ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
15ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 13/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 13/02

Kawża C-542/17 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2017 minn Allstate Insurance Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-3/16 – Allstate Insurance Company vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

2

2018/C 13/03

Kawża C-545/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-18 ta’ Settembru 2017 – Mariusz Pawlak vs Prezes Kasy Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego

3

2018/C 13/04

Kawża C-547/17 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 minn Basic Net SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-612/15 – Basic Net vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi vertikali)

4

2018/C 13/05

Kawża C-566/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-26 ta’ Settembru 2017 – Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach vs Szef Krajowej Administracji Skarbowej

5

2018/C 13/06

Kawża C-581/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Martin Wächtler vs Finanzamt Konstanz

5

2018/C 13/07

Kawża C-585/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Verwaltungsgerichtshof (l–Awstrija) fil–5 ta’ Ottubru 2017 – Finanzamt Linz, Finanzamt Kirchdorf Perg Steyr

6

2018/C 13/08

Kawża C-605/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

7

2018/C 13/09

Kawża C-609/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö (TSN) ry vs Hyvinvointialan liitto ry

8

2018/C 13/10

Kawża C-610/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Satamaoperaattorit ry

8

2018/C 13/11

Kawża C-627/15: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Câmpulung – ir-Rumanija) – Dumitru Gavrilescu, Liana Gavrilescu vs SC Banca Transilvania SA, li kienet SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA – sucursala Câmpulung

9

2018/C 13/12

Kawża C-2/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Staatsanwaltschaft Stuttgart vs J. S. R.

10

2018/C 13/13

Kawża C-346/16: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – C, fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Offenburg

10

2018/C 13/14

Kawża C-19/17: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy we Wrocławiu – il-Polonja) – Skarb Państwa reprezentowany przez Wojewodę Dolnośląskiego vs Gmina Trzebnica

10

2018/C 13/15

Kawża C-74/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Jonathan Heintges vs Germanwings GmbH

10

2018/C 13/16

Kawża C-196/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Kathrin Meyer vs TUIfly GmbH

11

2018/C 13/17

Kawża C-276/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Michael Siegberg vs TUIfly GmbH

11

2018/C 13/18

Kawża C-400/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Dolj – ir-Rumanija) – Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţă, Vasilica Gheorghiţă/ vs SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

11

2018/C 13/19

Kawża C-418/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – Andreas Fabri, Elisabeth Mathes vs Sun Express Deutschland GmbH

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 13/20

Kawża T-140/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Aurora vs CPVO – SESVanderhave (M 02205) [Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Varjetà ta’ pitravi għaz-zokkor M 02205 — Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 — Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94 — Karattru distint tal-varjetà kandidata — Eżami tekniku — Proċedura quddiem il-Bord tal-Appell — Obbligu li jiġu evalwati b’kura u b’imparzjalità l-provi rilevanti kollha tal-każ ineżami — Setgħa ta’ riforma]

12

2018/C 13/21

Kawża T-452/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Petrov et vs Il-Parlament (Membru tal-Parlament Ewropew — Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament — Ċittadin ta’ Stat Membru — Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etniċi — Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Ammissibbiltà ta’ motiv — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter)

12

2018/C 13/22

Kawża T-618/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Voigt vs Il-Parlament (Membru tal-Parlament Ewropew — Rifjut li jkun disponibbli bini tal-Parlament — Ċittadini ta’ Stati terzi — Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament — Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika — Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Ammissibbiltà ta’ motiv — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi)

13

2018/C 13/23

Kawża T-403/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Urgo recherche innovation et developpement (Immunostad) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Immunostad — Trade mark nazzjonali preċedenti ImmunoStim — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tat-trade marks — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Parti sinjifikattiva tal-pubbliku rilevanti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)]

14

2018/C 13/24

Kawża T-465/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Cotécnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea cotecnica OPTIMA — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea visán Optima PREMIUM PETFOOD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

14

2018/C 13/25

Kawża T-558/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – von Blumenthal et vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Ugwaljanza fit-trattament — Responsabbiltà)

15

2018/C 13/26

Kawża T-617/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – PF vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Artikolu 43 u Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Użu tal-lingwi fil-kuntest tal-funzjonijiet eżerċitati minn amministraturi assenjati f’funzjonijiet lingwistiċi u minn amministraturi assenjati f’funzjonijiet mhux lingwistiċi — Assenzi ġġustifikati — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

16

2018/C 13/27

Kawża T-652/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – HD vs Il-Parlament (Appell — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Projbizzjoni tal-kumulu ta’ allowances tal-istess natura — Talba għal irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Protezzjoni tad-data personali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

16

2018/C 13/28

Kawża T-771/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EZMIX — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Ugwaljanza fit-trattament u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

17

2018/C 13/29

Kawża T-564/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2017 – Bowles vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Żieda fis-salarju — Membri tal-Kumitat tal-Persunal — Eliġibbiltà — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

17

2018/C 13/30

Kawża T-784/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2017 – Pilla vs Il-Kummissjoni u EACEA (Rikors għal annullament u għad-danni — Miżuri provviżorji — Talba għal għajnuna legali mressqa wara l-preżentata ta’ rikors — Programm Creative Europe (2014-2020) — Sejħa għal proposti dwar is-sostenn għal azzjoni preparatorja — Deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ kriterju ta’ eliġibbiltà — Sussidji disponibbli biss għall-persuni ġuridiċi — Ksur tar-rekwiżiti formali — Assenza tal-imputabbiltà tal-atti lill-ECEA — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

18

2018/C 13/31

Kawża T-391/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Protezzjoni tal-minoritajiet nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni — Prinċipju ta’ attribuzzjoni — Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Assenza ta’ urġenza)

