|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 14/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8718 — Starwood Capital Group/Accor/Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 14/02 |
||
|
2018/C 14/03 |
||
|
2018/C 14/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2018/C 14/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2018/C 14/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 14/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 14/08 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 14/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8736 — Toohil Telecom/Eircom) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 14/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8718 — Starwood Capital Group/Accor/Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 14/01)
Fl-4 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8718. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-15 ta’ Jannar 2018
(2018/C 14/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2277 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
135,81 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4496 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89043 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,8335 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1799 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6708 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,531 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,90 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1686 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6278 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,6442 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5434 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5263 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,6050 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6828 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6223 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 305,74 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,1034 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9040 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4340 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 337,05 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8568 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,753 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,2832 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,194 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,9237 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,1195 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,9805 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/3 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Frar 2018
(Ippubblikata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
(2018/C 14/03)
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 421, 8.12.2017, p. 16.
|
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.2.2018 |
… |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,75 |
-0,18 |
0,02 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,54 |
0,09 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
2,21 |
-0,42 |
-0,18 |
-0,18 |
0,73 |
|
1.1.2018 |
31.1.2018 |
-0,18 |
-0,18 |
0,65 |
-0,18 |
0,75 |
-0,18 |
0,02 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
0,54 |
0,13 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
-0,18 |
1,85 |
-0,18 |
1,89 |
-0,42 |
-0,18 |
-0,18 |
0,73 |
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/4 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 14/04)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Spanja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-Siti ta' Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-UNESCO - Santiago
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-Belt ta’ Santiago de Compostela ġiet iddikjarata Wirt Kulturali Dinji mill-UNESCO fl-1985, b’kunsiderazzjoni għas-sbuħija urbana u għall-integrità monumentali tagħha, kif ukoll is-sinifikat spiritwali u kulturali tal-belt li jidwi mill-epoka tal-Medju Evu: il-Pellegrinaġġ tal-Camino de Santiago.
Il-Camino de Santiago (Il-Mixja ta' San Ġakbu) huwa netwerk kbir ta’ rotot antiki ta’ pellegrinaġġi li jestendu fl-Ewropa kollha u jiltaqgħu fejn il-qabar ta’ San Ġakbu f’Santiago de Compostela fil-Majjistral ta’ Spanja.
Id-disinn jirriproduċi l-iskultura ta’ Santiago bħala figura fiċ-ċentru tal-Puerta Santa tal-Katidral ta’ Santiago de Compostela. Fuq in-naħa tax-xellug, fil-forma ta’ nofs tond, hemm il-kelma “ESPAÑA”, fil-parti ta’ isfel fuq in-naħa tax-xellug is-sena ta’ ħruġ “2018”, u taħt il-marka taz-zekka.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : l-1 ta’ Frar 2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/5 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 14/05)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f'termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Andorra
Suġġett tal-kommemorazzjoni : il-25 anniversarju tal-Kostituzzjoni Andorrana
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-“Monument għall-Irġiel u n-Nisa ta’ Andorra li riedu l-Kostituzzjoni”, li jinsab fil-pjazza tal-Consell General (il-Parlament ta’ Andorra). Dan il-monument juri s-siluwetti ta’ raġel u mara u jikkommemora r-rieda espressa miċ-ċittadini Andorrani, fir-referendum li sar fl-14 ta’ Marzu 1993, biex Andorra ssir stat kostituzzjonali, demokratiku u soċjali, kif espress fl-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Fuq in-naħa tal-lemin tal-monument hemm mappa ta’ Andorra bl-iskrizzjoni bil-Latin “VIRTVS VNITA FORTIOR” (fl-unità l-virtù hija aktar b’saħħitha), li huwa l-motto tal-istat tal-Prinċipat ta’ Andorra. Madwar id-disinn, hemm l-iskrizzjonijiet “25è ANIVERSARI DE LA CONSTITUCIÓ 1993-2018” (il-25 anniversarju tal-Kostituzzjoni 1993-2018”) u l-isem tal-pajjiż “ANDORRA”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : L-ewwel trimestru tal-2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/6 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar is-salvagwardji u d-derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-kuntest ta’ proposta għal Regolament dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)
(2018/C 14/06)
L-abbozz tar-Regolament dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fih innifsu jqajjem xi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-Data. Madankollu, l-emendi proposti fil-kuntest tad-diskussjonijiet fil-Kunsill iqajmu kwistjonijiet ġodda li inizjalment ma kinux preżenti fil-proposta tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, jekk dawn l-emendi kellhom jiġu inklużi fit-test finali, l-abbozz tar-Regolament isir l-ewwel strument leġiżlattiv tal-UE li jipprevedi deroga mid-drittijiet ta’ aċċess, rettifika kif ukoll mid-dritt ta’ restrizzjoni u mid-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet ta’ statistika skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Għalhekk, il-KEPD jilqa’ li l-Kunsill ikkonsultah dwar dan l-iżvilupp ġdid, u b’hekk ipprovda l-opportunità lill-KEPD biex joħroġ Opinjoni f’dan l-istadju tal-proċedura.
