ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
29ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 32/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 32/02

Kawża C-214/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – C. King vs The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 7 — Pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal leave annwali mhux meħud imħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jieħu l-leave annwali tiegħu mingħajr ma tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni għal dan il-leave)

2

2018/C 32/03

Kawża C-265/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – VCAST Limited vs R.T.I. SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) — Eċċezzjoni ta’ kopja privata — Artikolu 3(1) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Mod tekniku speċifiku — Provvista ta’ servizz ta’ reġistrazzjoni vidjo fis-sħaba (cloud computing) ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, mingħajr il-kunsens tal-awtur ikkonċernat — Intervent attiv tal-fornitur tas-servizz fl-imsemmija reġistrazzjoni)

3

2018/C 32/04

Kawża C-514/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães – il-Portugall) – Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues de Andrade, Fausto da Silva Rodrigues de Andrade vs José Manuel Proença Salvador, Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA, Jorge Oliveira Pinto (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ użu ta’ vetturi — Inċident li seħħ f’azjenda agrikola — Inċident li kien jinvolvi trattur agrikolu wieqaf iżda li l-magna tiegħu kienet mixgħula sabiex tħaddem pompa użata għall-bexx ta’ erbiċida)

3

2018/C 32/05

Kawża C-107/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Agrikoltura — Ikel u għalf modifikat ġenetikament — Miżuri ta’ urġenza — Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 — Adozzjoni u żamma tal-miżura — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 34 — Regolament (KE) Nru 178/2002 — Artikoli 53 u 54 — Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni)

4

2018/C 32/06

Kawża C-476/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture – Uprava zračnog prometa, elektroničkih komunikacija i pošte – il-Kroazja) – Hrvatska agencija za civilno zrakoplovstvo vs Air Serbia A.D. Beograd, Dane Kondić (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kwalità ta’ qorti tal-korp tar-rinviju — Indipendenza — Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

5

2018/C 32/07

Kawża C-491/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Potugall) – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3(1) — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ programm pluriannwali — Kamp ta’ applikazzjoni)

5

2018/C 32/08

Kawża C-496/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – l-eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Pál Aranyosi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA — Mandat ta’ arrest Ewropew — Raġunijiet ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 4 — Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti — Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru ta’ ħruġ — Annullament tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ ħruġ — Kwistjoni ta’ natura ipotetika — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

6

2018/C 32/09

Kawża C-615/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Giovanna Judith Kerr vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 15(2) u Artikolu 135(1)(f) — Drittijiet ta’ operat ta’ proprjetajiet immobbli — Eżenzjonijiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ negozjar)

7

2018/C 32/10

Kawża C-131/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali — Assenza ta’ domanda li tirrigwarda regola tad-dritt tal-Unjoni minbarra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

7

2018/C 32/11

Kawża C-232/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – VE vs WD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 93 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self, f’munita barranija — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

8

2018/C 32/12

Kawża C-243/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugal – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs António da Silva Rodrigues (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3(1) — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ programm pluriannwali — Kamp ta’ applikazzjoni)

8

2018/C 32/13

Kawża C-259/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – Zoltán Rózsavölgyi, Zoltánné Rózsavölgyi vs Unicredit Leasing Hungary Zrt., Unicredit Leasing Immo Truck Zrt. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2), u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ kreditu ddenominat f’munita barranija — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti li jirrigwardaw il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

9

2018/C 32/14

Kawża C-314/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Geocycle Bulgaria EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività — Sistema ta’ awtolikwidazzjoni — Rifjut tad-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input lid-destinatarju tal-fattura — Deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali li tistabbilixxi taxxa għax-xerrej ta’ oġġett)

10

2018/C 32/15

Kawża C-486/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata – l-Italja) – Olympus Italia Srl vs Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata (CROB) di Rionero in Vulture (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2014/24/UE — Artikolu 4 — Ammont tal-limiti minimi tal-kuntratti pubbliċi — Kuntratti li jista’ jkollhom interess transkonfinali ċert — Talba manifestament inammissibbli)

10

2018/C 32/16

Kawża C-453/17 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2017 minn Laure Camerin kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-647/16, Camerin vs Il-Parlament

11

2018/C 32/17

Kawża C-467/17 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 mis-Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-172/17, Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio vs Il-Parlament u Il-Kunsill

11

2018/C 32/18

Kawża C-593/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover

12

2018/C 32/19

Kawża C-624/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2017 – Proċeduri kriminali kontra Tronex BV

12

2018/C 32/20

Kawża C-629/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-18 ta’ Ottubru 2017 – J. Portugal Ramos Vinhos SA vs Adega Cooperativa de Borba CRL

13

2018/C 32/21

Kawża C-637/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa (il-Portugall) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Cogeco Communications Inc vs Sport TV Portugal et

14

2018/C 32/22

Kawża C-662/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Vrhovno sodišče Republike Slovenije fis-27 ta’ Novembru 2017 – E.G. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

15

2018/C 32/23

Kawża C-663/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 mill-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) fl-24 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-247/16, Fursin u oħrajn vs il-Bank Ċentrali Ewropew

16

2018/C 32/24

Kawża C-664/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ellinika Nafpigeia AE vs Panagiotis Anagnostopoulos et

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 32/25

Kawża T-401/11 P RENV-RX: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Qtil ta’ uffiċjal u tal-konjuġi tiegħu — Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors għad-danni — Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni — Rabta kawżali — Danni materjali — Responsabbiltà in solidum — Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal — Dannu morali — Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali ta’ uffiċjal deċedut — Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal deċedut

19

2018/C 32/26

Kawża T-249/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard (QUILAPAYÚN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUILAPAYÚN — Raġuni relattiva għal rifjut — Trade mark magħrufa sew — Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Proprjetarju tat-trade mark)

20

2018/C 32/27

Kawża T-771/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – Hochmann Marketing vs EUIPO – BitTorrent (bittorrent) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea bittorrent — Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001))

21

2018/C 32/28

Kawża T-35/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – Sony Computer Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vita — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Użu flimkien mal-prodotti kkonċernati — Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2018/C 32/29

Kawża T-61/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Coca-Cola vs EUIPO – Mitico (Master) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Master — Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Coca-Cola u nazzjonali figurattiva preċedenti C — Raġuni relattiva għal rifjut — Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Provi dwar l-użu kummerċjali, barra mill-Unjoni, ta’ sinjal li jinkludi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — Deduzzjonijiet loġiċi — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti — Artikolu 8(5) u Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 8(5) u Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001])

22

2018/C 32/30

Kawża T-120/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Burlington — Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali BURLINGTON ARCADE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li s-sinjifikat tiegħu ma huwiex biss lokali — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001))

23

2018/C 32/31

Kawża T-121/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva BURLINGTON THE ORIGINAL — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali BURLINGTON ARCADE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li s-sinjifikat tiegħu ma huwiex biss lokali — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001)”)

24

2018/C 32/32

Kawża T-122/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva BURLINGTON — Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE — Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti BURLINGTON ARCADE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) — Profitt indebitu mill-karattru distintiv jew mill-popolarità tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

24

2018/C 32/33

Kawża T-123/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali BURLINGTON — Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE — Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti BURLINGTON ARCADE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) — Profitt indebitu mill-karattru distintiv jew mill-popolarità tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

25

2018/C 32/34

Kawża T-125/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni (Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ banana li toriġina mill-Ekwador — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti — Terminu raġonevoli)

26

2018/C 32/35

Kawża T-250/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Spadafora vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ċaħda ta’ rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli u bħala manifestament infondat — Talba għal annullament — Impjieg ta’ kap ta’ unità Konsulenza legali fi ħdan l-OLAF — Proċedura ta’ selezzjoni — Bord ta’ preselezzjoni — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ristretta ta’ kandidati proposti bil-ħsieb tal-intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra — Imparzjalità — Talba għal kumpens — Telf ta’ opportunità — Kawża fi stat li tiġi deċiża)

26

2018/C 32/36

Kawża T-332/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea 360o — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001])

27

2018/C 32/37

Kawża T-333/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 360o — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001))

28

2018/C 32/38

Kawża T-622/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Alles wird gut) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Alles wird gut — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

28

2018/C 32/39

Kawża T-728/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Tuerck vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv)

29

2018/C 32/40

Kawża T-815/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – For Tune vs EUIPO – Simplicity trade (opus AETERNATUM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea opus AETERNATUM — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OPUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

29

2018/C 32/41

Kawża T-893/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MI PAD — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti IPAD — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi)

30

2018/C 32/42

Kawża T-562/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2017 – Federcaccia Toscana et vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa — Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa — Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE — Perijodu magħluq għall-kaċċa fit-Toscana)

31

2018/C 32/43

Kawża T-702/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz — Inammissibbiltà)

31

2018/C 32/44

Kawża T-886/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Nf Nails In Vogue vs EUIPO – Nails & Beauty Factory (NAILS FACTORY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tmiem tal-iskop tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2018/C 32/45

Kawża T-91/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – L vs Il-Parlament

32

2018/C 32/46

Kawża T-737/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2017 – Wattiau vs Il-Parlament

33

2018/C 32/47

Kawża T-740/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – DEI vs Il-Kummissjoni

33

2018/C 32/48

Kawża T-746/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)

