturi ewlenin li jikkawżaw it-telf tal-bijodiversità fl-UE u lil hinn mill-fruntieri tagħha; jenfasizza, għalhekk il-ħtieġa li jiġu identifikati u jiġu stabbiliti indikaturi li b'mod ċar u xjentifikament ikejlu l-istat tal-bijodiversità f'inħawi jew reġjun partikolari u li jiġi appoġġjat l-użu razzjonali u sostenibbli tar-riżorsi kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fuq livell globali, inkluż fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u, b'mod partikolari, iħeġġeġ lill-UE biex tankra aħjar l-impenji internazzjonali tagħha dwar il-bijodiversità mal-istrateġiji tagħha dwar it-tibdil fil-klima u l-Ewropa 2020; jenfasizza li ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi u tnaqqis fil-konsum żejjed jistgħu jippermettu lill-UE tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ir-riżorsi naturali, b'mod partikulari minn barra l-Ewropa; ifakkar ukoll li approċċi bbażati fuq l-ekosistemi fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih jistgħu joffru alternattivi kosteffiċjenti għas-soluzzjonijiet teknoloġiċi, filwaqt li l-progress f'bosta xjenzi applikati jiddependi fuq id-disponibbiltà u d-diversità tal-assi naturali;

7.

Jenfasizza l-importanza kruċjali ta' aktar rieda politika fl-ogħla livell għall-ħarsien tal-bijodiversità u biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità; iqis essenzjali l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, l-infurzar u aktar integrazzjoni tal-protezzjoni tal-bijodiversità f'oqsma oħra ta' politika; jistieden, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni u jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-bijodiversità;

8.

Jiddeplora l-fatt li, fl-Ewropa, madwar kwart tal-ispeċi selvaġġi huma f'riskju ta' estinzjoni u bosta ekosistemi huma degradati, u dan jikkaġuna dannu ekonomiku u soċjali kbir ħafna għall-UE;

9.

Jenfasizza li n-natura u l-iżvilupp ekonomiku mhumiex reċiprokament esklużivi; huwa konvint mill-bżonn li n-natura tiġi integrata b'mod aktar sħiħ fis-soċjetà, inkluża l-ekonomija u l-intrapriżi privati, sabiex jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku sostenibbli u jittieħdu miżuri proattivi biex l-ambjent ikun imħares, restawrat u mmaniġġjat aħjar; jikkunsidra b'mod partikolari, li l-impenn favur it-tnaqqis tal-isfruttament tar-riżorsi jrid ikun ċentrali fil-konverġenza tal-miri ambjentali u dawk ekonomiċi;

10.

Jenfasizza li t-telf tal-bijodiversità għandu kostijiet ekonomiċi devastanti għas-soċjetà li s'issa ma ġewx integrati b'mod suffiċjenti fil-politiki ekonomiċi u f'politiki oħrajn; iqis li huwa essenzjali li jiġi rikonoxxut li l-investiment fil-bijodiversità huwa essenzjali mil-lat soċjoekonomiku; jinnota li wieħed minn kull sitt impjiegi fl-UE jiddependi sa ċertu punt fuq in-natura u l-bijodiversità; jenfasizza li l-bijodiversità għandha potenzjal sinifikanti biex toħloq ħiliet, impjiegi u opportunitajiet kummerċjali ġodda; jilqa' metodi għall-kejl tal-valur ekonomiku tal-bijodiversità; iqis li dawn l-istrumenti jistgħu jżidu s-sensibilizzazzjoni, itejbu l-użu tar-riżorsi disponibbli u jwasslu għal teħid aħjar tad-deċiżjonijiet;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-bijodiversità u l-ekosistemi f'affarijiet ekonomiċi, bil-ħsieb li nimxu lejn ekonomija ekoloġika, iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri meħuda favur l-ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li l-bijodiversità hija responsabilità soċjali globali li ma tistax tkun ibbażata biss fuq in-nefqa pubblika;

12.

Huwa tal-fehma li l-valur ekonomiku tal-bijodiversità għandu jkun rifless f'indikaturi li jiggwidaw it-teħid tad-deċiżjonijiet (mingħajr ma jwasslu biex il-bijodiversità ssir komodità) u li jmorru lil hinn mill-PDG; jinsab konvint li dan huwa ta' benefiċċju għall-kisba tal-SDGs; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-integrazzjoni sistematika tal-valuri ta' bijodiversità fis-sistemi tal-kontabilità nazzjonali bħala parti mill-proċess ta' monitoraġġ tal-SDG;

13.

Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha naqsu milli jilħqu l-miri tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2010; jistieden lill-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas ta' progress biex jintlaħqu l-miri tal-bijodiversità għall-2020, biex tipprovdi lill-Parlament b'żewġ rapporti annwali li fihom il-Kunsill u l-Kummissjoni jelaboraw dwar is-sitwazzjoni attwali, ir-raġunijiet għal nuqqas ta' kisba u l-istrateġija biex tkun żgurata l-konformità fil-futur;

Rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-Bijodiversità

Mira ewlenija

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex jagħtu prijorità ogħla lill-kisba tal-miri tal-2020; jitlob għal approċċ li jinvolvi diversi partijiet interessati u jenfasizza r-rwol vitali tal-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom f'dan ir-rigward; jenfasizza li l-finanzjament u kuxjenza pubblika u l-fehim akbtar ta', u l-appoġġ għall-ħarsien tal-bijodiversità huma wkoll essenzjali; iqis li politika ta' informazzjoni tajba u l-involviment bikri tal-atturi kollha kkonċernati, inklużi l-atturi soċjoekonomiċi, huma għalhekk essenzjali biex jintlaħqu dawn il-miri;

15.

Jistieden lill-UE tnaqqas l-impronta tal-bijodiversità tagħha mad-dinja kollha, f'konformità mal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp, u biex tinġieb fil-limiti ekoloġiċi tal-ekosistemi billi tagħmel progress fil-kisba tal-miri ewlenin tal-bijodiversità u biex tissodisfa l-impenji dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità; jistieden ukoll lill-UE tassisti l-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex iħarsu l-bijodiversità u jiżguraw l-użu sostenibbli tagħha;

Mira 1

16.

Jiddeplora l-fatt li l-progress fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE qed isir bil-mod mill-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar informazzjoni dwar l-istat tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri;

17.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar, u finanzjament adegwat, tad-Direttivi dwar in-Natura huma prerekwiżit essenzjali għas-suċċess tal-istrateġija b'mod ġenerali u biex tintlaħaq il-mira ewlenija tagħha; jitlob, minħabba ż-żmien qasir disponibbli, lill-partijiet kollha kkonċernati biex jagħmlu ħilithom kollha biex jinkiseb dan u biex jiġi ġġenerat appoġġ wiesa';

18.

Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE jisimgħu lin-nofs miljun ċittadin li talbu li l-liġijiet b'saħħithom tagħna dwar il-ħarsien tan-natura jiġu rrispettati u jiġu implimentati aħjar;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-linji gwida, li għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u l-infurzar sħiħ tad-direttivi, skont il-ġurisprudenza eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar prijorità lid-djalogu mal-Istati Membri u l-atturi rilevanti kollha inklużi dawk soċjoekonomiċi, sabiex tinkoraġġixxi skambji tal-aħjar prattiki;

20.

Jirrikonoxxi li wieħed mill-benefiċċji ewlenin tad-Direttivi dwar in-Natura huwa l-punt sa fejn dawn jgħinu jiżguraw kundizzjonijiet indaqs fl-UE billi jipprovdu standard bażiku ta' protezzjoni ambjentali, li l-Istati Membri kollha għandhom jissodisfaw skont il-ħtiġiet għal standards komuni u l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fis-suq uniku;

21.

Jinnota li fl-2012, 58 % biss tas-siti Natura 2000 kellhom pjanijiet ta' ġestjoni; jinsab imħasseb bil-livelli diverġenti ta' implimentazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkompletaw l-għażla tas-siti tal-art u tal-baħar tan-Natura 2000 u jfasslu pjanijiet ta' ġestjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha;

22.

Jenfasizza li filwaqt li l-ġestjoni tas-siti Natura 2000 fi ħdan l-UE tiswa minimu ta' EUR 5,8 biljun, dawn iġibu benefiċċji ambjentali u soċjoekonomiċi tal-valur ta' bejn EUR 200 biljun u EUR 300 biljun fis-sena; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-siti ta' Natura 2000 ikunu ġestiti b'mod trasparenti;

23.

Jirrikonoxxi l-kontribut vitali li ż-Żoni Protetti tal-Baħar stabbiliti taħt in-netwerk Natura 2000 se jkollhom fil-kisba ta' Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, u fil-kisba tal-mira globali li sal-2020 jiġu protetti 10 % taż-żoni kostali u tal-baħar, kif stabbilit fl-Objettiv 11 dwar il-Bijodiversità ta' Aichi; jiddispjaċih li din il-mira għada 'l bogħod milli tintlaħaq;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-ħabitats u tal-ispeċi, b'mod partikolari fejn hemm lakuni ewlenin, sabiex jevalwaw il-progress li sar fil-kisba ta' dawn il-miri;

25.

Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li għad m'hemmx għarfien dettaljat dwar il-finanzjament attwali tal-konservazzjoni tan-natura minn kull Stat Membru; iqis dan bħala lakuna sinifikanti fl-għarfien tagħna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw u jikkumpilaw il-linji baġitarji nazzjonali rilevanti, mingħajr dewmien;

26.

Itenni l-appelli preċedenti tiegħu għall-kofinanzjament tal-UE għall-ġestjoni tas-siti tan-Natura 2000, li jikkumplimentaw il-fondi għall-iżvilupp rurali u strutturali u għas-sajd, u għall-fondi disponibbli mill-Istati Membri;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jinfurzaw id-Direttivi dwar in-Natura b'mod kuxjenzjuż; jenfasizza li l-konformità ma', u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tittejjeb permezz ta', pereżempju, l-użu ta' penali proporzjonali, effettivi u dissważivi;

28.

Jitlob, f'dak il-kuntest, għal sforzi addizzjonali biex jitwaqqaf il-qtil, l-insib u l-kummerċ kollu illegali tal-għasafar u biex jiġu solvuti l-kunflitti lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw għodod ġodda biex jiġu identifikati attivitajiet illegali fis-siti tan-Natura 2000;

Mira 2

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika mingħajr dewmien proposta speċifika għall-iżvilupp ta' netwerk trans-Ewropew għal infrastruttura ekoloġika (TEN-G) sal-2017; jinkoraġġixxi l-iżvilupp konġunt flimkien mal-Istati Membri, ta' strateġija għal kurituri Ewropej għall-annimali selvaġġi għall-ispeċi fil-mira;

30.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma żviluppawx u ma implimentawx oqfsa ta' prijoritizzazzjoni tar-restawr tal-ekosistemi, biex jagħmlu dan minnufih;

31.

Jistieden lill-Istati Membri biex jipprijoritizzaw il-mira ta' restawr ta' 15 % tal-ekosistemi degradati sal-2020 u biex jużaw l-approprjazzjonijiet disponibbli għal dan il-għan fi ħdan il-QFP; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta linji gwida dwar kif għandhom jintużaw dawn l-approprjazzjonijiet għar-restawr tal-ekosistemi degradati u għall-protezzjoni tal-bijodiversità b'mod ġenerali;

32.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-agrikoltura u l-forestrija għall-kisba ta' din il-mira u għall-ħtieġa għal soluzzjonijiet sostenibbli għall-agrikoltura u l-forestrija;

33.

Jirrikonoxxi l-impatt negattiv tat-tniġġis tal-arja fuq il-bijodiversità u fuq is-servizzi ekosistemiċi, fejn it-tagħbijiet kritiċi tan-nitroġenu nutrittiv u aċidità jintużaw bħala indikatur tal-pressjoni fuq l-ekosistemi naturali u d-diversità tal-ispeċi;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu fil-bijodiversità sabiex jappoġġaw il-kapaċità tal-kumpaniji li jinnovaw, b'mod partikolari fil-qasam tal-inġinerija ekoloġika;

Mira 3

35.

Jinnota li l-inkorporazzjoni tal-konservazzjoni tan-natura f'oqsma oħra ta' politika tibqa' ta' importanza kbira, u jenfasizza r-rwol kruċjali tal-agrikoltura u tal-forestrija f'dan ir-rigward;

36.

Jenfasizza li l-konservazzjoni tal-bijodiversità hija essenzjali għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, u għalhekk hija fl-interess tal-bdiewa; jenfasizza l-importanza ta' approċċ li jkopri wkoll il-varji partijiet interessati li tinvolvi wkoll b'mod attiv u tinkoraġġixxi lill-bdiewa u lill-operaturi tal-forestrija sabiex jindirizzaw dawn l-isfidi b'mod konġunt;

37.

Ifakkar li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) diġà għandha strumenti għar-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, bħalma huma l-Erjas b'Fokus Ekoloġiku (EFE); jirrimarka li r-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija, inkluż fiż-żoni tan-Natura 2000 huwa enfasizzat bħala wieħed mis-sitt prijoritajiet ewlenin għall-iżvilupp rurali fl-UE;

38.

Jinnota b'dispjaċir li ma sarx titjib li jista' jitkejjel fl-istatus tal-bijodiversità fl-agrikoltura, iżda jirrikonoxxi li għadu kmieni wisq biex titkejjel l-effettività reali tal-PAK riformata; jilqa' l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tevalwa l-progress fl-implimentazzjoni tal-PAK, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmonitorjaw, jevalwaw u, jekk ikun il-każ, itejbu l-effettività ta' miżuri ekoloġiċi – inkluża l-valutazzjoni tal-flessibilità tal-Istat Membru – u miżuri ta' żvilupp rurali rilevanti fil-kuntest tal-PAK; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra s-sejbiet tagħha fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-PAK;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-istrumenti eżistenti tal-PAK u tal-Politika ta' Koeżjoni biex jgħinu lill-bdiewa u l-operaturi tal-forestrija fil-kisba tal-miri tal-bijodiversità; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu sostenibbli ta' riżorsi ġenetiċi ta' pjanti u varjetajiet agrikoli tradizzjonali, flimkien ma' soluzzjonijiet sostenibbli għall-agrikoltura u l-forestrija;

40.

Jenfasizza li l-EFE fil-prinċipju għandhom ikunu żoni għall-ħarsien u l-promozzjoni tal-proċessi agroekoloġiċi bħall-pollinazzjoni u l-konservazzjoni tal-ħamrija; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika data dwar kemm l-Istati Membri kienu qed jippermettu l-użu ta' pestiċidi u fertilizzanti f'dawn l-EFE minn mindu r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 daħal fis-seħħ;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni, fl-interess tat-trasparenza, tippubblika l-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri għall-għażla tagħhom ta' miżuri ħodor;

42.

Jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li r-riżorsi finanzjarji skont il-PAK minflok ma jissussidjaw attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, jiġu diretti sabiex jiffinanzjaw prattiki agrikoli sostenibbli u ż-żamma tal-bijodiversità konnessa;

43.

Jenfasizza l-ħtieġa li titħares il-bijodiversità agrikola fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tinkiseb is-sigurtà tal-ikel; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinvesti fl-agroekoloġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti tad-dinja billi tiżgura proċessi ekoloġiċi u l-bijodiversità tal-foresti u l-produttività billi tirrispetta d-drittijiet tal-popli indiġeni li jsostnu r-riżorsi tal-foresti. barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi l-qerda tal-foresti naturali, sabiex tissalvagwardja l-ispeċi fil-periklu, u biex tipprojbixxi l-pestiċidi tossiċi u t-tħawwil ta' siġar ġenetikament modifikati;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar, bħala parti mill-istrateġija tagħha biex tappoġġja l-bijodiversità, il-foresti tropikali, minħabba l-konċentrazzjoni tagħhom ta' ekosistemi, ħabitats u l-ispeċi vulnerabbli partikolarment fil-periklu, ir-rwol fundamentali tagħhom għall-bilanċ ambjentali u l-klima, u l-funzjoni soċjali u kulturali tagħhom għall-popolazzjonijiet indiġeni;

46.

Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti bil-għan li jtejbu l-istatus ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi tal-foresti, u biex itejbu d-disponibilità tal-informazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji u standards għall-ġbir ta' informazzjoni dwar il-bijodiversità tal-foresti biex tiżgura li jkun hemm konsistenza u komparabilità;

47.

Jiġbed l-attenzjoni għat-theddida potenzjali għall-bijodiversità maħluqa mid-domanda dejjem tikber għal fjuwils agrikoli u l-pressjoni dejjem aktar intensa fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jipproduċuhom, permezz tal-konverżjoni u d-degradazzjoni tal-ħabitats u ekosistemi bħall-artijiet mistagħdra u l-foresti;

48.

Iħeġġeġ biex il-kriterji ta' sostenibbiltà soċjali u ambjentali għall-produzzjoni tal-bijomassa jiffurmaw parti koerenti tal-qafas stabbilit fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED); iqis li huwa fundamentali li jiġu żviluppati standards ta' sostenibilità għas-setturi kollha fejn il-bijomassa tista' tintuża, flimkien ma' kriterji ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex jiġi żgurat li l-bijoenerġija ma tikkontribwixxix għat-tibdil fil-klima jew isir xprunatur addizzjonali tal-ħtif tal-art u tal-insigurtà tal-ikel;

49.

Jinnota bi tħassib li 90 % taż-żejt tal-palm ikkunsmat fid-dinja jiġi prodott fl-Indoneżja u l-Malasja għad-detriment tal-foresti tal-pit, li jinħarqu biex jagħmlu spazju għal pjantazzjonijiet kbar tal-akaċja u tal-palma li tipproduċi ż-żejt; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont studju mwettaq mill-Bank Dinji, l-Indoneżja saret it-tielet l-akbar emittent ta' gassijiet b'effett ta' serra, preċiżament minħabba n-nirien tal-foresti;

Mira 4

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-Politika Komuni tas-Sajd riformata b'mod korrett u fil-pront, billi japplikaw ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistemi sabiex tintlaħaq il-mira tar-rendiment massimu sostenibbli billi, inter alia, jiġu promossi metodi ta' qbid sostenibbli u innovattivi; jenfasizza l-importanza li jitnaqqas it-tniġġis sabiex titħares, inter alia, il-bijodiversità tal-baħar u l-istokkijiet, u biex tappoġġja t-tkabbir ekonomiku permezz tal-ekonomija blu;

51.

Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-ekosistemi u r-riżorsi tal-baħar bħala pedament għall-iżvilupp sostenibbli għall-pajjiżi kostali; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-impenji preċedenti u biex jaħdmu mal-gvernijiet fil-livelli globali, reġjonali u nazzjonali biex jagħtu spinta sinifikanti tal-ambizzjoni u l-azzjoni biex jinkiseb sajd ekwitabbli u ekonomikament u ekoloġikament sostenibbli;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-UE tieħu sehem ewlieni biex jintlaħaq ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-istati;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem mal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi sabiex titjieb l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 dwar sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU);

54.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità ambjentali tal-ibħra tal-UE billi jwettqu proġetti bil-għan li jnaqqsu t-tniġġis kimiku, fiżiku u mikrobijoloġiku billi jottimizzaw is-sostenibbiltà tat-traffiku marittimu u l-ħarsien tal-bijodiversità, li hija inevitabbilment fil-periklu; jinnota f'dan ir-rigward li 12,7 miljun tunnellata ta' plastik (5 % tal-produzzjoni totali) jispiċċaw fl-oċeani kull sena mis-sistemi ta' dranaġġ, kanali u miżbliet tul il-kosti, li jfixklu l-ambjent u l-bijodiversità tal-pjaneta kollha;

Mira 5

55.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi, mingħajr dewmien u f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, il-lista preċiża u komprensiva ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni, bil-komprensjoni li tali lista m'għandhiex tkun limitata għal numru fiss ta' speċi u għandha tinkludi azzjonijiet ta' implimentazzjoni sħiħa u koerenti – appoġġjati minn riżorsi xierqa – immirati biex jiksbu l-miri; jisħaq fuq l-importanza ta' aġġornament regolari ta' din il-lista u li jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskji addizzjonali għall-ispeċi, biex il-leġiżlazzjoni dwar l-ispeċi aljeni invażivi tista' twettaq ir-rwol ta' lieva b'saħħitha;

56.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-ilma tas-Saborra tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jiġi pprevenut it-tixrid ta' speċi aljeni mit-trasport marittimu u fuq passaġġi tal-ilma interni u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u l-kisba tal-mira;

57.

Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-importazzjonijiet ta' speċi eżotiċi fit-territorju tagħhom u biex jirrapurtaw regolarment dwarhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħra; jitlob restrizzjonijiet ikbar fuq l-importazzjonijiet u l-pusses privat ta' speċi mhedda, inklużi l-primati, ir-rettili u l-amfibi;

Mira 6

58.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ineħħu gradwalment sussidji li huma ta' ħsara għall-ambjent sal-2020 li jiżguraw li jiġu kompletati evalwazzjonijiet ta' tali sussidji sal-2016 u li r-rekwiżiti għal rappurtar ikunu inkorporati f'oqsma ta' politika settorjali rilevanti tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari;

59.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għad fadal biex jirratifikaw il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għar-Riżorsi Ġenetiċi u l-Kondiviżjoni Ġusta u Ekwa tal-Benefiċċji li jirriżultaw mill-Użu tagħhom qabel il-COP-MOP 2 f'Diċembru 2016;

60.

Ifakkar li, fuq livell globali, l-UE tagħmel kontribut sinifikanti fil-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità u li, mal-Istati Membri tagħha, hi l-akbar donatur ta' fondi għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-akbar kontributur ta' assistenza uffiċjali għall-iżvilupp għall-bijodiversità;

61.

Jilqa' l-proġetti ewlenin tal-Kummissjoni B4Life għall-2014-2020, iżda jemmen li l-UE għandha żżid il-kontribuzzjoni tagħha biex tnaqqas it-telf tal-bijodiversità fuq livell dinji, u jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jwettqu l-impenji tagħhom ta' Hyderabad biex jiġu rduppjati l-flussi ta' finanzjament relatati mal-bijodiversità għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw sal-2015 u biex dan il-livell jinżamm tal-anqas sal-2020;

62.

Jenfasizza li l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi u mat-telf ta' ħabitats huma ta' theddida diretta u prevalenti għall-bijodiversità dinjija; jirrikonoxxi li t-tħallija barra tat-traffikar ta' organiżmi salvaġġi u n-nuqqas ta' azzjoni relatat mal-involviment tal-UE fis-CITES huma lakuna serja fl-istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa urġenti għal azzjoni kkoordinata biex jiġi miġġieled in-negozju illegali ta' organiżmi salvaġġi; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni ambizzjuż għall-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' annimali u pjanti selvaġġi, u prodotti derivati minnhom, u jitlob li jittieħdu miżuri simili biex jiġu megħluba d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

Kontroll tal-idoneità tad-Direttivi dwar in-Natura

63.

Jenfasizza li d-Direttivi dwar in-Natura huma passi importanti għall-politika tan-natura, mhux biss fi ħdan l-UE iżda wkoll internazzjonalment; iqis li, bis-saħħa tal-forma konċiża koerenti u konsistenti, dawn d-Direttivi dwar in-Natura jistgħu, biex ngħidu hekk, jitqiesu bħala regolamentazzjoni intelliġenti avant la lettre;

64.

Jisħaq li n-Natura 2000 għadha netwerk relattivament ġdida, li l-potenzjal sħiħ tagħha għadu 'l bogħod milli jintlaħaq; iqis li d-Direttivi dwar in-Natura jibqgħu rilevanti u li l-aħjar prattiċi ta' implimentazzjoni juru l-effettività tagħhom; jisħaq li hemm biżżejjed flessibbiltà fid-Direttivi tan-Natura, inkluża l-għażla għall-adattament skont il-progress tekniku u xjentifiku; jinnota li l-implimentazzjoni intelliġenti u l-kooperazzjoni internazzjonali huma essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-bijodiversità;

65.

Jopponi rieżami possibbli tad-Direttivi dwar in-Natura għaliex din tipperikola l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità, twassal għal perijodu twil ta' inċertezza legali bir-riskju li tirriżulta fi protezzjoni leġiżlattiva u finanzjament imdgħajfa, u tkun ta' dannu għan-natura, għall-persuni u għall-kummerċ; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-kontroll tal-programm REFIT li għaddej bħalissa tad-Direttivi dwar in-Natura għandu jiffoka fuq it-titjib tal-implimentazzjoni;

66.

Huwa konvint li kwalunkwe diffikultà biex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttivi dwar in-Natura u tal-Istrateġija tal-Bijodiversità inġenerali ma jinstabux fil-leġiżlazzjoni iżda primarjament fl-implimentazzjoni inkompleta u inadegwata f'oqsma oħra ta' politika;

67.

Jenfasizza li hemm biżżejjed flessibilità fi ħdan id-Direttivi tan-Natura biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom b'kont meħud tal-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u reġjonali, kif imsemmi fid-Direttiva dwar il-Ħabitats; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, madankollu, biex tiċċara l-interpretazzjoni tagħhom u l-linji gwida ta' implimentazzjoni sabiex jiġu evitati u solvuti punti kontenzjużi;

68.

Jitlob eżami dettaljat tar-rwol ta' predaturi kbar u l-introduzzjoni possibbli ta' miżuri ta' aġġustament biex jiġi żgurat li l-bijodiversità, il-pajżaġġ agrikolu u l-prattika ta' mijiet ta' snin fejn annimali jitħallew jirgħu f'reġjuni muntanjużi jinżammu;

69.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura għall-ħarsien tal-ekosistemi, tal-ħabitats u tal-ispeċi fiż-żoni protetti; jiddeplora, madankollu, il-fatt li r-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, li jikkostitwixxu riżervi uniċi ta' speċi u ta' ekosistemi u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-bijodiversità globali u Ewropea, huma esklużi minn dan il-qafas leġiżlattiv u minn kull qafas leġiżlattiv ieħor adattat għall-ispeċifiċitajiet tagħhom; jissottolinja, għalhekk, is-suċċess tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-programm LIFE+ f'dawn ir-reġjuni u tal-inizjattiva Ewropea BEST biex jissaħħu l-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għall-bidliet klimatiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej;

70.

Jistieden lill-Kummissjoni, in segwitu tal-azzjoni preparatorja BEST, tintroduċi mekkaniżmu sostenibbli ta' finanzjament għall-protezzjoni tal-bijodiversità fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej;

It-triq 'il quddiem: miżuri addizzjonali

71.

Jikkunsidra t-telf tal-bijodiversità barra żoni tan-natura protetti bħala lakuna fl-istrateġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġbru informazzjoni dwar dawn il-ħabitats u l-ispeċi u biex jiġu żviluppati oqfsa xierqa biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-ħabitat u telf nett tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema permezz ta' ħidma mal-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili;

72.

Jikkunsidra li tali qafas irid jinkludi ġabra ta' miżuri kumplimentari li jindirizzaw il-kawżi bażiċi tat-telf tal-biodiversità u jtejjeb l-integrazzjoni tal-bijodiversità f'politiki settorjali inklużi l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-enerġija u t-trasport;

73.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz ta' inizjattivi dwar l-ippjanar urban, l-użu meqjus ta' spazju, u protezzjoni adegwata tan-netwerk Natura 2000, għall-preżervazzjoni tal-ispazji miftuħa – b'mod partikolari billi jaddottaw approċċ pastoralist minflok jabbandunaw l-art, li jżid ir-riskji naturali bħal valangi tas-silġ u tat-tajn, movimenti fl-art – u biex jistabbilixxu netwerk koerenti ta' infrastruttura Marittima-Ekoloġika f'żoni rurali u urbani, filwaqt li fl-istess ħin joħolqu ċ-ċertezza legali meħtieġa għal attivitajiet ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi sommarju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

74.

Iqis essenzjali li, sabiex jintużaw ir-riżorsi disponnibbli b'mod aktar effiċjenti u b'mod aktar immirat, li l-Kummissjoni tfassal kriterji speċifiċi għal “Faċilità ta' Finanzjament għall-Kapitali Naturali”, li jridu jiggarantixxu li l-proġetti jwasslu għal riżultati xierqa, pożittivi u xjentifikament tanġibbli għall-bijodiversità; iqis li l-proġetti LIFE għandhom ikunu marbuta ma' finanzjament minn flussi ta' programmi oħra bħal Fondi Strutturali sabiex jiżdiedu u jiġu replikati proġetti ta' suċċess permezz tal-UE u jikkreaw effett multiplikatur akbar;

75.

Jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-approċċ li jinvolvi ħafna fondi għall-finanzjament tal-bijodiversità, u jitlob għall-konnessjoni aħjar bejn l-għodda finanzjarji varji;

76.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-koerenza f'setturi settorjali rilevanti biex jinkorporaw miri tal-bijodiversità filwaqt li jiżguraw li l-QFP li jmiss jiggarantixxi l-ebda telf globali nett ta' bijodiversità u ta' servizzi tal-ekosistema.

77.

Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf grupp ta' livell għoli dwar il-Kapital Naturali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet billi tagħtihom prominenza u prijorità politika akbar;

78.

Jiddispjaċih li d-dritt tal-ambjent tal-UE mhuwiex suġġett għal spezzjonijiet ambjentali koerenti u effettivi, u għal sorveljanza biex jinstabu u jiġu pprevenuti ksur għad-dritt tal-ambjent tul setturi differenti, inkluż għal siti tal-konservazzjoni tan-natura protetti; jilqa' x-xogħol preparatorju li sar għall-kisba ta' qafas tal-UE għal spezzjonijiet ambjentali u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva mingħajr dewmien ulterjuri;

79.

Jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-iżvilupp sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttivi dwar in-Natura, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffukaw b'mod partikolari fuq ir-rabtiet bejn il-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem u l-benesseri ekonomiku, u biex jikkoordinaw il-miżuri għall-ġbir tad-data; jenfasizza li għad hemm lakuni kbar fl-għarfien dwar l-istat tal-ekosistemi tal-baħar u r-riżorsi tas-sajd; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-data dwar l-impatt tas-sajd u l-akkwakultura fuq l-ambjent usa' tinġabar u tkun disponibbli għall-pubbliku;

80.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iniedu inizjattiva Ewropea dwar pollinaturi mingħajr dewmien – b'attenzjoni partikolari fil-pjanti tar-reżistenza tal-pesti li jaffettwaw in-naħal u insetti oħra li jdakkru – u fuq il-bażi ta' politiki li diġà saru fl-Istati Membri, u biex isiru proposti dwar id-Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija, u dwar direttiva dwar aċċess għall-ġustizzja u fuq il-qafas legali rivedut tal-UE għal spezzjonijiet ambjentali mingħajr aktar dewmien;

81.

Jenfasiżża bi tħassib il-ġabra ta' evidenza xjentifika li dejjem qed tikber li turi l-effett negattiv li l-pestiċidi neonikotinojdi jista' jkollhom fuq servizzi essenzjali bħall-pollinazzjoni u l-kontroll naturali tal-organiżmi ta' ħsara; għalħekk jitlob lill-Kummissjoni żżomm il-projbizzjoni tagħha fuq l-użu tan-neonikotinojdi;

82.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japplikaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' prekawzjoni meta jawtorizzaw l-użu u r-rilaxx fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ħajjin, sabiex jiġi prevenut kull impatt negattiv fuq il-bijodiversità;

83.

Jenfasizza l-importanza tal-Programm LIFE għall-ambjent, u b'mod partikolari is-subprogramm tan-Natura u tal-Bijodiversità, sabiex titħares u tittejjeb il-Bijodiversità Ewropea;

84.

Jemmen bis-sħiħ li l-ambjent u l-innovazzjoni huma kumplimentari għal xulxin, u jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari lejn soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jipprovdu soluzzjonijiet intelliġenti kemm ekonomikament kif ukoll ambjentalment biex jindirizzaw sfidi bħat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tal-materja prima, it-tniġġis u r-reżistenza għall-antimikrobiċi; jistieden lill-partijiet interessati rilevanti biex jilqgħu dawn is-“sejħiet” taħt l-Orizzont 2020; jistieden lill-Istati Membri biex ikunu aktar effettivi biex iħallu spazju regolatorju biex jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet intelliġenti li jagħtu riżultati pożittivi għall-bijodiversità;

85.

Jenfasizza li l-kwistjonijiet marbuta mal-bijodiversità, mat-tibdil fil-klima u mal-iskarsezza tal-materja prima huma marbuta b'mod inseparabbli; ifakkar li, biex jiġi evitat it-telf tal-bijodiversità, huwa essenzjali li t-tibdil fil-klima jinżamm sew taħt iż-2 gradi Celsius meta mqabbel mal-livelli preindustrijali; ifakkar, fl-istess ħin, li firxa ta' ekosistemi jaġixxu bħala lqugħ kontra l-perikli naturali, u b'hekk jikkontribwixxu għall-strateġiji ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;

86.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu kont ta' dan billi jiżguraw li l-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2020 tkun totalment integrata mal-pożizzjoni tal-UE fid-diskussjonijiet dwar ftehim internazzjonali ġdid dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari meta skont il-proġett “ROBIN” iffinanzjat mill-UE, il-protezzjoni tal-bijodiversità hija parti mis-soluzzjoni għat-tibdil fil-klima, mitigazzjoni u adattament, b'mod partikolari peress li l-foresti tropikali joffru potenzjali ta' mitigazzjoni ta' 25 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi kwistjonijiet relatati mal-ambjent u t-tibdil fil-klima fil-ftehimiet internazzjonali li tikkonkludi u biex twettaq analiżi ambjentali ffukata fuq il-possibbiltajiet għall-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità; jenfasizza l-importanza li, b'mod sistematiku, jiġu identifikati u valutati l-impatti potenzjali fuq il-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għas-sejbiet li jirriżultaw minn studju bit-titolu “l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi tad-domanda tal-UE għal ċerti prodotti bażiċi fuq il-bijodiversità f'pajjiżi terzi” billi tipproponi modi possibbli ta' kif tista' tikkontribwixxi biex tevita jew timminimizza t-telf tal-bijodiversità globali kkawżata minn ċerti xejriet ta' produzzjoni u ta' konsum fl-UE;

88.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri – fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju li għandha tittieħed azzjoni preventiva, u b'kunsiderazzjoni tar-riskji u l-klima negattiva, l-impatti ambjentali u fuq il-bijodiversità involuti fil-fratturazzjoni idrawlika għall-isfruttament tal-fratturazzjoni mhux konvenzjonali u l-lakuni identifikati fis-sistema regolatorja tal-UE għall-attivitajiet tal-gass tax-shale – biex ma jawtorizzawx operazzjonijiet ġodda tal-fratturazzjoni idrawlika mhux konvenzjonali fl-UE;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjan direzzjonali ta' Guadeloupe, adottat f'Ottubru 2014, jiġi implimentat u jiġu introdotti l-għodda neċessarji għall-protezzjoni tal-bijodiversità fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej;

90.

Jisħaq dwar ir-rwol globali tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-provvedimenti dwar il-bijodiversità fin-negozjati kummerċjali li għaddejjin bħalissa u tintegra l-għanijiet tal-bijodiversità fil-politiki kummerċjali tal-UE;

o

o o

91.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/fitness_check/docs/consultation/public%20consultation_FINAL.pdf

(2)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(5)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(6)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 99.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0600.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2015)0109.

(9)  http://www.foresteurope.org/fullsoef2015


L-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/14


P8_TA(2016)0037

Ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, ibbażata fuq petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari l-Petizzjoni Nru. 924/2011

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, ibbażata fuq petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari l-Petizzjoni Nru. 924/2011 (2016/2542(RSP))

(2018/C 035/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-petizzjonijiet minn ċittadini tal-UE li jbatu minn diffikultà biex jaqraw materjal stampat, u b'mod partikolari l-Petizzjoni Nru. 924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta' ċittadinanza Brittanika, f'isem il-“European Blind Union” (EBU – l-Unjoni tal-Għomja Ewropea)/ir-“Royal National Institute of Blind People” (RNIB – l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Għomja), dwar l-aċċess tal-għomja għall-kotba u prodotti stampati oħra,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Ippubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li għandhom Diffikultà Jaqraw Materjal Stampat (it-Trattat ta' Marrakexx),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD),

wara li kkunsidra l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fl-2010, stmat li fl-Ewropa hemm 2 550 000 persuna għamja u 23 800 000 persuna b'vista parzjali, b'total ta' 26 350 000 individwu b'vista batuta;

B.

billi 5 % biss tal-kotba kollha ppubblikati fil-pajjiżi żviluppati u inqas minn 1 % fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma prodotti f'formati aċċessibbli;

C.

billi l-UE u l-Istati Membri huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

D.

billi l-UE u l-Istati Membri ffirmaw it-Trattat ta' Marrakexx f'April 2014 u, għaldaqstant, daħlu f'impenn politiku biex jirratifikawh;

E.

billi l-Kumitat tal-UNCRPD ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tirratifika u timplimenta t-Trattat ta' Marrakexx malajr kemm jista' jkun fl-osservazzjonijiet konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

F.

billi l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx (COM(2014)0638);

1.

Ifakkar li l-Artikoli 24 u 30 tal-UN CRPD jenfasizzaw id-dritt tal-persuni b'diżabilità għall-edukazzjoni, mingħajr diskriminazzjoni u fuq bażi ta' opportunitajiet indaqs, filwaqt li jiġi żgurat li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jikkostitwixxux ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess ta' persuni b'diżabilità għall-materjali kulturali;

2.

Jinnota b'rabja profonda li seba' Stati Membri tal-UE iffurmaw minoranza li timblokka li qed tfixkel il-proċess ta' ratifika tat-Trattat; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iħaffu l-proċess ta' ratifika, mingħajr ma jagħmlu r-ratifika kondizzjonali fuq ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-UE jew id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kumitat tal-UN CRPD.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/15


P8_TA(2016)0038

Prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill D042684 – 2016/2547(RSP))

(2018/C 035/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-fatt li, fit-18 ta' Novembru 2015, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ivvota favur li ma jagħtix opinjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-16 ta' Lulju 2015 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fl-24 ta' Ġunju 2011, Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni quddiem l-awtorità kompetenti tal-Belġju, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja FG72;

B.

billi s-sojja ġenetikament modifikata MST-FGØ72-2, kif deskritta fl-applikazzjoni, tesprimi l-proteina 2mEPSPS li tagħti tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat u l-proteina HPPD W336 li tagħti tolleranza għall-erbiċidi tal-isoksaflutol; billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, li hija l-aġenzija tad-WHO speċjalizzata fil-kanċer, fl-20 ta' Marzu 2015 ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza x'aktarx karċinoġenika għall-bniedem (5);

C.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ttieħed vot dwaru fil-Kumitat Permanenti fit-18 ta' Novembru 2015, mingħajr ma ngħatat opinjoni;

D.

billi fit-22 ta' April 2015, fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kienu ġew adottati mill-Kummissjoni, b'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitati tal-Istati Membri, u li r-ritorn tad-dossier għand il-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li kienet deċiżament eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, kienet saret in-norma għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar awtorizzazzjonijiet rigward ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠM);

E.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ġiet miċħuda mill-Parlament (6) fuq il-bażi li, filwaqt li l-kultivazzjoni sseħħ neċessarjament fit-territorju ta' Stat Membru, il-kummerċ tal-OĠM hu wieħed transkonfinali, li jfisser li l-infurzar tal-proposta tal-Kummissjoni għal projbizzjoni nazzjonali fuq “il-bejgħ u l-użu” jista' jkun impossibbli mingħajr ma jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-importazzjonijiet fil-fruntieri; billi l-Parlament ċaħad il-proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u stieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha u tressaq waħda ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, għaliex mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), huwa li jipprovdi l-bażi biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, filwaqt li jiżgura t-tħaddim effettiv tas-suq intern;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva ġdida abbażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li filwaqt li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tqis it-tħassib muri ta' sikwit minn diversi pajjiżi u li mhuwiex marbut biss ma' kwistjonijiet dwar kemm l-OĠM huma sikuri għas-saħħa jew għall-ambjent;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  EFSA GMO Panel (il-bord tal-EFSA dwar organiżmi ġenetikament modifikati), 2015. Opinjoni xjentifika dwar l-applikazzjoni AG (EFSA-GMO-BE-2011-98) għat-tqegħid fis-suq tas-sojja ġenetikament modifikata u tolleranti għall-erbiċidi FG72 għall-użu fl-ikel u fl-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 mressqa minn Bayer CropScience. AG EFSA Journal 2015; 13(7):4167, 29 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4167.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0456.

(5)  Volum 112 tal-Monografiji tal-IARC: valutazzjoni ta' ħames insettiċidi u erbiċidi organofosforiċi, l-20 ta' Marzu 2015 http://www.iarc.fr/en/media-centre/iarcnews/pdf/MonographVolume112.pdf

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0379.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/17


P8_TA(2016)0039

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 x MON 89788

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042682 – 2016/2548(RSP))

(2018/C 035/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ivvota fit-18 ta’ Novembru 2015 biex ma tingħatax opinjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-18 ta' Ġunju 2015 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fit-23 ta' Marzu 2012, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' oġġetti tal-ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja MON 87708 × MON 89788;

B.

billi fażola tas-sojja MON-877Ø8-9 × MON-89788-1 modifikata ġenetikament, kif deskritta fl-applikazzjoni, tesprimi proteini DMO li jipprovdu tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq id-dikamba u l-proteini CP4 EPSPS li jipprovdu toleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat; billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer – l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa – ikklassifikat il-glisofat bħala aktarx karċinoġenu għall-bniedem fl-20 ta' Marzu 2015 (5);

C.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ttieħed vot dwaru fil-Kumitat Permanenti fit-18 ta' Novembru 2015, mingħajr ma ngħatat ebda opinjoni;

D.

billi fit-22 ta' April 2015 il-Kummissjoni, fil-memorandum spjegattiv tal-proposta leġiżlattiva tagħha li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ikkundannat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ġew adottati deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, bi qbil mal-leġiżlazzjoni applikabbli, mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitati tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, fatt li kien verament eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, kien sar ir-regola għal teħid ta' deċiżjonijiet dwar ikel modifikat ġenetikamant (MĠ) u għal awtorizzazzjonijiet dwar l-għalf;

E.

billi l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ġiet rifjutata mill-Parlament fit-28 ta' Ottubru 2015 (6) minħabba li, filwaqt li l-kultivazzjoni bilfors trid titwettaq fit-territorju ta' Stat Membru, il-kummerċ ta' OMĠ imur lil hinn mill-fruntieri, li jfisser li projbizzjoni fuq bażi nazzjonali ta' 'bejgħ u użu' kif propost mill-Kummissjoni tkun impossibbli li tiġi infurzata mingħajr ma jerġgħu jiddaħlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet fil-fruntieri; billi l-Parlament irrifjuta l-proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u stieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha u tressaq waħda ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri mhuwiex kumpatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li, f'konformità mal-prinċipji ġenerali mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), hu li jipprovdi l-bażi ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur fir-rigward ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament, filwaqt li jiġi żgurat l-operat effettiv tas-Suq Intern;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva ġdida fuq il-bażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 filwaqt li tqis it-tħassib nazzjonali espress b'mod frekwenti li ma jirrelatax biss ma' kwistjonijiet assoċjati mas-sikurezza ta' OMĠ għas-saħħa u l-ambjent;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-UK-2012-108) għat-tqegħid fis-suq ta' fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 tolleranti għall-erbiċidi biex tintuża għall-ikel u l-għalf, għall-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, minn Monsanto. EFSA Journal 2015; 13(6):4136, 26 pp. doi. 10.2903/j.efsa.2015.4136.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0456.

(5)  IARC Monographs Volume 112: evalwazzjoni ta' ħames insettiċida u erbiċida organofosfati 20 ta' Marzu 2015, http://www.iarc.fr/en/media-centre/iarcnews/pdf/MonographVolume112.pdf

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0379.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/19


P8_TA(2016)0040

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Awtorizzazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 x MON 89788

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042681 – 2016/2549(RSP))

(2018/C 035/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar- Regolament (KE) Nru 1829/2003 vvota fit-18 ta’ Novembru 2015 li ma jagħtix opinjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-16 ta' Lulju 2015 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-11 ta' Awwissu 2011, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' oġġetti tal-ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom fażola tas-sojja MON 87705 × MON 89788, jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnhom;

B.

billi l-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON-877Ø5-6 × MON-89788-1, kif deskritta fl-applikazzjoni, għandha espressjoni mnaqqsa ta' Δ12-desaturażi tal-aċidi grassi (FAD2) u enzimi tijoesterażi tal-proteina trasportatriċi tal-aċil tal-palmitojl (FATB), li tirriżulta f'żieda tal-aċidu olejku u fi profil tal-aċidu linolejku mnaqqas u tesprimi l-proteina CP4 EPSPS, li tagħti tolleranza lill-erbiċidi glifosati; billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer – l-aġenzija tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa speċjalizzata fil-kanċer – ikklassifikat il-glifosat bħala x'aktarx karċinoġenu għall-bniedem fl-20 ta' Marzu 2015 (5);

C.

billi l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ġiet ivvutata fil-Kumitat Permanenti fit-18 ta’ Novembru 2015, mingħajr ma ta l-ebda opinjoni;

D.

billi fit-22 ta' April 2015 il-Kummissjoni, fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, iddeplorat il-fatt li, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kienu ġew adottati mill-Kummissjoni, b'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitat tal-Istati Membri, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li kienet tassew l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, kienet saret in-norma għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar awtorizzazzjonijiet għal ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠM);

E.

billi l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ġiet miċħuda mill-Parlament fit-28 ta' Ottubru 2015 (6) minħabba li, għalkemm il-kultivazzjoni neċessarjament isseħħ fit-territorju ta' Stat Membru, il-kummerċ tal-OĠM hu wieħed li jaqsam il-fruntieri, li jfisser li l-proposta tal-Kummissjoni għal projbizzjoni nazzjonali fuq “il-bejgħ u l-użu” tista' tkun impossibbli li tiġi infurzata mingħajr ma jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-importazzjonijiet fil-fruntieri; billi l-Parlament irrifjuta l-proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u stieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha u tressaq waħda ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni, fis-sens li ma huwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li huwa, b'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li jipprovdi l-bażi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ ikel u għalf modifikati ġenetikament, waqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida abbażi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li tqis it-tħassib nazzjonali li ta' spiss jiġi espress u li mhuwiex marbut biss ma' kwistjonijiet dwar kemm l-OĠM huma sikuri għas-saħħa jew għall-ambjent;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  L-Opinjoni Xjentifika dwar l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2011-110 minn Monsanto għat-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament, tolleranti għall-erbiċidi u b'kontenut ta' aċidu olejku miżjud MON 87705 x MON 89788 għall-użu għall-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. EFSA Journal 2015; 13(7):4178, 30 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4178.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0456.

(5)  IARC Monographs, Volum 112: evaluation of five organophosphate insecticides and herbicides, 20 ta' Marzu 2015, http://www.iarc.fr/en/media-centre/iarcnews/pdf/MonographVolume112.pdf

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0379.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/21


P8_TA(2016)0041

Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (2015/2233(INI))

(2018/C 035/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) (1), li daħal fis-seħħ f'Jannar tal-1995 bħala riżultat tan-negozjati taċ-Ċiklu tal-Urugwaj fil-qafas tad-WTO,

wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta' April 2011 tal-President tal-Kunsill għall-Kummerċ fis-Servizzi tad-WTO, l-Ambaxxatur Fernando de Mateo, lill-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali tiegħu rigward is-sessjoni speċjali tan-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-grupp “Really Good Friends of Services” (RGF) fil-5 ta' Lulju 2012 (3),

wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE għan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA), adottat mill-Kunsill fit-8 ta' Marzu 2013 u li ġew deklassifikati u magħmula pubbliċi mill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2015 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar il-bidu ta' negozjati dwar Ftehim Plurilaterali dwar is-Servizzi (5),

wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President Juncker tal-15 ta' Lulju 2014 indirizzati lill-Kummissjoni l-ġdida u intitolati “Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata “Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497),

wara li kkunsidra r-Rapport Inizjali Definittiv tas-17 ta' Lulju 2014, imfassal għall-Kummissjoni minn Ecorys u intitolat “Valutazzjoni tal-Impatt Sostenibbli tal-Kummerċ li tappoġġa n-negozjati dwar Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) plurilaterali” (6),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta' negozjar imressqa mill-partijiet kollha tat-TiSA, b'mod partikolari dawk deklassifikati u magħmula pubbliċi mill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2014, inkluż l-offerta inizjali tal-UE (7),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Malmström tal-5 ta' Frar 2015 dwar il-mobilità tal-pazjenti fit-TiSA (8),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta UE-Stati Uniti tal-20 ta' Marzu 2015 dwar is-servizzi pubbliċi (9) fil-kuntest tan-negozjati TiSA u TTIP,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data personali, u l-Artikolu 12 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bħala wieħed mill-valuri sottostanti tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 14 u 106 u l-Protokoll 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Marzu 2003 dwar il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) fl-ambitu tad-WTO, inkluża d-diversità kulturali (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-TUE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 207 u 218 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-prinċipju ta' koerenza għall-iżvilupp kif iddikjarat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (CDR 2700/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 108(4) u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0009/2016),

A.

billi n-negozjati tat-TiSA għandhom jilħqu livell effikaċi ta' regolamentazzjoni internazzjonali, u mhux ibaxxu r-regolamentazzjoni interna;

B.

billi, għalkemm t-TiSA fil-forma attwali u bil-membri attwali ta' negozjar tiegħu hu ftehim plurilaterali, l-ambizzjoni trid tkun li l-ftehim konkluż jilħaq massa kritika biex ikun jista' jsir ftehim multilaterali fi ħdan il-qafas tad-WTO;

C.

billi kwanlukwe ftehim kummerċjali għandu jipprovdi aktar drittijiet u jbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi Ewropej, joħloq aktar impjiegi u jżid il-protezzjoni għall-ħaddiema; billi għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, ir-responsabbiltà korporattiva soċjali globalment u jipprovdu l-istess kundizzjonijiet għall-kumpaniji Ewropej; billi l-politika tal-kummerċ għandha tikkontribwixxi għall-aġenda tax-xogħol diċenti tal-ILO u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, u tkun kompletament konformi magħhom;

D.

billi kwalunkwe ftehim kummerċjali għandu jiftaħ swieq barranin ġodda għall-kumpaniji tagħna u jkun xibka ta' sikurezza għaċ-ċittadini tagħna f'pajjiżhom; billi t-TiSA għandu jżid l-aċċess għas-swieq barranin, jippromwovi l-aqwa prassi u jsawwar il-globalizzazzjoni bil-għan li jiġi żgurat li dan jirrifletti l-valuri, il-prinċipji u l-interessi tal-UE u li jgħin lill-kumpaniji tal-UE jirnexxu fl-era tal-katini tal-valur globali; billi d-drittijiet tal-konsumatur kif ukoll l-istandards soċjali u ambjentali mhumiex ostakli kummerċjali iżda partijiet fundamentali mhux negozjabbli tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi l-politika kummerċjali tal-UE għandha tappoġġa l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-TFUE; billi l-forniment ta' servizzi fl-UE huwa bbażat fuq il-prinċipji ta' aċċess universali, kwalità, sikurezza, aċċess mil-lat finanzjarju u trattament ugwali li għandhom jiġu garantiti dejjem fil-bliet u r-reġjuni kollha; billi l-UE għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell internazzjonali;

E.

billi fil-kuntest tal-globalizzazzjoni, is-servizzifikazzjoni (servicification) u d-diġitalizzazzjoni, kemm tal-ekonomiji tagħna kif ukoll tal-kummerċ internazzjonali, hemm bżonn ta' azzjoni politika urġenti biex jittejbu r-regoli internazzjonali; billi l-UE għandha interess vitali fit-tisħiħ tar-regoli kummerċjali globali biex tirregola l-katini ta' forniment globali; billi s-sistema kummerċjali multilaterali tibqa' l-aktar qafas effikaċi biex jinkiseb kummerċ miftuħ u ġust fid-dinja kollha;

F.

billi t-TiSA huwa opportunità biex l-UE tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha bħala l-ikbar esportatur dinji tas-servizzi, fejn din tirrappreżenta 25 % tal-esportazzjonijiet globali tas-servizzi u li ammontaw għal surplus kummerċjali ta' EUR 170 biljun fl-2013; billi l-valur tal-esportazzjonijiet tal-UE fis-servizzi rdoppja matul dawn l-aħħar 10 snin u laħaq valur ta' EUR 728 biljun fl-2014; billi s-servizzi jimpjegaw kważi 70 % tal-forza tax-xogħol tal-UE u jirrappreżentaw 40 % tal-valur tal-prodotti esportati mill-Ewropa; billi 90 % tal-impjiegi ġodda li ser jinħolqu fl-UE bejn l-2013 u l-2025 se jkunu xprunati mis-setturi tas-servizzi; billi dan il-ftehim għandu l-potenzjal li jagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi fl-UE;

G.

billi l-kummerċ fis-servizzi huwa xprun għall-impjiegi u t-tkabbir fl-UE, li jista' jissaħħaħ permezz tat-TiSA;

H.

billi bosta swieq importanti, mhux l-inqas f'ekonomiji emerġenti, għadhom magħluqa għall-kumpaniji Ewropej; billi bosta ostakli għall-kummerċ fis-servizzi, li jekk tradotti f'tariffi ekwivalenti jammontaw għal 15 % għall-Kanada, 16 % għall-Ġappun, 25 % għall-Korea f'Isfel, 44 % għat-Turkija u 68 % għaċ-Ċina, qed ikomplu jipprevjenu lill-kumpaniji Ewropej milli jgawdu mill-benefiċċji sħaħ tal-kompetittività tagħhom; billi l-UE, fejn l-ekwivalenti tat-tariffi tar-restrizzjonijiet tas-servizzi huma biss 6 %, hija sostanzjalment aktar miftuħa minn ħafna mis-sħab tagħha; billi l-UE għandha tuża l-pożizzjoni tagħha bħala l-aktar importatur u esportatur importanti tas-servizzi biex tiżgura kundizzjonijiet ugwali permezz ta' aċċess reċiproku għas-suq u kompetizzjoni ġusta;

I.

billi l-ostakli mhux tariffarji, li bħala medja jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kost tas-servizzi transkonfinali, jolqtu b'mod sproporzjonat l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jikkostitwixxu terz tal-fornituri ta' esportazzjoni tas-servizzi tal-UE u spiss ma jkollhomx ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex jegħlbu dawn l-ostakli; billi l-eliminazzjoni tal-ostakli bla bżonn tiffaċilita l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs sakemm dawn l-ostakoli jistgħu jitneħħew mingħajr ma jipperikolaw it-twettiq tal-objettivi tal-politika pubblika li fuqhom huma bbażati; billi għandhom jinżammu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu għanijiet leġittimi tal-politika pubblika;

J.

billi l-globalizzazzjoni tal-katini tal-valur iżżid il-kontenut tal-importazzjonijiet kemm tal-produzzjoni nazzjonali kif ukoll tal-esportazzjonijiet; billi l-kummerċ fi prodotti u l-kummerċ fis-servizzi huma marbuta ma' xulxin u hemm bżonn ta' regoli globali li jirregolaw dawn il-katini tal-provvista; billi f'kuntest ta' katini ta' valur globali, l-istandards bażiċi vinkolanti internazzjonali jsiru dejjem aktar neċessarji sabiex tiġi evitata dejjem aktar ġirja ulterjuri lejn l-iktar livell baxx, kif ukoll id-dumping soċjali u ambjentali;

K.

billi l-fiduċja taċ-ċittadini fil-politika kummerċjali tal-UE għandha tissaħħaħ, u dan mhux biss billi jiġu żgurati riżultati tajba f'termini ta' impjiegi u l-ħolqien tal-ġid għaċ-ċittadini u n-negozji, iżda wkoll billi jiġi ggarantit l-ogħla livell ta' trasparenza, impenn u responsabbiltà, jinżamm djalogu kostanti mas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u kwalunkwe parti interessata oħra rilevanti, u billi jiġu stabbiliti linji gwida ċari fin-negozjati;

L.

billi l-biċċa l-kbira tal-impenji fl-iskeda tal-UE jirreferu għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri; billi l-implimentazzjoni tal-impenji taffettwa b'mod partikolari l-gvernijiet reġjonali u lokali;

M.

billi l-protezzjoni tad-data mhijiex piż ekonomiku, iżda sors ta' tkabbir ekonomiku; billi huwa kruċjali li terġa' tinkiseb il-fiduċja fid-dinja diġitali; billi l-flussi tad-data huma indispensabbli għall-kummerċ fis-servizzi iżda m'għandhom qatt jikkompromettu l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza;

N.

billi l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar il-bidu ta' negozjati dwar Ftehim Plurilaterali dwar is-Servizzi, talab li l-Kummissjoni “ssegwi l-intenzjoni tagħha li tħejji valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibilità”;

O.

billi t-TiSA se jinvolvi movimenti ta' persuni naturali bejn pajjiżi li huma partijiet fil-ftehim u f'dan ir-rigward iċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali fir-rigward tal-aċċess għat-territorji rispettivi tal-partijiet;

P.

billi l-Parlament jieħu d-deċiżjoni finali, permezz tal-proċedura ta' approvazzjoni, dwar ftehimiet kummerċjali u l-Membri tiegħu ser jiddeċiedu biss dwar jekk japprovawx jew jirrifjutawx it-TiSA ladarba n-negozjati jkunu ġew konklużi; billi r-ratifika f'ċerti Stati Membri tista' teħtieġ ratifika minn parlamenti reġjonali u/jew kmamar parlamentari li jirrappreżentaw il-livell reġjonali;

Q.

billi l-Parlament jirriserva d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu wara li jikkonsulta kwalunke proposta u abbozz ta' testi futuri tat-TiSA;

1.

Jindirizza lill-Kummissjoni, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(a)

rigward il-kuntest u l-kamp ta' applikazzjoni:

i.

biex tikkunsidra n-negozjati tat-TiSA bħala pass 'il quddiem lejn ambizzjonijiet imġedda fil-livell tad-WTO bil-għan li jitnedew mill-ġdid in-negozjati għal riforma tal-GATS;

ii.

ittenni l-appoġġ tagħha favur negozjati ambizzjużi, komprensivi u bilanċjati, li għandhom joħorġu l-potenzjal mhux sfruttat ta' suq tas-servizzi globali aktar integrat, filwaqt li jevitaw id-dumping soċjali, ambjentali u ekonomiku u jiggarantixxu kompletament il-konformità mal-acquis tal-UE; issawwar u tirregola l-globalizzazzjoni u ssaħħaħ l-istandards internazzjonali, filwaqt li tiżgura legalment id-dritt li tirregola u ssegwi objettivi leġittimi tal-politika pubblika bħal dawk tas-saħħa pubblika, is-sikurezza u l-ambjent; tiżgura aċċess akbar tas-suq għall-fornituri tas-servizz Ewropej, inklużi l-SMEs, f'setturi ta' interess ewlenin, filwaqt li takkomoda konċessjonijiet speċifiċi għal setturi sensittivi, inklużi s-servizzi pubbliċi kollha; tiżgura li dawn in-negozjati jikkontribwixxu b'mod ġust u sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir inklużiv, u jistabbilixxu standards ambizzjużi għall-kummerċ fis-servizzi għas-seklu 21; tirrispetta l-mudelli politiċi, soċjali u kulturali tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll il-prinċipji fundamentali minquxa fit-Trattati tal-UE, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE bħalma huma l-ugwaljanza bejn is-sessi; tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt madwar id-dinja;

iii.

timmira lejn il-multilateralizzazzjoni u topponi kwalunkwe dispożizzjoni jew anness li ma jippermettux dan, li jkunu inkompatibbli mal-GATS u li ma jippermettux l-integrazzjoni futura fiss-sistema tad-WTO; taċċetta partijiet ġodda bil-kundizzjoni li dawn jaċċettaw ir-regoli u l-livell ta' ambizzjonijiet li dwarhom diġà ntlaħaq qbil; tinċentiva parteċipazzjoni usa' fit-taħditiet tan-negozjati; tinnota li kemm l-ogħla ostakli u kemm l-ogħla potenzjal tat-tkabbir rigward il-kummerċ fis-servizzi għandhom jinstabu fil-pajjiżi BRICS u MINT; tirrikonoxxi l-importanza ta' dawk il-pajjiżi għall-UE, bħala destinazzjonijiet tal-esportazzjonijiet bi klassi medja f'espansjoni, bħala sorsi ta' inputs intermedji u bħala fulkri essenzjali fil-katini tal-valur globali; twitti t-triq għall-parteċipazzjoni ta' ekonomiji emerġenti u dinamiċi impenjati u ttenni s-sostenn tagħha għat-talba taċ-Ċina biex tingħaqad man-negozjati; tiżgura l-impenn tal-parteċipanti kollha tat-TiSA għall-multilateralizzazzjoni tal-eżitu tan-negozjati; tiżgura li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li fit-TiSA tinkludi d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu IV tal-GATS;

iv.

tieħu nota li, skont il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), is-settur tas-servizzi jirrappreżenta madwar 51 % tal-PDG fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li l-esportazzjonijiet ta' servizzi minn pajjiżi Afrikani qed jiżdiedu; tirrikonoxxi li l-kummerċ, inkluż fis-servizzi, jista' taħt ċerti kundizzjonijiet jagħti spinta lit-tkabbir inklużiv, l-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis fil-faqar u l-inugwaljanza u l-ħolqien ta' impjiegi deċenti, u jista' jħeġġeġ l-innovazzjoni billi jiffaċilita l-iskambju tal-għarfien, it-teknoloġija u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż permezz tal-investiment barrani; issostni għalhekk li jekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħallew jiksbu aċċess ġust għas-swieq dinjija fis-servizzi, dan jista' jsaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u l-aġġustament tagħhom għall-globalizzazzjoni;

v.

tirrikonoxxi li, peress li n-negozjati jsiru fuq bażi preferenzjali, il-benefiċċji tal-ftehim se jkunu limitati għall-partijiet TiSA sa ma jiġi multilateralizzat; tirrifjuta l-applikazzjoni ta' klawsola ta' trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit (klawsola MFN) għall-partijiet mhux TiSA sa ma jiġi multilaterizzat il-ftehim; tirrifjuta, hekk kif għamlet fil-GATS, l-inklużjoni ta' FTA fil-klawsola MFN;

vi.

tniedi mill-ġdid id-diskussjonijiet dwar is-servizzi fiċ-Ċiklu ta' Doha għall-Iżvilupp;

vii.

tiżgura sinerġiji u konsistenza bejn ftehimiet bilaterali, plurilaterali u multilaterali li qegħdin jiġu nnegozjati bħalissa, kif ukoll ma' żviluppi tas-suq uniku, speċjalment fir-rigward tas-Suq Uniku Diġitali; tiżgura koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE u tippromwovi approċċ integrat lejn l-affarijiet barranin; tirrispetta l-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli li ġew adottati f'Settembru 2015;

viii.

tipproponi salvagwardji speċifiċi għat-turisti, fost ħwejjeġ oħra, sabiex it-tariffi internazzjonali tar-roaming kif ukoll it-tariffi applikati għal telefonati u messaġġi internazzjonali jsiru trasparenti, tillimita t-tariffi eċċessivi ddebitati lill-konsumaturi li jużaw il-karti ta' kreditu tagħhom barra mill-Ewropa, u biex iżżomm id-dritt tal-UE u tal-Istati Membri li joħorġu twissijiet ta' sikurezza b'rabta mad-destinazzjonijiet tat-turisti;

ix.

tinkludi klawsola ta' reviżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu li jipprovdi lil parti bl-opportunità li toħroġ mill-ftehim, jew li tissospendi jew treġġa' lura l-impenji dwar il-liberalizzazzjoni ta' servizz, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur ta' standards tax-xogħol u dawk soċjali;

x.

tippubblika, mingħajr aktar dewmien, valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibbiltà u taġġornaha kif xieraq ladarba jiġu finalizzati n-negozjati, filwaqt li tqis b'mod speċifiku l-impatt tat-TiSA fuq iċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex jipparteċipaw fin-negozjati, kif ukoll il-qagħda soċjali u tal-impjiegi fl-UE; tagħmel valutazzjoni dettaljata u f'waqtha tal-effett tal-GATS fuq l-ekonomija Ewropea mindu daħal fis-seħħ; tinvolvi bis-sħiħ lis-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fil-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibilità; titlob lis-servizzi ta' riċerka tal-Parlament jippubblikaw studju komprensiv u informattiv dwar l-ambitu u l-impatt potenzjali tan-negozjati tat-TiSA, inkluż mill-perspettiva tal-ġeneru u l-ħtieġa li jiġu indirizzati fenomeni bħas-saqaf tal-ħġieġ u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi; twettaq kontroll tad-drittijiet fundamentali li jwasslu lill-Parlament jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk japprovax it-TiSA;

xi.

tiżgura li l-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat ma jiġux “importati” minn trattati ta' investiment bilaterali oħrajn permezz ta' klawsoli MFN;

(b)

rigward l-aċċess għas-suq:

i.

teskludi s-servizzi pubbliċi u s-servizzi awdjoviżivi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, tadotta approċċ kawt fir-rigward tas-servizzi kulturali, mingħajr preġudizzju għall-impenji tal-UE fil-GATS; tfittex impenji ambizzjużi bejn il-partijiet, is-setturi, u l-livelli tal-gvern, b'mod partikolari l-ftuħ ulterjuri ta' swieq barranin fir-rigward tal-akkwist pubbliku, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u professjonali;

ii.

tiżgura r-reċiproċità fil-livelli kollha; tappoġġa l-użu tad-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligi orizzontali bħala mezz biex ikun stabbilit livell komuni ta' ambizzjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli XVI u XVII tal-GATS, u tieħu nota li tali rekwiżiti minimi se jiffissaw parametri ċari għall-pajjiżi interessati li jipparteċipaw; tipprovdi flessibilità għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk l-inqas żviluppati, f'konformità mal-Artikolu IV tal-GATS, meta jissottoskrivu għal-livell ta' ambizzjoni ta' dan il-ftehim; tiżgura li l-ftehim ifittex li joħloq kundizzjonijiet indaqs fis-settur tas-servizzi u jiftaħ swieq ġodda għall-fornituri tas-servizzi tal-UE;

iii.

teskludi mill-impenji tal-UE l-forniment ta' servizzi ġodda li mhumiex klassifikati fis-sistema ta' klassifikazzjoni rilevanti, filwaqt li żżomm il-kapaċità li tinkludihom fi stadju aktar tard;

iv.

tiċħad l-applikazzjoni ta' klawsoli ta' sospensjoni (standstill clause) u ta' aġġustament predefinit (ratchet clause) għall-impenji kollha tal-aċċess tas-suq u ta' trattament nazzjonali u tiċħad l-applikazzjoni tagħhom għal setturi sensittivi, bħalma huma s-servizzi pubbliċi u kulturali, l-akkwist pubbliku, Modalità 4, it-trasport u s-servizzi finanzjarji; tippermetti biżżejjed flessibilità biex is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jerġgħu jaqgħu taħt kontroll pubbliku; iżżomm id-dritt tal-UE u l-Istati Membri li jibdlu l-iskeda ta' impenji tagħhom skont il-GATS;

v.

tidħol għal impenji limitati fil-Modalità 1, b'mod partikolari fil-qasam diġitali, tas-servizzi finanzjarji u tat-trasport bit-triq, sabiex tevita arbitraġġ regolatorju u dumping soċjali; tieħu, madankollu, impenji ambizzjużi u tirrikonoxxi interessi offensivi fil-qasam tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni bis-satellita, servizzi marittimi u ta' riassigurazzjoni; tirrikonoxxi li tali impenji jistgħu jagħtu l-frott biss f'ambjent regolat b'mod xieraq; tiżgura li l-liġi tal-UE tkun rispettata u infurzata għalkollox fil-każ ta' fornituri barranin meta kumpanija tipprovdi servizz minn barra għall-konsumaturi tal-UE, u biex tinkludi dispożizzjonijiet li jiggarantixxu aċċess faċli għal rimedju għall-konsumaturi; tidentifika b'mod parallel l-isfidi li l-konsumaturi jiffaċċjaw meta jittrattaw ma' fornituri tas-servizz stabbiliti f'pajjiżi terzi, tipprovdi gwida lill-konsumaturi dwar id-dritt li għandhom ta' rimedju f'tali ċirkostanzi u jekk hemm bżonn tipproponi miżuri konkreti;

vi.

tadotta approċċ ambizzjuż fil-Modalità 3 billi tipprova tneħħi l-ostakli għall-preżenza kummerċjali u l-istabbiliment li jimponu l-pajjiżi terzi, bħal limiti għall-preżenza ta' kapital barrani u r-rekwiżit għall-impriża konġunta, li huwa ta' rilevanza kruċjali f'termini ta' żieda fit-tkabbir tas-servizzi mogħtija permezz tal-Modalità 1 u 4, filwaqt li jinżamm il-livell attwali ta' riżervi fl-UE kollha;

vii.

