ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 21/01 |
||
2018/C 21/02 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2018/C 21/03 |
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 21/04 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Jannar 2018
(2018/C 21/01)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2255 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
135,54 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4454 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88365 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,8333 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1758 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6243 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,433 |
HUF |
Forint Ungeriż |
309,20 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1716 |
RON |
Leu Rumen |
4,6594 |
TRY |
Lira Turka |
4,6557 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5302 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5246 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,5814 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6831 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6178 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 306,92 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,9553 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8481 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4352 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 315,69 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8260 |
PHP |
Peso Filippin |
62,138 |
RUB |
Rouble Russu |
69,3324 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,069 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,9312 |
MXN |
Peso Messikan |
22,8157 |
INR |
Rupi Indjan |
78,2390 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
20.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/2 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 21/02)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Litwanja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : L-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja fl-2018 se joħorġu flimkien munita kommemorattiva tal-euro b’disinn komuni, li jiċċelebra t-twaqqif tal-istati tal-Estonja u l-Latvja, u t-twaqqif mill-ġdid tal-Istat tal-Litwanja.
Deskrizzjoni tad-disinn : It-tliet Stati Baltiċi huma simbolikament rappreżentati bħala malju. Il-pajjiżi huma maqgħudin mill-istorja tagħhom: imgħoddi, preżent u futur komuni. Numru stilizzat li jirrappreżenta l-100 anniversarju, flimkien mas-simboli araldiċi tat-tliet Stati, ukoll jinsabu fid-disinn. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita, “LIETUVA”, u fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ, “2018”, u l-marka tad-disinjatur, “JP”. Id-disinn intgħażel permezz ta’ votazzjoni pubblika fit-tliet pajjiżi Baltiċi.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu : 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ : L-ewwel trimestru tal-2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
20.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/3 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)
(2018/C 21/03)
Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006
L-ammonti ta’ referenza huma pprovduti fit-Taqsima 13 tal-Att Nru 326/1999 Coll., dwar ir-residenza ta’ barranin fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, kif emendat, b’konnessjoni mat-Taqsima 5 tal-Att Nru 110/2006 Coll., dwar il-minimu ta’ għajxien u sussistenza, kif emendat. Dawn jiddependu fuq il-livell attwali tal-minimu ta’ sussistenza u jvarjaw skont it-tul intenzjonat tas-soġġorn qasir fit-territorju tar-Repubblika Ċeka:
— |
Għal soġġorni li ma jaqbżux it-30 jum — 0,5 darba tal-minimu ta’ sussistenza (l-ammont attwali — Novembru 2017 — CZK 2 200) għal kull jum ta’ soġġorn, jiġifieri CZK 1 100 għal kull jum; |
— |
Għal soġġorni li jaqbżu t-30 jum — 15-il darba tal-minimu ta’ sussistenza (l-ammont attwali — Novembru 2017 — CZK 2 200), jiġifieri CZK 33 000; din is-somma għandha tkun suġġetta għal żieda ekwivalenti għad-doppju tal-minimu ta’ sussistenza għal kull xahar sħiħ tas-soġġorn intenzjonat fit-territorju, jiġifieri CZK 4 400 iżjed għal kull xahar; |
— |
Persuna ċittadina ta’ pajjiż terz ta’ taħt it-18-il sena għandha tagħti prova li jkollha nofs l-ammonti msemmija aktar’ il fuq. |
L-evalwazzjoni tal-mezzi suffiċjenti ta’ sussitenza tista’ tkun ibbażata fuq il-flus kontanti, il-karti ta’ kreditu jew iċ-ċekkijiet tal-vjaġġaturi fil-pussess taċ-ċittadin tal-pajjiż terz, jew fuq dokument li jikkonferma l-pagament ta’ servizzi li jkollhom x’jaqsmu mas-soġġorn fit-territorju jew fuq xi dokument li jikkonferma li ser jkunu pprovduti servizzi mingħajr ħlas. Dikjarazzjonijiet ta’ persuni li jagħmlu tajjeb u ittri ta’ garanzija mill-ospitanti (fil-forma ta’ “Ittra ta’ Stedina” ċċertifikata mill-Pulizija tar-Repubblika Ċeka — ara l-Anness 33 tal-Manwal ta’ Schengen) jistgħu wkoll jikkostitwixxu evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.