35

2018/C 32/49

Kawża T-747/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 – UPF vs Il-Kummissjoni

35

2018/C 32/50

Kawża T-751/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

36

2018/C 32/51

Kawża T-755/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs ECHA

37

2018/C 32/52

Kawża T-757/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

38

2018/C 32/53

Kawża T-761/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – UR vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 32/54

Kawża T-770/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 – Beats Electronics vs EUIPO – TrekStor (i.Beat)

40

2018/C 32/55

Kawża T-775/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Estampaciones Rubí vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 32/56

Kawża T-778/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Autostrada Wielkopolska vs Il-Kummissjoni

41

2018/C 32/57

Kawża T-784/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2017 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

43

2018/C 32/58

Kawża T-785/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM)

44

2018/C 32/59

Kawża T-787/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair)

45

2018/C 32/60

Kawża T-788/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar)

45

2018/C 32/61

Kawża T-796/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Mouldpro vs EUIPO – Wenz Kunststoff (MOULDPRO)

46


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 032/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 22, 22.1.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 13, 15.1.2018

ĠU C 5, 8.1.2018

ĠU C 437, 18.12.2017

ĠU C 424, 11.12.2017

ĠU C 412, 4.12.2017

ĠU C 402, 27.11.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – C. King vs The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar

(Kawża C-214/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 7 - Pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal leave annwali mhux meħud imħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jieħu l-leave annwali tiegħu mingħajr ma tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni għal dan il-leave))

(2018/C 032/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. King

Konvenuti: The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ħaddiem għandux dritt għal leave annwali mħallas konformament mal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, jipprekludu li l-ħaddiem għandu l-ewwel jieħu l-leave tiegħu qabel ma jsir jaf jekk għandux dritt għal remunerazzjoni abbażi ta’ dan il-leave.

2)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li abbażi tagħhom ħaddiem huwa prekluż milli jirrimanda u, jekk ikun il-każ milli jakkumula, sal-mument ta’ meta r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tintemm, drittijiet għal-leave annwali mħallas mhux eżerċitati abbażi ta’ diversi snin tal-leave konsekuttivi, minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunera dan il-leave.


(1)  ĠU C 222, 20.06.2016


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – VCAST Limited vs R.T.I. SpA

(Kawża C-265/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(2)(b) - Eċċezzjoni ta’ kopja privata - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Mod tekniku speċifiku - Provvista ta’ servizz ta’ reġistrazzjoni vidjo fis-sħaba (cloud computing) ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, mingħajr il-kunsens tal-awtur ikkonċernat - Intervent attiv tal-fornitur tas-servizz fl-imsemmija reġistrazzjoni))

(2018/C 032/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VCAST Limited

Konvenuta: R.T.I. SpA

Dispożittiv

Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal informazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tagħha, għandha tiġi tinterpretata fis-sens li tipprekludi leġizlazzjonali nazzjonali li tippermetti lil impriża kummerċjali li tipprovdi lil individwi servizz ta’ reġistrazzjoni mill-bogħod fis-sħaba kopji privati ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, permezz ta’ sistema informatika, li tintervjeni attivament fir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-kopji, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet.


(1)  ĠU C 270, 25.07.2016


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães – il-Portugall) – Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues de Andrade, Fausto da Silva Rodrigues de Andrade vs José Manuel Proença Salvador, Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA, Jorge Oliveira Pinto

(Kawża C-514/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Inċident li seħħ f’azjenda agrikola - Inċident li kien jinvolvi trattur agrikolu wieqaf iżda li l-magna tiegħu kienet mixgħula sabiex tħaddem pompa użata għall-bexx ta’ erbiċida))

(2018/C 032/04)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isabel Maria Pinheiro Vieira Rodrigues de Andrade, Fausto da Silva Rodrigues de Andrade

Konvenuti: José Manuel Proença Salvador, Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA, Jorge Oliveira Pinto

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn trattur agrikolu kien involut f’inċident meta l-funzjoni prinċipali tiegħu, fil-mument meta seħħ dan l-inċident, ma kinitx li jservi bħala mezz ta’ trasport iżda li jiġġenera, bħala magna tax-xogħol, is-saħħa motriċi meħtieġa sabiex titħaddem il-pompa ta’ bexxiexa ta’ erbiċida.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato

(Kawża C-107/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Ikel u għalf modifikat ġenetikament - Miżuri ta’ urġenza - Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 - Adozzjoni u żamma tal-miżura - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni))

(2018/C 032/05)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Pordenone

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Giorgio Fidenato

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ urġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru b’mod uffiċjali jinformaha, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar in-neċessità li jittieħdu tali miżuri, sakemm ma huwiex evidenti li prodott awtorizzat permezz tar-Regolament Nru 1829/2003 jew b’konformità miegħu jista’ jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimal jew għall-ambjent.

2)

L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa b’mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-neċessità li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun ħadet l-ebda miżura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali.

3)

L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif indikat fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw, skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju biss, mingħajr ma jkunu sodisfatti r-rekwiżiti sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture – Uprava zračnog prometa, elektroničkih komunikacija i pošte – il-Kroazja) – Hrvatska agencija za civilno zrakoplovstvo vs Air Serbia A.D. Beograd, Dane Kondić

(Kawża C-476/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kwalità ta’ “qorti” tal-korp tar-rinviju - Indipendenza - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari))

(2018/C 032/06)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture – Uprava zračnog prometa, elektroničkih komunikacija i pošte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hrvatska agencija za civilno zrakoplovstvo

Konvenuti: Air Serbia A.D. Beograd, Dane Kondić

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mibgħuta mill-Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture – Uprava zračnog prometa, elektroničkih komunikacija i pošte (Ministeru għall-Affarijiet Marittimi, Trasport u l-Infrastruttura – Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili, Telekomunikazzjonijiet u Posta, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Awwissu 2016, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Potugall) – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda

(Kawża C-491/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3(1) - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “programm pluriannwali” - Kamp ta’ applikazzjoni))

(2018/C 032/07)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP

Konvenuta: Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda

Dispożittiv

1)

L-ewwel u t-tielet domanda magħmula mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall) huma manifestament inammissibbli.

2)

It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [tal-Komunitajiet Ewropej], għandha tiġi interpretata fis-sens li programm operattiv, fis-sens tal-Artikolu 9(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, bħalma huwa l-programm operattiv “Agrikoltura u żvilupp rurali”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2878, tat-30 ta’ Ottubru 2000, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “programm pluriannwali”, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dan il-programm ma kienx diġà jipprevedi azzjonijiet konkreti li kellhom jiġu implimentati, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – l-eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Pál Aranyosi

(Kawża C-496/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA - Mandat ta’ arrest Ewropew - Raġunijiet ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti - Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru ta’ ħruġ - Annullament tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ ħruġ - Kwistjoni ta’ natura ipotetika - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2018/C 032/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Parti fil-kawża prinċipali

Pál Aranyosi

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Bremen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2016.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Giovanna Judith Kerr vs Fazenda Pública

(Kawża C-615/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 15(2) u Artikolu 135(1)(f) - Drittijiet ta’ operat ta’ proprjetajiet immobbli - Eżenzjonijiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “negozjar”))

(2018/C 032/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giovanna Judith Kerr

Konvenuta: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “negozjar”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, jista’ jirrigwarda attività, bħal dik implementata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sakemm l-imsemmija attività tkun dik ta’ intermedjarju mħallas sabiex jipprovdi servizz lil wieħed mill-partijiet għal kuntratt dwar tranżazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw titoli, u dan is-servizz ikun jikkonsisti f’li jsir dak li jkun meħtieġ sabiex il-bejjiegħ u x-xerrej jiffirmaw dan il-kuntratt, mingħajr l-intermedjarju ma jiffirma huwa stess l-imsemmi kuntratt u, fi kwalunkwe każ, mingħajr ma jkollu interess personali fir-rigward tal-kontenut ta’ dan l-istess kuntratt. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawża li hija adita biha.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-131/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali - Assenza ta’ domanda li tirrigwarda regola tad-dritt tal-Unjoni minbarra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 032/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hélder José Cunha Martins

Konvenut: Fundo de Garantia Automóvel

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mit-Tribunal de Relação do Porto (il-Qorti tal-Appell ta’ Porto, il-Portugall).


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – VE vs WD

(Kawża C-232/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 93 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self, f’munita barranija - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 032/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VE

Konvenut: WD

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ April 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugal – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs António da Silva Rodrigues

(Kawża C-243/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3(1) - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “programm pluriannwali” - Kamp ta’ applikazzjoni))

(2018/C 032/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP

Konvenut: António da Silva Rodrigues

Dispożittiv

1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ irregolarità li la ma tkun kontinwa u lanqas ripetuta, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin imsemmi fih jibda’ jiddekorri mid-data li fiha sseħħ l-irregolarità.

2)

It-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda magħmula mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall) huma manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – Zoltán Rózsavölgyi, Zoltánné Rózsavölgyi vs Unicredit Leasing Hungary Zrt., Unicredit Leasing Immo Truck Zrt.