tikkunsidra li l-UE għandha interess offensiv fil-mobilità esterna ta' professjonisti bi kwalifiki għoljin; tevita milli tieħu impenji ġodda lil hinn mill-GATS fir-rigward tal-mobilità interna, sa ma l-partijiet l-oħra jtejbu sostanzjalment l-offerti tagħhom; tirrikonoxxi li l-klawsola marbuta max-xogħol iżżomm l-obbligu ġuridiku biex il-fornituri tas-servizz barranin jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll mal-ftehimiet kollettivi; tidħol f'impenji ambizzjużi ta' Modalità 4 għal dawk il-każijiet li jsaħħu l-impenji tal-Modalità 3; iżżomm il-kapaċità li twettaq testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi u tas-suq tax-xogħol fuq fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti;

viii.

tirrispetta d-dritt sovran tal-Istati Membri li jagħżlu liema setturi jridu jiftħu għall-kompetizzjoni barranija u sa liema punt permezz ta' limitazzjonijiet u eżenzjonijiet; tevita li tagħmel pressjoni fuq Stati Membri biex ma jeżerċitawx dan id-dritt b'mod sħiħ;

ix.

teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, f'konformità mal-Artikoli 14 u 106 tat-TFUE u mal-Protokoll 26, is-servizzi ta' interess ġenerali attwali u futuri kif ukoll is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (inklużi iżda mhux limitati għall-ilma, is-saħħa, is-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali, l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u t-trasport pubbliku); tiżgura li l-awtoritajiet tal-UE, nazzjonali u lokali jżommu d-dritt sħiħ li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura fir-rigward tal-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-forniment ta' servizzi pubbliċi; tapplika din l-esklużjoni irrispettivament minn kif jiġu fornuti u ffinanzjati s-servizzi pubbliċi; tiżgura li s-sistemi tas-sigurtà soċjali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim; tiċħad il-proposta dwar anness għall-mobilità tal-pazjent, li hija opposta mill-maġġoranza tal-parteċipanti tat-TiSA; tirrikonoxxi l-importanza kbira li ċ-ċittadini Ewropej jagħtu lis-servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali u territorjali;

x.

topponi r-restrizzjonijiet fuq sussidji trażversali ta' impriżi taħt l-istess awtorità lokali meta dawn jaqbżu r-restrizzjonijiet eżistenti skont il-liġi nazzjonali u tal-UE;

xi.

tfittex li tintroduċi, mingħajr preġudizzju għall-GATS, klawsola ta' riferiment (gold-standard clause) inekwivoka, li tista' tiġi inkluża fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li tiżgura li l-klawsola tas-servizzi ta' utilità pubblika tapplika għall-modalitajiet kollha ta' forniment, kwalunkwe servizz meqjus bħala servizz pubbliku mill-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali jew reġjonali fi kwalunkwe settur u irrispettivament mill-istatus ta' monopolju tas-servizz;

xii.

tiżgura, f'konformità mal-Artikolu 167(4) TFUE u mal-Konvenzjoni tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO, permezz ta' klawsola orizzontali u legalment vinkolanti applikabbli għall-ftehim kollu, li l-partijiet jippreservaw id-dritt tagħhom li jadottaw jew iżommu kwalunkwe miżura fir-rigward tal-protezzjoni jew il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, irrispettivament mit-teknoloġija jew mill-pjattaforma tad-distribuzzjoni użata kemm online kif ukoll offline;

(c)

rigward ir-regoli dwar l-ekonomija diġitali:

i.

tiżgura flussi tad-data transkonfinali f'konformità mad-dritt universali għall-privatezza;

ii.

tieħu approċċ kawt fin-negozjar ta' kapitoli dwar il-protezzjoni tad-data u tal-privatezza;

iii.

tirrikonoxxi li l-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza mhumiex ostakli għall-kummerċ, iżda drittijiet fundamentali, minquxa fl-Artikolu 39 tat-TUE u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikolu 12 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; tirrikonoxxi li livell għoli ta' fiduċja huwa essenzjali biex tiġi żviluppata ekonomija mmexxija mid-data; tiggarantixxi rispett sħiħ ta' dan id-dritt fundamentali, b'kont meħud tal-iżviluppi reċenti fl-ekonomija diġitali u f'konformità sħiħa mas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Isfera ta' Sikurezza; tinkorpora dispożizzjoni komprensiva, mhux ambigwa, orizzontali, awtonoma u legalment vinkolanti, ibbażata fuq l-Artikolu XIV tal-GATS, li jeżenta kompletament il-qafas ġuridiku tal-UE eżistenti u futur għall-protezzjoni tad-data personali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim, mingħajr ebda kundizzjoni li trid tkun konsistenti ma' partijiet oħra tat-TiSA; tapplika tali dispożizzjonijiet lill-annessi l-oħra kollha tat-TiSA; tappoġġa minnufih u formalment tali proposti f'Anness għall-kummerċ elettroniku tat-TiSA; tappoġġa proposti mmirati biex jiżguraw li l-oqfsa ġuridiċi domestiċi għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali tal-utenti jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja; tapplika d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Anness dwar il-kummerċ elettroniku għall-annessi tat-TiSA l-oħrajn kollha, inkluż dwar is-servizzi finanzjarji;

iv.

tiżgura li l-fluss tad-data personali taċ-ċittadini Ewropej f'livell globali jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni tad-data u r-regoli tas-sigurtà fis-seħħ fl-Ewropa; tiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu fil-kontroll tad-data tagħhom stess; tirrifjuta, għalhekk, kull dispożizzjoni onnikomprensiva fil-qasam tal-flussi tad-data li ma jkollhiex riferiment għall-konformità meħtieġa mal-istandards tal-protezzjoni tad-data;

v.

topponi, minnufih u formalment, il-proposti tal-Istati Uniti dwar il-moviment ta' informazzjoni;

vi.

tqis li qafas ġuridiku definit b'mod ċar, u miftiehem b'mod reċiproku jiggarantixxi skambji rapidi ta' informazzjoni meta meħtieġ minħabba theddid għas-sigurtà; tiżgura li l-Artikolu XIV a tal-GATS jiġi replikat fit-test ewlieni tat-TiSA; tiżgura li l-klawsoli tas-sigurtà nazzjonali jissejsu fuq kriterji tan-neċessità xierqa; tirrifjuta, għalhekk, b'mod kategoriku, kull estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali stabbilita fl-Artikolu XIVa tal-GATS, kif ukoll kull tip ta' backdoor fit-teknoloġiji; topponi minnufih u formalment tali proposti fit-TiSA;

vii.

tirrikonoxxi li l-innovazzjoni diġitali hija xprun tat-tkabbir ekonomiku u tal-produttività fl-ekonomija kollha; tagħraf il-ħtieġa li l-flussi tad-data huma fattur kruċjali tal-ekonomija tas-servizzi, element essenzjali fil-katina tal-valur globali tal-kumpaniji ta' manifattura tradizzjonali u kritiċi għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali; tfittex, għalhekk, projbizzjoni komprensiva tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata tad-data, u tiżgura li t-TiSA fih regoli li jgħoddu għall-ġejjieni u jipprevjeni l-frammentazzjoni fid-dinja diġitali; tikkunsidra li rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata, li ġġiegħel lill-fornituri tas-servizz jużaw l-infrastruttura lokali jew jistabbilixxu preżenza lokali bħala kundizzjoni ta' forniment ta' servizzi, jiskoraġġixxu l-investiment dirett barrani minn u lejn xi parti; tagħmel l-aħjar li tista', għaldaqstant, biex trażżan prattiki bħal dawn sa fejn huwa possibbli ġewwa u barra l-Ewropa, filwaqt li takkomoda eżenzjonijiet meħtieġa bbażati fuq għanijiet pubbliċi leġittimi bħall-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

viii.

tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim finali jkunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti u futura fil-livell tal-UE, inkluż fir-Regolament tal-UE dwar is-suq uniku Ewropew fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-Regolament tal-Protezzjoni tad-Data Ġenerali, id-Direttiva dwar il-privatezza elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) u s-16-il miżura integrata fil-komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali; tissalvagwardja n-newtralità tan-netwerk u internet miftuħ; tiżgura li d-data personali tista' tiġi trasferita 'l barra mill-Unjoni biss jekk jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti f'pajjiżi terzi li jinsabu fil-liġijiet rigward il-protezzjoni tad-data tal-UE; tiggarantixxi b'mod partikolari li l-UE żżomm l-kapaċità tagħha li tissospendi t-trasferiment tad-data personali mill-UE lejn il-pajjiżi terzi li fihom ir-regoli tal-parti terza ma jissodisfawx l-istandards tal-adegwatezza tal-UE, il-kumpaniji ma jużawx mezzi alternattivi, bħal regoli korporattivi vinkolanti jew klawsoli kuntrattwali standard, u fejn mhumiex applikabbli d-derogi elenkati fl-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE; tipprevjeni prattiki ta' geoblocking u tħares il-prinċipju ta' governanza miftuħa tal-internet; tikkoopera mal-partijiet fl-isfondi adatti bil-ħsieb li jiġu adottati standards għoljin biżżejjed ta' protezzjoni tad-data;

ix.

tippromwovi kompetizzjoni bbażata fuq ir-regoli fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, għall-benefiċċju tal-fornituri tas-servizzi u tal-konsumaturi; tindirizza l-asimmetriji regolatorji persistenti dwar is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, billi tipprevjeni lill-partijiet milli jimponu limiti ta' kapital barrani, tistabbilixxi regoli favur il-kompetizzjoni fil-qasam tal-aċċess għall-ingrossa għan-netwerks tal-operaturi stabbiliti, tipprovdi regoli ċari u mhux diskriminatorji għall-ħruġ ta' liċenzji, tiżgura aċċess ġenwin għall-infrastrutturi tal-aħħar mil fis-swieq tal-esportazzjoni għall-fornituri tat-telekomunikazzjoni tal-UE, tiggarantixxi l-indipendenza tar-regolaturi u tappoġġa definizzjoni estensiva tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet li tkopri t-tipi kollha ta' netwerks; tiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-operaturi kollha u li kumpaniji mhux tal-UE minn swieq oligopolistiċi ma jisiltux vantaġġ mill-frammentazzjoni tas-suq tal-UE; tiggarantixxi li l-partijiet tat-TiSA jirrispettaw il-prinċipju tal-aċċess għall-internet miftuħ u mhux diskriminatorju għall-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi; tiggarantixxi li l-operaturi tal-UE f'pajjiżi firmatarji tat-TiSA jkollhom aċċess għas-suq ġust u simmetriku fis-servizzi tat-telekomunikazzjoni, ħieles minn kwalunkwe ostaklu mhux tariffarju u intern, inklużi rekwiżiti regolatorji, asimmetrija fl-istandards, impożizzjonijiet jew restrizzjonijiet teknoloġiċi;

x.

issostni enerġikament id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tar-roaming internazzjonali u testendihom għas-sejħiet u l-messaġġi internazzjonali; iżżid l-informazzjoni disponibbli pubblikament rigward it-tariffi bl-imnut fuq perjodu qasir u tappoġġa l-limiti fuq medda twila ta' żmien bil-ħsieb li jonqsu l-prezzijiet; tiżgura li t-TiSA ma joħloq l-ebda ostakolu għall-ftehimiet bilaterali f'dan il-qasam; tippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur online, b'mod partikolari fil-konfront tal-messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux mitluba;

xi.

tipprovdi għal kooperazzjoni effettiva dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali, abbażi tax-xogħol tal-Pjattaforma għal Governanza Tajba tat-Taxxa tal-Kummissjoni, u biex tiggarantixxi, b'mod partikolari, ir-rabta bejn it-tassazzjoni u l-attività ekonomika reali ta' kumpaniji fis-settur;

(d)

rigward ir-regoli dwar il-mobilità:

i.

tiżgura li xejn mhu se jipprevjeni lill-UE u l-Istati Membri tagħha milli jżommu, itejbu u japplikaw ir-regolamenti tax-xogħol u dawk soċjali, ftehimiet kollettivi u leġiżlazzjoni dwar id-dħul ta' persuni fiżiċi, jew is-soġġorn temporanju, fl-Unjoni jew f'territorju ta' Stat Membru, inklużi dawk il-miżuri meħtieġa li jiżguraw il-moviment ordinat ta' persuni naturali bejn il-fruntieri tagħha bħal, inter alia, l-ammissjoni jew il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għad-dħul; tiggarantixxi, f'konformità mad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema, li t-termini u l-kundizzjonijiet minimi ta' impjieg tal-pajjiż ospitanti huma applikabbli għal kwalunkwe fornitur tas-servizzi li jaċċessa lill-UE, illum u fil-ġejjieni; tiżgura li l-ħaddiema kollha li jidħlu fl-Ewropa, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, igawdu mill-istess drittijiet tax-xogħol bħall-persuni nazzjonali fil-pajjiż ospitanti tagħhom u li jiġi rispettat il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali; tiżgura li t-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) rratifikati u implimentati b'mod effikaċi mill-partijiet tat-TiSA; tappella lill-partijiet kollha biex jirratifikaw u jimplimentaw l-istandards prinċipali tal-ILO u biex jippromwovu konvenzjonijiet tal-ILO u riżoluzzjonijiet tan-NU rilevanti oħrajn; tiżgura li fit-territorju tal-UE jiġu rispettati l-liġijiet tal-UE u tal-Istati Membri dwar ix-xogħol kif ukoll il-ftehimiet kollettivi; issaħħaħ il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' infurzar tal-UE biex tiskoraġġixxi l-ksur; tħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi disponibbli għall-ispettorati tax-xogħol; tiġbor u tippreżenta b'urġenza informazzjoni dettaljata dwar l-għadd u t-tip ta' fornituri tas-servizz li bħalissa qed joperaw fl-UE skont il-Modalità 4, inkluż it-tul tal-permanenza tagħhom; tiżgura aċċess transkonfinali ħafna aktar effiċjenti għad-data fi ħdan l-UE fil-futur; tinkludi klawsola ta' sikurezza li tipprevjeni lill-kumpaniji milli jevitaw jew idgħajfu d-dritt li tittieħed azzjoni industrijali permezz tal-użu ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi matul in-negozjati dwar ftehimiet kollettivi u tilwim industrijali, u li l-parteċipanti tat-TiSA jitħallew japplikaw kwalunkwe salvagwardja neċessarja f'każ li ssir pressjoni fuq il-pagi domestiċi, jiġi pperikolat id-dritt tal-ħaddiema domestiċi jew jinkisru xi standards oħra miftiehma, f'konformità mal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu X tal-GATS; tħeġġeġ lill-partijiet kontraenti kollha jikkonformaw mal-linji gwida tal-OECD għall-impriżi multinazzjonali;

ii.

tfakkar li l-impenji tal-Modalità 4 għandhom japplikaw biss għall-moviment ta' professjonisti b'ħiliet għoljin, bħal persuni li jkollhom grad universitarju jew grad ta' Masters ekwivalenti, jew ikunu impjegati f'xi rwol maniġerjali għoli, għal skop speċifiku, għal perjodu limitat u f'kundizzjonijiet preċiżi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni domestika tal-pajjiż fejn jitwettaq is-servizz u b'kuntratt li jirrispetta tali leġiżlazzjoni domestika; tappella f'dan il-kuntest li jiġi osservat u implimentat l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/EC); tirrifjuta bidliet sostanzjali għar-regoli ta' Modalità 4 kif definiti fil-GATS u biex tikkunsidra reviżjoni tad-Direttiva 2014/66/UE dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' persuni nazzjonali ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali;

iii.

tagħraf l-anness tal-Modalità 4 bħala interess offensiv għall-Ewropa, peress li l-professjonisti tal-UE huma edukati tajjeb u mobbli u l-kumpaniji tal-UE għandhom dejjem aktar bżonn il-ħiliet speċifiċi ta' professjonisti barranin fl-Ewropa u tal-persunal tagħhom barra l-Ewropa, sabiex jappoġġaw l-istabbilment ta' attivitajiet ta' negozju ġodda; tiżgura li din il-mobilità tkun vantaġġjuża mhux biss għall-kumpaniji Ewropej iżda wkoll għall-ħaddiema Ewropej;

iv.

topponi kwalunkwe dispożizzjoni rigward viżi u proċeduri tad-dħul oħrajn ħlief dawk immirati biex iżidu t-trasparenza u jissemplifikaw il-proċeduri amministrativi; tiżgura li t-TiSA ma japplikax għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi li jkunu qegħdin ifittxu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' xi parti, u lanqas għal miżuri rigward iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti; tistabbilixxi salvagwardji adegwati li jiżguraw li l-fornituri temporanji tas-servizzi jirritornaw lura f'pajjiżhom;

v.

timmira li tipprojbixxi b'mod orizzontali r-rekwiżit li tiġi stabbilita preżenza kummerċjali, jew li tkun residenti, bħala kundizzjoni għall-forniment tas-servizzi professjonali; tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-anness dwar is-servizzi professjonali għal-lista ta' impenji magħmula minn kull parti;

vi.

tistinka biex toħloq qafas dwar ir-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ, tal-livelli akkademiċi u tal-kwalifiki professjonali, b'mod partikolari fis-setturi arkitettoniċi, kontabilistiċi u ġuridiċi, filwaqt li tiżgura l-kompetenza tal-fornitur u b'hekk il-kwalità tas-servizzi fornuti, f'konformità mad-Direttivi tal-UE dwar il-Kwalifiki Professjonali u filwaqt li tevita rikonoxximent awtomatiku u kwantitattiv tal-gradi universitarji;

vii.

titlob definizzjoni ċara tal-ħaddiema koperti mill-Anness dwar il-Modalità 4;

(e)

rigward ir-regoli dwar is-servizzi finanzjarji:

i.

tikseb ftehim li fih anness ambizzjuż iżda bbilanċjat li jkopri l-forniment tat-tipi kollha ta' servizzi finanzjarji, partikolarment is-servizzi bankarji u tal-assigurazzjoni, li jmur lil hinn mill-anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji u li jrawwem tkabbir sostenibbli fit-tul skont l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; timmira li ssaħħaħ l-istabilità tas-sistema finanzjarja u l-istituzzjonijiet finanzjarji uniċi, filwaqt li tiggarantixxi konsistenza sħiħa mal-ambjent regolatorju ta' wara l-kriżi u tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri tas-servizzi finanzjarji; tikseb ftehim li jġib miegħu valur u protezzjoni għall-konsumaturi Ewropej fil-forma ta' konverġenza 'l fuq fir-regolamentazzjoni finanzjarja u għażla usa' ta' servizzi finanzjarji; timmira li tiżgura protezzjoni adegwata għall-konsumaturi, inkluża l-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza kif ukoll l-għoti ta' informazzjoni li tinftiehem u korretta, li huma indispensabbli biex tonqos l-asimmetrija tal-informazzjoni;

ii.

torbot lill-partijiet tat-TiSA bl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju, bħal dawk approvati mill-G20, mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli u mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni; tieħu azzjoni sabiex l-elementi fundamentali tal-Qbil tad-WTO dwar is-Servizzi Finanzjarji jaqgħu taħt it-TiSA, filwaqt li ttejjeb l-abbozzar tal-Qbil sabiex dan jinġieb konformi mal-linji ta' politika attwali eżatti tal-UE f'dawn l-oqsma; tiżgura li t-TiSA jgħin jegħleb it-tassazzjoni doppja u bl-ebda mod ma jiffaċilita jew jiftaħ lakuni għall-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jew il-ħasil tal-flus; tfittex li jkun hemm impenji profondi, b'mod partikolari dwar l-aċċess għas-suq, minn pajjiżi li attwalment m'għandhom l-ebda ftehim kummerċjali bilaterali mal-UE, bħall-Awstralja, in-New Zealand, Hong Kong u t-Tajwan, impenji limitati ħafna fil-livell tad-WTO, bħaċ-Ċilì u t-Turkija, jew impenji bilaterali limitati ħafna dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-Messiku;

iii.

tinkludi konċessjoni prudenzjali fit-TiSA li tibni fuq dik li tinsab fil-ftehim CETA, biex b'hekk jinżamm id-dritt sovran ta' parti li tiddevja mill-impenji kummerċjali tagħha u tadotta kwalunkwe miżura li tqis li hi meħtieġa biex jiġu rregolati s-setturi finanzjarji u bankarji tagħha għal raġunijiet ta' prudenza u ta' superviżjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja ta' parti;

iv.

tiżgura li fil-qasam tas-servizzi finanzjarji m'huwa se jittieħed l-ebda impenn ġdid li jista' jdgħajjef ir-regolament finanzjarju tal-UE, billi jġiegħel lill-UE tmur lura għall-qafas regolatorju imsaħħaħ tagħha għas-settur finanzjarju jew billi jostakolaha milli tuża l-liġi sabiex tindirizza t-teħid eċċessiv ta' riskji min-naħa ta' istituzzjonijiet finanzjarji; tiżgura li xejn minn dan il-ftehim m'huwa se jillimita l-kapaċità tar-regolaturi tal-UE li jawtorizzaw jew jiċħdu xi prodott finanzjarju attwali jew ġdid, skont il-qafas regolatorju tal-UE;

v.

filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa li żżid l-aċċess għas-servizzi finanzjarji fuq livell dinji, fid-dawl tal-importanza tagħhom għat-tkabbir u l-ekonomija, teskludi s-servizzi finanzjarji transkonfinali mill-impenji tal-UE, inkluż il-ġestjoni tal-portafoll, sakemm ikun hemm konverġenza fir-regolament finanzjarju fl-ogħla livell, ħlief f'każijiet limitati ħafna u ġustifikati kif xieraq, bħal dawk is-servizzi ta' riassigurazzjoni pprovduti f'kuntest ta' negozju għal negozju; tqis, b'mod partikolari, li huwa indispensabbli li jkun hemm regoli u proċeduri ċari u b'saħħithom għall-awtorizzazzjoni ta' kumpaniji stabbiliti f'pajjiżi terzi biex jipprovdu tali servizzi fl-UE u, fejn xieraq, huwa indispensabbli li jkun hemm rikonoxximent espliċitu mill-UE li l-pajjiż ta' oriġini ta' dawn il-kumpaniji għandu qafas regolatorju u superviżorju infurzabbli ekwivalenti għal dak tal-UE, sabiex jiġi żgurat li l-ebda entità mingħajr superviżjoni ma tkun tista' taħdem fl-Unjoni u li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs bejn il-kumpaniji Ewropej u barranin, irrispettivament mill-ġurisdizzjoni tal-istabbiliment tagħhom; tieħu azzjoni immedjata, b'mod parallel mat-TiSA, biex tnaqqas id-distakk bejn il-modi differenti li bihom attwalment il-pajjiżi jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-reġimi regolatorji u superviżorji ta' ġurisdizzjonijiet oħrajn, li bħalissa qiegħed jikkawża frammentazzjoni tas-swieq tas-servizzi finanzjarji globali, billi jintlaħaq ftehim komuni li deċiżjoni ekwivalenti għandha tkun frott valutazzjoni trasparenti dwar jekk kull regola tal-ġurisdizzjoni tiksibx l-istess objettivi u li, għalkemm tali deċiżjoni għandha ssegwi djalogi bilaterali bikrin u frekwenti, tista' tkun unilaterali meta rikonoxximent reċiproku ma jkunx possibbli;

vi.

titlob valutazzjoni tal-impatt ex-ante indipendenti u komprensiv biex tevalwa l-effetti ekonomiċi u soċjali ta' aktar liberalizzazzjoni taħt it-TiSA;

vii.

tirrikonoxxi li l-azzjoni ta' regolazzjoni mill-ġdid ta' wara l-kriżi finanzjarja għadha ma ntemmitx, inklużi r-rekwiżiti dwar ċerti forom legali, qsim (pereżempju, separazzjoni tal-bank), il-bidliet fin-negozji jew tnaqqis fin-numru ta' impjegati;

(f)

rigward ir-regoli dwar il-loġistika:

i.

tfittex riżultat ambizzjuż iżda bbilanċjat għas-settur tat-trasport, li huwa fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli tal-ktajjen tal-valur globali; iżżid il-veloċità, l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport, għall-benefiċċju tal-klijenti tal-impriżi u tal-utenti individwali; tiżgura konsistenza fir-rigward tal-politika tal-UE dwar il-klima; iżżomm quddiem għajnejha l-importanza tas-servizzi tat-trasport u tal-kunsinna għall-ekonomija Ewropea u għall-impjiegi billi s-sidien tal-bastimenti Ewropej jikkontrollaw 40 % tal-flotta merkantili dinjija, li l-industrija tal-avjazzjoni żżomm għaddejjin aktar minn 5 miljun impjieg u li l-industrija ferrovjarja Ewropea żżomm nofs il-produzzjoni dinjija tat-tagħmir u s-servizzi ferrovjarji u li t-trasport bit-triq jibqa' importanti għal-loġistika tal-UE; tirrikonoxxi l-potenzjal tas-servizzi ta' trasport fit-tnaqqis tal-livell ta' qgħad fl-Ewropa; tiżgura li n-negozjati jikkunsidraw in-natura li qed tevolvi malajr fis-settur tat-trasport u l-importanza dejjem akbar tal-mezzi tat-trasport tal-ekonomija kollaborattiva fil-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej; titlob li l-kumpaniji barranin jikkonformaw bis-sħiħ ma' standards regolatorji eżistenti tal-UE meta jipprovdu s-servizzi ta' trasport jew tal-kunsinna tagħhom fit-territorju tal-UE;

ii.

timmira għal aċċess imtejjeb għas-swieq barranin u tnaqqis fil-prattiki regolatorji antikompetittivi, speċjalment dawk li huma ta' ħsara għall-ambjent u li jnaqqsu l-effiċjenza tas-servizzi tat-trasport, u dawk ir-restrizzjonijiet imposti minn pajjiżi mhux tal-UE rigward is-sjieda barranija, filwaqt li tassigura legalment id-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jirregolaw it-trasport u jiggarantixxu t-trasport pubbliku; tindirizza r-restrizzjonijiet fis-settur tal-kabotaġġ u tevita li t-trasportaturi jirritornaw lura vojta mill-pajjiż ospitanti tagħhom, b'mod partikolari fl-annessi dwar it-trasport marittimu u bl-ajru;

iii.

tressaq dispożizzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, b'mod partikolari fl-anness dwar it-trasport bl-ajru, kif ukoll fir-rigward tal-mezzi kollha tat-trasport biex il-Ftehim ikun ta' benefiċċju wkoll għall-konsumaturi;

iv.

tippreserva l-jeddijiet l-Istati Membri rigward ir-regolamenti nazzjonali eżistenti jew futuri u l-ftehimiet tat-trasport bit-triq bilaterali jew multilaterali, inkluż ir-rekwiżiti ta' permess ta' tranżitu; teskludi kwalunkwe dispożizzjoni li tiffaċilita d-dħul u l-permanenza ta' sewwieqa professjonisti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-anness dwar it-trasport bit-triq; tirrifjuta kull talba li tieħu impenji ta' Modalità 4 fis-settur tat-trasport bit-triq;

v.

tiżgura konsistenza mal-istandards internazzjonali, bħal dawk approvati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, tikkunsidrahom bħala standards minimi u topponi kwalunkwe tnaqqis ta' dawn il-parametri ta' riferiment internazzjonali; timmira bħala objettiv fit-tul, li jkun hemm regoli kummerċjali internazzjonali vinkolanti għas-setturi tat-trasport marittimu u bl-ajru; tiżgura l-applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet tal-ILO rilevanti għas-setturi tal-loġistika u tat-trasport, bħall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu; tenfasizza li l-leġiżlazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri jipprovdu benefiċċji għall-ħaddiema, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà, għall-konsumaturi u l-ambjent; tissottolinja li dawk kollha li jagħtu s-servizzi fl-UE, kemm barranin kemm domestiċi, huma obbligati jikkonformaw ma' din il-leġiżlazzjoni; tirrikonoxxi li l-kwalità tas-servizzi hi marbuta b'mod intrinsiku mal-kwalità tal-impjiegi u mal-oqfsa regolatorji fis-seħħ;

vi.

tilħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn il-liberalizzazzjoni tas-settur postali kompetittiv, li huwa kruċjali għal aktar żvilupp tas-servizzi u tal-ekonomija diġitali, u l-protezzjoni ta' servizzi postali universali, li għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; tipprevjeni, b'hekk, sussidji inkroċjati antikompetittivi u żżid l-aċċess għal swieq ta' pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat it-twettiq tal-obbligi ta' servizz universali kif definit minn kull parti;

vii.

tfakkar fir-rwol kruċjali tat-trasport marittimu fl-ekonomija dinjija, kemm bħala industrija fiha nnifisha u kemm bħala faċilitatur tal-kummerċ internazzjonali; tippromwovi test ċar b'impenji b'saħħithom dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-portijiet, kif ukoll l-aċċess għas-swieq u t-trattament nazzjonali għal servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali;

(g)

rigward ir-regoli dwar ir-regolamentazzjoni interna u t-trasparenza:

i.

tassigura legalment id-dritt tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali li jirregolaw fl-interess pubbliku b'mod li ma jkunx aktar restrittiv mill-GATS, u li ma jkunx suġġett għal testijiet tan-neċessità; tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-annessi mhumiex aktar restrittivi minn dawk il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu VI tal-GATS jew fil-liġi tal-UE;

ii.

tirrikonoxxi li l-partijiet fin-negozjati jaqblu mal-istat tad-dritt u għandhom sistemi ġudizzjarji indipendenti, filwaqt li jkunu previsti rimedji biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-investituri u taċ-ċittadini;

iii.

tippromwovi l-governanza tajba u t-trasparenza u trawwem il-prattiki tajbin fil-proċessi amministrattivi, regolatorji u leġiżlattivi, billi tinkoraġġixxi l-adozzjoni wiesgħa ta' miżuri li jsaħħu l-indipendenza tad-deċiżuri, iżżid it-trasparenza u r-responsabilità demokratika tad-deċiżjonijiet, u tnaqqas il-burokrazija żejda; tenfasizza li l-protezzjoni u s-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa u tal-ambjent u d-drittijiet tax-xogħol għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-isforzi regolatorji; tiżgura li kwalunkwe tibdil fil-livelli ta' protezzjoni regolatorja tal-UE għandu jsarraf biss f'livelli ogħla u mhux aktar baxxi;

iv.

tiżgura li s-servizz universali jiġi salvagwardat sabiex, pereżempju, in-nies li jgħixu f'reġjuni remoti, żoni tal-fruntiera jew żoni muntanjużi, jew fuq gżejjer, igawdu mill-istess livell ta' servizz u ma jħallsux aktar minn persuni li jgħixu f'żoni urbani;

v.

tirrikonoxxi li, skont id-Dispożizzjonijiet tal-GATS, anness dwar ir-regolamentazzjoni interna għandu jipprevjeni lill-partijiet milli jintroduċu ostakli għall-kummerċ moħbija u milli jimponu piżijiet żejda fuq il-kumpaniji barranin, b'mod partikolari meta japplikaw għal tipi differenti ta' permessi; tiżgura li r-regolamentazzjoni interna tkompli tissodisfa l-għanijiet tal-politika pubblika;

vi.

tiżgura li r-regoli miftiehma japplikaw biss għall-miżuri relatati mal-kummerċ, bħall-kwalifiki u r-rekwiżiti u l-proċeduri ta' ħruġ ta' liċenzji, u biss f'setturi li fihom parti tkun intrabtet b'impenji;

vii.

titlob u tippubblika opinjoni ġuridika qabel il-vot tal-Parlament dwar il-ftehim finali, bil-ħsieb li tivvaluta bir-reqqa ż-żewġ annessi dwar ir-regolamentazzjoni interna u t-trasparenza fid-dawl tad-dritt tal-UE, u tivvaluta jekk l-obbligi ġuridiċi stabbiliti f'dawn l-annessi humiex diġà rispettati fl-UE;

viii.

tiddefinixxi b'mod ċar il-prinċipji tat-trasparenza u tal-oġġettività tar-regolamentazzjoni sabiex ikun żgurat li dawn il-kunċetti ma jissarrfux f'dispożizzjonijiet onnikomprensivi;

ix.

tagħmel pubblikament disponibbli online informazzjoni dwar ir-regolamentazzjonijiet relatati mal-kummerċ u kif dawn jiġu amministrati, inklużi dawk applikabbli fil-livell subfederali; tenfasizza r-regoli dwar il-ħruġ ta' liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet; tippromwovi speċifikament il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni ibbażat fuq l-internet għall-SMEs taħt il-forma ta' punt uniku ta' servizz, u biex l-SMEs jiġu inklużi fil-ħolqien tiegħu;

x.

tiżgura li l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji barranin ikunu ġusti u mhux diskriminatorji, li jkunu aċċessibbli kemm għall-fornituri barranin u kemm dawk nazzjonali rimedji suffiċjenti li jagħmluha possibbli li jitressaq ilment fil-qrati nazzjonali, u li s-sentenzi jinqatgħu fi żmien raġonevoli;

xi.

iżżomm il-prattika tal-UE li twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi qabel il-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi; tiżgura li r-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet ser jiġu osservati b'mod rigoruż matul in-negozjati;

xii.

topponi kwalunkwe proposta li tirrikjedi l-preżentazzjoni obbligatorja ta' proposti leġiżlattivi lill-partijiet terzi qabel il-pubblikazzjoni tagħhom; iżżomm f'moħħa li l-partijiet interessati għandhom aċċess għal riżorsi u kompetenza, u tiżgura li l-introduzzjoni ta' sistema volontarja ta' konsultazzjoni tal-partijiet interessati dwar it-TiSA ma toħloqx preferenza lejn organizzazzjonijiet finanzjati aħjar;

(h)

rigward ir-regoli li jinsabu f'dixxiplini regolatorji oħra:

i.

tirrikonoxxi li t-TiSA huwa opportunità li tiżgura kompetizzjoni skont ir-regoli, u mhux għar-regoli;

ii.

tiżgura li l-impenji maqbula b'mod reċiproku se jiġu rispettati fil-prattika, tipprevedi ritaljazzjoni effettiva u tipprovdi diżinċentivi għall-ksur ta' impenji; tinkludi għalhekk fil-ftehim mekkaniżmu ta' soluzzjoni għat-tilwim bejn stati, li għandu jintuża sa ma l-ftehim jiġi multilaterizzat u ssir disponibbli is-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO; tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 654/2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tieħu miżuri ta' ritaljazzjoni fis-setturi tas-servizzi;

iii.

tiddefendi l-inklużjoni ta' anness regolatorju dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern bil-għan li timmassimizza l-parteċipazzjoni ta' kumpaniji Ewropej f'sejħiet għall-offerti barranin, filwaqt li jinżammu l-kriterji tal-UE, inklużi kriterji soċjali u ambjentali, u proċeduri għal sejħiet għall-offerti Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess tal-SMEs għal kuntratti pubbliċi, il-kriterji tal-eliġibbiltà abbażi tal-aħjar proporzjon ''bejn il-kwalità u l-prezz'' u l-livelli limitu li taħthom ma japplikawx l-impenji; tegħleb in-nuqqas ta' trasparenza u l-ostakli għad-dħul fis-suq fir-rigward ta' sejħiet għall-offerti mhux Ewropej u tiddenunzja n-nuqqas ta' reċiproċità f'dan il-qasam fil-livelli kollha tal-gvern, kif muri mit-trattament preferenzjali mogħti lill-kumpaniji nazzjonali f'bosta pajjiżi, filwaqt li tippermetti l-possibilità li jkun hemm l-għażla għall-aċċess għas-suq u l-impenji ta' trattament nazzjonali għal raġunijiet ta' multilateralizzazzjoni; tinkoraġġixxi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tad-WTO u r-reviżjoni tal-2011 tiegħu, min-naħa ta' dawk il-partijiet li għadhom m'għamlux dan; titlob lill-Unjoni Ewropea tintroduċi “Att Ewropew dwar in-Negozji” (European Business Act), imsejjes fuq l-“Att Amerikan dwar in-Negozji” (American Business Act) u jingħata appoġġ lill-iżvilupp ekonomiku tal-SMEs u l-industrija Ewropea;

iv.

tiżgura l-protezzjoni ta' fornituri tas-servizzi żgħar u medji tal-UE minn prattiki kummerċjali inġusti minn fornituri tas-servizzi minn barra l-UE;

v.

tnaqqas l-ostakli mhux neċessarji għall-kummerċ ta' servizzi relatati mal-enerġija u l-ambjent, partikolarment dawk relatati mal-iżvilupp u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġiji ambjentalment korretti, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li jkun hemm riżervi dwar l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali fil-modi kollha ta' provvista f'dan il-qasam, peress li numru dejjem akbar ta' servizzi, bħall-installazzjoni, il-ġestjoni u t-tiswijiet, jinbiegħu flimkien mal-prodotti f'dawn iż-żewġ setturi; tagħraf ir-rikonoxximent espliċitu tas-sovranità ta' kull parti fuq ir-riżorsi tal-enerġija f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tiżgura legalment id-dritt tal-UE li tirregola permezz ta' titjib fid-dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-GATS, b'mod partikolari sabiex tilħaq l-għanijiet tal-UE fir-rigward tas-sostenibbiltà, il-politika dwar il-klima, is-sigurtà u l-aċċess mil-lat finanzjarju;

vi.

tiżgura li l-impenji ta' akkwist li jmiss ma jmorrux kontra kwalunkwe liġi lokali jew nazzjonali ta' kwalunkwe parti;

(i)

rigward s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u tad-dinja politika:

i.

tiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza, djalogu u obbligu ta' rendikont;

ii.

iżżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat, u fuq bażi immedjata, f'kull stadju tan-negozjati; tiżgura li l-Membri kollha tal-Parlament Ewropew jirċievu d-dokumenti tan-negozjar kollha relatati mat-TiSA, kif ukoll id-dokumenti interni tal-Kummissjoni Ewropea, bħal sommarji dettaljati taċ-ċikli ta' negozjati u valutazzjonijiet bir-reqqa tal-offerti tal-partijiet tat-TiSA, bil-kundizzjoni li tkun żgurata l-kunfidenzjalità; tagħmel pubbliċi d-dokumenti ta' negozjar, bl-eċċezzjoni ta' dawk li għandhom jiġu kklassifikati b'ġustifikazzjoni ċara fuq bażi ta' każ b'każ, f'konformità mal-politika tad-WTO, il-ġurisprudenza tal-QtĠ dwar dokumenti klassifikati kif ukoll il-limitazzjonijiet stipulati fl-acquis tal-UE, b'mod partikolari fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess għal dokumenti;

iii.

tilqa' l-isforz sostanzjali favur it-trasparenza fil-konfront tal-pubbliku wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, inkluż il-pubblikazzjoni tal-offerti għall-aċċess tas-suq tal-UE u l-mandat mogħti mill-Kunsill; iżżid ulterjorment dawn l-isforzi billi tipprovdi skedi informattivi għal kull parti tal-ftehim li jispjegaw b'mod ċar u komprensiv, u tippubblika rapporti ta' feedback fattwali skont iċ-ċiklu fuq is-sit web Europa; tħeġġeġ l-imsieħba tagħna fin-negozjati tat-TiSA sabiex tiżdied it-trasparenza bil-għan li t-TiSA ma jiġix innegozjat taħt kundizzjonijiet inqas ċari minn dawk organizzati taħt il-patroċinju tad-WTO;

iv.

tiżgura impenn serju u kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-partijiet interessati rilevanti kollha matul il-proċess ta' negozjar; tappella biex dan l-impenn jiġi intensifikat hekk kif ikunu għaddejjin in-negozjati, biex b'hekk jitqiesu b'mod adegwat l-aspettattivi tas-soċjetà ċivili Ewropea, is-sħab soċjali u partijiet interessati oħrajn, inkluż fi ħdan il-qafas tad-Djalogu tas-Soċjetà Ċivili; tenfasizza li l-Istati Membri, li stabbilixxew id-direttivi ta' negozjar, għandhom rwol fundamentali x'jaqdu f'dan ir-rigward;

v.

tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvolvu u jikkonsultaw lill-parlamenti nazzjonali tagħhom, kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jżommuhom infurmati adegwatament dwar in-negozjati li għaddejjin;

vi.

tistieden rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma rrappreżentati fil-livell tal-UE mill-Kumitat tar-Reġjuni, għad-djalogi organizzati mill-Kummissjoni fil-bidu u fit-tmiem ta' kull rawnd ta' negozjati;

2.

Jitlob li l-Kummissjoni tqis bis-sħiħ din ir-riżoluzzjoni u tirrispondi fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tagħha;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet u lill-parlamenti tal-Partijiet kollha tat-TiSA.


(1)  https://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/26-gats_01_e.htm

(2)  TN/S/36

(3)  http://eeas.europa.eu/delegations/wto/press_corner/all_news/news/2012/20120705_advancing_negotiations_services.htm

(4)  http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2015/03/150310-trade-services-agreement-negotiating-mandate-made-public/

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0325.

(6)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/july/tradoc_152702.pdf

(7)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/july/tradoc_152702.pdf

(8)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/press/index.cfm?id=1254

(9)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153264.pdf

(10)  ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 289.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/35


P8_TA(2016)0042

L-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015 (2016/2526(RSP))

(2018/C 035/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pekin u l-Pjattaforma għall-Azzjoni adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin + 5 (2005), Pekin + 15 (2010) u Pekin + 20 (2015),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 1996 bit-titolu “L-inkorporazzjoni ta' opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil-politiki u fl-attivitajiet kollha tal-Komunità” (COM(1996)0067), li fiha hija impenjat ruħha li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet u l-politiki kollha tagħha fil-livelli kollha, u b’hekk stabbiliet il-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'Marzu 2011,

wara li kkunsidra rapport ta' riċerka tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bit-titolu “Valutazzjoni tal-punti b’saħħithom u dgħajfa tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 bl-isem “Impenn Imsaħħaħ għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f'Isem il-Mara” (COM(2010)0078),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (1),

wara li kkunsidra l-analiżi tal-konsultazzjoni pubblika “L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-UE”, ippubblikata f'Ottubru 2015,

wara li kkunsidra l-“Pjan Direzzjonali: bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi għal bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol li jiffaċċjaw il-familji li jaħdmu” l-ġdid, pakkett bi proposti leġislattivi u mhux leġislattivi ppubblikat mill-Kummissjoni f'Awwissu 2015,

wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel tas-26 ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019” (SWD(2015)0278)),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) tas-7 ta' Diċembru 2015, b'mod partikolari l-paragrafu 35 tiegħu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-grupp ta' tliet Presidenzi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tas-7 ta' Diċembru 2015 min-Netherlands, is-Slovakkja u Malta,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija l-ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Ewropa wara l-2015 (O-000006/2016 – B8-0103/2016),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur ċentrali tal-UE – kif rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – li l-UE impenjat ruħha biex tintegra fl-attivitajiet kollha tagħha, u billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali bħala objettiv strateġiku, biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali ta' Ewropa 2020 ta' tkabbir, impjiegi u inklużjoni soċjali;

B.

billi d-dritt għal trattament ugwali huwa dritt fundamentali deċiżiv li huwa rikonoxxut fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea u li huwa fermament stabbilit fis-soċjetà Ewropea, u billi huwa essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' din is-soċjetà u għandu japplika fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' klujum;

C.

billi l-UE minn dejjem ħadet passi importanti biex issaħħaħ id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda billi l-azzjoni politika u r-riforma għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-UE naqqsu l-pass tagħhom matul l-aħħar għaxar snin; billi l-istrateġija ta' qabel tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall- 2010-2015 ma kinitx biżżejjed komprensiva biex tikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell Ewropew u internazzjonali, u billi l-objettivi ppjanati tagħha ma ġewx effettivament sodisfatti; billi strateġija ġdida għal wara l-2015 jeħtiġilha tagħti spinta ġdida u twassal għal azzjoni konkreta biex id-drittijiet tan-nisa jissaħħu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi;

D.

billi l-valutazzjoni tal-Istrateġija 2010-2015, u tal-pożizzjonijiet tal-partijiet interessati, stabbiliti f'rapport ta' riċerka tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-valutazzjoni tal-punti b'saħħithom u dgħajfa tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” tissottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ aktar l-approċċ strateġiku adottat fl-2010;

E.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 il-Parlament talab b'mod ċar li tiġi żviluppata strateġija ġdida u separata għal wara l-2015 għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-drittijiet tan-nisa; billi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika juru li 90 % ta' dawk li wieġbu huma favur strateġija ġdida;

F.

billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tas-7 ta' Diċembru 2015 (paragrafu 35) jistiednu lill-Kummissjoni “tadotta, bħala komunikazzjoni, strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn is-sessi wara l-2015”; billi fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-7 ta' Diċembru 2015 il-Grupp ta' Tliet Presidenzi tal-UE impenjati biex jgħaddu abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill lill-Kunsill EPSCO dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi wara l- 2015;

1.

Ifakkar li l-Kummissjoni hija marbuta bl-Artikolu 2 TUE u bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali biex tieħu azzjoni favur l-ugwaljanza bejn is-sessi;

2.

Jinnota li fl-imgħoddi l-Kummissjoni approvat b'mod ċar Komunikazzjoni ċara, trasparenti leġittima u pubblika dwar Strateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, approvata mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, fl-ogħla livell politiku;

3.

Iqis li hija ħasra li l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016, ippubblikat f'Novembru 2015, ma għamel ebda referenza speċifika għall-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi wara l-2015; jiddeplora l-fatt li fit-3 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ppubblikat biss dokument ta' ħidma tal-persunal intitolat “Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019”, u b'hekk mhux biss naqqset il-livell ta' dokument intern, iżda wkoll illimitat it-tul ta' żmien tal-azzjoni tagħha;

4.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ppubblikat il-“Pjan Direzzjonali: bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi għal bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol li jiffaċċjaw il-familji li jaħdmu” tagħha, pakkett bi proposti leġislattivi u mhux leġislattivi, f'Awwissu 2015;

5.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu responsabilità sħiħa biex itejbu l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' trattament ugwali u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil-livell nazzjonali;

6.

Jiddeplora l-fatt li, fis-7 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill EPSCO ma setax jaqbel fuq pożizzjoni uffiċjali dwar diversi kwistjonijiet favur l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża “d-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet” li l-Parlament ilu jistenna żmien twil;

7.

Jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni kif stabbilit fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tagħha, imsemmi hawn fuq, dwar impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda jiddeplora n-nuqqas ta' punti ta' riferiment konkreti u ta' baġit speċifiku, li mingħajru la jista' jiġi kkalkolat u lanqas ma jista' jinkiseb progress fuq il-miri u l-indikaturi;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha u tadotta Komunikazzjoni dwar Strateġija Ġdida għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Drittijiet tan-Nisa għall-2016-2020 li tindirizza kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u tkun konformi mal-aġenda internazzjonali, jiġifieri d-dokument dwar l-eżiti ta' Pekin + 20 tal-2015 u l-qafas il-ġdid intitolat “L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE (2016-2020)”;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament u l-Kunsill, u jappella għal summit tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa bil-ħsieb li jiġi identifikat il-progress li sar u biex jittieħdu impenji mġedda fil-qafas tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill EPSCO f'Marzu 2016;

10.

Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u l-għodod ta' politika għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u “valur miżjud”, li mhux dejjem huma meħtieġa regoli uniformi għall-funzjonament prattiku u kompetittiv tas-suq intern, u li l-Kummissjoni jeħtiġilha tqis il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-proposti leġiżlattivi tagħha u l-kuntesti u l-prattiki kulturali diversi fi Stati Membri differenti;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0218.


Il-Ħamis 4 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/38


P8_TA(2016)0043

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea, b'mod partikolari tat-Tartari tal-Krimea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea, b'mod partikolari tat-Tartari tal-Krimea (2016/2556(RSP))

(2018/C 035/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sħubija tal-Lvant, l-Ukrajna, u l-Federazzjoni Russa,

wara li kkunsidra r-Rapporti tal-Missjoni dwar il-Valutazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Krimea mwettqa mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) u l-Kummissarju Għoli tal-OSKE għall-Minoranzi Nazzjonali (HCNM),

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Marzu, tas-27 ta' Ġunju u tas-16 ta' Lulju 2014 li permezz tagħhom ġew imposti sanzjonijiet fuq il-Federazzjoni Russa b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna b'referenza għall-perjodu bejn is-16 ta' Awwissu u l-15 ta' Novembru 2015;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna,

wara li kkunsidra r-rapport ta' Freedom House “Freedom in the World 2016”, li jivvaluta s-sitwazzjoni tal-libertajiet politiċi u ċiviċi fil-Krimea annessa illegalment bħala “mhux libera”,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Federazzjoni Russa żiedet illegalment lill-Krimea u lil Sevastopol mat-territorju tagħha, u b'hekk kisret id-dritt internazzjonali, inklużi l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Helsinki, il-Memorandum ta' Budapest tal-1994 u t-Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Sħubija bejn il-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna tal-1997;

B.

billi meta kienet għaddejja l-annessjoni illegali tal-Krimea min-naħa tal-Federazzjoni Russa f'Marzu 2014, l-Ukreni, inklużi t-Tartari tal-Krimea, kif ukoll l-armata Ukrena wrew kuraġġ u lealtà kbira lejn l-Ukrajna u opponew b'mod paċifiku l-att belliġerenti tal-annessjoni; billi diversi organizzazzjonijiet internazzjonali u gruppi li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem ikkundannaw il-fatt li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea naqset ħafna mindu l-peniżola ġiet okkupata u annessa illegalment min-naħa tal-Federazzjoni Russa kmieni fl-2014;

C.

billi ġew rappurtati abbużi mmirati fil-konfront tal-membri tal-komunità Tartara, li l-maġġoranza tagħhom opponew il-mod kif ir-Russja ħadet il-poter u bbojkottjaw l-hekk imsejjaħ referendum tas-16 ta' Marzu 2014, partikolarment bl-infurzar tal-leġiżlazzjoni vaga u “antiestremista” ġenerika żżejjed tar-Russja li għandha l-għan li tintimida jew issikket lil min jikkritika r-reġim; billi dawn l-abbużi jinkludu ħtif, għajbien furzat, vjolenza, tortura u eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji li l-awtoritajiet de facto naqsu milli jinvestigaw u jipproċedu kontrihom;

D.

billi diversi mexxejja tat-Tartari tal-Krimea, bħal Mustafa Dzhemiliev, membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, u Refat Chubarov, il-President tal-Mejlis, twaqqfu milli jidħlu fil-Krimea; billi issa jistgħu jidħlu, iżda huma mhedda bl-arrest; billi issa qorti Russa ħarġet mandat ta' arrest fil-konfront ta' Mustafa Dzhemiliev, li aktar qabel kien qatta' 15-il sena fil-ħabsijiet Sovjetiċi għall-isforzi tiegħu biex niesu jirritornaw f'art twelidhom fil-Krimea;

E.

billi l-komunitajiet reliġjużi kollha, inklużi l-knejjes Insara li huma indipendenti minn Moska, sofrew restrizzjonijiet fl-attivitajiet tagħhom; billi dawn id-diffikultajiet ġejjin minn restrizzjonijiet serji fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni, esproprjazzjonijiet, dokumenti li ma jitħallewx jiġġeddu, kif ukoll tfittxijiet regolari mwettqa fil-postijiet li dawn l-organizzazzjonijiet reliġjużi għad baqgħalhom minn fejn joperaw;

F.

billi individwi li rrifjutaw li jieħdu ċ-ċittadinanza Russa wara l-annessjoni qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni u diffikultajiet serji fl-oqsma kollha tal-ħajja politika, soċjali u ekonomika;

G.

billi r-Russja qed timpedixxi l-aċċess għall-Krimea mhux biss lill-NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti indipendenti, iżda anke lill-OSKE, in-NU u l-Kunsill tal-Ewropa; billi n-nuqqas ta' aċċess irendi l-monitoraġġ u r-rappurtar fil-Krimea diffiċli ħafna;

H.

billi l-popolazzjoni kollha tat-Tartari tal-Krimea, poplu indiġenu ta' dan it-territorju, fl-1944 sfat deportata bil-forza lejn partijiet oħra ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, mingħajr il-possibbiltà li tirritorna sal-1989; billi fit-12 ta' Novembru 2015 il-Verkhovna Rada tal-Ukrajna adotta riżoluzzjoni li fiha rrikonoxxa d-deportazzjoni tat-Tartari tal-Krimea fl-1944 bħala ġenoċidju u stabbilixxa t-18 ta' Mejju bħala Jum ta' Tifkira;

1.

Itenni l-impenn qawwi tiegħu favur is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-konfini tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u favur l-għażla libera u sovrana tagħha li taqbad perkors Ewropew; ifakkar fil-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea min-naħa tar-Russja u fl-impenn tal-UE, tal-Istati Membri tagħha u tal-komunità internazzjonali li jimplimentaw bis-sħiħ il-politika ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea; jenfasizza wkoll li r-ritorn għall-kontroll Ukren fil-peniżola huwa wieħed mir-rekwiżiti preliminari biex jerġgħu jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta' kooperazzjoni mal-Federazzjoni Russa, li jinkludu s-sospensjoni tas-sanzjonijiet relattivi;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-livelli bla preċedent ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fil-konfront tar-residenti tal-Krimea, b'mod partikolari t-Tartari tal-Krimea, li ma josservawx ir-regoli li l-hekk imsejħa awtoritajiet lokali jimponu bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-estremiżmu u t-terroriżmu;

3.

Jikkundanna r-restrizzjonijiet serji fuq il-libertajiet ta' espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika, inkluż f'avvenimenti kommemorattivi tradizzjonali fosthom l-anniversarju tad-deportazzjoni tat-Tartari tal-Krimea min-naħa tar-reġim totalitarju Sovjetiku ta' Stalin u l-avvenimenti kulturali tat-Tartari tal-Krimea; jenfasizza li, f'konformità mad-dritt internazzjonali, it-Tartari, bħala poplu indiġenu tal-Krimea, għandhom id-dritt iżommu u jsaħħu l-istituzzjonijiet politiċi, ġuridiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali distinti tagħhom; jitlob rispett fil-konfront tal-Mejlis, bħala l-korp rappreżentattiv leġittimu tal-komunità tat-Tartari tal-Krimea, u jappella biex jieqfu l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni sistematika tal-membri tiegħu; jesprimi tħassib dwar il-ksur tad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom fir-rigward tal-proprjetà, l-intimidazzjoni, il-priġunerija, kif ukoll id-diżrispett tad-drittijiet ċiviċi, politiċi u kulturali tagħhom; jinnota bi tħassib ukoll ir-rekwiżiti restrittivi ta' reġistrazzjoni mill-ġdid imposti fuq il-midja, kif ukoll fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi u lill-awtoritajiet lokali de facto jinvestigaw b'mod effikaċi, imparzjali u trasparenti l-każijiet kollha ta' għajbien, tortura u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-pulizija u l-forzi paramilitari attivi fil-peniżola tal-Krimea minn Frar 2014 'l hawn;

5.

Ifakkar li l-Federazzjoni Russa, bħala potenza okkupanti, għandha r-responsabbiltà li tiżgura s-sikurezza tal-popolazzjoni kollha u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet kulturali u reliġjużi tat-Tartari indiġeni u tal-minoranzi l-oħra kollha tal-Krimea kif ukoll il-preservazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Krimea;

6.

Ifakkar li l-istituzzjonijiet u l-esperti indipendenti tal-OSKE, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa ma ngħatawx aċċess għall-peniżola tal-Krimea, jew inkella ngħataw aċċess parzjali, u għalhekk dawn ma tħallewx jissorveljaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minkejja l-mandati li kellhom biex iwettqu dawn l-attivitajiet fil-Krimea;

7.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u lill-awtoritajiet de facto tal-Krimea, li huma marbutin bid-dritt umanitarju internazzjonali u bid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, jagħtu aċċess bla xkiel għall-Krimea lill-istituzzjonijiet u l-esperti indipendenti tal-OSKE, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll lil kwalunkwe NGO tad-drittijiet tal-bniedem jew kamra tal-aħbarijiet li tkun tixtieq iżżur, tivvaluta u tirrapporta dwar is-sitwazzjoni fil-Krimea; jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE jagħmlu pressjoni fuq ir-Russja f'dan ir-rigward; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa li jibgħat lir-Rappreżentant Speċjali tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Krimea, li ż-żjara tiegħu – l-ewwel waħda mill-annessjoni Russa 'l hawn – mistennija tipprovdi valutazzjoni aġġornata tas-sitwazzjoni fil-post; jistenna b'interess il-konklużjonijiet tiegħu; jenfasizza li kwalunkwe preżenza internazzjonali fil-post għandha tkun ikkoordinata mal-Ukrajna;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Ukrajna li, bil-għan li terġa' tiġi stabbilita s-sovranità Ukrena fil-Krimea, tistabbilixxi mekkaniżmu ta' negozjati internazzjonali fil-format “Ġinevra +”, li għandu jinkludi l-involviment dirett tal-UE; jistieden lir-Russja tibda negozjati dwar id-deokkupazzjoni tal-Krimea mal-Ukrajna u mal-partijiet l-oħra, sabiex jitneħħew l-embargos fuq il-kummerċ u l-enerġija u jiġi revokat l-istat ta' emerġenza fil-Krimea;

9.

Jiddeplora l-fatt li l-mexxejja Tartari mhux qed jitħallew imorru lura fil-Krimea, il-proċedimenti fil-konfront tagħhom, kif ukoll il-pressjoni inaċċettabli li qed tiżdied fuq il-Membri l-oħra tal-Mejlis; jiddeplora wkoll l-għeluq inġust tal-istazzjon televiżiv ATR li kellu segwitu sinifikanti fi ħdan il-komunità tat-Tartari tal-Krimea; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti l-assistenza finanzjarja meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta' dan l-istazzjon u ta' mezzi tax-xandir oħra eżiljati fl-Ukrajna; iqis li l-għeluq tal-iskejjel u l-klassijiet tat-Tartari tal-Krimea u r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-lingwa, flimkien mal-fatt li l-lingwa Ukrajna tneħħiet mill-isfera pubblika, jikkostitwixxu limitazzjonijiet serji fuq id-drittijiet bażiċi tal-membri tal-komunità;

10.

Jappella għall-preservazzjoni tal-ambjent multikulturali tal-Krimea u għar-rispett sħiħ tal-Ukren, it-Tartar u ta' minoranzi lingwistiċi u kulturali oħra;

11.

Jiddeplora l-azzjonijiet tal-amministrazzjoni de facto biex tfixkel il-funzjonament tal-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea, l-ogħla korp eżekuttiv u rappreżentattiv tat-Tartari tal-Krimea, permezz tal-għeluq tal-kwartieri ġenerali tiegħu, is-sekwestru ta' wħud mill-beni immobbli tiegħu u atti ta' intimidazzjoni oħrajn;

12.

Jikkundanna t-trażżin regolari fil-konfront tal-midja indipendenti, il-ġurnalisti u l-attivisti tas-soċjetà ċivili fil-Krimea; jiddeplora l-impożizzjoni furzata ta' passaporti Russi fuq ċittadini Ukreni fil-Krimea min-naħa tal-Federazzjoni Russa; jikkundanna wkoll il-prattika tal-awtoritajiet de facto li jimponu ċ-ċittadinanza Russa fuq ir-residenti tal-Krimea;

13.

Itenni l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjoni tal-UE li twaqqaf l-importazzjoni ta' prodotti mill-Krimea sakemm ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat tal-oriġini mill-awtoritajiet Ukreni, kif ukoll għall-miżuri restrittivi b'rabta mal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti u teknoloġiji, l-investiment, il-kummerċ u s-servizzi fil-Krimea; jistieden lill-Kunsill ikompli b'dawn is-sanzjonijiet sa ma titlesta l-integrazzjoni sħiħa tal-Krimea fl-ordinament ġuridiku tal-Ukrajna;

14.

Jistieden lill-Federazzjoni Russa tinvestiga l-każijiet kollha ta' tortura ta' priġunieri arrestati illegalment fil-Krimea, teħles lil priġunieri bħal Oleg Sentsov u Oleksandr Kolchenko, kif ukoll Ahtem Chiigoz, il-Viċi President tal-Mejlis, Mustafa Degermendzhi u Ali Asanov, li ġew arrestati fil-Krimea talli pprotestaw paċifikament kontra l-okkupazzjoni, u tiggarantixxi r-ritorn sikur tagħhom lejn l-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa ttemm il-persekuzzjoni politika tad-dissidenti u l-attivisti ċiviċi; jikkundanna t-trasferiment sussegwenti tagħhom lejn ir-Russja u l-attribuzzjoni furzata taċ-ċittadinanza Russa;

15.

Jikkundanna l-militarizzazzjoni tal-peniżola tal-Krimea, li għandha impatt negattiv sinifikanti fuq il-ħajja ekonomika u soċjali, kif ukoll it-theddida min-naħa tar-Russja li tiskjera armi nukleari fil-Krimea, li jikkostitwixxi riskju sinifikanti għas-sigurtà reġjonali, Ewropea u mondjali; itenni l-appell tiegħu favur l-irtirar tal-forzi Russi kollha mill-Krimea u mil-Lvant tal-Ukrajna;

16.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni ekonomika, kif ukoll il-provvista ta' prodotti u servizzi bejn l-Ukrajna u l-peniżola tal-Krimea temporanjament okkupata, għandhom isiru f'konformità mal-qafas ġuridiku tal-Ukrajna u għandhom ikunu rispettati min-naħat kollha, biex b'hekk tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-popolazzjoni li tgħix fil-Krimea; jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw u jwaqqfu kwalunkwe każ ta' ksur f'dan is-sens;

17.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fil-Krimea, li ħżienet ħafna wara l-annessjoni Russa, u dwar l-azzjoni repressiva u t-theddid min-naħa tal-awtoritajiet de facto u l-gruppi paramilitari;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, u lill-Mejlis tal-Poplu Tartar tal-Krimea.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/42


P8_TA(2016)0044

Il-Bahrain: il-każ ta’ Mohammed Ramadan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-Bahrain: il-każ ta’ Mohammed Ramadan (2016/2557(RSP))

(2018/C 035/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bahrain, b’mod partikolari dik tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar il-Bahrain, b’mod partikolari l-każ ta’ Nabeel Rajab (1),

wara li kkunsidra l-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) stabbilita permezz ta' Digriet Irjali biex tinvestiga u tirrapporta dwar l-avvenimenti li seħħew fil-Bahrain fi Frar 2011, u li ppubblikat ir-rapport tagħha f'Novembru 2011,

wara li kkunsidra l-preżentazzjoni tat-Tieni Rapport Annwali 2014 mill-President tal-Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bnedmin (NIHR), Dr. Abdulaziz Abul, lill-Ministru tal-Intern, Lt.Gen.Shaikh Rashid bin Abdullah Al-Khalifa, fis-27 ta' Jannar 2016,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Bahrain minn 33 Stat, mogħtija waqt it-30 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bnedmin tan-NU fl-14 ta' Settembru 2015,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Bahrain tas-16 ta’ Lulju 2015 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ir-Relatur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni u r-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ Novembru 2011 mill-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI),

wara li kkunsidra l-appell għar-rilaxx immedjat tal-priġunier tal-kuxjenza, Dr. Abduljalil al-Singace, li qed jagħmel strajk tal-ġuħ,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Lega Għarbija, li ltaqa' fil-Kajr fl-1 ta' Settembru 2013, biex titwaqqaf qorti pan-Għarbija għad-drittijiet tal-bniedem fil-kapitali tal-Bahrain, Manama,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-1988 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt tat-12 ta' April 2013,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti u l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħhom il-Bahrain huwa firmatarju,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 68/178 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u r-Riżoluzzjoni 25/7 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Bahrain huwa sieħeb ewlieni tal-Unjoni Ewropea fil-Golf Persiku, inkluż fl-oqsma tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi, l-enerġija, u s-sigurtà; billi huwa fl-interess reċiproku tagħna li napprofondixxu aktar is-sħubija tagħna sabiex inwieġbu aħjar għal sfidi futuri;

B.

billi sa mill-bidu tal-irvellijiet tal-2011, l-awtoritajiet tal-Bahrain ilhom iżidu l-użu ta’ miżuri ripressivi abbażi ta' allegazzjonijiet ta’ terroriżmu kontra dimostranti paċifiċi, inkluż l-użu tal-piena tal-mewt; billi l-qrati tal-Bahrain għaddew seba’ pieni ġodda tal-mewt fl-2015;

C.

billi fit-18 ta’ Frar 2014 Mohammed Ramadan, gwardja tas-sigurtà tal-ajruport ta’ 32 sena, ġie arrestat mill-awtoritajiet tal-Bahrain talli allegatament ħa parti — flimkien ma’ Husain Ali Moosa, li kien ġie arrestat preċedentement — f’ibbumbardjar f’Al Dair fl-14 ta’ Frar 2014 li qatel uffiċjal tas-sigurtà u fejn indarbu diversi oħra;

D.

billi s-Sur Ramadan allegatament kien arrestat mingħajr mandat, u billi ż-żewġ irġiel jirrappurtaw li huma kienu msawta u ttorturati b’mod vjolenti sakemm qablu li jammettu, iżda mbagħad irtiraw il-konfessjonijiet tagħhom quddiem il-prosekutur pubbliku; billi l-konfessjonijiet allegatament miksuba b'tortura kienu l-provi ewlenin fil-proċessi kontra s-Sur Ramadan u s-Sur Moosa;

E.

billi fid-29 ta’ Diċembru 2014, qorti kriminali tal-Bahrain ikkundannat lis-Sur Ramadan u lis-Sur Moosa għall-mewt; billi dawn ġew ikkundannati flimkien ma' 10 imputat ieħor, li 9 minnhom irċevew sentenzi ta’ ħabs ta’ sitt snin u l-ieħor sentenza ta’ għomor il-ħabs; billi l-liġi kontra t-terroriżmu tal-Bahrain intużat biex tiġġustifika l-piena tal-mewt;

F.

billi s-sentenzi tal-piena tal-mewt mogħtija lis-Sur Ramadan u s-Sur Moosa ġew milqugħa mill-Qorti ta’ Kassazzjoni, l-ogħla qorti ta' appell tal-Bahrain, fis-16 ta’ Novembru 2015, minkejja li l-irġiel irtiraw il-konfessjonijiet tagħhom u filwaqt li tennew li huma kienu ammettew taħt tortura; billi l-qrati tal-Bahrain naqsu milli jeżaminaw it-talbiet tagħhom jew saħansitra jiftħu investigazzjoni;

G.

billi s-Sur Ramadan huwa biss wieħed minn 10 persuni b'kundanna għall-mewt fil-Bahrain, u l-ewwel wieħed li ġie kkundannat għall-mewt mill-2011; billi s-Sur Ramadan huwa wieħed minn tal-ewwel li jkunu eżawrixxu t-toroq ġuridiċi kollha ta’ appell, u jinsab fir-riskju ta’ eżekuzzjoni imminenti; billi mhux maruf li seħħet l-ebda investigazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ tortura fil-każ tas-Sur Ramadan;

H.

billi fl-14 ta’ Awwissu 2014 ħames l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU esprimew it-tħassib tagħhom lill-Gvern tal-Bahrain dwar allegazzjonijiet dwar l-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-tortura ta’ disa’ ċittadini tal-Bahrain, inkluż is-Sur Ramadan, u l-kundanna sussegwenti tagħhom wara proċessi li ma laħqux l-istandards internazzjonali ta’ proċess ġust;

I.

billi diversi NGOs tad-drittijiet tal-bniedem iddokumentaw proċessi inġusti u l-użu tat-tortura u pieni tal-mewt min-naħa tal-Bahrain, li huma bi ksur ta’ diversi konvenzjonijiet internazzjonali, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Bahrain ssieħeb fih fl-2006;

J.

billi l-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI), stabbilita fid-29 ta' Ġunju 2011 fir-Renju tal-Bahrain permezz tad-Digriet Irjali Nru 28 biex tinvestiga u tirrapporta dwar l-avvenimenti li seħħew fil-Bahrain fi Frar 2011, għamlet sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-riformi politiċi;

K.

billi s-26 rakkomandazzjoni tal-BICI inkludew it-tibdil tas-sentenzi ta’ mewt kollha imposti għal atti li rriżultaw mill-avvenimenti ta’ Frar u Marzu 2011; billi din kienet waħda miż-żewġ rakkomandazzjonijiet li ġew implimentati b’mod sħiħ, li rrappreżenta pass pożittiv lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

L.

billi dawn ir-rakkomandazzjonijiet wasslu lill-Gvern tal-Bahrain biex jistabbilixxi tliet korpi mill-2012 — l-Uffiċċju tal-Ombudsman fi ħdan il-Ministeru tal-Intern, Unità ta’ Investigazzjonijiet Speċjali (SIU) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, u Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Priġunieri u d-Detenuti (PDRC) — b’mandat kollettiv biex itemmu l-użu tat-tortura f’faċilitajiet ta’ detenzjoni u ta’ interrogazzjoni;

M.

billi ħafna azzjonijiet riċenti mill-awtoritajiet tal-Bahrain ikomplu jiksru u jirrestrinġu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ sezzjonijiet tal-poplu tal-Bahrain, b’mod partikolari d-dritt tal-individwi għall-protesta paċifika, għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà diġitali; billi l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem qed jiffaċċjaw attakki sistematiċi, fastidju u detenzjoni;

N.

billi, skont rapporti, il-Bahrain għad għandu numru konsiderevoli ta’ priġunieri tal-kuxjenza;

O.

billi l-forzi tas-sigurtà tal-Bahrain allegatament għadhom jittorturaw lid-detenuti;

1.

