ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 5

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
8ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 5/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 5/02

Kawża C-98/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – María Begoña Espadas Recio vs Servicio Público de Empleo Estatal (SPEE) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/81/KE — Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Klawżola 4 — Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7/KEE — Artikolu 4 — Ħaddiem part-time tat-tip vertikali — Benefiċċju tal-qgħad — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jiem mhux maħduma mill-perijodi ta’ kontribuzzjoni sabiex jiġi stabbilit it-tul tal-benefiċċju)

2

2018/C 5/03

Kawża C-489/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport ferrovjarju — Direttiva 2001/14/KE — Tariffi marbuta mal-infrastruttura — Tarifikazzjoni — Korp nazzjonali regolatorju li jħares il-konformità tat-tariffi marbuta mal-infrastruttura ma’ din id-direttiva — Kuntratt għall-użu ta’ infrastruttura konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja u impriża ferrovjarja — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Rimbors tat-tariffi mingħajr l-intervent ta’ dan il-korp u barra mill-proċeduri ta’ rikors li jinvolvuh — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti ċivili tiffissa ammont ekwu fil-każ ta’ tariffi li ma jkunux ekwi)

3

2018/C 5/04

Kawża C-649/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – TV2/Danmark A/S vs il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Viasat Broadcasting UK Ltd Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE. — Servizz pubbliku ta’ xandir — Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark — Kunċett ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Sentenza Altmark

3

2018/C 5/05

Kawża C-656/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs TV2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka, Viasat Broadcasting UK Ltd Appell — Għajnuna mill-Istat — L-Artikolu 107(1) TFUE. — Servizz pubbliku ta’ xandir — Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark — Kunċett ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat

4

2018/C 5/06

Kawża C-657/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Viasat Broadcasting UK Ltd vs TV2/Danmark A/S, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka Appell — Għajnuna mill-Istat — L-Artikolu 107(1) TFUE. — Servizz pubbliku ta’ xandir — Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark — Kunċett ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Sentenza Altmark

5

2018/C 5/07

Kawża C-46/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs LS Customs Services SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Merkanzija mhux Komunitarja — Sistema doganali tat-tranżitu Komunitarju estern — Tneħħija tal-merkanzija li taqa’ taħt id-dazji fuq l-importazzjoni mis-sorveljanza doganali — Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali — Artikolu 29(1) — Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-metodu tal-valur ta’ tranżazzjoni — Artikoli 30 u 31 — Għażla tal-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali — Obbligu tal-awtoritajiet doganali li jimmotivaw il-metodu magħżul)

6

2018/C 5/08

Kawża C-204/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – SolarWorld AG vs Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1238/2013 — Artikolu 3 — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti essenzjali tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li jipprovjenu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Dazju kumpensatorju definittiv — Eżenzjoni tal-importazzjonijiet suġġetti għal impenn aċċettat — Natura separabbli)

7

2018/C 5/09

Kawża C-205/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – SolarWorld AG vs Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) (Appell — Sussidji — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1239/2013 — Artikolu 2 — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti essenzjali tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li jipprovjenu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Dazju kumpensatorju definittiv — Eżenzjoni tal-importazzjonijiet suġġetti għal impenn aċċettat — Natura separabbli)

7

2018/C 5/10

Kawża C-217/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il–Ġreċja) – Il–Kummissjoni Ewropea vs Dimos Zagoriou [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa u li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv — Artikolu 299 TFUE — Eżekuzzjoni forzata — Miżuri ta’ eżekuzzjoni — Determinazzjoni tal-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kawżi dwar l-eżekuzzjoni — Determinazzjoni tal-persuna responsabbli għall-obbligu pekunjarju — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-modalitajiet proċedurali nazzjonali — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ ekwivalenza u ta’ effettività]

8

2018/C 5/11

Kawża C-227/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Jan Theodorus Arts vs Veevoederbedrijf Alpuro BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Skema ta’ pagament uniku — Persuna li trabbi l-għoġġiela li kkonkludiet kuntratt ta’ integrazzjoni — Klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-pagament uniku huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni — Ammissibbiltà)

9

2018/C 5/12

Kawża C-298/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Teodor Ispas, Anduţa Ispas vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Dritt għal amministrazzjoni tajba u drittijiet tad-difiża — Leġiżlazzjoni nazzjonali fiskali li tipprevedi d-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni matul proċedura amministrattiva fiskali — Deċiżjoni ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali mingħajr l-għoti lill-persuna taxxabbli tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni)

10

2018/C 5/13

Kawża C-306/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – António Fernando Maio Marques da Rosa vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 5 — Perijodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tal-inqas jum ta’ mistrieħ għal kull perijodu ta’ sebat ijiem — Perijodu ta’ iktar minn sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi)

10

2018/C 5/14

Kawża C-423/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ November 2017 – HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana — Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni — Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat — Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Verżjoni bil-lingwa Bulgara — Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi — Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni — Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors)

11

2018/C 5/15

Kawża C-481/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Obbligu ta’ informazzjoni — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Mezzi ta’ difiża — Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni)

12

2018/C 5/16

Kawża C-499/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – AZ vs Minister Finansów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 98 — Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi — Punt 1 tal-Anness III — Prodotti tal-ikel — Ikel tal-għaġina u kejkijiet — Data minima li jinżamm il-prodott jew data ta’ skadenza — Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

12

2018/C 5/17

Kawża C-552/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tad–9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – Wind Inovation 1 EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Xoljiment ta’ kumpannija li jwassal għat-tħassir tagħha mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Obbligu ta’ likwidazzjoni tal-VAT fuq assi eżistenti u biex titħallas il-VAT likwidata lill-Istat — Żamma jew emenda tal-liġi eżistenti fid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 — Effett fuq id-dritt għal tnaqqis — Artikolu 168]

13

2018/C 5/18

Kawża C-641/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH vs Expert France (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Qorti kompetenti — Kawża minħabba kompetizzjoni żleali mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza — Kawża mressqa minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività tal-kumpannija suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza — Kawża li ma għandha ebda relazzjoni mal-proċedura ta’ insolvenza jew azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha)

14

2018/C 5/19

Kawża C-356/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċedura kriminali kontra Wamo BVBA, Luc Cecile Jozef Van Mol (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika)

14

2018/C 5/20

Kawża C-474/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Colmar) – Franza – proċeduri kriminali kontra Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari identiċi — Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ċertifikat A 1 — Saħħa probatorja)

15

2018/C 5/21

Kawżi magħquda C-655/16 u C-656/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Hitachi Rail Italy Investments Srl (C-655/16), Finmeccanica SpA (C-656/16) vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 2004/25/KE — Offerti pubbliċi ta’ xiri — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) — Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità ta’ superviżjoni li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent u l-bejjiegħ)

16

2018/C 5/22

Kawża C-333/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Braga – il-Portugall) – Caixa Económica Montepio Geral vs Carlos Samuel Pimenta Marinho et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 21 u 38 — Nondiskriminazzjoni — Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self bankarju — Assenza ta’ domanda dwar dispożizzjoni legali tal-Unjoni li ma hijiex dispożizzjoni li ma tinsabx fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

16

2018/C 5/23

Kawża C-500/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Thomas Krauss vs TUIfly GmbH

17

2018/C 5/24

Kawża C-515/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 minn Uniwersytet Wrocławski mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-137/16, Uniwersytet Wrocławski vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

17

2018/C 5/25

Kawża C-556/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

18

2018/C 5/26

Kawża C-561/17 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 mir-Repubblika tal-Polonja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-137/16, Uniwersytet Wrocławski vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

18

2018/C 5/27

Kawża C-584/17 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 minn ADR Center SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla, Awla Estiża) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-644/14, ADR Center SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2018/C 5/28

Kawża C-586/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, I. vs D.