(Kawża C-259/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2), u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ kreditu ddenominat f’munita barranija - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti li jirrigwardaw il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 032/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zoltán Rózsavölgyi, Zoltánné Rózsavölgyi

Konvenuti: Unicredit Leasing Hungary Zrt., Unicredit Leasing Immo Truck Zrt.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (qorti distrettwali ta’ Buda, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-31 ta’ Marzu 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Geocycle Bulgaria” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-314/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività - Sistema ta’ awtolikwidazzjoni - Rifjut tad-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input lid-destinatarju tal-fattura - Deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali li tistabbilixxi taxxa għax-xerrej ta’ oġġett))

(2018/C 032/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Geocycle Bulgaria” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jirrifjuta lid-destinatarju ta’ kunsinna d-dritt li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, meta, għall-istess kunsinna, it-taxxa fuq il-valur miżjud tinġabar għall-ewwel darba mill-fornitur, peress li huwa semmieha fil-fattura li ħareġ, imbagħad għat-tieni darba mix-xerrej, fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix il-possibbiltà li tiġi rrettifikata t-taxxa fuq il-valur miżjud meta teżisti deċiżjoni ta’ aġġustament tat-taxxa.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata – l-Italja) – Olympus Italia Srl vs Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata (CROB) di Rionero in Vulture

(Kawża C-486/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 4 - Ammont tal-limiti minimi tal-kuntratti pubbliċi - Kuntratti li jista’ jkollhom interess transkonfinali ċert - Talba manifestament inammissibbli))

(2018/C 032/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olympus Italia Srl

Konvenut: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata (CROB) di Rionero in Vulture

Fil-preżenza ta’: Crimo Italia Srl

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Basilicata (qorti amministrattiva reġjonali tal-Basilicata, l-Italja) b’deċiżjoni tat-22 ta’ Lulju 2017, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-10 ta’ Awwissu 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2017 minn Laure Camerin kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-647/16, Camerin vs Il-Parlament

(Kawża C-453/17 P)

(2018/C 032/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laure Camerin (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ċaħdet l-appell.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 mis-Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-172/17, Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-467/17 P)

(2018/C 032/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss (rappreżentant: F. Longo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tad-29 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lis-Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss tbati l-ispejjeż tagħha stess.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-593/17)

(2018/C 032/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2014 tal-11 ta’ Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (1) huwa validu?

2)

Jekk l-ewwel domanda twassal għal risposta negattiva: in-Nota ta’ Spjega tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-subintestatura 1902 3010 tan-Nomenklatura Magħquda, ippubblikata fl-4 ta’ Marzu 2015, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tas-subintestatura 1902 3010 tan-NM, sa fejn il-qali huwa mogħti fl-imsemmija nota bħala eżempju ta’ proċess industrijali ta’ tnixxif?


(1)  ĠU 2014, L 209, p. 12.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2017 – Proċeduri kriminali kontra Tronex BV

(Kawża C-624/17)

(2018/C 032/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Tronex BV

Domandi preliminari

1)

a.

Negozjant, li jirritorna lill-fornitur tiegħu (li jkun l-importatur, il-grossista, id-distributur, il-produttur jew persuna oħra li mingħandhom akkwista l-oġġett), fuq il-bażi tal-kuntratt eżistenti bejn in-negozjant u l-fornitur, oġġett imrodd lura minn konsumatur jew oġġett li sar superfluwu fl-assortiment tiegħu għandu jitqies bħala possessur li jarmi l-oġġett, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru (1)?

b.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 1)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?

c.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 1)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?

2)

a.

In-negozjant jew il-fornitur li jbigħ mill-ġdid lil xerrej ta’ lottijiet (mhux eżawriti) oġġett imrodd lura minn konsumatur jew oġġett li sar superfluwu fl-assortiment tiegħu għandu jitqies bħala possessur li jarmi l-oġġett, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru?

b.

Huwa rilevanti l-ammont tal-prezz ta’ xiri li għandu jitħallas mix-xerrrej ta’ lottijiet lin-negozjant jew lill-fornitur għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a.?

c.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?

d.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?

3)

a.

Ix-xerrej ta’ lottijiet li jkun xtara f’lottijiet mingħand negozjanti jew fornituri, jbigħ mill-ġdid lil terzi (barrani) merkanzija mrodda lura minn konsumaturi u/jew li saru superfluwi, għandu jitqies bħala possessur li jarmi lott ta’ merkanzija, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru?

b.

Huwa rilevanti l-ammont tal-prezz ta’ xiri li għandu jitħallas mit-terzi lix-xerrej ta’ lottijiet għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)a.?

c.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-riposta għad-domanda 3)a., li l-lott ta’ merkanzija jinkludi wkoll xi merkanzija li għandha nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?

d.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)a., li l-lott ta’ merkanzija jinkludi wkoll xi merkanzija li għandha nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett ikkonċernat, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?

e.

Huwa rilevanti l-proporzjon ta’ merkanzija difettuża fil-lott kollu ta’ merkanzija mibjugħa mill-ġdid lit-terzi għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)c. jew għad-domanda 3)d.? Jekk dan huwa l-każ, liema hija l-perċentwali pern?


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008 L 312, p. 3).


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-18 ta’ Ottubru 2017 – J. Portugal Ramos Vinhos SA vs Adega Cooperativa de Borba CRL

(Kawża C-629/17)

(2018/C 032/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J. Portugal Ramos Vinhos SA

Konvenuta: Adega Cooperativa de Borba CRL

Domanda preliminari

L-affermazzjoni “indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw […] karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizz” skont l-Artikolu [3]1(c) tad-Direttiva 2008/95/KE (1), meta applikata fil-kuntest tal-eżami tal-ammissibbiltà tar-reġistrazzjoni tas-sinjali jew indikazzjonijiet li huma intiżi li jiġu adottati sabiex jiddeskrivu prodotti vinikoli, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi, fl-espressjonijiet verbali adottati bħala trade mark li jinkludu isem ġeografiku protett bħala indikazzjoni tal-oriġini ta’ nbid, ir-riferiment għat-terminu “adega” [kantina], bħala espressjoni komunement użata sabiex jiġu identifikati l-faċilitajiet u l-postijiet li fihom iseħħ il-proċess ta’ elaborazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ prodotti fl-espressjoni verbali adottata bħala trade mark, fil-każijiet fejn din l-espressjoni (adega) hija waħda mill-elementi verbali varji li jikkomponu l-isem tal-kumpannija tal-persuna ġuridika li ressqet applikazzjoni sabiex tirreġistra t-trade mark?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa (il-Portugall) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Cogeco Communications Inc vs Sport TV Portugal et

(Kawża C-637/17)

(2018/C 032/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cogeco Communications Inc

Konvenuti: Sport TV Portugal, SA, Controlinvest-SGPS SA, Nos-SGPS SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 9(1), 10(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2014/104/UE (1) tas-26 ta’ Novembru 2014, kif ukoll il-kumplament tad-dispożizzjonijiet tagħha jew il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li joħolqu drittijiet għal individwu (f’dan il-każ, kumpannija kummerċjali ta’ responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Kanadiż) li dan jista’ jinvoka ġuridikament kontra individwu ieħor (f’dan il-każ, kumpannija kummerċjali ta’ responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Portugiż) fil-kuntest ta’ azzjoni għal kumpens għad-danni allegati mġarrba b’riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari, meta fid-data għall-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja inkwistjoni (27 ta’ Frar 2015), it-terminu mogħti lill-Istati Membri għat-traspożizzjoni tagħha fid-dritt nazzjonali, skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva, ikun għadu lanqas skada?

2)

L-Artikolu 10(2), (3) u (4) tad-Direttiva, kif ukoll il-kumplament tad-dispożizzjonijiet tagħha jew il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li ma hijiex kompatibbli magħhom dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 498(1) tal-Código Civil Português [Kodiċi Ċivili Portugiż] li, meta tiġi applikata għal fatti li seħħew qabel il-pubblikazzjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tagħha, f’azzjoni ġudizzjarja ppreżentata wkoll qabel din id-data tal-aħħar:

a)

tiffissa terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 3 snin għal dritt għal kumpens ibbażat fuq ir-responsabbiltà ċivili mhux kuntrattwali;

b)

tistabbilixxi li dan it-terminu ta’ 3 snin għandu jibda jiddekorri mid-data li fiha l-persuna li ġġarrab preġudizzju ħadet konjizzjoni tad-drittijiet tagħha, minkejja li mingħajr ma kellhiex għarfien dwar min kienet il-persuna responsabbli u dwar il-portata sħiħa tad-danni; u

c)

teskludi kwalunkwe regola li timponi jew tawtorizza s-sospensjoni jew l-interruzzjoni ta’ dak it-terminu strettament inkwantu awtorità tal-kompetizzjoni adottat miżuri fil-kuntest ta’ investigazzjoni jew ta’ proċeduri relatati mal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni li magħha hija relatata l-azzjoni għal kumpens?