Jesprimi t-tħassib u d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li l-Bahrain mar lura għall-prattika tal-piena kapitali; jitlob l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jistieden lill-Gvern tal-Bahrain, u b’mod partikolari lill-Maestà Tiegħu Sheikh Hamad bin Isa Al Khalifa, jagħti lil Mohammed Ramadan maħfra rjali jew jibdillu s-sentenza;

2.

Jikkundanna b’mod qawwi l-użu kontinwu tat-tortura u ta’ trattament jew pieni krudili jew degradanti mill-forzi tas-sigurtà kontra l-priġunieri; huwa estremament imħasseb dwar l-integrità fiżika u mentali tal-priġunieri;

3.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-użu ta’ liġijiet ta’ kontra t-terroriżmu fil-Bahrain biex jikkastigaw twemmin u konvinzjonijiet politiċi u biex jipprevjenu liċ-ċittadini milli jeżerċitaw attivitajiet politiċi;

4.

Jenfasizza l-obbligu li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu assigurati l-protezzjoni u jitħallew ikomplu l-ħidma tagħhom mingħajr tfixkil, intimidazzjoni jew fastidju;

5.

Jinnota l-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Gvern tal-Bahrain biex jirriforma l-kodiċi penali u l-proċeduri ġuridiċi, u jħeġġeġ biex dan il-proċess jitkompla; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jirrispetta l-istandards internazzjonali dwar id-dritt għal proċess ġust u biex jikkonforma ma’ standards minimi internazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 9 u 14 tal-ICCPR;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu investigazzjoni imparzjali mingħajr dewmien dwar l-allegazzjonijiet kollha ta’ tortura, itellgħu il-qorti lil persuni suspettati li wettqu r-reat tat-tortura u jeliminaw kull kundanna li tkun saret abbażi ta’ konfessjonijiet miksuba taħt kondizzjonijiet ta’ tortura;

7.

Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Bahrain li l- Artikolu 15 tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti jipprojbixxi l-użu bħala prova fi kwalunkwe proċedura ta’ kull dikjarazzjoni magħmula bħala riżultat ta’ tortura; jitlob ir-ratifika immedjata tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u t-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-ICCPR bil-għan li tiġi abolita l-piena tal-mewt;

8.

Jistieden lill-Gvern tal-Bahrain joħroġ stedina immedjata u miftuħa lir-Relatur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura biex jagħmel żjara fil-pajjiż, u jippermetti l-aċċess bla xkiel għad-detenuti u għall-postijiet kollha ta’ detenzjoni;

9.

Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman, il-PDRC u l-NIHR, b’mod partikolari dwar id-drittijiet tad-detenuti u l-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet, inkluż fir-rigward ta’ maltrattament u tortura allegati; madankollu, jitlob lill-Gvern tal-Bahrain biex jiżgura l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Ombudsman u tal-PDRC, u jiggarantixxi l-indipendenza tal-Unità ta’ Investigazzjonijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku;

10.

Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ mogħti lill-Bahrain, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema ġudizzjarja tiegħu, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi bis-sħiħ il-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma għad-drittijiet tal-bniedem EU-Bahrain;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bahrain ineħħu l-projbizzjoni arbitrarja tal-ivvjaġġar ta' Nabeel Rajab u jwaqqgħu l-akkużi kollha pendenti miġjuba kontriha b'rabta mal-libertà tal-espressjoni;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Bahrain u lill-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0279.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/46


P8_TA(2016)0045

Il-każ tal-pubblikaturi tal-kotba neqsin f'Hong Kong

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-każ tal-pubblikaturi tal-kotba neqsin f'Hong Kong (2016/2558(RSP))

(2018/C 035/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina (1) u tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Jannar 2016 tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-għajbien ta' individwi assoċjati mad-dar ta' pubblikazzjoni Mighty Current f'Hong Kong,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-SEAE tad-29 ta' Jannar 2016 dwar it-tħassib tal-UE rigward is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2014 tal-Kummissjoni dwar ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong, ippubblikat f'April 2015,

wara li kkunsidra l-fatt li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u ċ-Ċina ilhom stabbiliti mis-6 ta' Mejju 1975,

wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina mnedija fl-2003,

wara li kkunsidra l-Aġenda Strateġika għall-Kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina għall-2020 li ntlaħaq qbil dwarha fil-21 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidra n-negozjati għal Ftehim ġdid ta' Sħubija u Kooperazzjoni li ġew sospiżi,

wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar is-sigurtà nazzjonali mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Popolari Nazzjonali Ċiniż fl-1 ta' Lulju 2015, kif ukoll il-pubblikazzjoni tat-tieni abbozz ta' liġi ġdida dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin fil-5 ta' Mejju 2015,

wara li kkunsidra d-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina rigward id-drittijiet tal-bniedem, imniedi fl-1995, u l-34 sessjoni li ġiet organizzata f'Beijing fit-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tielet rapport perjodiku ta' Hong Kong, iċ-Ċina, adottat mill-Kumitat fil-107 sessjoni tiegħu (11-28 ta' Marzu 2013),

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura dwar il-ħames rapport perjodiku taċ-Ċina, adottati fl-1391 u l-1392 laqgħa tiegħu, li saru fit-2 u t-3 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (minn hawn 'il quddiem “il-Liġi Bażika”), b'mod partikolari l-artikoli dwar il-libertajiet personali u l-libertà tal-istampa, kif ukoll l-Ordinanza dwar id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet ta' Hong Kong,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, f'dawn l-aħħar erba' xhur, ħames bejjiegħa tal-kotba (Lui Bo, Gui Minhai, Zhang Zhiping, Lin Rongji u Lee Po), erbgħa minnhom residenti f'Hong Kong u l-ieħor mhuwiex, assoċjati mad-dar ta' pubblikazzjoni Mighty Current u l-ħanut tal-kotba tagħha, minn fejn jinbiegħu xogħlijiet letterarji li jikkritikaw lil Beijing, għebu taħt ċirkostanzi misterjużi; billi tnejn minnhom huma ċittadini tal-UE – Gui Minhai, ċittadin Żvediż, u Lee Po, ċittadin Brittaniku; billi f'Jannar 2016 waslet konferma li ż-żewġ ċittadini tal-UE kienu fiċ-Ċina kontinentali, u billi hemm suspetti li anke t-tlieta l-oħra qegħdin hemmhekk; billi Lee Po temporanjament ingħaqad mill-ġdid ma' martu fit-23 ta' Jannar 2016 f'post mhux żvelat fiċ-Ċina kontinentali; billi n-nuqqas kontinwu ta' informazzjoni dwar il-benessri tagħhom u dwar fejn jinsabu huwa estremament inkwetanti;

B.

billi saru allegazzjonijiet konvinċenti mill-midja, u ntwera tħassib min-naħa tal-leġiżlaturi, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u għadd ta' ċivili, li l-ħames bejjiegħa tal-kotba nħatfu mill-awtoritajiet taċ-Ċina kontinentali; billi, b'mod partikolari, Lee Po nħataf minn Hong Kong u Gui Minhai għeb minn daru fit-Tajlandja;

C.

billi, fl-10 ta' Jannar 2016, eluf ta' dimostranti nġabru fit-toroq f'Hong Kong biex jitolbu li l-gvern tal-belt jieħu azzjoni biex jispjega l-għajbien tal-ħames bejjiegħa tal-kotba; billi l-għajbien ta' dawn il-persuni jsegwi sensiela ta' attakki vjolenti fl-2013 u fl-2014 kontra l-ġurnalisti ta' Hong Kong li jikkritikaw lil Beijing;

D.

billi Hong Kong jiddefendi u jipproteġi l-libertajiet tal-kelma, ta' espressjoni u tal-pubblikazzjoni; billi l-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe materjal li jikkritika lill-mexxejja Ċiniżi hija legali f'Hong Kong, għalkemm hija pprojbita fiċ-Ċina kontinentali; billi l-prinċipju ta' “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” jiggarantixxi l-awtonomija ta' Hong Kong minn Beijing fir-rigward tal-libertajiet li huma minquxa fl-Artikolu 27 tal-Liġi Bażika;

E.

billi ġew ippubblikati rivelazzjonijiet li 14-il pubblikatur u 21 pubblikazzjoni f'Hong Kong ġew identifikati bħala objettivi f'dokument intern tal-Partit Komunista ta' April 2015, fejn ġiet żvelata strateġija għall-“esterminazzjoni” tal-kotba pprojbiti f'Hong Kong u l-Macao minn fejn oriġinaw; billi l-biża' ta' ritaljazzjonijiet wassal biex xi bejjiegħa tal-kotba f'Hong Kong neħħew il-kotba li jikkritikaw liċ-Ċina mill-ixkafef tagħhom;

F.

billi l-gvern taċ-Ċina kontinentali jirrestrinġi u jikkriminalizza b'mod strett il-libertà tal-espressjoni, partikolarment permezz taċ-ċensura; billi s-sistema ta' sorveljanza tal-internet (“il-Great Firewall”) taċ-Ċina tippermetti lill-gvern jiċċensura kwalunkwe informazzjoni li hija politikament inaċċettabbli; billi ċ-Ċina għandha restrizzjonijiet rigorużi fuq il-libertà tal-espressjoni, u l-popolarità ta' kotba li jikkritikaw liċ-Ċina mal-qarrejja fiċ-Ċina kontinentali hija meqjusa ta' theddida għall-istabbiltà soċjali;

G.

billi fis-17 ta' Jannar 2016 Gui Minhai ħareġ stqarrija għall-istampa fiċ-Ċina kontinentali, fejn stqarr li huwa vvjaġġa fuq bażi volontarja lejn iċ-Ċina kontinentali u ammetta, f'dak li jidher li hija konfessjoni furzata, akkuża preċedenti ta' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol;

H.

billi kemm l-awtoritajiet Żvediżi u kemm dawk Brittaniċi talbu l-appoġġ sħiħ tal-awtoritajiet Ċiniżi biex jitħarsu d-drittijiet taż-żewġ ċittadini tagħhom kif ukoll tal-individwi l-oħra li “għebu”;

I.

billi l-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura rrapporta t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti konsistenti minn diversi sorsi dwar il-kontinwazzjoni ta' prattika ta' detenzjoni illegali f'postijiet ta' detenzjoni li la huma rikonoxxuti u lanqas huma uffiċjali, l-hekk imsejħa “ħabsijiet suwed”; billi huwa esprima wkoll it-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti konsistenti li jindikaw li l-prattika tat-tortura u t-trattament ħażin għadhom integrati sew fis-sistema tal-ġustizzja kriminali, li hija dipendenti ħafna fuq il-konfessjonijiet bħala bażi għall-kundanni;

J.

billi ċ-Ċina uffiċjalment u nominalment aċċettat l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u, f'dawn l-aħħar tletin sena, għażlet li tieħu sehem fil-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem billi ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati f'dan il-qasam, u b'hekk saret parti mill-qafas ġuridiku u istituzzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell internazzjonali;

K.

billi l-Artikolu 27 tal-Liġi Bażika, il-kostituzzjoni de facto ta' Hong Kong, jiggarantixxi “l-libertà tal-kelma, tal-istampa u tal-pubblikazzjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni, tal-għaqda, li wieħed jipparteċipa f'purċissjoni u f'dimostrazzjoni”; billi l-Liġi Bażika, li kienet ġiet innegozjata bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit, tiggarantixxi dawn id-drittijiet għal perjodu ta' 50 sena li jintemm fl-2047;

L.

billi s-17-il Summit bejn l-UE u ċ-Ċina, tad-29 ta' Ġunju 2015, għolla r-relazzjonijiet bilaterali fuq livell ġdid, billi fil-qafas strateġiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tagħha l-UE wiegħdet li se tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi;

M.

billi l-UE u ċ-Ċina impenjaw ruħhom fi djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem sa mill-1995, u billi ż-żewġ naħat iqisu lid-drittijiet tal-bniedem bħala parti importanti tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom;

N.

billi skont il-21 rapport annwali (Lulju 2014) tal-Hong Kong Journalists Association, l-2014 kienet l-agħar sena għal-libertà tal-istampa f'Hong Kong f'għexieren ta' snin; billi xi ġurnalisti ġew attakkati fiżikament jew sfaw imkeċċija filwaqt li oħrajn li esprimew opinjonijiet kritiċi ġew trasferiti lejn żoni inqas sensittivi;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas ta' għarfien dwar fejn jinsabu u l-benessri tal-ħames bejjiegħa tal-kotba li jinsabu nieqsa; jappella għall-pubblikazzjoni immedjata ta' informazzjoni dettaljata dwar fejn jinsabu u dwar il-benessri ta' Lee Po u Gui Minhai, u jappella għall-ħelsien immedjat b'mod sikur tagħhom u li huma jingħataw id-dritt li jikkomunikaw; jappella għall-ħelsien immedjat tal-persuni l-oħra kollha li ġew arrestati b'mod arbitrarju talli eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-espressjoni u pubblikazzjoni f'Hong Kong, inkluż it-tliet bejjiegħa tal-kotba l-oħra;

2.

Jappella lill-Gvern Ċiniż jirraporta mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni dwar il-bejjiegħa tal-kotba li jinsabu nieqsa, u jimpenja ruħu fi djalogu u komunikazzjoni immedjati li jkunu inklużivi u trasparenti dwar il-kwistjoni bejn l-awtoritajiet kontinentali u dawk ta' Hong Kong; jinnota bħala żvilupp pożittiv il-komunikazzjoni minn Lee Po u li huwa ngħaqad mill-ġdid ma' martu;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet rilevanti taċ-Ċina, ta' Hong Kong u tat-Tajlandja jinvestigaw u jikkjarifikaw iċ-ċirkostanzi tal-għajbien, skont l-istat tad-dritt, u, sa fejn huwa possibbli, jgħinu biex il-pubblikaturi jirritornaw lejn djarhom mingħajr periklu;

4.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-allegazzjonijiet li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi taċ-Ċina kontinentali qegħdin joperaw f'Hong Kong; ifakkar li jkun hemm ksur tal-Liġi Bażika jekk l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi taċ-Ċina kontinentali qegħdin joperaw f'Hong Kong; jemmen li dan huwa inkonsistenti mal-prinċipju “pajjiż wieħed, żewġ sistemi”; jistieden liċ-Ċina tirrispetta l-garanziji ta' awtonomija mogħtija lil Hong Kong skont il-Liġi Bażika;

5.

Jikkundanna bil-qawwa l-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-arresti arbitrarji, il-konfessjonijiet furzati, id-detenzjoni sigrieta, id-detenzjoni f'iżolament u l-ksur tal-libertà ta' pubblikazzjoni u tal-espressjoni; ifakkar li l-indipendenza tal-edituri, tal-ġurnalisti u tal-bloggers għandha tiġi salvagwardjata; jappella għat-tmiem immedjat tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-intimidazzjoni politika;

6.

Jikkundanna r-restrizzjonijiet u l-kriminalizzazzjoni tal-libertà tal-espressjoni, u jiddeplora l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-Gvern Ċiniż itemm is-soppressjoni tal-fluss liberu ta' informazzjoni, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-internet;

7.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar l-adozzjoni imminenti tal-abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin, peress li fl-istat attwali tagħha se tfixkel drastikament l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili Ċiniża u se trażżan serjament il-libertajiet ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni fil-pajjiż, anke billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin li ma jkunux irreġistrati mal-Ministeru Ċiniż għas-Sigurtà Pubblika u d-dipartimenti tas-sigurtà pubblika provinċjali jiġu pprojbiti milli jiffinanzjaw lil kwalunkwe individwu Ċiniż jew organizzazzjoni Ċiniża, u billi l-gruppi Ċiniżi se jiġu pprojbiti milli jwettqu “attivitajiet” f'isem jew bl-awtorizzazzjoni tal-organizazzjonijiet mhux governattivi barranin li ma jkunux irreġistrati, inklużi dawk ibbażati f'Hong Kong u l-Macao; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jirrevedu b'mod sostanzjali dan l-abbozz ta' liġi sabiex iġibuh konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-impenji internazzjonali li ħadet ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

8.

Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-abbozz ta' liġi ġdida dwar iċ-ċibersigurtà, li għandha tirfed u tistituzzjonalizza l-prattiki ta' ċensura u monitoraġġ fiċ-ċiberspazju, rigward il-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali li ġiet adottata u l-abbozz ta' liġi kontra t-terroriżmu; jinnota l-biżgħat tal-avukati riformisti u d-difensuri tad-drittijiet ċivili Ċiniżi li din il-liġi se tkompli trażżan il-libertà tal-espressjoni u li l-awtoċensura se tikber;

9.

Jemmen li relazzjonijiet b'saħħithom u kontinwi bejn l-UE u ċ-Ċina għandhom jipprovdu pjattaforma effikaċi għal djalogu matur, sinifikanti u miftuħ dwar id-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq ir-rispett reċiproku;

10.

Jissottolinja l-impenn tal-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ tad-demokrazija, inkluż l-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, it-trasparenza, u l-libertà ta' informazzjoni u tal-espressjoni f'Hong Kong;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-Kap Eżekuttiv u l-Assemblea tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0458.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0252.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/50


P8_TA(2016)0046

Rapport tal-2015 dwar is-Serbja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport tal-2015 dwar is-Serbja (2015/2892(RSP))

(2018/C 035/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospett tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/213/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/56/KE (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar l-applikazzjoni tas-Serbja għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (SEC(2011)1208),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tas-Serbja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-kwistjoni tal-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza tal-Kosovo, u r-riżoluzzjoni A/RES/64/298 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Settembru 2010, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni u laqgħet id-disponibilità tal-UE li tiffaċilita d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet mir-raba' laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja tas-7 u t-8 ta' Ottubru 2015,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza ta' Livell Għoli dwar ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant u l-Balkani tal-Punent tat-8 ta' Ottubru 2015 fil-Lussemburgu,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni dwar miżuri biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni tad-9 ta' Novembru 2015 u tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-migrazzjoni tat-12 ta' Ottubru 2015,

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni ta' 17-il punt li ġie maqbul waqt il-laqgħa dwar ir-rotta tal-migrazzjoni tal-Balkani tal-Punent li saret fil-25 ta' Ottubru 2015 bejn il-mexxejja tal-Istati Membri tal-UE u Stati Membri mhux tal-UE li huma kkonċernati bl-influss ta' refuġjati u migranti,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 tal-Kummissjoni dwar is-Serbja tal-10 ta' Novembru 2015 (SWD(2015)0211),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-rapport ta' progress tal-2014 dwar is-Serbja (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 dwar l-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Roma – anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent min-naħa tal-UE tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra l-ħidma ta' David McAllister bħala rapporteur permanenti għas-Serbja fi ħdan il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2013 iddeċieda li jibda n-negozjati mas-Serbja dwar l-adeżjoni; billi l-ewwel konferenza intergovernattiva (KIG) saret fil-21 ta' Jannar 2014; billi l-proċess ta' eżami analitiku tlesta f'Marzu 2015; billi f'Settembru 2015 is-Serbja stabbiliet kompletament it-tim tan-negozjati tagħha;

B.

billi fir-Rapport tal-2015 dwar is-Serbja, il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li s-Serbja għamlet lejn l-integrazzjoni Ewropea, filwaqt li vvalutat l-isforzi tagħha biex tkun konformi mal-kriterji ta' Copenhagen u l-kundizzjonalità tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; billi l-Kummissjoni applikat approċċ ġdid għar-rapportar li jagħti gwida aktar ċara lill-pajjiżi inkwistjoni dwar fuq xiex għandhom jiffukaw;

C.

billi s-Serbja, bħal kull pajjiż li jaspira li jaderixxi mal-UE, għandha tiġi ġġudikata abbażi tal-merti proprji tagħha li tissodisfa, timplimenta l-istess sett ta' kriterji u tkun konformi magħhom, u billi d-dedikazzjoni tal-pajjiżi għar-riformi meħtieġa u għall-kwalità tagħhom jiddeterminaw il-kalendarju tal-adeżjoni;

D.

billi s-Serbja ħadet passi importanti lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo, li rriżultaw fl-Ewwel Ftehim dwar il-Prinċipji li Jirregolaw in-Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet tad-19 ta' April 2013; billi fil-25 ta' Awwissu 2015 intlaħqu erba' ftehimiet importanti; billi l-progress fin-negozjati għall-adeżjoni tas-Serbja jeħtieġ li jsir b'mod parallel mal-progress fil-proċess ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo f'konformità mal-qafas ta' negozjar; billi sforzi ulterjuri jibqgħu essenzjali sabiex dawn ir-relazzjonijiet jiġu kkalmati b'mod permanenti; billi huwa importanti ferm li l-ftehimiet kollha jiġu implimentati bis-sħiħ miż-żewġ partijiet;

E.

billi f'Lulju 2015 is-Serbja saret it-33 Stat parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili;

F.

billi l-UE enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu l-governanza ekonomika, l-istat tad-dritt u l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent;

G.

billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-politika ta' tkabbir tagħha;

H.

billi f'Jannar 2015, is-Serbja ħadet f'idejha l-Presidenza tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE);

1.

Jilqa' l-ftuħ tan-negozjati u l-ftuħ tal-Kapitoli 32 (Kontroll finanzjarju) u 35 (Kwistjonijiet oħra – Punt I: Proċess ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo) fil-Konferenza Intergovernattiva fi Brussell fl-14 ta' Diċembru 2015; jilqa' l-impenn kontinwu tas-Serbja għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; jistieden lis-Serbja tippromwovi b'mod attiv din id-deċiżjoni strateġika fost il-pubbliku Serb; jinnota b'sodisfazzjon li s-Serbja bdiet taħdem fuq aġenda ambizzjuża ta' riforma; jistieden lis-Serbja tindirizza b'mod deċiżiv u dirett ir-riformi sistemiċi u soċjoekonomiċi; iħeġġeġ lis-Serbja tiddedika attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ tagħha meta timplimenta r-riformi tagħha;

2.

Jilqa' t-tħejjijiet tas-Serbja biex tibda n-negozjati ta' adeżjoni b'mod effikaċi bil-konklużjoni tal-proċess ta' eżami analitiku, u t-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni komprensivi għall-Kapitoli 23 (Ġudikatura u Drittijiet Fundamentali) u 24 (Ġustizzja, libertà u sigurtà); jesprimi t-tama li dawn il-kapitoli jistgħu jinfetħu kmieni fl-2016; jenfasizza li negozjati bir-reqqa għall-Kapitoli 23 u 24 huma essenzjali biex jiġu indirizzati r-riformi li għandhom jitwettqu u jiġu implimentati fl-oqsma tal-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà; ifakkar li se jkun jeħtieġ li l-progress f'dawn l-oqsma jsir b'mod parallel mal-progress fin-negozjati globali; jenfasizza li n-negozjar tal-Kapitolu 35 huwa ta' importanza kruċjali għall-progress tas-Serbja fit-triq tagħha lejn l-integrazzjoni fl-UE; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li n-normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo hija kundizzjoni importanti għall-adeżjoni tas-Serbja mal-UE;

3.

Jissottolinja li implimentazzjoni bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki tibqa' indikatur ewlieni tas-suċċess tal-proċess ta' integrazzjoni; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi tas-Serbja biex ikomplu bir-riformi meħtieġa għal allinjament mal-istandards tal-UE; jistieden lis-Serbja ttejjeb l-ippjanar, il-koordinament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politiki ġodda;

4.

Jilqa' l-progress tas-Serbja fl-ambjent kummerċjali, fit-tnaqqis tad-defiċit tal-baġit u fis-suq tax-xogħol, inklużi l-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-politika tal-impjiegi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jtejbu aktar il-klima tal-investiment madwar is-Serbja u jnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tagħha, biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta' investimenti barranin u biex jiġu solvuti tilwimiet ta' investiment fit-tul, u, filwaqt li jirrikonoxxi l-progress fir-ristrutturar ta' kumpaniji pubbliċi, jinnota l-importanza ta' aktar progress relevanti u trasparenza fil-proċess ta’ privatizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li s-Serbja tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mal-acquis;

5.

Jilqa' l-progress fir-riformi ekonomiċi, li tejjeb is-sitwazzjoni baġitarja tas-Serbja, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-gvern fil-pjanijiet tagħha biex twettaq aktar riformi, speċjalment biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi fiskali u r-riformi ta' setturi ewlenin tal-ekonomija;

6.

Ifaħħar l-approċċ kostruttiv tas-Serbja fil-mod kif tittratta l-kriżi tal-migrazzjoni; jinnota, madankollu, li għandu jitrawwem approċċ kostruttiv ma' pajjiżi ġirien; jinnota li s-Serbja hija sieħeb essenzjali u ta' għajnuna tal-UE fil-Balkani, u li huwa għaldaqstant indispensabbli li l-UE tipprovdi riżorsi u għajnuna finanzjarja adegwata; jieħu nota pożittiva tal-isforz sostanzjali li s-Serbja għamlet biex tiżgura li ċittadini ta' pajjiżi terzi jingħataw kenn u provvisti umanitarji b'appoġġ tal-UE u b'appoġġ internazzjonali; jistieden lis-Serbja żżid il-kapaċitajiet ta' akkoljenza tagħha rapidament; jinnota li jinħtieġu riformi komprensivi biex tiġi razzjonalizzata s-sistema sħiħa tal-asil sabiex tkun konformi mal-acquis tal-UE u mal-istandards internazzjonali; jinnota li s-Serbja ħadet miżuri ulterjuri biex tindirizza applikazzjonijiet għall-asil infondati mressqa minn ċittadini Serbi fi Stati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ta' Schengen; jistieden lis-Serbja tikkontribwixxi għal tnaqqis ulterjuri fl-applikazzjonijiet infondati; jenfasizza li l-kapaċità u r-riżorsi li jippermettu lill-persuni ripatrijati jintegraw ruħhom mill-ġdid għadhom limitati;

7.

Jistieden lis-Serbja tagħmel sforzi akbar u progressivament tallinja l-politika barranija u ta' sigurtà tagħha ma' dik tal-UE, inkluża l-politika tagħha dwar ir-Russja; iqis deplorevoli, f'dan il-kuntest, it-twettiq ta' eżerċizzji militari konġunti bejn is-Serbja u r-Russja; jilqa' l-parteċipazzjoni attiva tas-Serbja fl-operazzjonijiet internazzjonali ta' żamma tal-paċi;

Stat tad-Dritt

8.

Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt; jenfasizza l-importanza essenzjali ta' ġudikatura indipendenti; jinnota li, filwaqt li sar xi progress fil-qasam tal-ġudikatura, jiġifieri fl-adozzjoni ta' regoli għall-valutazzjoni ta' mħallfin u prosekuturi, l-indħil politiku għadu għoli; jinnota li l-korpi ġudizzjarji professjonali qed jeżiġu li jingħataw riżorsi adegwati; jistieden lill-awtoritajiet jimplimentaw l-istrateġija nazzjonali għar-riforma ġudizzjarja kif stabbilita fil-pjan ta' azzjoni għall-Kapitolu 23 u jiżguraw l-indipendenza tal-ġudikatura u li l-ħidma tal-imħallfin u l-prosekuturi tkun ħielsa minn influwenza politika; jistieden lill-gvern jadotta liġi ġdida dwar l-għajnuna legali mingħajr ħlas u jintroduċi bidliet legali sabiex jiġu indirizzati l-kwalità u l-konsistenza tal-prattika ġudizzjarja u l-edukazzjoni ġudizzjarja; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni kontinwa ta' każijiet pendenti quddiem il-qorti, minkejja l-programm ta' tnaqqis tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni f'dan ir-rigward, u jħeġġeġ lis-Serbja tieħu passi ulterjuri sabiex iżżid il-fiduċja fil-ġudikatura;

9.

Ifakkar lill-Gvern Serb sabiex jimplimenta l-Liġi dwar ir-Riabilitazzjoni b'mod sħiħ u nondiskriminatorju; jissuġġerixxi wkoll lill-Gvern Serb jagħmel emendi ulterjuri għal-Liġi dwar ir-Restituzzjoni sabiex jitneħħa kull ostaklu proċedurali u kull impediment ġuridiku fir-rigward tar-restituzzjoni in natura;

10.

Jinnota li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata huma mifruxa fir-reġjun u jirrappreżentaw ukoll ostaklu għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tas-Serbja; jinnota li sar ċertu progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li madankollu għadu element ta' tħassib fis-Serbja, permezz ta' implimentazzjoni kontinwa tal-leġiżlazzjoni u l-adozzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-whistle-blowers; jenfasizza l-ħtieġa li jinbena rekord ta' investigazzjonijiet u atti ta' akkuża fir-rigward tal-korruzjoni, inkluża l-korruzzjoni ta' livell għoli u l-ħtieġa li l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija kontra l-korruzzjoni tiġi kkoordinata u mmonitorjata fl-istituzzjonijiet ewlenin kollha kif stabbilit fil-pjan ta' azzjoni għall-Kapitolu 23; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni u l-Kunsill Kontra l-Korruzzjoni jkunu kapaċi jwettqu l-mandat tagħhom b'mod sħiħ u effikaċi, u li l-istituzzjonijiet tal-istat isegwu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; iqis li strateġija reġjonali u kooperazzjoni mtejba bejn il-pajjiżi kollha fir-reġjun huma essenzjali biex dawn il-kwistjonijiet jiġu trattati b'mod aktar effikaċi; jitlob lill-istituzzjonijiet akkademiċi, flimkien mal-awtoritajiet tal-istat u l-uffiċjali pubbliċi, jadottaw regoli f'dan il-qasam sabiex jinvestigaw każijiet ta' plaġjariżmu u jipprevjenu wkoll każijiet futuri;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jemendaw u jimplimentaw it-taqsima tal-Kodiċi Kriminali dwar ir-reati ekonomiċi u ta' korruzzjoni sabiex jipprovdu qafas kredibbli u prevedibbli tal-liġi kriminali; itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 234 tal-Kodiċi Kriminali dwar l-abbuż ta' pożizzjonijiet responsabbli; jitlob, għal darb'oħra, rieżami indipendenti u bir-reqqa ta' każijiet riklassifikati relatati ma' abbuż ta' pożizzjonijiet responsabbli, sabiex prosekuzzjonijiet inġusti li ilhom għaddejjin ikunu jistgħu jitwaqqfu minnufih;

12.

Jinnota li jeħtieġ li jsir sforz akbar fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u li għandu jinbena rekord ta' kundanni definittivi kif stabbilit fil-pjan ta' azzjoni għall-Kapitolu 24; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ espert sabiex jiġu stabbiliti qafas istituzzjonali u kompetenza sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata b'mod effikaċi; jitlob, f'dan ir-rigward, kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tas-Serbja u l-Kosovo u l-uffiċċji ta' kollegament f'Belgrad u Pristina;

Demokrazija

13.

Jieħu nota tal-isforzi biex jittejjeb il-proċess ta' konsultazzjoni fil-parlament u biex ikompli jiżdied l-involviment tal-parlament fil-proċess ta' negozjati ta' adeżjoni mal-UE; jibqa' mħasseb dwar l-użu estensiv ta' proċeduri urġenti fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni marbuta mal-proċess ta' adeżjoni mal-UE, billi dawn il-proċeduri mhux dejjem jippermettu biżżejjed konsultazzjoni mal-partijiet interessati u mal-pubbliku ġenerali; jenfasizza li jeħtieġ li tissaħħaħ aktar is-sorveljanza tal-parlament fuq l-eżekuttiv; jenfasizza l-importanza ta' parteċipazzjoni attiva u kostruttiva tal-oppożizzjoni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u fl-istituzzjonijiet demokratiċi; jenfasizza li l-finanzjament tal-partiti politiċi għandu jkun trasparenti u f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali;

14.

Jenfasizza l-importanza tal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'soċjetà demokratika; jinnota li l-kooperazzjoni bejn il-gvern u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tjiebet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi jieħdu miżuri addizzjonali biex jiżguraw djalogu trasparenti bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-istat u biex iżidu l-involviment effikaċi tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-minoranzi nazzjonali fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu sostenn finanzjarju adegwat għall-funzjonament effiċjenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jitlob li ssir komunikazzjoni f'waqtha u trasparenti liċ-ċittadini, lill-organizzazzjonijiet u lill-pubbliku ġenerali dwar l-iżviluppi fil-proċess tan-negozjati ta' adeżjoni u li tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni wiesgħa tagħhom f'dan il-proċess;

15.

Itenni l-appell tiegħu lill-Gvern Serb biex jindirizza bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet OSKE/ODIHR, b'mod partikolari dawk li jiżguraw li l-finanzjament tal-kampanji u l-proċessi elettorali jkunu trasparenti; jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw kif xieraq il-każijiet li seħħew matul l-elezzjonijiet muniċipali u avvenimenti oħra tal-kampanja li ġew immarkati bi vjolenza u allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni u irregolaritajiet;

16.

Itenni l-importanza ta' entitajiet regolatorji indipendenti, inkluż l-Ombudsman, biex jiġu żgurati s-sorveljanza u r-responsabilità tal-eżekuttiv; jistieden lill-awtoritajiet jagħtu lill-Ombudsman appoġġ politiku u amministrattiv sħiħ għal xogħlu u biex iżommu lura milli jesponuh għal kritika mhux ġustifikata;

17.

Jilqa' l-adozzjoni ta' pjan komprensiv ta' azzjoni għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, liġi dwar is-sorveljanza tal-ispezzjoni, strateġija nazzjonali ta' taħriġ għall-gvern lokali u l-liġi dwar l-ammont massimu ta' impjegati tas-settur pubbliku, u jitlob l-implimentazzjoni immedjata tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li l-amministrazzjoni pubblika tiġi depolitiċizzata u magħmula aktar professjonali u li l-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' tkeċċija jsiru aktar trasparenti sabiex jiġu ggarantiti l-professjonaliżmu, in-newtralità u l-kontinwità tal-amministrazzjoni pubblika;

Drittijiet tal-bniedem

18.

Jilqa' l-fatt li s-Serbja għandha qafas legali u istituzzjonali adegwat għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jinnota, madankollu, in-nuqqasijiet li għad hemm fl-implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b'diżabilità, persuni bl-HIV/AIDS u l-persuni LGBTI; jilqa' s-suċċess tal-Pride March fl-20 ta' Settembru 2015; jissottolinja, madankollu, li d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-persuni LGBTI għadha kwistjoni ta' tħassib serju; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-Gvern jindirizza r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri; jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' attakki fuq membri ta' gruppi vulnerabbli li għadhom ma ġewx investigati bis-sħiħ; barra minn hekk, jesprimi tħassib dwar il-problema kontinwa tal-vjolenza domestika; jistieden lill-awtoritajiet jippromwovu b'mod attiv ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd;

19.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li ma sar ebda progress biex titjieb is-sitwazzjoni fir-rigward tal-libertà ta' espressjoni u tal-midja; jinnota bi tħassib il-pressjoni politika kontinwa li timmina l-indipendenza tal-midja, u li tirriżulta f'żieda fl-awtoċensura tal-mezzi tax-xandir; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-ġurnalisti jħabbtu wiċċhom ma' pressjoni politika, intimidazzjoni, vjolenza u theddid meta jeżerċitaw il-professjoni tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw il-każijiet kollha ta' attakki kontra l-ġurnalisti u mezzi tax-xandir, li taw bidu għal protesti qawwija min-naħa tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti; itenni li l-liġijiet il-ġodda dwar il-midja jeħtieġ li jiġu implimentati bis-sħiħ; jenfasizza l-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa fis-sjieda tal-midja u l-finanzjament tal-midja, kif ukoll ta' nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-reklamar tal-istat;

20.

Jinsab imħasseb serjament dwar il-każijiet ripetuti ta' kxif irregolari lill-midja dwar investigazzjonijiet kriminali li għadhom għaddejjin, bi ksur tal-preżunzjoni ta' innoċenza; jistieden lill-awtoritajiet Serbi jinvestigaw bis-serjetà għadd ta' kawżi ta' profil għoli fejn evidenza ta' mġiba ħażina allegata ġiet ippreżentata mill-midja;

Rispett u ħarsien tal-minoranzi

21.

Jissottolinja l-importanza tal-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali fir-rwol tagħhom ta' promozzjoni tad-drittijiet ta' minoranzi nazzjonali u n-natura demokratika tagħhom u jħeġġeġ ukoll il-finanzjament xieraq u verifikabbli tagħhom; jilqa' l-impenn tas-Serbja fl-abbozzar ta' Pjan ta' Azzjoni ddedikat għall-Minoranzi Nazzjonali, li se jipprovdi titjib ulterjuri fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' prattiki u l-qafas legali dwar il-minoranzi nazzjonali; itenni t-talba tiegħu lis-Serbja biex tiżgura li l-livell tad-drittijiet u l-kompetenzi miksuba jinżamm fil-proċess tal-allinjament legali tagħhom mas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tas-Serbja u jħeġġeġ l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali mill-aktar fis possibbli għall-kjarifika tal-istatus legali tagħhom u ċ-ċertezza tal-ġuriżdizzjoni tagħhom; jesprimi tħassib serju dwar l-interruzzjoni tax-xandir ta' programmi fil-lingwi tal-minoranzi wara t-tħabbira tal-privatizzazzjoni tal-midja; jistieden lis-Serbja żżid l-isforzi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-minoranzi u t-trattament nondiskriminatorju ta' minoranzi nazzjonali madwar is-Serbja kollha, inkluż fir-rigward tal-edukazzjoni, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-finanzjament f'waqtu u t-traduzzjoni ta' kotba tal-iskola bil-lingwi tal-minoranzi, ir-rappreżentanza fl-amministrazzjoni pubblika u entitajiet rappreżentattivi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u l-aċċess għall-midja u s-servizzi reliġjużi fil-lingwi minoritarji; jistieden lill-Gvern Serb jimplimenta t-trattati internazzjonali u l-ftehimiet bilaterali kollha li jikkonċernaw id-drittijiet tal-minoranzi;

22.

Jinnota li d-diversità kulturali ta' Vojvodina tikkontribwixxi wkoll għall-identità tas-Serbja; jenfasizza li l-awtonomija ta' Vojvodina m'għandhiex tiddgħajjef u li l-liġi dwar ir-riżorsi ta' Vojvodina għandha tiġi adottata mingħajr aktar dewmien, kif previst mill-Kostituzzjoni;

23.

Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jimplimentaw miżuri konkreti biex itejbu s-sitwazzjoni tar-Rom, b'mod partikolari fir-rigward tal-forniment ta' dokumenti personali, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi; jistieden ukoll lill-awtoritajiet Serbi jiżguraw rappreżentanza ugwali tar-Rom fl-istituzzjonijiet pubbliċi u l-ħajja pubblika, fosthom billi jagħtu attenzjoni speċjali lill-inklużjoni tan-nisa Rom; jenfasizza li l-politika ta' integrazzjoni tar-Rom jeħtieġ li tissaħħaħ ulterjorment u, filwaqt li tqis il-vjolenza li ġarrbu rappreżentanti ta' NGOs tal-minoranzi, jenfasizza li d-diskriminazzjoni jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod effettiv; jistenna bil-ħerqa, għalhekk, li jara t-twettiq ta' miżuri tal-Istrateġija u Pjan ta' Azzjoni li jmiss dwar l-inklużjoni tar-Rom; jilqa' f'dan il-kuntest “id-Dikjarazzjoni ta' Pristina” li titlob lill-gvernijiet, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, intergovernattivi u tas-soċjetà ċivili japplikaw bir-reqqa l-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ugwaljanza meta jaħdmu u jieħdu azzjoni fil-qafas tal-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tar-Rom;

Kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet ta' bon viċinat

24.

Japprezza l-approċċ kostruttiv tal-Gvern Serb rigward ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien, peress li dan ippermetta li jsir progress sostanzjali kemm fil-kooperazzjoni reġjonali kif ukoll f'relazzjonijiet eqreb mal-UE, u jħeġġeġ lis-Serbja tkompli tibni fuq ir-relazzjonijiet ta' bon viċinat tagħha; jistieden lis-Serbja tippromwovi relazzjonijiet ta' bon viċinat u soluzzjoni paċifika tat-tilwim, li jinkludu l-promozzjoni ta' klima ta' tolleranza u l-kundanna ta' kull forma ta' diskors ta' mibegħda jew retorika ta' żmien il-gwerra u żżomm lura minn ċerti azzjonijiet, bħal pereżempju meta tilqa' pubblikament ir-ritorn ta' individwi kkundannati għal delitti tal-gwerra; jinnota li tilwimiet u kwistjonijiet pendenti, b'mod partikolari kwistjonijiet dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri, is-suċċessjoni, ir-ritorn ta' beni kulturali u l-iżvelar tal-arkivji Jugoslavi, għandhom jiġu solvuti f'konformità ma' prinċipji stabbiliti u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali, fosthom permezz tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet legalment vinkolanti, inter alia l-ftehim dwar kwistjonijiet ta' suċċessjoni, u li tilwimiet bilaterali għandhom jiġu indirizzati fl-istadji bikrija tal-proċess ta' adeżjoni f'konformità mad-dritt internazzjonali; jenfasizza r-rwol kostruttiv tas-Serbja fil-qafas tal-“proċess ta' Berlin” u l-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-aġenda ta' konnettività tagħha; jilqa' inizjattivi oħra ffokati fuq il-futur tal-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari l-Proċess Brdo li jirriżulta li huwa qafas importanti għall-kooperazzjoni kemm fil-qasam politiku kif ukoll dak tekniku, u huwa tal-fehma li kooperazzjoni konkreta fl-oqsma ta' interess reċiproku tista' tikkontribwixxi għall-istabilizzazzjoni tal-Balkani tal-Punent; jilqa', f'dan ir-rigward, l-ewwel laqgħa ministerjali konġunta bejn is-Serbja u l-Bożnija-Ħerzegovina li saret fl-4 ta' Novembru 2015 f'Sarajevo; jistieden lis-Serbja tkompli tippromwovi l-istabbilizzazzjoni u t-tisħiħ istituzzjonali tal-Bożnja-Ħerzegovina permezz tal-kuntatti eżistenti tagħha u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat mal-pajjiż; itenni s-sejħa tiegħu lill-awtoritajiet Serbi biex jintroduċu miżuri ulterjuri għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri tal-UE fil-viċinat, inklużi l-Programmi ta' Kooperazzjoni Transfruntiera u Transnazzjonali 2014-2020 u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju; jilqa' l-idea li jingħata bidu għal negozjati għall-iffirmar ta' trattat ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat mal-ġirien tagħha, u jittama li dan iwassal għal żvilupp aktar pożittiv fil-kuntest reġjonali; jilqa' l-laqgħa ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport bejn il-Prim Ministri tal-Bulgarija, ir-Rumanija u s-Serbja;

25.

Iħeġġeġ lis-Serbja tikkoopera ulterjorment mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY), fi spirtu ta' rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet ta' bon viċinat; jissottolinja l-importanza ta' strateġija nazzjonali komprensiva għall-ġestjoni domestika ta' delitti tal-gwerra; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu jaħdmu fuq il-kwistjoni tad-destin ta' persuni nieqsa, kif ukoll dwar it-tħejjija ta' skema ta' riparazzjoni għall-vittmi u l-familji tagħhom bħala prekondizzjoni importanti għar-rikonċiljazzjoni, biex b'hekk jiġi żgurat id-dritt tal-familji tal-vittmi li jsiru jafu x'sar minn qrabathom; jinnota li għandha tiġi adottata liġi dwar il-vittmi ċivili mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jitqies il-fatt li l-leġiżlazzjoni eżistenti ma tirrikonoxxix bosta gruppi ta' vittmi ta' delitti tal-gwerra; jinnota li għad hemm kontroversji, b'mod partikolari fil-kuntest ta' interpretazzjonijiet differenti tal-istorja reċenti; itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva RECOM, il-kummissjoni reġjonali għall-istabbilment tal-fatti dwar id-delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem f'dik li kienet il-Jugoslavja;

26.

Jilqa' l-pubblikazzjoni ta' abbozz ta' strateġija nazzjonali dwar id-delitti tal-gwerra, li jistabbilixxi pjanijiet biex tiġi indirizzata l-prosekuzzjoni ta' delitti mwettqa tul id-disgħinijiet f'dik li kienet il-Jugoslavja; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu u jiġu depolitiċizzati l-istituzzjonijiet Serbi li jittrattaw id-delitti tal-gwerra; jitlob lis-Serbja tistabbilixxi sistema effettiva għall-protezzjoni tax-xhieda u tal-vittmi, u tipprovdi lill-vittmi u lill-familji tagħhom bid-dritt ta' riparazzjoni; jitlob li tittejjeb il-kooperazzjoni reġjonali f'kawżi ta' delitti tal-gwerra; itenni t-talba tiegħu lis-Serbja biex teżamina mill-ġdid il-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-proċedimenti dwar id-delitti tal-gwerra, fi spirtu ta' rikonċiljazzjoni u ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat flimkien mal-Kummissjoni u mal-pajjiżi ġirien tagħha;

27.

Jilqa' l-impenn kontinwu tas-Serbja fil-proċess ta' normalizzazzjoni mal-Kosovo, u l-finalizzazzjoni ta' ftehimiet ewlenin fil-25 ta' Awwissu 2015, jiġifieri dwar it-twaqqif ta' Assoċjazzjoni/Komunità ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba fil-Kosovo, dwar l-enerġija, dwar it-telekomunikazzjoni u dwar il-Pont ta' Mitrovica; iħeġġeġ lis-Serbja biex timplimenta malajr in-naħa tagħha ta' dawn il-ftehimiet u biex timpenja ruħha b'mod kostruttiv mal-Kosovo fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet futuri; jinnota li sar progress f'oqsma bħall-pulizija u l-protezzjoni ċivili, l-assigurazzjoni tal-vetturi, id-dwana, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni u r-rekords katastali; itenni li l-progress fid-Djalogu għandu jitkejjel skont l-implimentazzjoni tiegħu fil-post; jistieden lis-Serbja u lill-Kosovo jastjenu minn retorika negattiva u biex jimxu 'l quddiem bl-implimentazzjoni sħiħa, b'rieda tajba u fi żmien xieraq, tal-ftehimiet kollha li diġà ntlaħqu, u biex b'determinazzjoni jkomplu l-proċess ta' normalizzazzjoni; jitlob sforzi kontinwi kemm miż-żewġ gvernijiet kif ukoll mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jikkomunikaw u jispjegaw id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet li ntlaħqu, sabiex iqarrbu il-komunitajiet etniċi Albaniżi u Serbi lejn xulxin fil-Kosovo; ifaħħar l-isforzi tal-komunità tan-negozju, immexxija mill-Kmamar tal-Kummerċ biex tikkontribwixxi għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet, billi tinvolvi ruħha fi djalogu bejn il-Kmamar tal-Kummerċ tas-Serbja u l-Kosovo, tindirizza l-ostakli għan-negozju bejn iż-żewġ naħat, u tiffaċilita l-kuntatt u l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja ż-żamma u l-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet fil-ġejjieni; iħeġġeġ lis-Serbja u lill-Kosovo jidentifikaw oqsma ġodda ta' diskussjoni għad-djalogu bl-għan li jitjiebu l-ħajjiet u b'mod komprensiv jiġu normalizzati r-relazzjonijiet; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) iwettaq evalwazzjoni tal-prestazzjoni taż-żewġ naħat biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom; iħeġġeġ lis-Serbja taġixxi fi spirtu ta' relazzjonijiet ta' bon viċinat u jesprimi t-tama li l-kwistjoni dwar il-fatt li l-Kosovo ma rnexxilux jikseb sħubija fil-UNESCO ma jxekkilx id-djalogu u l-integrazzjoni ulterjuri tal-Kosovo f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u li l-kooperazzjoni u l-isforzi jkomplu għaddejjin għall-protezzjoni tal-wirt kulturali; iħeġġeġ lil Belgrad u lil Pristina jżommu relazzjonijiet ta' bon viċinat; jilqa' t-tkomplija tat-taħdidiet bejn il-Prim Ministru Serb Vučić u l-Prim Ministru tal-Kosovo Mustafa fis-27 ta' Jannar 2016; jinnota li s-suġġetti diskussi inkludew ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tal-università u d-diplomi professjonali u t-titjib tal-konnessjonijiet ferrovjarji u tat-toroq; jissottolinja li l-progress fuq il-post se jkun ta' benefiċċju għar-reġjun sħiħ;

28.

Jappoġġja, fil-kuntest tal-Proċess ta' Berlin, il-ħolqien tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent, li jagħti opportunità lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-reġjun biex jiskambjaw ideat, ileħħnu t-tħassib tagħhom u jfasslu rakkomandazzjonijiet konkreti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u jitlob it-tkomplija ta' dan il-proċess fis-summit li jmiss isir f'Pariġi fl-2016, u għall-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-reġjun;

Enerġija, ambjent u trasport

29.

Jenfasizza li s-Serbja, bħala parti kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, għandha tibqa' attiva fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Komunità tal-Enerġija u tkompli timplimenta l-acquis sabiex tibni sistemi ta' enerġija sostenibbli u sikuri; jistieden lill-awtoritajiet jibdew l-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-istrateġija għall-iżvilupp tas-settur tal-enerġija, peress li m'hemmx investiment sinifikanti fis-settur tal-enerġija rinnovabbli; iħeġġeġ lis-Serbja tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-suq tal-gass u tieħu miżuri biex ittejjeb l-allinjament mal-acquis fl-oqsma tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija, u jitlob lis-Serbja tiffoka aktar fuq l-enerġija ekoloġika; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Gvern Serb fl-isforzi tiegħu biex inaqqas id-dipendenza tal-pajjiż fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u biex jiddiversifika l-provvista tal-gass tas-Serbja; jinnota li l-pakkett IPA II 2015, li ġie adottat dan l-aħħar, b'mod partikolari jinkludi programm ta' EUR 155 miljun biex jgħin fil-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura reġjonali ewlenin fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport fil-Balkani tal-Punent; iħeġġeġ lis-Serbja tallinja ruħha mal-impenji medji tal-UE dwar it-tibdil fil-klima u l-ftehim li ntlaħaq f'Pariġi fil-COP 21;

30.

Jistieden lill-Gvern Serb, meta titqies l-importanza tar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali għal aktar żvilupp tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-UE u l-ġirien tagħhom, biex jipprovdi l-isfond legali neċessarju li jippermetti l-parteċipazzjoni tas-Serbja fir-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali;

31.

Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, u jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex iżidu l-isforzi biex jagħlqu u jnaddfu miżblat illegali, u biex jiżviluppaw politika kredibbli ta' tnaqqis tal-iskart f'konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

32.

Jilqa' l-pjan biex jerġgħu jinbnew, jiġu mtejba u mmodernizzati partijiet tan-netwerk ferrovjarju, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Serbi jkomplu jtejbu t-trasport pubbliku b'kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Serbja.


(1)  ĠU L 80, 19.3.2008, p. 46.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0065.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0095.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/58


P8_TA(2016)0047

Proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport tal-2015 dwar il-Kosovo (2015/2893(RSP))

(2018/C 035/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2012 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati għal ftehim qafas mal-Kosovo dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2013 li jadottaw id-Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo,

wara li kkunsidra l-Ewwel Ftehim dwar il-Prinċipji li Jirregolaw in-Normalizzazzjoni tar-Relazzjonijiet, iffirmat mill-Prim Ministri Hasim Thaçi u Ivica Dacic fid-19 ta' April 2013, u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Implimentazzjoni tat-22 ta' Mejju 2013,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, il-EULEX KOSOVO,

wara li kkunsidra l-iffirmar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo fis-27 ta' Ottubru 2015, u r-ratifika mill-Assemblea tal-Kosovo fit-2 ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-attivitajiet imwettqa attwalment mill-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo u l-iżviluppi relatati magħhom, inkluż l-aħħar rapport li nħareġ fit-3 ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra l-proproga tal-mandat sat-28 ta' Frar 2017 tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għal Kosovo, Samuel Žbogar,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2015 intitolata “Strateġija tal-UE għat-Tkabbir” (COM(2015)0611),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar it-tkabbir u l-proċessi ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2009, tal-14 ta' Diċembru 2010 u tal-5 ta' Diċembru 2011, li enfasizzaw u affermaw mill-ġdid, rispettivament, li l-Kosovo, mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar l-istatus tiegħu, għandu wkoll igawdi mill-prospettiva tal-liberalizzazzjoni eventwali tal-viża ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha,

wara li kkunsidra t-tnedija ta' djalogu dwar il-kwistjoni tal-viża f'Jannar 2012, il-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża f'Ġunju 2012 u t-tieni rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2014 dwar il-progress li għamel il-Kosovo biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberizzazzjoni tal-viża (COM(2014)0488), u l-missjoni ta' esperti tal-Kummissjoni f'Lulju 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tat-22 ta' Lulju 2010 dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tad-dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza tal-Kosovo, u r-riżoluzzjoni 64/298 tad-9 ta' Settembru 2010 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, li rrikonoxxiet il-kontenut tal-opinjoni tal-QIĠ u laqgħat pożittivament id-disponibbiltà tal-UE li taġevola d-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-laqgħat interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Kosovo tat-28 u d-29 ta' Mejju 2008, tas-6 u s-7 ta' April 2009, tat-22 u t-23 ta' Ġunju 2010, tal-20 ta' Mejju 2011, tal-14 u l-15 ta' Marzu 2012, tat-30 u l-31 ta' Ottubru 2013, u tad-29 u t-30 ta' April 2015,

wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tal-2015 tal-Kummissjoni dwar il-Kosovo tal-10 ta' Novembru 2015 (SWD(2015)0215),

wara li kkunsidra ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu,

wara li kkunsidra l-ħidma ta' Ulrike Lunacek bħala r-rapporteur permanenti għall-Kosovo fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi 110 mill-193 stat membru tan-NU, inklużi 23 mit-28 Stat Membru tal-UE, jirrikonoxxu l-indipendenza tal-Kosovo;

B.

billi l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo ġie ffirmat fis-27 ta' Ottubru 2015 u ratifikat mill-Assemblea tal-Kosovo fit-2 ta' Novembru 2015; billi l-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu fil-21 ta' Jannar 2016;

C.

billi kull pajjiż kandidat (potenzjali) se jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess, u billi r-rapidità u l-kwalità tar-riformi meħtieġa jiddeterminaw il-kalendarju għall-adeżjoni;

D.

billi l-UE tenniet għal bosta drabi r-rieda tal-Unjoni Ewropea li tassisti l-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Kosovo permezz ta' perspettiva Ewropea ċara, f'konformità mal-perspettiva Ewropea tar-reġjun;

E.

billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-politika ta' tkabbir tagħha;

F.

billi l-UE enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu l-governanza ekonomika, l-istat tad-dritt u l-kapaċità tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent;

G.

billi l-mandat tal-EULEX se jiskadi fl-14 ta' Ġunju 2016; billi r-rieżami strateġiku tal-missjoni tal-EULEX Kosovo għadu għaddej;

1.

Jilqa' l-iffirmar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn l-UE u l-Kosovo fis-27 ta' Ottubru 2015, bħala l-ewwel relazzjoni kuntrattwali, u r-ratifikazzjoni rapida mill-Assemblea tal-Kosovo fit-2 ta' Novembru 2015; jenfasizza li l-FSA jwitti t-triq għall-integrazzjoni tal-Kosovo fl-UE u se jagħti inċentiv qawwi għall-implimentazzjoni u l-istituzzjonalizzazzjoni tar-riformi u se jippermetti l-istabbiliment ta' kooperazzjoni mal-UE f'firxa wiesgħa ta' oqsma, bl-għan li jissaħħu d-djalogu politiku u l-integrazzjoni kummerċjali aktar mill-qrib, flimkien mat-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien u tingħata għajnuna biex tiġi żgurata l-istabbiltà reġjonali; jistieden lill-Gvern tal-Kosovo jiffoka fuq l-implimentazzjoni tar-riformi komprensivi meħtieġa biex jonora l-obbligi tiegħu taħt l-FSA;

2.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' pakkett li jappoġġa r-riformi u l-kooperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent – pakkett li jesprimi l-impenn tal-UE li tappoġġa l-proċess ta' riforma politika u ekonomika fil-pajjiżi fit-triq tal-adeżjoni tagħhom mal-UE;

3.

Jissottolinja li l-FSA għandu l-għan li jippromwovi l-istandards Ewropej f'oqsma bħall-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tal-konsumatur, u li jistabbilixxi żona ta' kummerċ ħieles bħala pass tanġibbli lejn l-integrazzjoni ekonomika tal-Kosovo fl-UE;

4.

Jilqa' l-progress li sar fl-2015 fejn intlaħaq qbil fil-qafas tal-proċess tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Kosovo u s-Serbja, jiġifieri dwar l-istabbiliment tal-Assoċjazzjoni/Komunità ta' muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba fil-Kosovo, dwar l-enerġija, dwar il-pont Mitrovicë/Mitrovica, inkluż il-ftehimiet tal-25 ta' Awwissu 2015 dwar it-telekomunikazzjonijet, u ta' Ġunju 2015 dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi, u ta' Frar 2015 dwar il-ġudikatura; jappoġġa l-isforzi kontinwi ta' medjazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) bl-għan li r-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo jiġu normalizzati, li s'issa dan għadu ma nkisibx kompletament; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) iwettaq valutazzjoni globali estensiva dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha li ġew iffirmati s'issa fir-rigward tal-adozzjoni tal-liġijiet fuq il-post, u jirrapporta b'mod regolari dwar dan lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-parlamenti tal-Kosovo u tas-Serbja; iħeġġeġ lill-VP/RGħ tidentifika n-nuqqasijiet billi tesiġi li l-partijiet jonoraw l-impenji tagħhom, u jistieden lis-Serbja u lill-Kosovo jżommu lura mir-retorika negattiva, jimxu 'l quddiem bl-implimentazzjoni sħiħa, b'bona fide u b'mod tempestiv, tal-ftehimiet kollha li s'issa ġew maqbula u jkomplu b'mod determinat il-proċess ta' normalizzazzjoni; jenfasizza li d-djalogu kontinwu u kostruttiv bejn Pristina u Belgrad u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet maqbula huma kruċjali għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom; jilqa' t-tkomplija tat-taħdidiet bejn il-Prim Ministru Serb Vučić u l-Prim Ministru tal-Kosovo Mustafa fis-27 ta' Jannar 2016; jinnota li s-suġġetti diskussi kienu jinkludu r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tal-università u d-diplomi professjonali u t-titjib tal-konnessjonijiet ferrovjarji u tat-toroq; jissottolinja li l-progress fuq il-post se jkun ta' benefiċċju għar-reġjun sħiħ;

5.

Jinsab imħasseb dwar l-għadd għoli ta' persuni li għebu waqt il-perjodu tal-gwerra u li sar ftit progress f'dan ir-rigward; jappella għall-kooperazzjoni interstatali sħiħa f'dan ir-rigward, peress li kooperazzjoni sħiħa biex tinstab il-verità dwar il-persuni li għebu hija kruċjali għar-rikonċiljazzjoni reċiproka;

6.

Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet Serbi; japella għall-implimentazzjoni sħiħa u impenjata tal-ftehimiet maqbula; jappella għar-rispett tal-istat tad-dritt, jiddispjaċih li l-isforzi tal-oppożizzjoni ma approfittawx minn din is-sospensjoni biex ikomplu d-djalogu parlamentari, u jinkoraġġixxi lill-forzi politiċi kollha jaġixxu b'mod kostruttiv fl-interess ta' pajjiżhom, tal-istituzzjonijiet demokratiċi u taċ-ċittadini tagħhom; iqis li r-rispett sħiħ tar-regoli tad-demokrazija, id-djalogu politiku u l-ħidma parlamentari mingħajr xkiel bħala essenzjali għall-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-aġenda tar-riforma tal-Kosovo; jikkundanna bil-qawwa l-ostakli vjolenti fl-Assemblea, jappella biex jiġu evitati aktar protesti vjolenti fl-Assemblea, u jenfasizza li l-Membri tal-Parlament eletti għandhom jiltaqgħu u jiddiskutu fl-Assemblea b'rispett sħiħ lejn l-istituzzjoni; jenfasizza li l-Gvern għandu jirrispetta r-riżoluzzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Parlament u għandu jirrapporta, kif meħtieġ mill-korp leġiżlattiv, qabel ma jiddeċiedi li jiffirma ftehimiet ma' stati oħra; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta li hija preparata sew tal-20 ta' Novembru 2015 minn żewġ Membri Parlamentari Kosovjani rispettivament mill-koalizzjoni fil-gvern u mill-oppożizzjoni; jistieden lill-atturi politiċi kollha jkomplu d-djalogu politiku sabiex iħollu l-istall u jsibu soluzzjoni prattika li trodd lura l-funzjonalità normali tal-Assemblea tal-Kosovo; jistieden lill-mexxejja kollha tal-Kosovo jindirizzaw din is-sitwazzjoni b'importanza kbira u jaġixxu b'mod responsabbli, filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-Assemblea hija eletta mill-poplu tal-Kosovo għall-poplu tal-Kosovo; jinsab imħasseb bil-kbir dwar atti ta' vjolenza ripetuti u jistieden lill-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġi jwettqu d-dmirijiet tagħhom f'konformità sħiħa mal-proċeduri legali; jinnota bi tħassib li l-avvenimenti li wasslu għall-arrest ta' xi Membri tal-Parlament, u jappella li ssir investigazzjoni dwar abbużi eventwali ta' poter fir-rigward tal-arresti li twettqu; iħeġġeġ lill-Assemblea tal-Kosovo tikkjarifika r-regoli dwar it-tneħħija tal-immunità tal-membri tagħha; jieħu nota tat-talba tal-Ombudsman lill-Prosekutur tal-Istat ta' Pristina biex iniedi investigazzjoni dwar l-intervent tal-pulizija fit-28 ta' Novembru 2015;

7.

Jenfasizza li l-Assemblea teħtieġ li ssir aktar effiċjenti u tikkonforma mar-reġoli ta' proċedura tagħha stess fiċ-ċirkostanzi kollha, u li l-gvern għandu jirrispetta dawn ir-regoli; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Assemblea, u b'mod partikolari, jistieden lill-Assemblea tadotta kemm jista' jkun malajr leġiżlazzjoni li tipprevedi rwol imsaħħaħ għall-Kumitat għall-Integrazzjoni mal-UE fil-proċess tal-integrazzjoni tal-Kosovo, u li tipprevedi l-involviment sħiħ tal-oppożizzjoni f'dan il-proċess; jinkoraġġixxi lill-Assemblea tikkonsulta regolarment, u tinvolvi lill-Kummissjoni ta' Venezja matul il-konsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jinħatru membri kompetenti għal korpi regolatorji u ta' sorveljanza biex jiġi żgurat il-funzjonament proprju tal-amministrazzjoni tal-istat, abbażi ta' proċess ta' għażla li jkun ibbażat fuq il-mertu, trasparenti u mhux politiku;

8.

Jieħu nota li ħames Stati Membri ma rrikonoxxewx formalment lil Kosovo, u huwa tal-opinjoni li aktar rikonoxximenti għandhom jgħinu t-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun, jiffaċilitaw aktar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo u jżiedu l-kredibbiltà tal-UE fir-rigward tal-politika esterna tagħha; f'dan ir-rigward jilqa' b'mod pożittiv id-deċiżjoni tal-ħames Stati Membri li ma rrikonoxxewx lil Kosovo biex fil-Kunsill jiffaċilitaw l-approvazzjoni tal-FSA; jistieden lill-Istati Membri kollha jagħmlu l-almu tagħhom biex jiffaċilitaw il-kuntatti ekonomiċi u bejn il-persuni, u r-relazzjonijiet soċjali u bejn iċ-ċittadini tagħhom u dawk tal-Kosovo, fl-ispirtu tal-FSA u l-istabbiliment tar-relazzjonijiet kuntrattwali formali; jilqa' s-sottomissjoni mill-Kosovo tal-ewwel Programm ta' Riforma Ekonomika, li huwa mistenni li jkun l-ewwel pass għall-approfondiment tad-djalogu ekonomiku mal-UE;

9.

Jilqa' b'mod pożittiv il-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet tal-Kosovo biex itemmu x-xejra tal-migrazzjoni irregolari li kienet fl-aqwa tagħha fil-bidu tal-2015; jenfasizza li l-miżuri f'terminu qasir li għandhom l-għan li jiddiswadu lill-popolazzjoni milli titlaq għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta' żvilupp soċjo-ekonomiċi u li joħolqu x-xogħol biex b'hekk jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jibqgħu fil-Kosovo u jibnu l-futur tagħhom f'pajjiżhom; jinsab konvint li l-liberalizzazzjoni tal-viża se tgħin ukoll għat-trażżin tal-immigrazzjoni irregolari, peress li se tippermetti kuntatti bejn il-persuni, u tiftaħ il-possibbiltajiet li ċ-ċittadini jivvjaġġaw 'il barra minn pajjiżhom bħala turisti u jżuru lill-qrabathom u sħabhom mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma' proċeduri twal u għaljin għall-viża, u tindirizza s-sens tagħhom ta' iżolament; itenni l-periklu potenzjali li l-Kosovo jkun l-uniku territorju “magħluq” u “iżolat” għal żmien twil ħafna fir-reġjun; iħeġġeġ, bl-istess mod, li Pristina tieħu miżuri effikaċi biex tiġġieled in-netwerks kriminali li jittraffikaw il-bnedmin; huwa tal-opinjoni li jekk il-Kosovo jiġi deżinjat bħala pajjiż ta' oriġini sikur fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikur jgħin sabiex tiġi miġġielda l-migrazzjoni irregolari;

10.

Jilqa' l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża; jistieden lill-awtoritajiet jimplimentaw b'mod rapidu u kompletament il-kriterji kollha meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-ħidma tagħha dwar il-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viża; huwa preparat li japprova, u jistieden lill-Kunsill japprova malajr, is-sistema ta' vjaġġar mingħajr viża għall-Kosovo, hekk kif il-Kummissjoni tkun stabbiliet fi żmien utli li l-kriterji tekniċi kollha ġew issodisfati; jesprimi, fl-istess ħin, il-ħtieġa li t-traffikanti tal-bnedmin u l-kuntrabandisti jkomplu jiġu mfittxija u proċessati sabiex l-attivitajiet illegali tagħhom jiġu skoraġġuti; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE kollha, b'mod partikolari l-Kummissjoni, jgħaġġlu l-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viża fir-rigward tal-Kosovo, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kosovo jissodisfaw l-impenji tagħhom u jimplimentaw il-parametri li għad baqa' bl-għan li l-Kosovo jidħol fir-reġim mingħajr viża matul l-2016, b'hekk il-poplu tal-Kosovo jinġieb aktar qrib tal-UE;

11.

Jappoġġa t-tkomplija tad-diskussjonijiet dwar il-ftehim qafas li se jippermetti lil Kosovo jipparteċipa fil-programmi tal-UE;

12.

Jilqa' l-adozzjoni tal-pakkett ta' leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jsaħħaħ l-istabbiliment istituzzjonali għas-superviżjoni tal-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza kruċjali tal-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni; jilqa', b'mod partikolari, l-istabbiliment u l-ħatra tal-Ombudsman, b'mod speċjali bl-għan li tiġi stabbilita l-fiduċja soċjali fis-soċjetà tal-Kosovo; jiddispjaċih, madankollu, li xogħolu huwa mfixkel bin-nuqqas ta' uffiċċji adegwati, u jistieden lill-awtoritajiet jipproċedu b'mod rapidu biex jallokaw bini ġdid għall-uffiċċju, f'konformità mal-Prinċipji ta' Pariġi; jistieden lill-awtoritajiet irendu kompletament operattivi l-istituzzjonijiet indipendenti u l-korpi regolatorji eżistenti;

13.

Jinnota bi tħassib li r-rieda politika tal-awtoritajiet li jimpenjaw ruħhom b'mod ġenwin mas-soċjetà ċivili għadha dgħajfa ħafna; jistieden lill-awtoritajiet jimplimentaw b'bona fide il-qafas legiżlattiv għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, b'mod partikoli billi l-Kunsill Konsultattiv Konġunt jingħata r-riżorsi neċessarji kollha; jistieden lill-Uffiċċju tal-UE jinkoraġġixxi, u jekk ikun meħtieġ, jiffaċilita tali konsultazzjoni;

14.