21

2018/C 5/29

Kawża C-588/17 P: Appell ippreżentat fid–9 ta’ Ottubru 2017 mir–Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl–20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-143/15, Ir–Renju ta’ Spanja vs Il–Kummissjoni Ewropea

21

2018/C 5/30

Kawża C-599/17: Rikors ippreżentat fis–16 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir–Renju ta’ Spanja

23

2018/C 5/31

Kawża C-607/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Memira Holding AB

23

2018/C 5/32

Kawża C-608/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Holmen AB

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 5/33

Kawża T-75/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – USFSPEI vs Il-Parlament u Il-Kunsill [Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra — Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 — Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti — Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u mat-trade unions — Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi]

25

2018/C 5/34

Kawża T-831/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal–14 ta’ Novembru 2017 – Alfamicro vs Il–Kummissjoni [Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal- Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (2007 sa 2013) — Rapport ta’ awditu — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tal-ammonti mħallsa — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Adattament tat-talbiet fil-mori tal-kawża — Tpaċija tad-djun — Kontrotalba — Interessi moratorji

26

2018/C 5/35

Kawża T-180/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Icap et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Settur ta’ prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen — Deċiżjoni li tikkonstata sitt okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Manipulazzjoni tar-rati ta’ riferiment interbankarji JPY LIBOR u Euroyen TIBOR — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni bis-suġġett — Parteċipazzjoni ta’ broker fil-ksur — Proċedura ibrida ta’ tranżazzjoni — Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Multi — Ammont bażiku — Adattament eċċezzjonali — Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2018/C 5/36

Kawża T-229/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs ABE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ persunal temporanju għal servizzi tal-informatika — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

27

2018/C 5/37

Kawża T-245/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – Klymenko vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukrajna — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi — Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni — Bażi legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal proprjetà — Dritt għar-reputazzjoni — Proporzjonalità — Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità)

28

2018/C 5/38

Kawża T-246/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Ivanyushchenko vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

29

2018/C 5/39

Kawża T-263/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta Novembru 2017 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Infrastruttura ajruportwali — Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur l-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Irtirar ta’ deċiżjoni — Assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Bdil tas-sistema legali — Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali)

30

2018/C 5/40

Kawża T-668/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Jema Energy vs Enterprise commune Fusion for Energy (Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Trasparenza — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità)

31

2018/C 5/41

Kawża T-129/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Claranet Europe vs EUIPO – Claro (claranet) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea claranet — Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux CLARO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

31

2018/C 5/42

Kawża T-271/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Pempe vs EUIPO – Marshall Amplification (THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti MARSHALL u Marshall AMPLIFICATION — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Ammissibbiltà tat-talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

32

2018/C 5/43

Kawża T-419/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Carrera Brands vs EUIPO – Autec (Carrera) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Carrera — Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Ammissibbiltà tat-talba għal revoka — Ftehim ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni — Deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali — Abbuż ta’ dritt — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] — Talba għas-sospensjoni tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO]

33

2018/C 5/44

Kawża T-456/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Galletas Gullón vs EUIPO – Hug (GULLON DARVIDA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GULLON DARVIDA — Trade mark internazzjonali u trade marks verbali preċedenti DAR VIDA — Produzzjoni ta’ dokumenti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali mogħtija permezz tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Regola 19(1) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saru l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] — Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] — Probabbiltà ta’ konfużjoni]

33

2018/C 5/45

Kawża T-458/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Acquafarm vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Programm operazzjonali ffinanzjat mill-Unjoni — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ krustaċeji li ġejjin mill-Awstralja — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Assenza ta’ azzjoni — Aspettattivi leġittimi)

34

2018/C 5/46

Kawża T-555/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Teeäär vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali — Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju — Regoli ta’ amministrazzjoni tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-persunal — Dannu materjali u dannu morali)

35

2018/C 5/47

Kawża T-586/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Vincenti vs EUIPO (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni minħabba leave tal-mard — Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal)

35

2018/C 5/48

Kawża T-667/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – De Meyer et vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 — Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet tas-servizz — Ommissjoni tal-ismijiet tar-rikorrenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ liġi — Assenza ta’ żnaturament tal-provi — Talba għal rikuża ta’ imħallef)

36

2018/C 5/49

Kawża T-668/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – HL vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u l-kapijiet ta’ dipartiment — Omissjoni tal-isem tal-appellant — Obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ liġi — Assenza ta’ żnaturament tal-provi — Talba għal rikuża ta’ Mħallef)

37

2018/C 5/50

Kawża T-684/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs EUIPO (Għata għal estrazzjoni tal-kċina) [Disinn jew mudell Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzoni ta’ invalidità — Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal estrazzjoni tal-kċina — Disinn jew mudell Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent attent — Livell ta’ libertà tal-kreatur — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002]

37

2018/C 5/51

Kawża T-722/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Mapei vs EUIPO – Steenfabrieken Vandersanden (zerø) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RE-CONzerø — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZERO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

38

2018/C 5/52

Kawża T-723/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Mapei vs EUIPO – Steenfabrieken Vandersanden (RE-CONzerø) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RE-CONzerø — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZERO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)]

39

2018/C 5/53

Kawża T-767/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Nanogate vs EUIPO (metals) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea metals — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

39

2018/C 5/54

Kawża T-802/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FEMIBION — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark — Kwalifika tal-prodotti li għalihom ġie pprovat l-użu ġenwin]

40

2018/C 5/55

Kawża T-194/13 OST: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni (Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura — Nuqqas li tingħata deċiżjoni — Intervent insostenn tal-parti li titlef — Spejjeż marbuta mal-intervent — Emenda tat-talbiet matul il-proċedura)

41

2018/C 5/56

Kawża T-511/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Novartis Europharm vs Il–Kummissjoni (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Zoledronic acid Teva Generics — aċidu żoledroniku — Perijodu ta’ protezzjoni tal-prodott mediċinali Aclasta li jinkludi s-sustanza attiva aċidu żoledroniku — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

42

2018/C 5/57

Kawża T-570/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa — Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa — Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE — Perijodu magħluq għall-kaċċa fil-Liguria)

42

2018/C 5/58

Kawża T-833/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Karp vs Il-Parlament (Rikors għal annullament u għad-danni — Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Klassifikazzjoni — Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Ilment prematur — Irregolarita tal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà)

43

2018/C 5/59

Kawża T-619/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2017 – de la Fuente Martín et vs SRB

44

2018/C 5/60

Kawża T-653/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Relea Álvarez et vs SRB

44

2018/C 5/61

Kawża T-666/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – NeoCell vs EUIPO (BIOACTIVE NEOCELL COLLAGEN)

45

2018/C 5/62

Kawża T-687/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Vendrell Marti vs SRB

46

2018/C 5/63

Kawża T-690/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Uluru et vs Il-Kummissjoni u SRB

46

2018/C 5/64

Kawża T-697/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – De Longhi Benelux vs EUIPO (COOKING CHEF GOURMET)

47

2018/C 5/65

Kawża T-700/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Traviacar et vs SRB

48

2018/C 5/66

Kawża T-701/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – OCU vs SRB

48

2018/C 5/67

Kawża T-706/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – UP vs Il-Kummissjoni

49

2018/C 5/68

Kawża T-739/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2017 – Euracoal et vs Il-Kummissjoni

50

2018/C 5/69

Kawża T-307/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni

51

2018/C 5/70

Kawża T-595/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas–7 ta’ Novembru 2017 – HO vs SEAE

52


 

Rettifika

2018/C 5/71

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-448/17 ( ĠU C 382, 13.11.2017 )

53


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 005/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 437, 18.12.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 424, 11.12.2017

ĠU C 412, 4.12.2017

ĠU C 402, 27.11.2017

ĠU C 392, 20.11.2017

ĠU C 382, 13.11.2017

ĠU C 374, 6.11.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – María Begoña Espadas Recio vs Servicio Público de Empleo Estatal (SPEE)

(Kawża C-98/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/81/KE - Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC - Klawżola 4 - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4 - Ħaddiem part-time tat-tip vertikali - Benefiċċju tal-qgħad - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jiem mhux maħduma mill-perijodi ta’ kontribuzzjoni sabiex jiġi stabbilit it-tul tal-benefiċċju))

(2018/C 005/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Begoña Espadas Recio

Konvenut: Servicio Público de Empleo Estatal (SPEE)

Dispożittiv

1)

Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, ma tapplikax għal benefiċċju tal-qgħad kontributorju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-każ ta’ xogħol part-time vertikali, teskludi l-jiem mhux maħduma mill-kalkolu tal-jiem li fir-rigward tagħhom tħallsu kontribuzzjonijiet u li għalhekk tnaqqas il-perijodu li matul tiegħu jingħata l-benefiċċju tal-qgħad, fejn ikun stabbilit li l-parti l-kbira tal-ħaddiema part-time vertikali huma nisa li huma affettwati negattivament b’tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 171, 26.05.2015