3)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva kif ukoll il-kumplament tad-dispożizzjonijiet tagħha jew il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli jistgħu jiġu interpretati fis-sens li ma hijiex kompatibbli magħhom dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 623 tal-Código de Processo Civil Português [Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż] li, meta tiġi applikata għal fatti li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tagħha, f’azzjoni ġudizzjarja ppreżentata wkoll qabel din id-data tal-aħħar:

a)

tipprovdi li kundanna definittiva mogħtija fi proċeduri ta’ ksur ma tipproduċix effetti f’azzjonijiet ċivili kwalunkwe li fihom jiġu diskussi relazzjonijiet ġuridiċi dipendenti mill-ksur imwettaq? Jew (skont l-interpretazzjoni li tingħata)

b)

tiddeċiedi li tali kundanna definittiva fi proċeduri ta’ ksur tikkostitwixxi biss fir-rigward tat-terzi preżunzjoni konfutabbli li tirrigwarda l-eżistenza tal-fatti li jintegraw il-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni u elementi tat-tip legali, fi kwalunkwe azzjoni ċivili li fiha jiġu diskussi relazzjonijiet ġuridiċi dipendenti fuq it-twettiq ta’ ksur?

4)

L-Artikoli 9(1), 10(2), (3) u (4) tad-Direttiva, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 28 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe regola oħra tad-dritt primarju jew sekondarju, ġurisprudenza stabbilita jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li magħhom ma hijiex kompatibbli l-applikazzjoni ta’ regoli tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 498(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż u l-Artikolu 623 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż li, fir-rigward tal-fatti li seħħew qabel il-pubblikazzjoni, id-dħul fis-seħħ u d-data stabbilita għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, f’azzjoni ġudizzjarja ppreżentata wkoll qabel din id-data tal-aħħar, ma jiħdux inkunsiderazzjoni t-test u l-għanijiet tad-Direttiva u ma humiex intiżi li jilħqu r-riżultat imfittex minnha?

5)

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għal kwalunkwe waħda mid-domandi preċedenti, l-Artikolu 22 tad-Direttiva, kif ukoll il-kumplament tad-dispożizzjonijiet tagħha jew il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li ma hijiex kompatibbli magħhom l-applikazzjoni għall-każ mill-qorti nazzjonali tal-Artikolu 498(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż jew tal-Artikolu 623 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż fil-verżjoni attwali tiegħu, iżda interpretati u applikati b’mod li jkunu kompatibbli mal-Artikolu 10 tad-Direttiva?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames domanda, individwu jista’ jinvoka l-Artikolu 22 tad-Direttiva kontra individwu ieħor quddiem qorti nazzjonali f’azzjoni għal kumpens għad-danni allegati mġarrba bir-riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni?


(1)  Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 349, p. 1).


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Vrhovno sodišče Republike Slovenije fis-27 ta’ Novembru 2017 – E.G. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-662/17)

(2018/C 032/22)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.G.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

L-interess tal-applikant skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri II (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma joffrix l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus ta’ refuġjat, meta l-liġi nazzjonali ċertament tagħti l-istess drittijiet u benefiċċji lill-persuna li lilha tingħata l-protezzjoni internazzjonali iżda meta ma tużax l-istess metodu biex tiddefinixxi t-tul u l-waqfien tal-protezzjoni internazzjonali minħabba li r-refuġjat huwa rikonoxxut l-istatus tiegħu għal perjodu indeterminat u dan l-istatus jiġi rtirat jekk iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw dan ir-rikonoxximent jintemmu filwaqt li l-protezzjoni sussidjarja tingħata għal perjodu speċifiku u hija estiża jekk ikun hemm raġunijiet biex dan isir?

2)

L-interess tal-applikant skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri II għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma joffrix l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus ta’ refuġjat, meta l-liġi nazzjonali ċertament tagħti l-istess drittijiet u benefiċċji lill-persuna li lilha tingħata l-protezzjoni internazzjonali, iżda meta d-drittijiet anċillari li huma bbażati fuq dawn id-drittijiet u dawn il-benefiċċji ma humiex l-istess?

3)

Meqjusa s-sitwazzjoni individwali tal-applikant, għandu jiġi evalwat jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni konkreta tiegħu, l-għoti ta’ status ta’ refuġjat jagħtihx iktar drittijiet u benefiċċji milli l-għoti tal-protezzjoni sussidjarja jew huwa biżżejjed li sabiex ikun hemm interess skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri II li jkunn hemm leġiżlazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn id-drittijiet anċillari bbażati fuq id-drittijiet u l-benefiċċji taż-żewġ forom ta’ protezzjoni internazzjonali?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29 ta’ Ġunju 2013, p. 60)


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/16


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 mill-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) fl-24 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-247/16, Fursin u oħrajn vs il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-663/17 P)

(2018/C 032/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou u C. Hernández Saseta, Agents, B. Schneider, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA

Talbiet

tannulla d-digriet appellat sa fejn il-Qorti Ġenerali fih qieset li r-rikorrenti azzjonjisti kellhom interess ġuridiku u d-dritt li jadixxu lill-Qorti Ġenerali b’rikors għal annullament tad-deċiżjoni kkontestata (punt 2 tad-dispożittiv tad-digriet appellat);

tagħti deċiżjoni definittiva fuq il-mertu u tiddikjara bħala inammissibbli r-rikors ippreżentat mir-rikorrent azzjonisti;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti azzjonisti (jiġifieri l-azzjonisti ta’ Trasta Komercbanka, u mhux Trasta Komercbanka innifisha) ma kellhomx interess ġuridiku distint minn dak ta’ Trasta Komercbanka sabiex jippreżentaw rikors għal annullament.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq is-segwenti argumenti:

l-appellanti jsostni li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza li tirrikjedi li l-azzjonisti għandhom juru li għandhom interess distint sabiex jippreżentaw rikors kontra deċiżjoni indirizzata lill-impriża li fiha huma jkollhom parti mill-kapital. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset, fid-digriet tat-12 ta’ Settembru 2017, li din il-ġurisprudenza ma kinitx tapplika għall-Kawża T-247/16;

ir-rikorrenti azzjonisti ma wrewx li huma għandhom interess ġuridiku distint minn dak ta’ Trasta Komercbanka: (b’differenza mid-deċiżjoni ta’ likwidazzjoni li tikkostitwixxi att distint,) id-deċiżjoni kkontestata ma affettwatx il-pożizzjoni legali tagħhom. Ma jistax jitqies li r-rikorrenti azzjonisti għandhom interess ġuridiku f’li Trasta Komercbanka jkollha liċenzja bankarja li huwa differenti mill-interess li għandha Trasta Komercbanka innifisha li jkollha tali linċenzja;

b’mod partikolari, l-interess li jintalab kumpens jew l-interess ekomiku tal-azzjonisti li jirċievu dividends ma għandhomx jitqiesu bħala interess legali distint.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-assenza ta’ locus standi tal-azzjonisti peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkonċernhomx individwalment.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq is-segwenti argumenti:

ir-rikorrenti azzjonisti ma humiex ikkonċernati individwalment peress li d-deċiżjoni kkontestata ma taffetwahomx minħabba kwalitajiet li huma partikolari għalihom;

id-deċiżjoni kkontestata ma poġġietx lir-rikorrenti azzjonisti f’sitwazzjoni legali differenti minn dik ta’ azzjonieti oħra u lanqas minn dik ta’ Trasta Komercbanka.

3.

It-tielet aggravju, huwa bbażat fuq l-assenza ta’ locus standi tal-azzjonisti peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkonċernhomx direttament.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq is-segwenti argumenti:

ir-rikorrenti azzjonisti ma humiex direttament ikkonċernati mid-deċiżjoni kkontestata safejn id-drittijiet tagħhom ma humiex affettwati sostazjalment fis-sens tal-ġurisprudenza;

sempliċi telf ekonomiku li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata ma jippermettix li jiġi konkluż li ġiet affettwata s-sitwazzjoni legali tagħhom (b’differenza minn dik ta’ Trasta Komercbanka),u dan irrispettivament mill-portata ta’ dawn l-effetti ekonomiċi.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ellinika Nafpigeia AE vs Panagiotis Anagnostopoulos et

(Kawża C-664/17)

(2018/C 032/24)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE

Konvenuti: Panagiotis Anagnostopoulos et

Domandi preliminari

1)

Skont dak li jipprevedi l-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/50/KE (1) u sabiex jiġi kkonfermat jekk hemmx jew le trasferiment ta’ impriża, ta’ negozju jew ta’ parti minn impriża jew minn negozju, “entità ekonomika” għandha tinftiehem li hija unità ta’ produzzjoni kompletament awtonoma, li tista’ tiffunzjona sabiex tilħaq l-iskop ekonomiku tagħha mingħajr l-ebda użu (permezz ta’ xiri, self, kiri jew mod ieħor) tal-fatturi ta’ produzzjoni (materja prima, riżorsi umani, makkinarju, komponenti ta’ prodotti lesti, servizzi ta’ sostenn, riżorsi ekonomiċi u oħrajn) ta’ terzi? Jew huwa biżżejjed, għall-kuntrarju, sabiex ikun hemm “entità ekonomika”, li l-iskop tal-attività tal-unità ta’ produzzjoni jkun distint, li din l-attività jkollha realment l-iskop ta’ impriża ekonomika u li jkun possibbli li torganizza b’mod effettiv il-fatturi tal-produzzjoni (materja prima, magni u tagħmir ieħor, riżorsi umani u servizzi ta’ sostenn) sabiex dan l-iskop jintlaħaq, irrispettivament mill-fatt jekk l-operatur il-ġdid tal-attività jużax fatturi ta’ produzzjoni inklużi dawk esterni, jew jekk ma jirnexxilux jilħaq l-iskop tiegħu f’sitwazzjoni partikolari?