Jilqa', barra minn hekk, l-adozzjoni f'Mejju 2015 tal-Liġi dwar il-Protezzjoni mid-Diskriminazzjoni, u l-mandat li ngħata lill-Ombudsman biex jagixxi bħala korp għall-ugwaljanza; jibqa' mħasseb dwar il-livell baxx tal-ipproċessar u l-investigazzjoni ta' każijiet ta' inċitament għall-mibegħda, b'mod speċjali fil-mira ta' persuni LGBTI u komunitajiet ta' minoranza; jinkoraġġixxi lill-Grupp ta' Konsulenza u Koordinament għad-Drittijiet tal-Komunità LGBTI jsegwi b'mod attiv dawn il-każijiet u dan it-tħassib;

15.

Jilqa' wkoll l-adozzjoni tal-Ligi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jindirizzaw l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità u jaċċertaw li l-korpi u l-awtoritajiet governattivi jmexxu bl-eżempju; jinsab imħasseb dwar l-isfidi strutturali li jostakolaw l-implimentazzjoni ta' din il-liġi; jibqa' mħasseb dwar in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet; jinsab imħasseb bil-fatt li ma sar l-ebda progress biex tiġi miġġielda l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jinkoraġixxu b'mod pubbliku u jdaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta' protezzjoni u miżuri ta' kenn għan-nisa li jkissru s-silenzju u jirrapportaw il-vjolenza domestika; jinsab imħasseb bil-livell baxx ta' sjieda ta' proprjetà min-nisa; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw b'mod attiv li d-drittijiet tal-proprejtà tan-nisa huma mħarsa, inkluż bir-reġistrazzjoni tal-koproprjetarji kollha mill-uffiċjali katastali u tar-reġistrazzjoni, u permezz ta' kampanja ta' informazzjoni;

16.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li matul is-sena li għaddiet sar vera ftit progress fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni u tal-midja; jinsab imħasseb li l-ġurnalisti jaffaċċjaw vjolenza u theddid fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi msaħħa l-protezzjoni tal-ġurnalisti permezz ta' rispons sistematiku, denunzi pubbliċi, investigazzjoni u aġġudikazzjoni f'waqthom ta' każijiet ta' attakki kontra l-ġurnalisti; jenfasizza li jeħtieġ li jsir aktar progress fil-qasam tal-indipendenza tal-midja; jistieden lill-awtoritajiet jittrattaw b'mod rapidu l-lakuni sistematiċi fil-leġiżlazzjoni sabiex jiżguraw il-libertà tal-midja, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza tas-sjieda tal-midja u s-sostenbbiltà tax-xandir pubbliku, wara li jkun hemm proċess ta' konsultazzjoni pubblika li jkun eżawrjenti u komprensiv; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jimplimentaw b'mod effikaċi l-leġiżlazzjoni dwar il-libell, id-diskors ta' mibegħda u l-malafama;

17.

Ifakkar li l-Kosovo u s-Serbja jeħtieġ li jsibu soluzzjonijiet sostenibbli għar-refuġjati, skont il-konklużjonijiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) f'dan ir-rigward, u skont ir-rapport tal-2014 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni spustati internament;

18.

Jinnota li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jiġu protetti u garantiti fil-prattika d-drittijiet tal-minoranzi etniċi kollha fil-Kosovo, inkluż il-komunitajiet Rom, Askhali u Eġizzjani kif ukoll il-komunità Gorani, permezz tal-implimentazzjoni kompleta tal-leġiżlazzjoni rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-aħjar prattiki mir-reġjun u minn Stati Membri tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali jżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw il-liġijiet adottati sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp kontinwu ta' soċjetà multi-etnika, b'mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u l-impjieg tal-minoranzi, u bl-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta; jilqa' d-“Dikjarazzjoni ta' Pristina” li titlob lill-gvernijiet, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, intergovernattivi u tas-soċjetà ċivili japplikaw bir-reqqa l-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ugwaljanza meta jaħdmu u jieħdu azzjoni f'dak li jikkonċerna l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tar-Rom u l-glieda kontra l-anti-Żingariżmu fil-Balkani tal-Punent;

19.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' xi progress sinifikanti fil-ġlieda kontra l-korruzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata, u l-kisba ta' sensiela ta' riżultati tajba ta' prosekuzzjonijijiet u kundanni; jenfasizza li l-kriminalità organizzata għadha kwistjoni ta' tħassib kbir; jinnota li l-Gvern tal-Kosovo jeħtieġ jagħti sinjal ċar u espliċitu li l-pajjiż qiegħed iwettaq ġlieda sistematika kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha; jistieden lill-awtoritajiet jadottaw mingħajr dewmien approċċ komprensiv u strateġiku għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni endemika, li tibqa' ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-Kosovo; jistieden lill-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni tal-Kosovo tniedi aktar investigazzjonijiet, u lis-servizz ta' prosekuzzjoni jsegwi l-każijiet mibgħuta mill-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni; jenfasizza li t-trasparenza tal-proċedimenti hija element essenzjali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali huma mħarsa; jissottolinja wkoll ir-rwol u r-responsabbiltà tal-elit politiku fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

20.

Jilqa' żieda fl-isforzi u l-impenn b'saħħtu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-ġlieda kontra t-terroriżmu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jindirizzaw il-kawżi tar-radikalizzazzjoni, b'mod partikolari l-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ u l-estremiżmu vjolenti; jilqa' l-partiċipazzjoni tal-Kosovo fil-koalizzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-miżuri li l-awtoritajiet qegħdin jieħdu biex jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jiġu radikalizzati; jistieden lill-awtoritajiet jimmonitorjaw mill-qrib u jipprevjenu l-mobbilizzazzjoni ta' ġellieda barranin u terroristi Iżlamisti potenzjali; jilqa' l-fatt li l-kostituzzjoni tal-Kosovo tnaqqax il-prinċipju li l-Kosovo huwa stat sekulari u newtrali fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' twemmin reliġjuż;

21.

Jinnota li, skont il-Ministru għall-Affarijiet Interni tal-Kosovo, madwar 300 ċittadin tal-Kosovo ngħaqdu ma' gruppi ta' ġiħadisti fis-Sirja u l-Iraq, u li ħafna minnhom diġà rritornaw lejn il-Kosovo; jilqa' l-miżuri li ttieħdu mill-gvern biex jingħataw sentenzi ta' priġunerija għaċ-ċittadini li pparteċipaw f'attivitajiet terroristiċi;

22.

Jinnota li sar xi ftit ta' progress fir-rigward tas-settur ġudizzjarju, permezz tal-adozzjoni ta' xi leġiżlazzjoni rilevanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-implimentazzjoni konkreta u effettiva tal-legiżlazzjoni titmexxa mingħajr dewmien; jibqa' mħasseb bil-kbir dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja li timxi b'pass kajman, l-għadd kbir ta' akkumulu ta' kawżi, in-nuqqas ta' riżorsi tas-sistema ġudizzjarja, in-nuqqas ta' obbligu ta' rendikont u responsabbiltà tal-uffiċjali ġudizzjarji, u l-possibbiltà ta' influwenza politika fuq l-istrutturi ġudizzjarji, li kollha kemm huma għadhom mhumiex indirizzati sew fil-leġiżlazzjoni, u jenfasizza l-importanza li jkun hemm sistema ġudizzjarja li tiffunzjona sew b'regoli stabbiliti fir-rigward tat-tul taż-żmien biex jiġu pproċessati l-kawżi fil-qorti; jilqa' l-passi li saru fl-integrazzjoni tal-ġudikatura fit-Tramuntana, billi xi pożizzjonijiet imtlew minn imħallfin u prosekuturi Serbi tal-Kosovo; jistieden lill-awtoritajiet politiċi juru b'mod ċar l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-indipendenza tal-imħallfin u l-prosekuturi, li għadhom qed ikunu fil-mira f'tentattivi biex jinfluwenzaw investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji li għaddejjin; jistieden lill-awtoritajiet ibiddlu l-kostituzzjoni biex jiżguraw li l-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġudizzjarju tal-Kosovo jiġu eletti mill-kollegi tagħhom, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja;

23.

Jistieden lill-Kosovo jsegwi l-linji tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE;

24.

Jieħu nota tajba tal-adozzjoni tal-emendi kostituzzjonali li jistabbilixxu l-Kmamar tal-Ispeċjalisti u Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni; jilqa' l-finalizzazzjoni tan-negozjati bejn il-Kosovo u n-Netherlands dwar il-ftehim dwar l-istat ospitanti, u jistenna li l-Kmamar tal-Ispeċjalisti jkunu operattivi għalkollox mill-aktar fis possibbli, u li l-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni jkollu persunal biżżejjed biex iwettaq il-kompiti tiegħu; jistieden lill-Kmamar tal-Ispeċjalisti u lill-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni jibbażaw ruħhom fuq l-esperjenza u l-aħjar prattiki tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY), skont id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali rilevanti dwar l-istabbiliment tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo jikkooperaw bis-sħiħ mal-qorti l-ġdida; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu fondi biżżejjed għall-funzjonament tal-Kmamar;

25.

Iqis li r-rieżami tal-EULEX u t-tneħijja gradwali eventwali tagħha għandhom jimxu id f'id mat-tisħiħ u t-twessigħ tal-mandat tar-RSUE, ħalli jiġi żgurat li l-RSUE jkollha l-kapaċita meħtieġa għall-attivitajiet ta' Monitoraġġ, Mentoring u Konsulenza, it-tisħiħ tal-proċess tal-integrazzjoni tal-Kosovo mal-UE, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, u l-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra; jitlob, sadanittant, għal effikaċja akbar, kif ukoll trasparenza sħiħa u responsabilità sħiħa, min-naħa tal-missjoni tal-EULEX waqt il-mandat tagħha; jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2015 dwar il-mandat tal-EULEX, u jappella lill-Kosovo biex jikkontribwixxi biex il-EULEX teżegwixxi b'mod sħiħ u bla xkiel il-mandat imġedded tagħha; jenfasizza li r-reviżjoni tal-mandat għandha tapplika s-sejbiet, u timplimenta r-rakkomandazzjonijiet, li saru fir-rapport tal-Professur Jean-Paul Jacqué insegwitu tal-allegazzjoni ta' korruzzjoni fi ħdan il-EULEX; iħeġġeġ lill-EULEX jilħaq ftehim mal-UNMIK fuq it-trasferiment ta' fajls miftuħa lill-awtoritajiet rilevanti tal-Kosovo; jistieden lill-Istati Membri jissekondaw esperti kwalifikati u mħarrġa sew għall-perjodu ta' żmien meħtieġ u jiżgurawl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-servizzi nazzjonali ladarba tkun intemmet il-missjoni tagħhom;

26.

Jiddeplora ċ-ċaħda tal-applikazzjoni tal-Kosovo għall-adeżjoni mal-UNESCO, dovuta wkoll għall-imblukkar attiv min-naħa tas-Serbja – li jikkontradixxi l-impenn tagħha li tiżviluppa relazzjonijiet ta' bon viċinat – iżda dovuta wkoll għal nuqqas ta' unanimità fost l-Istati Membri; jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-liġi li tipproteġi l-wirt storiku ta' Prizren u jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tagħha, iżda jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għat-theddidiet li għalihom huwa espost il-wirt tal-belt mill-ħafna bini illegali; jilqa' l-fatt li għadd ta' siti ta' wirt reliġjuż u kulturali Serb li sfortunatament ġew meqruda fl-2004 ġew rinnovati, bħalma hu l-katidral Ortodoss, u jitlob għat-tkomplija tar-rinnovazzjoni tal-wirt reliġjuż u kulturali Serb; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet tal-Kosovo, lill-Gvern Serb, lill-komunità Serba fil-Kosovo u lill-Knisja Ortodossa Serba, isibu sistema għall-promozzjoni, il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż tal-Kosovo, li għandu jiġi ttrattat bħala wirt Ewropew komuni; jilqa' l-fatt li l-kostituzzjoni tal-Kosovo għandha minqux fiha l-impenn tal-Kosovo lejn il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż tiegħu, u jitlob li jkomplu jsiru aktar sforzi biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi kollha inklużi Kristjani tal-Kosovo; jissottolinja l-fatt li għandha tkun prijorità għall-Kosovo li jingħaqad ma' organizzazzjonijiet u mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali; ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-importanza tal-konformità mal-ftehim milħuq dwar il-kooperazzjoni reġjonali; jemmen li l-istabbiliment tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ tal-Balkani tal-Punent (fil-qafas tal-Proċess ta' Berlin), li qed jiġi promoss b'mod attiv minn ħafna, se jġib riżultati pożittivi, b'mod partikolari fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn iż-żgħażagħ tas-Serbja u tal-Kosovo;

27.

Jappoġġa, fil-kuntest tal-Proċess ta' Berlin, il-ħolqien tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent, li jgħti opportunità lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-reġjun biex jiskambjaw ideat, ileħħnu t-tħassib tagħhom u jfasslu rakkomandazzjonijiet konkreti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u jappella għat-tkomplija ta' dan il-proċess fis-summit li jmiss li se jsir f'Pariġi fl-2016, u għall-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-reġjun;

28.

Jilqa' l-istedina lill-Assemblea tal-Kosovo biex tipparteċipa fuq bażi permanenti, fil-livelli kollha u fuq termini indaqs, fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari tal-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk (SEECP-PA), kif ġie deċiż f' Mejju 2015, u jqis li dan huwa kontribuzzjoni importanti għad-djalogu parlamentari reġjonali; jiddispjaċih li l-Assemblea tal-Kosovo ma ġietx aċċettata bħala membru sħiħ ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni parlamentari reġjonali oħra, bħalma huma l-Konferenza tal-Balkani tal-Punent tal-Kumitati għall-Integrazzjoni Ewropea tal-Istati li jipparteċipaw fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (COSAP) u n-Netwerk ta' Kumitati Parlamentari għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Integrazzjoni Ewropea tal-Balkani tal-Punent (NPC) jistieden lill-parlamenti kollha tar-reġjun jadottaw approċċ aktar inklużiv fil-konfronti tat-talbiet mill-Assemblea tal-Kosovo għal sħubija f'inizjattivi reġjonali, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali;

29.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kosovo biex jikkonkludi l-qafas leġiżlattiv għas-servizz ċivili u jimplimenta bis-sħiħ il-qafas strateġiku għall-amministrazzjoni pubblika u l-pjan ta' azzjoni; jistieden lill-awtoritajiet iwaqqfu l-politiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, jippromwovu l-professjonalità meritokratika fl-istituzzjonijiet pubbliċi kollha, jiżguraw ġestjoni finanzjarja tajba tal-istituzzjonijiet pubbliċi, u jiżguraw it-trasparenza fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-baġit min-naħa tal-Assemblea;

30.

Jenfasizza l-importanza li jiżdied il-finanzjament tal-proġetti għall-NGOs tal-Kosovo li għandhom l-għan li jmexxu 'l quddiem il-prinċipji tal-governanza tajba, iżidu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, isaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali fi ħdan is-sistema ġudizzjarja, jikkonsolidaw aktar id-demokrazija istituzzjonali u soċjali, u jżidu l-isforzi tagħhom biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-gruppi emarġinati u tal-minoranzi etniċi;

31.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rata għolja tal-qgħad, b'mod partikolari fost in-nisa u ż-żgħażagħ, u jikkundanna d-diskriminazzjoni ġenerali kontra n-nisa fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li liż-żgħażagħ tal-Kosovo jingħatawlhom prospetti għall-futur; jistieden lill-Kosovo jiffoka fuq it-tneħħija tad-diskrepanza fil-ħiliet fis-suq tax-xogħol, ineħħi kwalunkwe ostakolu amministrattiv li jista' jwassal għal prattiki diskriminatorji u jtejjeb l-ambjent ġenerali tan-negozju fil-pajjiż, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jisiteden lill-Kummissjoni tagħti aktar għajnuna lill-imprendituri żgħażagħ bħala parti mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), b'enfasi partikolari fuq korsijiet ta' taħriġ, sessjoni ta' ħidma u l-iskambju ta' know-how, inklużi miżuri biex jiġu ffaċilitati rabtiet ma' intraprendituri mill-Istati Membri tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin tagħmel kull sforz biex tipprevjeni l-eżodu tal-imħuħ, b'mod partikolari wara d-dħul fis-seħħ tal-FSA;

32.

Jirrimarka li r-riformi strutturali jibqgħu essenzjali bil-għan li jiżdied it-tkabbir potenzjali, tingħata spinta lill-produttività u tittejjeb il-flessibilità u l-kompetittività tal-ekonomija tal-Kosovo; japprova l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-Kosovo għandu jsaħħaħ il-qafas fiskali għall-futur medju, itejjeb it-trasparenza tal-finanzi pubbliċi, iċaqlaq in-nefqa tal-baġit lejn miżuri ta' tkabbir u l-investiment dirett barrani u r-rimessi jiġu diretti għal ġo setturi produttivi; jistieden lill-Kosovo jħaffef ir-ristrutturar tal-intrapriżi pubbliċi, itejjeb il-proċeduri ta' falliment finanzjarju u insolvenza u jnaqqas id-dipendenza tiegħu mid-dazji doganali billi jwessa' l-bażi tat-taxxa nazzjonali tiegħu u jimmodernizza l-ġbir tad-dħul tiegħu;

33.

Jenfasizza li r-riformi tas-suq tax-xogħol, ikkumplimentati minn riformi fl-edukazzjoni, huma kruċjali minħabba r-rata għolja tal-qgħad u r-rati baxxi ta' attività fil-qasam tax-xogħol; jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi bil-għan li s-sistema edukattiva tkun taqdi aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari billi l-qafas tal-kurrikulu jiġi mmodifikat għall-edukazzjoni preuniversitarja; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li s-sistema tal-edukazzjoni vokazzjonali tiġi estiża, ħaġa li għandha tiġi kkumplementati b'politiki attivi tas-suq tax-xogħol;

34.

Jinnota li l-Kosovo tinsab fi stadju bikri tal-iżvilupp ta' ekonomija funzjonali; jilqa' l-fatt li xi progress sar fil-qasam tal-industrija u l-SMEs; iħeġġeġ li jkomplu jitnaqqsu l-piżijiet minn fuq l-SMEs, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata valutazzjoni regolatorja tal-impatt fir-rigward tal-SMEs, flimkien ma' appoġġ għan-negozji ġodda u għall-kumpaniji innovattivi li jirrappreżentaw valur miżjud għoli, bil-għan li tiġi inkoraġġita l-attività intraprenditorjali li se jkollha benefiċċji kemm soċjali u kemm ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti aktar għajnuna lill-intraprendituri żgħażagħ permezz ta' fondi tal-IPA, inklużi miżuri biex jiġu ffaċilitati rabtiet ma' intraprendituri mill-Istati Membri tal-UE u l-involviment tal-assoċjazzjonijiet tal-intraprenditorija tal-Kosovo fil-Konfederazzjoni Ewropea tal-Intraprendituri Żgħażagħ, b'mod partikolari wara d-dħul fis-seħħ tal-FSA; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-Kosovo joħolqu opportunitajiet ta' finanzjament ta' investimenti għall-intrapriżi soċjali u sostenibbli bil-għan li jittrattaw b'mod determinat l-isfidi tal-indirizzar tal-problemi soċjali u tal-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli;

35.

Itenni l-importanza li jiġi żgurat li l-Kosovo jiġi assenjat kodiċi telefoniku internazzjonali għalih mill-aktar fis possibbli, peress li dan se jgħin biex jingħata viżibbiltà internazzjonali akbar; jistieden lill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) timxi 'l quddiem dwar dan il-ftehim;

36.

Jenfasizza kemm hu importanti li jiġu rrispettati s-sensitivitajiet tal-komunitajiet kollha meta jkunu qed jinħarġu l-istediniet, bħalma kien il-każ bil-Ġeneral Diković, u jistieden lill-KFOR jaġixxi b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-Kosovo bil-għan li jiġu evitati mossi li jkunu joffendu l-memorja tal-vittmi u jagħmlu ħsara lid-djalogu ta' bejn Pristina u Belgrad; ifakkar li l-uffiċċji ta' kollegament kemm fil-Kosovo u kemm fis-Serbja għandhom jiġu informati kif suppost 48 siegħa qabel tali żjarat;

37.

Jinnota t-titjib tat-trasport bit-triq u l-infrastruttura tal-mobbiltà, b'mod partikolari fir-rigward tal-awtostradi, kif ukoll l-adozzjoni reċenti tal-pakkett tal-IPA II tal-2015, li jinkludi l-proġett maġġuri tal-infrastruttura ferrovjarja tal-Kosovo; jiddispjaċih, madankollu, dwar l-ispejjeż għoljin tal-kostruzzjoni; jittama li l-ftehim reċenti ta' self iffirmat bejn il-Kosovo u l-Bank Ewropew tal-Investiment għall-modernizzazzjoni tal-parti tal-Kosovo tan-netwerk tar-Rotta Ferrovjarja Ewropea 10 jista' jagħti spinta lil pjan komprensiv għat-titjib tat-trasport pubbliku u għall-immodernizzar tal-infrastruttura ferrovjarja; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ftehim tas-27 ta' Jannar 2016 bejn il-Prim Ministri Isa Mustafa u Aleksandar Vučić biex jibdew diskussjonijiet dwar konnessjonijiet diretti bl-arju u ferrovjarji bejn il-Kosovo u s-Serbja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Kosovo – filwaqt li jittieħed kont li l-Kummissjoni għamlet l-aġenda tal-konnettività waħda mill-ogħla prijoritajiet tagħha u tqisha bħala l-fattur ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun – jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tal-istandards tekniċi u l-miżuri mhux vinkolanti fil-qasam tat-trasport li ġew maqbula matul is-Summit tal-Balkani tal-Punent tal-2015 fi Vjenna;

38.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni prekarja attwali tal-enerġija tal-Kosovo, li qed ikollha impatt negattiv fuq il-ħajja ta' kuljum; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-livell attwali tat-telfiet tal-elettriku u tad-dannu kummerċjali riżultanti huwa għoli ħafna minħabba li l-grilja qed teqdiem, u jitlob li jsiru riformi maġġuri biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista permezz ta' investiment fir-rijabilitazzjoni tan-netwerk tal-grilja eżistenti tal-elettriku, peress li grilja tal-elettriku funzjonali hija prerekwiżit għall-kumpaniji nazzjonali u barranin li jkunu jixtiequ jistabbilixxu negozju fil-Kosovo; iħeġġeġ lill-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija jkun aktar flessibbli meta jkun qed jagħti l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet lil investituri privati ġodda fis-settur tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli. jieħu nota tal-ftehim milħuq dwar il-bini tal-impjant tal-elettriku l-ġdid tal-Kosovo flimkien mal-kumpanija tal-Istati Uniti Contour Global, li se jkollu l-kapaċità li jiġġenera 500 MW, u jitlob li jkun hemm proċess trasparenti flimkien ma' valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali tal-proġett, b'konformità sħiħa mal-istandards tal-UE;

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/66


P8_TA(2016)0048

Is-sitwazzjoni fil-Libja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (2016/2537(RSP))

(2018/C 035/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Settembru 2011 (1), tat-22 ta' Novembru 2012 (2), tat-18 ta' Settembru 2014 (3) u tal-15 ta' Jannar 2015 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 li permezz tagħha nħolqot il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni biex tiġi varata l-operazzjoni EU NAVFOR MED Sophia fit-18 ta' Mejju 2015 bil-ħsieb li jiġu identifikati, maqbuda u mormija bastimenti u li jiġu identifikati assi użati jew li huwa ssuspettat li qed jintużaw minn kuntrabandisti jew traffikanti ta' migranti,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar il-Libja, b'mod partikolari dawk tat-30 ta' April, tas-26 u s-27 ta' Mejju, tat-30 ta' Ġunju, tat-12 ta' Lulju, tas-17 ta' Awwissu, tat-13 u t-22 ta' Settembru, tad-9 ta' Ottubru, tad-19 u s-26 ta' Novembru, u tal-14 u s-17 ta' Diċembru 2015, u tas-7, il-11 u t-18 ta' Jannar 2016,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Libja tat-18 ta' Jannar 2016,

wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku Libjan li ġie ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015 fi Skhirat, il-Marokk,

wara li kkunsidra l-Komunikat Konġunt tal-Laqgħa Ministerjali ta' Ruma għal-Libja tat-13 ta' Diċembru 2015, approvat mill-Alġerija, iċ-Ċina, l-Eġittu, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġordan, il-Marokk, ir-Russja, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, Spanja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonijiet Uniti, il-Lega tal-Istati Għarab u l-Unjoni Afrikana,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2259 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-sitwazzjoni fil-Libja adottata unanimament fit-23 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (5),

wara li kkunsidra l-konferenza nazzjonali tat-tribujiet Libjani li saret fi Tripli f'Lulju 2011, li appellat għal liġi ta' amnestija ġenerali sabiex tintemm il-gwerra ċivili,

wara li kkunsidra l-laqgħa ta' mexxejja u attivisti politiċi fl-Alġier fil-11 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' appoġġ għal Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (GKN) fil-Libja maħruġa mill-Gvernijiet tal-Alġerija, ta' Franza, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Marokk, ta' Spanja, tat-Tuneżija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, taħt id-dittatorjat ta' Gaddafi, il-Libja kellha l-ikbar ħażna ta' armamenti fil-kosta tan-Nofsinhar tal-Baħar Mediterran, u mill-waqgħa tad-dittatur saret sors kbir ta' kummerċ u traffiku illeċitu ta' armi, u żona ta' forniment għat-terroristi u l-estremisti kollha fiż-żona tas-Saħel (il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja) u għall-movimenti kollha tal-oppożizzjoni fis-Sudan, fiċ-Chad u fis-Sirja;

B.

billi fi Frar 2011, il-Libjani niżlu fit-toroq bħala parti mir-Rebbiegħa Għarbija, għal disa' xhur ta' kunflitt ċivili; billi n-NATO appoġġat lir-ribelli li ħabbtu wiċċhom ma' repressjoni indiskriminata mill-istat, u dan l-appoġġ kien deċiżiv fit-tneħħija tar-reġim ta' Gaddafi;

C.

billi s-soċjetà Libjana dejjem – qabel u b'mod partikolari wara l-kolp ta' stat – kienet organizzata abbażi ta' sistema tribali; billi l-alleanzi tribali fost l-identitajiet etniċi (il-maġġoranza Għarbija u l-minoranzi Amazigh, Toubou u Tuareg) għad għandhom rwol sinifikanti fit-taqlib li għaddejja minnu l-lum il-ġurnata l-Libja;

D.

billi ħafna mill-milizzji li ġġieldu kontra Gaddafi kienu infiltrati minn Iżlamisti, li gradwalment ħadu l-kontroll f'idejhom, u li wħud minnhom kellhom rwol ewlieni fil-kunflitt; billi r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kklassifikaw lil Daesh, Ansar al-Sharia u al-Qaeda, li kollha huma preżenti fil-Libja, bħala organizzazzjonijiet terroristiċi;

E.

billi f'Awwissu 2012 il-KTN għadda s-setgħa lill-Kungress Nazzjonali Ġenerali (KNĠ), parlament elett li mbagħad ħatar kap ta' stat temporanju; billi l-votanti għażlu parlament ġdid biex jieħu post il-KNĠ f'Ġunju 2014, jiġifieri l-Kamra tad-Deputati (KtD), li ttrasferiet is-sede tagħha f'Tobruk; billi l-KNĠ preċedenti, li kien iddominat mill-Fratellanza Musulmana, iltaqa' mill-ġdid ftit wara u għażel il-Prim Ministru tiegħu stess, u b'hekk sfida l-awtorità tal-KtD fi żmien ta' ġlied li matulu anke t-tmexxija tal-kapitali Tripli nbidlet; billi ż-żewġ partijiet fi gwerra allegatament qed jirċievu appoġġ minn barra, b'mod partikolari mill-Eġittu, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda fuq in-naħa tal-KtR (Tobruk), u mit-Turkija u l-Qatar fuq in-naħa tal-KNĠ il-ġdid (Tripli);

F.

billi sa minn Awwissu 2014 dawn iż-żewġ korpi politiċi (il-KtD f'Tobruk, li huwa rikonoxxut mill-komunità internazzjonali, u l-KNĠ il-ġdid li ġie stabbilit fi Tripli) jiddikjaraw li qegħdin imexxu l-pajjiż, u t-tnejn huma appoġġati minn diversi milizzji armati sa snienhom affiljati ma' reġjuni, bliet u tribujiet minn diversi sfondi;

G.

billi l-vojt politiku u n-nuqqas ta' gvern stabbli ġew sfruttati mid-Daesh, li jħaddan fostu barranin u terroristi Libjani li reġgħu lura pajjiżhom wara li ġġieldu fl-Iraq u s-Sirja; billi dawn il-persuni li reġgħu lura, flimkien ma' Ġiħadisti minn pajjiżi oħra, ħatfu l-belt ta' Derna li tinsab fil-Lvant ta' Benghazi f'Novembru 2014 u għamlu wegħda ta' lealtà lejn id-Daesh; billi dawn il-forzi jew l-alleati tagħhom saru attivi kważi tul il-kosta kollha minn Derna sa Tripli, inklużi Bayda, Benghazi, Ajdabiya, Abugrein u Misrata, b'kontroll sħiħ ta' aktar minn 200 km madwar Sirte, u għandhom ukoll bażi ta' taħriġ fil-Punent ta' Tripli qrib il-fruntiera Tuneżina; billi d-Daesh vara kampanja lokali ta' biża' – bi qtugħ ta' rjus, sparar u attakki bil-bombi – filwaqt li kabbar it-territorju tiegħu, ħa kontrol tat-triq u jista' jfixkel il-konnessjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent;

H.

billi l-Libja saret tospita l-akbar forzi tad-Daesh barra l-Lvant Nofsani u saret pożizzjoni strateġika għad-Daesh mal-kosta tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u b'hekk hija l-aktar theddida perikoluża għall-pajjiżi tal-viċinat fis-Saħel u s-Saħara, kif ukoll għall-Ewropa permezz ta' azzjonijiet terroristiċi;

I.

billi mill-4 ta' Jannar 2016 id-Daesh beda jwettaq attakki kbar fuq il-faċilitajiet ewlenin taż-żejt fil-Libja, bl-għan li jespandi r-riżorsi għall-gwerra tiegħu u li jikkontrolla l-faċilitajiet taż-żejt enormi fil-Lvant f'al-Sidra, Ras Lanuf u Marsa al-Brega, u b'hekk għamel ħsara lill-infrastrutturi prinċipali li jsejsu r-riżorsi ekonomiċi tal-Libja u kkomprometta dħul essenzjali għall-bini mill-ġdid tal-pajjiż;

J.

billi mindu waqgħet f'anarkija l-Libja saret dejjem aktar post ta' transitu għat-traffikar tal-bnedmin fil-fruntieri tan-Nofsinhar tal-Ewropa; billi l-Libja għadha tospita mijiet ta' eluf ta' rifuġjati u persuni li jfittxu l-asil ta' nazzjonalitajiet differenti, li ħafna minnhom qed jgħixu f'kundizzjonijiet traġiċi u għaldaqstant jikkostitwixxu bersall għall-kuntrabandisti;

K.

billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tkompli tiddeterjora fil-pajjiż kollu, fejn id-detenzjoni arbitrarja, is-sekwestru ta' persuni, il-qtil illegali, it-tortura u l-vjolenza kontra ċivili, ġurnalisti, uffiċjali, figuri politiċi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-partijiet kollha huma realtà traġika; billi fis-26 ta' Frar 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rrefera s-sitwazzjoni fil-Libja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi l-QKI tibqa' kompetenti biex tinvestiga l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-pajjiż u li tfittex lil dawk responsabbli; billi fis-27 ta' Ġunju 2011 il-QKI ħarġet mandati ta' arrest għal Muammar Gaddafi u Saif al-Islam Gaddafi, u billi l-kumplament tal-persuni suspettati mhumiex fil-kustodja tal-Qorti; billi l-awtoritajiet Libjani insistew biex dawn jiġu pproċessati fi ħdan l-ordinament ġuridiku intern tal-Libja;

L.

billi l-perkors politiku tad-djalogu Libjan involva membri ewlenin tal-proċess ta' demokratizzazzjoni tal-Libja, b'mod partikolari membri tal-Kamra tad-Deputati, tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali u tal-Kunsill Transizzjonali Nazzjonali, billi partijiet ikkonċernati indipendenti oħra bħall-kunsilli muniċipali, il-partiti politiċi, il-mexxejja tribali u l-organizzazzjonijiet tan-nisa kkontribwew għall-promozzjoni ta' rikonċiljazzjoni ġenwina;

M.

billi l-Ftehim Politiku Libjan għandu l-għan li jiżgura d-drittijiet demokratiċi tal-poplu Libjan, li jistabbilixxi gvern kunsenswali msejjes fuq il-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri, u li jagħti s-setgħa lil istituzzjonijiet tal-istat bħall-GKN; billi, fid-dawl tal-isfidi li qed tiffaċċja l-Libja, ma hemmx lok għal ħela ta' ħin fl-istabbiliment tal-GKN, li għandu jaħdem għall-benefiċċju tal-Libjani kollha u jwitti t-triq għall-paċi, l-istabbiltà, ir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-pajjiż;

N.

billi fil-25 ta' Jannar 2016 il-KtD tal-Libja (Tobruk) irrifjutat il-gvern ta' unità appoġġat min-NU, waqt li fl-istess ħin approvat il-Ftehim Politiku Libjan, li jipprovdi bażi għal transizzjoni politika fil-pajjiż;

O.

billi Libja sikura u politikament stabbli hija meħtieġa assolutament mhux biss għaċ-ċittadini Libjani, iżda anke għas-sigurtà tar-reġjun sħiħ u tal-Unjoni Ewropea;

1.

Jilqa' l-Ftehim Politiku Libjan appoġġat min-NU, li ġie ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015, jappoġġa bis-sħiħ lill-Kunsill Presidenzjali u jifraħ lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, is-Sur Martin Kobler, għall-ħidma kbira tiegħu;

2.

Jiddispjaċih li l-ewwel proposta għal gvern unifikat ġiet irrifjutata mill-KtD f'Tobruk; jistieden liż-żewġ korpi Libjani ewlenin japprovaw dan il-ftehim, li huwa pass fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku Libjan u li jissodisfa l-aspirazzjoni li tinqabad it-triq tal-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż u li jiġu difiżi ċ-ċittadini Libjani kollha; iħeġġeġ lill-KtD f'Tobruk u lill-Presidenza tagħha juru spirtu ta' kompromess u jkomplu jiddiskutu l-lista tal-Kabinett bl-għan li jiġi approvat il-GKN kif previst fil-Ftehim Politiku Libjan;

3.

Se jirrikonoxxi u jappoġġa l-GKN li jkun iffurmat b'kunsens bejn il-partijiet Libjani bħala l-uniku gvern leġittimu tal-Libja; jissottolinja s-sjieda Libjana tal-proċess politiku u l-importanza li dan ikun inklużiv kontinwament, anke permezz tal-involviment kostruttiv tal-kunsilli tribali, il-parteċipazzjoni pożittiva tan-nisa u tas-soċjetà ċivili, u l-kontributi ta' benefiċċju tal-atturi politiċi u lokali favur l-emenda u l-adozzjoni f'waqthom ta' kostituzzjoni li tirrispetta d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili;

4.

Jistieden lill-komunità internazzjonali, lin-NU, lill-UE, lill-UA u lill-Istati Membri tal-Lega Għarbija jkunu lesti li jappoġġaw lil-Libjani fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw il-ftehim b'suċċess; jistenna li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet internazzjonali jkollhom kuntatti uffiċjali biss mal-partijiet li jaderixxu għall-Ftehim Politiku Libjan; jitlob lill-UE timponi sanzjonijiet immirati bħal projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra individwi u organizzazzjonijiet li jibbojkottjaw il-Ftehim Politiku Libjan;

5.

Jiddispjaċih rigward il-gwerra li għaddejja bejn partijiet Sunni barranin; jistieden lill-atturi reġjonali ma jiħdux azzjonijiet li jistgħu jaggravaw diviżjonijiet u jimminaw it-transizzjoni lejn Libja stabbli, inklużiva u demokratika, u li jistgħu jiddestabilizzaw il-pajjiżi tal-viċinat; jonora l-impenn qawwi tiegħu favur is-sovranità, l-integrità territorjali, l-unità nazzjonali u transizzjoni demokratika tal-Libja;

6.

Jikkundanna l-attakki terroristiċi destabbilizzanti mid-Daesh kontra l-poplu Libjan, inklużi l-minoranzi, kif ukoll l-infrastrutturi taż-żejt f'al-Sidra u Ras Lanuf, u kwalunkwe tentattiv li jfixkel il-proċess ta' stabbilizzazzjoni fil-pajjiż; jappella għal koalizzjoni internazzjonali biex tindirizza l-preżenza li qed tikber tad-Daesh fil-Libja, li qed tiddestabilizza l-pajjiż u qed thedded mhux biss lill-pajjiżi tal-viċinat tas-Saħel u s-Saħara, iżda anke lill-UE;

7.

Jenfasizza li l-porożità tal-fruntieri Libjani u n-nuqqas ta' kontroll politiku ċentrali ffaċilitaw ħafna l-proliferazzjoni u t-traffikar tal-armi, kif ukoll il-moviment liberu ta' gruppi armati Libjani u barranin; huwa mħasseb dwar il-konsegwenzi li l-kunflitt Libjan jista' jkollu, f'termini ta' sigurtà, għall-ġirien immedjati tagħha, b'mod partikolari l-Eġittu u t-Tuneżija, iżda anke l-Alġerija; jemmen li l-UE għandha tuża l-għodod tad-diplomazija u tal-politika barranija tagħha, fl-ambitu tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u politiki oħra bħal dawk dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni, biex tinkoraġġixxi lil dawk il-pajjiżi fir-reġun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jinvolvu ruħhom b'mod pożittiv fil-proċess ta' transizzjoni fil-Libja;

8.

Jemmen li l-irkupru ekonomiku huwa pass importanti lejn it-transizzjoni demokratika tal-Libja; jappoġġa bis-sħiħ lill-awtoritajiet Libjani l-ġodda fil-ġlieda tagħhom kontra t-terroristi biex jiżguraw il-protezzjoni meħtieġa tal-poplu Libjan u tal-infrastrutturi ekonomiċi kritiċi;

9.

Ifakkar fir-rwol ċentrali tad-dimensjoni parlamentari fir-rigward ta' soluzzjoni politika għall-kriżi; jenfasizza li l-korpi tal-Parlament Ewropew u l-membri tiegħu jistgħu jaqsmu l-esperjenza istituzzjonali tagħhom ma' atturi Libjani sabiex jappoġġawhom fil-ħidma tagħhom favur djalogu politiku inklużiv;

10.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-destin tal-migranti, tal-persuni li jfittxu l-asil u tar-rifuġjati fil-Libja, li s-sitwazzjoni diġà insapportabbli tagħhom qed tkompli tiddeterjora; jappella għal involviment akbar tal-Aġenzija għar-Rifuġjati tan-NU (UNHCR) fil-koordinazzjoni tal-isforzi tan-NU; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaffrontaw b'mod effikaċi l-flussi li qed jiżdiedu progressivament ta' migranti u rifuġjati mill-Afrika ta' Fuq, partikolarment mil-Libja; jistieden lill-awtoritajiet u l-milizzji Libjani jiżguraw aċċess estern għall-faċilitajiet ta' detenzjoni, b'mod partikolari dawk għall-migranti;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li qed jikkoordina l-azzjoni tal-Istati Membri fil-Libja, biex jiffukaw l-appoġġ tagħhom fuq il-bini tal-istat u l-bini tal-istituzzjonijiet u, flimkien mal-Istati Membri, in-NU, in-NATO u s-sħab reġjonali, jgħinu fir-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-ħolqien, taħt il-kontroll tal-GKN, ta' armata nazzjonali u forzi tal-pulizija effikaċi li kapaċi jikkontrollaw it-territorju kollu tal-Libja u l-ilmijiet tagħha, u jiggarantixxu s-sigurtà tal-fruntieri tagħha; jenfasizza li l-UE għandha tagħti prijorità wkoll lill-għajnuna għar-rifoma tal-ordinament ġuridiku Libjan, kif ukoll lil oqsma oħra kruċjali għall-governanza demokratika;

12.

Jappoġġa l-operazzjoni EUNAVFOR MED Sophia fl-isforzi tagħha biex tittratta l-kriżi tal-migrazzjoni u l-kuntrabandisti li jisfruttaw il-migranti; ifakkar li s-suċċess ta' din l-operazzjoni huwa marbut b'mod dirett mas-sostenibbiltà tad-djalogu politiku fil-Libja u l-ħtieġa li jerġa' jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż; japella għal ftehim mal-GKN biex il-missjoni tal-UE tkun tista' twettaq operazzjonijiet meħtieġa fl-ilmijiet territorjali Libjani;

13.

Japprezza l-fatt li l-UE diġà għamlet pakkett ta' EUR 100 miljun disponibbli u lesta toffri appoġġ immedjat f'żoni li se jingħataw prijorità flimkien mal-GKN il-ġdid tal-Libja ladarba jiġi ffurmat; jistieden lill-UE u lin-NU jippjanaw għajnuna għall-bini tal-istat, għas-sigurtà u għaż-żamma ta' paċi, kif ukoll għat-taħriġ fl-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet ta' rispons għall-emerġenzi u d-diżastri, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

14.

Jistieden lill-Istati Membri ma jaġixxux individwalment iżda jappoġġaw lill-VP/RGħ fil-formulazzjoni ta' strateġija komprensiva, b'koordinazzjoni mal-UNSMIL u l-awtoritajiet Libjani, biex jappoġġaw it-transizzjoni u l-Gvern Libjan il-ġdid; jemmen li riforma tas-settur tas-sigurtà u programmi ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni huma prijorità għall-pajjiż, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jkunu lesti biex jipprovdu l-assistenza meħtieġa f'dawn l-oqsma jekk tintalab mill-gvern il-ġdid;

15.

Jenfasizza l-importanza li l-komunità internazzjonali żżid il-fondi umanitarji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-persuni li ntlaqtu serjament mill-kunflitt fil-Libja; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti fondi biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet umanitarji jivvalutaw aħjar is-sitwazzjoni u jtejbu r-rispons tagħhom għall-ħtiġijiet fil-post; jistieden lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom favur il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Unjoni għall-Mediterran, lil-Lega tal-Istati Għarab, lill-Kunsill tal-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.


(1)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 114.

(2)  ĠU C 419, 16.12.2015, p. 192.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2014)0028.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0010.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2015)0272.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/71


P8_TA(2016)0049

Is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer (2015/3014(RSP))

(2018/C 035/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 174 u 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005,

wara li kkunsidra s-Sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali (COM(2014)0473),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar 'Il-problemi speċifiċi tal-gżejjer' (1229/2011),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjoni tal-insularità (O-000013/2016 – B8-0106/2016),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billil-gżejjer ikklassifikati bħala reġjuni NUTS-2 u NUTS-3, għandhom karatteristiċi speċifiċi komuni u permanenti, li jiddistingwuhom b'mod ċar minn żoni kontinentali;

B.

billi l-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi l-iżvantaġġi naturali u ġeografiċi permanenti speċifiċi għas-sitwazzjoni tal-gżejjer;

C.

billi t-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali bejn ir-reġjuni u l-iżvilupp armonjuż poliċentriku huma l-objettivi ewlenin tal-politika ta' koeżjoni, b'rabta mill-qrib mal-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

D.

billi l-kriżi ekonomika kellha impatt drammatiku fuq il-baġits nazzjonali u reġjonali ta' ħafna Stati Membri minħabba li llimitat id-disponibbiltà ta' finanzjament f'bosta setturi u wasslet għal kollass ta' 20 % fl-investiment pubbliku; billi, kif ġie nnotat ukoll fis-Sitt Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, l-impatt tal-kriżi affettwa serjament l-iżvilupp potenzjali ta' ħafna reġjuni żvantaġġati, inklużi l-gżejjer; billi l-kriżi ekonomika qalbet it-tendenza fit-tul ta' konverġenza tal-PDG u tar-rati tal-qgħad fl-UE kollha, b'mod li wassal għal żieda fil-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll biex ma jintlaħaqx l-objettiv fit-tul tal-Unjoni ta' koeżjoni ekonomika u territorjali;

E.

billi l-gżejjer tal-UE huma wkoll reġjuni periferiċi li f'xi każijiet jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE u huma partikolarment vulnerabbli għall-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja bħalissa, bħall-globalizzazzjoni, it-tendenzi demografiċi, it-tibdil fil-klima, il-provvista tal-enerġija u, speċjalment għaż-żoni tan-Nofsinhar, l-esponiment għal flussi migratorji li qed jiżdiedu;

F.

billi l-gżejjer Ewropej jikkontribwixxu għad-diversità tal-Unjoni kemm f'termini ambjentali (ħabitats speċifiċi u speċijiet endemiċi) kif ukoll f'termini kulturali (wirt arkitettoniku, siti, pajsaġġi, karatteristiċi agrikoli u mhux agrikoli u identitajiet ġeografiċi);

G.

billi l-gżejjer Ewropej jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni, minħabba l-potenzjal għoli tagħhom li jipproduċu l-enerġija minn sorsi rinnovabbli minħabba esponiment speċifiku għall-flussi tar-riħ, l-imbatt tal-oċeani u d-dawl tax-xemx;

H.

billi l-aċċessibbiltà tar-reġjuni u l-konnessjonijiet fi ħdan il-gżejjer huma fatturi fundamentali biex iż-żoni insulari jsiru aktar attraenti; għall-ħaddiema tas-sengħa u l-impriżi; billi jeħtieġ li jiġi attirat l-investiment, li jinħolqu impjiegi ġodda u li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport marittimu u bl-ajru għall-persuni u l-oġġetti, skont il-prinċipju tal-kontinwità territorjali, filwaqt li jsiru wkoll sforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u t-tniġġis mit-trasport marittimu u bl-ajru;

I.

billi l-agrikoltura, it-trobbija tal-annimali u s-sajd jikkostitwixxu element importanti tal-ekonomiji insulari lokali, li huma sors ta' provvista għal parti sinifikanti tas-settur agroindustrijali, u billi dawn is-setturi jbatu min-nuqqas ta' aċċessibbiltà, partikolarment għall-SMEs, mil-livell baxx ta' differenzjazzjoni tal-prodotti, u mill-kundizzjonijiet klimatiċi;

J.

billi turiżmu intensiv, għall-biċċa l-kbira tal-gżejjer, huwa parti importanti mill-ekonomija lokali tagħhom iżda normalment ikun ikkonċentrat biss f'ċerti perijodi tas-sena u mhux ippjanat adegwatament barra l-istaġun, u dan jista' jġib riskji għall-iżvilupp ambjentalment sostenibbli ta' reġjuni insulari;

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara tat-tip ta' żvantaġġi permanenti ġeografiċi, naturali u demografiċi li reġjuni insulari jistgħu jġarrbu, b'referenza għall-Artikolu 174 tat-TFUE;

2.

Jistaqsi lill-Kummissjoni kif biħsiebha timplimenta l-kliem tal-Artikolu 174 tat-TFUE rigward l-iżvantaġġi permanenti ta' reġjuni insulari li jxekklu l-iżvilupp naturali tagħhom u jżommuhom milli jiksbu koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

3.

Jirrikonoxxi, l-importanza li jingħata appoġġ biex tiġi ttrattata t-tendenza ta' depopolazzjoni sinifikantifir-reġjuni insulari; ifakkar li l-gżejjer isibuha iktar diffiċli li jaffrontaw ċerti żvantaġġi, fi proporzjon mad-daqs żgħir tagħhom u mal-bogħod tagħhom mill-kosti kontinentali Ewropej;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni tvara studju/analiżi fil-fond dwar l-ispejjeż żejda li jirriżultaw mill-karattru insulari ta' reġjun, f'termini tas-sistema tat-trasport għall-persuni u l-oġġetti, il-provvista tal-enerġija u l-aċċess għas-swieq, b'mod partikolari għall-SMEs;

5.

Huwa tal-fehma li l-gżejjer għandu jkollhom definizzjoni/kategorizzazzjoni xierqa li tqis mhux biss id-differenzi u l-ispeċifiċitajiet tagħhom iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex, abbażi tal-Artikolu 174 tat-TFUE, li jirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer, twaqqaf grupp omoġenu magħmul mit-territorji insulari kollha; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex minbarra l-PDG tqis indikaturi statistiċi oħra li jistgħu jirriflettu l-vulnerabbiltà ekonomika u soċjali li tirriżulta minn żvantaġġi naturali permanenti;

6.

Ifakkar li, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ċerti gżejjer Ewropej ingħataw arranġamenti speċjali fir-rigward tat-taxxa bħala kontrobilanċ għall-iżvantaġġi permanenti naturali u demografiċi tagħhom; jisħaq fuq l-importanza ta' dawk l-arranġamenti speċjali fir-rigward tat-taxxa għall-komunitajiet u l-ekonomiji lokali, u jitlob li dawn jitkomplew, speċjalment f'dawk l-Istati Membri li qegħdin fi programmi ta' aġġustament ekonomiku

7.

Ifakkar, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' konnettività aħjar permezz ta' rotot marittimi, aċċess imtejjeb għall-portijiet u servizzi aħjar ta' trasport bl-ajru; iqis li għandha ssir enfasi partikolari fuq il-hubs tat-trasport, it-trasport intermodali u l-mobilità sostenibbli; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-iżvilupp territorjali bilanċjat tar-reġjuni insulari jingħata appoġġ billi jiġu promossi l-innovazzjoni u l-kompetittività f'dawn ir-reġjuni, li jinsabu 'l bogħod miċ-ċentri amministrattivi u ekonomiċi ewlenin u ma jibbenefikawx minn faċilità ta' aċċess għat-trasport, u billi tissaħħaħ il-produzzjoni lokali għas-swieq lokali;

8.

Jenfasizza li l-kapaċità diġitali hija mezz vitali biex jiġu kontrobilanċjati l-iżvantaġġi tal-konnettività tar-reġjuni insulari; jenfasizza li l-investimenti fl-infrastruttura huma meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-aċċess għall-broadband fil-gżejjer u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-gżejjer fis-suq uniku diġitali;

9.

Ifakkar li f'bosta gżejjer fil-Mediterran qed jaslu għadd kbir ta' migranti u dawn il-gżejjer qed ikollhom jaffrontaw din is-sitwazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE, li għandu jinkludi appoġġ tal-UE u sforz konġunt mill-Istati Membri kollha;

10.

Jissottolinja l-importanza li tiġi pprovduta edukazzjoni fil-livelli kollha, meta jkun meħtieġ anke billi jintużaw aktar is-sistemi ta' edukazzjoni mill-bogħod; ifakkar li l-gżejjer qed jiffaċċjaw ukoll impatti serji tat-tibdil fil-klima, b'konsegwenzi partikolarment serji, inkluż għadd dejjem jikber ta' perikli naturali;

11.

Jenfasizza li, filwaqt li l-gżejjer jiffaċċjaw limitazzjonijiet, jibbenefikaw ukoll minn potenzjal territorjali, li għandu jintuża bħala opportunità għall-iżvilupp, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jisħaq fuq l-importanza ta' politiki ta' taxxi baxxi u ta' tnaqqis tal-burokrazija bħala inċentivi biex jiġi attirat l-investiment; isemmi, f'dan il-kuntest, l-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli minbarra t-turiżmu staġunali, billi ssir enfasi fuq il-promozzjoni tal-wirt kulturali u ta' attivitajiet ekonomiċi artiġjanali speċifiċi; jenfasizza wkoll il-potenzjal enormi ta' enerġija mill-oċeani, mir-riħ u mix-xemx u l-potenzjal tal-gżejjer li jsiru sorsi importanti ta' enerġija alternattiva, biex ikunu kemm jista' jkun awtonomi fir-rigward tal-enerġija u, fuq kollox, biex jiġu garantiti provvisti tal-enerġija orħos għall-abitanti tagħhom;

12.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jintużaw is-sinerġiji kollha possibbli bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u strumenti oħra tal-Unjoni bl-għan li jikkontrobilanċjaw l-iżvantaġġi tal-gżejjer u jsaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi 'Qafas Strateġiku tal-UE għall-Gżejjer' bl-għan li tgħaqqad strumenti li jista' jkollhom impatt territorjali kbir;

14.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżvolġu rwol importanti fl-istrateġiji ta' żvilupp tal-gżejjer abbażi ta' approċċ vertikali li jinvolvi l-livelli kollha tal-gvern, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, bl-għan li jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli tal-gżejjer tal-UE;

15.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tistabbilixxi 'islands desk' marbut mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u magħmul minn grupp żgħir ta' uffiċjali bl-għan li jikkoordina u janalizza kwistjonijiet relatati mar-reġjuni insulari;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni li jkun fiha 'Aġenda għall-Gżejjer tal-UE' u, sussegwentement, White Paper biex jiġi mmonitorjat l-iżvilupp tal-gżejjer, abbażi tal-aħjar prassi u bl-involviment tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u atturi rilevanti oħra, inklużi s-sħab ekonomiċi u soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Sena Ewropea tal-Gżejjer u tal-Muntanji;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm f'moħħha s-sitwazzjoni speċifika tal-gżejjer meta tħejji l-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Istati Membri.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/74


P8_TA(2016)0050

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) (2015/3013(RSP))

(2018/C 035/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikol1 174 sa 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni” (CPR)),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (2),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tad-9 ta' Lulju 2015 – L-eżitu tan-negozjati dwar il-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2015 dwar Ninvestu f’impjiegi u tkabbir — nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (COM(2015)0639),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-governanza f’diversi livelli,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kuntest tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) (O-000012/2016 – B8-0105/2016),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-politika ta’ koeżjoni tal-UE fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għadha tirrappreżenta l-istrument ewlieni ta’ investiment li jkopri r-reġjuni kollha tal-UE, u hija opportunità biex jinħoloq proċess minn isfel għal fuq ta’ tkabbir sostenibbli, li jappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi, l-intraprenditorjat u l-innovazzjoni fil-livell tal-ekonomiji lokali u reġjonali, ittejjeb il-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini u joħloq solidarjetà u żvilupp akbar fir-reġjuni tal-UE;

B.

billi l-politika ta’ koeżjoni, kif definit fit-TFUE, hija wkoll maħsuba biex tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali bejn l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħhom, permezz ta’ strateġija inklużiva;

C.

billi għall-ewwel darba (għall-perjodu 2014-2020), inħoloq qafas koerenti, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), li jistabbilixxi regoli komuni għall-ħames Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (il-Fondi ESI): il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimu u s-Sajd (FEMS);

D.

billi l-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) introdott permezz tas-CPR qed jikkontribwixxi biex jiġu mmassimizzati l-impatt u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku u qed jippermetti li jseħħu sinerġiji, billi jgħaqqad il-fondi ESI ma’ programmi oħra ffinanzjati mill-UE;

E.

billi l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jiddikjara li minimu ta’ 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli fejn l-ibliet, il-korpi subreġjonali u lokali responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji urbani sostenibbli għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti relatati tal-inqas mal-għażla ta’ operazzjonijiet;

F.

billi fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2014-2020, l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-gruppi ta’ azzjoni lokali huma wkoll eliġibbli għal finanzjament permezz tal-FEŻR u l-FSE;

G.

billi l-prinċipji tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli, kif imniżżla fl-Artikolu 5 tas-CPR, huma fost il-prinċipji ewlenin tal-Fondi SIE;

1.

Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati minn Stati Membri għal gruppi komunitarji; jemmen, barra minn hekk, li huwa ta’ vantaġġ għall-UE l-fatt li dawn l-awtoritajiet ikunu qrib taċ-ċittadini kif ukoll il-fatt li teżisti diversità ta' governanza fil-livell lokali u reġjonali;

2.

Huwa favur sinerġiji u komplimentarjetà bejn il-Fondi SIE u programmi oħra tal-UE, fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe programmar mill-ġdid tal-Fondi ESI għandu jsir bi qbil mar-regoli CPR u li inizjattivi ġodda m’għandhomx idgħajfu l-qofol tal-Fondi SIE;

3.

Jieħu nota tal-prinċipju ta’ sħubija msaħħa u l-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija, li jistabbilixxu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u jipprovdu għal rekwiżiti minimi għall-involviment tagħhom fil-fażijiet kollha tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi; jirrikonoxxi li, għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali ġew ikkonsultati fil-maġġoranza tal-każijiet matul in-negozjati dwar il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operattivi, l-involviment tagħhom ma laħaqx il-livell ta’ sħubija sħiħa; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri biex jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dawn ir-rekwiżiti u jżidu l-isforzi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet;

4.

Jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u l-indirizzar tad-dgħufijiet strutturali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali kemm għall-fażijiet ta’ programmar kif ukoll dawk tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u biex tinkiseb rata ogħla ta’ assorbiment tal-Fondi SIE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li jiġi pprovdut sostenn għall-bini tal-kapaċità għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tagħhom, sabiex ikunu f’pożizzjoni li jwettqu rwol sinifikanti fil-politika ta’ koeżjoni, speċjalment fil-każ ta’ sottodelega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil livelli aktar baxxi ta’ amministrazzjoni, b’mod partikolari l-awtoritajiet urbani;

5.

Jinnota li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE hija eżempju ta' gvernanza tajba f’diversi livelli b’approċċ minn isfel għal fuq, fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, – li għandhom x’jaqsmu ma’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – joħolqu bilanċ bejn l-għan tal-Unjoni ta’ aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-impatt territorjali tal-politiki tal-UE;

6.

Jenfasizza l-importanza ta’ inizjattiva ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, fejn l-awtoritajiet lokali huma sħab; jenfasizza li dan għandu jibqa’ approċċ minn isfel għal fuq, filwaqt li jistabbilixxi l-objettivi għal interventi relatati għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali;

7.

Iqis li l-inizjattivi ta' investimenti territorjali integrati (ITI) u ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) jirrappreżentaw bidliet gradwali fil-kapaċità ta’ partijiet interessati lokali biex jiġu kkombinati flussi ta’ fondi u jiġu ppjanati inizjattivi lokali mmirati tajjeb;

8.

Jemmen li l-governanza f’diversi livelli tappoġġa l-objettivi politiċi fundamentali tal-UE, bħalma huma t-tkabbir ekonomiku, il-progress soċjali u l-iżvilupp sostenibbli, u li dan isaħħaħ id-dimensjoni demokratika tal-UE u jżid l-effiċjenza tal-azzjoni politika tagħha;

9.

Jiġbed l-attenzjoni għal sfidi li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħalma huma l-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija, il-flussi migratorji u żieda fl-urbanizzazzjoni, filwaqt li jitqies li kull reġjun għandu l-bżonnijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;

10.

Jinsab konvint li ż-żoni urbani għandhom rwol dejjem akbar fid-dinja tal-lum, u li l-politiki tal-UE għandhom rwol importanti biex jiġi stabbilit qafas tajjeb li fi ħdanu ż-żoni urbani Ewropej jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib u tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament FEŻR;

12.

Jemmen li l-aġenda urbana tal-UE tista' ttejjeb l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u programmi, u b’hekk tiżgura li jkun hemm impatt aktar koerenti fuq il-bliet, kif ukoll appoġġ għalihom, filwaqt li tikkontribwixxi lejn il-kisba ta’ għanijiet komuni Ewropej u nazzjonali, fir-rispett sħiħ tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jenfasizza l-importanza tal-Patt ta’ Amsterdam u tal-progress lejn l-objettivi li dan jipprova jilħaq; jinnota, madankollu, li l-isforzi biex jitneħħew l-ostakoli u l-inkonsistenzi għandhom ikunu applikati għal politiki tal-UE li jħallu impatt fuq żoni urbani u rurali;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tibni fuq inizjattivi preċedenti u li għadhom għaddejjin, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi, sabiex tidentifika miżuri biex issaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE permezz tal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operattivi;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/77


P8_TA(2016)0051

Il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa “ISIS/Da'esh”

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa “ISIS/Da'esh” (2016/2529(RSP))

(2018/C 035/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq (1), tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-offensiva tal-IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi (2), b'mod partikolari l-paragrafu 4 tagħha, tas-27 ta' Novembru 2014 dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (3), tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS (4), u speċifikament il-paragrafu 27 tagħha, tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-attakki u l-ħtif reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari tal-Assirjani (5), b'mod partikolari l-paragrafu 2 tagħha, tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (6), b'mod partikolari l-paragrafi 129 u 211 tagħha, tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2015 (7), b'mod partikolari l-paragrafi 66 u 67 tagħha, tat-30 ta' April 2015 dwar il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja, b'rabta mal-qtil ta' studenti fil-Kenja mill-grupp terroristiku Al-Shabaab (8), b'mod partikolari l-paragrafu 10 tagħha, u tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (9),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-18 ta' April 2013 dwar 'Il-prinċipju tan-NU tar-“responsabbiltà ta' protezzjoni” (“R2P”) (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2015 dwar l-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da’esh, tal-20 ta’ Ottubru 2014 dwar il-kriżi tal-ISIL/Da’esh fis-Sirja u fl-Iraq, tat-30 ta’ Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja, tal-14 ta’ April 2014 u tat-12 ta’ Ottubru 2015 dwar is-Sirja, u tal-15 ta’ Awwissu 2014 dwar l-Iraq,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/ĠAI tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra (11);

wara li kkunsidra: il-Linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin; il-Linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; il-Linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom; il-Linji gwida għall-politika tal-UE fil-konfront ta' pajjiżi terzi rigward it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra; il-Lnji Gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati; il-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal; u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-libertà ta' espressjoni online u offline, u l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-Iraq u s-Sirja,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2091(2016) “Foreign fighters in Syria and Iraq” (Ġellieda Barranin fis-Sirja u l-Iraq) adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fis-27 ta' Jannar 2016,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, tal-25 ta' Awwissu 2014 dwar “ċittadini Iraqqini li qed ibatu persekuzzjoni mifruxa u sistematika ‘orribbli’”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2249 (2015) li tikkundanna l-attakki terroristiċi reċenti mill-ISIS, u r-Riżoluzzjoni 2254 (2015) li tapprova pjan direzzjonali għall-proċess ta’ paċi fis-Sirja u tistabbilixxi kalendarju għal taħdidiet,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni S-22/1 adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar “The human rights situation in Iraq in the light of abuses committed by the so-called Islamic State in Iraq and the Levant and associated groups” (Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq fid-dawl tal-abbużi mwettqa mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Iraq u fil-Levant u minn gruppi assoċjati), tat-3 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948,

wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, b'mod partikolari l-Artikoli 5 sa 8 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Qafas tal-Analiżi mill-Uffiċċju tal-Konsulent Speċjali tan-NU dwar il-Prevenzjoni ta' Ġenoċidju (OSAPG),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Awwissu 2014 tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju u tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni rigward is-sitwazzjoni fl-Iraq,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq fid-dawl tal-abbużi mwettqa mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levant u l-gruppi assoċjati, tas-27 ta' Marzu 2015, b'mod partikolari l-paragrafu 16 tiegħu dwar “Il-vjolazzjonijiet imwettqa mill-ISIL – Attakki kontra gruppi reliġjużi u etniċi”,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-13 ta' Ottubru 2015 tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju u tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni rigward l-eskalazzjoni ta' inċitament għall-vjolenza fis-Sirja għal raġunijiet reliġjużi,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ippreżentat fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-13 ta' Awwissu 2015, b'mod partikolari l-paragrafi 165 sa 173 tiegħu,,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, kif rikonoxxut permezz tar-Riżoluzzjoni 2249 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-ideoloġija estremista vjolenti tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh”, l-atti terroristiċi tiegħu, l-attakki gravi sistematiċi u mifruxa kontinwi tiegħu diretti kontra l-popolazzjonijiet ċivili, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi dawk imwettqa fuq bażi reliġjuża jew etnika, l-eradikazzjoni tiegħu tal-wirt kulturali u t-traffikar tal-beni kulturali, jikkostitwixxu theddida globali u mingħajr preċedent għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

B.

billi l-minoranzi reliġjużi u etniċi, bħall-Insara, (il-Kaldej/l-Assirjani/is-Sirjaċi, il-Melkiti, l-Armeni), il-Yazidi, it-Turkmeni, ix-Shabak, il-Kaka’i, il-komunitajiet Sabej-Mandjani, Kurdi u Xi’iti, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti, kienu fil-mira tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da’esh”; billi ħafna Insara ġew maqtula, imbiċċra, imsawta, soġġetti għal estorsjoni, issekwestrati u ttorturati; billi ġew magħmula skjavi (b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, li ġew soġġetti wkoll għal forom oħra ta' vjolenza sesswali) u ġew ikkonvertiti bil-forza, u kienu vittmi ta' żwiġijiet sfurzati u traffikar tal-bnedmin; billi t-tfal ukoll ġew irreklutati bil-forza; billi kien hemm moskej, monumenti, santwarji, knejjes u postijiet oħra ta’ qima, oqbra u ċimiterji, li ġew vandalizzati;

C.

billi jeħtieġ li qatt ma jiġri li l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, kull fejn u kull meta jseħħu, ma jiġux ikkastigati, u billi l-prosekuzzjoni effikaċi tagħhom trid tiġi żgurata permezz ta' miżuri fil-livell nazzjonali, bit-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u permezz tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u tal-ġustizzja kriminali internazzjonali;

D.

billi l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra huma ta’ tħassib għall-Istati Membri kollha tal-UE, li huma determinati li jikkooperaw bil-ħsieb li jimpedixxu tali delitti u li jtemmu l-impunità ta’ min iwettaqhom, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta’ Ġunju 2003;

E.

billi r-riżoluzzjoni 2249 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tawtorizza lil dawk l-Istati Membri tagħha li għandhom il-kapaċità li jagħmlu dan biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, f'konformità mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, ir-rifuġjati u l-affarijiet umanitarji, biex jintensifikaw u jikkoordinaw l-isforzi tagħhom għall-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti terroristiċi fit-territorju taħt il-kontroll tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” fis-Sirja u fl-Iraq;

F.

billi d-definizzjoni ġuridika internazzjonali ta' ġenoċidju, f'konformità mal-Artikolu II tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1948 dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, tinkludi l-kliem: “kwalunkwe wieħed minn dawn l-atti kommessi bl-intenzjoni li jeqred, kompletament jew parzjalment, grupp nazzjonali, etniku, razzjali jew reliġjuż, bħala tali: (a) il-qtil ta' membri tal-grupp; (b) l-ikkawżar ta' ħsara fiżika jew mentali gravi lil membri tal-grupp; (c) l-impożizzjoni intenzjonali ta' kundizzjonijiet tal-għajxien intiżi biex jikkawżaw il-qerda fiżika tal-grupp, kompletament jew parzjalment; (d) l-impożizzjoni ta' miżuri maħsuba biex jipprevjenu t-twelid fi ħdan il-grupp; u (e) it-trasferiment furzat ta' tfal ta' grupp wieħed lejn grupp ieħor”; billi l-Artikolu III ta' dik il-Konvenzjoni jqis punibbli mhux biss il-ġenoċidju, iżda l-konfoffa biex jitwettaq ġenoċidju, l-inċitament dirett u pubbliku biex jitwettaq ġenoċidju, u l-kompliċità f'ġenoċidju;

G.

billi, mill-2014 sal-lum, huwa stmat li nqatlu 5 000 Yazidi, filwaqt li ħafna oħrajn ġew ittorturati jew ġew imġiegħla jikkonvertu għall-Iżlam; billi tal-anqas 2 000 mara Yazidi tjassru, u saru vittmi ta' żwieġ sfurzat u ta' traffikar; billi saħansitra bniet ta' sitt snin sfaw stuprati u billi tfal Yazidi ġew irreklutati bil-forza bħala suldati għall-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh”; billi hemm evidenza ċara ta' oqbra tal-massa fejn huma midfuna persuni li nħatfu mill-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh”;

H.

billi, fil-lejl tas-6 ta' Awwissu 2014, aktar minn 150 000 Nisrani ħarbu quddiem l-avvanz tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” fiż-żona ta' Mosul, Qaraqosh u villaġġi oħra fil-Pjanuri ta' Nineveh, wara li kienu nsterqulhom ħwejjiġhom kollha, u billi sal-lum għadhom spostati u f'qagħda prekarja fit-Tramuntana tal-Iraq; billi l-membri tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” qabdu 'l dawk li ma rnexxilhomx jaħarbu minn Mosul u mill-Pjanuri ta' Nineveh, u billi n-nisa u t-tfal mhux Musulmani sfaw ilsiera, b'uħud minnhom jinbiegħu filwaqt li oħrajn jinqatlu brutalment f'atti li l-awturi tagħhom iffilmjaw;

I.

billi, fi Frar 2015, l-hekk imsejjaħ “ISIS/Daesh” ħataf aktar minn 220 Nisrani Assirjan, wara li kien ħa l-kontroll fuq bosta komunitajiet ta' bdiewa fuq ix-xatt tan-Nofsinhar tax-xmara Khabur fil-provinċja ta' Hassakeh fil-Grigal tal-pajjiż, u billi sal-lum ftit biss minn dawn in-nies inħelsu, filwaqt li għad mhux magħruf x'sar mill-oħrajn;

J.

billi diversi rapporti minn korpi tan-NU, inkluż mill-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju, il-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjaraw li l-atti mwettqa mill-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” jistgħu jammontaw għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

K.

billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti ddokumentat u rrappurtat li persuni minn minoranzi etniċi u reliġjużi li jopponu l-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” u gruppi terroristiċi, milizzji u gruppi armati oħra mhux tal-istat f'żoni taħt il-kontroll de facto tagħhom għadhom qed jiġu ppersegwitati;

L.

billi, skont il-prinċipji tar-“Responsabbiltà ta' Protezzjoni” (R2P), meta stat (jew attur mhux statali) jonqos manifestament milli jipproteġi l-popolazzjoni tiegħu jew fil-fatt ikun huwa stess l-awtur ta' dawn id-delitti, il-komunità internazzjonali għandha r-responsabbiltà li tieħu azzjoni kollettiva biex tipproteġi l-popolazzjonijiet, skont il-Karta tan-NU;

M.

billi, skont id-dritt internazzjonali, kull individwu għandu d-dritt li jgħix skont il-kuxjenza tiegħu u li jħaddan jew ibiddel liberament it-twemmin reliġjuż u mhux reliġjuż tiegħu; billi l-mexxejja politiċi u reliġjużi għandhom id-dmir, fil-livelli kollha, jiġġieldu kontra l-estremiżmu u jippromwovu r-rispett reċiproku fost l-individwi u l-gruppi reliġjużi;

1.