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG

(Kawża C-489/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Direttiva 2001/14/KE - Tariffi marbuta mal-infrastruttura - Tarifikazzjoni - Korp nazzjonali regolatorju li jħares il-konformità tat-tariffi marbuta mal-infrastruttura ma’ din id-direttiva - Kuntratt għall-użu ta’ infrastruttura konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja u impriża ferrovjarja - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Rimbors tat-tariffi mingħajr l-intervent ta’ dan il-korp u barra mill-proċeduri ta’ rikors li jinvolvuh - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti ċivili tiffissa ammont ekwu fil-każ ta’ tariffi li ma jkunux ekwi))

(2018/C 005/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CTL Logistics GmbH

Konvenuta: DB Netz AG

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija, kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, b’mod partikolari tal-Artikolu 4(5) u tal-Artikolu 30(1), (3), (5) u (6) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi stħarriġ tan-natura ekwa tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, każ b’każ, mill-qrati ordinarji, u l-possibbiltà, jekk ikun il-każ, li jinbidel l-ammont ta’ dawn it-tariffi, indipendentement mis-sorveljanza eżerċitata mill-korp regolatorju previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14, kif emendata bid-Direttiva 2004/49.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – TV2/Danmark A/S vs il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Viasat Broadcasting UK Ltd

(Kawża C-649/15 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Sentenza Altmark)

(2018/C 005/04)

Lingwa tal-proċedura: id-Daniż

Partijiet

Appellanti: TV2/Danmark A/S (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, B. Stromsky u L. Grønfeldt, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat), Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, it-totalità ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Viasat Broadcasting UK Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 48, 08.02.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs TV2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka, Viasat Broadcasting UK Ltd

(Kawża C-656/15 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - L-Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat”)

(2018/C 005/05)

Lingwa tal-proċedura: id-Daniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, T. Maxian Rusche u L. Grønfeldt, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: TV2/Danmark A/S (rappreżentanti: O. Koktvedgaard, avukat), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, agent, assistit minn R. Holdgaard, avukat), Viasat Broadcasting UK Ltd, (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukati)

Intervenjent insostenn tal-appellant: Autorité de surveillance AELE (rappreżentanti: C. Zatschler, M. Schneider, Í Isberg u C. Perrin, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015, TV2/Danmark A/S vs Il-Kummissjoni (T-674/11, EU:T:2015:684) hija annullata sa fejn annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, inkwantu l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkunsidrat li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2/Danmark A/S kontra d-Deċiżjoni 2011/839 huwa miċħud.

3)

TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, it-totalità ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Viasat Broadcasting UK Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 48, 08.02.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Viasat Broadcasting UK Ltd vs TV2/Danmark A/S, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-657/15 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - L-Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Sentenza Altmark)

(2018/C 005/06)

Lingwa tal-proċedura: id-Daniż

Partijiet

Appellanti: Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: TV2/Danmark A/S (rappreżentanti: O. Koktvedgaard, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, T. Maxian Rusche u L. Grønfeldt, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015, TV2/Danmark A/S vs Il-Kummissjoni (T-674/11, EU:T:2015:684) hija annullata sa fejn annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, inkwantu l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkunsidrat li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2/Danmark A/S kontra d-Deċiżjoni 2011/839 huwa miċħud.

4)

TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs ta’ dawk sostnuti minn Viasat Broadcasting UK Ltd fil-kuntest ta’ dan l-appella kif ukoll it-totalità ta’ dawn sostnuti minnha fl-ewwel istanza.

5)

Viasat Broadcasting UK Ltd għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha f’dan l-appell.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 222, 20.06.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs “LS Customs Services” SIA

(Kawża C-46/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Merkanzija mhux Komunitarja - Sistema doganali tat-tranżitu Komunitarju estern - Tneħħija tal-merkanzija li taqa’ taħt id-dazji fuq l-importazzjoni mis-sorveljanza doganali - Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Artikolu 29(1) - Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-metodu tal-valur ta’ tranżazzjoni - Artikoli 30 u 31 - Għażla tal-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Obbligu tal-awtoritajiet doganali li jimmotivaw il-metodu magħżul))

(2018/C 005/07)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenuta:“LS Customs Services” SIA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previst f’din id-dispożizzjoni ma huwiex applikabbli fir-rigward ta’ merkanzija li ma tkunx inbiegħet għall-esportazzjoni b’destinazjoni lejn l-Unjoni Ewropea.

2)

L-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 955/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-regolament, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali huma obbligati li jindikaw, fid-deċiżjoni tagħhom li tistabbilixxi l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni dovuti, ir-raġunijiet li wassluhom sabiex ma japplikawx il-metodi ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previsti fl-Artikoli 29 u 30 ta’ dan ir-regolament kif emendat, qabel ma setgħu jiddeċiedu li japplikaw il-metodu previst fl-Artikolu 31 tiegħu, kif ukoll id-data li abbażi tagħha l-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija jkun ġie kkalkolat, u dan sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista’ tevalwa l-fondatezza tagħha u tiddeċiedi b’għarfien sħiħ tal-kunsiderazzjonijiet kollha involuti jekk huwiex utli li jiġi ppreżentat rikors kontra tagħha. Huma l-Istati Membri li għandhom jirregolaw, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-awtonomija proċedurali tagħhom, il-konsegwenzi ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-awtoritajiet doganali u li jipprevedu jekk u sa fejn regolarizzazzjoni hijiex possibbli fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.

3)

L-Artikolu 30(2)(a) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 955/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel ma tkun tista’ ma tapplikax il-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previst f’din id-dispożizzjoni, l-awtorità kompetenti ma hijiex obbligata li titlob lill-produttur li jressqilha l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan il-metodu. Madankollu din l-awtorità hija obbligata li tikkonsulta s-sorsi ta’ informazzjoni u d-databases kollha li jkunu fil-pussess tagħha. Hija għandha wkoll tippermetti lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jikkomunikawlha l-informazzjoni kollha li tista’ tikkontribwixxi għad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija skont din id-dispożizzjoni.

4)

L-Artikolu 30(2) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 955/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali ma humiex obbligati li jimmotivaw in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodi previsti f’din id-dispożizzjoni, taħt (ċ) u (d), fil-każ fejn dawn jiddeterminaw il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija abbażi tal-valur ta’ tranżazzjoni ta’ merkanzija simili konformement mal-Artikolu 151(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/95 tad-19 ta’ Lulju 1995.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – SolarWorld AG vs Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME)

(Kawża C-204/16 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1238/2013 - Artikolu 3 - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti essenzjali tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li jipprovjenu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Eżenzjoni tal-importazzjonijiet suġġetti għal impenn aċċettat - Natura separabbli))

(2018/C 005/08)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, Avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix, T. Maxian Rusche u J.-F. Brakeland, aġenti), China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u A. Scalini, avukati, F. Di Gianni, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SolarWorld AG hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 232, 27.06.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – SolarWorld AG vs Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME)

(Kawża C-205/16 P) (1)

((Appell - Sussidji - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1239/2013 - Artikolu 2 - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti essenzjali tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li jipprovjenu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Eżenzjoni tal-importazzjonijiet suġġetti għal impenn aċċettat - Natura separabbli))

(2018/C 005/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Brandoni solare SpA, Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix, J.-F. Brakeland u T. Maxian Rusche, aġenti), China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u A. Scalini, avukati, F. Di Gianni, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SolarWorld AG hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 232, 27.06.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il–Ġreċja) – Il–Kummissjoni Ewropea vs Dimos Zagoriou

(Kawża C-217/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa u li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Eżekuzzjoni forzata - Miżuri ta’ eżekuzzjoni - Determinazzjoni tal-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kawżi dwar l-eżekuzzjoni - Determinazzjoni tal-persuna responsabbli għall-obbligu pekunjarju - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-modalitajiet proċedurali nazzjonali - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ ekwivalenza u ta’ effettività])

(2018/C 005/10)

Lingwa tal-kawża: il–Grieg

Qorti tar-rinviju

Efeteio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il–Kummissjoni Ewropea

Konvenut: Dimos Zagoriou

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu ma jiddeterminax l-għażla tal-organu ġudizzjarju nazzjonali li għandu l-ġurisdizzjoni jisma’ kawżi marbuta mal-eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-Kummissjoni Ewropea li jinkludu, l-impożizzjoni fuq persuni minbarra l-Istati, ta’ obbligu pekunjarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv, konformement mal-imsemmi artikolu, peress li din id-determinazzjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, dment li din id-determinazzjoni ma tippreġudikax l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, jekk l-applikazzjoni tar-regoli proċedurali nazzjonali għall-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att imsemmi fl-Artikolu 299 TFUE ssirx b’mod nondiskriminatorju meta mqabbla mal-proċeduri intiżi għad-determinazzjoni tal-kawżi nazzjonali tal-istess tip skont modalitajiet li ma jirrendux iktar diffiċili l-irkupru ta’ somom imħallsa koperti minn dawn l-atti meta mqabbla ma’ każijiet paragunabbli li jikkonċernaw l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti.