19

2018/C 13/32

Kawża T-618/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Activa Minoristas del Popular vs BĊE u SRB

19

2018/C 13/33

Kawża T-711/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Spinoit vs Il-Kummissjoni et

20

2018/C 13/34

Kawża T-717/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Chioreanu vs ERCEA

21

2018/C 13/35

Kawża T-724/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – The Vianel Group vs EUIPO – Viania Dessous (VIANEL)

21

2018/C 13/36

Kawża T-725/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Clestra Hauserman vs Il-Parlament

22

2018/C 13/37

Kawża T-726/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

23

2018/C 13/38

Kawża T-730/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2017 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

24

2018/C 13/39

Kawża T-732/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2017 – Dreute vs Il-Parlament

25

2018/C 13/40

Kawża T-733/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – GMPO vs Il-Kummissjoni

26

2018/C 13/41

Kawża T-736/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Lincoln Global vs EUIPO (FLEXCUT)

27

2018/C 13/42

Kawża T-741/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Trasys International u Axianseu Digital Solutions vs EASA

27

2018/C 13/43

Kawża T-742/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2017 – Kim et vs Il-Kunsill

28

2018/C 13/44

Kawża T-743/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2017 – Bischoff vs EUIPO – Miroglio Fashion (CARACTÈRE)

29

2018/C 13/45

Kawża T-437/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Oy Karl Fazer vs EUIPO – Kraft Foods Belgium Intellectual Property (MIGNON)

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 013/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 5, 8.1.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 437, 18.12.2017

ĠU C 424, 11.12.2017

ĠU C 412, 4.12.2017

ĠU C 402, 27.11.2017

ĠU C 392, 20.11.2017

ĠU C 382, 13.11.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2017 minn Allstate Insurance Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-3/16 – Allstate Insurance Company vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-542/17 P)

(2018/C 013/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Allstate Insurance Company (rappreżentanti: G. Würtenberger, avukat u R. Kunze, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-3/16;

tilqa’ r-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tat-8 ta’ Ottudru 2015 fil-Kawża R 956/2015-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) meta applikat kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati tar-raġuni assoluta għal rifjut ibbażata fuq in-natura deskrittiva fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq.

2.

Billi ma evalwatx ir-raġuni assoluta għal rifjut ibbażata fuq in-natura deskrittiva skont il-prodotti u servizzi konkreti li għalihom kienet intalbet il-protezzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja naqset ukoll milli timmotiva s-sentenza tagħha u għalhekk kisret l-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

3.

Barra minn hekk, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali suġġett ta’ dan l-appell hija bbażata fuq żnaturament tal-fatti peress li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx ir-raġunijiet assoluti għal rifjut abbażi tal-prodotti u tas-servizzi mitluba iżda abbażi ta’ allegata speċifikazzjoni li tirriżulta minn interpretazzjoni, fil-fatt żnaturament, tal-ispeċifikazzjoni reali tal-prodotti u s-servizzi.

4.

Kieku l-Qorti Ġenerali kienet irrispettat il-prinċipji fundamentali tad-dritt, inkluż l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, kienet tilqa’ r-rikors ippreżentat quddiemha fid-dawl tal-osservazzjonijiet li ser jiġu żviluppati iktar 'il quddiem.

5.

L-iżbalji mwettqa huma ta’ natura ġuridika sostanzjali. Ir-rikorrenti għalhekk ser tesponi r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li l-motivi invokati kienu fondati fid-dawl tal-ksur tal-prinċipji rikonoxxuti b’rabta mad-dritt għal proċess xieraq u dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja fid-dawl tal-fatti mogħtija quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009).


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-18 ta’ Settembru 2017 – Mariusz Pawlak vs Prezes Kasy Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego

(Kawża C-545/17)

(2018/C 013/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mariusz Pawlak

Konvenut: Prezes Kasy Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 8 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi dritt speċjali l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-dritt proċedurali prevista fl-Artikolu 165(2) tal-Liġi Pollakka tas-17 ta’ Novembru 1964 li tistabbilixxi Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li jipprevedi li huwa biss id-depożitu ta’ att proċedurali fl-uffiċċju tal-posta tal-operatur innominat, jiġifieri l-operatur inkarigat sabiex jiżgura s-servizz postali universali, li huwa ekwivalenti għall-preżentata ta’ dan l-att proċedurali quddiem il-qorti, filwaqt li jeskludi dan l-effett fil-każ li l-att proċedurali jiġi ppreżentat f’uffiċċju tal-posta nazzjonali ta’ operatur postali ieħor li jipprovdi servizz postali universali iżda li ma jkunx l-operatur innominat?

2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta fl-affermattiv, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/67, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li għandhom jiġu estiżi għall-operaturi postali l-oħra l-vantaġġi li jirriżultaw mill-għoti lill-operatur innominat ta’ dritt speċjali bi ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/67, b’tali mod li d-depożitu ta’ att proċedurali f’uffiċċju tal-posta nazzjonali jew fl-uffiċċju tal-posta ta’ fornitur ta’ servizz postali universali li ma huwiex l-operatur innominat għandu jitqies ukoll li huwa ekwivalenti għall-preżentata ta’ dan l-att proċedurali quddiem il-qorti, fuq il-bażi ta’ prinċipji simili għal dawk li joħorġu mis-sentenza tal-21 ta’ Ġunju 2007, Jonkman et (C-231/06 sa C-233/06)?