Ifakkar fil-kundanna qawwija tiegħu fil-konfront tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” u l-abbużi xokkanti tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu li jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, fis-sens tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u jenfasizza li għandhom jittieħdu passi biex dawn jiġu rikonoxxuti bħala ġenoċidju mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jinsab imħasseb għall-aħħar dwar il-fatt li dan il-grupp terroristiku għandu fil-mira intenzjonata tiegħu lill-Insara (il-Kaldej/is-Sirjaċi/l-Assirjani, il-Melkiti, l-Armeni), il-Yazidi, it-Turkmeni, ix-Xi'iti, ix-Xabaki, is-Sabej, il-Kaka'i u s-Sunniti li ma jaqblux mal-interpretazzjoni tagħhom tal-Iżlam, bħala parti mit-tentattivi tiegħu li jelimina kull minoranza reliġjuża mill-inħawi taħt il-kontroll tiegħu;

2.

Jesprimi l-fehma tiegħu li l-persekuzzjoni, l-atroċitajiet u d-delitti internazzjonali jammontaw għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; jenfasizza li l-hekk imsejjaħ 'ISIS/Da'esh' qed iwettaq ġenoċidju kontra l-Insara u l-Yazidi, u minoranzi reliġjużi u etniċi oħra, li ma jaqblux mal-interpretazzjoni tal-Iżlam tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh”, u li dan, għalhekk, jitlob azzjoni skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1948 dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt tal-Ġenoċidju; jissottolinja l-fatt li dawk li intenzjonalment, għal raġunijiet etniċi jew reliġjużi, jikkospiraw, jippjanaw, ixewxu, jikkommettu jew jippruvaw jikkommettu atroċitajiet, huma kompliċi fihom jew jappoġġjawhom għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja u jiġu pproċessati għall-vjolazzjonijiet tal-liġi internazzjonali, partikolarment delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

3.

Iħeġġeġ lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, iffirmata f'Pariġi fid-9 ta' Diċembru 1948, u ta' ftehimiet internazzjonali oħra rilevanti, b'mod partikolari l-Istati Membri, biex jimpedixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u l-ġenoċidju fit-territorju tagħhom; iħeġġeġ lis-Sirja u lill-Iraq jaċċettaw il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

4.

Iħeġġeġ lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jappoġġjaw riferiment tal-Kunsill tas-Sigurtà lill-Qorti Kriminali Internazzjonali biex tinvestiga vjolazzjonijiet imwettqa fl-Iraq u s-Sirja mill-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” kontra l-Insara, il-Yazidi u minoranzi reliġjużi u etniċi;

5.

Iħeġġeġ lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt tal-Ġenoċidju, tal-1948, u ta' ftehimiet internazzjonali oħra dwar il-prevenzjoni u l-kastig ta' delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju, u b'mod partikolari lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi – u ċ-ċittadini tagħhom – li b'xi mod qed jappoġġjaw dawn id-delitti, qed jikkooperaw magħhom, qed jiffinanzjawhom jew huma kompliċi fihom, biex jaqdu bis-sħiħ l-obbligi legali tagħhom skont il-Konvenzjoni u skont ftehimiet internazzjonali oħra bħal dawn;

6.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk il-pajjiżi li bi kwalunkwe mod, direttament jew indirettament, qed jappoġġjaw dawn id-delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju, jikkooperaw f'dawn id-delitti, jiffinanzjawhom jew huma kompliċi fihom, biex jaqdu bis-sħiħ l-obbligi legali tagħhom skont id-dritt internazzjonali u jtemmu dan l-aġir inaċċettabbli, li qed jagħmel ħsara enormi lis-soċjetajiet tal-Iraq u tas-Sirja, u li qed jiddestabbilizza l-pajjiżi ġirien u l-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

7.

Ifakkar li r-riżoluzzjoni 2253 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2015) imponiet obbligu legali fuq l-istati membri tan-NU biex jipprojbixxu kwalunkwe tip ta' assistenza lill-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” u lil organizzazzjonijiet terroristiċi oħra, partikolarment għall-forniment ta' armi u assistenza finanzjarja, inkluż il-kummerċ illegali fiż-żejt, u jħeġġiġhom jagħmlu din it-tip ta' assistenza reat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; ifakkar li l-inosservanza ta' din id-dispożizzjoni min-naħa ta' uħud mill-istati membri tikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali u tagħti lill-istati membri l-oħra l-obbligu legali li jimplimentaw ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU billi jieħdu azzjoni biex l-individwi u l-entitajiet responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

8.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-qerda ta' siti reliġjużi u kulturali u ta' artefatti mill-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh”, li jikkostitwixxi attakk kontra l-wirt kulturali tal-abitanti kollha tas-Sirja u l-Iraq u tal-umanità inġenerali; jistieden lill-istati kollha jsaħħu l-investigazzjonijiet kriminali tagħhom u l-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-ħsieb li jidentifikaw il-gruppi kollha responsabbli għat-traffikar illeċitu ta' beni kulturali jew għat-twettiq ta' ħsara jew il-qerda fil-konfront tal-wirt kulturali li jappartjeni lill-umanità kollha fis-Sirja, fl-Iraq u fir-reġjuni fuq firxa usa' tal-Lvant Nofsani u tar-reġjuni tal-Afrika ta' Fuq;

9.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tal-komunità internazzjonali, inklużi l-Istati Membri tal-UE jaħdmu b'mod attiv għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u jtejbu s-sistemi legali u ġuriżdizzjonali tagħhom sabiex jevitaw li ċ-ċittadini tagħhom jivvjaġġaw biex jingħaqdu mal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” u jipparteċipaw fi vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, u jiżguraw li, jekk jagħmlu dan, jittieħdu passi kriminali kontrihom mill-aktar fis possibbli, inkluż għall-inċitament fuq l-internet u għall-appoġġ biex iwettqu dawn id-delitti;

10.

Jistieden lill-UE tistabbilixxi Rappreżentant Speċjali għal-Libertà tar-Reliġjon u t-Twemmin;

11.

Jirrikonoxxi, jappoġġja u jitlob li kulħadd jirrispetta d-dritt inaljenabbli tal-minoranzi etniċi, reliġjużi u oħrajn kollha, li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja, li jibqgħu jgħixu fl-artijiet storiċi u tradizzjonali tagħhom fid-dinjità, fl-ugwaljanza u fis-sikurezza, u li jipprattikaw bis-sħiħ ir-reliġjon u t-twemmin tagħhom b'mod liberu mingħajr ma jkunu suġġetti għal ebda tip ta' ġegħil, vjolenza jew diskriminazzjoni; jemmen li, sabiex ikun hemm tmiem għat-tbatija u għall-eżodu tal-massa tal-Insara, il-Yazidi u komunitajiet oħra tar-reġjun, jeħtieġ b'mod essenzjali li l-mexxejja politiċi u reliġjużi fir-reġjun jagħmlu dikjarazzjoni ċara u inekwivoka ta' appoġġ għall-preżenza kontinwa tagħhom u għad-drittijiet sħaħ u ugwali tagħhom bħala ċittadini tal-pajjiżi tagħhom;

12.

Jitlob lill-komunità internazzjonali u lill-istati membri tagħha, inkluża l-UE u l-Istati Membri tagħha, jiżguraw il-kundizzjonijiet u l-prospetti ta' sigurtà meħtieġa għal dawk kollha li ġew imġiegħla jitilqu minn art twelidhom jew ġew spostati b'mod furzat, biex ikunu jistgħu jeżerċitaw malajr kemm jista' jkun id-dritt tagħhom li jirritornaw lura lejn art twelidhom, li jżommu d-djar, l-artijiet, il-proprjetà tagħhom u ħwejjiġhom, kif ukoll il-knejjes u s-siti reliġjużi u kulturali tagħhom, u li jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża u jkollhom futur;

13.

Jirrikonoxxi li l-persekuzzjoni li għaddejja ta' gruppi reliġjużi u etniċi fil-Lvant Nofsani hija fattur li jikkontribwixxi għall-migrazzjoni tal-massa u l-ispostament intern;

14.

Jenfasizza l-importanza li l-komunità internazzjonali tipprovdi protezzjoni u għajnuna, inkluża protezzjoni u għajnuna militari, f'konformità mad-dritt internazzjonali, lil dawk fil-mira tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da'esh” u ta' organizzazzjonijiet terroristiċi oħra fil-Lvant Nofsani, bħall-minoranzi etniċi u reliġjużi, u li dawn il-gruppi jipparteċipaw f'soluzzjonijiet politiċi futuri permanenti; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jirrispettaw id-drittijiet universali tal-bniedem u jiffaċilitaw l-għoti ta’ għajnuna u assistenza umanitarja permezz tal-mezzi kollha possibbli; jitlob il-ħolqien ta' kurituri umanitarji; iqis li l-postijiet tal-kenn, protetti minn forzi b'mandat min-NU, jistgħu jkunu parti mir-risposta għall-isfida enormi biex tingħata protezzjoni temporanja lil miljuni ta' refuġjati mill-kunflitt fis-Sirja u l-Iraq;

15.

Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ u attiv tiegħu għall-isforzi diplomatiċi internazzjonali u l-ħidma tal-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura li għandhom l-għan li, fil-jiem li ġejjin, jinbdew negozjati għall-paċi f'Ġinevra bejn il-partijiet Sirjani kollha, bil-parteċipazzjoni tal-atturi globali u reġjonali rilevanti kollha, kif ukoll il-proposti tiegħu kollha għal waqfien mill-ġlied lokali; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jagħmlu pressjoni fuq id-donaturi kollha biex jirrispettaw il-wegħdiet tagħhom u biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jagħtu appoġġ finanzjarju lill-pajjiżi ospitanti, speċjalment qabel il-konferenza tad-donaturi għas-Sirja f'Londra fl-4 ta' Frar 2016;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sirja, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lill-istituzzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC), lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, GCC), lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2014)0171.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2014)0027.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2014)0066.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0040.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2015)0071.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0076.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0079.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2015)0178.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2015)0179.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0180.

(11)  ĠU L 118, 14.5.2003, p. 12.


Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/83


P8_TA(2016)0058

Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2285(INI))

(2018/C 035/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2), 136 u 148 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-TFUE (il-klawżola soċjali orizzontali),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (8),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25-26 ta' Marzu 2010 u s-17 ta' Ġunju 2010, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar il-linji gwida għall-politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (10),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (11),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar “Ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi” (12),

wara li kkunsidra r-Rapport dwar “Nikkompletaw l-Unjoni ekonomika u monetarja tal-Ewropa” (“Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti”),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

wara li kkunsidra l-Komunikat tal-Mexxejja tal-G20 mis-Summit ta' Antalya tal-15-16 ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra l-Aġġornament tal-Valutazzjonijiet tas-Sostenibbiltà tal-Persunal għall-Proċess ta' Valutazzjoni Reċiproka tal-G20 dwar l-Iżbilanċi u t-Tkabbir tal-Fond Monetarju Internazzjonali (Ottubru 2015),

wara li kkunsidra l-ftehim COP 21 adottat fil-Konferenza ta' Pariġi dwar il-Klima fit-12 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2015,

wara li kkunsidra l-istudji u l-analiżi fil-fond dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro taħt is-Semestru Ewropew ippreparati għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (Novembru 2015),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (COM(2015)0690), ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2016 (COM(2015)0691), u l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (COM(2015)0700),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Sostenn tar-Riforma Strutturali għall-perjodu bejn l-2017 u l-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (COM(2015)0701),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (14),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro,

wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew tal-2016,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2015 dwar Il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM 2015 (Dokument Istituzzjonali 014),

wara li kkunsidra d-dibattitu mal-Kummissjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-pakkett tas-Semestru Ewropew – Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0030/2016),

A.

billi bħalissa għaddej irkupru ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, iżda l-irkupru għadu dgħajjef u irregolari bejn u fl-Istati Membri u huwa parzjalment immexxi minn fatturi temporanji u esterni, inklużi l-prezzijiet baxxi taż-żejt;

B.

billi ċerti Stati Membri jiffaċċjaw il-problema persistenti ta' rati ta' tkabbir baxxi ħafna;

C.

billi t-tkabbir ekonomiku globali qed jonqos, fil-kuntest ta' taqlib globali ekonomiku u finanzjarju f'bosta ekonomiji emerġenti ġodda, li jirriżulta fi sfidi strateġiċi li l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha taġġusta b'mod xieraq;

D.

billi l-Ewropa għadha qed tiffaċċja diskrepanza importanti fl-investiment, u dan idgħajjef b'mod sinifikanti l-potenzjal tat-tkabbir fit-tul tal-UE, filwaqt li s-surplus fil-kont kurrenti taż-żona tal-euro qed jiżdied; billi d-dejn pubbliku u privat għadu għoli f'ħafna pajjiżi, anke jekk id-defiċits fil-kontijiet kurrenti tnaqqsu; billi diversi Stati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw riformi strutturali sinifikanti;

E.

billi minkejja li diversi Stati Membri esperjenzaw tnaqqis sinifikanti tad-defiċits fil-kont kurrenti tagħhom u t-tnaqqis tal-kostijiet ta' unità produttiva, id-dejn nett estern bħala perċentwali tal-PDG ma naqasx fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;

F.

billi r-rata tal-impjiegi qed titjieb iżda għada mhux biżżejjed biex il-qgħad, speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, kif ukoll il-faqar, jitnaqqsu b'mod sinifikanti;

G.

billi l-Ewropa hija ż-żona ekonomika li hija l-aktar dipendenti fuq riżorsi importati, b'paragun mal-kompetitturi tagħha; billi l-bini ta' ekonomija verament ċirkolari fl-Ewropa huwa għalhekk prerekwiżit għat-tkabbir ekonomiku futur;

H.

billi l-kriżi tal-2008 ma kinitx biss ta' natura ċiklika iżda wkoll ta' natura strutturali, li tispjega l-effetti dejjiema tagħha;

I.

billi l-moviment liberu tal-persuni, l-oġġetti, is-servizzi u l-kapital huwa l-pedament tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-Suq Uniku tal-Unjoni Ewropea;

J.

billi l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa kkaġunaw it-telf ta' biljuni ta' euro fi dħul potenzjali għall-finanzi pubbliċi ta' bosta Stati Membri, għall-benefiċċju tal-korporazzjonijiet kbar, fejn dgħajfu l-bażi għal solidarjetà bejn il-pajjiżi u l-kompetizzjoni ġusta bejn l-intrapriżi;

Taħlita ta' politika

1.

Jilqa' l-pakkett dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 u t-taħlita ta' politika proposta dwar l-investiment, ir-riforma strutturali u r-responsabbiltà fiskali, bl-għan li tkompli tippromwovi livelli ogħla ta' tkabbir u ssaħħaħ l-irkupru Ewropew u l-konverġenza 'l fuq; jenfasizza li sforzi nazzjonali ewlenin f'termini tal-implimentazzjoni effikaċi ta' riformi strutturali, kif ukoll ta' koordinazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha, huma meħtieġa biex jinkiseb irkupru ekonomiku aktar b'saħħtu u prosperità sostenibbli u kondiviża b'mod mifrux;

2.

Jilqa' t-titjib fil-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari l-proporzjonijiet tad-dejn/PDG li qed jonqsu gradwalment għall-UE u ż-żona tal-ewro, u t-tnaqqis tad-defiċit tal-baġit nominali; jinnota, madankollu, li l-proporzjonijiet tad-dejn pubbliku qed ikomplu jikbru f'diversi Stati Membri bi tkabbir nominali baxx tal-PDG u b'inflazzjoni baxxa, u li l-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv għadha għaddejja fil-każ ta' disa' Stati Membri; jirrimarka li ħafna Stati Membri għandhom spazju fiskali limitat biex jindirizzaw xokkijiet ekonomiċi ġodda possibbli u li koordinazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha għandha għalhekk tiġi kkunsidrata sabiex tappoġġja konsolidazzjoni fiskali mingħajr ma xxekkel it-tkabbir;

3.

Jinnota li l-kompetittività globali tal-Unjoni Ewropea għadha objettiv importanti u jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta' riformi strutturali, investiment fir-R&Ż, effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, innovazzjoni li ttejjeb il-produttività u tnaqqis tal-iżbilanċi makroekonomiċi; fl-istess ħin jikkunsidra li l-prospettiva ekonomika globali li sejra għall-agħar titlob ukoll li tissaħħaħ id-domanda interna sabiex tagħmel l-ekonomija Ewropea aktar reżiljenti; jinsab imħasseb b'mod partikolari dwar possibbiltà ta' tnaqqis fid-domanda globali;

4.

Iqis li l-iżbilanċi makroekonomiċi għandhom ikunu indirizzati permezz ta' sforz ikkoordinat li jinvolvi l-Istati Membri kollha, filwaqt li jibni fuq riformi u investimenti rilevanti; jenfasizza li kull Stat Membru jrid iwettaq ir-responsabbiltajiet individwali tiegħu f'dan il-kuntest; jinnota li s-surpluses għolja fil-kontijiet kurrenti jimplikaw il-possibbiltà ta' domanda interna akbar; jenfasizza li l-livelli għoljin ta' dejn pubbliku u privat jirrappreżentaw dgħufija sinifikanti u li jinħtieġu politiki fiskali responsabbli u tkabbir ogħla biex dawn jitnaqqsu aktar malajr;

5.

Jitlob li jsiru aktar sforzi biex jappoġġjaw l-irkupru u jippromwovu l-konverġenza lejn min ikollu l-aħjar prestazzjoni u jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi, inkluż billi jżidu l-produttività u jsaħħu l-investiment;

6.

Huwa mħeġġeġ minn titjib żgħir fl-indikaturi tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jirrikonoxxi li d-diverġenza bejn l-Istati Membri għadha wiesa', u li l-qgħad għadu għoli b'mod inaċċettabbli; jinnota l-ħtieġa li nibnu fuq titjib reċenti billi nżidu wkoll il-kwalità tal-impjiegi maħluqa u l-produttività tagħhom; jitlob għal sforz akbar biex jiżdied l-investiment fil-ħiliet, is-swieq tax-xogħol isiru aktar inklużivi, jinħolqu impjiegi ta' kwalità u jitnaqqas il-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi fid-dħul u l-ġid, filwaqt li tinżamm id-dixxiplina baġitarja; jenfasizza li l-indikaturi tal-impjieg għandhom jingħataw l-istess status bħall-indikaturi eżistenti, b'tali mod li titħalla tiskatta analiżi fil-fond, sabiex jiġi evitat il jkun hemm approċċ f'żewġ klassijiet, u li għandhom jitqiesu sew fil-politika tal-UE u fil-gwida għall-Istati Membri;

7.

Jilqa' t-tiġdid tal-Linji Gwida Integrati tal-istrateġija Ewropa 2020, u jappella biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Istrateġija Ewropa 2020 biex tiggwida s-Semestru Ewropew, skont l-objettivi tat-Trattat u l-leġiżlazzjoni applikabbli, u jipprevjenu r-rikorrenza tal-kriżi sovrana tad-dejn; jenfasizza l-importanza ta' politiki u strumenti ambizzjużi biex jiżguraw li l-Ewropa tieħu l-akbar vantaġġ mit-tranżizzjonijiet tal-enerġija u diġitali, bis-saħħa wkoll tal-investiment adegwat fir-R&Ż&I u l-ħiliet, biex b'hekk jitnaqqas id-distakk tal-Ewropa fil-konfront tal-kompetituri dinjija tagħha f'termini ta' produttività totali tal-fatturi; iqis li huwa kruċjali li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi ekonomiċi li jaġixxu bħala ostakolu għat-tkabbir ekonomiku fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza r-riformi fiskali ambjentali f'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, ukoll fil-kuntest tar-responsabbiltà fiskali; jappella għal monitoraġġ konsistenti u olistiku tal-konverġenza lejn dawk bl-aħjar prestazzjoni fir-rigward tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Investiment

8.

Jitlob li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jjintuża kemm jista' jkun biex jappoġġja proġetti strateġiċi mhux iffinanzjati mod ieħor, f'konformità mal-mandat tiegħu; jistieden lill-Istati Membri u l-FEIS jinvolvu mill-qrib lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta' proġetti ppjanati u pjattaformi ta' investiment, bl-għajnuna taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment; jenfasizza wkoll l-importanza li jinkisbu sinerġiji bejn il-FEIS u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-potenzjal sħiħ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u f'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex jintensifikaw il-koeżjoni u jimmitigaw id-diverġenza fis-Suq Uniku billi jippermettu lir-reġjuni kollha jiżviluppaw il-vantaġġi kompetittivi tagħhom u jiffaċilitaw l-investiment privat addizzjonali; iqis li dawn l-investimenti għandhom iservu ta' politika industrijali konsistenti u għandhom jinvolvu fokus partikolari fuq il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, speċjalment għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa għal kapaċità amministrattiva adegwata, rwol attiv għar-reġjuni u koordinazzjoni aħjar fil-livelli kollha ta' gvern u bejniethom; jitlob li titqies aktar azzjoni ta' politika possibbli biex jitnaqqas id-distakk fl-investiment fl-UE;

10.

Huwa konxju dwar il-proċess ta' tneħħija ta' lieva fis-settur privat; jenfasizza li r-rata tal-investiment tal-Ewropa hija ferm taħt il-perjodu ta' qabel il-kriżi; jindika, f'dan il-kuntest, l-importanza li tiġi implimentata b'mod rapidu l-unjoni bankarja u r-riforma strutturali tal-banek, kif ukoll l-importanza li tingħata spinta lill-investimenti tal-ekwità fl-SMEs bis-saħħa ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali; jappella sabiex ikun hemm użu massimu tal-FEIS u l-COSME biex itejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi; iqis li prevedibbiltà regolatorja akbar fis-Suq Uniku tista' ssaħħaħ il-fiduċja tal-investituri;

11.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' investiment akbar fil-kapital uman, l-aktar fl-edukazzjoni u fl-innovazzjoni, anke fil-kuntest tar-riformi tas-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu s-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali, tat-taħriġ vokazzjonali u tat-tagħlim tul il-ħajja u li dawn jiġu adattati għad-domandi l-ġodda għall-ħiliet u l-għarfien tas-suq tax-xogħol tal-UE; jissottolinja li dan kollu se jippermetti l-innovazzjoni bħala mutur ewlieni tat-tkabbir, il-produttività u l-kompetittività; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, biex itejbu l-produttività tal-investimenti pubbliċi;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-profili ta' investiment speċifiċi għall-pajjiżi li jidentifikaw xi wħud mill-isfidi prinċipali għall-investiment fl-Istati Membri individwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu l-livelli kollha ta' gvern u l-partijiet interessati rilevanti fl-identifikazzjoni ta' ostakli għall-investimenti, u jiffokaw b'mod partikolari fuq is-suq intern, id-domanda interna baxxa u r-riformi strutturali, kif ukoll li jsiru disponibbli strumenti adegwati li jlaqqgħu flimkien il-finanzjament pubbliku u dak privat; jindika l-importanza ta' livelli għolja ta' investiment produttiv għal proċess ta' rkupru ekonomiku sostenibbli bejn l-Istati Membri; jinnota li bilanċ xieraq bejn in-nefqa kurrenti, is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi u l-investiment fil-potenzjal tat-tkabbir ekonomiku jeħtieġ li jinstab f'kull pajjiż, u li s-Suq Uniku u l-istrumenti Ewropej bħall-FEIS u l-FSIE għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-appoġġ ta' livell tajjeb ta' investiment; jenfasizza li l-investiment pubbliku baxx fir-riċerka u fl-innovazzjoni f'diversi pajjiżi jista' jkompli jankrahom f'nassa ta' dħul medju;

Riformi strutturali

13.

Iqis li, wara perjodu twil ta' aġġustament makroekonomiku, għandha ssir enfasi fuq it-twettiq ta' riformi strutturali u investimenti bl-għan li jsaħħu l-potenzjal ta' tkabbir ibbażat fuq impjiegi ta' kwalità u produttività, li jiġu promossi sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti, b'saħħithom, effiċjenti u fiskalment sostenibbli, u li titrawwem tranżizzjoni sostenibbli tal-ekonomiji tal-Istati Membri lejn aktar effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

14.

Jitlob għal riformi sostenibbli fis-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, kif ukoll fir-rigward tal-iskemi ta' pensjoni, u għal regolamentazzjoni aħjar, li tippromwovi l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tisħiħ tal-protezzjoni soċjali, il-kompetizzjoni ġusta mingħajr ma tiddgħajjef il-protezzjoni tal-konsumatur;

15.

Jenfasizza l-importanza ta' aktar effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija, inkluż permezz tal-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari; jissottolinja l-importanza li tiġi żviluppata aktar Unjoni tal-Enerġija reali, ibbażata fuq is-solidarjetà, l-effiċjenza u d-diversità u mingħajr ma tinjora s-sorsi ta' enerġija indiġeni, inkluż l-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dawn l-elementi ta' tħassib fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fejn huma l-aktar rilevanti għall-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli;

16.

Iħeġġeġ li jittieħdu aktar inizjattivi biex jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità u l-ħolqien ta' swieq tax-xogħol reżiljenti u b'segmentazzjoni mnaqqsa; jenfasizza l-importanza ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali sostenibbli u effikaċi; ifakkar li fattur importanti biex tinżamm is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet huwa li tiġi żgurata rata ta' impjieg għolja;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' amministrazzjoni pubblika moderna, effiċjenti, demokratika u favur iċ-ċittadini fil-livelli kollha tal-gvern, kif ukoll għal regoli tal-akkwist pubbliku effiċjenti u trasparenti; jenfasizza l-importanza li jittieħdu passi ulterjuri lejn amministrazzjoni elettronika vera fl-Istati Membri u fosthom; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw u jikkoreġu n-nuqqasijiet fl-amministrazzjonijiet rispettivi tagħhom, li jistgħu jkunu detrimentali f'sitwazzjonijiet ta' kriżi;

18.

Jitlob li d-dħul fiskali jitnaqqas mis-sorsi tax-xogħol billi jiżdied dak minn sorsi oħra, li għandu jiġi deċiż fil-livell nazzjonali, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali;

19.

Jieħu nota tal-proposta għal Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali, imfassal biex isaħħaħ l-implimentazzjoni ta' riformi favur it-tkabbir fl-Istati Membri, li għandu jiġi deċiż taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; itenni li l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali;

Responsabbiltà fiskali

20.

Itenni l-ħtieġa għal politiki fiskali responsabbli u li jiffavorixxu t-tkabbir, li jiżguraw is-sostenibbiltà tad-dejn u li jqisu ċ-ċiklu ekonomiku u l-lakuni fl-investiment, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw id-drittijiet soċjali taċ-ċittadini; ifakkar li d-dejn għoli ħafna ta' xi Stati Membri jikkostitwixxi riskju sostanzjali f'każ ta' xokkijiet futuri possibbli fi ħdan iż-żona tal-euro; jenfasizza li l-isforzi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-finanzi pubbliċi u biex tingħata spinta lit-tkabbir se jeħtieġu li jiġu intensifikati f'pajjiżi bi proporzjonijiet għolja ta' dejn/PDG, sabiex dawn jitpoġġew fi triq sostenibbli ta' tnaqqis;

21.

Jinsisti dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, filwaqt li jsir użu sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 (COM(2015)0012), inter alia sabiex jappoġġja investiment u riformi strutturali akbar, kif ukoll biex jiġi indirizzat it-theddid għas-sigurtà u l-flussi ta' refuġjati;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tat-taxxi, li jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, li tissaħħaħ l-azzjoni kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u r-rifuġji fiskali, kif ukoll għal koordinazzjoni mtejba tal-politika tat-taxxa fi ħdan l-UE; jitlob għal sistemi fiskali li huma effikaċi u trasparenti sabiex jiżdied il-ġbir tat-taxxa, jipprevenju l-evitar tat-taxxa u jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana għandu jkollhom biżżejjed riżorsi umani, materjali u finanzjarji;

23.

Jappoġġja sforzi razzjonali u speċifiċi għall-pajjiż maħsuba biex itejbu l-kwalità, l-effiċjenza u l-karattru li jiffavorixxi t-tkabbir tan-nefqa pubblika, b'mod partikolari billi l-infiq mhux produttiv jiġi minflok użat għal investimenti li jsaħħu t-tkabbir, iżda mingħajr ma jipperikolaw il-provvista essenzjali ta' servizzi pubbliċi u soċjali;

Enfasi speċifika fuq iż-żona tal-euro

24.

Jilqa' r-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro, proposta mill-Kummissjoni sitt xhur qabel ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, bħala pass lejn l-approfondiment tal-koordinazzjoni tal-politika fis-segwitu għar-Rapport tal-Ħames Presidenti u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew;

25.

Jenfasizza li, minħabba l-livell għoli ta' interdipendenza tagħha u l-uniċità tal-politika monetarja tagħha, iż-żona tal-euro hija entità ekonomika fejn il-konverġenza lejn min ikollu l-aħjar prestazzjoni għandha tiġi promossa u appoġġata minn koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politiki nazzjonali; jenfasizza l-importanza ta' azzjoni msaħħa mill-gvernijiet nazzjonali kollha biex fl-Istati Membri tagħhom jimplimentaw ir-riformi ekonomiċi u l-investimenti meħtieġa biex inaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi u biex jevitaw effetti konsegwenzjali negattivi tal-politiki nazzjonali fi Stati Membri oħra; għalhekk, jitlob li ssir valutazzjoni fil-fond ta' dawn l-iżbilanċi makroekonomiċi u l-effetti konsegwenzjali li tikkomplementa l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet speċifiċi ta' kull pajjiż u d-Djalogu Makroekonomiku; jinsisti fuq koerenza sħiħa bejn ir-rakkomandazzjoni taż-żona tal-euro u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

26.

Jilqa' l-fatt li qed tingħata attenzjoni akbar lill-pożizzjoni fiskali aggregata taż-żona tal-euro, li ma tiddevjax l-attenzjoni minn fuq ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri individwali; ifakkar li, sa fejn hija kkonċernata l-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv, defiċit fiskali fi Stat Membru ma jistax jiġi kkumpensat b'surplus fiskali fi Stat Membru ieħor; jappella għal monitoraġġ regolari ta' jekk il-pożizzjoni fiskali aggregata hijiex xierqa fid-dawl tad-diskrepanza eżistenti fl-investiment;

27.

Jappoġġa r-rakkomandazzjoni li jiġu differenzjati l-isforz fiskali minn Stati Membri individwali, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom vis-à-vis r-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u l-ħtiġijiet ta' stabbilizzazzjoni, kif ukoll l-effetti konsegwenzjali; jinnota li għal ħafna Stati Membri dan jimplika l-kisba ta' konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir; jinnota, min-naħa l-oħra, li xi pajjiżi qed ikollhom dejjem aktar spazju fiskali vis-à-vis r-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li jista' jintuża f'dan l-istadju biex jappoġġa l-ekonomija domestika;

28.

Jinnota li, filwaqt li s-surplus għoli ta' kontijiet kurrenti taż-żona tal-euro huwa sinjal pożittiv tal-kompetittività esterna taż-żona tal-euro, il-livell attwali tiegħu jirrifletti wkoll in-nuqqas ta' investiment intern, b'effetti negattivi fuq it-tkabbir u l-impjiegi; iqis li domanda domestika aktar qawwija tkun aħjar għat-tkabbir sostenibbli taż-żona tal-euro, kif ukoll minn perspettiva globali; huwa konxju li s-surplus ta' kontijiet kurrenti ta' xi Stati Membri jimxi id f'id ma' effetti konsegwenzjali pożittivi tul il-katina tal-valur, u dan jista' jkun ta' benefiċċju għal xi Stati Membri oħra f'diversi modi; jirrikonoxxi wkoll ir-rwol tal-munita unika li tgħin lil pajjiżi aktar kompetittivi jżommu surpluses għoljin vis-à-vis l-bqija tad-dinja; jilqa' s-sejba, fit-tbassir tax-xitwa 2016 tal-Kummissjoni, li fl-2015 it-tkabbir ekonomiku f'xi Stati Membri kien xprunat l-aktar mid-domanda domestika; iqis li huwa importanti li l-Istati Membri b'surpluses ogħla ta' kontijiet kurrenti jkomplu jespandu d-domanda domestika tagħhom għall-benefiċċju tagħhom stess u għall-benefiċċju ġenerali; fl-istess ħin jistieden lill-Istati Membri inqas kompetittivi jimplimentaw b'mod effettiv riformi strutturali u investimenti ta' kwalità għolja sabiex jimmodernizzaw l-ekonomiji tagħhom u jistabbilixxu ambjent kummerċjali sostenibbli għal investiment fit-tul b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020; iqis li dan huwa l-aħjar mod biex jitnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri, pjuttost milli d-devalwazzjoni interna li tnaqqas id-domanda u tnaqqas it-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li titħeġġeġ konverġenza ekonomika u soċjali reali xprunata minn titjib fil-produttività u fatturi mhux marbuta mal-kostijiet; jissottolinja l-importanza li l-Istati Membri kollha jimplimentaw riformi strutturali b'mod effettiv, itejbu l-kwalità tan-nefqa pubblika u jkollhom biżżejjed kapaċità ta' investiment, sabiex jagħmlu possibbli tkabbir bilanċjat u sostenibbli, li huwa kruċjali anke biex jitnaqqas il-proporzjon tad-dejn għall-PDG; jirrikonoxxi li dejn pubbliku u privat għoli jnaqqas b'mod sinifikanti l-kapaċità ta' investiment u b'hekk inaqqas ir-ritmu tat-tkabbir;

30.

Ifakkar li l-iffissar tal-pagi huwa kwistjoni ta' negozjar kollettiv awtonomu, u jistieden lill-atturi rilevanti jiżguraw żviluppi fil-pagi kemm responsabbli kif ukoll favorevoli għat-tkabbir li għandhom jirriflettu żidiet fil-produttività; b'mod partikolari, jistieden lill-atturi rilevanti f'pajjiżi b'defiċits tal-kontijiet kurrenti jew qrib il-bilanċ ikomplu bl-isforzi għat-tisħiħ tal-produttività u ż-żamma tal-kompetittività; fl-istess ħin, jistieden lill-atturi rilevanti f'pajjiżi b'surplus għoli jużaw it-tfaddil eċċessiv biex jappoġġaw id-domanda u l-investiment domestiċi;

31.

Jappella għal miżuri li jevitaw tellieqa sal-qiegħ f'termini ta' tassazzjoni u standards soċjali, li twassal għal żieda fl-inugwaljanzi; ifakkar fil-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività internazzjonali abbażi tal-produttività u l-konverġenza 'l fuq; jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni lil tliet indikaturi relatati mal-impjieg fit-tabella ta' valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u jitlob lill-Kummissjoni tpoġġihom fuq l-istess livell ma' oħrajn; iqis ukoll li analiżi eżistenti tat-tabella ta' valutazzjoni eżistenti tal-indikaturi ewlenin soċjali u tal-impjieg u indikaturi rilevanti tal-effiċjenza fir-riżorsi għandha titqies kif xieraq fil-gwida politika;

32.

Jinnota l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2015 dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u jistieden lill-Kummissjoni tibda tħejji l-miżuri fit-tul mill-aktar fis possibbli;

Semestru Ewropew iżjed effettiv b'kontabilità demokratika iżjed b'saħħitha

33.

Jiddeplora l-implimentazzjoni batuta tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u jemmen li, sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni, jeħtieġ li jiġu identifikati aħjar il-prijoritajiet imfissra b'mod ċar fil-livell Ewropew kif ukoll li jiżdiedu d-dibattitu pubbliku ġenwin, ir-rieda u l-impenn politiku fil-livell nazzjonali, li jwasslu għal rilevanza u sjieda nazzjonali akbar; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żjarat li saru minn membri tal-Kummissjoni lill-Istati Membri sabiex jiddiskutu l-proċess tas-Semestru Ewropew u d-dokumenti tiegħu;

34.

Jitlob li jinstab bilanċ tajjeb bejn li jsiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż iffukati fuq prijoritajiet ewlenin u li jiġi żgurat li dawn jindirizzaw l-isfidi ewlenin kollha, inkluża l-ħtieġa li tiġi evitata r-rikorrenza ta' kriżi tad-dejn sovran, kif ukoll il-ħtieġa li jiżdiedu l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li jitqiesu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;

35.

Jilqa' d-dibattitu fil-plenarja fil-15 ta' Diċembru 2015 mal-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Grupp tal-Euro dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro u jitlob li tali dibattiti fil-plenarja jsiru karatteristika regolari tas-Semestru Ewropew; iqis li tali dibattiti jsaħħu u jikkomplementaw id-djalogu demokratiku eżistenti, partikolarment id-djalogu ekonomiku, u dan jgħin biex tiżdied ir-responsabbiltà tal-eżekuttiv;

36.

Jissottolinja l-fatt li l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa għandu jibqa' l-mument ċentrali meta jiġu definiti l-prijoritajiet politiċi; jilqa' d-diskussjoni mal-Kummissjoni fil-plenarja dwar il-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir qabel u wara l-adozzjoni tiegħu; ifakkar li l-istabbiliment tal-politika ekonomika wara r-rakkomandazzjoni mill-Kunsill lill-Istati Membri huwa att eżekuttiv li jeħtieġ li jkun soġġett għal skrutinju demokratiku u dibattitu mill-Parlament Ewropew; għalhekk, jistieden lill-Kunsill jadotta r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet għaż-żona tal-euro dwar il-pakkett tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir wara li l-Parlament ikun seta' jesprimi fehmtu dwarhom; jafferma d-determinazzjoni tiegħu li jikkunsidra dawn id-dokumenti b'ħeffa u li jieħu pożizzjoni ferm qabel il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa; jilqa' l-istedina estiża lill-Parlament Ewropew biex il-President tiegħu jwassal il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa; jirrimarka, barra minn hekk, li t-Trattat jirrikjedi li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat wara li l-Kunsill ikun adotta rakkomandazzjonijiet, kif ukoll dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali;

37.

Jenfasizza l-importanza li l-parlamenti nazzjonali jiddibattu r-rapporti tal-pajjiżi u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u li jivvutaw dwar programmi nazzjonali ta' riforma, kif ukoll programmi nazzjonali ta' konverġenza jew stabbiltà; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lis-sħab soċjali, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra b'mod strutturat, billi jittieħed vantaġġ mill-pubblikazzjoni bikrija tar-rapporti tal-pajjiż; jenfasizza r-rwol insostitwibbli tas-sħab soċjali fl-iffissar tal-pagi u r-rwol vitali li għandhom jiżvolġu f'diskussjonijiet ekonomiċi usa', b'mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-produttività; jappella, barra minn hekk, għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha mill-parlamenti nazzjonali mal-Parlament Ewropew;

38.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tvara negozjati dwar ftehim interistituzzjonali dwar il-governanza ekonomika; jinsisti li dan il-FII għandu jiżgura li, fi ħdan il-qafas tat-Trattati, l-istruttura tas-Semestru Ewropew tippermetti skrutinju parlamentari sinifikanti u regolari tal-proċess, b'mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u tar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro;

Politiki baġitarji

39.

Jiddeplora l-fatt li ma hemm ebda lieva sodisfaċenti disponibbli, meta jitqies id-daqs modest tal-baġit tal-UE, u jiddispjaċih li huwa impossibbli li tkun modifikata s-sistema tar-riżorsi proprji, u li t-tbassir ekonomiku, il-prijoritajiet tal-politika ekonomika u l-proċeduri baġitarji annwali u pluriennali ma għandhom l-ebda koerenza bejniethom;

40.

Jirrimarka li l-baġit tal-UE jgħin direttament biex jintlaħqu tnejn mit-tliet objettivi stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (il-varar mill-ġdid tal-investiment, il-ħidma għal riformi strutturali, u l-implimentazzjoni responsabbli u onesta ta' politiki fiskali li jkunu proporzjonati ma' impenji politiċi ddikjarati); jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li l-fondi tal-UE jintużaw għall-assistenza teknika bħala appoġġ għar-riformi strutturali;

41.

Jikkunsidra li l-baġit tal-UE jista' jgħin biex itaffi l-piż fuq il-baġits nazzjonali u jsaħħaħ l-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali billi jipprovdi riżorsi proprji kif ukoll jirrazzjonalizza n-nefqa; huwa konvint li forom aktar mifruxa ta' ġestjoni tal-fondi pubbliċi fil-livell tal-UE jagħmluha possibbli li jinkisbu ekonomiji ta' skala u b'hekk jitnaqqas l-infiq, pereżempju fl-oqsma diplomatiċi u militari, filwaqt li ma jitqajmux dubji dwar il-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, b'mod partikolari għall-Fondi Strutturali;

42.

Jenfasizza li huwa illegali li l-baġit tal-UE jkun f'defiċit; jinnota li l-Istati Membri qed jagħmlu l-baġit tal-UE fattur varjabbli ta' aġġustament tal-baġits nazzjonali;

43.

Jenfasizza li integrazzjoni akbar fiż-żona tal-euro hija indispensabbli sabiex tiġi kkompletata l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), u li l-unjoni baġitarja hija fundamentali għat-tħaddim tajjeb tal-euro;

44.

Jitlob, fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar iż-żona tal-euro u l-kapaċità baġitarja tagħha, li jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-kapaċità baġitarja taż-żona tal-euro, li se jitħejja matul l-2016;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq ir-rieżami tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) previst fil-ftehim politiku milħuq bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill f'Ġunju 2013; jirrimarka li l-kriżi finanzjarja u umanitarja li laqtet lill-UE bejn l-2009 u l-2014 enfasizzat l-inadegwatezza tal-QFP attwali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa għal riforma komprensiva tal-programmazzjoni finanzjarja tal-UE li tqis kif xieraq l-objettivi u l-finanzjament u d-durata tal-istrumenti disponibbli;

Politiki dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

46.

Jenfasizza li, jekk ir-riforma tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u l-pjan ta' azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari għandhom imexxu 'l quddiem it-tranżizzjoni tal-ekonomija Ewropea lejn mudell ċirkolari, huwa essenzjali li, f'dan is-sens, jiġu integrati r-rakkomandazzjonijiet fil-proċess tas-Semestru Ewropew biex tingħata spinta lill-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u jiġi ġġenerat tkabbir sostenibbli; jirrakkomanda li l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari għandhom jiġu integrati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

47.

Itenni l-ħtieġa ta' qafas fiskali li jippremja l-iżvilupp ta' politiki sostenibbli u jkun konformi mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, filwaqt li jipprovdi s-sinjali xierqa għall-investiment fl-effiċjenza fir-riżorsi, il-modernizzazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni u l-manifatturar ta' prodotti li jissewwew aktar u li jservu aktar; itenni l-ħtieġa li jitneħħew gradwalment is-sussidji li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, inklużi l-fjuwils fossili, u li t-taxxi jinbidlu minn dawk fuq ix-xogħol għal dawk fuq it-tniġġis ambjentali;

48.

Iqis li huwa importanti li jiġu vvalutati l-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fil-qafas tas-Semestru Ewropew u jappoġġa bidla lejn approċċ imsejjes fuq l-eżiti kif ukoll l-attenzjoni mogħtija lill-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet ikkonċernati kollha, tiżviluppa għodod biex tissorvelja r-riżultati tas-saħħa, tkejjel l-aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u tinkoraġġixxi trasparenza tal-ispejjeż tar-riċerka medika bl-għan li jitnaqqsu d-diverġenzi soċjali u l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bejn u fi ħdan l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, l-impatti fiskali u fit-tul fuq is-saħħa ta' miżuri mmirati lejn programmi ta' prevenzjoni;

49.

Jenfasizza l-importanza tas-sostenibbiltà tas-settur tal-kura tas-saħħa, li għandu rwol importanti fl-ekonomija ġenerali peress li jirrappreżenta 8 % tal-forza tax-xogħol Ewropea totali u 10 % tal-PDG fl-UE, kif ukoll li jkun kapaċi jipprovdi aċċess ugwali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini kollha, peress li s-saħħa hija fattur essenzjali għall-istabbiltà, is-sostenibbiltà u l-iżvilupp ulterjuri tal-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom;

Politiki reġjonali

50.

Jinnota s-sinifikat tal-investiment tal-UE għal reġjuni anqas żviluppati u l-importanza li tiġi żgurata l-kapaċità tagħha li tattira aktar investiment, u b'hekk tippromwovi koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

51.

Jinnota r-rabtiet bejn l-objettivi tal-proċess tas-Semestru Ewropew u l-programmazzjoni tal-Fondi SIE għall-2014-2020, riflessi fil-Ftehimiet ta' Sħubija; iqis għalhekk li, wara r-riforma tal-2014-2020, l-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni jista' jkollhom rwol importanti ħafna fl-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti, u b'hekk jappoġġaw riformi strutturali u jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri strateġiċi tal-UE u għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehimiet ta' Sħubija; jissottolinja, madankollu, in-natura pluriennali u fit-tul tal-programmi u l-objettivi taħt il-Fondi SIE b'kuntrast maċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew, u l-ħtieġa ta' koordinazzjoni bejn il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea, il-ħtiġijiet nazzjonali, il-ħtiġijiet reġjonali u l-ħtiġijiet lokali;

o

o o

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(4)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(5)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(6)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(8)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(9)  ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27.

(10)  ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28.

(11)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2015)0238.

(13)  Testi adottati, P8_TA(2015)0408.

(14)  Testi adottati, P8_TA(2015)0469.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/93


P8_TA(2016)0059

Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2330(INI))

(2018/C 035/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 145, 148, 152 u 153(5) TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 174 TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 TFUE, li jiddefinixxi status speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 – Tisħiħ tal-irkupru u trawwim tal-konverġenza” (COM(2015)0690),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2016” (COM(2015)0691),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2015)0692),

wara li kkunsidra l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2015 li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (COM(2015)0700),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida tal-politiki tal-Istati Membri għall-impjiegi (COM(2015)0098), u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Lulju 2015 dwarha (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu “L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir” (COM(2015)0012),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 bit-titolu “Pjan ta' Investiment għall-Ewropa” (COM(2014)0903),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2014 dwar Sistemi tas-Saħħa Effettivi, Aċċessibbli u Reżiljenti (COM(2014)0215),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu “It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja” (COM(2013)0690),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (COM(2013)0083),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-Investiment fit-Tfal: Niksru ċ-Ċiklu tal-Iżvantaġġ) (C(2013)0778),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (COM(2011)0933),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2011 dwarha (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 u l-impenn strateġiku sussegwenti għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019, li jirreferu speċifikament għall-impjieg u l-indipendenza ekonomika tan-nisa,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 bit-titolu “L-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa (13414/15),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2014 tal-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali bit-titolu “Protezzjoni soċjali adegwata għal ħtiġijiet ta' kura fit-tul f'soċjetà li qed tixjieħ”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 (4),

wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali O-000121/2015 – B8-1102/2015 lill-Kunsill u r-riżoluzzjoni relatata tiegħu tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar “L-Intraprenditorija Soċjali u l-Innovazzjoni Soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad” (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 bit-titolu “Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015” (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar impjiegi u aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 dwar l-impjieg taż-żgħażagħ (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 bit-titolu “L-Unjoni Ewropea kif tista' tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent ospitabbli biex l-intrapriżi, in-negozji u n-negozji ġodda joħolqu l-impjiegi?” (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar Strateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' xogħol mhux iddikjarat (13),

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tar-rapport tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (Settembru 2015),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni” (14),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Eurostat ta' April 2015 dwar il-qgħad fir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-eżami trimestrali dwar l-Impjiegi u s-Sitwazzjoni Soċjali fl-UE ta' Marzu 2015 (15),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-OECD tad-9 ta' Diċembru 2014“Tendenzi fl-Inugwaljanza tal-Introjtu u l-Impatt tagħha fuq it-Tkabbir Ekonomiku”,

wara li kkunsidra l-ħames edizzjoni u s-sitt edizzjoni tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (2010 u 2015) (16),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-16 ta' Frar 2016 dwar ir-rwol tas-sħab soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-17 ta' Ġunju 2014 dwar “Changes to wage-setting mechanisms in the context of the crisis and the EU's new economic governance regime”,

wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew tal-2016,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0031/2016),

A.

billi r-rata tal-qgħad ilha tonqos bil-mod mit-tieni nofs tal-2013, iżda mhux b'mod sinifikanti biżżejjed biex trażżan il-qgħad u l-faqar, minkejja ċerti politiki makroekonomiċi ta' appoġġ u riformi strutturali; billi madankollu r-rata tal-qgħad għadha għolja wisq f'ħafna Stati Membri, u attwalment tolqot 9,9 % taċ-ċittadini attivi, jiġifieri 23 miljun Ewropew, li madwar nofshom huma qiegħda fit-tul, b'ċifra ta' aktar minn 10 % fiż-żona tal-euro, u dan kollu għadu ogħla miċ-ċifri tal-2008; billi dan jenfasizza li huwa essenzjali li jitqiesu ċ-ċirkostanzi makroekonomiċi speċifiċi u l-ħtieġa għal aktar riformi strutturali li jkunu soċjalment ġusti, u li l-impatt soċjali tagħhom għandu jiġi vvalutat qabel ma jidħlu fis-seħħ;

B.

billi l-irkupru ekonomiku issa daħal fit-tielet sena tiegħu, bi previżjoni ta' żieda ta' 2 % għall-UE28 fl-2016 u ta' 1,8 % fiż-żona tal-euro, iżda għadu irregolari fost u fi ħdan l-Istati Membri u parzjalment jitmexxa minn fatturi temporanji, bħat-tnaqqis kontinwu fil-prezzijiet tal-enerġija, li jikkontribwixxi għaż-żieda fil-kapaċità ta' nfiq, f'każijiet fejn dan ikollu impatt fuq l-ekonomija reali; billi dan juri li l-UE tista' tagħmel iktar biex issaħħaħ l-irkupru ekonomiku u soċjali, sabiex b'hekk ikun aktar sostenibbli fuq terminu ta' żmien medju, speċjalment fis-sitwazzjoni attwali ta' inċertezza fl-ekonomija globali;

C.

billi l-konsolidazzjoni fiskali fl-UE28 qed titjieb, bi tnaqqis tad-defiċit tal-baġit ġenerali minn 4,5 % fl-2011 għal 2,5 % fl-2015;

D.

billi, kif iddikjarat mill-Kummissjoni Ewropea (17), id-diverġenzi rigward l-impjiegi u d-diverġenzi soċjali fi ħdan u fost l-Istati Membri għadhom qed jippersistu u l-iżviluppi soċjali għadhom juru diverġenza ulterjuri madwar l-UE li qed ixxekkel it-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni; billi s-soċjetajiet li huma kkaratterizzati minn livell għoli ta' ugwaljanza u investiment fin-nies għandhom prestazzjoni aħjar fir-rigward tar-reżiljenza tat-tkabbir u tal-impjiegi.

E.

billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-livell tal-UE hija ta' 22,6 %, u fl-2014 il-proporzjon taż-żgħażagħ li ma kinux fl-edukazzjoni, f'impjieg jew f'taħriġ (NEETs) kien ta' 12,3 %, u b'hekk dan il-grupp jinsab f'riskju ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol, u dan iwassal għal telf ta' ħiliet u kapital uman; billi dan jikkontribwixxi għal nuqqas ta' awtonomija individwali u jipperikola l-integrazzjoni soċjali; billi r-responsabilità primarja għall-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tinsab f'idejn l-Istati Membri f'termini tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-oqfsa regolatorji tas-suq tax-xogħol, is-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol;

F.

billi fl-2014, ir-rata tal-impjieg fl-UE28 żdiedet b'0,8 % filwaqt li dik fiż-żona tal-euro żdiedet b'0,4 %, u billi hemm differenzi konsiderevoli bejn il-prestazzjonijiet tal-Istati Membri, fejn ħamsa minnhom naqqsu r-rati tal-impjieg tagħhom mill-inqas b'ħames punti perċentwali bejn l-2009 u l-2014; billi fl-2014 in-numru ta' persuni li jaħdmu għal rashom żdied b'madwar l-istess rata bħall-impjieg u mill-2013 iż-żieda fl-għadd totali ta' impjiegi kienet prinċipalment xprunata minn żieda fil-kuntratti temporanji, għalkemm dan ivarja ħafna fost l-Istati Membri; billi l-livell tal-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tiegħu jvarjaw bejn il-pajjiżi Ewropej; billi ħafna żgħażagħ jew japplikaw għal studji postuniversitarji addizzjonali fi sforz li jevitaw il-qgħad jew inkella jitilqu minn pajjiżhom biex ifittxu impjieg fi Stati Membri oħra; billi dawn iż-żewġ każijiet mhumiex inklużi fl-statistika nazzjonali dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ;

G.

billi r-rata tal-impjieg tan-nisa (63,5 % f'Mejju 2015) għadha ferm taħt il-mira ewlenija ta' 75 % tal-Ewropa 2020, u r-rata ta' impjieg part-time tan-nisa għadha għolja, b'32,2 % apparagun tar-rata ta' 8,8 % għall-irġiel, anki jekk wieħed jikkunsidra l-bżonnijiet u l-għażliet ħielsa individwali; billi, iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tista' tgħin biex jitnaqqsu dawn id-differenzi u biex jiġi indirizzat ir-riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali tan-nisa;

H.

billi t-telf ta' kapital uman minħabba l-qgħad huwa kbir u billi l-kost totali tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ġie stmat li jammonta għal EUR 153 biljun kull sena (18); billi, apparti l-effetti finanzjarji u soċjali tagħhom, il-qgħad, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul jaffettwaw b'mod negattiv il-konverġenza soċjali u finalment jispiċċaw biex ixekklu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli;

I.

billi fl-2014 madwar 5 % tal-forza tax-xogħol fl-UE28 kienu ilhom qiegħda għal aktar minn sena, u 3,1 % għal aktar minn sentejn; billi nofs il-ħaddiema ta' bejn l-età ta' 55 u 65 biss għandhom xogħol u l-qgħad fit-tul huwa partikolarment prevalenti fost dawk iktar żgħażagħ u dawk akbar fl-età; billi d-diskriminazzjoni kontra l-persuni li jkunu qiegħda fit-tul u jkunu qed ifittxu xogħol sfortunatament hija komuni ħafna; billi tali prattiki huma bbażati fuq l-istigma psikoloġika assoċjata mal-qgħad, u l-impjegaturi jistgħu jipperċepixxu l-applikanti mdaħħla fiż-żmien mingħajr impjieg bħala inqas kompetenti u inqas impjegabbli minn individwi impjegati; billi hemm ħtieġa li l-impjegaturi jħarrġu l-maniġers tar-riżorsi umani biex jegħlbu l-preġudizzji possibbli kontra l-ħaddiema qiegħda u l-ħaddiema ikbar fl-età u biex jiffukaw fuq il-kwalifiki u l-esperjenza iktar milli fuq l-istatus tal-impjieg attwali;

J.

billi madwar 20 % taċ-ċittadini attivi fl-UE għandhom biss ħiliet bażiċi u 40 % tal-popolazzjoni tal-UE tista' titqies li m'għandhiex biżżejjed ħiliet diġitali; billi, minkejja d-diffikultajiet iffaċċati minn ħafna nies, inklużi ż-żgħażagħ, sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol, hemm madwar 2 miljun post tax-xogħol vakanti fl-UE, li minnhom madwar 900 000 huma fis-settur diġitali, u 39 % tal-kumpaniji għad għandhom diffikultajiet biex isibu persunal bil-ħiliet meħtieġa, għalkemm ir-riċerka turi li l-kumpaniji li ma jistgħux isibu ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa ħafna drabi jkunu dawk li ma jkunux lesti joffru kuntratti fit-tul; billi, fl-2012, wieħed minn kull tliet Ewropej la kienu kwalifikati żżejjed u lanqas mhux kwalifikati biżżejjed għal xogħolhom; billi l-livelli edukattivi baxxi u d-disparità bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol huma fost il-kawżi ewlenin għalfejn iż-żgħażagħ isiru NEETs, u dan jaffettwa t-tkabbir b'mod negattiv; billi huwa essenzjali li jiġu identifikati l-għeruq tal-problema tat-tluq bikri mill-iskola u jagħti pariri lill-Istati Membri biex jirkupraw l-infiq fl-edukazzjoni f'livelli li jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ewropa 2020;

K.

billi x-xogħol mhux iddikjarat iċaħħad lill-ħaddiema mid-drittijiet soċjali u tax-xogħol tagħhom, irawwem id-dumping soċjali, u għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba li jwassal għal telf ta' dħul mit-taxxa u mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u dan jipproduċi effetti negattivi fuq l-impjieg, il-produttività u l-kwalità tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja, u jmur ukoll kontra sistema effiċjenti u effettiva tad-drittijiet tal-pensjoni, inter alia peress li jżid id-distakk fil-pensjonijiet, u jaffettwa wkoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa f'xi Stati Membri; billi hemm il-ħtieġa għal aktar sforzi biex ix-xogħol mhux iddikjarat jinbidel f'xogħol iddikjarat;

L.

billi għalkemm forom atipiċi jew mhux standard tal-impjieg fihom infushom ma jikkostitwixxux xogħol prekarju, huwa aktar probabbli li jinsabu fejn il-kuntratti ta' din in-natura japplikaw, għalkemm dawn il-kuntratti jammontaw għal minoranza tar-relazzjonijiet tal-impjieg eżistenti (19); billi n-nuqqas ta' sigurtà huwa element ieħor ta' prekarjetà, li jinkludi l-inċertezza tax-xogħol, id-dħul insuffiċjenti, in-nuqqas ta' protezzjoni kontra s-sensji, u tul mhux magħruf tal-impjieg; billi kien hemm żieda inkwetanti ta' kuntratti ta' dan it-tip f'ċerti Stati Membri; billi sabiex jiġi evitat l-użu mhux xieraq ta' tali kuntratti, irid jiġi implimentat mekkaniżmu ta' spezzjoni tax-xogħol effiċjenti u effettiv fil-livell nazzjonali; billi huwa importanti li jiġu stimulati l-impjiegi ta' kwalità li jipprovdu dħul u sigurtà ekonomika adegwati għall-familji;

M.

billi waħda mill-ħames miri tal-Ewropa 2020 għandha l-għan li tnaqqas mill-inqas b'20 miljun in-numru ta' persuni fqar u f'esklużjoni soċjali jew f'riskju ta' dan; billi kważi 123 miljun persuna fl-UE huma f'din is-sitwazzjoni; billi fl-2013, 26,5 miljun tifel u tifla fl-UE28 kienu fir-riskju li jispiċċaw f'faqar jew esklużjoni soċjali; billi n-numru ta' Ewropej li jinsabu f'riskju ta' faqar żdied fil-perjodu 2009-2012, iżda s-sitwazzjoni saret iktar stabbli apparagun tan-numri fl-2013 u fl-2014; billi l-problema ta' persuni mingħajr dar żdiedet f'ħafna Stati Membri; billi 32,2 miljun persuna b'diżabilità ta' età iktar minn 16-il sena fl-2012 kienu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali; billi l-miri tal-Ewropa 2020 għadhom ma ntlaħqux u għalhekk hemm bżonn ta' rieżami immedjat tal-istrateġija;

N.

billi l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-UE li għandhom aktar minn 65 sena apparagun tan-numru ta' persuni li għandhom bejn 15 u 64 sena huwa pproġettat li jiżdied minn 27,8 % għal 50,1 % sal-2060, filwaqt li l-proporzjon tad-dipendenza ekonomika totali (20) mistenni li jistabbilizza għal iktar minn 120 % sa nofs id-deċennju li jmiss u mbagħad jiżdied għal aktar minn 140 % sal-2060; billi dawn il-fatturi, kif ukoll bidliet demografiċi oħra, bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-densità tal-popolazzjoni jew it-tixrid tal-popolazzjoni, jenfasizzaw il-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi jintroduċu politiki komprensivi u soċjalment responsabbli bl-għan li tiżdied ir-rata tat-twelid, jiġu ffaċilitati rati għoljin ta' impjiegi ta' kwalità, u tiġi promossa s-suffiċjenza fis-sistemi tas-sigurtà soċjali u t-tixjiħ attiv, jiġu introdotti riformi soċjalment responsabbli fis-suq tax-xogħol u fis-sistemi tal-irtirar u jiġu żgurati s-suffiċjenza u l-adegwatezza tal-ewwel pilastru tal-pensjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u twil;

O.

billi d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi fl-UE għadha sostanzjali, b'40 %, u dan jirrifletti d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tax-xogħol part-time u full-time, kif ukoll id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-karrieri aktar qosra tan-nisa;

P.

billi n-numru li qiegħed jiżdied ta' persuni anzjani dipendenti għandu u se jkollu impatt dejjem akbar fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-kura fit-tul, u l-bżonn ta' riżorsi tal-kura formali u informali; billi s-sistemi tas-sigurtà soċjali attwali ma jikkunsidrawx biżżejjed is-sitwazzjoni tal-persuni li jipprovdu kura informali, li jikkostitwixxu riżorsa kbira għas-soċjetà;

Q.

billi d-dejn pubbliku u privat għadu għoli wisq f'bosta Stati Membri, u dan ixekkel is-saħħa tal-ekonomiji tal-UE; billi r-rati baxxi ta' imgħax fiż-żona tal-euro jistgħu jintużaw sabiex ikabbru l-marġni ta' azzjoni tal-Istati Membri; billi huwa neċessarju li jsir dibattitu fid-dettall dwar l-indirizzar tad-dejn fl-UE;

R.

billi, fid-dawl tat-tendenza attwali, f'dawn l-10 snin sa 15-il sena li ġejjin, 90 % tat-tkabbir dinji se jiġi minn barra l-UE; jemmen, għalhekk, li jeħtieġ li jkomplu jiġu żviluppati u promossi strateġiji favur tkabbir reali u ħolqien tal-impjiegi fl-Istati Membri; billi huwa essenzjali li jiġu implimentati politiki industrijali u tas-suq innovattivi sabiex tiżdied il-kompetittività intra-UE u dik globali u b'hekk tingħata għajnuna biex jinkisbu opportunitajiet ta' impjiegi sostenibbli u soċjalment inklużivi;

S.

billi 20 % tal-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew għandu jintuża biex jindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Istati Membri;

T.

billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) diġà approva 69 proġett fi 18-il pajjiż, u ffirma 56 operazzjoni (b'finanzjament totali taħt dan il-fond li jammonta għal madwar EUR 1,4 biljun), u dan mistenni li jirriżulta f'aktar minn EUR 22 biljun f'investiment u li jinvolvi madwar 71 000 SME; billi hemm bżonn ta' aktar sforz biex jiġi żgurat li jiġi pprovdut finanzjament għal infrastruttura soċjali bħall-kura tat-tfal, bl-għan li jiġu ssodisfati l-impenji ta' Barċellona li ilhom għaddejin għal żmien twil; billi dawn il-proġetti fil-biċċa l-kbira jinvolvu skemi infrastrutturali kbar, filwaqt li l-SMEs u l-mikrointrapriżi normalment jiġu esklużi minn dawn il-fondi minkejja l-importanza tagħhom bħala s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u ġeneratur ta' impjiegi ta' kwalità;

U.

billi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jinkludu 2 miljun negozju (10 % tat-total tal-UE) li jimpjegaw aktar minn 14-il miljun persuna, li jirrappreżenta madwar 6,5 % tal-ħaddiema fl-UE;

V.

billi r-reġjuni ultraperiferiċi qed jiffaċċaw diffikultajiet kbar relatati mal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom li jillimitaw il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir; billi r-rati tal-qgħad f'dawk ir-reġjuni jvarjaw bejn 15 % u 32,4 %;

W.

billi attwalment hemm 6,9 miljun ċittadin tal-UE li jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom għall-moviment liberu u li jgħixu u jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE; billi hemm aktar minn 1,1 miljun ħaddiem transkonfinali jew tal-fruntiera; billi l-moviment liberu tal-persuni huwa fundamentali għat-tisħiħ tal-konverġenza bejn il-pajjiżi Ewropej;

X.

billi l-għadd li dejjem qed jiżdied ta' refuġjati fl-Ewropa jeżiġi solidarjetà u sforzi aktar ibbilanċjati u msaħħa mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali f'termini ta' miżuri ta' integrazzjoni, bħal pereżempju l-għajnuna soċjali b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-ażil u azzjonijiet u strateġiji fuq terminu medju sa twil għall-ilqugħ u l-integrazzjoni tar-refuġjati fis-soċjetà;

Investiment fin-nies

1.

Jenfasizza li l-ħtieġa li jsir investiment fl-iżviluppi soċjali mhijiex biss mezz biex jiġi ggarantit li jistgħu jinkisbu żvilupp ekonomiku sostenibbli inklużiv u konverġenza, iżda trid tkun ukoll mira speċifika fiha nnifisha; jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-indikaturi tal-kwalità tal-impjieg, tal-faqar u tal-inugwaljanza; jilqa' t-talba tal-Kummissjoni għal investiment fis-servizzi bħall-appoġġ għall-akkomdazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-kura tat-tfal, u s-servizzi ta' riabilitazzjoni; jenfasizza li l-koeżjoni ekonomika u soċjali għandha tibqa' l-objettiv primarju tal-politiki kollha tal-UE u li għandhom isiru aktar sforzi biex issir evalwazzjoni aktar kumplessa u oġġettiva bbażata fuq id-diversità u karatteristiċi tal-Istati Membri;

2.

Jilqa' l-fatt li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni (SAT) jenfasizza l-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-ġustizzja soċjali fil-kuntest tal-programmi nazzjonali l-ġodda ta' stabilità u riforma, biż-żieda ta' tliet indikaturi tal-impjieg (ir-rata tal-attività, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul) fil-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku; iħeġġeġ sabiex dawn l-indikaturi jkunu fuq bażi verament ekwa mal-indikaturi eżistenti, biex b'hekk ikunu jistgħu jikkawżaw analiżi profonda fl-Istati Membri rilevanti u jiggarantixxu li l-iżbilanċi interni tagħhom jiġu vvalutati ulterjorment, filwaqt li jiġu proposti u mmonitorjati riformi ekonomiċi u soċjali;

3.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir li poġġiet il-ġustizzja soċjali fil-qalba tal-irkupru ekonomiku Ewropew; jenfasizza l-kisbiet ta' konverġenza tal-UE permezz tal-ħolqien ta' UEM u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni sabiex jagħtu spinta 'l fuq lill-konverġenza soċjali fl-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi u tikkwantifika l-kunċett tagħha ta' ġustizzja soċjali, b'kunsiderazzjoni kemm tal-politiki tal-impjieg kif ukoll dawk soċjali, li għandha tinkiseb permezz tas-SAT 2016 u s-Semestru Ewropew.

4.