2)

L-Artikolu 299 TFUE kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)Nru 2052/88, tal-24 ta’ Ġunju 1988, dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-fondi strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħrajn, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1998, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinament bejn l-attivitajiet tal-fondi strutturali differenti, minn naħa, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji oħrajn, min-naħa l-oħra, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4256/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida” għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jiddeterminawx, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-persuni li kontrihom tista’ ssir l-eżekuzzjoni forzata skont deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura ta’ somom imħallsa u li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv.

Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina dawn il-persuni, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Jan Theodorus Arts vs Veevoederbedrijf Alpuro BV

(Kawża C-227/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Skema ta’ pagament uniku - Persuna li trabbi l-għoġġiela li kkonkludiet kuntratt ta’ integrazzjoni - Klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-pagament uniku huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni - Ammissibbiltà))

(2018/C 005/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Theodorus Arts

Konvenuta: Veevoederbedrijf Alpuro BV

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-ammont tal-appoġġ li għalih il-persuna li trabbi l-għoġġiela għandha dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku huwa dovut lil impriża ta’ integrazzjoni meta t-trasferiment ta’ dan l-appoġġ jaqa’ fil-kuntest ta’ vantaġġi u obbligi reċiproċi nnegozjati bejn il-partijiet fil-kuntratt.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Teodor Ispas, Anduţa Ispas vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj

(Kawża C-298/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Dritt għal amministrazzjoni tajba u drittijiet tad-difiża - Leġiżlazzjoni nazzjonali fiskali li tipprevedi d-dritt għal smigħ u d-dritt għal informazzjoni matul proċedura amministrattiva fiskali - Deċiżjoni ta’ impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud maħruġa mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali mingħajr l-għoti lill-persuna taxxabbli tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jservu ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni))

(2018/C 005/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teodor Ispas, Anduţa Ispas

Konvenut: Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj

Dispożittiv

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċeduri amministrattivi intiżi għall-verifika u għall-istabbiliment tal-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, individwu għandu jkollu l-possibbiltà li jingħata, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni u d-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv u kkunsidrati mill-awtorità pubblika għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, sakemm għanijiet ta’ interess ġenerali jiġġustifikaw ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-imsemmija informazzjoni u għall-imsemmija dokumenti.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – António Fernando Maio Marques da Rosa vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA

(Kawża C-306/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 5 - Perijodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tal-inqas jum ta’ mistrieħ għal kull perijodu ta’ sebat ijiem - Perijodu ta’ iktar minn sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi))

(2018/C 005/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: António Fernando Maio Marques da Rosa

Konvenuta: Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtiġux li l-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa mingħajr interruzzjoni ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, li ħaddiem għandu dritt għalihom, għandu jingħata mhux iktar tard mill-jum wara perijodu ta’ sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi, iżda jimponu li dan għandu jingħata f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ November 2017 – HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-423/16 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni - Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat - Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Verżjoni bil-lingwa Bulgara - Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi - Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni - Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors))

(2018/C 005/14)

Lingwa tal-proċedura: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: HX (rappreżentant: S. Koev, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2016, HX vs Il-Kunsill (T-723/14,EU:T:2016:332), huwa annullat.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentat minn HX quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn HX kemm fl-ewwel istanza u kemm fil-kuntest ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-481/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Obbligu ta’ informazzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Mezzi ta’ difiża - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni))

(2018/C 005/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u V. Karra, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C ex 13/NN) mogħtija mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A., u billi ma informatx b’mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri meħuda skont din id-deċiżjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 sa 5 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tat-Trattat FUE.

2)

Ir-Repubblika Elenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.16


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – AZ vs Minister Finansów

(Kawża C-499/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98 - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Punt 1 tal-Anness III - Prodotti tal-ikel - Ikel tal-għaġina u kejkijiet - Data minima li jinżamm il-prodott jew data ta’ skadenza - Prinċipju ta’ newtralità fiskali))

(2018/C 005/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AZ

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikolu 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix – sakemm il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jkun osservat, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika – leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-ikel tal-għaġina u għall-kejkijiet friski għall-kriterju uniku tad-“data minima [tagħhom] li jinżamm il-prodott” jew tad-“data ta’ skadenza” tagħhom.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tad–9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – “Wind Inovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-552/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Xoljiment ta’ kumpannija li jwassal għat-tħassir tagħha mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Obbligu ta’ likwidazzjoni tal-VAT fuq assi eżistenti u biex titħallas il-VAT likwidata lill-Istat - Żamma jew emenda tal-liġi eżistenti fid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 - Effett fuq id-dritt għal tnaqqis - Artikolu 168])

(2018/C 005/17)

Lingwa tal-kawża: il–Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ta’ kumpannija li x-xoljiment tagħha ġiet ordnata minn deċiżjoni ġudizzjarja twassal għall-obbligu li tiġi llikwidata l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa fuq l-attivi eżistenti fid-data tax-xoljiment ta’ din il-kumpannija u li titħallas lill-Istat, bil-kundizzjoni li din ma twettaqx iktar tranżazzjonijiet ekonomiċi b’effett mix-xoljiment tagħha.

2)

Id-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari l-Artikolu 168 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT ta’ kumpannija li x-xoljiment tagħha ġie ordnat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja twassal, anki meta din il-kumpannija tkompli twettaq tranżazzjonijiet ekonomiċi matul it-tqegħid tagħha f’likwidazzjoni, l-obbligu li tiġi llikwidata l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa fuq l-attivi eżistenti fid-data ta’ dan ix-xoljiment u li titħallas lill-Istat u li, permezz tal-istess, tissuġġetta d-dritt għal tnaqqis għall-osservanza ta’ dan l-obbligu.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH vs Expert France

(Kawża C-641/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Qorti kompetenti - Kawża minħabba kompetizzjoni żleali mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza - Kawża mressqa minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività tal-kumpannija suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza - Kawża li ma għandha ebda relazzjoni mal-proċedura ta’ insolvenza jew azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha))

(2018/C 005/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH

Konvenuti: Expert France

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali li permezz tagħha ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – proċedura kriminali kontra Wamo BVBA, Luc Cecile Jozef Van Mol

(Kawża C-356/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika))

(2018/C 005/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Wamo BVBA, Luc Cecile Jozef Van Mol

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika kif ukoll id-dinjità u l-integrità tal-professjonisti tal-kirurġija estetika u tal-mediċina estetika billi tipprekludi lil kull persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika.


(1)  ĠU C 335, 12.09.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Colmar) – Franza – proċeduri kriminali kontra Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

(Kawża C-474/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ċertifikat A 1 - Saħħa probatorja))

(2018/C 005/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Colmar

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

fil-preżenza ta’: Syndicat Prism’emploi, Union départementale CGT du Bas-Rhin, Union de recouvrement des cotisations de sécurité sociale et d’allocations familiales d’Alsace (Urssaf), aventi kawża tal-Urssaf du Bas-Rhin

Dispożittiv

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A 1, maħruġ mill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, jorbot kemm lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru fejn ix-xogħol jitwettaq kif ukoll lill-qrati ta’ dak l-Istat Stat Membru, anki meta jiġi kkonstatat minn dawn tal-aħħar li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-ħaddiem ikkonċernat ma jaqgħux b'mod ċar barra fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament Nru 883/2004.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Hitachi Rail Italy Investments Srl (C-655/16), Finmeccanica SpA (C-656/16) vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawżi magħquda C-655/16 u C-656/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti pubbliċi ta’ xiri - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità ta’ superviżjoni li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent u l-bejjiegħ))

(2018/C 005/21)

Lingwa tal-kawża: l-Italja

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hitachi Rail Italy Investments Srl (C-655/16), Finmeccanica SpA (C-656/16)

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

fil-preżenza ta’: Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp, Bluebell Partners Limited, Elliot International Lp, The Liverpool Limited Partnership, Elliot Associates L.P.