3)

Jekk it-tieni domanda teħtieġ risposta fl-affermattiv, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/67, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li parti fil-proċedura li tkun emanazzjoni ta’ Stat Membru tista’ tinvoka n-nuqqas ta’ konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 97/67 ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 165(2) tal-Liġi Pollakka li tistabbilixxi Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/4


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 minn Basic Net SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-612/15 – Basic Net vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi vertikali)

(Kawża C-547/17 P)

(2018/C 013/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Basic Net SpA (rappreżentant: D. Sindico, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata, tiddeċiedi definittivament dwar it-tilwima u tilqa’, totalment jew parzjalment, il-motivi u t-talbiet li jinsabu f’dan l-appell kif ukoll fil-provi u fid-dokumenti prodotti fil-kuntest tal-proċeduri preċedenti;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tilqa’, totalment jew parzjalment, il-motivi u t-talbiet li jinsabu f’dan l-appell kif ukoll fil-provi u fid-dokumenti prodotti fil-kuntest tal-proċeduri preċedenti;

f’kull każ, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri (quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja).

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-provi tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu kienu insuffiċjenti u ċaħdet ir-rikors mingħajr ma tagħti r-raġunijiet għalfejn il-kapaċità distintiva stabbilita u rikonoxxuta hija insuffiċjenti u ma tistax għalhekk tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.

Is-sentenza appellata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni u tmur kontra din id-dispożizzjoni sa fejn il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark huma li r-rappreżentazzjoni tas-sinjal tkun ċara, preċiża, awtonoma, faċilment aċċessibbli, li tista’ tinftiehem, dejjiema u oġġettiva.

2.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Karattru intrinsikament distintiv u li jista’ jiġi rreġistrat tas-sinjal irrifjutat

Ebda eżami eżawrjenti u koerenti tad-dokumentazzjoni ppreżentata ma twettqet matul il-proċeduri preċedenti u l-konstatazzjonijiet li wasslet għalihom il-Qorti Ġenerali la ma huma konformi mal-kliem u lanqas mal-ispirtu tal-leġiżlazzjoni u tad-deċiżjonijiet preċedenti tal-EUIPO u tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, il-Bord tal-Appell tal-EUIPO ma wettaqx evalwazzjoni globali tal-provi u llimita ruħu li jeżaminahom individwalment, mingħajr ma jikkunsidrahom fl-intier tagħhom, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

3.

Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea Nru 3971561 tal-appellanti

L-appellanti tqis barra minn hekk li l-EUIPO u l-Qorti Ġenerali kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet (jiġifieri billi jqisu dawn id-deċiżjonijiet mhux bħala preċedent vinkolanti, iżda bħala trade marks ammessi fuq il-bażi ta’ rikonoxximent fid-dritt tal-karattru tagħhom li jista’ jiġi rreġistrat) li wasslu għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 003971561, li tagħha l-appellanti hija wkoll il-proprjetarja għall-istess prodotti u li tirrigwarda sinjal simili ħafna għas-sinjal irrifjutat.

4.

Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ trade marks oħra rreġistrati bħala “għaqda ta’ kuluri”

Matul il-fażijiet preċedenti tal-proċeduri, ġew iċċitati trade marks oħra li kollha jirrappreżentaw preċedent ta’ importanza enormi f’din il-kawża.

Għalhekk, ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni fir-rigward tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma huwiex raġonevoli, jekk mhux kompletament inġustifikat, u huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi, b’mod partikolari jekk wieħed iqis li l-ġurisprudenza ma tikkostitwixxix biss deċiżjonijiet vinkolanti iżda tesprimi l-prinċipji tad-dritt stabbiliti diversi drabi mill-EUIPO u mill-Qorti Ġenerali.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-26 ta’ Settembru 2017 – Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach vs Szef Krajowej Administracji Skarbowej

(Kawża C-566/17)

(2018/C 013/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach

Konvenut: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Domanda preliminari

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, jipprekludu prattika nazzjonali li tagħti dritt sħiħ li titnaqqas it-taxxa tal-input marbuta max-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi li jintużaw kemm għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT (intaxxati u eżentati) u kif ukoll għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, minħabba l-assenza fil-liġi nazzjonali ta’ metodi u ta’ kriterji ta’ tqassim tal-ammonti tat-taxxa tal-input għat-tipi ta’ tranżazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU L 347, p. 1


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Martin Wächtler vs Finanzamt Konstanz

(Kawża C-581/17)

(2018/C 013/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martin Wächtler

Konvenut: Finanzamt Konstanz

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002, b’mod partikolari l-preambolu tiegħu u l-Artikoli 1, 2, 4, 6, 7, 16 u 21 tiegħu u l-Artikolu 9 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, sabiex tevita kull telf ta’ natura fiskali, it-tassazzjoni (mingħajr posponiment) ta’ apprezzamenti latenti li jkunu għadhom mhux irrealizzati fil-valur ta’ drittijiet ta’ kumpannija, meta ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, li jkun inizjalment taxxabbli b’mod illimitat f’dan l-Istat Membru, jittrasferixxi d-domiċilju tiegħu minn dan l-Istat Membru lejn l-Isvizzera, u mhux lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn Stat li għalih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea?


(1)  ĠU 2009 L 353, p. 71.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Verwaltungsgerichtshof (l–Awstrija) fil–5 ta’ Ottubru 2017 – Finanzamt Linz, Finanzamt Kirchdorf Perg Steyr

(Kawża C-585/17)

(2018/C 013/07)

Lingwa tal-kawża: il–Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Linz, Finanzamt Kirchdorf Perg Steyr

Parti oħra: Dilly’s Wellnesshotel GmbH

Domandi preliminari

1.

Modifika ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata, li permezz tagħha Stat Membru jirrinunzja li jkompli juża l-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna għal grupp speċifiku (separabbli) ta’ benefiċjarji u jnaqqas għalhekk biss il-livell ta’ għajnuna mogħtija taħt miżura ta’ għajnuna eżistenti, tikkostitwixxi, f’każ bħal dak inkwistjoni, modifika ta’ skema ta’ għajnuna li hija suġġetta (fil-prinċipju) għal notifika skont l-Artikolu 108(3) TFUE?