Ifakkar li l-impjieg ta' kwalità u inklużiv jikkostitwixxi pilastru essenzjali għall-ġustizzja soċjali, u jippromwovu d-dinjità tal-bniedem għal kulħadd; jemmen li f'dan is-sens il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u l-ġenerazzjoni tat-tkabbir għandhom ikunu fil-qofol tal-politiki tal-Istat Membru u tal-UE, speċjalment għaż-żgħażagħ u għall-“Ġenerazzjoni 55+”, bħala mezz biex jinbnew ekonomiji soċjali aktar sostenibbli fl-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw u jiżviluppaw aktar il-politiki dwar l-impjieg taż-żgħażagħ billi jqabblu dawk il-politiki mal-bżonnijiet reali tas-suq tax-xogħol;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex trawwem, fil-livell tal-Istati Membri, forom ta' kooperazzjoni li jinvolvu lill-gvernijiet, l-intrapriżi, inklużi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, is-servizzi individwalizzati, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, fuq il-bażi tal-iskambju tal-aħjar prattiki u bl-għan li jkun hemm tlaqqigħ aħjar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Istati Membri biex jiġi miġġieled in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u jingħata appoġġ għal aċċess għall-impjieg u ż-żamma tiegħu fis-suq tax-xogħol miftuħ għall-persuni kollha fl-Ewropa, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ doppju; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu bir-reqqa u jagħmlu evalwazzjoni ex ante tar-riformi strutturali kollha fis-sistemi edukattivi nazzjonali, b'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, sabiex jiġi żgurat li l-edukazzjoni tipprovdi l-għodod xierqa liċ-ċittadini; jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu l-kultura tal-intraprenditorija u l-prinċipji tal-ekonomija soċjali fil-programmi edukattivi u ta' taħriġ tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi, fil-livell ta' Stati Membru, strateġija tal-investiment usa' għaċ-ċiklu sħiħ ta' edukazzjoni u taħriġ, li tkopri s-setturi kollha tat-tagħlim tul il-ħajja, it-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u t-tagħlim fuq il-post tax-xogħol, u t-tagħlim formali u mhux formali;

6.

Jinnota li minkejja li l-isforzi fl-edukazzjoni huma ffukati primarjament fuq il-parti żagħżugħa tal-forza tax-xogħol, bosta Stati Membri jeħtieġu enfasi usa' fuq l-edukazzjoni tal-forza tax-xogħol, inkluża l-edukazzjoni għall-adulti u l-opportunitajiet ta' taħriġ vokazzjonali; jenfasizza li jekk ikun hemm investiment insuffiċjenti fl-edukazzjoni, speċjalment fil-ħiliet diġitali, dan joħloq theddida għall-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa u għall-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol tagħha; iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri biex jipprijoritizzaw edukazzjoni wiesgħa fil-ħiliet diġitali; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi, fil-livell ta' Stat Membru, strateġija tal-investiment usa' għaċ-ċiklu sħiħ ta' edukazzjoni u taħriġ, li tkopri s-setturi kollha tat-tagħlim tul il-ħajja, it-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u t-tagħlim fuq il-post tax-xogħol, it-tagħlim doppju u t-tagħlim formali u mhux formali filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li titjieb l-edukazzjoni għall-adulti b'reazzjoni għat-tibdil demografiku b'mod li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Istati Membri jiġu adattati aħjar għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-apprendistati u sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-Erasmus+ li huma disponibbli għall-apprendisti sabiex jiġu ggarantiti l-kwalità u l-attraenza ta' dan it-tip ta' taħriġ;

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fin-nies minn kmieni kemm jista' jkun fiċ-ċiklu tal-ħajja sabiex titnaqqas l-inugwaljanza u titrawwem l-inklużjoni soċjali minn età żgħira; jitlob, għalhekk, aċċess għal servizzi ta' edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li jkunu ta' kwalità, inklużivi u affordabbli (ECEC) għat-tfal kollha fl-Istati Membri kollha;

8.

Ifakkar fl-importanza tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba f'ambjenti ta' tagħlim mhux formali u informali f'termini ta' titjib tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u l-persuni li jkunu qattgħu żmien barra mis-suq tax-xogħol biex jassumu responsabbiltajiet ta' għoti ta' kura; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li tinħoloq sistema ta' validazzjoni għal forom ta' għarfien u esperjenza mhux formali u informali, speċjalment dawk miksuba permezz ta' attivitajiet ta' volontarjat; huwa tal-fehma li ċ-ċertifikazzjoni koerenti u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki se jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk bejn in-nuqqas ta' ħiliet fis-suq tax-xogħol Ewropew u ż-żgħażagħ li qed ifittxu impjieg; jinsisti dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ qafas ta' tagħlim tul il-ħajja favur mogħdija edukattiva flessibbli li tirrikonoxxi t-tagħlim formali, iżda wkoll it-tagħlim mhux formali u informali biex jitrawmu l-ekwità u l-koeżjoni soċjali u jkun hemm il-possibbiltà ta' opportunitajiet ta' impjieg għall-gruppi aktar vulnerabbli;

9.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u jenfasizza l-importanza tagħha għat-tranżizzjonijiet mill-iskola għax-xogħol; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-fatt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma ġietx implimentata b'mod effettiv f'ħafna Stati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ggarantiti forom xierqa ta' kollaborazzjoni bejn is-servizzi tal-impjiegi pubbliċi u privati fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew u s-servizzi ta' appoġġ soċjali, inklużi s-servizzi ta' appoġġ standard u dawk individwalizzati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tilħaq liż-żgħażagħ li qed jiffaċċaw esklużjonijiet multipli u faqar estrem; fid-dawl ta' dan, jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra rieżami mmirat tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-istrumenti ta' finanzjament tagħha, inkluża l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jemmen li l-Kummissjoni jista' jkollha rwol biex tiffoka l-attenzjoni tal-Istati Membri fuq il-ħtieġa għal azzjoni u biex tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-aħjar mod kif jista' jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ;

10.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni favur approċċ individwalizzat għal dawk qiegħda fit-tul, iżda jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni mwiegħra ta' aktar minn 12-il miljun ruħ li huma qiegħda fl-Ewropa; iqis li tali approċċ se jeħtieġ sforz akbar f'termini ta' riżorsi umani, li jeħtieġ li l-parteċipanti bil-livell edukattiv meħtieġ ikunu jistgħu jorjentaw lill-persuni qiegħda dwar kif jegħlbu nuqqasijiet possibbli fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ; jitlob għal appoġġ adegwat għal persuni li qed ifittxu impjieg fil-forma ta' għoti ta' servizz integrat u aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja sabiex jingħelbu d-distakki possibbli; jenfasizza li l-proċessi ta' rikwalifikazzjoni professjonali jeħtieġu riżorsi finanzjarji xierqa li jridu jkunu diretti lejn individwi qiegħda ta' kull età, u li sabiex il-politiki tal-impjiegi attivi jkunu effiċjenti, dawn iridu jinkludu rekwiżiti kemm għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-impjegaturi kif ukoll għal dawk qiegħda fit-tul;

11.

Ifakkar li l-integrazzjoni ta' individwi qiegħda fit-tul hija kruċjali għall-awtokunfidenza, il-benesseri u l-iżvilupp futur tagħhom u hija kruċjali għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tikkontribwixxi biex tiżgura s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali; iqis li huwa meħtieġ li titqies is-sitwazzjoni soċjali ta' dawn iċ-ċittadini u l-ħtiġijiet tagħhom; jenfasizza, madankollu, li 12,7 % tal-persuni ta' età li jaħdmu qed ibatu l-faqar fost dawk li jaħdmu (fuq ċifri tal-2014, żieda minn 11 % fl-2009), u għalhekk huwa meħtieġ approċċ integrat ta' inklużjoni attiva u ta' investiment soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex timpenja lill-Istati Membri fi strateġiji u azzjonijiet biex inaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'konformità mal-istrateġija tal-Ewropa 2020; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa l-isforzi biex jinħolqu opportunitajiet inklussivi għal tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema u għal dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol fl-etajiet kollha u biex, mill-aktar fis possibbli, tieħu miżuri li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament mill-UE u jiġu mobilizzati riżorsi addizzjonali meta dan ikun possibbli, kif ġara fil-każ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

12.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi żgurat li l-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, jindirizzaw b'mod attiv in-numri dejjem jikbru ta' persuni bla dar, li attwalment mhumiex koperti mill-indikaturi użati biex ikejlu l-mira tat-tnaqqis tal-faqar tal-UE iżda li jirrappreżentaw realtà soċjali allarmanti li taffettwa mill-inqas 4 miljun ruħ kull sena (21).

13.

Jenfasizza l-ħtieġa għal rispons rapidu u effettiv għall-ħtiġijiet ta' nies qiegħda li għandhom 'il fuq minn 55 sena; jistieden kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jappoġġaw soluzzjonijiet flessibbli tal-impjiegi għal dan il-grupp (inklużi impjiegi part-time u temporanji) li jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u b'hekk jiġi żgurat li ma joħorġux mid-dinja tax-xogħol qabel iż-żmien; jenfasizza r-rwol importanti ta' ħaddiema aktar anzjani fuq il-post tax-xogħol li jgħaddu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom lill-ħaddiema żgħażagħ, pereżempju billi jiġu involuti fil-proċessi ta' taħriġ fil-post tax-xogħol, u b'hekk jiżguraw li l-ħaddiema ta' età 'l fuq minn 55 sena ma jispiċċawx bla xogħol.

Riformi strutturali b'mod soċjali u responsabbli

14.

Jinnota li l-UE kollha kemm hi u ħafna mill-Istati Membri tagħha għadhom ibatu minn problemi strutturali li jeħtieġu li jiġu indirizzati b'mod urġenti; huwa mħasseb dwar l-impatt soċjali ta' dawk il-politiki ta' aġġustament fiskali li jiffokaw fuq it-tnaqqis fl-infiq, u jenfasizza li l-politiki ekonomiċi għandhom jiggarantixxu konformità mal-Artikolu 9 TFUE; jirrimarka dwar il-ħtieġa li titkompla tingħata prijorità lill-investiment pubbliku u privat u lir-riformi strutturali soċjalment u ekonomikament ibbilanċjati li jnaqqsu l-inugwaljanzi, u li jiġu promossi tkabbir sostenibbli u konsolidazzjoni fiskali responsabbli (filwaqt li titqies is-sostenibbiltà tad-dejn, iċ-ċiklu ekonomiku u d-distakk tal-investiment), inklużi politiki ta' dħul permezz tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, biex b'hekk tissaħħaħ it-triq lejn aktar koeżjoni u konverġenza soċjali 'l fuq; iqis li dawn il-politiki jippromwovu ambjent favorevoli għan-negozju u s-servizzi pubbliċi bl-għan li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u progress soċjali u jitrawmu investimenti li jwasslu għal redditi kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi; jenfasizza li dawk il-prijoritajiet se jinkisbu biss jekk investiment adegwat fil-kapital uman u fit-tagħlim tul il-ħajja jkun prijoritizzat bħala strateġija komuni; jinsisti fuq l-involviment tas-sħab soċjali fir-rigward tar-riformi strutturali u l-politiki tas-suq tax-xogħol;

15.

Jenfasizza li riformi soċjalment responsabbli jridu jkunu bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u d-distribuzzjoni ġusta tal-ġid – mudell li jiżgura l-ugwaljanza u l-protezzjoni soċjali, jipproteġi lill-gruppi vulnerabbli u jtejjeb l-istandards tal-għajxien għaċ-ċittadini kollha;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa u protetta l-ekonomija tas-suq soċjali, li tipprovdi qafas li fih il-kompetittività u l-istandards soċjali għoljin jikkontribwixxu għall-ġustizzja soċjali u l-ġustizzja soċjali tistimula l-kompetittività; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u l-ħtieġa li jiġu żgurati konsolidazzjoni fiskali effiċjenti, ekonomija sostenibbli, koeżjoni soċjali reali u protezzjoni soċjali akbar; jistieden lill-Kummissjoni testendi l-approċċ tagħha għall-insolvenza u l-falliment tan-negozju (22) u biex itejjeb l-iskemi ta' ristrutturar tad-dejn u tat-tieni opportunità;

17.

Jenfasizza li l-SAT għandu jivvaluta b'mod aktar konsistenti l-evoluzzjoni tal-inugwaljanza fl-Ewropa permezz ta' indikaturi ekonomiċi, bħal pereżempju l-indiċi Gini u Palma;

18.

Jistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-Pjattaforma tax-Xogħol mhux Iddikjarat u biex isegwu l-iskambju tagħhom tal-aħjar prattiki b'azzjonijiet konkreti biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat, il-kumpanniji tal-isem u l-impjiegi indipendenti fittizji, peress li dawn jipperikolaw kemm il-kwalità tax-xogħol kif ukoll l-aċċess tal-ħaddiema għal sistemi ta' protezzjoni soċjali u tal-finanzi pubbliċi nazzjonali, li jwasslu għal kompetizzjoni inġusta bejn l-intrapriżi Ewropej; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jibdlu x-xogħol mhux iddikjarat f'xogħol iddikjarat u jgħammru b'mod adegwat l-ispezzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll biex isaħħu l-mekkaniżmi tal-ispezzjoni tax-xogħol u jfasslu miżuri li jippermettu lill-ħaddiema jagħmlu l-bidla minn ekonomija informali għal waħda formali, sabiex ikollhom aċċess għal reġimi ta' protezzjoni tal-impjiegi; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimplimentaw rati tat-taxxa relatati mal-grad ta' stabilità u kwalità tad-diversi forom tar-relazzjoni tal-impjieg, bħala wieħed mill-inċentivi għal kuntratti stabbli;

19.

Iqis li d-dispersjoni tal-pagi żżid l-inugwaljanzi u tippreġudika l-produttività u l-kompetittività tal-kumpaniji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri biex titejjeb il-kwalità tal-impjiegi sabiex inaqqsu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol flimkien ma' miżuri li jgħollu l-pagi minimi għal livell adegwat b'mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u li jsaħħu n-negozjar kollettiv u l-pożizzjoni tal-ħaddiema f'sistemi tal-formazzjoni tal-pagi sabiex titnaqqas id-dispersjoni tal-pagi; jemmen li dan kollu għandu jsir bl-għan li tiġi appoġġata d-domanda aggregata u l-irkupru ekonomiku, billi jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-pagi u jiġi miġġieled il-faqar fost dawk li jaħdmu;

20.

Jikkunsidra li l-flessigurtà meqjusa bir-reqqa tikkontribwixxi għall-evitar tal-frammentazzjoni tax-xogħol u tippromwovi ż-żamma ta' impjiegi sostenibbli ta' kwalità iżda huwa mħasseb li l-flessigurtà ma ġietx applikata b'mod adegwat f'għadd ta' Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fejn xieraq, biex jiżguraw li d-drittijiet tax-xogħol u l-istandards tas-sigurtà soċjali jitħarsu meta jiġi applikat il-mudell tal-flessigurtà; jistieden lill-Istati Membri biex jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-impjiegi tagħhom sabiex jippromwovu aktar stabbiltà fix-xogħol u s-sigurtà fit-tranżizzjonijiet bejn ix-xogħlijiet u anki permezz ta' kooperazzjoni ikbar u aħjar bejn is-servizzi tal-impjiegi pubbliċi u privati fejn ikun applikabbli, kif ukoll l-aċċess tal-impjegati għas-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-benessri; Diversi Stati Membri wettqu riformi, b'effetti pożittivi viżibbli, pereżempju b'żieda fir-rati tal-impjieg, iżda jiddispjaċih li f'xi każijiet, ir-riformi tax-xogħol iffavorixxew il-flessibilità għad-detriment tas-sigurtà, li rriżulta fil-prekarjetà u nuqqas ta' protezzjoni tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-monitoraġġ tal-prattika abbużiva tal-kuntratti suċċessivi għal żmien fiss kif ukoll kuntratti atipiċi suċċessivi oħrajn, fis-setturi kemm privati kif ukoll pubbliċi;

21.

Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-evoluzzjoni totali tal-pagi tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku kif ukoll id-dħul minimu fejn applikabbli, mingħajr preġudizzju għal tkabbir fil-produttività u b'mod sostenibbli u stabbli b'mod li ma jipperikolax il-kompetenzi tagħhom stess;

22.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-investiment fil-kapital uman bil-ħsieb li jiġu restawrati l-livelli tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli, imma huwa mħasseb serjament dwar il-fatt li n-nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni rreġistrat tnaqqis ta' 3,2 % (23) mill-2010, bi tnaqqis fi ħdax-il Stat Membru fl-aktar sena reċenti li għaliha jeżistu ċifri (2013);

23.

Jenfasizza l-importanza ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol fil-kuntest attwali; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-kopertura u l-effikaċja tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol;

24.

Jinnota li jeħtieġ li titħaddan il-bidla lejn l-ekonomija diġitali fil-kuntest tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ kif ukoll fir-rigward ta' forom ġodda ta' impjiegi;

25.

Jitlob lill-Istati Membri biex gradwalment iċaqilqu l-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol lejn sorsi oħra b'mod li ma jfixkilx la l-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, speċjalment ħaddiema b'pagi baxxi, u lanqas il-kompetittività ġenerali, filwaqt li tiġi żgurata wkoll is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-pensjoni pubbliċi u l-finanzjament adegwat tas-sigurtà soċjali u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali; jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-regoli fiskali li jrawmu inċentivi għall-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ u wkoll għall-“Ġenerazzjoni 55+”, sabiex tintuża l-esperjenza professjonali ta' dawk il-ħaddiema u jiġi żgurat it-trasferiment tal-għarfien tagħhom u tingħata spinta lill-proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni fi ħdan l-intrapriżi Ewropej; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi sabiex jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ;

26.

Jitlob li s-Semestru Ewropew u s-SAT jivvalutaw l-importanza tal-politiki marbuta mad-dħul, inklużi l-pensjonijiet, l-indikaturi tad-dħul u l-politika fiskali, sabiex tiġi ggarantita l-koeżjoni soċjali u jitreġġgħu lura x-xejriet ta' inugwaljanza;

27.

Jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw u jżidu l-investiment fis-sistemi attwali tagħhom ta' protezzjoni soċjali, sabiex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tagħhom fit-trattament u l-prevenzjoni tal-faqar u l-inugwaljanza filwaqt li jiżguraw is-sostenibbiltà tagħhom quddiem l-isfidi demografiċi, ekonomiċi u soċjali ġodda mistennija, u biex tittejjeb ir-reżiljenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri fi żminijiet ta' kriżi; jenfasizza li, is-sistemi tal-protezzjoni soċjali ta' kwalità għolja u l-investiment soċjali huma ta' importanza kbira jekk l-Ewropa trid iżżomm il-vantaġġ kompetittiv ewlieni tagħha – f'termini ta' ħaddiema b'livell għoli ta' ħiliet u kumpaniji produttivi;

28.

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom iżommu responsabbiltà sħiħa għall-organizzazzjoni tas-sistemi tagħhom tal-pensjoni kif ukoll għal deċiżjonijiet dwar ir-rwol ta' kull wieħed minn dawn it-tliet pilastri tas-sistema ta' rtirar fl-Istati Membri individwali; iqis li l-iskemi tal-pensjonijiet għandhom jipprovdu garanzija kontra l-faqar fl-età anzjana u li għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jiġu implimentati politiki li jiggarantixxu livell sod, sostenibbli u adegwat tal-pensjonijiet tal-ewwel pilastru;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jeqirdu d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u li jieħdu miżuri iktar attivi biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fejn xieraq skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà bl-għajnuna tas-sħab soċjali, biex jippromwovu linji politiċi favur il-familja li jtejbu l-kura ta' dipendenti oħra kif ukoll il-kapaċità tal-ġenituri bħall-dispożizzjonijiet adegwati ta' liv tal-maternità u tal-paternità u l-aċċess għal servizzi ta' kura tat-tfal affordabbli sabiex jiġu żgurati l-benessri tat-tfal, li jippermettu lil dawk b'responsabbiltajiet li jipprovdu kura li jkollhom aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol sabiex jinkiseb bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, li hija ta' importanza partikolari għall-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżaminaw il-persistenza ta' rati baxxi ta' twelid fl-UE u biex jikkunsidraw l-applikazzjoni ta' divrenzjar fiskali aktar favorevoli skont l-għadd ta' tfal f'unità domestika; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-familji b'għajnuna, mhux biss permezz ta' appoġġ finanzjarju, iżda wkoll fil-forma ta' servizzi;

30.

Jinnota li popolazzjoni b'densità baxxa jew popolazzjoni mxerrda ħafna tirriżulta fi spiża ogħla b'mod sinifikanti għall-forniment ta' servizzi pubbliċi bħall-kura tas-saħħa jew l-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-kawżi u l-konsegwenzi tagħhom fil-kuntest tal-analiżi tal-effetti tat-tibdil demografiku u l-impatt tiegħu fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi;

31.

Jenfasizza l-fatt li, sabiex ikun effettiv, il-FEIS għandu jkun iffukat fuq il-ħolqien ta' investimenti ġodda f'oqsma fejn l-interess tal-investitur huwa limitat pjuttost milli fuq is-sostituzzjoni ta' investimenti li kienu jsiru band'oħra jew fuq investimenti li jrendu profitti kbar u li kienu se jseħħu fi kwalunkwe każ; itenni t-talba tiegħu dwar l-importanza tal-investimenti fil-kapital uman u investimenti soċjali oħra, bħal fil-kura tas-saħħa, il-kura tat-tfal jew l-akkomodazzjoni affordabbli u dwar il-ħtieġa tal-implimentazzjoni effettiva tal-Pakkett ta' Investiment Soċjali;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvolvu l-livelli kollha ta' gvern u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-identifikazzjoni tal-ostakli għall-investimenti, filwaqt li jiffokaw kemm fuq ir-reġjuni u s-setturi l-iktar fil-bżonn kif ukoll fuq id-disponibilità ta' strumenti adegwati li jlaqqgħu flimkien il-finanzjament pubbliku u dak privat;

It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli billi jerġa' jitnieda l-investiment

33.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv li jwassal għall-ħolqien ta' aktar xogħlijiet u xogħlijiet aħjar u prospetti tanġibbli għal kulħadd, inkluż għaż-żgħażagħ, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi interni u esterni li qed tiffaċċa l-UE; jinnota li għandha tingħata aktar attenzjoni biex jiġu adattati l-impjiegi eżistenti, inkluż l-impjieg ta' gruppi vulnerabbli, għas-suq tax-xogħol li qed jinbidel malajr u għas-setturi ġodda emerġenti, bl-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tiegħu;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffukaw fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, bħala element fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli u inklużiv u għall-ħolqien tax-xogħol, u biex jistabbilizzaw id-differenzi fir-rati ta' impjieg indipendenti bejn in-nisa u l-irġiel; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw skemi tat-taxxa marbuta ma' mudell kummerċjali sostenibbli li jiffavorixxu start-ups innovattivi u l-faċilitazzjoni tal-ħolqien tax-xogħol mill-SMEs, biex jimmonitorjaw l-impatt ta' inċentivi tat-taxxa fuq l-iżvilupp sostenibbli, u biex jiżviluppaw mekkaniżmi li jistgħu jgħinu tali intrapriżi jiksbu jew jaħdmu f'dimensjoni internazzjonali; jenfasizza għalhekk, il-ħtieġa li jiġu implimentati politiki komprensivi fil-livell tal-UE sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffaċċaw l-isfidi fir-rigward tal-kompetituri tagħhom barra mill-UE;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, biex tieħu passi biex tipprovdi informazzjoni aħjar dwar il-fondi u l-programmi Ewropej kollha li għandhom il-potenzjal li jagħtu spinta lill-intraprenditorija, l-investiment u l-aċċess għall-finanzjament, bħall-Erasmus għall-Intraprendituri, in-netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), il-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u Medji (COSME), il-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); ifakkar fl-importanza tal-prinċipju ta' sħubija, ta' approċċ minn isfel għal fuq u ta' allokazzjoni adegwata tar-riżorsi;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-programmi kollha msemmija hawn fuq, b'mod olistiku, sabiex jiġu evitati l-kunflitti bejn il-miri u d-domandi u biex tnaqqas il-burokrazija; iqis li reviżjoni bħal din għandha tinkludi analiżi tal-implimentazzjoni ta' kull Stat Membru, u b'hekk tiġi żgurata ugwaljanza akbar f'termini ta' aċċess għall-fondi;

37.

Il-Fond Soċjali Ewropew għandu jiddedika aktar riżorsi għall-finanzjament tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema qiegħda f'programmi ta' taħriġ fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll f'programmi fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, biex b'hekk tkun iffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol Ewropew magħżul minnhom u tissaħħaħ iċ-ċittadinanza Ewropea;

38.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki li jagħtu spinta lill-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, minn età bikrija, billi jipprovdi opportunitajiet ta' internat u żjarat fil-kumpaniji;

39.

Jistieden lill-Istati Membri biex, bl-għan li tingħata spinta lill-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, jappoġġaw l-assoċjazzjonijiet u l-inizjattivi li jgħinu lill-intraprendituri żgħażagħ fl-iżvilupp ta' proġetti innovattivi billi jipprovdulhom appoġġ amministrattiv, legali jew organizzattiv;

40.

Jirrimarka li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, inklużi dawk li jipprovdu s-servizzi soċjali, jiffaċċaw problemi saħansitra aktar mill-intrapriżi tradizzjonali biex jiksbu finanzjament pubbliku u privat, minħabba, fost fatturi oħra, in-nuqqas ta' tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali min-naħa tal-maniġers intermedjarji finanzjarji; jenfasizza l-ħtieġa li tali intrapriżi jingħataw aktar appoġġ, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għal forom differenti ta' finanzjament, inklużi l-fondi Ewropej; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi biex jiġu appoġġati l-intrapriżi soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw qafas ġuridiku, pereżempju permezz ta' status Ewropew għas-soċjetajiet kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u s-soċjetajiet mutwi, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-azzjoni tagħhom fl-UE u tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-investiment fl-ekonomija soċjali, u jilqa' l-fatt li parti mill-fondi għall-programm EaSI huma maħsuba biex jgħinu sabiex jiġi pprovdut aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u solidali;

41.

Jenfasizza l-valur soċjali u ekonomiku għoli tal-investiment fil-protezzjoni soċjali, inklużi s-servizzi soċjali;

Użu aħjar tal-fondi Ewropej biex irawmu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali

42.

Jilqa' l-istabbiliment tal-FEIS fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tiegħu u r-rwol tiegħu li jappoġġa l-aħjar proġetti fil-livell Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-FEIS jippermetti konverġenza ekonomika u soċjali aħjar tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fi ħdan l-UE u li l-Istati Membri kollha jagħmlu użu mill-possibbiltà li jaċċessaw dan il-fond b'mod konformi mal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq monitoraġġ u tikkontrolla l-investimenti taħt il-FEIS; jemmen li għandu jiġi ppubblikat rapport biex jivverifika u jkejjel l-impatt ekonomiku u soċjali tal-investiment ikkonċernat f'termini reali;

43.

Jirrimarka li l-prijoritajiet tal-investiment għandhom ikunu orjentati lejn proġetti infrastrutturali fejn dawn ikunu meħtieġa b'mod ċar sabiex ikunu żgurati koeżjoni ikbar, ġustizzja soċjali jew l-iżvilupp tal-kapital uman jew biex jitjieb it-tkabbir inklużiv sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex titlob kemm preżentazzjoni minn qabel tar-riżultati soċjali u ekonomiċi mistennija ta' kwalunkwe proġett tal-investiment iffinanzjat mill-UE, kif ukoll biex tinkludi l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sussegwenti; jenfassizza l-ħtieġa li jiġi evitat l-impatt negattiv fuq l-ambjent li dawn il-proġetti jistgħu jikkawżaw;

44.

Jenfasizza, b'kont meħud tad-diffikultajiet tal-Istati Membri fl-użu sħiħ tal-fondi Ewropej, li l-UE għandha tiggarantixxi kemm użu xieraq u aħjar tal-investimenti tagħha, li għandhom jiġu mqabbla mal-prijoritajiet u l-valuri fundamentali tagħha kif deskritt fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll il-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tagħha, u għandha taqta' l-piżijiet amministrattivi u tnaqqas l-ostakli fir-rigward tal-aċċess, tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-intrapriżi kollha jkollhom opportunitajiet indaqs għall-aċċess għall-finanzjament; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura monitoraġġ mill-qrib tal-użu tal-fondi tal-UE;

45.

Jilqa' t-talba tal-Kummisjoni lill-Istati Membri biex iżidu l-investiment soċjali tagħhom sabiex tingħata spinta lill-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali Ewropea, speċjalment fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul (formali u informali) kif ukoll fis-servizzi soċjali, fil-kura tat-tfal, fl-appoġġ tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tar-riabilitazzjoni; jistieden lill-intrapriżi u l-benefiċjarji oħra eliġibbli kollha biex jagħmlu użu aħjar tal-mekkaniżmi tal-investiment ipprovduti mill-fondi Ewropej u proġetti li għandhom applikazzjoni diretta; jistdieden barra minn hekk lill-Kummissjoni biex twettaq monitoraġġ dwar jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-UE humiex qed jiġu implimentati b'mod xieraq mill-Istati Membri;

46.

Jinnota li dawk li jagħtu l-kura b'mod formali u speċjalment dawk li jagħtu l-kura b'mod informali jirrappreżentaw pilastru importanti biex jiġu indirizzati d-domandi dejjem ikbar relatati mal-futur tas-sistemi tal-kura fl-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa tat-titjib tal-protezzjoni soċjali għall-membri tal-familja responsabbli mill-kura, li spiss ikollhom inaqqsu l-impjieg imħallas tagħhom sabiex jipprovdu kura bla ħlas u konsegwentement jitilfu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali;

47.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'appoġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs), u jinnota l-proposta tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar il-finanzjament għall-assistenza teknika; jenfasizza li dawn il-fondi m'għandhomx jintużaw biss biex jimplimentaw is-CSRs, peress li dan jista' potenzjalment iwassal biex jitħallew barra oqsma oħra importanti ta' investiment;

48.

Jaqbel dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq sabiex titrawwem il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fi ħdan u bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, iżda jinnota li dan għandu jitqies bħala għan ta' proġett komuni li fih għandhom rwol ewlieni d-djalogu soċjali u l-involviment tal-partijiet kollha kkonċernati; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-politika soċjali taqa' taħt il-kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri u li r-rwol tal-UE f'dan il-qasam huwa limitat għal azzjoni li tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 153 TFUE u f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

49.

Jitlob li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi ekonomiċi li jaġixxu ta' ostaklu għat-tkabbir ekonomiku fit-tul; jenfasizza li l-qasma bejn l-ifqar reġjuni u l-bqija tal-UE qed tikber u jitlob sforzi mmirati urġenti kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali għall-promozzjoni tal-koeżjoni u t-tkabbir f'dawk ir-reġjuni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu spinta lill-investimenti strateġiċi sabiex tiżdied il-kompetittività fir-rigward tal-Artikolu 174 TFUE, b'mod partikolari f'dawk ir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-applikazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE sabiex tagħmel ir-reġjuni ultraperiferiċi aktar integrati fl-Ewropa tar-Reġjuni, filwaqt li tiddistingwi politiki tal-UE sabiex tiggarantixxi l-ekwità bejn ir-reġjuni u tippromwovi l-konverġenza 'l fuq; jenfasizza li huwa neċessarju li tinżamm l-attenzjoni speċjali mogħtija lir-reġjuni ultraperiferiċi, mhux biss f'termini ta' allokazzjoni ta' fondi iżda wkoll fid-dawl tal-impatt li l-politiki Ewropej jista' jkollhom fuq il-livelli ta' impjieg u s-sitwazzjoni soċjali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-deċiżjonijiet Ewropej u l-allokazzjonijiet tal-fondi jkunu akkumpanjati b'monitoraġġ xieraq, sabiex ikun hemm titjib sinifikanti wkoll fil-benessri taċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), tistudja l-possibbiltà li jiżdied il-finanzjament tal-FSE sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-objettivi tiegħu u tikkunsidra l-isfidi l-ġodda li ġew inkorporati, bħall-qgħad fit-tul jew l-integrazzjoni tar-refuġjati; jappella wkoll għall-istabbiliment ta' programm speċifiku, fi ħdan il-QFP kif miftiehem, għal dawk is-sottoreġjuni tal-UE li r-rati ta' qgħad tagħhom jaqbżu t-30 %;

L-inklużjoni soċjali bħala opportunità għas-soċjetà

52.

Jilqa' t-tiġdid tal-linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza li l-pertinenza tal-istrateġija Ewropa 2020 kibret minn mindu nħolqot, u jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-implimentazzjoni tagħha fil-prattika; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iwettqu monitoraġġ aktar mill-qrib tal-implimentazzjoni nazzjonali u globali tagħha; iqis neċessarju li jibdew jipproġettaw xenarju post-Ewropa 2020 marbut mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

53.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-impjieg, fih innifsu, m'għadux garanzija kontra l-faqar jew l-aħjar għodda biex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali, bi 12,7 % ta' nies fl-età li jaħdmu jbatu minn faqar fost dawk li jaħdmu fl-2014, żieda minn 11 % fl-2009; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi strateġija integrata tal-UE kontra l-faqar, sabiex tiġi indirizzata l-multidimensjonalità tal-faqar għall-gruppi kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, u tippromwovi integrazzjoni attiva, ibbażata fuq id-dritt għal protezzjoni soċjali xierqa; f'dan ir-rigward, itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi inizjattiva li tippromwovi l-introduzzjoni ta' dħul minimu fl-Istati Membri mingħajr ma tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

54.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw u jimmonitorjaw forom aktar effettivi, effiċjenti u inklużivi tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u ta' appoġġ tad-dħul, sabiex jiġi żgurat li dawn is-sistemi joffru standard adegwat ta' għajxien għall-persuni qiegħda u dawk fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, filwaqt li jiggarantixxu li tali mekkaniżmi ma jipperpetwawx id-dipendenza soċjali u jiżguraw aċċess għall-edukazzjoni, taħriġ u opportunitajiet ta' dħul fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar l-effiċjenza ta' dħul minimu biex jitnaqqsu l-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali fl-Ewropa;

55.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri meħtieġa għall-inklużjoni soċjali tar-refuġjati, il-migranti li jirrisjedu legalment fl-UE u dawk li jfittxu l-asil, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-asil; jinnota madankollu, li tali miżuri jistgħu jkunu effettivi biss jekk ikunu kondiviżi u jiġu implimentati mill-Istati Membri kollha; iqis li tali approċċ se jeħtieġ allokazzjoni ta' fondi adegwata u fis-sitwazzjoni preżenti hekk fraġli, ma jistgħux jiġu pprovduti biss mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-finanzjament meħtieġ biex jiġi żviluppat approċċ olistiku għall-migrazzjoni, bħala parti mir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-QFP; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri xierqa biex ir-refuġjati jiġu megħjuna jistabbilixxu ruħhom u jintegraw, kif ukoll sabiex jiżguraw li s-servizzi pubbliċi jkollhom riżorsi biżżejjed u li jkun hemm antiċipazzjoni bikrija tal-ħtiġijiet sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom għas-suq tax-xogħol, inklużi mekkaniżmi għar-rikonoxximent ta' ħiliet u kompetenzi; l-awtoritajiet lokali u s-sħab soċjali għandhom jaqdu rwol importanti biex tkun iffaċilitata integrazzjoni effettiva tal-migranti fis-suq tax-xogħol u jiġi pprevenut l-abbuż tax-xogħol;

56.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jittrasponu bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha inklużi fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni aġġornata; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni kellha tadotta 40 deċiżjoni ta' ksur kontra varji Stati Membri, inklużi Avviż ta' Tqegħid fil-Mora lil 19-il Stat Membru talli ma ħadux il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponu d-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza; jappoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni;

57.

Ifakkar lill-Istati Membri, fid-dawl tat-tixjiħ taċ-ċittadini Ewropej u r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'ċerti partijiet tal-UE, dwar ir-riskju soċjali involut fin-nuqqas li jkunu ggarantiti s-sostenibbiltà, is-sigurtà, l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi ta' sigurtà soċjali tul l-għexieren ta' snin li ġejjin; għalhekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji li jiżguraw li aktar nies ikunu jistgħu jibqgħu attivi fis-soċjetà;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fuq it-tneħħija tal-ostakli għal mobilità tax-xogħol ġusta, peress li l-moviment liberu huwa dritt fundamentali fl-UE, u biex jaġixxu fuq naħa waħda biex tiżdied ir-rata tal-impjiegi u, min-naħa l-oħra, biex jiġi żgurat li l-ħaddiema mobbli tal-UE jkunu trattati bl-istess mod bħall-ħaddiema nazzjonali u li ma jiġux abbużati jew diskriminati, u li d-drittijiet tal-impjieg u dawk soċjali tagħhom jkunu ggarantiti;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-mobilità fi ħdan l-UE tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni kollha, bħala mezz biex jinħolqu opportunitajiet kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-intrapriżi; jistieden lill-Istati Membri biex jużaw u jippromwovu l-għodod Ewropej disponibbli biex jiffaċilitaw din il-mobbiltà tax-xogħol, speċjalment in-netwerk Ewropew tal-impjiegi EURES; fil-każ ta' reġjuni transkonfinali fejn il-mobilità tal-impjiegi hija verament għolja, jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw sħubijiet transfruntieri EURES biex il-ħaddiema jiġu megħjuna fil-pjanijiet tagħhom ta' mobilità;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjan konkret dwar kif is-Semestru Ewropew se jintuża biex jiġu implimentati l-prinċipji tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità;

61.

Jiddikjara li d-djalogu soċjali huwa strument ewlieni għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u li sabiex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għad-djalogu bejn is-sħab soċjali, il-prekundizzjonijiet neċessarji f'dan il-kuntest huma l-eżistenza ta' trade unions b'saħħithom, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kwistjonijiet tal-kumpanija u t-tisħiħ tal-ftehimiet kollettivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tad-djalogu soċjali anki fil-livell Ewropew filwaqt li jiġu żgurati konsultazzjonijiet f'waqthom u sinifikanti tas-sħab soċjali, u li jippermettu l-analiżi meħtieġa u l-integrazzjoni tal-proposti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw id-dumping soċjali u tal-pagi fl-UE, li jikkawżaw ħsara sinifikanti lill-ħaddiema affettwati u lis-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-Istati Membri; jitlob, barra minn hekk, li s-sħab soċjali jiġu inklużi fil-livelli kollha f'dawn l-isforzi;

Koordinazzjoni aħjar tas-Semestru Ewropew

63.

Jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fuq iż-żona tal-euro, li tikkonsolida l-analiżi konġunta u d-definizzjoni ta' strateġiji tad-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-Istati Membri skont l-UEM, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-kriterji jiġu rikonċiljati; madankollu, iwissi dwar il-possibbiltà tal-iżvilupp ta' politika tal-UE fuq żewġ livelli;

64.

Jemmen li r-rakkomandazzjoni taż-żona tal-euro għandha tkun il-punt tat-tluq biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali f'dak li jirrigwarda:

(a)

mekkaniżmi msaħħa ta' responsabbiltà demokratika kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, inkluż ftehim interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew, u li jiżguraw li l-parlamenti nazzjonali kollha taż-żona tal-euro jkollhom il-kundizzjonijiet biex isegwu kull pass tal-proċess tas-Semestru Ewropew;

(b)

dimensjoni soċjali ffukata fuq il-preservazzjoni tal-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew, li tipprovdi livelli bażiċi ta' pagi aħjar fil-forma ta', fejn applikabbli u f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, pagi minimi ffissati f'livelli xierqa u bl-involviment tas-sħab soċjali.

(c)

laqgħat konġunti bejn il-Kunsill EPSCO u l-Kunsill ECOFIN, sabiex jiġu promossi politiki soċjoekonomiċi kkoordinati bl-għan li tissaħħaħ il-kompetittività fl-Ewropa u biex tingħata spinta sostenibbli lit-tkabbir u l-impjiegi ta' kwalità;

(d)

laqgħat tal-Ministri tax-Xogħol u l-Ministri għall-Affarijiet Soċjali taż-Żona Euro sabiex jintegraw aħjar id-dimensjoni soċjali tagħha u jindirizzaw b'mod adegwat l-iżbilanċi soċjali;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, proposta li tistabbilixxi pilastru dwar id-drittijiet soċjali, li kapaċi tiżgura kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE, bħala parti mill-isforzi favur suq tax-xogħol ġust u tassew pan-Ewropew kif ukoll li tkun mezz biex titrawwem konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq sabiex jiġu indirizzati d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali li jeżistu fi ħdan u bejn l-Istati Membri;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi monitoraġġ adegwat u segwitu tal-implimentazzjoni tas-CSRs u biex tiżgura li jkun hemm attenzjoni adegwata fir-rigward tal-kwistjonjiet marbuta mal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali;

67.

Jitlob li jkun hemm rwol aktar b'saħħtu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, u għall-miri tagħha, b'mod partikolari l-miri soċjali li għandhom jiġu riflessi b'mod ugwali fl-istrumenti kollha tas-Semestru, inklużi s-CSRs;

68.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ddistingwiet b'mod ċar fażi Ewropea u nazzjonali fir-rigward tas-Semestru Ewropew; jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet Ewropej fid-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġija Ewropea għat-tkabbir sostebibbli u inklużiv; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi aġenda ċara f'dan ir-rigward, li tinvolvi wkoll is-sħab soċjali, il-parlamenti nazzjonal, u l-partijiet l-oħra rilevanti mis-soċjetà ċivili, u biex jiġi żgurat li l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa jibqa' l-perjodu ta' żmien prinċipali fejn jiġu ddefiniti l-prijoritajiet ta' politika abbażi tal-kontributi mill-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill; jemmen li l-Kummissjoni tista' twettaq monitoraġġ u rappurtar fir-rigward ta' jekk ġewx implimentati s-suġġerimenti għall-implimentazzjoni ta' ċerti CSRs fuq bażi ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali;

69.

Jemmen li, sabiex ikun hemm qbil mal-politiki Ewropej u nazzjonali dwar it-tkabbir u tiġi ggarantita l-adegwatezza tagħhom fil-prattika, huwa kruċjali li jissaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali; jenfasizza li, sabiex isir progress fil-konverġenza 'l fuq u fil-bilanċ tal-kompetittività u l-ekwità, id-djalogu soċjali għandu jiġi segwit fil-fażijiet kollha tas-Semestru; f'dan ir-rigward, jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tniedi mill-ġdid id-djalogu soċjali u l-approċċ simplifikat introdott permezz tas-SAT għall-2015; jirrimarka, madankollu, li f'ħafna Stati Membri, is-sitwazzjoni għadha dgħajfa fil-livell nazzjonali;

70.

Jemmen li l-Kummissjoni tista' ssaħħaħ ir-rwol tal-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew billi tiddefinixxi aħjar l-objettivi u l-funzjonijiet tagħhom;

o

o o

71.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0261.

(2)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0401.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0384.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2015)0389.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0320.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0068.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2014)0060.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2014)0010.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2014)0394.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2014)0043.

(12)  Testi adottati, P6_TA(2009)0062.

(13)  Testi adottati, P8_TA(2016)0033.

(14)  http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_03/SR15_03_MT.pdf

(15)  http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=89{Id=en≠wsId=2193&furtherNews=yes

(16)  http://www.eurofound.europa.eu/european-working-conditions-surveys-ewcs

(17)  Rapport konġunt dwar l-impjiegi 2016, p. 2.

(18)  http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_03/SR15_03_mt.pdf

(19)  Studju dwar ix-Xogħol Prekarju u d-Drittijiet Soċjali (VT/2010/084), p. 164–170

(20)  Total tal-popolazzjoni mhux attiva meta mqabbla ma' persuni impjegati bejn l-20 u l-64.

(21)  http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=9770&langId=en

(22)  Espress fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2014 (C(2014)1500).

(23)  Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2016, p. 19


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/109


P8_TA(2016)0060

Il-governanza tas-Suq Uniku fl-ambitu tas-Semestru Ewropew 2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fl-ambitu tas-Semestru Ewropew 2016 (2015/2256(INI))

(2018/C 035/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2015 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2014 (3), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-28 ta' Mejju 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2014 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Uniku (5), u r-rispons ta' segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-8 ta' Mejju 2013,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 bit-titolu “Pjan ta' Investiment għall-Ewropa” (COM(2014)0903),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 bit-titolu “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività fiż-Żona tal-Euro (COM(2015)0601),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 – Tisħiħ tal-irkupru u trawwim tal-konverġenza (COM(2015)0690),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-isfidi li għandhom quddiemhom l-Istati Membri fir-rigward tal-investiment (SWD(2015)0400),

wara li kkunsidra d-dokument ta' politika ta' Bruegel ta' Novembru 2015 bit-titolu “The Limitations of Policy Coordination in the Euro Area under the European Semester” (Il-limitazzjonijiet tal-koordinazzjoni tal-politika fiż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew),

wara li kkunsidra r-rapport ta' kull tliet xhur dwar iż-żona tal-euro (QREA), Vol 14, Nru 2,

wara li kkunsidra l-istudju tal-EPRS ta' Settembru 2014 bit-titolu “The Cost of Non-Europe in the Single Market” (il-Kost tan-Non-Ewropa fis-Suq Uniku),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji” (COM(2015)0550) u r-rapport bit-titolu “Single Market Integration and Competitiveness in the EU and its Member States” (L-integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-kompetittività fl-UE u fl-Istati Membri tagħha) (SWD(2015)0203),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (COM(2015)0192);

wara li kkunsidra l-edizzjoni tal-2015 tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern online,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2012 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi (COM(2012)0261), kif aġġornata f'Ottubru 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0017/2016),

A.

billi l-UE qed tiffaċċja diversi sfidi kemm fuq livell globali u kemm fuq livell domestiku, bħalma huma tkabbir batut, livelli għoljin ta' qgħad u, b'mod partikolari, kompetizzjoni internazzjonali qawwija;

B.

billi s-Semestru Ewropew għandu l-għan li jżid il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u fiskali fost l-UE 28 sabiex tiżdied l-istabbiltà, jitrawmu t-tkabbir u l-impjiegi u tissaħħaħ il-kompetittività;

C.

billi huwa kruċjali li jiġu sfruttati s-soluzzjonijiet kollha possibbli biex tingħata spinta lill-ekonomija u l-kompetittività tal-UE;

D.

billi s-Suq Uniku huwa wieħed mill-pedamenti tal-UE u hu fost l-akbar kisbiet tagħha; billi s-Semestru Ewropew, biex tassew irawwem it-tkabbir ekonomiku u jistabbilizza l-ekonomiji, jeħtieġ jinkludi wkoll is-Suq Uniku u l-politiki mmirati għall-kompletar tiegħu;

E.

billi Suq Uniku inklużiv, b'governanza msaħħa li tiffavorixxi regolamentazzjoni u kompetizzjoni aħjar, huwa strument kruċjali biex tingħata spinta lill-investiment, l-impjiegi u l-kompetittività u tiġi ppreservata l-fiduċja tas-settur kummerċjali u tal-konsumaturi;

F.

billi l-bidliet teknoloġiċi, komportamentali u dawk marbuta mas-soċjetà għandhom impatt sinifikanti fuq in-negozju u fuq l-imġiba tal-konsumaturi, u dan joħloq ħafna opportunitajiet u sfidi ekonomiċi li l-qafas tas-Suq Uniku jeħtieġ jindirizza;

G.

billi, qabelxejn, hija l-konformità mar-regoli eżistenti fi ħdan is-Semestru Ewropew u s-Suq Uniku li se tkun tista' tipprovdi viżjoni konkreta dwar l-adegwatezza jew in-nuqqasijiet tar-regoli attwali;

Is-Suq Uniku bħala għodda importanti biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE u jiżdiedu l-impjiegi u t-tkabbir

1.

Itenni li s-Suq Uniku huwa wieħed mill-pedamenti tal-UE; jenfasizza li s-Semestru Ewropew, biex tassew irawwem it-tkabbir ekonomiku u jistabbilizza l-ekonomiji tal-Istati Membri, jeħtieġ jinkludi wkoll is-Suq Uniku u l-politiki mmirati għall-kompletar tiegħu;

2.

Jenfasizza li s-Suq Uniku huwa s-sinsla tal-ekonomiji tal-Istati Membri u tal-proġett ta' integrazzjoni Ewropea kollu kemm hu; jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi tas-Suq Uniku, bħalma huma l-istandardizzazzjoni tal-prodotti u l-integrazzjoni tas-suq, l-ekonomiji ta' skala, kompetizzjoni aktar b'saħħitha u kundizzjonijiet ekwi għal 500 miljun konsumatur fit-28 Stat Membru, vantaġġi li b'mod partikolari jippermettu lill-konsumaturi jibbenefikaw minn għażla akbar ta' prodotti u servizzi, kwalità aħjar u prezzijiet aktar baxxi;

3.

Jenfasizza l-importanza li jsir progress fis-Suq Uniku sabiex jinkiseb tkabbir ekonomiku strutturali u sostenibbli sabiex nattiraw u nrawmu l-investiment, fil-kuntest ta' regoli dwar it-trasparenza u l-effiċjenza, li jikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-benessri fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ sistematiku tal-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku permezz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs), b'mod partikolari f'dawk il-każijiet fejn dawn ir-regoli jagħtu kontribut sinifikanti għar-riformi strutturali;

4.

Jemmen li jeħtieġ jiġi ffaċilitat ambjent adegwat għall-inizjattiva ekonomika u għall-iżvilupp tan-negozji li jħeġġeġ il-kompetittività u l-kooperazzjoni fost l-SMEs, u b'hekk jiġi sfruttat il-potenzjal industrijali tal-innovazzjoni, ir-riċerka u t-teknoloġija;

5.

Jinnota l-ħidma li saret dan l-aħħar mis-servizzi tal-Kummissjoni b'rabta mal-identifikazzjoni u l-immappjar tal-isfidi għall-investiment u t-tfassil ta' profili ta' investiment speċifiċi għall-pajjiżi;

6.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-livell ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew għall-2011-2014 kien aktar baxx minn kemm kien mistenni; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tipproponi mekkaniżmu li jħeġġeġ lill-pajjiżi jimplimentaw is-CSRs;

7.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ssimplifikat il-proċess il-ġdid tas-Semestru Ewropew u jifhem li l-għadd ta' CSRs naqas sabiex jiġu proposti rakkomandazzjonijiet aktar iffukati fuq il-prijoritajiet tal-pajjiżi; jinnota li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jagħti aktar attenzjoni lill-kwistjonijiet marbuta mas-Suq Uniku milli lis-CSRs;

8.

Itenni l-appell tiegħu biex fis-Semestru Ewropew jiddaħħal il-pilastru tas-Suq Uniku, b'sistema ta' monitoraġġ regolari, identifikazzjoni tal-ostakli speċifiċi għall-pajjiżi fir-rigward tas-Suq Uniku u evalwazzjoni tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku kif ukoll tal-kompetittività ffukata fuq sett ta' oqsma prijoritarji fejn l-azzjoni tiġġenera l-akbar impatt f'termini ta' tkabbir u impjiegi, inkluż l-iżvilupp sostenibbli tan-negozji – li jinkludi wkoll lill-SMEs; iqis li s-sistema għandha tinkludi database ta' informazzjoni robusta, sett ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi mmirati biex ikejlu fost l-oħrajn l-effetti ekonomiċi tal-applikazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku, valutazzjoni komparattiva, evalwazzjoni bejn il-pari u skambju tal-aħjar prattiki;

9.

Jilqa' r-rapport tal-2015 dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-kompetittività fl-UE u fl-Istati Membri tagħha; jinnota li dan ir-rapport, li jieħu post kemm ir-Rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku li qabel kien jiġi anness mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u kemm ir-rapport dwar il-qagħda tal-industrija Ewropea, ġie ppubblikat bħala dokument li jakkumpanja l-komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku, minflok ma ġie anness mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir kif kien isir qabel; jitlob li r-rapport jiġi żviluppat ulterjorment u li jsir parti mill-pilastru tal-governanza tas-Suq Uniku u l-bażi għal evalwazzjoni annwali tal-progress fis-Suq Uniku; iqis li r-rapport għandu jiddaħħal fit-taqsima speċifika dwar is-Suq Uniku fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, fis-CSRs u fid-djalogu strutturat regolari dwar il-konformità magħmul mal-Istati Membri fir-rigward tas-Suq Uniku;

10.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tanalizza ulterjorment l-isfidi speċifiċi għall-pajjiżi fir-rigward tal-investiment, fil-qafas tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fir-Rapporti tal-Pajjiżi u permezz ta' diskussjonijiet tematiċi fil-Kunsill;

11.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna mill-isfidi identifikati fir-rigward tal-investiment huma relatati mal-funzjonament tas-Suq Uniku u mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-Suq Uniku; jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod rigoruż il-mod kif l-Istati Membri komplew jaħdmu fuq l-isfidi u l-ostakli identifikati fir-rigward tal-investiment, tipparteċipa fi djalogu strutturat regolari dwar il-konformità mal-Istati Membri u tuża s-setgħat tagħha u tieħu azzjoni fejn xieraq sabiex tneħħi ostakli mhux ġustifikati u sproporzjonati għas-Suq Uniku;

12.

Jenfasizza li kwalunkwe proċess ta' rieżami tas-Semestru Ewropew jeħtieġ jippermetti l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew, tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, mhux biss biex jiżdied is-sens ta' appartenenza fil-konfront tas-Semestru Ewropew iżda wkoll biex jiżdied il-livell ta' implimentazzjoni tas-CSRs;

13.

Jenfasizza l-importanza ta' approċċ inklużiv u trasparenti li jiġġenera riformi rilevanti u meħtieġa permezz tas-Semestru Ewropew;

Il-potenzjal mhux sfruttat tas-Suq Uniku

14.

Ifakkar fil-bżonn li jitwettqu riformi ekonomiċi u soċjali adatti u ġusti, kif ukoll li jiġu indirizzati l-burokrazija żejda u l-protezzjoniżmu, sabiex jitjiebu l-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;

15.

Jenfasizza li għalkemm fis-Suq Uniku m'hemmx ostakli tariffarji diretti, jeżistu għadd kbir ta' ostakli nontariffarji varji; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jagħtu bidu għal dibattitu kostruttiv dwar din il-kwistjoni sabiex jingħelbu l-ostakli nontariffarji fl-UE;

16.

Jiddeplora l-fatt li f'diversi Stati Membri hemm nuqqasijiet sinifikanti fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi, li tkopri attivitajiet li jirrappreżentaw aktar minn 45 % tal-PDG u tal-impjiegi tal-UE, fost l-oħrajn minħabba għadd sostanzjali ta' regoli u regolamenti nazzjonali li mhux dejjem ikunu fl-interess pubbliku; jiddispjaċih ukoll li l-proċedura ta' notifika mhux dejjem tiġi rispettata;

17.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-modernizzazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali, li tipproponi sistema aħjar ta' rikonoxximent tal-kwalifiki li tiffavorixxi l-mobilità tal-ħaddiema; jinnota li r-regolamentazzjoni ta' professjonijiet regolati, kif ukoll ir-riżervi li jillimitaw l-eżerċizzju ta' ċerti attivitajiet, ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor;

18.

Jilqa' favorevolment l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra inizjattiva għal passaport tas-servizzi u formola ta' notifika armonizzata, bil-kundizzjoni li din l-inizjattiva twassal għal trasparenza akbar fir-rigward tas-setgħat tal-fornituri tas-servizzi transkonfinali u għal tnaqqis fil-burokrazija u l-piżijiet amministrattivi; jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva bħal din m'għandhiex twassal għall-introduzzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini; josserva, madankollu, li jkun xieraq li jingħata aktar dettall dwar il-punti prinċipali ta' din il-proposta; iqis il-passaport tas-servizzi bħala soluzzjoni temporanja maħsuba biex tintuża matul it-tranżizzjoni lejn Suq Uniku integrat għalkollox;

19.

Jenfasizza li s-suq tal-akkwist pubbliku jirrappreżenta porzjon sostanzjali tas-Suq Uniku kollu kemm hu u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tkabbir tal-Istati Membri u tan-negozji, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja t-trasparenza tal-proċeduri ta' akkwist fis-settur pubbliku, il-kompetizzjoni transkonfinali u t-titjib fl-użu tar-riżorsi pubbliċi, anke permezz ta' standards soċjali u ambjentali;

20.

Ifakkar li, fl-2014, l-UE adottat riforma kbira tal-qafas tal-akkwist tal-UE, li permezz tagħha ssimplifikat il-proċeduri, għamlet ir-regoli aktar flessibbli u adattathom biex tintegrahom aħjar ma' politiki oħrajn tas-settur pubbliku;

21.

Jirrimarka li fl-Istati Membri għad hemm ineffiċjenzi sinifikanti fl-akkwist pubbliku li jillimitaw l-espansjoni u t-tkabbir transkonfinali fis-swieq domestiċi; jenfasizza l-ħtieġa ta' traspożizzjoni u implimentazzjoni xierqa u f'waqthom tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet min-naħa tal-Istati Membri; jemmen li l-implimentazzjoni korretta tal-proċedura tar-rimedji tal-2007 tiżgura li l-akkwist pubbliku jkun aktar effiċjenti, effikaċi u trasparenti.

22.

Jilqa' t-tieni programm dwar is-Soluzzjonijiet ta' Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA2), li beda fl-1 ta' Jannar 2016 u li se jappoġġja l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli, disponibbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini interessati kollha fl-Ewropa, mingħajr ħlas;

23.

Jenfasizza li l-iżvilupp u l-użu mifrux tal-amministrazzjoni elettronika fl-Istati Membri se jservu bħala għodda fundamentali li tagħmilha aktar faċli għall-imprendituri biex joperaw fis-Suq Uniku u għall-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'rabta ma' dan ta' hawn fuq, timpenja ruħha għall-iżvilupp tal-amministrazzjoni elettronika bħala prijorità ewlenija u urġenti;

24.

Jenfasizza li s-settur privat huwa mutur kruċjali għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi; jirrimarka li r-regolamenti u l-prattiki nazzjonali individwali, flimkien ma' implimentazzjoni inadegwata tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, jistgħu jirriżultaw f'ostakli u piżijiet bla bżonn u dannużi għall-imprendituri u l-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw applikazzjoni xierqa u infurzar aħjar tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku u strumenti kosteffiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu identifikati s-setturi u s-swieq fejn l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku hija insuffiċjenti jew problematika;

26.

Huwa tal-parir li t-tisħiħ tar-rwol tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott eżistenti bħala punti ta' aċċess uniku għall-operaturi ekonomiċi dwar kwistjonijiet relatati mas-Suq Uniku jgħin biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u l-komprensjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli;

27.

Jenfasizza li kundizzjonijiet aħjar għat-trawwim ta' negozji ġodda u SMEs jistgħu jirriżultaw f'innovazzjoni aktar attiva u ħolqien ta' impjiegi, minbarra li jiġġeneraw tkabbir sostenibbli; ifakkar li għad hemm ħafna ostakli, xi wħud minnhom burokratiċi, li jfixklu l-iżvilupp tal-SMEs internament u internazzjonalment; jappella biex jiġu identifikati u eliminati l-ostakli li jimpedixxu t-tkabbir domestiku u internazzjonali;

28.

Jenfasizza li, wara l-kriżi finanzjarja, l-intensità tal-akkumulazzjoni kapitali tanġibbli u intanġibbli kienet aktar baxxa fl-UE milli fit-territorju tal-kompetituri tagħha, fatt li huwa ta' detriment għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali; jenfasizza li l-investiment, inkluż fil-qasam tal-ICT, huwa ta' importanza kbira sabiex jerġa' jkun hemm produttività u tkabbir fit-tul fl-UE; huwa tal-fehma li sabiex tinqaleb din ix-xejra negattiva, jeħtieġ jissaħħaħ is-Suq Uniku u jitnaqqsu l-ostakli għall-investiment; jesiġi li l-investiment ikun immirat lejn il-finanzjament tal-ekonomija reali u li jkomplu jittieħdu miżuri kontinwi sabiex jintlaħaq dak il-għan;

29.

Jappella biex jitneħħew minnufih ir-restrizzjonijiet territorjali mhux ġustifikati – l-hekk imsejjaħ “imblukkar ġeografiku” (geo-blocking), b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi, u b'hekk tintemm id-diskriminazzjoni mhux ġustifikata fl-aċċess għal prodotti u servizzi kif ukoll id-diskriminazzjoni fil-prezzijiet ibbażata fuq il-post ġeografiku jew iċ-ċittadinanza;

30.

Jappella biex is-Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni tissaħħaħ ħalli l-ħidma tinbeda malajr kemm jista' jkun sabiex jiżdied l-appoġġ favur il-politiki tal-UE fl-innovazzjoni diġitali, tiżdied iċ-ċibersigurtà u titjieb l-interoperabbiltà;

31.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw u jinfurzaw ir-regoli tas-Suq Uniku b'mod xieraq u f'waqtu; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tas-CSRs – inklużi r-riformi fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi nazzjonali – sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir tal-Istati Membri;

32.

Jemmen li l-Istati Membri jeħtieġ iżidu l-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, billi jipprovdu aktar servizzi diġitali li jkunu aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u għan-negozji, u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transkonfinali u l-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi;

Is-Suq Uniku fis-seklu 21

33.

Jenfasizza li l-kunċett tal-ekonomija moderna qed jinbidel b'pass mgħaġġel minħabba l-avvanzi diġitali u teknoloġiċi, kompetizzjoni internazzjonali aktar intensa u t-tibdil fix-xejriet komportamentali tal-atturi ekonomiċi u tal-konsumaturi;

34.

Jirrimarka l-fatt li l-linja bejn il-prodotti u s-servizzi qed issir dejjem aktar imċajpra; jenfasizza l-importanza dejjem akbar tas-servizzi relatati man-negozju u s-sistemi bi prodotti u servizzi integrati; jemmen li l-oqfsa regolatorji tas-Suq Uniku jeħtieġ iħaddnu dawn l-iżviluppi evoluttivi;

35.

Jilqa' l-mudelli kummerċjali ġodda tal-ekonomija kollaborattiva u jirrikonoxxi l-potenzjal innovattiv enormi li għandhom u li għandu jiġi sfruttat f'konformità mal-istandards eżistenti mil-lat ġuridiku u tal-ħarsien tal-konsumaturi kif ukoll ma' kundizzjonijiet kompetittivi ekwi; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex l-ekonomija kollaborattiva tiżviluppa u tirnexxi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu approċċ strateġiku li jippermetti li n-negozji tal-ekonomija kollaborattiva jikkompetu ma' negozji tradizzjonali f'ambjent ġust;

36.

Jirrimarka li x-xejriet tal-investiment min-naħa tan-negozji raw bidla sinifikanti, b'żieda fid-daqs u l-importanza tal-infiq f'assi intanġibbli meta mqabbla mal-investiment f'assi tanġibbli; jenfasizza li, b'rabta ma' assi intanġibbli, 17 % biss tal-investiment tad-ditti jmur favur ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam xjentifiku; jistieden lil dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika jaħdmu favur it-tneħħija tal-ostakli regolatorji li jimpedixxu t-twettiq tal-potenzjal sħiħ ta' din il-lieva ta' innovazzjoni ġdida;

37.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-Istrateġija tas-Suq Uniku, li tiddeskrivi kif diversi azzjonijiet tal-Kummissjoni (l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tal-Enerġija, eċċ.) huma ffukati fuq għan prinċipali – l-isfruttament tal-potenzjal tas-Suq Uniku tal-UE; jenfasizza li l-komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku tgħid li s-Suq Uniku għandu jitqies iżjed fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

38.

Jilqa' l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bħala l-approċċ it-tajjeb biex l-UE tadatta ruħha għall-era diġitali; jappella biex din l-istrateġija tiġi introdotta u implimentata malajr biex ikun żgurat li l-UE tirkupra ż-żmien li tilfet preċedentement meta l-adozzjoni u l-użu tat-teknoloġiji diġitali kienu batuti; iqis li dan jeħtieġ allokazzjoni ta' fondi nazzjonali u tal-UE sabiex tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa, b'mod partikolari fiż-żoni rurali; jinnota wkoll l-importanza tal-appoġġ favur l-innovazzjoni diġitali u t-titjib fl-interoperabbiltà, u li kwistjonijiet ta' sigurtà ċibernetika għandhom jingħataw attenzjoni partikolari;

39.

Jenfasizza li servizzi ta' twassil tal-pakketti aċċessibbli, effiċjenti, ta' kwalità għolja u bi prezz raġonevoli jikkostitwixxu rekwiżit preliminari essenzjali għal kummerċ elettroniku transkonfinali li jirnexxi, għall-benefiċċju – b'mod partikolari – tal-SMEs u l-konsumaturi;

40.

Ifakkar li l-integrazzjoni tas-Suq Uniku fil-prodotti u s-servizzi hija kważi dejjem ibbażata fuq id-data, u li l-interoperabbiltà hija l-“kolla” li ttejjeb il-konnessjoni tul il-katina tal-provvista u tiżgura komunikazzjoni effikaċi bejn il-komponenti diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tibda l-aġġornament tal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà malajr kemm jista' jkun, flimkien ma' pjan ta' standardizzazzjoni integrat li jidentifika u jiddefinixxi l-prijoritajiet ewlenin;

41.

Jenfasizza li l-investimenti privati u pubbliċi f'netwerks ta' komunikazzjoni veloċi u ultraveloċi huma rekwiżit għal kwalunkwe progress diġitali, u jridu jiġu inċentivati permezz ta' qafas regolatorju stabbli tal-UE sabiex l-atturi kollha jkunu jistgħu jagħmlu investimenti anke f'żoni rurali u remoti;

42.

Jenfasizza l-importanza li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jiġi implimentat b'suċċess sabiex l-investimenti jiġu massimizzati u l-kumpaniji innovattivi jingħataw appoġġ fl-istadji differenti tal-finanzjament tal-iżvilupp tagħhom; jenfasizza l-importanza li, f'każ ta' falliment tas-suq, jiġu sfruttati bis-sħiħ il-fondi pubbliċi li diġà huma disponibbli għal investimenti diġitali, u li jingħata lok għal sinerġiji bejn programmi tal-UE bħalma huma Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u fondi strutturali rilevanti u strumenti oħrajn;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk l-istrateġija tal-broadband attwali għal netwerks mobbli u fissi, kif ukoll il-miri tagħha, humiex adegwati għall-esiġenzi tal-futur u jekk jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal konnettività għolja għal kulħadd – sabiex tiġi evitata l-qasma diġitali – u għall-ħtiġijiet tal-ekonomija bbażata fuq id-data kif ukoll it-tixrid rapidu tal-5G;

44.

Jenfasizza li l-UE għandha tibni l-vantaġġ kompetittiv tagħha billi toħloq art fertili perfetta għat-twelid ta' kumpaniji innovattivi, li jeħtieġ politika industrijali moderna u infrastruttura aktar integrata li tqiegħed fuq quddiem l-adozzjoni tat-teknoloġija u ambjent regolatorju li jiffavorixxi l-innovazzjoni u l-intraprenditorija; jappella biex kwalunkwe qafas diġitali propost fil-futur ikun inklużiv, aċċessibbli u jiżgura livell għoli ta' ħarsien għall-konsumaturi;

Il-governanza tas-Suq Uniku

45.

Jenfasizza li, sabiex ikun hemm governanza u sens ta' appartenenza aktar b'saħħithom fil-livelli kollha fejn jidħol is-Suq Uniku, hemm bżonn kjarifika fit-tqassim tal-kompiti bejn dawk il-livelli u oqfsa li jagħtu inċentivi aħjar u responsabbiltà ċara għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet tas-Suq Uniku biex jingħata impetu ġdid lis-Suq Uniku;

46.

Jinnota li s-sens ta' appartenenza fuq ħafna livelli fir-rigward tal-governanza effikaċi tas-Suq Uniku jista' jintlaħaq b'suċċess permezz ta' regolamentazzjoni aħjar, minn naħa, u kultura ta' infurzar regolatorju usa', min-naħa l-oħra; jappella biex jiġi żviluppat il-kapital uman, fost l-oħrajn abbażi ta' informazzjoni aktar aċċessibbli u taħriġ xieraq biex jogħlew il-livelli ta' għarfien u ta' sensibilizzazzjoni;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tas-Suq Uniku jiġu infurzati b'mod konsistenti min-naħa tal-Istati Membri, billi tuża l-informazzjoni disponibbli, id-data u l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, u timponi l-konsegwenzi previsti mit-Trattati f'każijiet fejn l-Istati Membri jonqsu milli jirrispettaw il-politiki u l-liġijiet tal-UE;

48.

Jirrimarka l-importanza tal-monitoraġġ u l-ġbir tad-data u l-ħtieġa ta' sistema robusta u integrata; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, f'ħafna każijiet, l-informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi tkun disponibbli f'lingwa waħda biss u dan ma jippermettix lill-partijiet interessati kollha jikkummentaw dwar kwistjonijiet u proposti importanti; iqis li d-data u l-evidenza għandhom jiġu kkunsidrati fit-teħid ta' deċiżjonijiet strateġiċi fundamentali għall-kompletar tas-Suq Uniku, għat-tnaqqis tad-distakk bejn l-Istati Membri u għat-tisħiħ tal-governanza tas-Suq Uniku, bħal fil-prijoritizzazzjoni għall-azzjoni u l-infurzar, fl-evalwazzjoni tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-kompetittività, u anke fi ħdan id-djalogu strutturat dwar il-konformità magħmul mal-Istati Membri;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rapport annwali dwar l-ostakli għas-Suq Uniku f'diversi Stati Membri u fl-UE kollha kemm hi u biex, fis-CSRs, toħroġ rakkomandazzjonijiet iffukati fuq it-tneħħija tagħhom; jenfasizza li s-Suq Uniku għandu jkollu rwol aktar importanti fis-CSRs;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-miżuri kollha disponibbli, inklużi l-proċeduri ta' ksur, meta jkun meħtieġ, sabiex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tul ta' żmien li tieħu l-proċedura ta' ksur meta jkun qed jiġi eżaminat u rimedjat ksur tar-regoli tas-Suq Uniku, u dwar l-għadd kbir ta' każijiet pendenti;

51.