2)

Skont kif previst mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/50/KE, għandu jew le jiġi eskluż trasferiment fil-każ li min isirlu t-trasferiment, min jagħmel it-trasferiment jew it-tnejn li huma jipprevedu mhux biss il-kontinwazzjoni b’suċċess tal-attività mill-operatur il-ġdid, iżda wkoll li fil-futur tispiċċa l-impriża minħabba stralċ tal-impriża?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 77/187/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU 1998 L 201, p. 88).


Il-Qorti Ġenerali

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/11 P RENV-RX) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Qtil ta’ uffiċjal u tal-konjuġi tiegħu - Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors għad-danni - Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni - Rabta kawżali - Danni materjali - Responsabbiltà in solidum - Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal - Dannu morali - Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali ta’ uffiċjal deċedut - Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal deċedut”)

(2018/C 032/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Stefano Missir Mamachi di Lusignano (Shanghai, iċ-Ċina) u s-6 appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness mas-sentenza (rappreżentanti: F. Di Gianni, G. Coppo u A. Scalini, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09, EU:F:2011:55), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea laqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea fil-konfront tat-talba għall-kumpens tad-dannu morali mġarrab minn Carlo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano u Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, bit-tnejn tal-aħħar irrappreżentati minn Anne Sintobin.

2)

Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku laqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni fil-konfront tat-talba għall-kumpens tad-dannu morali mġarrab minn Livio Missir Mamachi di Lusignano.

3)

Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku llimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-livell ta’ 40 % tad-dannu materjali mġarrab minn Carlo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano u Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, bit-tnejn tal-aħħar irrappreżentati minn A. Sintobin.

4)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 3 miljuni, wara li jitnaqqsu l-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal li huma meqjusa li jagħmlu parti minn dan l-ammont u li tħallsu jew li għandhom jitħallsu lil Carlo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano u M. Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, bit-tnejn tal-aħħar irrappreżentati minn A. Sintobin, fir-rigward tad-dannu materjali mġarrab minnhom.

6)

Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Carlo Missir Mamachi di Lusignano, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnu.

7)

Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Giustina Missir Mamachi di Lusignano, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnha.

8)

Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, irrappreżentat min A. Sintobin, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnu.

9)

Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Filiberto Missir Mamachi di Lusignano, irrappreżentat min A. Sintobin, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnu.

10)

Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont globali ta’ EUR 50 000 lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano u lill-appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness, bħala eredi ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minn dan tal-aħħar.

11)

Il-kumpens imsemmi fil-punti 6 sa 10 iktar ’il fuq għandhom jiżdiedu b’interessi moratorji, b’effett mill-għoti ta’ din is-sentenza u sal-pagament sħiħ tiegħu, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

12)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

13)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell.

14)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard (QUILAPAYÚN)

(Kawża T-249/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUILAPAYÚN - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark magħrufa sew - Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Proprjetarju tat-trade mark”))

(2018/C 032/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: JT (rappreżentant: A. Mena Valenzuela, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Eduardo Carrasco Pirard (Santiago, iċ-Ċili) u s-7 partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 354/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, JT u, min-naħa l-oħra, E. Carrasco Pirard u l-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO li isimhom jidher fl-anness.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Marzu 2015 (Każ R 354/2014-2) hija annullata.

2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – Hochmann Marketing vs EUIPO – BitTorrent (bittorrent)

(Kawża T-771/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea bittorrent - Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 032/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Hoppe, M. Terhaag u C. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Capostagno, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BitTorrent, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Clotten, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Suġġett

Rikors ipprreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2275/2013-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn BitTorrent u Bittorrent Marketing.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – Sony Computer Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-35/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vita - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu flimkien mal-prodotti kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 032/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2232/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio u Sony Computer Entertainment Europe.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2232/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio, SA u Sony Computer Entertainment Europe Ltd, hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sony Computer Entertainment Europe.

3)

Vieta Audio għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Coca-Cola vs EUIPO – Mitico (Master)

(Kawża T-61/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Master - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Coca-Cola u nazzjonali figurattiva preċedenti C - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Provi dwar l-użu kummerċjali, barra mill-Unjoni, ta’ sinjal li jinkludi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Deduzzjonijiet loġiċi - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 8(5) u Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 8(5) u Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”))

(2018/C 032/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, barrister, D. Stone u A. Dykes, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: A.-E. Malami, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1251/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Coca-Cola Company u Mitico.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1251/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn The Coca-Cola Company, inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

3)

Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)

(Kawża T-120/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Burlington - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali BURLINGTON ARCADE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li s-sinjifikat tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))

(2018/C 032/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 94/2014–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington u Burlington Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tulliallan Burlington Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL

(Kawża T-121/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BURLINGTON THE ORIGINAL - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali BURLINGTON ARCADE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li s-sinjifikat tiegħu ma huwiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001)””))

(2018/C 032/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2501/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington u Burlington Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tulliallan Burlington Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)

(Kawża T-122/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BURLINGTON - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti BURLINGTON ARCADE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) - Profitt indebitu mill-karattru distintiv jew mill-popolarità tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 032/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2409/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington u Burlington Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tulliallan Burlington Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.05.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2017 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON)

(Kawża T-123/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali BURLINGTON - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti BURLINGTON u BURLINGTON ARCADE - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti BURLINGTON ARCADE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) - Profitt indebitu mill-karattru distintiv jew mill-popolarità tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 032/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1635/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tulliallan Burlington u Burlington Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tulliallan Burlington Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2017 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/16) (1)

((“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ banana li toriġina mill-Ekwador - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni - Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Terminu raġonevoli”))

(2018/C 032/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys NV (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren, R. Verbeke u J. Auwerx,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u E. Manhaeve,)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifkata fir-rigward ta’ debitur, iżda li din hija ġġustifkata għal parti biss fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari u ma hijiex iġġustifikata għal parti oħra fir-rigward ta’ dan l-istess debitur partikolari, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi ddikjarat li l-Artikolu 909 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), ipproduċa l-effetti tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, EU:T:2013:136).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifkata fir-rigward ta’ debitur, iżda li din hija ġġustifkata għal parti biss fir-rigward ta’ debitur ieħor f’każ partikolari u ma hijiex iġġustifikata għal parti oħra fir-rigward ta’ dan l-istess debitur partikolari, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2858 finali, tas-6 ta’ Mejju 2010, huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Firma Léon Van Parys NV.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda ta’ rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli u bħala manifestament infondat - Talba għal annullament - Impjieg ta’ kap ta’ unità ‘Konsulenza legali’ fi ħdan l-OLAF - Proċedura ta’ selezzjoni - Bord ta’ preselezzjoni - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ristretta ta’ kandidati proposti bil-ħsieb tal-intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra - Imparzjalità - Talba għal kumpens - Telf ta’ opportunità - Kawża fi stat li tiġi deċiża”))

(2018/C 032/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sergio Spadafora (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Appell minn digriet tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016, Spadafora vs Il-Kummissjoni (F-44/15, EU:F:2016:69), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016, Spadafora vs Il-Kummissjoni (F-44/15), huwa annullat, bl-eċċezzjoni taċ-ċaħda bħala manifestament inammissibbli tat-talba għal dikjarazzjoni li, bis-saħħa tal-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014, li biha d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ħatar lil D fil-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF, u tad-Deċiżjoni Ares(2015) 43686, tal-5 ta’ Jannar 2015, ta’ K. Georgieva, viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti R/994/14, il-proċedura ta’ selezzjoni kienet ivvizzjata minn illegalità sa mill-mument li l-illegalità avverat ruħha.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014, li biha d-Direttur Ġenerali tal-OLAF ħatar lil D. fil-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF, hija annullata.

4)

Id-Deċiżjoni Ares(2015) 43686, tal-5 ta’ Jannar 2015, ta’ K. Georgieva, viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti R/994/14, hija annullata.

5)

Ir-rikors fl-ewwel istanza huwa miċħud safejn Sergio Spadafora jitlob kumpens għad-danni materjali naxxenti mit-telf ta’ opportunità li jintgħażel sabiex jokkupa l-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF.

