ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 6

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
9ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 6/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/12 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

1

2018/C 6/02

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 6/03

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 6/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8694 — Hochtief/Abertis) ( 1 )

5

2018/C 6/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2018/C 6/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8701 — Edison/GNVI) ( 1 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/12 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(2018/C 6/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/16 (2), u fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda permezz tar-Riżoluzzjoni 2397(2017) li jżid 16-il persuna u entità waħda fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006).

Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations – Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1718

B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entità li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għall-indikazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u tal-entità kkonċernati dwar il-possibbiltà li jitfgħu applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/1509, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C - Horizontal Issues

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  ĠU L 4, 9.1.2018, p. 16.

(3)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(4)  ĠU L 4, 9.1.2018, p. 1.


9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

(2018/C 6/02)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/12 (3).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C li tiġi kkuntattjata permezz ta' dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/12.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulat f'dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuni kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għall-aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(3)  ĠU L 4, 9.1.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 249


Il-Kummissjoni Ewropea

9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Jannar 2018

(2018/C 6/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1973

JPY

Yen Ġappuniż

135,34

DKK

Krona Daniża

7,4467

GBP

Lira Sterlina

0,88413

SEK

Krona Żvediża

9,8165

CHF

Frank Żvizzeru

1,1709

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6783

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,524

HUF

Forint Ungeriż

308,84

PLN

Zloty Pollakk

4,1663

RON

Leu Rumen

4,6206

TRY

Lira Turka

4,4887

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5289

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4880

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3656

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6702

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5956

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 277,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8924

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7816

HRK

Kuna Kroata

7,4420

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 084,83

MYR

Ringgit Malażjan

4,7929

PHP

Peso Filippin

60,095

RUB

Rouble Russu

68,3774

THB

Baht Tajlandiż

38,565

BRL

Real Brażiljan

3,8825

MXN

Peso Messikan

23,0819

INR

Rupi Indjan

76,0375


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8694 — Hochtief/Abertis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 6/04)

1.

Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hochtief AG (“Hochtief”, il-Ġermanja, sussidjarja ta’ ACS (Spanja)

Abertis Infraestructuras, S.A. (“Abertis”, Spanja).

Hochtief takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Abertis.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kompetizzjoni ta’ offerta pubblika mħabbra minn Hochtief fit-18 ta’ Ottubru 2017.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Hochtief: il-kostruzzjoni, il-konċessjonijiet, il-proprjetà immobbli, il-ġestjoni ta’ faċilitajiet, it-tħaffir b’kuntratt, l-inġinerija u servizzi relatati. Fi ħdan iż-ŻEE, Hochtief hija attiva fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, in-Netherlands, il-Polonja, Spanja u r-Renju Unit.

—   għal Abertis: konċessjonijiet ta’ pedaġġ fuq l-awtostrada u l-forniment ta’ servizzi tal-infrastruttura tal-mobilità u tat-telekomunikazzjonijiet. Fi ħdan iż-ŻEE, Abertis hija attiva fi Spanja, Franza, u sa ċertu punt, fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8694 — HOCHTIEF/ABERTIS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 6/05)

1.

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Verdane Capital Advisors Holding AS (In-Norveġja),

Vitruvian Partners LLP (Ir-Renju Unit),

EasyPark Holding AS (In-Norveġja), ikkontrollata unikament minn Verdane Capital Advisors Holding AS.

Verdane Capital Advisors Holding AS u Vitruvian Partners LLP jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ EasyPark Holding AS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Verdane Capital Advisors Holding AS: ditta ta’ ekwità privata b’interessi f’industriji varji,

—   għal Vitruvian Partners LLP: ditta ta’ ekwità privata b’interessi f’industriji varji,

—   għal EasyPark Holding AS: kumpanija li topera fis-suq tal-mowbajl għall-parkeġġ diġitali li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ parkeġġ diġitali u servizzi għan-negozji, konsumaturi, operaturi tal-parkeġġ u bliet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8701 — Edison/GNVI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 6/06)

1.

Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Edison S.p.A. (“Edison”, l-Italja), li hija ta’ Electricité de France S.A.

Gas Natural Vendita Italia S.p.A. (“GNVI”, l-Italja), ikkontrollata minn Gas Natural Fenosa Internacional SA..

Edison takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ GNVI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Edison: il-produzzjoni u l-provvista tal-elettriku, u l-esplorazzjoni, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta’ gass naturali. Edison topera prinċipalment fl-Italja imma wkoll f’pajjiżi Ewropej oħra, inkluża l-Iżvizzera, il-Greċja, l-Ungerija, il-Bulgarija u r-Rumanija;

—   għal GNVI: provvista ta’ elettriku u gass naturali. GNVI hija attiva fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8701 — EDISON/GNVI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz postali

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).