Jinnota l-benefiċċji tas-SOLVIT; jitlob li s-SOLVIT jissaħħaħ, li jkun konness aħjar mas-servizzi tal-Kummissjoni, u li jkun integrat sew ma' proġetti u databases eżistenti bħaċ-CHAP u l-EU Pilot sabiex jinħolqu sinerġiji fl-informazzjoni u jkun hemm kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jitlob li l-Kummissjoni tibqa' ssegwi b'mod konsistenti l-każijiet mhux solvuti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-SOLVIT jingħata l-appoġġ u l-għarfien espert meħtieġ sabiex ikun jista' jindirizza b'mod effiċjenti l-każijiet li jaslulu;

52.

Huwa tal-fehma li l-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza tas-suq fi ħdan is-Suq Uniku jeħtieġ jissaħħu, ikunu konnessi aħjar u jkunu mgħammra bil-persunal xieraq sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-lum, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kompetizzjoni minn madwar id-dinja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza tas-suq jikkooperaw aktar mill-qrib u jikkondividu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-forom differenti ta' kompetizzjoni inġusta fis-Suq Uniku, fosthom l-għadd kbir ta' prodotti illegali u mhux konformi li jiġġeneraw spejjeż għoljin għan-negozji li jirrispettaw ir-regoli kif ukoll riskji kbar għall-konsumaturi, b'mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tul ta' żmien li qed jieħu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jadotta l-Pakkett dwar is-Sikurezza tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq, li qed jipperikola s-sikurezza tal-prodotti fl-UE; jistieden lill-Kunsill jadottah minnufih;

53.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jinħoloq Portal Diġitali Uniku bħala portal ċentrali aċċessibbli li jirrazzjonalizza u jissimplifika l-aċċess għall-informazzjoni u jippromwovi l-pjattaformi eżistenti ddedikati għall-utenti; jenfasizza r-rwol tal-gvernijiet nazzjonali u reġjonali fil-promozzjoni ta' dawn il-pjattaformi, billi jagħmluhom aċċessibbli u jedukaw lill-utenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ u tissimplifika l-għodod online tas-Suq Uniku;

54.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u tal-inizjattiva REFIT, kif ukoll il-ħtieġa ta' sigurtà u prevedibbiltà mil-lat regolatorju, fit-tfassal ta' inizjattivi leġiżlattivi ġodda; jenfasizza li l-prinċipju ta' regolamentazzjoni aħjar m'għandux jippreġudika d-dritt tal-UE u tal-Istati Membri li jilleġiżlaw f'oqsma kritiċi għall-interess pubbliku bħas-saħħa u l-ambjent;

o

o o

55.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0067.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0069.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0130.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2014)0038.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0054.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/117


P8_TA(2016)0061

Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija (2015/2791(RSP))

(2018/C 035/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ftuħ ta' negozjati fit-13 ta' Ottubru 2015 fil-prospettiva ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 3, 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta' Cecilia Malmström fit-13 ta' Ottubru 2015 f'Tuneż fl-okkażjoni tal-ftuħ tan-negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles approfondit u komprensiv bejn l-Unjoni u t-Tuneżija,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tad-9 ta' Ottubru 2015 li l-Premju Nobel għall-Paċi tal-2015 jingħata lill-Kwartett għad-Djalogu Nazzjonali li jirrappreżenta lis-soċjetà ċivili Tuneżina,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta' Lulju 2015 dwar it-Tuneżija (1),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 1/2015 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tas-17 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Tuneżija (2013-2017) li jimplimenta s-sħubija privileġġjata fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 534/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tat-Tuneżija (3), kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-ewwel akkont fis-26 ta' April 2015,

wara li kkunsidra l-analiżijiet imwettqa minn Ecorys dwar l-impatt tal-kummerċ fuq l-iżvilupp sostenibbli, li jservu ta' appoġġ għan-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles approfondit u komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija (4),

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibilità (VIS) rigward iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja (ŻKĦEM), ir-rapport finali tal-proġett VIS taż-ŻKĦEM u l-proġett ta' konsultazzjoni mwettaq f'Settembru 2007 mill-Impact Assessment Research Centre (Ċentru ta' Riċerka dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt) tal-Institute for Development Policy and Management (Istitut għall-Politika u l-Ġestjoni tal-Iżvilupp) tal-Università ta' Manchester (5),

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (6),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-18 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Unjoni għall-Mediterran u dwar il-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 bit-titolu “Kummerċ għall-Bidla: L-Istrateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-rivoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija” (7),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u t-Tuneżija huma stretti u antiki ħafna, u billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar sieħeb kummerċjali tat-Tuneżija u t-Tuneżija l-erbgħa u tletin sieħeb tal-Unjoni;

B.

billi l-ewwel ftehim ta' kooperazzjoni kummerċjali konkluż bejn iż-żewġ sħab ġie ffirmat fl-1969, u billi t-Tuneżija kienet l-ewwel pajjiż fuq ix-xtut tan-Nofsinhar tal-Mediterran li ffirma ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea fl-1995;

C.

billi fit-13 ta' Ottubru 2015, l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija varaw negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ambizzjuż abbażi tal-mandat adottat fl-14 ta' Diċembru 2015 b'unanimità mill-Istati Membri tal-Unjoni, u billi sar ċiklu ta' negozjati inizjali mid-19 sat-22 ta' Ottubru 2015;

D.

billi d-diskussjonijiet preliminari bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija dwar id-DCFTA damu erba' snin, u billi t-Tuneżija stabbiliet Kummissjoni Nazzjonali biex tiddefinixxi l-prijoritajiet tagħha;

E.

billi l-approfondiment tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Ewropa u t-Tuneżija bil-konklużjoni ta' sħubija kummerċjali ambizzjuża għandu jiftaħ prospettivi ta' tkabbir u ta' tqarrib għall-ekonomiji tat-Tuneżija u tal-Unjoni Ewropea; billi din is-sħubija trid tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni politika u demokratika tat-Tuneżija;

F.

billi s-sħubija kummerċjali taqa' fl-ambitu usa' tar-relazzjonijiet ta' viċinat bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija rregolati mill-Ftehim Ewro-Mediterranju ta' Assoċjazzjoni tal-1995 li jipprevedi l-istabbiliment ta' żona ta' kummerċ ħieles u dispożizzjonijiet dwar l-agrikoltura u s-servizzi; billi fis-17 ta' Marzu 2015 il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija adotta pjan ta' azzjoni ġdid li jimplimenta s-sħubija privileġġjata, sabiex jintlaħaq livell għoli ta' integrazzjoni ekonomika; billi r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat għandu jippromwovi l-valuri u l-interessi komuni tal-Unjoni u tat-Tuneżija, żvilupp soċjoekonomiku solidali u l-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ, u għandu jwassal għal stabbilizzazzjoni ekonomika;

G.

billi t-Tuneżija, il-post fejn bdew il-ġrajjiet magħrufa bħala r-“Rebbiegħa Għarbija”, hija l-uniku pajjiż fir-reġjun tal-Lvant Qrib u Nofsani u tal-Afrika tat-Tramuntana fejn ġie implimentat proċess ta' tranżizzjoni demokratika u politika u, għaldaqstant, huwa eżempju għar-reġjun kollu;

H.

billi l-istabbiltà politika u l-iżvilupp ekonomiku jimxu id f'id, u billi dan il-ftehim kummerċjali għandu jkollu l-objettiv li joffri prospettivi reali għall-ekonomiji Tuneżini u Ewropej;

I.

billi, b'mod parallel ma' dawn in-negozjati, l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tagħti u tintensifika l-għajnuna tagħha lit-Tuneżija u tipprovdilha assistenza finanzjarja u teknika adegwata u xierqa matul in-negozjati u mbagħad fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim permezz tal-iżvilupp ta' sħubija reali li fiha jistgħu jitqiesu l-interessi tal-popolazzjonijiet taż-żewġt ixtut tal-Mediterran;

J.

billi t-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea għandhom kull interess li jippromwovu u jsaħħu l-proċess ta' integrazzjoni reġjonali “Nofsinhar-Nofsinhar” bejn it-Tuneżija u l-istati ġirien, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim ta' Agadir; u billi n-negozjati ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u t-Tuneżija għandhom jikkumplementaw tali sforzi;

K.

billi t-tranżizzjoni demokratika Tuneżina tibqa' eżempju għall-pajjiżi l-oħra tar-reġjun; billi fis-26 ta' Jannar 2014, l-Assemblea Nazzjonali Kostitwenti adottat il-Kostituzzjoni l-ġdida għat-Tuneżija; billi dan huwa eżemplari fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet; billi fil-21 ta' Diċembru 2014, is-Sur Beji Caïd Essebsi ġie elett President tar-Repubblika tat-Tuneżija f'elezzjonijiet ħielsa, pluralisti u trasparenti;

L.

billi s-soċjetà ċivili Tuneżina, b'riżultat tad-dinamiżmu u l-livell ta' edukazzjoni tagħha, tiżvolġi rwol essenzjali fit-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn id-demokrazija; billi għandha tkompli tiġi assoċjata mill-qrib mal-proċess ta' deliberazzjonijiet politiċi, anke fin-negozjati li għaddejjin;

M.

billi l-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi lill-Kwartett tad-Djalogu Nazzjonali Tuneżin huwa rikonoxximent tal-isforzi li saru għall-konsolidament tad-demokrazija u huwa inkoraġġiment biex dan il-proċess jitkompla; billi huwa imperattiv li jiġi konkluż ftehim eżemplari biex itaffi l-preokkupazzjonijiet espressi mis-soċjetà ċivili;

Konstatazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika, politika u soċjali fit-Tuneżija

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakki terroristiċi li seħħew fit-Tuneżija f'dawn l-aħħar xhur u li ħallew ħafna vittmi; iqis li t-Tuneżija qiegħda tħabbat wiċċha ma' theddida terroristika kbira ħafna u jfakkar li l-attentat tal-24 ta' Novembru 2015 fuq xarabank tas-sigurtà presidenzjali, l-attakki terroristiċi tas-26 ta' Ġunju 2015 f'Sousse u l-attentat tat-18 ta Marzu 2015 fil-Mużew ta' Bardo kkompromettew serjament il-prospettivi turistiċi għas-sajf tal-2015 meta t-turiżmu u s-setturi marbuta jirrappreżentaw 15 % tal-PNG tal-pajjiż; jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mat-Tuneżija u jtenni l-appoġġ tiegħu lill-awtoritajiet Tuneżini fil-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu, fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

2.

Jikkonstata li l-ekonomija Tuneżina qed taffronta diffikultajiet sinifikanti, li r-rata ta' tkabbir tal-PDG kienet ta' 2,3 % fl-2014, li r-rata tal-qgħad fl-2015 kienet tammonta għal 15 % tal-popolazzjoni attiva, li 28,6 % tal-gradwati mill-edukazzjoni għolja huma bla xogħol u li l-qgħad fost iż-żgħażagħ Tuneżini qed jiżdied;

3.

Isostni li jeżisti żbilanċ demografiku u ekonomiku evidenti bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, u li dan jiġġustifika strateġija asimmetrika u progressiva fin-negozjati;

4.

Ifakkar li t-Tuneżija hija karatterizzata minn disparitajiet reġjonali sinifikanti bejn il-kapitali, Tuneż, u r-reġjuni l-oħra tal-pajjiż, b'distakki fl-iżvilupp sinifikanti ħafna bejn il-kosta u ż-żoni taċ-ċentru tal-pajjiż, partikolarment fir-rigward tar-rata tal-qgħad, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u li dawn id-distakki jistgħu jaggravaw minħabba t-tibdil fil-klima;

5.

Ifakkar li s-suq tax-xogħol fit-Tuneżija fih disparitajiet bejn id-diversi setturi affettwati mill-ftehim kummerċjali, li, jekk ma jiġux indirizzati, jistgħu jwasslu għal eċċess ta' ħaddiema fis-settur agrikolu u għall-għajbien ta' setturi oħra importanti għad-diversifikazzjoni ekonomika fit-Tuneżija, bħall-industrija tal-manifattura jew tal-minjieri;

6.

Jinnota li l-proċess ta' tranżizzjoni demokratika tat-Tuneżija huwa l-iktar wieħed li rnexxa fir-reġjun u li l-pajjiż għażel mudell politiku u ta' żvilupp ekonomiku uniku fost il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tqis dan il-fatt bis-sħiħ fin-negozjati; iqis li l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri kollha possibbli biex tappoġġja lit-Tuneżija fit-tranżizzjoni demokratika tagħha lejn soċjetà stabbli u pluralista;

7.

Jikkonstata li t-Tuneżija tbati minħabba ambjent reġjonali instabbli ħafna, b'mod partikolari minħabba l-kunflitt fil-Libja u l-vjolenza sporadika fl-Alġerija, żewġ pajjiżi fuq il-fruntiera magħha;

8.

Jikkonstata li t-Tuneżija laqgħet aktar minn 1,8 miljun rifuġjat Libjan, u li dan in-numru jikkorrispondi għal 16 % tal-popolazzjoni totali tat-Tuneżija;

Il-kundizzjonijiet biex jirnexxi ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija

9.

Jilqa' l-ftuħ tan-negozjati fil-ħarifa tal-2015 għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, abbażi tal-mandat adottat fl-2011 mill-Kunsill b'segwitu għar-“Rebbiegħa Għarbija”; jinnota li, mill-2011, it-Tuneżija kkonsolidat it-tranżizzjoni demokratika tagħha bil-proklamazzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida tagħha fis-26 ta' Jannar 2014 u bl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali li saru rispettivament fis-26 ta' Ottubru u fit-23 ta' Novembru 2014;

10.

Iqis li dan il-ftehim fih iktar minn dimensjoni kummerċjali biss, u li għandu bilfors ikollu l-għan li jikkontribwixxi għall-istabbiltà tat-Tuneżija, għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija tagħha u għar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomija tagħha, billi jkollha impatt pożittiv kemm fuq il-prezzijiet tal-konsumatur u l-impjiegi, fuq is-salarji tal-ħaddiema kwalifikati u mhux kwalifikati u fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi; jitlob li ma jiġi konkluż ebda ftehim li ma jindirizzax dawn il-kwistjonijiet;

11.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi jikkonkludu ftehim progressiv u asimmetriku li jqis id-disparitajiet ekonomiċi kbar bejn iż-żewġ partijiet, juru flessibbiltà, reattività, innovazzjoni, trasparenza u kapaċità ta' adattament fin-negozjati, u jżommu f'moħħhom li dan il-ftehim irid ikun ta' benefiċċju għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tat-Tuneżija u tal-UE, filwaqt li jitqiesu kif xieraq id-differenzi u s-sensittivitajiet speċifiċi, u l-kuntesti soċjoekonomiċi u kulturali, taż-żewġ partijiet, mingħajr distorsjoni fil-kummerċ intrareġjonali tat-Tuneżija mal-pajjiżi tar-reġjun;

12.

Jilqa' l-fatt li l-Gvern Tuneżin ippreżenta pjan ta' riformi fuq ħames snin (2015-2020) tal-ekonomija, bl-għan li jnaqqas ir-rata tal-qgħad u d-disparitajiet reġjonali fil-pajjiż u li jiddiversifika l-istruttura ekonomika; iqis li l-ftehim ta' kummerċ ħieles għandu jkun konsistenti mal-għanijiet ta' dan il-pjan;

13.

Ifakkar li dawn huma l-ewwel negozjati kummerċjali ta' din il-portata għat-Tuneżija, u li għalhekk, huwa importanti li l-ftuħ tas-setturi ekonomiċi Tuneżini jkun progressiv, gradwali u asimmetriku, u li jipprevedi perjodi ta' tranżizzjonijiet għas-setturi sensittivi filwaqt li jiġu esklużi min-negozjati ċerti prodotti meqjusa bħala sensittivi mill-partijiet;

14.

Iqis li huwa essenzjali li t-Tuneżija tirċievi mill-Unjoni Ewropea għajnuna finanzjarja u teknika sostanzjali għan-negozjati kummerċjali biex timplimenta kif xieraq id-dispożizzjonijiet differenti tal-ftehim ta' kummerċ ħieles; jitlob li l-għajnuna finanzjarja tiġi allokata b'mod trasparenti u li tkun effettivament ta' benefiċċju għad-destinatarji tagħha;

15.

Jilqa' l-appoġġ mogħti mill-Bank Ewropew tal-Investiment lil numru ta' proġetti fit-Tuneżija; jissottolinja l-fatt li dan l-appoġġ jikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni ekonomika tat-Tuneżija kif ukoll għall-ħolqien ta' impjiegi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;

16.

Jilqa' l-fatt li l-Unjoni Ewropea għamlet lit-Tuneżija wieħed mill-pajjiżi prijoritarji tal-politika tal-viċinat tagħha vis-à-vis l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u li allokat self ta' EUR 300 miljun lit-Tuneżija f'assistenza makrofinanzjarja biex jiġu stabbiliti riformi ekonomiċi;

17.

Jitlob, madankollu, lill-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Istati Membri tagħha, lill-BEI u lill-BERŻ, biex jibqgħu qrib it-Tuneżini u jintensifikaw il-programmi ta' għajnuna u ta' assistenza, anke permezz tal-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi straordinarji, biex jakkumpanjaw lit-Tuneżija fil-konsolidazzjoni tal-proċess demokratiku tagħha; jilqa' l-implimentazzjoni minn ċerti Stati Membri ta' “sħubijiet għat-trasformazzjoni tat-Tuneżija”; jistieden lill-Unjoni Ewropea tkompli l-programm tagħha ta' tnaqqis tal-inugwaljanzi reġjonali fir-rigward tal-aċċess għall-kura medika bażika;

18.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea tqis is-sitwazzjoni speċifika tat-Tuneżija f’dawn in-negozjati, speċjalment fid-dawl tat-tranżizzjoni demokratika fraġli u d-differenza fl-iżvilupp ekonomiku bejn l-Unjoni u t-Tuneżija, filwaqt li żżomm dejjem f’moħħha li l-aħjar soluzzjonijiet huma dawk li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li dawn in-negozjati jiksbu malajr gwadanji konkreti għall-ekonomiji tal-Ewropa u tat-Tuneżija f’setturi ewlenin kif ukoll għall-atturi kollha involuti, speċjalment l-SMEs u l-mikrointrapriżi;

20.

Jenfasizza li dan il-ftehim irid jikkontribwixxi għall-iżvilupp u għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija Tuneżina li bħalissa hija dipendenti primarjament fuq l-agrikoltura, għat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali u li jrid jipprovdi benefiċċji konkreti għat-Tuneżini u l-Ewropej kollha;

21.

Jilqa' l-fatt li t-Tuneżija wettqet riformi soċjali u ekonomiċi kbar; jinsisti li dawn ir-riformi jkomplu għaddejjin, anke matul in-negozjati, sabiex il-pajjiż ikun jista’ jieħu vantaġġ sħiħ mill-ftehim;

22.

Jikkunsidra li l-ftehim għandu jikkontribwixxi għall-approfondiment tal-kooperazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, li diġà għamlet progress tajjeb permezz tat-tneħħija tad-dazji doganali fuq il-prodotti industrijali, bi qbil mal-ftehim ta' assoċjazzjoni; jipproponi għalhekk l-isem il-ġdid ta’ “sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija”;

23.

Iħeġġeġ ħafna lill-Kummissjoni u lill-Gvern Tuneżin jistabbilixxu proċess ċar u preċiż tal-involviment tas-soċjetà ċivili Tuneżina u dik Ewropea matul iż-żmien kollu tan-negozjati, u biex ikunu innovattivi; f’dan is-sens, huwa sodisfatt mir-rwol tas-soċjetà ċivili Tuneżina fl-ewwel ċiklu tan-negozjati u jitlob biex il-konsultazzjonijiet ikunu miftuħa u trasparenti u biex jikkunsidraw aktar id-diversità tas-soċjetà ċivili Tuneżina, billi jinbnew fuq l-aħjar prattiki bħal dawk li ġew stabbiliti fil-qafas ta’ negozjati simili;

24.

Jilqa’, f’dan ir-rigward, l-istabbiliment mill-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Artiġjanat ta’ sit tal-internet iddedikat għall-komunikazzjoni tad-DCFTA lill-pubbliku kif ukoll ir-rieda tan-negozjaturi li jippubblikaw it-test finali f’verżjoni bi tliet lingwi; jikkunsidra li s-soċjetà ċivili Tuneżina tista’ wkoll tkun assoċjata ma’ dawn in-negozjati permezz ta’ kumitat ta’ superviżjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt;

25.

Jitlob minnufih lill-Kunsill biex jagħmel pubbliku l-mandat ta’ negozjar, li ġie adottat unanimament mill-Istati Membri fl-14 ta’ Diċembru 2011;

26.

Jitlob l-istabbiliment ta’ djalogu regolari matul in-negozjati bejn membri parlamentari Tuneżini u Ewropej; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ Kumitat Parlamentari Konġunt (KPK) UE-Tuneżija, li se jkollu rwol ċentrali billi jippermetti lill-membri parlamentari Ewropej u Tuneżini li jiltaqgħu regolarment u jwettqu segwitu reali tan-negozjati tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles;

27.

Jesprimi x-xewqa tiegħu li dan id-djalogu jippermetti valutazzjoni aħjar tal-aspettattivi u l-preokkupazzjonijiet taż-żewġ partijiet, u għalhekk itejjeb it-termini tal-ftehim;

28.

Ifakkar li l-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja l-iżvilupp ta’ proġetti konkreti fir-reġjun u tista’, f’dan is-sens, tipprovdi għarfien espert waqt in-negozjati tal-ftehim;

29.

Jitlob li jsiru studji tal-impatt u evalwazzjonijiet settorjali, rigorużi u trasparenti miż-żewġ naħat, inkluż mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni ta’ esperti Tuneżini, dwar l-effetti tal-ftehim fuq diversi oqsma, speċjalment fuq is-servizzi, l-akkwist pubbliku, il-kompetittività tal-SMEs, l-impjiegi, l-agrikoltura, l-ambjent jew kwalunkwe settur ieħor ta’ prijorità; jinnota li t-Tuneżija tixtieq tinvolvi mill-ewwel lill-esperti Tuneżini biex tiżgura l-kredibilità taċ-ċifri tal-valutazzjoni tal-impatt fit-Tuneżija stess;

30.

Jitlob li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet settorjali jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li, skont it-talba ta’ bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Tuneżina, jiġu eventwalment preċeduti minn evalwazzjoni ex post tal-impatti soċjoekonomiċi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-1995;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabilixxi mill-aktar fis possibbli n-natura mħallta jew esklużiva tal-ftehim u jitlobha tinvolvi, mill-ewwel diskussjonijiet, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri fid-dibattitu;

32.

Jenfasizza li l-kundizzjonijiet ambjentali fil-baċir tal-Mediterran, b’mod partikolari l-iskarsezza tal-ilma, li tikkaġuna ħsara lill-attivitajiet agrikoli, għandhom jiġu kkunsidrati fin-negozjati u li għandu jiġi promoss mudell li jkun ekonomikament sostenibbli mil-lat tal-ambjent u tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali;

33.

Jenfasizza li n-negozjati kummerċjali mat-Tuneżija huma parti mill-kuntest usa’ tar-relazzjonijiet kummerċjali Ewro-Mediterranji; jinsisti li l-Għaxar Konferenza Ministerjali dwar il-Kummerċ tal-Unjoni għall-Mediterran indefinittivament posposta mill-2013 issir dalwaqt biex jiġu eżaminati l-isfidi kummerċjali tar-reġjun u l-prijoritajiet ta’ ħidma li għandhom jiġu stabbiliti għas-snin li ġejjin;

Viżjoni settorjali tan-negozjati

34.

Jitlob li l-ftehim jiddedika biżżejjed importanza lis-settur tas-servizzi, li jirrappreżenta potenzjal kbir għat-tkabbir tal-ekonomija Tuneżina u mistenni jattira investimenti strateġiċi; iqis li, peress li dawn in-negozjati kummerċjali huma l-ewwel ta’ din il-portata għat-Tuneżija, il-kapitolu dwar is-servizzi għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-setturi li fihom il-partijiet jixtiequ jieħdu impenji dwar l-aċċess għas-suq jew it-trattament nazzjonali;

35.

Ifakkar li s-settur pubbliku huwa ta’ importanza fundamentali għat-Tuneżija u li jiġbor il-parti l-kbira tal-impjiegi kwalifikati Tuneżini;

36.

Ifakkar li t-Tuneżija għandha ħafna negozji ġodda, mikrointrapriżi u SMEs ta' dinamiċità kbira fil-qasam tat-teknoloġiji avvanzati, u jitlob li l-ftehim jiffavorixxi l-kapaċitajiet ta' żvilupp u ta' internazzjonalizzazzjoni tagħhom; jieħu nota tat-talba tat-Tuneżini li fil-ftehim jiġu integrati dispożizzjonijiet ambizzjużi u bilanċjati dwar il-kummerċ online;

37.

Jistieden liż-żewġ partijiet iħeġġu, inkluż permezz ta’ inizjattivi konġunti, it-tkabbir fl-impjiegi, li huwa kundizzjoni essenzjali għall-irkupru ekonomiku u l-istabilità politika fit-Tuneżija;

38.

Jikkunsidra li l-ftehim għandu jkun ta' benefiċċju għall-produtturi ż-żgħar u l-intraprendituri żgħar fit-Tuneżija, li huma indispensabbli għan-nisġa ekonomika Tuneżina; Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ djalogu regolari bejn l-intraprendituri, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ, li jippermetti li jiġu promossi l-aħjar prattiki u li nifhmu aħjar id-diffikultajiet u l-aspettattivi ta’ xulxin;

39.

Iqis li fil-qafas tan-negozjati ta’ kapitolu dwar il-kompetizzjoni, huwa importanti li jittieħed approċċ bil-galbu, progressiv u flessibbli minħabba n-natura strateġika tal-għajnuniet tal-Istat għall-iżvilupp ekonomiku Tuneżin;

40.

Ifakkar fl-importanza li jiġu stabbiliti kmamar tal-kummerċ bilaterali li jirappreżentaw fora permanenti li jippermettu lill-atturi differenti li jiżviluppaw sħubiji bejniethom u jiżviluppaw l-attivitajiet ekonomiċi u kummerċjali tagħhom;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita l-għoti ta’ viżi għal soġġorn qasir għall-eżerċizzju ta’ servizzi tat-tip “Move IV” li jeħtieġu l-ispostament ta’ persuni għal perjodu limitat u f’kundizzjonijiet preċiżi previsti minn kuntratti u mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jenfasizza li l-ebda element fil-ftehim ma għandu jimpedixxi lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha milli japplikaw miżuri maħsuba biex jirregolaw id-dħul jew ir-residenza temporanja ta’ persuni fiżiċi fit-territorju tagħha, inklużi l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-moviment ordnat ta’ persuni fiżiċi lil hinn mill-fruntieri tagħha, bħall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tad-dħul;

42.

Jixtieq li dan il-ftehim jikkontribwixxi għall-istabbiliment sostenibbli fit-Tuneżija ta' klima favorevoli u ta’ inċentiv għall-investimenti fit-tul fis-setturi ekonomiċi essenzjali, dinamiċi u b’valur miżjud kbir bħat-turiżmu, l-enerġija, inklużi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, is-servizzi ta' teknoloġija avvanzata, l-ekonomija diġitali u l-iskambju tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora kapitolu dwar l-investimenti maħsuba biex jiffaċilitaw l-investiment barrani dirett bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija u taċċellera t-twaqqif tal-mekkaniżmu Ewro-Mediterranju ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment, li se jippermetti l-ġbir ta’ informazzjoni u data rilevanti, isaħħaħ is-sħubijiet kummerċjali u jkun ta’ benefiċċju partikolarment għat-Tuneżija;

43.

Iqis li l-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku filwaqt li jiġi nnegozjat bil-galbu l-livell ta' ftuħ kemm min-naħa tal-UE kif ukoll min-naħa tat-Tuneżija u jqis l-istruttura u l-kundizzjonijiet speċjali tal-ekonomija Tuneżina;

44.

Iqis li l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija jistgħu biss jibbenefikaw minn aċċess aħjar għas-swieq agrikoli tagħhom u li l-ftehim għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tariffi doganali, għall-eliminazzjoni tal-ostakli mhux tariffarji u għat-titjib tal-proċeduri għall-esportazzjoni;

45.

Jinnota li t-Tuneżija ffokat fuq l-iżvilupp tal-agrikoltura organika u li, permezz ta' dan il-ftehim, il-prodotti Tuneżini tal-agrikoltura ta' dan it-tip għandu jkollhom il-possibilità ta' aċċess għal swieq ġodda;

46.

Jixtieq li n-negozjati ma jippreġudikawx l-ekonomija taż-żewġ partijiet; jitlob lill-Unjoni u lit-Tuneżija jikkunsidraw il-fatt li jeżistu diversi setturi agrikoli sensittivi fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran, li għalihom se jkollhom jiġu miftiehma, waqt il-proċess ta’ negozjati, listi kompluti b’perjodi ta’ tranżizzjoni u kwoti xierqa, u jekk ikun neċessarju, l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozjati;

47.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinnegozja l-implimentazzjoni ta' standards eżiġenti u ta' kwalità għolja fl-oqsma tas-saħħa u tas-saħħa tal-pjanti u r-riżoluzzjoni ta' problemi veterinarji u ta' kontroll tal-laħam u tal-frott u l-ħaxix li għad fadal fit-Tuneżija; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi dispożizzjonijiet ta’ assistenza teknika speċifika biex tgħin lill-produtturi Tuneżini jissodisfaw l-istandards tas-saħħa u tas-saħħa tal-pjanti aktar stretti tal-Unjoni Ewropea;

48.

Iqis li l-ftehim għandu jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta’ standards ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, speċjalment fl-istandards soċjali;

49.

Jistenna li l-Gvern tat-Tuneżija u l-istituzzjonijiet Ewropej jistabbilixxu dispożizzjonijiet adegwati sabiex jiddefinixxu biċ-ċar l-oriġini, il-provenjenza u t-traċċabbiltà tal-prodotti Tuneżini, kif ukoll jiggarantixxu trasparenza akbar lill-produtturi, l-intermedjarji u l-konsumaturi;

50.

Jixtieq li l-ftehim jinkludi kapitolu ambizzjuż dwar is-setturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fosthom ir-rikonoxximent u l-protezzjoni msaħħa tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, biex jiġu żgurati rikonoxximent sħiħ u komplut tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea u tat-Tuneżija, it-traċċabilità tal-prodotti kkonċernati u l-protezzjoni tal-għarfien espert tal-manifatturi;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli għal dan il-ftehim, bil-patt li t-Tuneżija tirrikonoxxihom min-naħa tagħha;

52.

Jixtieq li l-ftehim jippermetti lill-industrija Tuneżina timmodernizza ruħha u tiggwadanja f'termini ta' għarfien espert, b'mod li jitkoprew elementi aktar estensivi tal-ktajjen ta' provvista tal-prodotti manifatturati u għaldaqstant jiġu attirati livelli ta' kompetenzi aktar avvanzati u jiġi impjegat persunal bi kwalifiki aħjar fil-livell lokali;

53.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkorpora fil-ftehim kapitolu ambizzjuż dwar l-enerġija u l-materja prima li jippermetti kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma tal-elettriku, il-gass, l-enerġija eolika, l-enerġija solari u sorsi oħra ta' enerġija rinnovabbli;

54.

Jixtieq li fil-kuntest ta’ dan il-ftehim, il-kooperazzjoni xjentifika tkun imsaħħa bejn l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka u l-istituti ta’ taħriġ fl-Ewropa u t-Tuneżija għar-riċerka, l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u, b’mod aktar ġenerali, għall-kultura u l-edukazzjoni, u li dawn l-inizjattivi jkunu jistgħu jgħinu wkoll biex jappoġġjaw is-suq tax-xogħol Tuneżin;

55.

Jilqa' l-fatt li t-Tuneżija ġiet integrata fil-programm ta’ riċerka Ewropew “Orizzont 2020” u jitlob minnufih lill-Kummissjoni u lill-Gvern Tuneżin jinkorporaw fil-ftehim kapitolu ambizzjuż dwar l-iżvilupp sostenibbli li jippromwovi standards soċjali u tax-xogħol għoljin, skont id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-istandards ambjentali taħt il-ftehimiet multilaterali f’dan il-qasam;

56.

Ifakkar li t-Tuneżija rratifikat il-konvenzjonijiet kollha tal-ILO iżda, skont korp indipendenti ta’ sorveljanza, għandha żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi standards tax-xogħol għoljin; jixtieq li d-DCFTA jgħin lit-Tuneżija tiżviluppa standards soċjali u tax-xogħol aktar protettivi, b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tat-trade unions; jistenna li d-DCFTA, fil-kuntest Tuneżin tat-tranżizzjoni demokratika u tat-theddida terroristika, jippromwovi t-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali, speċjalment il-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-espressjoni u tal-informazzjoni;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fit-test tal-ftehim il-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem, li biha l-Unjoni Ewropea tista’ tissospendi b’mod unilaterali l-applikazzjoni tal-ftehim fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem minn parti kontraenti;

58.

Jitlob lill-partijiet jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ klawżola dwar il-governanza fiskali tajba abbażi tal-ħidma tal-Pjattaforma għal governanza tajba tat-taxxa tal-Kummissjoni Ewropea, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ tassazzjoni doppja;

59.

Jilqa' l-interess kondiviż li s-Sħubija għall-Mobilità stabbilita fit-3 ta' Marzu 2014 tiġi approfondita, u jjixtieq li jiġi ffinalizat ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viżi u ftehim ta' riammissjoni;

60.

Fil-każ ta’ ħsara effettiva jew eventwali lil settur kummerċjali wieħed jew aktar kkonċernati mill-ftehim, jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jadottaw miżuri kumpensatorji adegwati;

o

o o

61.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Konklużjonijiet 11076/15 RELEX 626 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-20.7.2015.

(2)  ĠU L 151, 18.6.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 151, 21.5.2014, p. 9.

(4)  http://www.trade-sia.com/tunisia/the-study/?lang=en.

(5)  http://www.sia-trade.org/emfta.

(6)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(7)  ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 21.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/125


P8_TA(2016)0062

Attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014 (2015/2231(INI))

(2018/C 035/21)

Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 19, 41, 42 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 220(2), it-tieni u t-tielet sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0020/2016),

A.

billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2014 tressaq formalment lill-President tal-Parlament fis-26 ta' Mejju 2015, u l-Ombudsman, Emily O'Reilly, ippreżentat ir-rapport lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi Brussell fit-23 ta' Ġunju 2015;

B.

billi Emily O'Reilly ġiet eletta mill-ġdid Ombudsman Ewropew mill-Parlament waqt is-sessjoni plenarja tiegħu fis-16 ta' Diċembru 2014 fi Strasburgu;

C.

billi l-prijorità ewlenija tal-Ombudsman Ewropew hija li tiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadini jiġu rispettati bis-sħiħ u li d-dritt għal amministrazzjoni tajba jirrifletti l-ogħla standards kif mistenni mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; billi l-Ombudsman Ewropew għandu rwol vitali li jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE jsiru aktar miftuħa, effikaċi u favur iċ-ċittadini bl-għan li tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE;

D.

billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Mejju 2015, il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea hija ta' 40 % u n-nuqqas ta' fiduċja 46 %; billi l-kapaċità ta' monitoraġġ bejn l-istituzzjonijiet hija essenzjali biex jitjieb il-livell ta' sodisfazzjon fost iċ-ċittadini Ewropej;

E.

billi l-Artikolu 24 tat-TFUE jistipula li “kull ċittadin tal-Unjoni jista' jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skont l-Artikolu 228”;

F.

billi l-Artikolu 228 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li jmexxi inkjesti dwar amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, u l-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha; billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiddikjara li “Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni”;

G.

billi l-Artikolu 43 tal-Karta jgħid li: “Kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandu d-dritt li jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha”;

H.

billi skont l-ewwel Ombudsman Ewropew, “l-amministrazzjoni ħażina tokkorri meta korp pubbliku ma jaġixxix skont regola jew prinċipju li jorbtu” (2); billi dan jitlob lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni mhux biss li jirrispettaw l-obbligi legali tagħhom, iżda wkoll li jkunu orjentati li joffru servizz tajjeb u jiżguraw li l-membri tal-pubbliku jkunu ttrattati b'mod xieraq u jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom; billi l-kunċett ta' amministrazzjoni tajba għandu jinftiehem bħala proċess ta' titjib kontinwu li għadu għaddej;

I.

billi fl-2014, 23 072 ċittadin talbu lis-servizzi tal-Ombudsman għall-għajnuna; billi 19 170 ingħataw konsulenza permezz tal-gwida interattiva tas-sit tagħha; billi fl-2014 l-Ombudsman irreġistrat 2 079 ilment, filwaqt li rċeviet 1 823 talba għal informazzjoni;

J.

billi mill-għadd totali ta' 2 163 ilment ipproċessat mill-Ombudsman, 736 kienu jaqgħu taħt il-mandat tagħha u 1 427 ma kinux;

K.

billi mill-2 163 ilment ipproċessat, f'1 217-il każ l-Ombudsman tat pariri lill-ilmentatur jew ittrasferiet il-każ, f'621 każ l-ilmentatur ġie infurmat li ma setgħux jingħataw pariri ulterjuri, u fi 325 minnhom infetħet inkjesta;

L.

billi l-Ombudsman fetħet 342 inkjesta, li minnhom 325 kienu bbażati fuq ilmenti u 17 kienu inkjesti fuq inizjattiva proprja; billi għalqet 400 inkjesta, li 13 minnhom kienu inkjesti fuq inizjattiva proprja; billi, mill-inkjesti li ngħalqu, 335 tressqu minn ċittadini individwali u 52 minn kumpaniji, assoċjazzjonijiet jew entitajiet ġuridiċi oħra;

M.

billi l-Ombudsman ittrasferiet 772 ilment lil membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, inklużi 86 ilment ittrasferiti lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, 144 lill-Kummissjoni u 524 lil istituzzjonijiet u korpi oħra; billi l-biċċa l-kbira tal-inkjesti kienu jikkonċernaw il-Kummissjoni (59,6 %), segwiti mill-aġenziji tal-UE (13,7 %), l-EPSO (9,4 %), istituzzjonijiet oħra (8,5 %), is-SEAE (3,8 %), il-Parlament (3,5 %) u l-OLAF (3,2 %);

N.

billi mill-inkjesti li ngħalqu mill-Ombudsman 21,5 % kienu jikkonċernaw talbiet għal informazzjoni u aċċess għal dokumenti, 19,3 % ir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, 19,3 % il-kompetizzjoni u proċeduri ta' selezzjoni u 16 % kwistjonijiet istituzzjonali u ta' politika, 11,3 % regolamenti dwar l-amministrazzjoni u l-persunal, 8,3 % l-għoti ta' offerti jew għotjiet u 6 % l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;

O.

billi mill-inkjesti li ngħalqu, 133 każ ġew solvuti mill-istituzzjoni jew ingħalqu wara li tkun intlaħqet soluzzjoni amikevoli, u f'163 każ l-Ombudsman qieset li l-ebda inkjesta ulterjuri ma kienet ġustifikata;

P.

billi f'76 każ ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina; billi f'39 każ instabet amministrazzjoni ħażina, u fi 13-il każ intuża mezz ieħor biex jingħalaq il-każ; billi fil-każijiet fejn instabet amministrazzjoni ħażina l-Ombudsman esprimiet rimarki kritiċi f'27 istanza u abbozz ta' rakkomandazzjonijiet fi 12-il istanza;

Q.

billi t-tul tal-inkjesti li ngħalqu fl-2014 kien bejn 3 xhur u 18-il xahar; billi ż-żmien medju biex tingħalaq inkjesta kien ta' 11-il xahar;

R.

billi l-istituzzjonijiet qed jikkonformaw ma' 80 % tal-proposti tal-Ombudsman; billi għad hemm 20 % tal-proposti li ġew preżentati u li jeħtieġ li jkun hemm konformità magħhom;

S.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li fl-2014 biss irċieva 2 714-il talba, huwa parti importanti tal-funzjonament istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, billi jressaq il-Parlament eqreb taċ-ċittadini; billi r-relazzjoni mill-qrib bejn l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet se ttejjeb il-livell ta' kontroll demokratiku tal-attività tal-istituzzjonijiet Ewropej;

1.

Japprova r-rapport annwali għall-2014 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew;

2.

Jifraħ lil Emily O'Reilly għall-ħatra mill-ġdid tagħha bħala l-Ombudsman Ewropew u għall-ħidma eċċellenti tagħha; jappoġġja l-għan tagħha li tgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-isforz tagħhom li jipprovdu l-aħjar servizz possibbli liċ-ċittadini u r-residenti tal-Ewropa; iqis li l-enfasi tal-Ombudsman fuq it-trasparenza bħala garanzija ta' amministrazzjoni tajba kienet kruċjali;

3.

Jilqa' u jagħti appoġġ sħiħ għall-fatt li l-Ombudsman qed tagħmel użu akbar mis-setgħa tagħha li tiftaħ investigazzjonijiet strateġiċi fuq inizjattiva tagħha stess; jilqa' l-ħatra, fl-uffiċċju tagħha, ta' Koordinatur tal-Investigazzjoni fuq Inizjattiva Proprja u l-introduzzjoni ta' regoli interni ġodda dwar il-whistleblowing; ifaħħar lill-Ombudsman għall-isforzi li għamlet fl-organizzazzjoni mill-ġdid tal-uffiċċju tagħha, li diġà ħolqu titjib sinifikanti fl-effiċjenza; jilqa' u jappoġġja l-approċċ tal-Ombudsman orjentat lejn il-futur u l-adozzjoni ta' strateġija għal ħames snin ġdida “Lejn l-2019”, li tintroduċi approċċ aktar strateġiku biex jiġu indirizzati kwistjonijiet sistemiċi u għall-promozzjoni tal-amministrazzjoni tajba;

4.

Jilqa' l-inkjesti li nbdew mill-Ombudsman fl-2014, li fihom jistgħu jiġu identifikati t-temi ewlenin li ġejjin: it-trasparenza fi ħdan l-istuzzjonijiet tal-UE, it-trasparenza fil-lobbying u l-provi kliniċi, id-drittijiet fundamentali, il-kwistjonijiet etiċi, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, il-proġetti u l-programmi ffinanzjati mill-UE, u l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE;

5.

Ifakkar li, tul is-snin, 20-30 % tal-ilmenti kienu jikkonċernaw it-trasparenza u li l-aktar kwistjonijiet ta' trasparenza komuni li tqajmu huma ċ-ċaħda tal-istituzzjonijiet milli jagħtu aċċess għal dokumenti u/jew informazzjoni; iqis li l-ftuħ u l-aċċessgħad-dokumenti huma, f'konformità mal-Artikolu 15 tat-TFUE u mal-Artikolu 42 tal-Karta, parti essenzjali mis-sistema ta' kontrolli u bilanċi istituzzjonali; jappoġġja kwalunkwe inizjattiva mill-Kummissjoni u mill-istituzzjonijiet tal-UE l-oħrajn biex jiġi żgurat aċċess ġust, rapidu u sempliċi għad-dokumentazzjoni kollha tal-UE; jinnota b'apprezzament it-trasparenza mtejba li tirriżulta mir-Reġistru Pubbliku tad-dokumenti fuq l-internet; jistieden lill-Ombudsman tinvestiga l-kwistjonijiet tat-trasparenza rigward l-aċċess f'waqtu tal-Parlament għad-dokumenti relevanti tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta' ksur u tal-EU Pilot, b'mod speċjali meta dawn ikunu relatati ma' petizzjonijiet eżistenti; iqis li jeħtieġ li jiġu identifikati u mdaħħla fis-seħħ mekkaniżmi xierqa sabiex jiġi żgurat djalogu interistituzzjonali leali;

6.

Iwissi li mhux id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-Konvenzjoni ta' Aarhus u r-Regolamenti relatati magħha ((KE) Nru 1367/2006 u (KE) Nru 1049/2001) qed jiġu osservati b'mod effettiv kif xieraq; iqis li għad hemm opportunità kbira għal titjib fil-qasam tat-trasparenza min-naħa tal-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar id-disponibilità f'termini ta' kwantità u kwalità tal-informazzjoni mogħtija liċ-ċittadini individwali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq talba tagħhom għall-aċċess għad-dokumenti; jistieden lill-Ombudsman biex twettaq investigazzjoni fuq il-bażi tal-petizzjoni estensiva 0134/2012 dwar dawn il-kwistjonijiet, fid-dawl tal-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta' kwalunkwe amministrazzjoni ħażina possibbli li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti mill-istituzzjonijiet ikkonċernati tal-UE;

7.

Jilqa' l-investigazzjonijiet tal-Ombudsman f'każijiet li jikkonċernaw uffiċjali għoljin tal-UE li jmorru jaħdmu mas-settur privat f'qasam relatat (“revolving door”); jinnota li l-Ombudsman investigat ilmenti minn ħames NGOs u eżaminat 54 fajl tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Ombudsman tgħin biex jiġu żviluppati, u introdotti, kriterji u mekkaniżmi ta' infurzar ċari u dettaljati sabiex jiġu identifikati, investigati u, fejn ikun possibbli, evitati kunflitti ta' interess fi kwalunkwe livell tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE;

8.

Iqis li l-kunċett ta' kunflitt ta' interess imur lil hinn minn sempliċi kwistjoni ta' trasparenza u li l-iżgurar ta' amministrazzjoni pubblika Ewropea mingħajr kunflitt ta' interess huwa ta' tħassib ewlieni meta jkun hemm tentattiv li tinbena demokrazija vera Ewropea u li tiġi ssalvagwardjata l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej, fost impjegati taċ-ċivil u fi ħdan l-istituzzjonijiet; jirrakkomanda lill-Ombudsman, fl-investigazzjonijiet tagħha, biex tqis id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), il-Linji Gwida tal-OECD “Managing Conflict of Interest in the Public Service” (Il-Ġestjoni ta' Kunflitt ta' Interess fis-Servizz Pubbliku), u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ta' Transparency International;

9.

Jinnota li bħala riżultat tal-inkjesti tal-Ombudsman il-Kummissjoni ppubblikat dokumenti dwar id-dħul tal-Greċja fiż-żona euro, li l-Bank Ċentrali Ewropew iddivulga ittra lill-Gvern Irlandiż dwar il-kriżi finanzjarja, u li l-Kummissjoni segwiet ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman biex tirrilaxxa dokumenti dwar ir-riforma fil-Politika Komuni tas-Sajd, għalkemm dan sar wara li ntlaħaq ftehim dwar ir-riforma;

10.

Jilqa' l-progress fil-trasparenza fin-negozjati tat-TTIP li jinsabu għaddejjin b'segwitu għall-inkjesti tal-Ombudsman dwar it-trasparenza f'dawn il-laqgħat; jinnota li l-Kunsill minn dak iż-żmien ippubblika d-direttivi li l-UE qed tuża biex tinnegozja t-TTIP u li l-Kummissjoni ħabbret pjanijiet biex iżżid it-trasparenza fil-lobbying u twessa' l-aċċess għad-dokumenti tat-TTIP; jinnota t-tħassib taċ-ċittadini dwar it-trasparenza fin-negozjati tat-TTIP;

11.

Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jirċievi bosta lmenti anonimi minn gruppi u ċittadini dwar in-nuqqas ta' trasparenza fin-negozjati tat-TTIP, u dan juri tħassib pubbliku profond dwar il-kwistjoni fil-livell Ewropew;

12.

Jistaqsi jekk id-dewmien twil fit-teħid tad-deċiżjonijiet ta' xi inizjattivi leġiżlattivi fil-Kunsill, bħad-direttiva kontra d-diskriminazzjoni orizzontali li ġiet iffriżata għal aktar minn sitt snin, jew ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakech dwar l-eċċezzjonijiet tad-dritt tal-awtur għall-persuni b'vista batuta, jaqax taħt il-kategorija ta' amministrazzjoni ħażina, peress li dan joħloq ħafna frustrazzjoni fuq iċ-ċittadini kkonċernati fir-rigward tal-istituzzjonijiet Ewropej; iħeġġeġ lill-Kunsill u b'mod partikolari lill-minoranzi li jimblokkaw fih, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet intollerabbli; jissuġġerixxi lill-Ombudsman biex tesplora din il-kwistjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi tagħha;

13.

Jilqa' l-enfasi miżjuda u meħtieġa fuq it-trasparenza tal-attivitajiet tal-lobbying mill-Ombudsman u l-ħidma tagħha biex jinkiseb Reġistru dwar it-Trasparenza obbligatorju, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jafu min qed jipprova jinfluwenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE; jilqa' l-inkjesta tagħha fil-kompożizzjoni u t-trasparenza ta' gruppi ta' esperti fil-Kummissjoni, b'mod partikolari dawk li qed jagħtu konsulenza dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK) fejn l-UE tonfoq aktar minn terz tal-baġit tagħha; jappoġġja l-approċċ tagħha u jħeġġiġha tkompli tissorvelja t-trasparenza fil-kompożizzjoni ta' dawn il-gruppi sabiex tiggarantixxi rappreżentanza bilanċjata, u bilanċ bejn is-sessi, fil-firxa wiesgħa ta' gruppi ta' interess ekonomiċi u mhux ekonomiċi fl-oqsma kollha ta' politika;

14.

Jinnota li aktar minn 7 000 istituzzjoni volontarjament irreġistraw fir-Reġistru ta' Trasparenza, u dan jirrifletti l-varjetà ta' partijiet interessati pubbliċi u privati li qed jaħdmu magħhom l-istituzzjonijiet Ewropej; japprova l-appoġġ tal-Ombudsman għall-pjan tal-Viċi President Timmermans biex jagħmel ir-Reġistru obbligatorju; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2014 li tobbliga lill-membri kollha tal-Kummissjoni u l-persunal f'livell għoli biex jippubblikaw il-kuntatti kollha u l-laqgħat kollha mal-partijiet interessati u mal-lobbisti; jilqa' l-fatt li r-Reġistru għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-lobbying, biex jikkonformaw aktar mad-dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ u l-governanza tajba fl-istituzzjonijiet tal-UE;

15.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman tibqa' viġilanti u determinata, u tkompli tħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti trasparenza sħiħa lill-membri u lil-laqgħat tal-gruppi esperti, il-pjattaformi tat-teknoloġija u l-aġenziji kollha; ifakkar fil-kundizzjonijiet li fl-2012 il-Parlament Ewropew kien stabbilixxa meta neħħa l-iffriżar tal-baġits tal-gruppi ta' esperti;

16.

Jinnota li l-Ombudsman fl-2014 kellha rwol ewlieni fil-qasam tat-trasparenza tad-data dwar il-provi kliniċi billi għenet fit-tiswir tal-politika dwar it-trasparenza proattiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA); jinnota li f'Ottubru 2014 l-EMA iddeċidiet li tippubblika r-rapporti dwar l-istudji kliniċi minn jeddha; iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tissorvelja kif l-EMA tagħmel id-data dwar il-provi kliniċi disponibbli u tiżgura li din tilħaq l-ogħla standards ta' trasparenza;

17.

Jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar diliġenti fil-kollaborazzjoni obbligatorja tagħhom mal-Ombudsman;

18.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tippromwovi trasparenza akbar fil-provi kliniċi, speċjalment fil-valutazzjoni tal-kwalità tar-riżultati mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini; ifakkar li din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-valur miżjud ta' mediċini innovattivi u l-ispiża reali tar-riċerka sabiex jiġu ffaċilitati l-mudelli ta' pprezzar u finanzjament tal-Istati Membri;

19.

Jistieden lill-Ombudsman tkompli tappoġġja l-inizjattiva għal trasparenza akbar fir-R&Ż, biex ikun garantit aċċess għas-servizzi tas-saħħa fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat tal-mandat tal-Ombudsman;

20.

Jilqa' r-Regolament dwar il-Provi Kliniċi l-ġdid tal-UE li jitlob li l-informazzjoni dwar il-provi kliniċi ssir disponibbli; jinnota li l-“Jum Internazzjonali tad-Dritt għall-Informazzjoni” 2014 tal-Ombudsman ġie ddedikat għat-trasparenza tad-data dwar il-provi kliniċi;

21.

Jilqa' l-investigazzjoni tal-Ombudsman dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-każijiet kollha tal-politika ta' koeżjoni tal-UE, li twaqqfet biex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, biex jiġu indirizzati t-tibdil fil-klima u d-dipendenza fuq l-enerġija, u biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

22.

Jinnota li Orizzont 2020 huwa t-tielet l-aktar pakkett importanti ta' investimenti tal-baġit wara l-PAK u l-Fondi Strutturali, b'baġit ta' kważi EUR 80 000 miljun, u li huwa fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-futur; jistieden lill-Ombudsman biex tkompli tiggarantixxi t-trasparenza fil-proċess ta' analiżi kollu u fl-għoti ta' proġetti taħt Orizzont 2020;

23.

Jistieden lill-Frontex tiżgura r-rispett għall-benesseri tal-persuni rimpatrijati matul it-titjiriet ta' ritorn u l-implimentazzjoni korretta tal-Kodiċi ta' Kondotta għal Operazzjonijiet Konġunti ta' Ritorn; jilqa' l-appell tal-Ombudsman lill-Frontex biex tistabbilixxi mekkaniżmu individwali ta' lmenti għal ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali; jistedinha tinvestiga din il-kwistjoni ulterjorment fl-isfond tas-sitwazzjoni attwali tan-numru dejjem jiżdied ta' refuġjati fil-fruntieri tal-UE;

24.

Jilqa' l-investigazzjoni tal-Ombudsman dwar jekk l-Istituzzjonijiet tal-UE humiex qegħdin jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jintroduċu regoli interni għall-whistleblowing; ifakkar lid-disa' istituzzjonijiet tal-UE indirizzati mill-Ombudsman, inklużi l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, jinfurmawha dwar ir-regoli li għandhom fis-seħħ jew li għandhom l-intenzjoni li jintroduċu;

25.

Ifaħħar lill-Ombudsman dwar l-investigazzjonijiet tagħha rigward id-dritt taċ-ċittadini biex jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, u b'mod partikolari rigward il-funzjonament tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI); jinnota li fl-2014 stiednet lill-organizzaturi tal-ECI, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet oħra interessati biex jipprovdu rispons dwar l-ECI bil-għan li tittejjeb; jinnota bi tħassib li rappreżentanti ta' pjattaformi promoturi jitolbu armonizzazzjoni aħjar u biex il-metodi amministrattivi għall-ġbir u r-reġistrar tal-firem jittejbu; jistenna suġġerimenti ulterjuri għat-titjib, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna limitazzjonijiet eżistenti tekniċi u dawk relatati mal-protezzjoni tad-data fil-proċess tal-ġbir ta' firem; jistieden lill-Ombudsman biex taqsam l-esperjenzi tagħha u tikkontribwixxi għar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar l-ECI;

26.

Jilqa' r-rata ta' konformità ta' 80 % tal-istituzzjonijiet tal-UE mas-suġġerimenti tal-Ombudsman; huwa mħasseb rigward l-20 % persistenti ta' nuqqas ta' konformità; huwa konxju li s-suġġerimenti tal-Ombudsman mhumiex legalment vinkolanti; iħeġġeġ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji biex jirreaġixxu fil-pront, b'mod effettiv u responsabbli għal rimarki kritiċi u abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; jappoġġja l-Ombudsman f'inkjesti futuri fi ħdan il-mandat tagħha biex jiġu identifikati lakuni possibbli fit-trasparenza fl-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE, b'kooperazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF u l-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Baġit meta dan ikun meħtieġ;

27.

Ifakkar li l-Ombudsman għandu wkoll il-kapaċità, u għaldaqstant id-dmir, ta' skrutinju tal-Parlament fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-ksib ta' amministrazzjoni tajba għaċ-ċittadini tal-UE;

28.

Ifaħħar lill-Ombudsman għall-inizjattiva tagħha, li ħadet fil-preparazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej, biex torganizza avveniment interattiv “Your wish list for Europe” (Il-lista tax-xewqat tiegħek għall-Ewropa) bl-għan li ċ-ċittadini jkunu protagonisti fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

29.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli tippromwovi n-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen bl-għan li tinforma liċ-ċittadini tal-UE aħjar dwar it-tqassim tar-responsabilitajiet bejn l-Ombudsman Ewropew, l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament; jirrikonoxxi l-kontribut importanti tan-Netwerk fit-trawwim tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-informazzjoni dwar il-mandati u l-kompetenzi tal-membri tiegħu; jinnota li 59,3 % tal-ilmenti proċessati fl-2014 kienu jaqgħu taħt il-mandat ta' membru tan-Netwerk; jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex ikun membru aktar attiv tan-Netwerk u jsaħħaħ il-kollaborazzjoni man-Netwerk dwar politiki komuni li jaqgħu fil-qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea; jinnota li fl-2014 l-Ombudsman ittrasferiet 86 ilment lil dan il-kumitat;

30.

Iħeġġeġ lill-Ombudsman biex tinvestiga f'koordinazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-programmi u l-proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea, b'attenzjoni partikolari għall-finanzjament ta' proġetti maħsuba biex inaqqsu d-disparitajiet fl-iżvilupp;

31.

Jaqbel mal-Ombudsman li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jiżguraw li s-servizzi tagħhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u li tali persuni jkollhom aċċess għall-informazzjoni u l-mezzi ta' komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet biex jiżguraw li l-ambjenti tax-xogħol ikunu miftuħa, inklużivi u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod effettiv u sħiħ fil-ħajja politika u pubblika;

32.

Jitlob li l-baġit annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman jiżdied;

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u dan ir-rapport lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-ombudsmen tagħhom u lill-korpi kompetenti simili.


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  "L-Ombudsman Ewropew – Rapport Annwali 1999 (ĠU C 260, 11.9.2000, p. 1).


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/131


P8_TA(2016)0063

Ir-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2015/2115(INI))

(2018/C 035/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-QtĠ-UE fil-Kawża C-62/14 tas-16 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0012/2016),

A.

billi, skont l-aħħar previżjoni tal-ħarifa tal-Kummissjoni, l-irkupru ekonomiku fiż-żona tal-euro mistenni jespandi, u huwa mbassar li l-PDG reali jiżdied b'1,4 % fl-2015, b'1,7 % fl-2016 u b'1,8 % fl-2017; billi s-sisien għat-tkabbir huma fraġli; billi impenn politiku qawwi favur l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati huwa essenzjali biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku;

B.

billi, skont l-istess tbassir, il-qgħad fiż-żona tal-euro mistenni jirreġistra tnaqqis gradwali, minn 11,6 % fi tmiem l-2014 għal 10,5 % fi tmiem l-2016; billi hemm differenzi kbar fir-rati tal-qgħad bejn Stati Membri differenti, b'ċifri li jvarjaw minn 6,4 % fil-Ġermanja għal 26,6 % fil-Greċja; billi r-rati tal-qgħad jibqgħu f'livelli allarmanti f'bosta Stati Membri, u dan jaffettwa b'mod partikolari liż-żgħażagħ u lil dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil;

C.

billi, għal darb'oħra skont l-istess tbassir, il-prospettivi fiskali fiż-żona tal-euro għandhom juru titjib, u huwa mistenni tnaqqis fid-defiċit pubbliku (minn 2,4 % fl-2014 għal 1,7 % fl-2016) u fid-dejn pubbliku (minn 94 % fi tmiem l-2014 għal 92,5 % fi tmiem l-2016);

D.

billi l-prezzijiet baxxi tal-enerġija, waqt li għandhom impatt negattiv fuq l-aspettattivi ta' inflazzjoni, jistgħu potenzjalment jgħinu l-irkupru ekonomiku;

E.

billi dawn il-proċessi huma appoġġati l-aktar mill-konsum privat, l-esportazzjonijiet u fatturi esterni bħall-prezzijiet baxxi tal-enerġija, b'mod partikolari għaż-żejt grezz, filwaqt li l-investiment pubbliku u privat fiż-żona tal-euro qed jiżdied biss gradwalment u għadu f'livelli ferm aktar baxxi minn dawk irreġistrati qabel il-bidu tal-kriżi u s-sehem relattiv tal-investiment fil-PDG ilu jonqos gradwalment fuq diversi deċennji;

F.

billi, skont il-projezzjoni tal-BĊE ta' Settembru 2015, ir-rata medja tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro, wara li baqgħet qrib iż-żero fl-ewwel nofs tal-2015, hija mistennija togħla, għal 1,1 % fl-2016 u 1,7 % fl-2017;

G.

billi l-Artikolu 127(2) tat-TFUE jirrikjedi lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali “tippromwovi l-ħidma bla ostakoli ta' sistemi ta' ħlas”;

H.

billi fl-2014 il-BĊE baxxa r-rati ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu għal-limitu inferjuri effettiv u naqqas ir-rata ta' faċilità ta' depożitu tiegħu għal -0,20 %; billi rati reali aktar baxxi ma ssarrfux b'mod sinifikanti fi kreditu għall-unitajiet domestiċi jew għan-negozji, speċjalment l-SMEs, u dan ikkontribwixxa biex il-BĊE qabad it-triq ta' miżuri ta' politika monetarja mhux konvenzjonali;

I.

billi, fil-kuntest tal-attivitajiet superviżorji tiegħu, il-BĊE sa issa mhux dejjem ikkunsidra l-prinċipju ta' proporzjonalità b'mod suffiċjenti;

J.

billi l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u s-sistema bankarja hija strumentali sabiex jiġu żgurati l-kompetittività u t-tkabbir tagħhom; billi l-faċilitazzjoni tal-fluss ta' kreditu għal impriżi Mikro, Żgħar u Medji (MSMEs) hija fundamentali peress li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha u jammontaw għal 80 % tal-impjiegi fl-Unjoni, u b'hekk għandhom rwol ewlieni fil-ġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tad-disparitajiet soċjali; billi l-volumi ta' self bankarju qed jiżdiedu bil-mod;

K.

billi fl-2014 il-BĊE implimenta sensiela ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati fuq żmien itwal (TLTROs) u programmi ta' akkwist fir-rigward ta' ċerti assi tas-settur privat bl-għan li jingħata appoġġ lis-self lill-ekonomija reali;

L.

billi fit-22 ta' Jannar 2015 il-BĊE vara programm estiż ta' xiri ta' assi (PXA) li jammonta għal EUR 1,1 triljun u li hu ppjanat li jibqa' għaddej sa Settembru 2016, u jiġri x'jiġri sa ma jkun hemm aġġustament sostnut fil-perkors tal-inflazzjoni;

M.

billi permezz tal-programm għar-riakkwist tal-bonds il-BĊE assuma riskji sostanzjali fil-karta bilanċjali tiegħu;

N.

billi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), l-ewwel pilastru tal-Unjoni Bankarja, beda jiffunzjona bis-sħiħ fl-4 ta' Novembru 2014 bit-trasferiment tas-superviżjoni diretta tal-akbar 122 bank taż-żona tal-euro lill-BĊE; billi, b'mod parallel, twettqet valutazzjoni komprensiva li tikkonsisti minn rieżami tal-kwalità tal-assi u test tal-istress ta' dawn il-banek sinifikanti, u ġiet iffinalizzata fis-26 ta' Ottubru 2014; billi l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (MUR), it-tieni pilastru tal-Unjoni Bankarja, daħal fis-seħħ fil-bidu tal-2015, filwaqt li t-tielet pilastru tagħha, l-Iskema Unika ta' Garanzija tad-Depożiti, għadu ma ġiex stabbilit;

1.

Ifakkar li l-irkupru mhux ġeografikament uniformi u mhux kbir ħafna mistenni għas-snin li ġejjin fiż-żona tal-euro jeħtieġ li jissaħħaħ u li t-tkabbir ekonomiku potenzjali jeħtieġ li jiżdied biex jitnaqqsu r-rati għoljin ta' qgħad reġistrati f'bosta Stati Membri taż-żona tal-euro u biex jitnaqqas il-piż tad-dejn; jenfasizza li ħafna Stati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi makroekonomiċi ta' natura simili; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-investiment pubbliku kif ukoll privat immirat għaż-żieda tat-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi, u jitlob li jiżdiedu l-isforzi biex jiġi żgurat il-finanzjament tal-ekonomija reali; jemmen li l-Istati Membri jridu jwettqu l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati;

2.

Jiddeplora d-distakki eżistenti, għalkemm qed jonqsu gradwalment, bejn ir-rati ta' finanzjament mogħtija lill-SMEs u dawk mogħtija lill-kumpaniji ikbar, bejn ir-rati ta' self fuq self żgħir u kbar, u bejn il-kundizzjonijiet ta' kreditu għall-SMEs li jinsabu f'pajjiżi differenti taż-żona tal-euro, iżda jirrikonoxxi l-limiti ta' dak li l-politika monetarja tista' tinkiseb f'dan ir-rigward; jinnota, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-banek tat-tfaddil, kooperattivi u mutwi, u jenfasizza li l-qafas regolatorju għandu jakkomoda l-prinċipji operattivi partikolari tagħhom u jirrispetta l-missjoni speċifika tagħhom, u li l-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu konxji minn dawn l-aspetti u jqisuhom fil-prattiki u fl-approċċi tagħhom;

3.

Jenfasizza li, minkejja l-fatt li l-BĊE qed iwettaq l-azzjonijiet tiegħu sabiex iżomm kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli, l-investiment privat u pubbliku fiż-żona tal-euro għadu f'livelli ferm aktar baxxi minn dawk li kien fihom qabel il-kriżi attwali; jilqa', f'dan ir-rigward, it-twaqqif tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), kif ukoll il-pjan tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) ġenwina, li għandha tiddiversifika s-sorsi ta' finanzjament fl-ekonomija tal-UE, tagħti spinta lill-investiment transfruntier u żżid l-aċċess għall-finanzjament għall-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs;

4.

Jinnota li, b'reazzjoni għal ambjent kumpless ta' kriżi tad-dejn sovran, ta' tnaqqis fl-inflazzjoni, ta' limitazzjoni tal-kreditu u ta' tkabbir ekonomiku batut, u bir-rati tal-imgħax tiegħu qrib il-limitu inferjuri ta' żero, il-BĊE rrikorra għal strumenti ta' politika monetarja mhux konvenzjonali;

5.

Jinnota l-impatt pożittiv iżda modest tal-Programm ta' Xiri ta' Assi (PXA) fuq id-dinamika tal-flus u tal-kreditu, filwqt li s-self lill-impriżi għadu dgħajjef iżda qed jibbenefika minn tnaqqis gradwali tal-istandards tal-kreditu, tnaqqis kontinwu tat-termini u l-kundizzjonijiet għal self ġdid, tnaqqis fl-applikazzjonijiet rifjutati, żieda fid-domanda għal self u żieda gradwali fl-investiment privat fl-ewwel tliet trimestri tal-2015, filwaqt li għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-ekonomiji taż-żona tal-euro; jinnota, barra minn hekk, li mit-tnedija tal-PXA, bdew jiżdiedu l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni fuq perjodu medju ta' żmien, u bdew joqorbu gradwalment lejn il-mira ta' 2 %, filwaqt li r-riskji ta' trappola ta' deflazzjoni setgħu naqsu; jitlob lill-BĊE biex, meta jkun possibbli, japplika l-PXA għall-Istati Membri kollha mingħajr diskriminazzjoni filwaqt li jirrispetta r-regoli li l-BĊE huwa marbut bihom;

6.

Jistenna li l-BĊE jikkontribwixxi għall-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħhom, skont l-Artikolu 282 TFUE, sakemm ma jiġix kompromess il-kompitu ewlieni tiegħu tal-istabbiltà tal-prezzijiet;

7.

Jenfasizza li l-kontribut tal-BĊE jinkludi sforzi bl-għan li jiżdied is-self b'rata baxxa lill-ekonomija reali u li jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku fid-direzzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir u l-istabbiltà;

8.