2.

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (1) tas-6 ta’ Awwissu 2008 (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), il-projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 108(3) TFUE tista’, fil-każ ta’ difett formali, trendi inapplikabbli restrizzjoni ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata, b’mod li l-Istat Membru jkun marbut, minħabba l-projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni, iħallas għajnuna lil ċerti benefiċjarji (“obbligu ta’ implementazzjoni”)?

3a.

Leġiżlazzjoni dwar ir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija bħal dik inkwistjoni, li tistabbilixxi espliċitament, permezz ta’ formola legali ta’ kalkolu, l-ammont ta’ rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija, tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2004 (2) tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat?

3b.

L-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jistabbilixxi eżenzjoni, b’effett minn Jannar 2011, fir-rigward ta’ din il-leġiżlazzjoni dwar ir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88, ĠU 2008, L 214, p. 3.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, ĠU 2014, L 187, p. 1.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/7


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-605/17)

(2018/C 013/08)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Javorský, L. Nicolae u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx, sal-1 ta’ Jannar 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/61/EE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (1), jew, fi kwalunkwe każ, nilli naqset milli tikkomunika tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 10 036,80 kuljum mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, minħabba ksur tal-obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/61/EU;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-iskadenza għall-adozzjoni ta’ miżuri għat-traspożizzjoni tad-direttiva skadiet fl-1 ta’ Jannar 2016.

1.

Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/61/EU, l-Istati Membri kienu marbuta jieħdu l-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex jimplementaw tali direttiva sal-1 ta’ Jannar 2016. Peress li ma rċevietx mir-Repubblika Slovakka konferma tat-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 2014/61/UE imsemmija iktar 'il fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob li r-Repubblika Slovakka tiġi kkundannata għal pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 10 036,80 kuljum. L-ammont ta’ dawn il-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkulat fid-dawl tal-gravità u t-tul tal-ksur u l-effett ta’ deterrent skont il-kapaċità finanzjarja ta’ tali Stat Membru.


(1)  ĠU L 155, 23.5.2015, p. 1.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö (TSN) ry vs Hyvinvointialan liitto ry

(Kawża C-609/17)

(2018/C 013/09)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö (TSN) ry

Konvenuta: Hyvinvointialan liitto ry

Parti oħra: Fimlab Laboratoriot Oy

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li fil-bidu tal-leave annwali tiegħu jew f’parti minnu ma kienx kapaċi għax-xogħol, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi leave li huwa għandu taħt il-ftehim kollettiv u li jaqa’ fil-perijodu kkonċernat, jekk in-nuqqas ta’ trasferiment tal-leave taħt il-ftehim kollettiv ma jnaqqasx id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?

2)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu effetti legali diretti f’relazzjoni ta’ xogħol bejn persuni privati, jiġifieri effett legali orizzontali dirett?

3)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipproteġi l-leave akkwistat, sa fejn it-tul ta’ żmien tal-leave jaqbeż il-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol, u din id-dispożizzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li fil-bidu tal-leave annwali tiegħu jew f’parti minnu ma kienx kapaċi għax-xogħol, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi leave li huwa għandu taħt il-ftehim kollettiv u li jaqa’ fil-perijodu kkonċernat, jekk in-nuqqas ta’ trasferiment tal-leave taħt il-ftehim kollettiv ma jnaqqasx id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Satamaoperaattorit ry

(Kawża C-610/17)

(2018/C 013/10)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry

Konvenut: Satamaoperaattorit ry

Parti oħra: Kemi Shipping Oy

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol minħabba mard tibda matul il-leave annwali tiegħu jew matul parti minnu, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi l-ewwel sitt ijiem tal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li jaqgħu fil-leave annwali, jekk dawn il-ġranet ta’ assenza minħabba mard ma jnaqqsux id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?

2)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu effetti legali diretti f’relazzjoni ta’ xogħol bejn persuni privati, jiġifieri effett legali orizzontali dirett?

3)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipproteġi l-leave akkwistat, sa fejn it-tul ta’ żmien tal-leave jaqbeż il-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol, u din id-dispożizzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol minħabba mard tibda matul il-leave annwali tiegħu jew matul parti minnu, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi l-ewwel sitt ijiem tal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li jaqgħu fil-leave annwali, jekk dawn il-ġranet ta’ assenza minħabba mard ma jnaqqsux id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/9


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Câmpulung – ir-Rumanija) – Dumitru Gavrilescu, Liana Gavrilescu vs SC Banca Transilvania SA, li kienet SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA – sucursala Câmpulung

(Kawża C-627/15) (1)

(2018/C 013/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Staatsanwaltschaft Stuttgart vs J. S. R.