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 2004/25/KE, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ “kollużjoni”, mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Braga – il-Portugall) – Caixa Económica Montepio Geral vs Carlos Samuel Pimenta Marinho et

(Kawża C-333/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 21 u 38 - Nondiskriminazzjoni - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self bankarju - Assenza ta’ domanda dwar dispożizzjoni legali tal-Unjoni li ma hijiex dispożizzjoni li ma tinsabx fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 005/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Braga

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caixa Económica Montepio Geral

Konvenuti: Carlos Samuel Pimenta Marinho, Maria de Lurdes Coelho Pimenta Marinho, Daniel Pimenta Marinho, Vera da Conceição Pimenta Marinho

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga (il-Qorti tad-distrett muniċipali ta’ Braga, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Marzu 2017.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Thomas Krauss vs TUIfly GmbH

(Kawża C-500/17)

(2018/C 005/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Krauss

Konvenuta: TUIfly GmbH

B’digriet tat-28 ta’ Settembru 2017, il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/17


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 minn Uniwersytet Wrocławski mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-137/16, Uniwersytet Wrocławski vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

(Kawża C-515/17 P)

(2018/C 005/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Uniwersytet Wrocławski (rappreżentanti: A. Krawczyk-Giehsmann u K. Szarek, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla d-digriet appellat;

tiddikjara li r-rikors ġie ppreżentat korrettament;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju jallega l-ksur tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan l-aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u li tmur kontra l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà, sa fejn din ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-relazzjoni ġuridika indikata bejn il-konsulent ġuridiku (radca prawny) u l-Università hija bbażata fuq l-indipendenza u l-ugwaljanza tal-partijiet, u li, min-natura tagħha stess, il-professjoni ta’ konsulent ġuridiku fl-ordinament ġuridiku Pollakk hija kkaratterizzata bl-indipendenza kif ukoll bl-assenza ta’ subordinazzjoni tagħha fil-konfront ta’ partijiet terzi u hija wkoll professjoni ta’ fiduċja pubblika.

It-tieni aggravju jallega l-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tat-23 ta’ April 2015. Dan l-aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tad-deċiżjoni tagħha inkwantu, fil-motivi tad-digriet appellat, hija pprovdiet dikjarazzjoni astratta u naqset milli tagħmel rabta bejn l-opinjoni espressa u l-fatti inkwistjoni f’din il-kawża, u għalhekk illimitat b’mod sinjifikattiv il-possibbiltà għall-appellanti li tesponi difiża xierqa.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-556/17)

(2018/C 005/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Pécs, l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alekszij Torubarov

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Uffiċċju tal-Immigrazjoni u tal-Ażil)

Domanda preliminari

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpetat fis-sens li l-qrati Ungeriżi għandhom is-setgħa jirriformaw id-deċiżjonijiet amministrattivi tal-awtorità kompetenti fil-qasam tal-ażil li bihom tiġi miċħuda l-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jikkonċedu l-imsemmija protezzjoni?


(1)  ĠU L 180, p. 60.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/18


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 mir-Repubblika tal-Polonja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-137/16, Uniwersytet Wrocławski vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

(Kawża C-561/17 P)

(2018/C 005/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uniwersytet Wrocławski, L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla fit-totalità tiegħu d-digriet mogħti fit-13 ta’ Ġunju 2017 mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla), fil-Kawża T-137/16 Uniwersytet Wrocławski vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA);

terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid;

tikkundanna lil kull waħda mill-partijiet għall-ispejjeż rispettivi tagħha;

tiddeċiedi l-kawża l-Awla Manja, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li d-digriet appellat kiser it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut, billi wettaq interpretazzjoni żbaljata tiegħu. Id-digriet appellat huwa bbażat fuq ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea li skontha r-rekwiżit ta’ indipendenza tal-avukat, previst fl-Artikolu 19 tal-Istatut, huwa strettament marbut mal-assenza ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg bejn dan tal-aħħar u l-klijent tiegħu. Ir-Repubblika tal-Polonja tqis li din il-linja ta’ ġurisprudenza hija fondamentalment żbaljata u għandha tiġi rriveduta.

Barra minn hekk id-digriet appellat, filwaqt li huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza attwali tal-qrati tal-Unjoni Ewropea, jeċċedi l-limiti ffissati minn din il-ġurisprudenza. Fid-digriet appellat, ir-rekwiżit ta’ indipendenza fil-fatt ma ntrabatx biss mal-assenza ta’ relazzjoni ta’ impjieg, iżda wkoll mal-assenza ta’ relazzjoni rregolata mid-dritt ċivili kif ukoll mal-assenza ta’ riskju li l-ambjent professjonali tal-avukat jinfluwenza l-opinjoni ġuridika tiegħu.

Dan l-approċċ għandu l-konsegwenza tal-limitazzjoni profonda tad-dritt li persuna tiddefendi lilha nnifisha quddiem il-qrati tal-Unjoni. Għalhekk din hija limitazzjoni bbażata fuq kriterji wisq ftit ċari u arbitrarji, li ma għandha ebda bażi espliċita fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u li ma sservi ebda għan komprensibbli.

It-tieni nett, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li d-digriet appellat jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Id-digriet appellat jintroduċi kundizzjoni ġdida u impreċiża ta’ indipendenza tar-rappreżentant, marbuta mal-assenza ta’ riskju ta’ influwenza mill-ambjent professjonali, filwaqt li ma jagħti ebda indikazzjoni fir-rigward tal-mod kif din għandha tiġi evalwata. Konsegwentement, l-appellanti ma tinsabx f’pożizzjoni li tiddetermina jekk ir-rappreżentant li hija għażlet jissodisfax il-kundizzjoni ta’ indipendenza u jekk ir-rikors tagħha huwiex ser jitqies li huwa ammissibbli.

It-tielet nett, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li d-digriet appellat fih insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tar-raġunijiet li jippermettu li jinftiehem għalfejn il-Qorti Ġenerali qieset li r-rappreżentant ma kienx jissodisfa r-rekwiżit ta’ indipendenza u ċaħdet ir-rikors li kien iffirma.

B’mod partikolari l-Qorti Ġenerali ma spjegatx għalfejn relazzjoni bħal dik li kienet torbot lir-rappreżentant mal-Università ta’ Wrocław kienet paragunabbli ma’ relazzjoni ta’ impjieg minkejja l-assenza ta’ subordinazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma spjegatx għalfejn hija ħadet fuq kollox inkunsiderazzjoni ċirkustanzi li ma kinux dawk relatati mal-provvista mir-rappreżentant ta’ servizz ta’ għajnuna legali. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma speċifikat kif, fil-każ ta’ kuntratt irregolat mid-dritt ċivili, jeħtieġ li jiġi interpretat il-kunċett ta’ ambjent professjonali u liema tip ta’ influwenza dan jeżerċita fuq ir-rappreżentant. Barra minn hekk, id-digriet appellat ma jindikax liema tip ta’ riskju huwa marbut ma’ dan it-tip ta’ kuntratt u fiex tikkonsisti l-limitazzjoni tal-indipendenza li minħabba fiha kien neċessarju li r-rappreżentant jiġi eskluż.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/20


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 minn ADR Center SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla, Awla Estiża) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-644/14, ADR Center SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-584/17 P)

(2018/C 005/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ADR Center SpA (rappreżentanti: A. Guillerme, avukat, T. Bontinck, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2017, ADR vs Il-Kummissjoni (T-644/14);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4485 finali tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-irkupru ta’ parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lir-rikorrenti;

tiddeċiedi l-kawża, billi tilqa’ t-talbiet imresqa mill-konvenuta fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat il-prinċipju tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Unjoni tista’ tissussidja biss spejjeż effettivament minfuqa.

Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali żammet interpretazzjoni partikolarment stretta ta’ dan il-prinċipju li huwa inkompatibbli mal-ġurisprudenza preċedenti tal-qorti tal-Ġustizzja u mar-rieda tal-leġiżlatur Ewropew.