Huwa preokkupat dwar il-konsegwenzi mhux intenzjonati possibbli u l-effetti fit-tul tal-istrumenti ta' politika monetarja mhux konvenzjonali tal-BĊE; huwa konxju li l-ħruġ minn dawn il-miżuri jkun kwistjoni kumplessa li jkollha tiġi ppjanata b'attenzjoni sabiex jiġi evitat tfixkil tas-suq mhux intenzjonat, speċjalment fir-rigward tal-ġestjoni xierqa, prudenti u f'waqtha tal-ħruġ; jitlob lill-BĊE jimmonitorja b'attenzjoni r-riskji assoċjati mal-programmi ta' xiri tagħha; jinsisti li l-politika monetarja ma tistax issolvi l-problemi fiskali u ekonomiċi li jeżistu f'ħafna Stati Membri, u ma tistax tkun sostitut għar-riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati meħtieġa, għall-konsolidazzjoni fiskali u għall-investiment immirat;

9.

Huwa kawt rigward ir-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn rati tal-imgħax baxxi persistenti f'ċerti Stati Membri, li jista' jkollhom effett negattiv fuq l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-pjanijiet tal-pensjoni; jirrikonoxxi l-fatt li rati tal-imgħax fit-tul huma riflessjoni tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti u tal-għażliet ta' politika monetarja;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex ittejjeb is-sorveljanza makroprudenzjali u l-għodod ta' politika disponibbli għall-mitigazzjoni tar-riskji fis-sistema bankarja parallela, fid-dawl tat-twissija tal-BĊE fir-rapport annwali tiegħu li, minħabba l-espansjoni kostanti tul l-aħħar deċennju – għal EUR 22 triljun f'assi – ta' intermedjazzjoni kreditizja mhux bankarja, jinħtieġu aktar inizjattivi biex jiġu mmonitorjati u vvalutati l-vulnerabbiltajiet fis-settur bankarju parallel li qed jikber;

11.

Jilqa' l-wegħda kategorika tal-BĊE ta' Awwissu 2012 li “jagħmel dak kollu possibbli” biex jiddefendi l-euro;

12.

Jikkonkludi li l-programm għax-xiri ta' titoli ta' dejn pubbliċi u privati fi swieq sekondarji jista' jkun aktar effettiv;

13.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-preokkupazzjonijiet espressi fis-sentenza tal-QtĠ-UE tas-16 ta' Ġunju 2015 fil-Kawża C-62/14, li tiddikjara li meta l-BĊE jixtri bonds tal-gvern minn swieq sekondarji jkun possibbilment espost għal riskju sinifikanti ta' telf kif ukoll għar-riskju ta' tnaqqis tad-dejn; jinnota li l-istess sentenza tiċċara li dan ma jbiddilx il-konklużjoni li l-BĊE huwa awtorizzat jixtri bonds tal-gvern fi swieq sekondarji u li tali xiri ma jiksirx il-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju tal-Istati Membri;

14.

Jenfasizza li l-livelli għoljin u diverġenti ta' dejn pubbliku u privat f'xi Stati Membri, minbarra d-dgħufijiet strutturali fis-settur bankarju li għadhom ma ġewx riżolti, huma ostakli għat-trażmissjoni korretta tal-politika monetarja, u li l-politika monetarja mhux konvenzjonali implimentata mill-BĊE ma tistax, waħedha, tbiddel din is-sitwazzjoni;

15.

Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri taż-żona tal-euro li huma soġġetti għal programm ta' aġġustament makroekonomiku biex jaġixxu, skont l-Artikolu 7(9) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 sabiex iwettqu awditjar komprensiv tal-finanzi pubbliċi tagħhom sabiex, inter alia, jivvalutaw ir-raġunijiet li wasslu għall-akkumulazzjoni ta' livelli eċċessivi ta' dejn, kif ukoll biex jirrintraċċaw kwalunkwe irregolarità possibbli; jenfasizza li l-għan ta' dan l-awditjar għandu jkun li jinkiseb fehim aħjar tal-iżbalji tal-passat, u mhux biex jinbeda proċess ta' ristrutturar tad-dejn ad hoc li jista' jerġa' jkebbes mill-ġdid il-kriżi tad-dejn f'xi Stati Membri;

16.

Jissottolinja l-fatt li r-regoli tal-qafas ta' governanza ekonomika eżistenti għandhom jiġu rispettati u infurzati sew, mingħajr distinzjoni bejn Stati Membri kbar u żgħar; itenni li l-adeżjoni għall-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien ta' pożizzjonijiet baġitarji li jkunu viċin il-bilanċ jew b'bilanċ favorevoli f'termini aġġustati ċiklikament u mingħajr miżuri ta' darba u temporanji tippermetti lill-Istati Membri jittrattaw l-fluttwazzjonijiet ċikliċi normali filwaqt li jżommu d-defiċit tal-gvern fi ħdan il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG; iqis li l-għodda kollha eżistenti fil-PST imsaħħaħ għandhom jiġu applikati sabiex l-istabbiltà u t-tkabbir jiġu sostnuti aħjar;

17.

Jafferma l-impenn tiegħu li jirrispetta l-indipendenza tal-BĊE fit-tmexxija tal-politika monetarja tiegħu, kif minqux fit-Trattati; iqis li l-indipendenza tal-banek ċentrali hija kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv taż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet; jenfasizza li l-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kollha għandhom għalhekk joqogħdu lura milli jitolbu lill-BĊE jieħu azzjonijiet speċifiċi;

18.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 127 tat-TFUE, il-BĊE, mingħajr preġudizzju għall-objettiv ewlieni tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, għandu jsostni l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni, u li din hija speċifikata ulterjorment fl-Artikolu 282 tat-TFUE;

19.

Jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 123 tat-TFUE, l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta' Diċembru 1993, li jipprojbixxu x-xiri dirett mill-banek ċentrali nazzjonali jew mill-BĊE ta' strumenti ta' dejn maħruġa mill-UE jew mill-awtoritajiet jew korpi pubbliċi nazzjonali; ifakkar, madankollu, li dan ix-xiri jiġi permess fis-swieq sekondarji;

20.

Jilqa' t-tentattiv tal-BĊE li jerġa' jġib l-inflazzjoni taħt iżda qrib it-2 %, peress li dan jista' jikkontribwixxi wkoll għas-suċċess ta' politiki oħra tal-UE u jsaħħaħ il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa, jekk implimentat flimkien ma' investiment immirat, riformi strutturali ambizzjużi u soċjalment bilanċjati u konsolidazzjoni fiskali;

21.

Jilqa' l-pass 'il quddiem li għamel il-BĊE bil-pubblikazzjoni tas-sommarju tal-minuti tal-laqgħat tiegħu, u jistenna b'ħerqa li jitħabbru passi ulterjuri biex tittejjeb it-trasparenza tal-mezzi ta' komunikazzjoni tiegħu; iqis li għad jista' jsir aktar progress, speċjalment fir-rigward tal-MSU;

22.

Jilqa' t-tendenza li issa saret ġeneralizzata tal-banek ċentrali ewlenin li d-deċiżjonijiet monetarji jiġu spjegati pubblikament immedjatament wara li jittieħdu, prattika li l-BĊE kien minn ta' quddiem li implimenta; jilqa' wkoll il-pubblikazzjoni ta' proċeduri aktar ċari u trasparenti ta' assistenza ta' likwidità f'emerġenza (ALE) għal istituzzjonijiet finanzjarji solventi (speċjalment banek nazzjonali) li qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi temporanji ta' likwidità;

23.

Ifakkar fit-talba tiegħu biex ir-rapport annwali tal-BĊE jinkludi feedback dwar l-inputs ipprovduti fir-rapport annwali tal-Parlament Ewropew; iqis li jkun utli jekk, flimkien mal-valutazzjoni tiegħu tal-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, il-BĊE jista' jagħti, fid-dikjarazzjoni tiegħu wara l-laqgħa mensili tal-Kunsill tal-Gvernaturi tiegħu, il-valutazzjoni tiegħu tal-entità tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni fiż-żona tal-euro;

24.

Ifakkar li d-djalogu monetarju trimestrali huwa importanti biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-politika monetarja, vis-à-vis l-Parlament u l-pubbliku ġenerali; jilqa' l-prattika li biha r-rappreżentanti tal-BĊE jagħtu tweġibiet preċiżi u dettaljati għall-mistoqsijiet mill-Membri tal-PE; jilqa' wkoll il-prattika tal-BĊE li jipprovdi informazzjoni addizzjonali bil-miktub meta t-tweġibiet mogħtija matul id-diskussjonijiet ma jkunux sodisfaċenti u/jew komprensivi għalkollox;

25.

Jenfasizza li jrid ikun hemm distinzjoni ċara bejn ir-rwol superviżorju tal-BĊE u l-funzjoni tal-politika monetarja tiegħu, u li l-kombinazzjoni taż-żewġ funzjonijiet m'għandha tiġġenera ebda kunflitt ta' interess għall-BĊE; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-prinċipju gwida li l-istrument użat għat-tfassil tal-politika, kemm dik monetarja kif ukoll dik superviżorja, għandu jintgħażel skont l-objettiv li jrid jintlaħaq u skont il-kwistjoni partikolari;

26.

Jissottolinja l-ħtieġa għal responsabbiltà demokratika fid-dawl tar-responsabbiltajiet il-ġodda mogħtija lill-BĊE rigward il-kompiti superviżorji, kif ukoll tar-rwol konsultattiv tiegħu fil-programmi tat-Trojka u tal-Kwadriga;

27.

Jenfasizza l-importanza tal-indipendenza organizzattiva tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u jistieden lill-BĊE jqis modi kif jista' jsaħħaħ l-indipendenza ta' dan il-bord;

28.

Jistieden lill-BĊE jerġa' jirrevedi għalkollox il-proposta għall-istabbiliment ta' Analytical Credit Dataset, (AnaCredit), filwaqt li jikkunsidra b'mod partikolari l-prinċipju tal-proporzjonalità, u filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-valuri limiti adegwati biex jillimita strettament il-piż amministrattiv, partikolarment għal istituzzjonijiet iżgħar;

29.

Jilqa' r-rieda espressa minn Mario Draghi fid-djalogu monetarju tat-23 ta' Settembru 2015 li “jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjonijiet meħuda mill-BĊE” f'korpi bħall-Bord għal-Istabilità Finanzjarja jew il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja;

30.

Ifakkar li r-rwol tal-BĊE jinkludi l-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, u għaldaqstant il-ħtieġa li tiġi żgurata biżżejjed likwidità biex jiġu evitati assalti bankarji pubbliċi fuq banek solventi konnessi man-netwerk tal-Eurosistema;

31.

Ifakkar li r-rwol tal-BĊE fit-Trojka u fil-Kwadriga ġie kodifikat fit-“two-pack” (Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013); jieħu nota tas-sentenza tal-QtĠ-UE tas-16 ta' Ġunju 2015 fil-Kawża C-62/14, u jistieden lill-BĊE jqisha fl-azzjonijiet tiegħu; iħeġġeġ lill-BĊE jivvaluta mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, isaħħaħ, l-indipendenza tiegħu mid-deċiżjonijiet politiċi;

32.

Jitlob li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-modus operandi tat-Trojka u tal-involviment tal-BĊE fl-oqfsa tat-Trojka u tal-Kwadriga, bl-għan li jiġi kkjarifikat il-kamp ta' applikazzjoni tar-responsabbiltajiet u li tiġi żgurata responsabbiltà demokratika akbar fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' salvataġġ;

33.

Ifakkar fir-rapport tal-Parlament tat-28 ta' Frar 2014 dwar l-inkjesta fir-rigward tar-rwol u l-attivitajiet tat-Trojka, li jistieden lill-Parlament sussegwenti jibni fuq il-ħidma ta' dan ir-rapport, jiżviluppa l-konklużjonijiet ewlenin tiegħu u jinvestiga ulterjorment;

34.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-BĊE jagħmlu kull sforz biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi deċiżjonali tal-BĊE u jagħtu attenzjoni partikolari lil dan il-fattur meta jġeddu s-sħubija ta' dawk il-korpi, b'mod partikolari tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Eżekuttiv;

35.

Jinnota li fl-24 ta' Novembru 2015 il-Kummissjoni pproponiet skema ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS) fiż-żona tal-euro kollha għad-depożiti bankarji;

36.

Jilqa' l-proġett tal-USK u l-potenzjal tiegħu li jibbilanċja mill-ġdid il-mezzi ta' finanzjament, mhux billi jnaqqas il-mezzi ta' finanzjament jew billi jinżammu fil-livelli attwali tagħhom, iżda pjuttost billi jżidhom u jiddiversifikahom, biex b'hekk jikkontribwixxi biex titnaqqas id-dipendenza eċċessiva tal-ekonomiji taż-żona tal-euro fuq is-sistema bankarja u biex jinħoloq ammortizzatur kruċjali għall-Unjoni Monetarja; iwissi, madankollu, li l-USK m'għandhiex tiskoraġġixxi attivitajiet bankarji ta' relazzjonijiet iffukati fuq l-ekonomija reali, peress li dawn huma l-forma l-aktar xierqa ta' finanzjament għall-impriżi ż-żgħar;

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/136


P8_TA(2016)0064

Il-bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand (2015/2932(RSP))

(2018/C 035/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Kummerċ għal kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, u tal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, tad-29 ta' Ottubru 2015 mal-Prim Ministru ta' New Zealand, John Key, u tal-15 ta' Novembru 2015 mal-Prim Ministru tal-Awstralja, Malcolm Turnbull,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sħubija bejn l-UE u l-Awstralja tad-29 ta' Ottubru 2008 u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u New Zealand tal-21 ta' Settembru 2007,

wara li kkunsidra ftehimiet bilaterali oħra bejn l-UE u l-Awstralja, b'mod partikolari l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità, iċ-ċertifikati u l-immarkar u l-Ftehim dwar il-kummerċ tal-inbid,

wara li kkunsidra ftehimiet bilaterali oħra bejn l-UE u New Zealand, b'mod partikolari l-Ftehim dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali u l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, u b'mod partikolari il-pożizzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku (1) u dik tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim UE/New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija maħruġa wara l-laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-G20 li saret fi Brisbane fil-15 u s-16 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-22 ta' April 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljan bit-titolu “Lejn sħubija aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Awstralja” u d-dikjarazzjoni konġunta tal-25 ta' Marzu 2014 tal-President Van Rompuy, il-President Barroso u l-Prim Ministru Key dwar l-approfondiment tas-sħubija bejn New Zealand u l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra n-natura sensittiva ta' ċerti setturi agrikoli f'dawn in-negozjati,

wara li kkunsidra n-numru diġà sinifikanti ta' ftehimiet li qed jiġu nnegozjati bejn l-UE u s-sħab kummerċjali ewlenin tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikoli 207(3) u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-bidu tan-negozjati dwar l-FTA mal-Awstralja u New Zealand (O-000154/2015 – B8-0101/2016),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Awstralja u New Zealand huma fost l-eqdem u l-eqreb sħab tal-UE, u lkoll jikkondividu valuri komuni u huma impenjati favur il-promozzjoni globali tal-prosperità u s-sigurtà fi ħdan sistema bbażata fuq ir-regoli;

B.

billi l-UE, l-Awstralja u New Zealand jaħdmu flimkien biex jaffrontaw l-isfidi komuni f'għadd kbir ta' oqsma u jikkooperaw f'diversi fora internazzjonali;

C.

billi l-UE u New Zealand huma firmatarji tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u l-Awstralja qiegħda fil-proċess li tirratifikah;

D.

billi l-UE, l-Awstralja u New Zealand huma impenjati f'negozjati plurilaterali biex ikomplu jilliberalizzaw il-kummerċ fi prodotti ekoloġiċi (Ftehim dwar il-Prodotti Ambjentali) u l-kummerċ fis-servizzi (TiSA);

E.

billi kemm l-Awstralja kif ukoll New Zealand huma involuti fin-negozjati dwar Sħubija Trans-Paċifika (TPP) li ġew konklużi reċentement u fin-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar Sħubija Ekonomika Reġjonali Komprensiva (RCEP) fil-Lvant tal-Asja, li tgħaqqad flimkien lill-aktar sħab kummerċjali importanti tal-Awstralja u New Zealand;

F.

billi l-Awstralja u New Zealand huma tnejn mill-uniċi sitt membri tad-WTO li għalihom għad m'hemmx aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE jew negozjati għaddejjin f'dan ir-rigward;

G.

billi l-Awstralja u New Zealand huma żewġ pajjiżi li jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt u li bħalissa joffru protezzjoni qawwija fir-rigward tal-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem, dawk soċjali u tax-xogħol;

H.

billi l-konklużjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE mal-Awstralja u ma' New Zealand se tapprofondixxi r-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment u billi ma setax jiġi eżaminat jekk il-ftehimiet jaffettwawx il-kapaċità tal-partijiet biex jintroduċu, iżommu jew itejbu l-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol;

I.

billi l-UE kkonkludiet in-negozjati dwar il-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u New Zealand dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni (PARC) fit-30 ta' Lulju 2014 u dawk dwar il-Ftehim Qafas (FA) bejn l-UE u l-Awstralja fit-22 ta' April 2015;

J.

billi l-UE hija t-tielet l-aktar sieħeb kummerċjali importanti kemm tal-Awstralja kif ukoll ta' New Zealand, li huma l-wieħed u għoxrin u l-wieħed u ħamsin sieħeb kummerċjali tal-UE rispettivament (2014);

K.

billi New Zealand huwa wieħed mill-ftit pajjiżi li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li għandhom livell adegwat ta' protezzjoni tad-data privata;

L.

billi l-konklużjoni ta' ftehimiet moderni, ambizzjużi, bilanċjati u komprensivi tieħu r-relazzjonijiet ekonomiċi f'livell ġdid;

M.

billi l-Parlament se jintalab jiddeċiedi jekk għandux jagħti l-kunsens tiegħu għall-FTAs potenzjali bejn l-UE u l-Awstralja u bejn l-UE u New Zealand;

1.

Jenfasizza l-importanza li jiġu approfonditi r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku għat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u jenfasizza li dan għandu jkun rifless fil-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea; jirrikonoxxi li l-Awstralja u New Zealand jikkostitwixxu komponent fundamentali ta' din l-istrateġija u li t-twessigħ u l-approfondiment tal-kummerċ ma' dawn is-sħab jistgħu jgħinu biex jintlaħaq dan l-objettiv;

2.

Ifaħħar lill-Awstralja u lil New Zealand għall-impenn b'saħħtu u konsistenti tagħhom favur l-aġenda kummerċjali multilaterali;

3.

Iqis li l-potenzjal sħiħ tal-istrateġiji ta' kooperazzjoni bilaterali u reġjonali tal-Unjoni jista' jintlaħaq biss bil-konklużjoni ta' FTAs ta' kwalità għolja kemm mal-Awstralja kif ukoll ma' New Zealand fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku filwaqt li dan m'għandu, taħt l-ebda ċirkustanza, jipperikola jew jiddevja r-riżorsi u l-attenzjoni mill-ambizzjoni li jinkiseb progress multilaterali jew mill-implimentazzjoni ta' ftehimiet multilaterali u bilaterali diġà konklużi;

4.

Jemmen li n-negozjar ta' żewġ FTAs separati, moderni, ambizzjużi, bilanċjati u komprensivi mal-Awstralja u New Zealand f'konformità mal-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn l-ekonomiji huwa mod prammatiku ta' approfondiment tas-sħubijiet bilaterali u tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment eżistenti u diġà maturi, u jgħin biex jittaffew l-effetti diversivi potenzjali tat-TPP konkluża reċentement; jipprevedi li l-eżitu tan-negozjati jista' jservi bħala mudell għal ftehimiet oħra ta' kummerċ ħieles fil-futur;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, matul l-eżerċizzju esplorattiv, tistudja bir-reqqa l-opportunitajiet addizzjonali kollha ta' aċċess għas-suq għall-operaturi ekonomiċi Ewropej, speċjalment l-SMEs, offruti mill-FTAs prospettivi mal-Awstralja u ma' New Zealand u tqabbilhom ma' kwalunkwe interess difensiv li jista' jkun hemm, peress li kemm l-Awstralja kif ukoll New Zealand diġà għandhom swieq relattivament miftuħin u tariffi baxxi ħafna meta mqabbla mal-bqija tad-dinja;

6.

Jenfasizza li ftehimiet ambizzjużi bejn dawn it-tliet ekonomiji avvanzati għandhom jindirizzaw, b'mod sinifikattiv, l-investiment, il-kummerċ fi prodotti u servizzi (abbażi tar-rakkomandazzjonijiet reċenti tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-ispazju politiku u s-setturi sensittivi), il-kummerċ elettroniku, l-akkwist pubbliku, l-enerġija, l-intrapriżi tal-Istat, il-kompetizzjoni, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kwistjonijiet regolatorji bħal ostakli sanitarji u fitosanitarji, ir-riċerka teknoloġika u, b'mod speċjali, il-bżonnijiet tal-SMEs, u jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-governanza tal-ekonomija globali permezz ta' konverġenza u kooperazzjoni akbar dwar standards internazzjonali mingħajr ma jitnaqqsu l-livelli ta' protezzjoni tal-konsumatur (eż. is-sikurezza tal-ikel), ambjentali (eż. is-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti), soċjali jew tax-xogħol;

7.

Jenfasizza li l-ftehimiet prospettivi għandhom iqisu bis-sħiħ, f'kapitolu separat, il-bżonnijiet u l-interessi tal-SMEs b'rabta ma' kwistjonijiet li jirrigwardaw l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq sabiex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali konkreti;

8.

Iqis li kapitolu solidu u ambizzjuż dwar l-iżvilupp sostenibbli, li jkopri, fost affarijiet oħra, l-istandards fundamentali tax-xogħol, l-erba' konvenzjonijiet prijoritarji tal-ILO dwar il-governanza kif ukoll il-ftehimiet ambjentali multilaterali, huwa komponent indispensabbli ta' kwalunkwe ftehim ta' kummerċ ħieles prospettiv; iqis li l-ftehim għandu jinkludi wkoll it-twaqqif ta' forum konġunt tas-soċjetà ċivili li jissorvelja u jikkummenta fuq l-implimentazzjoni tiegħu u kif il-partijiet jirrispettaw l-impenji u l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol u l-protezzjoni ambjentali;

9.

Jinnota li l-agrikoltura tikkostiwixxi settur sensittiv ħafna u li eżitu finali u bilanċjat fil-kapitoli tal-agrikoltura u s-sajd għandu jqis kif dovut l-interessi tal-produtturi Ewropej kollha, pereżempju l-produtturi tal-laħam, tal-ħalib, taz-zokkor, taċ-ċereali u tat-tessuti u dawk fir-reġjuni ultraperifeċriċi, pereżempju billi jiġu introdotti perjodi ta' tranżizzjoni jew kwoti xierqa, jew billi ma jittiħdux impenji fl-aktar setturi sensittivi; jemmen li dan b'hekk biss jista' jagħti spinta lill-kompetittività u jkun ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi; jappella biex jiddaħħlu miżuri ta' salvagwardja bilaterali effikaċi sabiex tiġi evitata żieda fl-importazzjonijiet li tista' tikkawża, jew thedded li tikkawża, dannu serju lill-produtturi Ewropej f'setturi sensittivi u biex jiġu implimentati miżuri speċifiċi li jipproteġu prodotti sensittivi mir-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari l-esklużjoni ta' tipi speċjali ta' zokkor;

10.

Jenfasizza li n-negozjati għandhom iwasslu għal dispożizzjonijiet b'saħħithom u infurzabbli li jkopru r-rikonoxximent u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ);

11.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, malajr kemm jista' jkun, twettaq valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi dwar is-sostenibbiltà tal-ftehimiet prospettivi bil-għan li tkun tista' ssir evalwazzjoni profonda tal-gwadann u t-telf li jista' jkun hemm mit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tal-UE mal-Awstralja u New Zealand għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji fuq iż-żewġ naħat, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni torbot it-tnedija tan-negozjati mal-Awstralja u New Zealand mal-impenn tal-partijiet kollha li jikkommettu ruħhom mill-bidu nett biex in-negozjati jitwettqu bl-aktar mod trasparenti possibbli u b'rispett sħiħ tal-aħjar prattika – kif stabbilit f'negozjati oħra – u permezz ta' djalogu kostanti mas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, u li tinkludi l-livell ta' ambizzjoni mistenni f'dan ir-rigward fl-eżerċizzju esplorattiv;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Awstralja u New Zealand.


(1)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 210.

(2)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 210.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/139


P8_TA(2016)0065

L-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni ta' annimali domestiċi fl-Istati Membri kollha

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar l-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni ta' annimali domestiċi fl-Istati Membri kollha (2016/2540(RSP))

(2018/C 035/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2016 dwar l-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni ta' annimali domestiċi fl-Istati Membri kollha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-funzjonament tal-Politika Agrikola Komuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-TFUE dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku,

wara li kkunsidra l-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE dwar il-miżuri fil-qasam veterenarju u dak fito-sanitarju,

wara li kkunsidra l-Artikolu 169 tat-TFUE dwar miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-TFUE li jistabbilixxi li, fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali minħabba li huma esseri sensibbli,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni, mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament dwar is-saħħa tal-annimali (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-3,050 laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tad-29 ta' Novembru 2010 dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-istudju mill-Companion Animals Multisectoral Interprofessional and Interdisciplinary Strategic Think Tank on Zoonoses (CALLISTO),

wara li kkunsidra l-ewwel riżultati ta' studju tal-UE dwar il-klieb u l-qtates involuti fil-prattiki kummerċjali magħmul fi 12-il Stat Membru, skont id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-Regolament (UE) Nru 576/2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kummmissjoni ffinanzjat studju dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates involuti fi prattiki kummerċjali;

B.

billi l-organizzazzjonjiet mhux governattivi, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet kompetenti u l-veterinarji wrew evidenza ta' żieda fil-kummerċ illegali tal-annimali domestiċi, b'abbuż mifrux tal-Iskema ta' Vvjaġġar tal-Annimali Domestiċi, l-evażjoni tal-kontrolli u l-falsifkazzjoni tad-dokumenti;

C.

billi, skont l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet kompetenti, il-kummerċ illegali tal-annimali domestiċi u selvaġġi, inklużi l-annimali eżotiċi, huwa marbut mal-kriminalità serja u organizzata;

D.

billi, minkejja t-titjib reċenti, għad baqa' tħassib kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni pprovduta fil-Passaporti tal-Annimali Domestiċi, b'mod partikolari rigward il-mod kif jista' jiġi pprovat li l-età ta' annimal individwali li tingħata hija korretta;

E.

billi l-annimali domestiċi involuti fil-kummerċ illegali spiss ikunu mrobbija ħażin, ma jkunux imdorrijin jinteraġixxu soċjalment u jkunu f'riskju għoli ta' mard, u billi 70 % tal-mard ġdid li laqat lil bniedem f'dawn l-aħħar deċennji oriġina mill-annimali, u l-annimali ġeneralment miżmuma bħala annimali domestiċi jġorru fuqhom bosta żoonożi, inkluża r-rabja;

F.

billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom xi tip ta' rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u/jew l-identifikazzjoni tal-annimali domestiċi; billi l-biċċa l-kbira ta' dawn il-bażijiet ta' data għadhom mhumiex kompatibbli, u meta l-annimali domestiċi jittieħdu minn post għall-ieħor fl-UE, it-traċċabbiltà hija limitata;

G.

billi rekwiżiti kompatibbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi jkunu pass sinifikanti 'l quddiem fil-protezzjoni tal-benesseri tal-annimali u s-saħħa pubblika u tal-annimali, u jipprevedu traċċabbiltà effikaċi tal-annimali domestiċi fi ħdan l-Unjoni;

H.

billi xi Stati Membri (in-Netherlands u l-Belġju) diġà għandhom listi pożittivi għaż-żamma u/jew il-bejgħ tal-annimali domestiċi;

1.

Jissottolinja l-kontribut pożittiv li l-annimali domestiċi jagħtu lill-ħajjiet ta' miljuni ta' sidien individwali u familji fl-UE kollha, u jafferma mill-ġdid li s-sidien għandhom ikunu jistgħu jivvjaġġaw bl-annimali domestiċi tagħhom b'mod sikur u kkontrollat fl-Unjoni kollha;

2.

Jilqa' t-titjib li sar fl-Iskema ta' Vvjaġġar tal-Annimali Domestiċi introdotta bir-Regolament (UE) Nru 576/2013, inkluża l-introduzzjoni ta' elementi ta' sigurtà fil-Passaport tal-Annimali Domestiċi, u t-titjib ulterjuri li se jsegwi ladarba l-koleġiżlaturi jadottataw il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali;

3.

Jinnota bi tħassib l-evidenza ppreżentata minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, awtoritajiet kompetenti u veterinarji li turi b'mod ċar abbuż illegali dejjem jiżdied mill-Iskema ta' Vvjaġġar tal-Annimali Domestiċi, li qed tiġi sfruttata għal skopijiet kummerċjali;

4.

Jinnota li n-nuqqas ta' tilqim, ta' trattament antivirali xieraq, u ta' kura veterinarja u sanitarja fost l-annimali domestiċi involuti fil-kummerċ illegali spiss jirriżultaw fil-ħtieġa li dawn jiġu trattati bl-antibijotiċi; jissottolinja li dan iżid ir-riskju ta' reżistenza għall-antimikrobiċi;

5.

Jinnota bi tħassib iż-żieda fil-kummerċ, kemm legali kif ukoll illegali, tal-annimali selvaġġi ġeneralment miżmuma bħala annimali domestiċi; jinnota li ż-żamma ta' annimali selvaġġi bħala annimali domestiċi tikkomprometti b'mod sinifikanti l-benessri tal-annimali individwali u tpoġġi f'riskju s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem; jinnota li l-kummerċ għandu implikazzjonijiet serji għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet selvaġġi li jinqabdu biex jiġu kkummerċjati; jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri b'saħħithom u effikaċi biex tindirizza l-kummerċ illegali tal-annimali domestiċi, inklużi annimali selvaġġi miżmuma bħala annimali domestiċi;

6.

Jinnota li filwaqt li l-Istati Membri għandhom sistemi obbligatorji għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi, jeżistu diskrepanzi fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li tinżamm, l-annimali koperti mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni, u l-livell ta' governanza fuq l-informazzjoni miżmuma;

7.

Jinnota li sistemi kompatibbli ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-klieb (Canis lupus familiaris) u l-qtates (Felis silvestris catus) jistgħu jnaqqsu l-possibbiltà ta' falsifikazzjoni tad-dokumenti u ta' kummerċ illegali, u b'hekk itejbu l-benesseri tal-annimali, jipproteġu s-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali u jipprevedu traċċabbiltà effikaċi fi ħdan l-Unjoni;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, malli jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Mard Trasmissibbli tal-Annimali (Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), tadotta att delegat minnufih li jistipula regoli skont l-Artikoli 109 u 118 tar-regolament dwar sistemi dettaljati u kompatibbli għall-mezzi u l-metodi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-klieb (Canis lupus familiaris) u l-qtates (Felis silvestris catus); jissottolinja li d-data personali tal-proprjetarji u l-bejjiegħa tal-annimali domestiċi għandha tiġi rispettata skont l-istandards ġuridiċi relevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, malli jidħol fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Mard Trasmissibbli tal-Annimali, tikkunsidra li tadotta atti delegati li jistipulaw regoli skont l-Artikoli 109 u 118 tar-regolament dwar sistemi dettaljati u kompatibbli għall-mezzi u l-metodi ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi, kif definit mill-Anness I tal-istess regolament;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika mingħajr dewmien il-konklużjonijiet tal-istudju dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates involuti fi prattiki kummerċjali;

11.

Jemmen li sistema kompatibbli ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi fl-UE jkollha benefiċċji usa' mill-ġlieda kontra l-kummerċ illegali weħidha; jemmen li dawn il-benefiċċji jinkludu l-identifikazzjoni tas-sors tat-tifqigħ tal-mard u l-indirizzar tal-abbuż tal-annimali u tħassib ieħor marbut mal-benessri tal-annimali;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2014)0381.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0197.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/142


P8_TA(2016)0066

Is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen (2016/2515(RSP))

(2018/C 035/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen, b'mod partikolari dik tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Jannar 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar l-attakk fuq ċentru tas-saħħa tal-Médecins Sans Frontières (Tobba Mingħajr Fruntieri) (MSF) fil-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2015 mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar it-tkomplija tat-taħditiet iffaċilitati min-NU dwar il-Jemen, u d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Ottubru 2015 mill-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar il-Jemen,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Jemen, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' April 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Jemen, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 2216 (2015), 2201 (2015) u 2140 (2014),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-10 ta' Jannar 2016 u tat-8 ta' Jannar 2016 attribwibbli għall-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Jemen,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kriżi attwali fil-Jemen hija konsegwenza tal-fatt li gvern wieħed wara l-ieħor naqas milli jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Jemenit għad-demokrazija, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-istabbiltà u s-sigurtà; billi dan in-nuqqas ħoloq il-kondizzjonijiet ideali biex ifaqqa' kunflitt vjolenti, minħabba l-ineżistenza ta' gvern inklużiv u ta' kondiviżjoni ġusta tal-poter u minħabba l-fatt li t-tensjonijiet numerużi bejn it-tribujiet, l-insigurtà mifruxa u l-paraliżi ekonomika tal-pajjiż ġew injorati b'mod sistematiku;

B.

billi l-intervent militari mmexxi mill-Arabja Sawdija fil-Jemen, mitlub mill-President tal-Jemen Abd Rabbuh Mansur Hadi, inkluż l-użu ta' cluster bombs, li huma pprojbiti internazzjonalment, wassal għal sitwazzjoni umanitarja diżastruża li taffettwa l-popolazzjoni madwar il-pajjiż, għandu implikazzjonijiet serji għar-reġjun u jikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi membri tal-popolazzjoni ċivili tal-Jemen, li diġà huma affettwati minn kondizzjonijiet ta' ħajja terribbli, huma l-ewwel vittmi tal-eskalazzjoni militari attwali;

C.

billi r-ribelli Houthi bdew assedju fuq il-belt ta' Taiz, it-tielet l-akbar belt tal-Jemen, b'tali mod li xekklu t-twassil tal-għajnuna umanitarja; billi, skont Stephen O'Brien, is-Sottosegretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u l-Koordinatur tal-Għajnuna ta' Emerġenza, madwar 200 000 ċivili maqbuda hemm kienu fi bżonn serju ta' ilma tax-xorb, ikel, trattament mediku, u assistenza u protezzjoni oħrajn li jsalvaw il-ħajja;

D.

billi sa mill-bidu tal-kunflitt mill-inqas 5 979 persuna ġew maqtula, kważi nofshom ċivili, u 28 208 ġew midruba; billi hemm mijiet ta' nisa u tfal fost il-vittmi; billi l-impatt umanitarju fuq il-popolazzjoni ċivili tal-ġlied kontinwu bejn il-milizzji differenti, il-bumbardamenti u l-interruzzjoni ta' servizzi essenzjali qed jilħaq livelli allarmanti;

E.

billi, skont il-Humanitarian Needs Overview (HNO) tal-2016 maħruġ f'Novembru 2015, bħalissa hemm 21,2 miljun ruħ (82 % tal-popolazzjoni) li jeħtieġu xi forma ta' assistenza umanitarja; billi, bl-istess mod, huwa stmat li kważi 2,1 miljun ruħ bħalissa qegħdin fi stat ta' malnutrizzjoni, inkluż aktar minn 1,3 miljun tifel u tifla jsofru minn malnutrizzjoni severa;

F.

billi l-UE pprovdiet EUR 52 miljun f'għajnuna umanitarja ġdida għall-kriżi fil-Jemen u l-impatt tagħha fil-Qarn tal-Afrika fl-2015; billi l-UE se tipprovdi sa EUR 2 miljun għall-istabbiliment ta' Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-NU (UNVIM) għat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen, b'tali mod li jiġi ffaċilitat il-fluss mingħajr xkiel ta' beni kummerċjali u għajnuna umanitarja lill-Jemen;

G.

billi hemm diversi rapporti li attakki mill-ajru mill-koalizzjoni militari mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen laqtu miri ċivili, inklużi sptarijiet, skejjel, swieq, imħażen tal-qamħ, portijiet u kamp għal persuni spostati, fejn għamlu ħsara kbira lill-infrastruttura essenzjali għat-twassil tal-għajnuna u kkontribwew għall-iskarsezzi gravi tal-ikel u tal-fjuwil fil-pajjiż; billi sptar fit-Tramuntana tal-Jemen appoġġjat mill-Médecins Sans Frontières (Tobba Mingħajr Fruntieri) (MSF) ġie bbumbardjat fl-10 ta' Jannar 2016, li wassal biex inqatlu mill-inqas sitt persuni, indarbu tnax, fosthom persunal tal-MSF, u saret ħsara serja lill-faċilitajiet mediċi; billi dan huwa l-aħħar wieħed f'sensiela ta' attakki fuq faċilitajiet tas-saħħa; billi ħafna monumenti storiċi u siti arkeoloġiċi wkoll saritilhom ħsara irreparabbli jew inqerdu, inklużi partijiet mill-Belt qadima ta' Sanaa, sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO;

H.

billi, minħabba kapaċità mnaqqsa tal-port u l-konġestjoni li tirriżulta mill-ħsara fl-infrastruttura u fil-faċilitajiet, fil-pajjiż qed jidħol biss 15 % tal-volum tal-importazzjonijiet tal-fjuwil ta' qabel il-kriżi; billi, skont il-Klassifikazzjoni Integrata tal-Fażi tas-Sigurtà tal-Ikel (IPC) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, bħalissa hemm tmien gvernaturati li huma kklassifikati fil-livell ta' emerġenza fejn għandha x'taqsam is-sigurtà tal-ikel, jiġifieri Sa'ada, Hajjah, Hodeida, Taiz, Al-Dhale, Lahj, Abyan u Hadramaut;

I.

billi, skont Save the Children, sptarijiet f'mill-inqas 18 mit-22 gvernaturat tal-pajjiż ingħalqu bħala riżultat tal-ġlied jew tan-nuqqas ta' fjuwil, jew ġew affettwati b'mod gravi minnhom; billi, b'mod partikolari, 153 ċentru tas-saħħa li preċedentement kienu jfornu nutrizzjoni lil aktar minn 450 000 tifel u tifla f'riskju issa ngħalqu, flimkien ma' 158 klinika outpatient responsabbli milli jipprovdu kura tas-saħħa bażika lil kważi nofs miljun tifel u tifla taħt l-età ta' ħames snin;

J.

billi, skont l-UNICEF, il-kunflitt fil-Jemen kellu wkoll impatt iebes fuq l-aċċess tat-tfal għall-edukazzjoni, li waqfet għal kważi 2 miljun tifel u tifla, bi 3 584 skola – jew waħda minn kull erbgħa – jingħalqu; billi 860 minn dawn l-iskejjel saritilhom ħsara jew qed jilqgħu lill-persuni spostati;

K.

billi fil-15 ta' Diċembru 2015 ġie ddikjarat waqfien mill-ġlied man-nazzjon kollu iżda sussegwentement dan ġie miksur diversi drabi; billi taħditiet ta' paċi, li saru fl-Iżvizzera f'nofs Diċembru 2015 bejn il-partijiet fil-ġlied, naqsu milli jagħmlu xi progress sinifikanti bil-ħsieb li jtemmu l-kunflitt; billi t-tkomplija ta' taħditiet ta' paċi mmexxija min-NU taħt l-awspiċi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, li kienet skedata għall-14 ta' Jannar 2016, ġiet posposta temporanjament fost vjolenza kontinwa;

L.

billi s-sitwazzjoni fil-Jemen iġġorr magħha riskji serji għall-istabbiltà tar-reġjun, b'mod partikolari dik tal-Qarn tal-Afrika, tal-Baħar l-Aħmar u tar-reġjun usa' tal-Lvant Nofsani; billi l-Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP) approfittat mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Jemen, u qiegħda tespandi l-preżenza tagħha u tkabbar l-għadd u l-iskala tal-attakki terroristiċi tagħha; billi l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS) / Daesh stabbilixxa l-preżenza tiegħu fil-Jemen u wettaq attakki terroristiċi kontra l-moskej Xiiti, bil-qtil ta' mijiet ta' persuni;

M.

billi Jemen stabbli u sikur, bi gvern li jiffunzjona sew, hu kruċjali għall-isforzi internazzjonali biex jiġu miġġielda l-estremiżmu u l-vjolenza fir-reġjun u lil hinn minnu, kif ukoll għall-paċi u l-istabbiltà fil-Jemen stess;

N.

billi xi Stati Membri tal-UE komplew jawtorizzaw trasferimenti ta' armi u oġġetti relatati lejn l-Arabja Sawdija minn mindu bdiet il-gwerra; billi dawn it-trasferimenti huma bi vjolazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi, li teskludi b'mod espliċitu l-awtorizzazzjoni ta' liċenzji tal-armi mill-Istati Membri jekk ikun hemm riskju ċar li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari li ser jiġi esportat jista' jintuża biex jitwettqu vjolazzjonijiet serji tad-dritt umanitarju internazzjonali u biex ixekklu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali;

1.

Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament allarmanti tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, li hija kkaratterizzata minn insigurtà tal-ikel mifruxa u malnutrizzjoni gravi, l-attakki indiskriminati kontra ċ-ċivili u l-ħaddiema mediċi u umanitarji, il-qerda ta' infrastruttura ċivili u medika bħala riżultat tal-kunflitt domestiku li kien jeżisti qabel, l-intensifikazzjoni tal-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija, il-ġlied fuq l-art u l-bumbardamenti, minkejja appelli ripetuti għal waqfien imġedded tal-ostilitajiet; jiddispjaċih ħafna għat-telf ta' ħajja kkawżat mill-kunflitt u s-sofferenza ta' dawk maqbuda fil-ġlied, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; ittenni mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Jemen u l-poplu Jemenit;

2.

Jesprimi tħassib kbir dwar l-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija u l-imblokk navali li hija imponiet fuq il-Jemen, li wasslu għal eluf ta' mwiet, komplew jiddestabbilizzaw lill-Jemen, qed jeqirdu l-infrastruttura fiżika tal-pajjiż, ħolqu instabbiltà li ġiet sfruttata minn organizzazzjonijiet terroristiċi u estremisti bħall-ISIS/Daesh u l-AQAP, u qegħdin jaggravaw sitwazzjoni umanitarja diġà kritika; jikkundanna bil-qawwa, barra minn hekk, l-azzjonijiet ta' destabbilizzazzjoni u vjolenti meħuda mill-Houthis, li huma appoġġjati mill-Iran, inkluż l-assedju tal-belt ta' Taiz, li kellu wkoll konsegwenzi umanitarji diżastrużi għall-abitanti tagħha;

3.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU, u jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jippermettu d-dħul u t-twassil ta' ikel, mediċini, fjuwil u assistenza oħra meħtieġa b'mod urġenti permezz ta' kanali tan-NU u internazzjonali umanitarji sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti taċ-ċivili milquta mill-kriżi, b'konformità mal-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u indipendenza; jappella għal pawża umanitarja sabiex għajnuna li tista' ssalva l-ħajjiet tiġi permessa tilħaq lill-poplu Jemenit b'mod urġenti; ifakkar għalhekk li huwa essenzjali li l-aċċess tat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen jiġi ffaċilitat aktar;

4.

Jappella lin-naħat kollha biex jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċivili u biex iżommu lura milli jimmiraw direttament lejn infrastruttura ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha ta' abbuż, tortura, qtil immirat ta' ċivili u vjolazzjonijiet oħra tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali;

5.

Ifakkar lill-partijiet kollha li l-isptarijiet u l-persunal mediku huma espliċitament protetti taħt id-dritt umanitarju internazzjonali u li t-tqegħid fil-mira intenzjonat ta' ċivili u infrastruttura ċivili jammonta għal delitt tal-gwerra; jappella għal investigazzjoni imparzjali u indipendenti dwar il-vjolazzjonijiet allegati tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-aħħar attakki mmirati fuq infrastruttura u persunal umanitarji; jappella lill-partijiet kollha jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet taċ-ċittadini Jemeniti kollha, u jenfasizza l-importanza li titjieb is-sigurtà ta' dawk kollha li jaħdmu f'missjonijiet ta' paċi u umanitarji fil-pajjiż, inklużi ħaddiema umanitarji, tobba u ġurnalisti;

6.

Jistieden lill-UE tippromwovi b'mod effikaċi l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, kif previst fil-linji gwida rilevanti tal-UE; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li l-UE tqajjem, fid-djalogu politiku tagħha mal-Arabja Sawdija, il-ħtieġa ta' konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, u, f'każ li dan id-djalogu ma jagħti ebda riżultati, biex tikkunsidra miżuri oħra f'konformità mal-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali;

7.

Jistieden lill-VP/RGħ tniedi inizjattiva bil-għan li timponi embargo fuq l-armi tal-UE kontra l-Arabja Sawdija, minħabba l-allegazzjonijiet serji ta' ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-Arabja Sawdija fil-Jemen u l-fatt li l-bejgħ kontinwu tal-liċenzjar tal-armi lill-Arabja Sawdija jkun għaldaqstant ksur tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008;

8.

Jemmen li l-Arabja Sawdija u l-Iran huma strumentali biex tiġi solvuta l-kriżi, u jħeġġeġ liż-żewġ naħat jaħdmu b'mod pragmatiku u b'rieda tajba sabiex jintemm il-ġlied fil-Jemen;

9.

Jenfasizza li hija biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt li tista' ġġib lura l-paċi u żżomm l-unità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex, b'rieda tajba u mingħajr prekondizzjonijiet, jimpenjaw ruħhom f'ċiklu ġdid ta' negozjati ta' paċi mmexxija min-NU malajr kemm jista' jkun, inkluż billi jsolvu d-differenzi tagħhom permezz ta' djalogu u konsultazzjonijiet, jirrifjutaw atti ta' vjolenza biex jintlaħqu għanijiet politiċi, u jżommu lura minn provokazzjoni u mill-azzjonijiet kollha li jxekklu s-soluzzjoni politika; jappoġġja l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU, Ismail Ould Cheikh Ahmed, biex isiru taħditiet ta' paċi ffaċilitati min-NU f'konformità mal-inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, l-eżiti tal-Konferenza Nazzjonali għad-Djalogu, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 2140 (2014) u 2216 (2015);

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-Gvern tal-Jemen.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0270.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 2 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/146


P8_TA(2016)0030

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2313(IMM))

(2018/C 035/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz, imressqa fit-13 ta' Awwissu 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja b'rabta mal-proċedimenti li għandhom jitressqu mill-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk (Ref. No CAN-PST-SCW.7421.1209083.2014.9.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fid-29 ta' Ottubru 2015,

wara li kkunsidra l-fatt li Robert Jarosław Iwaszkiewicz irrinunzja għad-dritt tiegħu għal seduta ta' smigħ b'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) b'konnessjoni mal-Artikolu 10b tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0015/2016),

A.

billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja għadda talba mingħand l-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett fir-rigward tal-Polonja, Czesław Adam Siekierski, b'rabta ma' reat skont l-Artikolu 92a tal-Kodiċi tal-Offiżi żgħar tal-20 ta' Mejju 1971 b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku Stradali tal-20 ta' Ġunju 1997;

B.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

C.

billi l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m'għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali mingħajr il-kunsens tas-Sejm jew tas-Senat rispettivament;

D.

billi għalhekk tiġi r-responsabilità tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz għandhiex titneħħa jew le;

E.

billi Robert Jarosław Iwaszkiewicz huwa akkużat li naqas milli jirrispetta l-limitu ta' veloċità f'żona fil-bini;

F.

billi l-allegata offiża m'għandhiex rabta diretta jew ovvja mal-prestazzjoni ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

G.

billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li t-talba saret bl-intenzjoni li tiġi kkawżata ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Robert Jarosław Iwaszkiewicz.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/148


P8_TA(2016)0031

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2240(IMM))

(2018/C 035/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz, imressqa fit-13 ta' Awwissu 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja b'rabta mal-proċedimenti li għandhom jitressqu mill-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk (Ref. No CAN-PST-SCW.7421.1158450.2014.5.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fid-9 ta' Settembru 2015,

wara li kkunsidra l-fatt li Robert Jarosław Iwaszkiewicz irrinunzja għad-dritt tiegħu għal seduta ta' smigħ b'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) b'konnessjoni mal-Artikolu 10b tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0016/2016),

A.

billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja għadda talba mingħand l-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett fir-rigward tal-Polonja, Czesław Adam Siekierski, b'rabta ma' reat skont l-Artikolu 92a tal-Kodiċi tal-Offiżi żgħar tal-20 ta' Mejju 1971 b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku Stradali tal-20 ta' Ġunju 1997;

B.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

C.

billi l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m’għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali mingħajr il-kunsens tas-Sejm jew tas-Senat rispettivament;

D.

billi għalhekk tiġi r-responsabilità tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz għandhiex titneħħa jew le;

E.

billi Robert Jarosław Iwaszkiewicz huwa akkużat li naqas milli jirrispetta l-limitu ta' veloċità f'żona fil-bini;

F.

billi r-reat allegat ma għandux rabta diretta jew ovvja mal-prestazzjoni tas-Sur Robert Jarosław Iwaszkiewicz fid-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkonċerna opinjonijiet jew voti espressi fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.

billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li t-talba saret bl-intenzjoni li tiġi kkawżata ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Robert Jarosław Iwaszkiewicz.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/150


P8_TA(2016)0032

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Florian Philippot

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Florian Philippot (2015/2267(IMM))

(2018/C 035/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Florian Philippot, imressqa fit-2 ta' Settembru 2015 mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża, fil-kuntest ta' proċedimenti ta' malafama quddiem il-Qorti Superjuri ta' Nanterre (Nru ta’ Ref. JIJI215000010), u mħabbra fis-seduta plenarja tas-16 ta' Settembru 2015,

wara li sema' lil Florian Philippot skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0014/2016),

A.

billi l-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi talbu t-tneħħija tal-immunità ta' Florian Philippot, b'rabta ma' proċedimenti kriminali mressqa minn stat terz;

B.

billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

C.

billi, barra dan, l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat;

D.

billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża jistipula li “l-ebda Membru tal-Parlament ma jista' jiġi suġġett għal proċeduri kontrih, imfittex, arrestat, detenut jew iġġudikat minħabba opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fil-qadi ta' dmirijietu”, u li “l-ebda Membru tal-Parlament ma jista' jiġi soġġett, f'materji kriminali, għal arrest jew detenzjoni jew kwalunkwe forma ta' ċaħda tal-libertà” mingħajr awtorizzazzjoni parlamentari;

E.

billi Florian Philippot ġie akkużat minn gvern ta' stat terz, b'mod speċifiku, il-Qatar, li hu mmalafama lil dan l-istat matul xandira tar-radju tad-9 ta' Jannar 2015 u matul xandira tat-televiżjoni tad-19 ta' Jannar 2015, fejn insinwa li l-Istat imsemmi kien qed jiffinanzja it-terroriżmu;

F.

billi, kemm l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprojbixxu kwalunkwe proċedura ċivili jew kriminali kontra deputat parlamentari fir-rigward ta' opinjonijiet espressi fil-qadi ta' dmirijietu;

G.

billi “d-dispożizzjonijiet fis-sistema Franċiża li jipproteġu r-rappreżentanti tal-poplu fil-qadi ta' dmirijiethom imorru lura għall-1789, u jirriżultaw mir-rispett għall-espressjoni tar-rieda tal-poplu u l-ħtieġa fi stat demokratiku għar-rappreżentanti eletti biex jeżerċitaw il-mandat tagħhom b’mod ħieles mingħajr il-biża' ta' azzjoni legali jew interferenza minn waħda eżekuttiva jew ġudizzjarja” (2);

H.

billi, bħala Membru tal-Parlament Ewropew, din l-immunità tkopri mhux biss l-opinjonijiet espressi mill-Membru waqt il-laqgħat uffiċjali tal-Parlament iżda wkoll il-fehmiet espressi fi bnadi oħra, pereżempju fil-midja, fejn ikun hemm “rabta bejn l-opinjoni espressa u […] id-dmirijiet parlamentari” (3);

I.

billi l-espressjoni ta' opinjonijiet fl-isfera pubblika dwar il-politika barranija tal-Unjoni Ewropea u ta' stati terzi taqa' fi ħdan il-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew;

J.

billi, għalhekk, ma hemmx ġustifikazzjoni għat-tneħħija tal-immunità ta' Florian Philippot;

K.

billi, f'każ li l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jitqies quod non li ma jkunx applikabbli f'dan il-każ, it-talba tal-awtoritajiet Franċiżi għandha tiġi eżaminata bħala talba abbażi tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 26(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, u għaldaqstant għandha titqies bħala talba għal awtorizzazzjoni biex Florian Philippot jiġi sottopost għal “arrest jew detenzjoni, f'materja kriminali, jew kwalunkwe forma oħra ta' ċaħda tal-libertà”;

L.

billi, f'termini ġenerali, il-funzjoni tal-immunità parlamentari għandha l-għan li tippermetti lill-awtorità leġiżlattiva li teżerċita r-responsabbiltajiet kostituzzjonali tagħha mingħajr indħil estern mhux mixtieq, speċjalment min-naħa tal-poter eżekuttiv (4); billi jidher ċar li dan il-prinċipju japplika wkoll meta jitnedew proċedimenti kriminali għal malafama minn Stat terz kontra deputat parlamentari;

M.

billi, għaldaqstant, mhux meħtieġ li tiġi eżaminata l-kwistjoni ta' fumus persecutionis, jiġifieri jekk l-għan tal-proċedimenti kriminali huwiex li tiddgħajjef l-attività politika tal-Membru;

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Florian Philippot;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u għal Florian Philippot.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-17 ta' Diċembru 2002, A. vs Ir-Renju Unit, punt 47.

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543, paragrafu 33;

(4)  Parliamentary Immunity. A Comprehensive Study of the Systems of Parliamentary Immunity of the United Kingdom, France, and the Netherlands in a European Context, Sascha Hardt, Intersentia, Ius Commune Europaeum Series, No. 119, ISBN 978-1-78068-191-7, Maastricht, Lulju 2013.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 2 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/152


P8_TA(2016)0025

Regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni transfruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 – C8-0008/2015 – 2015/0006(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2018/C 035/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) u (e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0008/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0359/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2015)0006

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) 2016/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera(Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2016/399.)


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/153


P8_TA(2016)0026

Emenda għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila dwar Metalli Tqal ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila dwar Metalli Tqal (08648/2015 – C8-0157/2015 – 2014/0359(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 035/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08648/2015),

wara li kkunsidra l-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila dwar Metalli Tqal (08648/2015 ADD 1),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0157/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0002/2016),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/154


P8_TA(2016)0027

Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila għas-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (08651/2015 – C8-0158/2015 – 2014/0358(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 035/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08651/2015),

wara li kkunsidra l-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (08651/2015 ADD 1 and ADD 2),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0158/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0001/2016),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/155


P8_TA(2016)0028

Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Ukrajna *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Ukrajna (11592/2015 – C8-0300/2015 – 2015/0810(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 035/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11592/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0300/2015);

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1), b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0007/2016),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Eurojust.


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/156


P8_TA(2016)0029

Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Montenegro *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Montenegro (11596/2015 – C8-0299/2015 – 2015/0812(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 035/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11596/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0299/2015);

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1), b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0008/2016),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Eurojust.


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/157


P8_TA(2016)0033

L-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat (COM(2014)0221 – C7-0144/2014 – 2014/0124(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 035/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0221),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0144/2014),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata li ġiet ippreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Settembru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Ottubru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Novembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0172/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 458, 19.12.2014, p. 43.

(2)  ĠU C 415, 20.11.2014, p. 37 .


P8_TC1-COD(2014)0124

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2016/344.)


L-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/158


P8_TA(2016)0035

Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova: il-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 035/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0154),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0092/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0364/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P8_TC1-COD(2015)0079

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/400.)


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/159


P8_TA(2016)0036

Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġeorġia: il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (COM(2015)0155 – C8-0091/2015 – 2015/0080(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 035/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0155),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0091/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0365/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P8_TC1-COD(2015)0080

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/401.)


Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2016

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/160


P8_TA(2016)0052

Awtorizzazzjoni lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifika, u lil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifika, u lil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, fl-interess tal-Unjoni Ewropea (13777/2015 – C8-0401/2015 – 2013/0177(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 035/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13777/2015),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali (13777/15/ADD1),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0401/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0018/2016),

1.

Jagħti l-approvazjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tiffirma u tirratifika, u lil Malta biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, fl-interess tal-Unjoni Ewropea,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.


(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/161


P8_TA(2016)0053

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet (COM(2015)0518 – C8-0370/2015 – 2015/0244(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 035/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2015)0518),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll ta' emenda, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet (13448/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu (8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0370/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0025/2016),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' San Marino.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/162


P8_TA(2016)0054

L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il- Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, abbażi ta’ sentenzi preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2015)0458 – C8-0296/2015 – 2015/0210(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 035/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0458),

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0296/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0019/2016),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/163


P8_TA(2016)0055

Netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjieg, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol (COM(2014)0006 – C7-0015/2014 – 2014/0002(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 035/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0006),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0015/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Ġunju 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta’ Ġunju 2014 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0224/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 424, 26.11.2014, p. 27.

(2)  ĠU C 271, 19.08.2014, p. 70.


P8_TC1-COD(2014)0002

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/589.)


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/164


P8_TA(2016)0056

L-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija (COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 035/41)

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0013/2016).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


REGOLAMENT (UE) 2016/…

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għar-Repubblika

tat-Tuneżija

[Emendi 1-4, sakemm mhux indikat mod ieħor]IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1) ('il-Ftehim') jikkostitwixxi l-bażi tar-relazzjoni bejn l-Unjoni u t-Tuneżija.

(2)

Wara l-attakk terroristiku tas-26 ta’ Ġunju 2015 viċin Sousse, fit-Tuneżija, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Lulju 2015, iddikjara li l-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri tagħha, għandha tesplora l-possibbiltà li jittieħdu miżuri eċċezzjonali u temporanji sabiex tiġi appoġġata l-ekonomija Tuneżina.

(3)

Iż-żejt taż-żebbuġa huwa l-prodott agrikolu ewlieni tat-Tuneżija ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni u l-industrija taż-żejt taż-żebbuġa hija parti importanti tal-ekonomija tal-pajjiż, bħal ma hi f'xi reġjuni ta' ċerti Stati Membri .

(4)

L-aħjar mod biex l-Unjoni tappoġġa l-ekonomija tat-Tuneżija, b’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u fil-Ftehim, huwa billi tipprovdi suq attraenti u affidabbli għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-Tuneżija. Il-proviżjoni ta' tali suq jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi li jippermettu l-importazzjoni ta’ dak il-prodott fl-Unjoni, fuq il-bażi ta’ kwoti tariffarji mingħajr dazju.

(5)

Sabiex jipprevjenu l-frodi u jiġi żgurat li l-miżuri kummerċjali awtonomi previsti jkunu ta' benefiċċju reali għall-ekonomija tat-Tuneżija, dawk il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għall-konformità mit-Tuneżija mar-regoli previsti fil-Ftehim dwar l-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri marbuta magħhom, kif ukoll għall-kooperazzjoni amministrattiva effettiva tat-Tuneżija mal-Unjoni.

(6)

Il-preservazzjoni tal-istabbiltà tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa fl-Unjoni teħtieġ li l-volum addizzjonali ġġenerat permezz tal-miżuri kummerċjali awtonomi jsir disponibbli biss wara li jispiċċa l-volum taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat mingħajr dazju tal-kwota tariffarja annwali stipulata fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim.

(7)

L-Artikolu 184 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi r-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-miżuri kummerċjali awtonomi stipulati f’dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tissospendi temporanjament l-arranġamenti preferenzali stabbiliti b'dan ir-Regolament u tintroduċi miżuri korrettivi f'każijiet fejn is-suq tal-Unjoni jiġi affettwat minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(9)

Il-miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza stabbiliti minn dan ir-Regolament huma maħsuba biex itaffu s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, li qiegħda tiffaċċja bħalissa t-Tuneżija, minħabba l-attakki terroristiċi. Għalhekk dawk il-miżuri għandhom ikunu limitati fiż-żmien u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal negozjati bejn l-Unjoni u t-Tuneżija dwar it-twaqqif ta’ Żona ta’ Kummerċ Ħieles fil-Fond u Komprensiv (DCFTA). ▌[Emendi 11 u 15]

(10)

Minħabba l-ħsara kbira li saret lill-ekonomija tat-Tuneżija, b’mod partikolari lis-settur tat-turiżmu tagħha, bl-attakk terroristiku viċin Sousse fis-26 ta’ Ġunju 2015, u minħabba l-ħtieġa li jittieħdu miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza biex tittaffa s-sitwazzjoni ekonomika tat-Tuneżija fi żmien qasir, tqies li jkun xieraq li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

Kwota tariffarja mingħajr dazju annwali fuq l-importazzjoni ta’ 35 000 tunnellata (“kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni”) għas-snin kalendarji 2016 u 2017 hija miftuħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li joriġina mit-Tuneżija u li huwa kklassifikat fil-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90 meta dan iż-żejt verġni taż-żebbuġa joriġina kollu kemm hu mit-Tuneżija u jiġi ttrasportat direttament mit-Tuneżija lejn l-Unjoni . [Emendi. 5 u 12].

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għad-dritt ta’ kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni

Id-dritt għall-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni għandu jkun soġġett għall-konformità tat-Tuneżija mar-regoli li jikkonċernaw l-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri marbuta magħhom, stipulati fil-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Aċċess għall-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni

Il-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni għandha tkun disponibbli biss wara li jispiċċa l-volum tal-kwota tariffarja mingħajr dazju annwali taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat stipulata fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Amministrazzjoni tal-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tamministra l-kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 184 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 5

Sospensjoni temporanja

Jekk il-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed evidenza li t-Tuneżija tkun naqqset milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, din tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi b'mod temporanju kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali previsti fl-Artikolu 1. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 6

Rieżami ta' nofs it-terminu

1.     Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' nofs it-terminu dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-suq tal-Unjoni taż-żejt taż-żebbuġa mid-dħul fis-seħħ tiegħu, u tippreżenta l-konklużjonijiet ta' dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.     Fil-każ li jiġi kkonstatat li s-suq tal-Unjoni taż-żejt taż-żebbuġa ġie affettwat mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tintroduċi miżuri korrettivi intiżi sabiex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni f'dak is-suq. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami prevista fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 7

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(2)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/167


P8_TA(2016)0057

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2013/007 BE/Hainaut-Namur Glass – Belġju)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut-Namur Glass, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2016)0001 – C8-0013/2016 – 2016/2013(BUD))

(2018/C 035/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0001 – C8-0013/2016),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b' mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0029/2016),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex toffri appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.

billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni f'każ ta' kriżi, biex tiġi ffissata l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji;

D.

billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2015/007 BE/Hainaut-Namur Glass għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat fir-Reviżjoni 2 Diviżjoni 23 (“Manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi oħra”) tan-NACE fir-reġjuni ta' livell NUTS 2 ta' Hainaut (B32) u ta' Namur (B35) fil-Belġju, u billi l-412 ħaddiema li ngħataw is-sensja, kif ukoll 100 żagħżugħ taħt l-età ta' 25 sena mir-reġjun ta' Hainaut li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri; billi 144 minn dawn il-ħaddiema ngħataw is-sensja wara l-għeluq tal-impjant ta' produzzjoni ta' Roux (Hainaut), proprjetà ta' AGC Europe S.A., u 268 ħaddiem wara l-għeluq tal-impjant ta' produzzjoni ta' Auvelais (fir-reġjun ta' Namur), proprjetà ta' Saint-Gobain Glass Benelux;

E.

billi, minkejja li l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, din ġiet imressqa taħt il-kriterji ta' intervent, li jippermettu għal deroga f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG fil-każ tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG fil-każ ta' NEETs;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk il-Belġju hu intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 095 544 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 1 825 907;

2.

Jikkonstata li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fid-19 ta' Awwissu 2015, u li l-valutazzjoni tagħha tlestliet mill-Kummissjoni fl-20 ta' Jannar 2016 u ġiet notifikata lill-Parlament dakinhar stess;

3.

Jikkonstata li f'dawn l-aħħar snin il-kummerċ ta' prodotti tal-ħġieġ fl-Unjoni għadda minn taqlib kbir u jenfasizza li, bejn l-2000 u l-2010, l-impjiegi fis-settur tal-ħġieġ kollu fl-Ewropa naqsu bi 32 %; jirrimarka li fil-Vallonja, li għandha storja b'saħħitha ta' produzzjoni tal-ħġieġ, diversi impriżi kbar iffaċċjaw diffikultajiet f'dawn l-aħħar snin, u n-numru ta' impjiegi fis-settur tal-ħġieġ fir-reġjuni ta' Hainaut u ta' Namur naqas b'19 % bejn l-2007 u l-2012, filwaqt li fil-Vallonja fl-2013 intilfu 1 236 impjieg u fl-2014 intilfu 1 878 impjieg;

4.

Jirrimarka li Hainaut, b'mod partikolari, qed tħabbat wiċċha ma' sitwazzjoni diffiċli relatata mas-suq tax-xogħol b'rata ta' impjieg ta' 9,2 % inqas mill-medja nazzjonali; jikkonstata li s-swieq tax-xogħol taż-żewġ reġjuni huma, barra minn hekk, ikkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' nies b'nuqqas ta' kwalifiki tax-xogħol (madwar 50 % ta' dawk li qed ifittxu impjieg fiż-żewġ reġjuni ma għandhomx il-kwalifiki tal-ogħla livell sekondarju)

5.

Jikkonstata li, fl-2013, is-Saint-Gobain Group ġie sforzat jagħlaq impjant ieħor ta' produzzjoni fil-Vallonja, li kien is-suġġett tal-applikazzjoni EGF/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit relatata ma' 257 sensja fl-istess settur; jinnota li bosta miżuri f'dawn iż-żewġ talbiet huma simili;

6.

Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Belġjani bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-10 ta' Settembru 2014, ferm qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

7.

Jinnota li d-deroga mill-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG f'dan il-każ tirrigwarda għadd ta' sensji li mhumiex wisq aktar baxxi mil-limitu ta' 500 sensja; jilqa' pożittivament il-fatt li l-applikazzjoni għandha l-għan li tappoġġa 100 NEET oħrajn;

8.

Jikkonstata li l-Belġju qed jippjana seba' tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) appoġġ/gwida/integrazzjoni, (ii) appoġġ għat-tfittix ta' taħriġ, (iii) taħriġ integrat, (iv) trasferiment ta' esperjenzi, (v) appoġġ għall-ħolqien ta' intrapriżi, (vi) appoġġ għal proġetti kollettivi, u (vii) allowances għal min ikun qed ifittex impjieg jew ikun qed isegwi taħriġ;

9.

Jilqa' l-appoġġ għall-proġetti kollettivi; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa r-riżultati li nkisbu minn din it-tip ta' miżura f'applikazzjonijiet oħra sabiex tiddetermina l-benefiċċji tagħha għall-parteċipanti;

10.

Jilqa' l-fatt li l-applikazzjoni jinkludu miżuri mmirati b'mod speċifiku biex jipprovdi assistenza lil NEETs; jikkonstata li s-servizzi personalizzati pprovduti lin-NEETs se jinkludu: (i) mobilizzazzjoni u gwida jew għal aktar edukazzjoni/taħriġ jew inkella biex isegwu sessjonijiet ta' induzzjoni, (ii) taħriġ, (iii) titjib tal-ħiliet personalizzati, u (iv) allowances għal min ikun qed ifittex impjieg jew ikun qed isegwi taħriġ;

11.

Japprezza l-fatt li l-allowances u l-inċentivi li se jiġu pprovduti bħala parti mill-miżuri proposti huma limitati għal 5,52 % tal-ispejjeż stmati totali;

12.

Jikkonstata li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, l-impriżi u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi;

13.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati appoġġati mill-FEG għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-kapaċitajiet meħtieġa fil-ġejjieni tas-suq tax-xogħol, u għandu jkun jaqbel mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

14.

Ifakkar fl-importanza li titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

15.

Jenfasizza li fil-każ ta' applikazzjonijiet suċċessivi mill-istess reġjun ġeografiku, il-Kummissjoni għandha tiġbor u tanalizza l-esperjenzi minn applikazzjonijiet preċedenti u tiżgura li fil-każ ta' applikazzjonijiet ġodda kwalunkwe konklużjoni ta' din l-analiżi tkun dibitament ikkunsidrata;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni tkompli tispeċifika fi proposti futuri, f'liema setturi huwa probabbli li l-ħaddiema jsibu impjieg u jekk it-taħriġ offrut huwiex allinjat mal-prospetti ekonomiċi futuri u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol fir-reġjuni milqutin mis-sensji;

17.

Jikkonstata l-fatt li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm dupplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

18.

itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

19.

Japprezza l-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għar-rilaxx rapidu tal-għotjiet; jikkonstata l-pressjoni mil-lat ta' ħin li jġib miegħu l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-każijiet;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

21.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Belġju EGF/2015/007 BE/Hainaut-Namur Glass)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni Deċiżjoni (UE) 2016/407.)