(Kawża C-2/16) (1)

(2018/C 013/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – C, fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Offenburg

(Kawża C-346/16) (1)

(2018/C 013/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy we Wrocławiu – il-Polonja) – Skarb Państwa reprezentowany przez Wojewodę Dolnośląskiego vs Gmina Trzebnica

(Kawża C-19/17) (1)

(2018/C 013/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Jonathan Heintges vs Germanwings GmbH

(Kawża C-74/17) (1)

(2018/C 013/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 151, 15.05.2017.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Kathrin Meyer vs TUIfly GmbH

(Kawża C-196/17) (1)

(2018/C 013/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Michael Siegberg vs TUIfly GmbH

(Kawża C-276/17) (1)

(2018/C 013/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Dolj – ir-Rumanija) – Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţă, Vasilica Gheorghiţă/ vs SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

(Kawża C-400/17) (1)

(2018/C 013/18)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 309, 18.9.2017


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – Andreas Fabri, Elisabeth Mathes vs Sun Express Deutschland GmbH

(Kawża C-418/17) (1)

(2018/C 013/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017


Il-Qorti Ġenerali

15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – Aurora vs CPVO – SESVanderhave (M 02205)

(Kawża T-140/15) (1)

([“Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Varjetà ta’ pitravi għaz-zokkor M 02205 - Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94 - Karattru distint tal-varjetà kandidata - Eżami tekniku - Proċedura quddiem il-Bord tal-Appell - Obbligu li jiġu evalwati b’kura u b’imparzjalità l-provi rilevanti kollha tal-każ ineżami - Setgħa ta’ riforma”])

(2018/C 013/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Srl (Finale Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment L.-B. Buchman, sussegwentement L.-B. Buchman, R. Crespi u M. Razou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement F. Mattina u M. Ekvad u fl-aħħar nett F. Mattina, M. Ekvad u A. Weitz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SESVanderhave NV (Tirlemont, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment K. Neefs u P. de Jong, sussegwentement P. de Jong, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO, tas-26 ta’ Novembru 2014 (Każ A 010/2013), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aurora u SESVanderhave.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti (CPVO) tas-26 ta’ Novembru 2014 (Każ A 010/2013) hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Is-CPVO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aurora Srl.

4)

SESVanderhave NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Petrov et vs Il-Parlament

(Kawża T-452/15) (1)

((“Membru tal-Parlament Ewropew - Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament - Ċittadin ta’ Stat Membru - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etniċi - Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Ammissibbiltà ta’ motiv - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter”))

(2018/C 013/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andrei Petrov (Saint Petersburg, ir-Russja), Fedor Biryukov, (Moska, ir-Russja) u Alexander Sotnichenko (Saint Petersburg) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta l-aċċess għall-bini tiegħu lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andrei Petrov, Fedor Biryukov u Alexander Sotnichenko huma kkundannati jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sosnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Voigt vs Il-Parlament

(Kawża T-618/15) (1)

((“Membru tal-Parlament Ewropew - Rifjut li jkun disponibbli bini tal-Parlament - Ċittadini ta’ Stati terzi - Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika - Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Ammissibbiltà ta’ motiv - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi”))

(2018/C 013/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Udo Voigt (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rikorrent sala sabiex fiha ssir konferenza stampa fis-16 ta’ Ġunju 2015 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta l-aċċess għall-bini tiegħu lil ċittadini Russi,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Udo Voigt huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sosnuti mill-Parlament Ewropew, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Urgo recherche innovation et developpement (Immunostad)

(Kawża T-403/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Immunostad - Trade mark nazzjonali preċedenti ImmunoStim - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tat-trade marks - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Parti sinjifikattiva tal-pubbliku rilevanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])

(2018/C 013/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Botis, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Urgo recherche innovation et développement, li kienet Société de développement et de recherche industrielle, sussegwentement Vivatech (Chenôve, Franza) (rappreżentanti: A. Sion u A. Delafond-Nielsen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2016 (Każ R 863/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vivatech u Stada Arzneimittel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Cotécnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)

(Kawża T-465/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea cotecnica OPTIMA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea visán Optima PREMIUM PETFOOD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 013/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cotécnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, J. Erdozain López u J. Galán López, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Visán Industrias Zootécnicas, SL (Arganda, Spanja) (rappreżentant: P. Alesci Naranjo, avocat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 229/2016–2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Visán Industrias Zootécnicas u Cotécnica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cotécnica, SCCL, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Visán Industrias Zootécnicas, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – von Blumenthal et vs BEI

(Kawża T-558/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà”))

(2018/C 013/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu), Marc D’Hooge (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), Giulia Gaspari (il-Lussemburgu), Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) u Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u dawk sussegwenti, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tas-16 ta’ Diċembru 2014 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-4 ta’ Frar 2015, kif ukoll tar-rendikonti dwar l-ippremjar tal-prestazzjoni stabbiliti f’April 2015 favur ir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, sabiex il-BEI jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti, l-ewwel nett, somma li tikkorrespondi għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa skont id-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti skont l-impennji tal-BEI u, it-tieni nett, danni materjali minħabba t-telf tal-kapaċità ta’ akkwist tagħhom u danni morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Henry von Blumenthal, Marc D’Hooge, Giulia Gaspari, Patrick Vanhoudt u Dalila Bundy huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-99/15) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2017 – PF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-617/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Artikolu 43 u Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Użu tal-lingwi fil-kuntest tal-funzjonijiet eżerċitati minn amministraturi assenjati f’funzjonijiet lingwistiċi u minn amministraturi assenjati f’funzjonijiet mhux lingwistiċi - Assenzi ġġustifikati - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 013/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PF (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 8 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PF huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-47/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – HD vs Il-Parlament

(Kawża T-652/16 P) (1)

((“Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Projbizzjoni tal-kumulu ta’ allowances tal-istess natura - Talba għal irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Protezzjoni tad-data personali - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 013/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: HD (rappreżentant: C. Bernard Glanz, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament (rappreżentanti: M. Ecker u L. Deneys, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HD vs Il-Parlament (F-136/15, EU:F:2016:169), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)

(Kawża T-771/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EZMIX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Ugwaljanza fit-trattament u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))

(2018/C 013/28)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Toontrack Music AB (Umeå, l-Isveżja) (rappreżentant:L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2436/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EZMIX bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toontrack Music AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2017 – Bowles vs BĊE