6)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell u għal dawk marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)

(Kawża T-332/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea 360o - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 032/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 (Każ R 2288/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali 360o bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)

(Kawża T-333/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 360o - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))

(2018/C 032/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 (Każ R 2287/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 360o bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Alles wird gut)

(Kawża T-622/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Alles wird gut - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 032/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 212/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Alles wird gut bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Tuerck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv”))

(2018/C 032/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sabine Tuerck (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba minn Sabine Tuerck qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – For Tune vs EUIPO – Simplicity trade (opus AETERNATUM)

(Kawża T-815/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea opus AETERNATUM - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OPUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 032/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simplicity trade GmbH (Oelde, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Settembru 2016 (Każ R 152/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simplicity trade u For Tune.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

For Tune sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.17.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD)

(Kawża T-893/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MI PAD - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti IPAD - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi))

(2018/C 032/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Pékin, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Olsen, P. Andreottola, solicitors u G. Tritton, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 363/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple u Xiaomi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xiaomi, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2017 – Federcaccia Toscana et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/15) (1)

((“Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa - Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa - Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE - Perijodu magħluq għall-kaċċa fit-Toscana”))

(2018/C 032/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federcaccia Toscana (Firenze, l-Italja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: A. Bruni, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u C. Hermes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli taġġorna ċerta data li tirrigwarda l-Italja, li tinsab fid-dokument dwar il-kunċetti ewlenin, redatt mill-Kumitat ORNIS, previst fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7), talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014 li tindika li l-estenzjoni fl-Italja tal-istaġun tal-kaċċa għal ċerti speċi ta’ għasafar ma hijiex konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ aġġornament tad-data li tirrigwarda l-Italja mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Federcaccia Toscana u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-702/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà”))

(2018/C 032/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BikeWorld GmbH (Sankt Ingbert, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jovy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, B. Stromsky u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għal Nürburgring (ĠU 2016, L 34, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

BikeWorld GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Nf Nails In Vogue vs EUIPO – Nails & Beauty Factory (NAILS FACTORY)

(Kawża T-886/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 032/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nf Nails In Vogue, SL (Arganda del Rey, Spanja) (rappreżentanti: L. Jáudenes Sánchez, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u E. Scheffer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Nails & Beauty Factory GmbH, li kienet Nails & Beauty Vertriebs GmbH (Kiel, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 202/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NF Nails In Vogue u Nails & Beauty Vertriebs.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Nf Nails In Vogue, SL.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – L vs Il-Parlament

(Kawża T-91/17)

(2018/C 032/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, lawyer)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Awwissu 2016 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Parlament Ewropew, li tirrifjuta milli taċċetta żewġ ċertifikati mediċi prodotti mir-rikorrent sabiex jiġġustifika ċerti assenzi mix-xogħol tiegħu u li konsegwentement tiddikjara l-assenzi inkwistjoni mhux awtorizzati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji previsti mid-dritt tal-Unjoni u mid-dritt Litwan dwar il-protezzjoni ta’ informaturi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Parlament tad-dmir tiegħu ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/33


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2017 – Wattiau vs Il-Parlament

(Kawża T-737/17)

(2018/C 032/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Francis Wattiau (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li:

id-deċiżjoni li tattribwixxilu r-responsabbiltà għal ammont ta’ EUR 843,01, li tinsab fir-rendikont Nru 244 tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet, hija annullata;

sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-2 ta’ Awwissu 2017, hija annullata;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-fédération des hôpitaux luxembourgeois (il-Federazzjoni tal-Isptarijiet Lussemburgiżi) dwar żieda ta’ 15 % fl-ispejjeż mediċi sostnuti mill-membri affiljati fl-Iskema Komuni ta’ Assigurazzjoni għall-Mard (SKAM) fil-Lussemburgu. Din l-eċċezzjoni ta’ illegalità hija bbażata fuq żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u tal-Artikoli 12 u 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba stabbilit fl-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 966/2012 u fl-Artikolu 43 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-740/17)

(2018/C 032/47)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou Α.Ε. (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, E. Salaka, C. Synodinos, C. Tagaras u D. Waelbroeck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2017 (C(2017) 5622 final) fil-Każ SA.38101 (2015/NN)(ex 2013/CP) — il-Ġreċja: Allegata Għajnuna mill-Istat lil Aluminium S.A. fil-forma ta’ tariffi tal-elettriku inqas mill-ispiża wara deċiżjoni ta’ arbitraġġ, sa fejn tħassar l-atti tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2014 u tal-25 ta’ Marzu 2015;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2017 (C(2017) 5622 final) fil-Każ SA.38101 (2015/NN)(ex 2013/CP), sa fejn tikkonstata li ebda għajnunna mill-Istat ma nħarġet lil Aluminium u, konsegwentement, li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali kif prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2017 (C(2017) 5622 final) fil-Każ SA.38101 (2015/NN)(ex 2013/CP), sa fejn tikkonstata li l-ilment ta’ DEI, dwar l-għajnuna mill-Istat li ngħatat fuq il-bażi tar-raġunijiet tad-Deċiżjoni 346/2012 tar-RAE [ir-Regolatur tal-Enerġija Ġrieġ], kien sar bla skop minħabba d-Deċiżjoni 1/2013 tat-Tribunal tal-Arbitraġġ fil-kuntest tal-arbitraġġ permanenti tar-RAE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ DEI.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-228/16 P, u kontradizzjoni tad-deċiżjoni f’din il-kawża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq implementazzjoni inadegwata tal-obbligi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 2015/1589 (1) u ksur ta’ dan l-artikolu u tad-dritt għal smiegħ xieraq, kif ukoll ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni suffiċjenti, kontradizzjoni u ksur tal-obbligu ta’ eżami tal-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ dritt fir-rigward tal-konstatazzjoni li l-ftehim ta’ arbitraġġ, li bħala konsegwenza tiegħu kienet inħarġet id-Deċiżjoni 1/2013 imsemmija hawn fuq, kien stabbilixxa “parametri ċari u oġġettivi” li “jilliminatw id-diskrezzjonalità tal-arbitri” u kellu bħala “konsegwenza loġika” t-tariffa tal-elettriku kif ġiet stabbilita fl-aħħar.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ investitur privat prudenti, u tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, fir-rigward tal-konstatazzjoni li t-tariffa tal-elettriku stabbilita bid-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ hija l-“konsegwenza loġika ta’ parametri ddefiniti sew fil-ftehim ta’ arbitraġġ”.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, fir-rigward tal-konstatazzjoni li l-Kummissjoni ma kinitx marbuta tidħol f’evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, u żball ta’ liġi manifest kif ukoll żball ta’ evalwazzjoni manifest fir-rigward taċ-ċirkustanzi fattwali sa fejn il-Kummissjoni naqset milli teżmina aspetti kruċjali li jirrigwardaw il-konstatazzjoni jekk kienx hemm għajnuna mill-Istat jew le.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, u żball ta’ evalwazzjoni manifest fir-rigward taċ-ċirkustanzi fattwali li jikkonċernaw l-applikazzjoni tat-test ta’ operatur privat prudenti f’ekonomija tas-suq.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, u żball ta’ evalwazzjoni manifest fir-rigward taċ-ċirkustanzi fattwali fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tkomplix tinvestiga l-ilment magħmul minn DEI fl-2012, skont l-Artikolu 108 (2) TFUE, fuq il-bażi tal-konstatazzjoni li l-ilment “kien sar bla skop” wara l-ħruġ tad-Deċiżjoni 1/2013 tat-Tribunal ta’ Arbitraġġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015L 248, p. 9).


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/35


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)

(Kawża T-746/17)

(2018/C 032/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber, A. Schönfleisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “i.Beat jump” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 729 075

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2236/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni u tirrevoka d-drittijiet tal-applikant fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 729 075

tiċħad l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 – UPF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-747/17)

(2018/C 032/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union des Ports de France – UPF (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Vannini u E. Moraïtou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 5176 finali tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar l-għajnuna Nru SA.38398 (2016/C, ex 2015/E) implementata minn Franza (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kwalifika bħala għajnuna mill-Istat tal-miżura fiskali fl-intier tagħha, bi ksur tal-kriterju relattiv għan-natura ekonomika tal-attività tal-portijiet Franċiżi. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li, meta kkonkludiet li l-eżenzjoni fiskali favur il-portijiet Franċiżi kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, mingħajr ma ppreċiżat li l-kwalifika ta’ għajnuna hija limitata biss għall-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet, il-Kummissjoni, bħala prinċipju, ivvizzjat id-deċiżjoni tagħha bi żball ta’ liġi.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tan-natura ekonomika tal-attivitajiet amministrati mill-portijiet Franċiżi. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tan-natura ekonomika tal-attivitajiet amministrati mill-portijiet Franċiżi, fuq żewġ livelli:

fl-ewwel lok, sa fejn din naqset totalment milli fid-deċiżjoni kkontestata titratta attivitajiet amministrati mill-portijiet Franċiżi;