Il-persuna ċittadina ta’ pajjiż terz li tkun sejra biex tistudja fit-territorju tista’ tippreżenta, bħala prova tad-disponibbiltà ta’ fondi suffiċjenti għas-soġġorn tagħha, dikjarazzjoni ta’ impenn magħmul minn xi awtorità statali jew entità legali li tkun tkopri s-soġġorn tagħha billi dawn jipprovdu fondi ekwivalenti għall-minimu ta’ sussistenza (ammont attwali — Novembru 2017 — CZK 2 200) għal xahar wieħed (1) tas-soġġorn intenzjonat, jew xi dokument li jikkonferma li l-ispejjeż kollha relatati mal-istudji u s-soġġorn tagħha se jkunu koperti mill-organizzazzjoni riċeventi (l-iskola). Jekk is-somma li ssir referenza għaliha fid-dikjarazzjoni ta’ impenn ma tlaħħaqx għal dan l-ammont, il-persuna ċittadin ta’ pajjiż terz tkun obbligata tippreżenta dokument li jagħti prova tad-disponibbiltà tal-fondi ekwivalenti għad-differenza bejn il-minimu ta’ sussistenza (ammont attwali — Novembru 2017 — CZK 2 200) u l-ammont tal-impenn għall-perijodu tas-soġġorn intenzjonat tagħha, madankollu mhux aktar minn sitt (6) darbiet il-minimu ta’ sussistenza (attwalment CZK 13 200). Dokument dwar il-provvista ta’ mezzi għar-residenza ta’ xi persuna jista’ jiġi ssostitwit b’xi deċiżjoni jew b’xi ftehim dwar l-allokazzjoni ta’ xi għotja miksuba skont xi trattat internazzjonali li r-Repubblika Ċeka tkun marbuta bih.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
20.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/5 |
Avviż lill-impriżi li beħsiebhom jintroduċu fis-suq l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea fl-2019
(2018/C 21/04)
1. |
Dan l-Avviż huwa indirizzat lil kull impriża li tixtieq tagħmel dikjarazzjoni sabiex tintroduċi fis-suq l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea fl-2019, skont l-Artikoli 16(2) u 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (1) (minn issa ’l quddiem “ir-Regolament”):
|
2. |
L-idrofluworokarburi huma s-sustanzi elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament, jew taħlitiet li fihom xi waħda minn dawn is-sustanzi: HFC-23, HFC-32, HFC-41, HFC-125, HFC-134, HFC-134a, HFC-143, HFC-143a, HFC-152, HFC-152a, HFC-161, HFC-227ea, HFC-236cb, HFC-236ea, HFC-236fa, HFC-245ca, HFC-245fa, HFC-365mfc, HFC-43-10mee. |
3. |
Kull introduzzjoni fis-suq ta’ dawn is-sustanzi, ħlief għall-użi elenkati fil-punti mill-(a) sal-(f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament jew għal kwantità totali annwali ta’ dawn is-sustanzi inqas mill-ekwivalenti ta’ 100 tunnellata ta’ CO2 kull sena, hija soġġetta għal-limiti kwantitattivi tas-sistema tal-kwoti stabbilita fl-Artikoli 15 u 16 kif ukoll fl-Annessi V u VI tar-Regolament. Il-Kummissjoni talloka l-kwoti lill-impriżi kkonċernati. |
4. |
Id-dejta kollha mibgħuta minn kumpaniji, kif ukoll il-kwoti u l-valuri ta’ referenza, jinħażnu fir-Reġistru HFC elettroniku, stabbilit skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, u aċċessibbli online permezz tal-Portal F-Gas (3). Id-dejta kollha fir-reġistru HFC, inkluż il-kwoti, il-valuri ta’ referenza u d-dejta kummerċjali u personali, tiġi trattata bħala kunfidenzjali mill-Kummissjoni Ewropea. |