2)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat l-Artikolu 299 TFUEm l-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju (1), l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 299 TFUE u l-Artikolu 79(2) tar-Regolament Finanzjarju fis-sens li jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta ordni ta’ rkupru eżekuttiv f’materja kuntrattwali. Barra dan, is-sentenza appellata hija inkompatibbli mal-ġurispreudenza Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE vs Il-Kummissjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-aħħar nett, l-effettività tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE hija mnaqqsa drastikament b’vantaġġ għall-benefiċjarju tas-sussidju sa fejn il-Kummissjoni Ewropea tista’ tiddeċiedi li tieħu miżuri bil-għan ta’ rkupru forzat qabel li l-qorti kompetenti tkun iddeċidiet fuq il-mertu.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Ottubru 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, I. vs D.

(Kawża C-586/17)

(2018/C 005/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, I.

Konvenut: D.

Domandi preliminari

1

(a)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi sistema li fiha l-qorti amministrattiva tal-ewwel istanza dwar l-ażil ma tistax, bħala prinċipju, tieħu inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni tar-rikors motiv għal ażil invokat mill-barrani għall-ewwel darba quddiemha fil-kuntest ta’ dan ir-rikors?

(b)

Jagħmel differenza f’dan ir-rigward jekk jiġix invokat motiv għal ażil effettivament ġdid, jiġifieri motiv għal applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li jkun ibbażat fuq fatti u ċirkustanzi li huma sussegwenti għad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli mill-ażil dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jew motiv ta’ ażil moħbi, jiġifieri motiv għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li jkun ibbażat fuq fatti u ċirkustanzi li huma preċedenti għad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli mill-ażil dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u li l-barrani, minkejja li kellu għarfien tagħhom, jista’ jitqies li naqas milli jiżvelahom diġà matul il-proċedura amministrattiva?

(c)

Jagħmel differenza f’dan ir-rigward jekk il-motiv għal ażil jiġix invokat fil-kuntest ta’ rikors quddiem il-qorti amministrattiva tal-ewwel istanza dwar l-ażil kontra deċiżjoni tal-awtorità responsabbli mill-ażil dwar l-ewwel applikazzjoni jew applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali?

2.

Jekk id-domanda 1(a) titlob risposta affermattiva, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li l-qorti amministrattiva tal-ewwel istanza dwar l-ażil tista’ tagħżel li tirreferi l-eżami ta’ motiv għal ażil, invokat għall-ewwel darba quddiemha fil-kuntest ta’ rikors, għal proċedura ġdida quddiem l-awtorità responsabbli mill-ażil sabiex għalhekk jiġi ggarantit l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ġudizzjarja jew jiġi evitat dewmien inammissibbli ta’ din il-proċedura?


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/21


Appell ippreżentat fid–9 ta’ Ottubru 2017 mir–Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl–20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-143/15, Ir–Renju ta’ Spanja vs Il–Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-588/17 P)

(2018/C 005/29)

Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir–Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García–Valdecasas Dorrego, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il–Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-appell odjern u tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017, mogħtija fil-Kawża T-143/15, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (ECLI:EU:T:2017:534), sa fejn din tikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja, li biha ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea infiq partikolari sostnut mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 23.1.2015, p. 62 sa 205/75), li jikkorrispondi ma’ infiq ammissibbli marbut ma’ żvantaġġi naturali u ma’ miżuri agroambjentali tal-programm ta’ żvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla u León, inkonnessjoni mal-ammont li jikkorrispondi mal-parti mill-għajnuna favur żoni milquta minn żvantaġġi naturali, li jekwivali għal EUR 1 793 798,22;

tiddikjara, permezz tas-sentenza ġdida, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2015, sa fejn din tikkonċerna l-korrezżjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja, li biha ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), li jikkorrispondi mal-kunċetti ta’ żvantaġġi naturali u ma’ miżuri agroambjentali tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Castilla u León, inkonnessjoni mal-ammont li jikkorrispondi mal-parti mill-għajnuna favur żoni milquta minn żvantaġġi naturali, li jekwivali għal EUR 1 793 798,22.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żnaturament manifest tal-fatti

Jeżisti żnaturament manifest tal-fatti sa fejn: i) hekk kif indikat u pprovat mir-Renju ta’ Spanja fir-rikors tiegħu, ġie konkluż ftehim fi ħdan il-korp ta’ konċiljazzjoni dwar il-bażi li fuqu tiġi applikata l-korrezzjoni finanzjarja ii) u sa fejn ir-Renju ta’ Spanja wera li ż-żoni għall-għalf li ma jinkludux fihom annimali jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri kkontestati u, għaldaqstant, jiġu affettwati mill-korrezzjonijiet imposti mill-Kummissjoni.

2.

Żball ta’ liġi marbut mal-portata tal-valur tal-ftehimiet tal-korp ta’ konċiljazzjoni, li jinvolvi ksur manifest tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ kooperazzjoni leali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma rrikonoxxietx il-valur u l-effikaċja tal-ftehimiet parzjali ta’ bejn il-Kummissjoni u Stat Membru fi ħdan il-korp ta’ konċiljazzjoni. Barra minn hekk, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jammonta għal ksur manifest tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ kooperazzjoni, safejn din irrendiet leġittimu n-nuqqas ta’ amministrazzjoni li tirrikonoxxi, unilateralment u mingħajr ebda spjegazzjoni, ftehimiet konklużi ma’ Stat fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni, imfassla legalment u speċifikament bl-iskop li l-Kummissjoni u l-Istati jilħqu ftehim.

3.

Żball ta’ liġi bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata

Il-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni fuq il-punt III.2.3 tal-appell, li fih ġie indikat ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (1), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-bażi meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja kienet tinkludi l-benefiċjarji tal-għajnuna favur żoni żvantaġġati li ma jinkludux żoni għall-għalf.

4.

Żball ta’ liġi marbut mal-portata tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u mal-istħarriġ ġudizzjarju tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll ma’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja

Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-istħarriġ ġudizzjarju kif obbligata tagħmel skont l-Artikolu 31(2) tar-regolament u skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jikkonsisti fid-determinazzjoni dwar jekk l-Istat issodisfax jew le l-obbligu tiegħu li jistabbilixxi li l-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jiġu dedotti mill-imsemmi ksur. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma vverifikat id-data pprovduta mir-Renju ta’ Spanja li kienet turi l-iżball tal-Kummissjoni.

Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali juri ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tal-ġustizzja, sa fejn ma tirrikonoxxix li r-Renju ta’ Spajna ddetermina n-numru ta’ impriżi suġġetti għall-obbligu tal-għadd tal-bhejjem, u sa fejn din iddevjat mid-diskussjoni proċesswali stabbilita mill-partijiet.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (imħassar) (GU 2005, L 209, p. 1).


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/23


Rikors ippreżentat fis–16 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir–Renju ta’ Spanja

(Kawża C-599/17)

(2018/C 005/30)

Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rius u T. Scharf, aġenti)

Konvenut: Ir–Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja, billi ma adottatx, sat-3 ta’ Lulju 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392, tas-17 ta’ Diċembru 2015, dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament (2), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 fid-dritt intern skada fit-3 ta’ Lulju 2016.


(1)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, p. 1)

(2)  GU L 332, p. 126.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Memira Holding AB

(Kawża C-607/17)

(2018/C 005/31)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Memira Holding AB

Domandi preliminari

1)

Fl-evalwazzjoni dwar jekk telf f’kumpannija sussidjarja fi Stat Membru ieħor huwiex definittiv skont it-tifsira mogħtija, inter alia, fil-każ ta’ A, u l-kumpannija parent tista’ għalhekk tnaqqas it-telf fuq il-bażi tal-Artikolu 49 TFUE, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, taħt ir-regoli tal-Istat li fih tinsab is-sussidjarja, hemm restrizzjonijiet fuq il-possibbiltà li jitnaqqas it-telf għall-partijiet minbarra l-parti nnifisha li għamlet it-telf?

2)

Fil-każ li restrizzjoni bħal dik imsemmija fid-domanda nru. 1 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, għandu jitqies jekk, fil-każ inkwistjoni, hemmx parti oħra fl-Istat li fih tinsab is-sussidjarja li setgħet naqqset it-telf li kieku dan kellu jkun permess hemmhekk?