fit-tieni lok, sa fejn, f’dak li jikkonċerna diversi attivitajiet oħra tal-portijiet Franċiżi, din limitat ruħha biex tirrepeti l-prinċipji ġenerali li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-QĠUE fil-qasam tal-finanzjament pubbliku ta’ infrastrutturi portwarji mingħajr ma ddeċidiet fir-rigward tan-natura ekonomika jew le tagħhom, meta huwa effettivament inkwistjoni l-kriterju ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq insuffiċjenza fil-motivazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet relattivi għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, sa fejn kien bi żball li l-Kummissjoni qieset li l-eżenzjoni fiskali inkwistjoni kienet tali li toħloq distorsjoni ta’ kompetizzjoni u li jkollha effett fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri, f’dak li jikkonċerna l-portijiet Franċiżi b’mod ġenerali u, b’mod iktar popolari, il-portijiet fil-gżejjer u l-portijiet tat-territorji barranin Franċiżi. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni sa fejn il-Kummissjoni ppreżumiet, mingħajr ma sostniet il-pożizzjoni tagħha, li dawn il-kundizzjonijiet kienu sodisfatti f’dan il-każ.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fit-tmexxija tal-proċedura ta’ kontroll ta’ għajnuna eżistenti u fuq il-ksur tal-Artikolu 108(1) u (2) TFUE, flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn, minn naħa, billi ħtieġet li l-awtoritajiet Franċiżi jippreżentaw il-prova tal-kompatibbiltà mas-suq intern tas-sistema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji favur il-portijiet Franċiżi, il-Kummissjoni qalbet l-oneru tal-prova u aġixxiet daqs li kieku kienet adita b’talba għal approvazzjoni ta’ sistema għal għajnuna ġdida. Min-naħa l-oħra, meta imponiet fuq l-awtoritajiet Franċiżi li jneħħu purament u sempliċiment l-imsemmija sistema ta’ eżenzjoni mingħajr ma pprovat li xi emenda li tista’ ssir lil din il-miżura ma tkunx tali li din issir kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(1) u (2) TFUE, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2015/1589 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn il-fatt għall-Kummissjoni li teżiġi t-tneħħija tas-sistema ta’ eżenzjoni filwaqt li din tħalli li jkomplu s-sistemi ta’ għajnuna għall-portijiet fi Stati Membri oħra ma jippermettix li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwi bejn id-diversi portijiet Ewropej iżda jwassal, b’mod kuntrarju, għal distorsjonijiet ġodda tal-kompetizzjoni, bi ksur dirett tar-rwol fdat lill-Kummissjoni bħala garanti tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. B’hekk, din tal-aħħar kisret il-prinċipju ta’ imparzjalità li huwa l-korollarju neċessarju tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/36


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-751/17)

(2018/C 032/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Fessenheim, Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin (Colmar, Franza) u l-Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni (C(2017 7119 FINALI) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjuta li tikkomunika d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea nnotifikata lill-awtoritajiet Franċiżi fit-22 ta’ Marzu 2017, dwar il-protokoll ta’ kumpens lil EDF għall-għeluq tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkomunika lir-rikorrenti l-imsemmija ittra tat-22 ta’ Marzu 2017 f’terminu ta’ ġimgħa mis-sentenza li għandha tingħata mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), peress li kien hemm interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-informazzjoni inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt għal rimedju effettiv.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/37


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs ECHA

(Kawża T-755/17)

(2018/C 032/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs u T. Henze, Rechtsanwälte)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-8 ta’ Settembru 2017 (Każ Nru A-026-2015), sa fejn il-Bord tal-Appell, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar is-sustanza “1,4-Benzenediamine, N, N'-mixed phenyl and tolyl derivatives” (iktar ’il quddiem “BENPAT”) CAS Nru 68953-84-4 (Nru CE 273-227-8):

annulla parzjalment din id-deċiżjoni sa fejn kienet tipprovdi li d-dikjaranti kienu identifikaw, matul l-istudju, il-metaboliti konformement mat-test OECD TG 309,

annulla parzjalment l-imsemmija deċiżjoni sa fejn kienet tipprovdi li studju kellu jitwettaq konformement mat-test OECD TG 308, u

iddeċieda li d-dikjarazzjoni dwar il-bijoakkumulazzjoni kellha titneħħa mill-espożizzjoni tal-motivi tal-imsemmija deċiżjoni;

u tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell mar lil hinn mil-limiti tal-kompetenzi tiegħu sa fejn, matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, eżamina u analizza mill-ġdid id-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni fl-intier tagħha u b’hekk ikkonkluda (b’mod żbaljat kemm minn aspett formali kif ukoll fir-rigward tal-mertu) li kien hemm lok li d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri tiġi annullata u rriformata parzjalment.

1.

L-ewwel motiv: il-Bord tal-Appell ma għandux kompetenza fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ mertu marbuta mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-ġurisprudenza Meroni tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn il-Bord tal-Appell, bħala korp ta’ aġenzija tal-Unjoni, ma għandux setgħa diskrezzjonali sabiex jadotta deċiżjoni tiegħu stess.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi sa fejn il-Bord tal-Appell ma rrispettax id-drittijiet tal-Istati Membri, kif stabbiliti permezz tas-setgħa ta’ deċiżjoni tagħhom fi ħdan il-Kumitat tal-Istati Membri tal-ECHA, peress li d-dritt tal-Unjoni ma fihx bażi legali li tippermettilu jaġixxi.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH (1), sa fejn il-Bord tal-Appell ma għandux il-kompetenza li jistħarreġ fil-mertu d-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti targumenta li l-Bord tal-Appell għandu biss setgħat ta’ stħarriġ limitati fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni meħuda skont l-Artikolu 51(8) tar-Regolament REACH.

5.

Il-ħames motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Bord tal-Appell ma stabbilixxiex l-allegata setgħa ta’ stħarriġ tiegħu.

6.

Is-sitt motiv: id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata u illegali fil-mertu.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1).


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/38


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-757/17)

(2018/C 032/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 indirizzata lir-rikorrent sa fejn hija tordna li l-Każ CMS 15/017 jinbeda ab initio;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2017 indirizzata lir-rikorrent sa fejn hija tordna li l-Każ CMS 12/063 jinbeda ab initio;

tagħti lir-rikorrent kumpens totali ta’ EUR 40 000 għal danni morali speċjali, li għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza b’applikazzjoni tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eżekuzzjoni żbaljata tas-sentenza ta’ annullament tal-14 ta’ Frar 2017, Kerstens vs Il-Kummissjoni (T-270/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2017:74) u fuq ksur tal-prinċipju ta’ “non bis in idem” li twettqu mill-Awtorità tal-Ħatra meta ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid proċeduri dixxiplinari li tagħhom kien is-suġġett ir-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq eżekuzzjoni żbaljata tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba inkluż l-obbligu ta’ trattament imparzjali u ekwu tal-kawżi, fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet li jinfetħu mill-ġdid l-imsemmija proċeduri dixxiplinari ma jiggarantixxux trattament imparzjali u ekwu tal-kawża tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq eżekuzzjoni żbaljata tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq u fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ tul raġonevli peress li, skont ir-rikorrent, proċedura dixxiplinari ġdida għandha wkoll isseħħ fi żmien raġonevoli, u dan ma huwiex il-każ hawnhekk.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq talba għal danni speċjali li rriżultaw wara l-irregolaritajiet imsemmija iktar ’il fuq sabiex jiġi kkumpensat id-dannu morali allegatament ikkawżat mill-amministrazzjoni lir-rikorrent, peress li l-annullament tal-atti kkontestati ma jistgħux, weħedhom, jikkumpensaw l-imsemmi dannu.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – UR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-761/17)

(2018/C 032/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UR (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li

id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-11 ta’ Awwissu 2017, meħuda wara eżami mill-ġdid, li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/322/16, hija annullata;

il-Kummissjoni hija, f’kull każ, ikkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Bord tal-Ġħażla allegatament wettaq, meta qies li d-diploma tar-rikorrent ma tissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni bbażata fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal. B’mod partikolari, il-kundizzjoni ta’ ammissjoni kontenzjuża ma hijiex marbuta mar-rekwiżiti tal-pożizzjonijiet li għandhom jimtlew kif deskritti fl-avviż ta’ kompetizzjoni u, għaldaqstant, tmur kontra l-interess tas-servizz.

3.

It-tielet motiv, imqajjem iktar sussidjarjament, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-kriterji stabbiliti mill-Bord tal-Għażla sabiex tiġi evalwata r-rilevanza tad-diploma tar-rikorrent fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ ammissjoni kontenzjuża ma ssemmewx, liema fatt jipprekludih milli jiżgura b’mod xieraq id-difiża tiegħu.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/40


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 – Beats Electronics vs EUIPO – TrekStor (i.Beat)

(Kawża T-770/17)

(2018/C 032/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, I. Fowler u I. Junkar, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TrekStor Ltd (Hong-Kong, Hong-Kong)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “I.Beat” –Trade mark tal-Unjoni Nru 5 009 139

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Kawżi Magħquda R 2175/2016-4 u R 2213/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti rreġistrat taħt in-numru R 2175/2016-4 u awtorizzat it-trade mark ikkontestata biex tibqa’ rreġistrata għal MP3-players, b’mod partikolari bbażata fuq USB flash memory b’ħardisks żgħar;

tordna li l-ispejjeż tal-proċedimenti jitħallsu mill-konvenut u mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jekk tingħaqad bħala intervenjenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/40


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Estampaciones Rubí vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-775/17)

(2018/C 032/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Estampaciones Rubí, SAU (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentanti: D. Armesto Macías u K. Caminos García, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors preżenti ammissibbli, kif ukoll id-dokumenti annessi;

permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċeduri, tordna lill-Kummissjoni tinkludi fl-atti l-verżjoni integrali tad-dokumenti li ġejjin, filwaqt li tħassar id-data kunfidenzjali ta’ terzi li tista’ tinsab fihom:

a)

messaġġ informali bi tweġiba għan-noti trażmessi fit-22 ta’ Frar u l-4 u t-12 ta’ Marzu 2013 (Álava), tas-26 ta’ Marzu 2013;

b)

“Informal message in reply to the submission of 7 November (Álava)”, tal-4 ta’ Diċembru 2012;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni espressi fl-imsemmija dokumenti;

sussidjarjament, tiddikjara l-ksur tat-Trattati, dovut għas-silenzju tal-Kummissjoni u tordna lil din tal-aħħar twieġeb għat-talba tar-rikorrenti fformulata bil-miktub u magħmula fil-31 ta’ Lulju 2017, bil-għan li r-rikorrenti tkun tista’, bħala benefiċjarja tal-imsemmija għajnuna, teżerċita d-drittijiet proċedurali mogħtija lilha mid-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-kompatibbiltà tal-għajnuna rċevuta;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors għandu bħala għan prinċipali l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-kompatibbiltà ta’ għajnuna fiskali speċifika rċevuta mir-rikorrenti f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % fuq ċerti proġetti ta’ investiment, li ġew ikkomunikati lill-awtoritajiet fiskali Spanjoli rrappreżentati mid-Diputación Foral de Álava, permezz ta’ noti mill-Kummissjoni intitolati “informal message” u “messaġġ informali”, tal-4 ta’ Diċembru 2012 u s-26 ta’ Marzu 2013 rispettivament, li għalihom ir-rikorrenti kellha aċċess fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali.