Din l-Opinjoni tiffoka fuq it-test tan-neċessità għal derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data moqri fid-dawl tal-Karta. Il-KEPD jenfasizza, b’mod partikolari, li d-drittijiet ta’ aċċess u rettifika huma stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tal-Karta nnifisha, u huma meqjusa bħala komponenti essenzjali tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Kull deroga għal dawn id-drittijiet ma tridx tmur lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju biex jinkiseb l-objettiv tagħha u trid tilħaq l-istandards għoljin meħtieġa mill-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Minbarra li tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ valutazzjoni bir-reqqa tan-neċessità, l-Opinjoni tindika wkoll il-ħtieġa li jiġi minimizzat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni u tiddiskuti n-natura tas-salvagwardji meħtieġa. L-Opinjoni tiddiskuti wkoll l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li potenzjalment jista’ jgħin biex jiġi indirizzat xi tħassib ta’ xi istituti tal-istatistika mqajjem mill-Kunsill, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. B’mod partikolari, f’konformità mal-Artikolu 11, f’każijiet fejn kontrollur jista’ juri li huwa mhux f’pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data, id-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 15 sa 20 ma japplikawx.
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li l-Kunsill jerġa’ jevalwa l-ħtieġa għad-derogi proposti fid-dawl tal-istandard stabbilit skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data moqri fid-dawl tal-Karta. Sakemm il-leġiżlatur tal-UE ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet oħra għall-ħtieġa ta’ tali derogi, u jdejjaq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, il-KEPD minflok jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat sa liema punt l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jista’ jgħin biex it-tħassib tal-istituti nazzjonali tal-istatistika jiġi leġittimizzat. Dan jista’ jkun rilevanti fl-istadji tal-ipproċessar ta’ data meta t-tasti li jgħaqqdu lill-individwi mas-settijiet tad-data li jikkonċernawhom ikunu diġà tħassru u jkunu ttieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali oħra biex jiġi żgurat li l-individwi ma jistgħux jiġu identifikati mill-ġdid mill-istituti tal-istatistika jew minn xi parti oħra.
Madankollu, il-KEPD jenfasizza li, għall-perjodu inizjali li ħafna drabi jkun meħtieġ għall-preparazzjoni tal-istatistika li fih l-individwi jeħtiġilhom jibqgħu direttament jew indirettament mhux identifikabbli, jibqgħu japplikaw ir-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Waħdu, il-fatt li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex jiġi pprovdut aċċess u drittijiet oħra lill-individwi jista’ jirrikjedi riżorsi umani u finanzjarji, mhux ġustifikazzjoni valida biex issir deroga mid-drittijiet tal-individwi skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Dan huwa minnu għad-drittijiet kollha tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u b’mod speċjali kruċjali għad-drittijiet ta’ aċċess u r-rettifiki espliċitament meħtieġa skont il-Karta, li jikkostitwixxu komponenti essenzjali tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ data personali.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
Fid-9 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (“il-Proposta”) (1). L-għan tal-Proposta huwa li toħloq sistema ta’ statistika tal-azjendi agrikoli aktar koerenti, flessibbli u interkonnessa u li tipprovdi l-qafas leġiżlattiv għal programm ta’ stħarriġ fost l-azjendi agrikoli li jibda b’ċensiment agrikolu li se jsir fl-2020.