(Kawża T-564/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Żieda fis-salarju - Membri tal-Kumitat tal-Persunal - Eliġibbiltà - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2018/C 013/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Bowles (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u A. Tymen, sussegwentement L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Malfrère u E. Carlini, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2015, ikkomunikata lill-persunal fit-13 ta’ Marzu 2015, li permezz tagħha l-BĊE rrifjuta li jagħti lir-rikorrent żieda addizzjonali fis-salarju għas-sena 2015 kif ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tad-9 ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal annullament.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 16 tat-18.1.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-130/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2017 – Pilla vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-784/16) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Miżuri provviżorji - Talba għal għajnuna legali mressqa wara l-preżentata ta’ rikors - Programm ‘Creative Europe (2014-2020)’ - Sejħa għal proposti dwar is-sostenn għal azzjoni preparatorja - Deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ kriterju ta’ eliġibbiltà - Sussidji disponibbli biss għall-persuni ġuridiċi - Ksur tar-rekwiżiti formali - Assenza tal-imputabbiltà tal-atti lill-ECEA - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2018/C 013/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rinaldo Pilla (Venafro, l-Italja) (rappreżentanti: A. Silvestri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u C. Gheorghiu, aġenti) u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u V. Sansonetti, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2016 li tiċħad il-kandidatura ppreżentata mir-rikorrent fil-kuntest tas-sejħa għal proposti “EAC/S05/2016, Support for a preparatory action to create an EU Festival Award and an EU Festival Label in the field of Culture: EFFE (Europe for Festivals – Festivals for Europe)” tas-26 ta’ April 2016, fit-tieni lok, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali, prinċipalment, tikkonstata u tiddikjara l-ammissabbiltà tal-kandidatura tar-rikorrent jew, sussidjarjament, tannulla il-“proċedura ta’ għażla nnifisha”, fit-tielet lok, talba intiża għall-ksib tas-sospensjoni tal-proċedura ta’ għażla u, fir-raba’ lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sofra minħabba ċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud għaliex manifestament inammissibbli sa fejn dan huwa indirizzat kontra l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

2)

Ir-rikors huwa miċħud parzjalment għaliex manifestament inammissibbli u parzjalment għaliex manifestament infondat fid-dritt, sa fejn dan huwa indirizzat kontra l-Kummissjoni Ewropea.

3)

It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.

4)

Rinaldo Pilla huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Protezzjoni tal-minoritajiet nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni - Prinċipju ta’ attribuzzjoni - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Assenza ta’ urġenza”))

(2018/C 013/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R.-H. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Liţu, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: H. Krämer u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/652 tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack — miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (ĠU 2017, L 92, p. 100).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Activa Minoristas del Popular vs BĊE u SRB

(Kawża T-618/17)

(2018/C 013/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Activa Minoristas del Popular. Asociación para la tutela de los inversores minoristas afectados por la resolución, supervisión y gestión del Banco Popular (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Arredondo Diaz, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors għal annullament;

tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt ta’ aċċess għall-fajl li jikkonċerna r-riżoluzzjonijiet ikkontestati;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord Unika ta’ Riżoluzzjoni u tiddikjaraha nulla u bla effett mid-data tal-adozzjoni tagħha, u sussidjarjament, fil-każ li l-annullament tagħha jkun impossibbli, tiddikjara li hemm dritt għal kumpens għal danni kkawżati bħala riżultat ta’ din;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti sad-deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/20


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Spinoit vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-711/17)

(2018/C 013/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bernard Spinoit (Charleroi, il-Belġju) (rappreżentant: H. Hansen, avocat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni mingħajr data u ffirmata eletronikament fit-3 ta’ Awwissu 2017, bit-titolu “Talba għas-sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 3 tal-kuntratt ENPI/2016/381-920 SOFRECO “Reklutaġġ ta’ assistenza teknika għall-programm ta’ sostenn għall-implementazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (P3A III)”;

taqta’ u tiddeċiedi li hemm lok għal kumpens sħiħ għad-dannu materjali u morali kkawżat lir-rikorrent minħabba ksur serju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba li jikkonsisti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni mingħajr data u ffirmata eletronikament fit-3 ta’ Awwissu 2017, bit-titolu “Talba għas-sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 3 tal-kuntratt ENPI/2016/381-920 SOFRECO “Reklutaġġ tal-assistenza teknika għall-programm ta’ sostenn għall-implementazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (P3A III)”;

tikkundanna lill-konvenuti flimkien, jew jekk le in solidum, jew jekk le kull wieħed għat-total, iħallsu lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 209 950,00 għad-dannu materjali u l-ammont ta’ EUR 15 000,00 għad-dannu morali;

f’kull każ,

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż kollha;

tirriżerva lir-rikorrent id-drittijiet, is-somom dovuti, il-motivi u l-azzjonijiet l-oħra kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, inkwantu minn naħa, ir-rikorrent ma ġiex mismugħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u ma kellux aċċess għall-fajl li jirrigwardah u, min-naħa l-oħra, il-motivazzjoni li tinsab f’din id-deċiżjoni ma tippermettix lir-rikorrent jifhem dak li huwa qiegħed jiġi akkużat bih.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Chioreanu vs ERCEA

(Kawża T-717/17)

(2018/C 013/34)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Nicolae Chioreanu (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: D.-C. Rusu, avukat)

Konvenuta: L-Agenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-Proposta Nru 741797-NIP, ERC-2016-ADG;

tordna lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jeżamina mill-ġdid il-proposta ta’ riċerka.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4975 dwar ir-regoli tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, ta’ selezzjoni u ta’ għoti rilevanti għall-programm speċifiku Orizzont 2020.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – The Vianel Group vs EUIPO – Viania Dessous (VIANEL)