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Skatteverket vs Holmen AB

(Kawża C-608/17)

(2018/C 005/32)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Holmen AB

Domandi preliminari

1)

Id-dritt li jirriżulta minn, fost oħrajn, is-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), għal kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru li, abbażi tal-Artikolu 49 TFUE, tnaqqas it-telf definittiv ta’ sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, jippreżupponi li s-sussidjarja tkun miżmuma direttament mill-kumpannija parent?

2)

Għandha wkoll titqies bħala definittiva l-parti ta’ telf li, minħabba l-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja, ma setgħetx issir tpaċija tagħha mal-profitti mwettqa f’dan l-Istat matul sena partikolari, iżda, minflok, setgħet tiġi posposta sabiex tkun tista’ eventwalment titnaqqas f’sena fil-futur?

3)

Fl-evalwazzjoni ta’ jekk telf huwiex definittiv, għandu jittieħed kont tar-restrizzjonijiet, previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja, għall-possibbiltà għal entità li ma hijiex l-istess waħda li sostniet it-telf, li tnaqqas lil dan it-telf?

4)

Jekk għandu jittieħed kont ta’ restrizzjoni bħal dawk imsemmija fit-tielet domanda, għandu jittieħed kont tal-punt sa fejn ir-restrizzjoni effettivament kellha l-konsegwenza li ma setax ikun hemm tpaċija ta’ xi parti kwalunkwe mit-telf mal-profitti mwettqa minn entità oħra?


Il-Qorti Ġenerali

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – USFSPEI vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-75/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti - Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u mat-trade unions - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”])

(2018/C 005/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, sussegwentement J.-N. Louis, avocats)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Gattinara u J. Currall, sussegwentement G. Gattinara u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(27), (32), (46), (61), (64)(b), 65(b) u (67)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet bħala riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 1023/2013 bi ksur tal-Ftehim dwar ir-Riforma tal-2004, tal-Artikoli 12 u 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fudnamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-proċedura ta’ ftehim prevista mid-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 1981.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 194, 24.6.2014.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal–14 ta’ Novembru 2017 – Alfamicro vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-831/14) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal- Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (2007 sa 2013) - Rapport ta’ awditu - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tal-ammonti mħallsa - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Adattament tat-talbiet fil-mori tal-kawża - Tpaċija tad-djun - Kontrotalba - Interessi moratorji”)

(2018/C 005/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. (Cascais, il–Portugall) (rappreżentanti: inizjalment G. Gentil Anastácio, D. Pirra Xarepe u L. Rodrigues Carvalho, sussegwentement G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u P. Guerra u Andrade, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn li l-Kummissjoni tallega li għandha fir-rigward tar-rikorrenti skont il-ftehim ta’ sussidju Nru 238882 relatat mal-finanzjament mill-Unjoni tal-proġett “Save Energy”, konkluż fil-kuntest tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 2006 (ĠU 2006, L 310, p. 15), u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża, essenzjalment, sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata għar-rimbors tas-sussidju indebitament imħallas fil-kuntest tal-ftehim fuq imsemmi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda huwa miċħud.

2)

Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 277 849,93, miżjuda b’EUR 26,88 bħala interessi għal kull jum ta’ dewmien li jibdew jiddekorru mill-20 ta’ Ġunju 2015.

3)

Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Icap et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-180/15) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur ta’ prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen - Deċiżjoni li tikkonstata sitt okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Manipulazzjoni tar-rati ta’ riferiment interbankarji JPY LIBOR u Euroyen TIBOR - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni bis-suġġett - Parteċipazzjoni ta’ broker fil-ksur - Proċedura ‘ibrida’ ta’ tranżazzjoni - Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ammont bażiku - Adattament eċċezzjonali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 005/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Icap plc (Londra, ir-Renju Unit), Icap Management Services Ltd, (Londra) et Icap New Zealand Ltd, (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: C. Riis-Madsen u S. Frank, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, B. Mongin u J. Norris-Usher, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 432 finali, tal-4 ta’ Frar 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39861 – Prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 432 finali, tal-4 ta’ Frar 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39861 – Prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen), huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu wara t-22 ta’ Awwissu 2007.

2)

L-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat.

3)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu bejn il-5 ta’ Marzu u s-27 ta’ April 2010.

4)

L-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu wara t-18 ta’ Mejju 2010.

5)

L-Artikolu 1(f) tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat sa fejn dan ikopri l-perijodu wara t-18 ta’ Mejju 2010.

6)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2015) 432 finali huwa annullat.

7)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

8)

Icap plc, Icap Management Services Ltd u Icap New Zealand Ltd huma kkundannati jbatu kwart tal-ispejjeż tagħhom stess.

9)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Icap, ta’ Icap Management Services u ta’ Icap New Zealand.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs ABE

(Kawża T-229/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ persunal temporanju għal servizzi tal-informatika - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 005/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) u European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Ampazis, M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

Konvenuta: Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: J. Overett Somnier, J. Mifsud u S. Giordano, aġenti, assistiti minn de H.-G. Kamann u A. Dritsa, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ABE, tat-2 ta’ Marzu 2015 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentati bi tweġiba għas-sejħa għal offerti ristretta EBA/2014/06/OPS/SER/RT, li tirrigwarda l-Lott Nru 1 imsejjaħ “Provvista ta’ persunal temporanju: persunal temporanju fil-qasam tal-informatika” u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u sabiex jinkiseb kumpens tad-dannu li r-rikorrenti kienu allegatament ġarrbu insegwitu għal din id-deċiżjoni minħabba t-telf ta’ possibbiltà li jkunu kklassifikati fl-ewwel post tal-kaskada fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt inkwistjoni, ta’ ammont ta’ EUR 3 000 000, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kundananta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/15) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal proprjetà - Dritt għar-reputazzjoni - Proporzjonalità - Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2018/C 005/37)

Lingwa tal-kawża: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir–Russja) (rappreżentanti: inizjalment B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, u R. Gherson, solicitor, sussegwentement B. Kennelly, J. Pobjoy, R. Gherson u T. Garner, solicitor, u fl-aħħar nett M. Phelippeau, avocat)

Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263TFUE u għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), u t-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar- Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent kien inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oleksandr Viktorovych Klymenko huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Ivanyushchenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-246/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 005/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko (Yenakievo, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, R. Gherson u T. Garner, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u N. Rouam, sussegwentement minn J.-P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Objet

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa waħda, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, huma annullati.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, huma annullati.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta Novembru 2017 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Infrastruttura ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur l-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Irtirar ta’ deċiżjoni - Assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Bdil tas-sistema legali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”))

(2018/C 005/39)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentanti: T. Koncewicz, K. Gruszecka-Spychała u M. Le Berre, avukati) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (Gdynia) (rappreżentant: P. K. Rosiak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u E. Gromnicka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU 2015, L 250, p. 165).

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo, huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Gmina Miasto Gdynia u minn Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Jema Energy vs Enterprise commune Fusion for Energy

(Kawża T-668/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Trasparenza - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”))

(2018/C 005/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jema Energy, SA (Lasarte-Oria, Spanja) (rappreżentant: N. Rey Rey, avukat)

Konvenut: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: R. Hanak, G. Poszler u S. Bernal Blanco, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża b’mod partikolari għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tal-21 ta’ Settembru 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-OPE-278, li tiċħad l-offerta tar-rikorrent għal-lot Nru 1 li jikkonċerna sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat (AGPS-CS).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jema Energy, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Claranet Europe vs EUIPO – Claro (claranet)

(Kawża T-129/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea claranet - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux CLARO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 005/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Claranet Europe Ltd (St. Helier, Jersey) (rappreżentanti: G. Crown, D. Farnsworth u O. Fairhurst, solicitors, u A. Bryson, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Claro SA (São Paulo, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 (Każ R 803/2015-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Claro u Claranet Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Claranet Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Pempe vs EUIPO – Marshall Amplification (THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS)

(Kawża T-271/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti MARSHALL u Marshall AMPLIFICATION - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Ammissibbiltà tat-talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 005/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yusuf Pempe (Créteil, Franza) (rappreżentant: A. Vivès-Albertini,)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marshall Amplification plc (Milton Keynes, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 (Każ R 376/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marshall Amplification u Y. Pempe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Yusuf Pempe huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.07.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Carrera Brands vs EUIPO – Autec (Carrera)