Ir-rikors preżenti huwa intiż, sussidjarjament, sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata n-nuqqas tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE, dovut għas-silenzju tagħha fid-dawl tat-talba tar-rikorrenti tal-31 ta’ Lulju 2017, li kienet tistedinha tiddeċiedi dwar in-natura ġuridika vinkolanti, jew mhux vinkolanti, tal-imsemmija “messaġġi informali” u, jekk ikun il-każ, li tingħata dritt korrispondenti li tinstema’ fil-proċedura sabiex tesponi dak kollu li tqis li huwa rilevanti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati b’mod li jeskludi l-garanziji proċedurali minimi meħtieġa

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni eskludiet il-garanziji proċedurali minimi meħtieġa, meta ddeċidiet fil-messaġġ informali dwar l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr ma segwiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE. Dan in-nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura jimplika ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, hekk kif inhuma rrikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma żbaljati billi jqisu l-għajnuna bħala inkompatibbli, inkwantu ma jeżistix l-effett ta’ inċentiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 265 TFUE

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li n-nuqqas ta’ tweġiba tal-Kummissjoni għat-talba tar-rikorrenti sabiex tiddeċiedi dwar in-natura ġuridika (vinkolanti jew mhux vinkolanti) tal-“messaġġi informali” u sabiex, jekk ikun il-każ, tingħata dritt korrispondenti li tinstema’ fl-imsemmija proċedura, jikkostitwixxi ksur tat-Trattati li kkawżalha preġudizzju.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Autostrada Wielkopolska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-778/17)

(2018/C 032/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Autostrada Wielkopolska S.A. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentanti: O. Geiss u D. Tayar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ SA.35356 (2013/C) (ex 2013/NN, ex 2012/N) dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Polonja favur il-kumpannija Autostrada Wielkopolska S.A.; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ parteċipazzjoni tar-rikorrenti, b’mod partikolari d-dritt tagħha għal smigħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

Il-Kummissjoni ma tatx lir-rikorrenti l-possibbiltà adegwata li tieħu pożizzjoni fuq il-provi ppreżentati mill-Istat;

Il-Kummissjoni ċaħdet lir-rikorrenti mid-dritt tagħha li tippreżenta l-osservazzjonijiet dwar ċerti dokumenti u konklużjonijiet essenzjali abbażi ta’ liema l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata;

Ma jistax jiġi eskluż li t-tmiem ta’ din il-kawża kienet affetwata minn dawn l-ommissjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi applikat kriterju żbaljat sabiex tiddetermina jekk l-elementi kostituttivi tal-Artikolu 107(1) TFUE ġewx sodisfatti u billi ġie applikat l-imsemmi kriterju (żbaljat) bi ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE;

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni skont liema kien hemm vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE hija bbażata biss fuq il-kriterju tat-“tqabbil punt b’punt”;

Il-Kummissjoni wettqet l-evalwazzjoni tagħha skont il-kriterju tal-investitur privat wara li kienet diġà ddeċidiet li kien hemm vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE;

Il-kriterju tat-“tqabbil punt b’punt” użat mill-Kummissjoni huwa żbaljat fil-liġi;

Il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni waqt l-implementazzjoni tal-kriterju tagħha tat-“tqabbil punt b’punt”, b’mod partikolari billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerta informazzjoni rilevanti li kienet għad-dsipożizzjoni tagħha fil-mument li hija adottata id-deċiżjoni kkontestata;

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi u ta’ fatt billi ma applikatx il-kriterju tal-investitur privat konformement mal-ġurisprudenza rilevanti u billi astjeniet milli tiżviluppa motivazzjoni adegwata, bi ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE;

Il-Kummissjoni ma applikatx il-kriterju tal-investitur privat bħala parti integrali tal-evalwazzjoni tagħha skont l-Artikolu 107(1) TFUE, bi ksur tal-ġurisprudenza rilevanti;

Il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerta informazzjoni rilevanti disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, informazzjoni li ma kinitx tkun injorata a priori minn proprjetarju privat normalment prudenti u diliġenti li jsib ruħu f’sitwazzjoni qrib kemm jista’ jkun għal dik tal-Istat;

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna hija bbażata fuq konklużjonijiet żbaljati u kontradizzjonijiet interni;

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt billi kkonkludiet li l-fondi pubbliċi ibbenefikaw biss lill-investituri.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna tal-Istat, billi ma wettqitx hi nfisha l-evalwazzjoni tagħha u billi ma pprovdietx motivazzjoni adegwata;

Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kumpens żejjed għall-perijodu bejn Settembru 2005 u Ottubru 2007 huma vvizjati b’żbalji fundamentali ta’ evalwazzjoni;

Il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerta informazzjoni rilevanti li kienet għad-dispożizzjoni fil-mument tad-deċiżjoni tagħha kkontestata.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/43


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2017 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-784/17)

(2018/C 032/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara din it-talba għal annullament ammissibbli u fondata;

konsegwentement,

tiddikjara l-annullament (i) tad-deċiżjoni bid-data mhux magħrufa tal-Parlament Ewropew li ma jaċċettax l-offerta ta’ Strabag Belgium fir-rigward tal-kuntratt li għandu bħala suġġett kuntratt qafas ta’ xogħolijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament Ewropew (Sejħa għal offerti Nru 06/D20/2017/M036) fi Brussell, deċiżjoni nnotifikata b’ittra tal-24 ta’ Novembru 2017 kif ukoll (ii) tad-deċiżjoni bid-data mhux magħrufa tal-Parlament Ewropew l-kuntratt li għandu bħala suġġett kuntratt qafas ta’ xogħolijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell (Sejħa għal offerti Nru 06/D20/2017/M036) jingħata lil ħames offerenti differenti minn Strabag Belgium, kif ukoll

tilqa’ t-talba ta’ Strabag Belgium li jiġu ppreżentati d-dokumenti segwenti:

dokumenti mill-fajl tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li fihom il-kuntatti li seħħew bejn il-Parlament u l-offerenti fir-rigward tal-kwistjoni tal-prezzijiet anormali seħħew konformement mal-Artikolu 160(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni;

id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lil ħames offerenti oħra u tan-nuqqas ta’ għażla tal-offerta ta’ Strabag Belgium bid-data mhux magħrufa;

ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza inkluż il-kumpens għall-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur:

(i)

tal-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 286, p. 1), li jipprovdi li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tadotta atti delegati b’mod konformi mal-Artikolu 210 f’dak li jikkonċerna l-metodi relattivi għall-kriterji ta’ għoti, inkluża l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża;

(ii)

tal-Artikolu 151 emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 342, p. 7), li jistabbilixxi r-regoli applikabbli fil-qasam tal-offerti anormalment baxxi, kif ukoll

(iii)

tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM)

(Kawża T-785/17)

(2018/C 032/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ercan Ilhan (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: S. Can, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Time Gate GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 891 276 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 974/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea dwar il-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tat-13 ta’ Settembru 2017 (R 974/2016-5) u għalhekk tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Sportswear Company BIG SAM;

tordna lil Time Gate GmbH tbati l-ispejjeż tagħha;

tordna lill-EUIPO tbati l-ispejjeż tagħha;

Motivi invokati

Tolleranza skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 207/2009;

Evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair)

(Kawża T-787/17)

(2018/C 032/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Parfümerie Akzente GmbH (Pfedelbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GlamHair” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 211 956

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 82/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/45


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar)

(Kawża T-788/17)

(2018/C 032/60)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Szabados (Grünwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wobst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MicroSepa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 576 532

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2420/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Mouldpro vs EUIPO – Wenz Kunststoff (MOULDPRO)

(Kawża T-796/17)

(2018/C 032/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mouldpro ApS (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: W Rebernik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG (Lüdenscheid, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MOULDPRO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 022 317

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2153/2015-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(3) tal-istess regolament, minħabba reġistrazzjoni illegali minn aġent jew rappreżentant,

Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(4) tal-istess regolament, minħabba kisba ta’ drittijiet ta’ trade mark preċedenti mhux irreġistrata użata fil-kummerċ,

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-applikazzjoni tal-proprjetarju għal trade mark tal-Unjoni Ewropea saret b’mala fide.