L-abbozz tar-Regolament innifsu, kif propost mill-Kummissjoni, wara l-konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“KEPD”), qajjem biss ftit kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u dawn ġew trattati kif xieraq fil-Proposta. Tabilħaqq, il-KEPD jilqa’ li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Proposta u li l-kummenti informali tiegħu ġew ikkunsidrati. B’mod partikolari, huwa jappoġġja r-referenzi, fil-premessa 16, għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħha, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) skont il-każ. Huwa jilqa’ wkoll ir-referenza, fil-premessa 26, għall-fatt li l-KEPD kien ikkonsultat. Billi l-Proposta, kif ippubblikata fid-9 ta’ Diċembru 2016, ma qajmet l-ebda tħassib pendenti sinifikanti ta’ protezzjoni tad-data, il-KEPD iddeċieda f’dak l-istadju li ma joħroġx Opinjoni formali.
Madankollu, ftit mill-emendi diskussi fil-kuntest tan-negozjati fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (“il-Kunsill”) matul il-proċess leġiżlattiv iqajmu kwistjonijiet ġodda li ma kinux inizjalment preżenti fil-Proposta tal-Kummissjoni. Jekk dawn l-emendi kellhom jiġu inklużi fit-test finali, l-abbozz tar-Regolament isir l-ewwel strument tal-UE li espliċitament jipprevedi deroga mid-drittijiet ta’ aċċess u r-rettifika kif ukoll mid-dritt ta’ restrizzjoni u mid-dritt ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR”).
Dan l-element sinifikanti ġdid jiġġustifika Opinjoni tal-KEPD f’dan l-istadju tal-proċedura. Għalhekk, il-KEPD jilqa’ li l-Kunsill iddeċieda li jikkonsultah dwar dan l-iżvilupp ġdid u - fis-26 ta’ Settembru 2017 — talab b’mod speċifiku li l-KEPD iħares lejn dawn l-emendi proposti fil-kuntest tan-negozjati fil-Kunsill (4).
L-iskop ta’ din l-Opinjoni huwa li tipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar l-abbozz tar-Regolament li jiffoka fuq l-abbozz ta’ emendi rilevanti li qed jiġu diskussi fil-Kunsill. Il-fokus ta’ din l-Opinjoni, taħt Taqsima 2, huwa li tiddiskuti u tgħin biex tivvaluta jekk id-derogi proposti jilħqux jew le t-test tan-neċessità għal derogi għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Barra minn hekk, fit-Taqsima 3, il-KEPD jipprovdi rakkomandazzjonijiet rigward id-dispożizzjonijiet proposti dwar is-salvagwardji.
4. KONKLUŻJONIJIET
Jekk l-emendi proposti kellhom jiġu inklużi fit-test finali, l-abbozz tar-Regolament isir l-ewwel strument leġiżlattiv tal-UE li jipprevedi deroga mid-drittijiet ta’ aċċess, rettifika kif ukoll mid-dritt ta’ restrizzjoni u mid-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet ta’ statistika skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Minħabba n-novità u l-importanza tas-suġġett, il-KEPD jilqa’ u japprezza l-konsultazzjoni u t-tħassib tal-Kunsill għall-impatt li din il-Proposta jista’ jkollha fuq il-protezzjoni tad-data personali.