Għall-produtturi u l-importaturi li għalihom ikun ġie ddeterminat valur ta’ referenza kif imsemmi fil-punt 1(a) ta’ dan l-Avviż, biss:
5. |
Dawn l-impriżi se jirċievu 89 % ta’ 63 % (jiġifieri, 56,07 %) tal-valur ta’ referenza tagħhom bħala kwota għall-2019, skont l-Artikolu 16(5) kif ukoll l-Annessi V u VI tar-Regolament. |
Għall-impriżi kollha, kif imsemmi fil-punt 1(a) u (b) ta’ dan l-Avviż:
6. |
Skont l-Anness VI tar-Regolament, is-somma tal-kwoti allokati abbażi tal-valuri ta’ referenza skont il-paragrafu 5 hawn fuq, titnaqqas mill-kwantità massima disponibbli għall-2019 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata mir-riżerva (4). |
7. |
L-impriżi li jixtiequ jiksbu kwota minn din ir-riżerva jeħtieġ li jsegwu l-proċedura deskritta fil-punti minn 8 sa 10 ta’ dan l-Avviż. |
8. |
Jeħtieġ li l-impriża tkun irreġistrata bħala produttur u/jew importatur tal-idrofluworokarburi fir-Reġistru HFC online, aċċessibbli permezz tal-Portal F-gas (5). Il-kumpaniji li għadhom mhumiex irreġistrati jistgħu jsibu gwida dwar kif għandhom jirreġistraw fuq is-sit web ta’ DĠ CLIMA (6). |
9. |
L-impriża trid tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kwantitajiet (addizzjonali) antiċipati għall-2019 fir-Reġistru HFC online aċċessibbli permezz tal-Portal F-Gas (7). Dawn id-dikjarazzjonijiet se jkunu possibbli biss fil-perjodu bejn it-2 ta’ April u l-31 ta’ Mejju 2018, 13.00 CET. |
10. |
Huma biss dawk id-dikjarazzjonijiet dwar il-kwantitajiet antiċipati (addizzjonali) li jkunu mimlija tajjeb, li jkunu mingħajr żbalji u li jaslu qabel il-31 ta’ Mejju 2018, 13.:00 CET li se jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni. |
11. |
Abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni talloka kwoti lil dawn l-impriżi skont l-Artikolu 16(2), 16(4) u 16(5) kif ukoll l-Annessi V u VI tar-Regolament. |
12. |
Il-Kummissjoni tinforma lill-impriżi dwar il-kwota allokata totali għall-2019 permezz tar-reġistru HFC. |
13. |
Ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru HFC u/jew id-dikjarazzjoni dwar il-ħsieb tal-introduzzjoni fis-suq tal-idrofluworokarburi fl-2019 fiha nnifisha ma tagħti l-ebda dritt għall-introduzzjoni fis-suq tal-idrofluworokarburi fl-2019. |
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1984 tal-24 ta’ Ottubru 2017 li, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għal kull produttur jew importatur li jkun legalment qiegħed fis-suq l-idrofluworokarburi mill-1 ta’ Jannar 2015, kif irrapportati skont dak ir-Regolament (ĠU L 287, 4.11.2017, p. 4). Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1984 tista’ tiġi riveduta fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
(3) https://webgate.ec.europa.eu/ods2/resources/domain
(4) Il-kwantità massima disponibbli għall-2019 tista’ tiġi riveduta fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
(5) https://webgate.ec.europa.eu/ods2/resources/domain
(6) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/f-gas/docs/guidance_document_en.pdf
(7) https://webgate.ec.europa.eu/ods2/resources/domain