(Kawża T-724/17)

(2018/C 013/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Vianel Group LLC (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Perrichon, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viania Dessous GmbH (Mössingen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “VIANEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 181 484

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 285/2017-5

Talbiet

tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell kiser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tiegħu tar-rilevanza tal-prova tal-użu prodotta mill-opponent, tax-xebh tal-prodotti u tas-sinjali inkwistjoni u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/22


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Clestra Hauserman vs Il-Parlament

(Kawża T-725/17)

(2018/C 013/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Clestra Hauserman (Illkirch Graffenstaden, Franza) (rappreżentant: J. Gehin, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tinsab fl-ittra tiegħu tal-24 ta’ Awwissu 2017, li tinnotifika lir-rikorrenti biċ-ċħid tal-offerta li din kienet ippreżentat għall-lott Nru 55 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-16-AO8 relattiva għall-proġett ta’ estensjoni u ta’ tiġdid tal-bini [Konrad Adenauer] fil-Lussemburgu (iktar ’il quddiem “id-deċiżjoni ta’ ċħid”), kif ukoll id-deċiżjoni li dan il-lott jingħata lil offerent ieħor (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-għoti”);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew tħallasha danni fl-ammont ta’ EUR 1 000 893 abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, u f’kull każ is-somma ta’ EUR 50 000 abbażi tal-ispejjeż ta’ preparazzjoni tal-offerta ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal offerti Nru 2014/S 123-218302;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura irregolari tad-deċiżjoni ta’ eliminazzjoni tal-kumpannija Clestra Hauserman sa fejn din tirriżulta mit-twettiq tat-tieni proċedura ta’ sejħa għal offerti mibdija b’mod irregolari skont l-avviż ta’ kuntratt Nru 2016/S 215-391081 tat-8 ta’ Novembru 2016 bħala segwenti għal proċedura ta’ sejħa għal offerti inizjali li kienet wasslet għall-għoti tal-kuntratt lill-impriża rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ ġustifikazzjoni tal-ammissibbiltà tal-offerta tal-impriża li ngħatat il-kuntratt b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet relattivi għall-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-impriża li ngħatat il-kuntratt (Artikoli 12 u 13 tal-ispeċifikazzjonijiet) u tad-dokumenti meħtieġa fi ħdan l-istedina għall-offerti (Artikoli I sa VI.G).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-inammissibbiltà tal-offerta tal-impriża li ngħatat il-kuntratt sa fejn l-irregolarità tagħha kellha tiġi kkonstatata abbażi tan-natura anormalment baxxa tagħha u sa fejn minħabba dan l-għażla tagħha tikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, f’dak li jikkonċerna l-iżvolġiment tat-tieni proċedura ta’ sejħa għal offerti.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/23


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-726/17)

(2018/C 013/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Fessenheim, Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin (Colmar, Franza) u Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2017 (GESTDEM 2017/2593) li tirrifjuta li tikkomunika l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Marzu 2017 lill-awtoritajiet Franċiżi fir-rirgward tal-protokoll ta’ kumpens tal-grupp EDF fir-rigward tal-abrogazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-operat taċ-ċentrali nukleari ta’ Fessenheim.

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tikkomunika lir-rikorrenti l-imsemmija ittra tat-22 ta’ Marzu 2017;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt għal rimedju effettiv.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2017 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-730/17)

(2018/C 013/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u C.-N. Dede, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni (C(2017) 5879 finali) tat-22 ta’ Awwissu 2017 tas-Segretarju Ġenerali f’isem il-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea relatati ma’ lista eżawrjenti tal-kuntratti speċifiċi kollha ffirmati bejn il-Kummissjoni u fornitur speċifiku matul l-aħħar sitt snin u għal kopja tat-talbiet għal stima kollha relatati ma’ dawk il-kuntratti speċifiċi.

tordna lill-Kummissjoni li tipprovdi din l-informazzjoni b’mod ċar u komplet sabiex il-pubbliku u l-applikanti jkunu jistgħu jakkalkolaw in-numru ta’ persuni-ġranet li l-fornitur speċifiku ffattura lill-Kummissjoni kull sena;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti sostnuti fir-rigward ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas mill-konvenuta li twettaq evalwazzjoni individwali fir-rigward tad-dokumenti mitluba, bi ksur tal-Artikolu 4(6) u tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

2.

It-tieni motiv, li jsostni li ebda mill-eċċezzjonijiet għall-iżvelar taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 ma tapplika fil-każ preżenti u li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja l-piż sproporzjonat li hija ssostni li jirriżulta minn eżami sħiħ u żvelar tad-dokumenti mitluba.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2017 – Dreute vs Il-Parlament

(Kawża T-732/17)

(2018/C 013/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Olivier Dreute (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2017 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, li r-rikorrent jiġi ttrasferit mill-Kabinett tal-President tal-Parlament Ewropew lejn id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari – Direttorat Librerija, tal-Parlament Ewropew, b’effett mis-17 ta’ Jannar 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-20 ta’ Lulju 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-28 ta’ April 2017;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2017 li fl-interess tas-servizz tikkolloka lir-rikorrent mal-Kummissjoni, mill-24 ta’ Mejju 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017, sa fejn din id-deċiżjoni tikkonstitwixxi l-konsegwenza tad-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Jannar u tal-20 ta’ Lulju 2017;

tġġudika s-somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenża tal-awtur tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn, skont ir-rikorrent, l-awtorità kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-kollokament il-ġdid tiegħu kien il-President fil-ħatra tal-Parlament Ewropew u mhux is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament.

2.

It-tieni motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smiegħ kif ukoll fuq ksur tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2015, PERS-DGD(2015)44042, dwar iċ-ċaqliq tal-pożizzjonijiet fi ħdan direttorat ġenerali jew bejn direttorati ġenerali.