|
— |
Il-KEPD jirrakkomanda li l-Kunsill jerġa’ jevalwa l-ħtieġa għad-derogi proposti fid-dawl tal-istandard stabbilit skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data moqri fid-dawl tal-Karta. |
|
— |
Sakemm il-leġiżlatur tal-UE ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet oħra għall-ħtieġa ta’ tali derogi, u jdejjaq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, il-KEPD minflok jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat sa liema punt l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jista’ jgħin biex it-tħassib tal-istituti nazzjonali tal-istatistika jiġi leġittimizzat. B’mod partikolari, dan jista’ jkun rilevanti fl-istadji tal-ipproċessar ta’ data meta t-tasti li jgħaqqdu lill-individwi mas-settijiet tad-data dwarhom ikunu diġà tħassru u jkunu ttieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali oħra biex jiġi żgurat li l-individwi ma jistgħux jiġu identifikati mill-ġdid mill-istituti tal-istatistika jew minn xi parti oħra. |
Jekk il-ħtieġa għal derogi speċifiċi tkun ġustifikata fi stadju iktar tard, il-KEPD joffri r-rakkomandazzjonijiet addizzjonali li ġejjin rigward l-Artikolu 12a b’rabta mal-kundizzjonijiet u s-salvagwardji:
|
— |
Il-KEPD jilqa’ d-dikjarazzjoni ċara li d-data personali m’għandhiex tintuża biex jittieħdu miżuri jew deċiżjoni rigward xi suġġett tad-data partikolari. |
|
— |
Il-KEPD jilqa’ wkoll id-dispożizzjoni li tirrikjedi li d-data personali għandha tintuża biss għal skopijiet statistiċi. |
|
— |
Il-KEPD jirrakkomanda li t-test ikun irrivedut biex jipprovdi b’mod ċar li l-ipproċessar ta’ data personali għandu jkun soġġett għal psewdonimizzazzjoni u (aktar milli jew) għal salvagwardji xierqa oħra skont l-Artikolu 89(1). |
Brussell, l-20 ta’ Novembru 2017.
Giovanni BUTTARELLI
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2016) 786 final — 2016/0389 (COD).
(2) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(4) Ara n-Nota mill-Presidenza għad-delegazzjonijiet dwar “il-premessa 16a u l-Artikolu 12a fit-test tal-Presidenza (protezzjoni tad-data)” (ref nr 12351/17) datata Brussell, 21 ta’ Settembru 2017. Dan id-dokument huwa wkoll disponibbli għall-pubbliku fir-Reġistru tal-Kunsill fuq http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12351-2017-INIT/en/pdf
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/9 |
Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2018 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2
(2018/C 14/07)
Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2018 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH-2 JU).
Dan il-pjan ta’ ħidma, inklużi d-dati ta’ skadenza u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/10 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji
(2018/C 14/08)
1. Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u l-ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Terminu perentorju
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
|
Stainless Steel Wajer |
l-Indja |
Dazju antisussidji |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 1) |
8.9.2018 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8736 — Toohil Telecom/Eircom)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 14/09)
|
1. |
Fit-8 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Toohill Telecom takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ Eircom kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Toohil Telecom: parti mill-grupp ta’ kumpaniji kkontrollati minn Xavier Niel li huma prinċipalment iffokati fuq l-investimenti fis-setturi li ġejjin: telekomunikazzjonijiet, xandir, teknoloġiji ġodda, negozji ġodda u proprjetà immobbli. B’mod partikolari, Xavier Niel jikkontrolla Iliad, kumpanija Franċiża attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u mobbli u tal-aċċess għall-internet u servizzi ta’ hosting. — Eircom: Eircom toffri firxa ta’ servizzi ta’ linja fissa tal-vuċi, ta’ dejta, broadband b’veloċità għolja, telefonija ċellulari u servizzi televiżi, kif ukoll servizzi ta’ Voice over Internet Protocol u Wi-Fi lil konsumaturi individwali, djar, utenti tan-negozji, klijenti bl-ingrossa, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u l-gvern fir-Repubblika tal-Irlanda. Hija toffri wkoll firxa ta’ servizzi ta’ konnettività għall-klijenti tas-settur pubbliku fl-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll lil kumpaniji Irlandiżi b’sussidjarji jew fergħat fir-Renju Unit. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8736 — Toohil Telecom / Eircom Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
16.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 14/10)
|
1. |
Fid-9 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Canadian Solar u EDF ENR jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Newco. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
Newco se tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ ingotti, briks u wejfers solari. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.