3.

It-tielet motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

5.

Il-ħames motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – GMPO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-733/17)

(2018/C 013/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GMPO-Orphan (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, E. Mackenzie, barrister, L. Tsang u J. Mulryne, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fuq is-suq, skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), tal-“Cuprior – trientine”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem;

tikkundanna lill-konvenuta tordna li l-Cuprior jiġi kkwalifikat bħala mediċina orfni u konsegwentement taġġorna r-Reġistru Komunitarju tal-Prodotti Mediċinali Orfni, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Artikolu 5 tad-deċiżjoni kkontestata kien ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tat-terminu “benefiċċju sinifikanti” fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) 141/2000 (iktar 'il quddiem ir-“Regolament dwar il-prodotti mediċinali orfni”).

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni (KPMO)/il-Kummissjoni żbaljaw meta naqsu milli jirrikonoxxu – skont l-għanijiet tal-leġilazzjoni farmaċewtika armonizzata kollha u, b’mod iżjed partikolari, skont it-termini tar-Regolament dwar il-prodotti mediċinali orfni – li d-disponibbiltà ikbar tal-Cuprior madwar l-Unjoni tikkostitwixxi benefiċċju sinijifikanti għall-bżonnijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-KPMO/il-Kummissjoni żbaljaw fid-dritt u/jew wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi applikaw l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar il-prodotti mediċinali orfni.

Il-KPMO/il-Kummissjoni naqsu milli jirrikonoxxu li d-diffikultajiet li jaffettwaw id-disponibbiltà tat-trientine ġewwa l-Unjoni jwasslu neċessarjament sabiex ma jiġux soddisfatti l-bżonnijiet tal-pazjenti jew sabiex jiġu leżi dawn tal-aħħar (minkejja li skont il-linji gwida applikabbli, ma kienx fil-verità neċessarju li r-rikorrenti turi l-eżistenza ta’ dannu għall-pazjenti).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ dritt u/jew ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u/jew proċess xieraq bl-applikazzjoni tal-linji gwida sussegwenti għad-deżinjazzjoni u l-eżami mill-ġdid tal-Cuprior.

Ir-rikorrenti ssostni li l-KPMO/il-Kummissjoni aġixxew b’mod inġust u/jew kisru l-aspettattivi leġittimi tagħha meta applikaw essenzjalment il-linji gwida tal-2016 minflok dawk tal-2003.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-KPMO/il-Kummissjoni wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni meta evalwaw u ċaħdu l-provi ppreżentati mir-rikorrenti dwar id-disponibbiltà mhux suffiċjenti tat-trientine.


(1)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU 2004 L 136, p. 1).


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Lincoln Global vs EUIPO (FLEXCUT)

(Kawża T-736/17)

(2018/C 013/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lincoln Global, Inc. (Santa Fe Springs, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FLEXCUT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 111 198

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 2225/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Trasys International u Axianseu Digital Solutions vs EASA

(Kawża T-741/17)

(2018/C 013/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Trasys International GEIE (Brussell, il-Belġju) u Axianseu Digital Solutions SA (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentanti: L. Masson et G. Tilman, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni meħuda fit-28 ta’ Awwissu 2017 għall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) mid-direttur tagħha, fil-kuntest tal-kuntratt intitolat “EASA.2017.HVP.08: IT Application & Infrastructure Management Services – ITAIMS” […];

għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni impliċita li d-diversi kuntratti qafas ma jingħatawx lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil-preżenza ta’ prezz li jidher anormalment baxx.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/28


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2017 – Kim et vs Il-Kunsill

(Kawża T-742/17)

(2018/C 013/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Su Kim (Pyongyang, il-Korea ta’ Fuq), Song-Sam Kang (Hamburg, il-Ġermanja), Chun-Sik Choe (Pyongyang), Kyu-Nam Sin (Pyongyang) u Chun-San Pak (Pyongyang) (rappreżentanti: M. Lester, QC, S. Midwinter, QC, T. Brentnall u A. Stevenson, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, tat-30 ta’ Awwissu 2017, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007, sa fejn dan japplika fil-konfront tagħhom;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut naqas milli jipprovdi motivazzjoni xierqa u suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kien manifestament żbaljat meta qies li xi wieħed mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkuntestati kien sodisfatt fil-każ tar-rikorrenti; ma hemm l-ebda bażi fattwali għall-inklużjoni tegħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut abbuża mill-poteri tiegħu meta pprova jirrendi mingħajr effett id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv fir-rigward tal-kontestazzjoni tagħhom għall-elenkar preċedenti ta’ isimhom skont l-Artikolu 230 TFUE u/jew li l-konvenut kiser id-dritt tar-rikorrenti għal ugwaljanza fit-trattament.

4.

Ir-raba’motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kien kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi naqas milli jipprovdilhom il-provi li fuqhom huwa bbaża ruħu sabiex jerġa jelenka lir-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u sproporzjonalment, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tagħhom.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/29


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2017 – Bischoff vs EUIPO – Miroglio Fashion (CARACTÈRE)

(Kawża T-743/17)

(2018/C 013/44)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bischoff GmbH (Muggensturm, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Régnier, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miroglio Fashion Srl (Alba, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CARACTÈRE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 061 922

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 328/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell tal-kumpannija Bischoff sabiex titlob dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Nru 007061922 għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 14, 18, 24, 25 u 35;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Miroglio Fashion għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Oy Karl Fazer vs EUIPO – Kraft Foods Belgium Intellectual Property (MIGNON)

(Kawża T-437/17) (1)

(2018/C 013/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.