(Kawża T-419/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Carrera - Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Ammissibbiltà tat-talba għal revoka - Ftehim ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni - Deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali - Abbuż ta’ dritt - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] - Talba għas-sospensjoni tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO”])

(2018/C 005/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Carrera Brands Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Markowsky, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Autec AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Früchtl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 278/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Autec u Carrera Brands.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carrera Brands Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Galletas Gullón vs EUIPO – Hug (GULLON DARVIDA)

(Kawża T-456/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GULLON DARVIDA - Trade mark internazzjonali u trade marks verbali preċedenti DAR VIDA - Produzzjoni ta’ dokumenti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali mogħtija permezz tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Regola 19(1) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saru l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001] - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])

(2018/C 005/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: I. Escudero Pérez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hug AG (Malters, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Renck u J. Schmitt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 773/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hug u Galletas Gullón.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Galletas Gullón, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Hug AG.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Acquafarm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-458/16) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Programm operazzjonali ffinanzjat mill-Unjoni - Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ krustaċeji li ġejjin mill-Awstralja - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza ta’ azzjoni - Aspettattivi leġittimi”))

(2018/C 005/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Acquafarm, SL (Huelva, Spanja) (rappreżentant: A. Pérez Moreno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas, I. Galindo Martín u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab wara l-impossibbiltà li jitwettaq proġett ta’ akkwakultura li jirrigwarda l-krustaċji mill-Awstralja u li jirċievi kofinanzjament fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU 2006, L 223, p. 1), minħabba l-projbizzjoni tal-importazzjoni tal-imsemmija krustaċji konformement mad-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU 2008, L 337, p. 41).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Acquafarm, SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Teeäär vs BĊE

(Kawża T-555/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali - Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju - Regoli ta’ amministrazzjoni tajba fil-qasam ta’ ġestjoni tal-persunal - Dannu materjali u dannu morali”))

(2018/C 005/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Raivo Teeäär (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement minn L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Malfrère u K. Kaiser, aġenti, assistiti minn de B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-18 ta’ Awwissu 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jibbenefika mill-għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali u, min-naħa l-oħra, li jikseb kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament kien issubixxa.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-18 ta’ Awwissu 2014, li tiċħad it-talba ta’ Raivo Teeäär intiża sabiex jibbenefika mill-għajnuna għat-tranżizzjoni professjonali stabbilita minn din l-istituzzjoni, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-86/15 u ttrasferita fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-1.9.2016).


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – Vincenti vs EUIPO

(Kawża T-586/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni minħabba leave tal-mard - Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal))

(2018/C 005/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Guillaume Vincenti (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Tóth u A. Lukošiūtė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2015 li permezz tagħha huwa ma tax promozzjoni lir-rikorrent għall-grad ogħla (AST 8), permezz tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015, billi ma inkludiex ismu fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni 2015.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2015 li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni 2015 hija annullata sa fejn Guillaume Vincenti ma tteħidx inkunsiderazzjoni għall-proċedura ta’ promozzjoni 2015.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-16/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – De Meyer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2014 - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u mill-kapijiet tas-servizz - Ommissjoni tal-ismijiet tar-rikorrenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi - Assenza ta’ żnaturament tal-provi - Talba għal rikuża ta’ imħallef”))

(2018/C 005/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pieter De Meyer (Brussell, il-Belġju) u t-8 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u A.-A. Gilly, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tal-20 ta’ Lulju 2016, Adriaen et vs Il-Kummissjoni (F-113/15, EU:F:2016:162), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Pieter De Meyer u l-uffiċjali l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017 – HL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-668/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni mid-diretturi ġenerali u l-kapijiet ta’ dipartiment - Omissjoni tal-isem tal-appellant - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi - Assenza ta’ żnaturament tal-provi - Talba għal rikuża ta’ Mħallef”))

(2018/C 005/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: HL (rappreżentanti: R. Rata, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u A.-A. Gilly, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-20 ta’ Lulju 2016, HL vs Il-Kummissjoni, (F-112/15, EU:F:2016:161), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HL għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs EUIPO (Għata għal estrazzjoni tal-kċina)

(Kawża T-684/16) (1)

([“Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzoni ta’ invalidità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal estrazzjoni tal-kċina - Disinn jew mudell Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent attent - Livell ta’ libertà tal-kreatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])

(2018/C 005/50)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością sp.k. (Sanok, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żabińska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maan sp. z o.o. (Grójec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Rumak, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1212/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Maan u Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością sp.k. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Maan sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Mapei vs EUIPO – Steenfabrieken Vandersanden (zerø)

(Kawża T-722/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RE-CONzerø - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZERO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 005/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mapei SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Caricato, sussegwentement minn M. Fazzini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Steenfabrieken Vandersanden NV (Bilzen, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2371/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Steenfabrieken Vandersanden u Mapei.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mapei SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Mapei vs EUIPO – Steenfabrieken Vandersanden (RE-CONzerø)

(Kawża T-723/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RE-CONzerø - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZERO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])

(2018/C 005/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mapei SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Caricato, sussegwentement minn M. Fazzini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Steenfabrieken Vandersanden NV (Bilzen, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2374/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Steenfabrieken Vandersanden u Mapei.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mapei SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Nanogate vs EUIPO (metals)

(Kawża T-767/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea metals - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 005/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nanogate AG (Quierschied, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-29 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2361/2015-5), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv metals bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nanogate AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2017 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)

(Kawża T-802/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FEMIBION - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark - Kwalifika tal-prodotti li għalihom ġie pprovat l-użu ġenwin”])

(2018/C 005/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vuijst u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1608/2015-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Endoceutics u Merck.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1608/2015-1), hija annullata sa fejn żammet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-“prodotti farmaċewtiċi għat-tisħiħ tas-sistema immunitarja, għall-menopawża, għall-mestrwazzjonijiet, għat-trattament u l-ġestjoni tat-tqala, għall-prevenzjoni, it-trattament u l-ġestjoni tal-istress, għall-prevenzjoni, it-trattament u l-ġestjoni tal-istress ikkawżat minn alimentazzjoni mhux ekwilibrata jew defiċjenti”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Merck KGaA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Endoceutics Inc. quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Endoceutics quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Endoceutics għandha tbati n-nofs tal-ispejjeż tagħha.

5)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/13 OST) (1)

((“Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura - Nuqqas li tingħata deċiżjoni - Intervent insostenn tal-parti li titlef - Spejjeż marbuta mal-intervent - Emenda tat-talbiet matul il-proċedura”))

(2018/C 005/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Ryan, B. Graham, solicitors, W. Knibbeler u P. Stamou, avocats, u sussegwentement A. Ryan, W. Knibbeler, P. Stamou, A. Pliego Selie, F. Hoseinian u P. van den Berg, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, N. von Lingen u H. Leupold u sussegwentement T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, u H. Leupold, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: FedEx Corp. (Memphis, Tennessee, l-Isati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment F. Carlin, barrister, G. Bushell, solicitor, u Q. Azau, avocat, sussegwentement F. Carlin, G. Bushell u N. Niejahr, avocats)

Suġġett

Talba mressqa skont l-Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Dispożittiv

1)

Il-punt 223 tas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni, T-194/13, EU:T:2017:144 huwa emendat kif ġej: “Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk tkun saret talba f’dan is-sens. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 134(2) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk ikun hemm iktar minn parti waħda li titlef il-kawża, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż. Peress li l-Kummissjoni u l-intervenjenti tilfu, hemm lok, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż marbuta mal-intervent. It-tieni nett, hemm lok li l-intervenjenti tiġi kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta mal-intervent tagħha”.

2)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni, T-194/13, EU:T:2017:144 huwa emendat kif ġej: “Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għal dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc., bl-eċċeżżjoni tal-ispejjeż marbuta mal-intervent”.

3)

Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni, T-194/13, EU:T:2017:144 huwa emendat kif ġej: “FedEx Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc., marbuta mal-intervent tagħha”.

4)

United Parcel Service, Inc., il-Kummissjoni u FedEx għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta ma’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Novartis Europharm vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-511/14) (1)

((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Zoledronic acid Teva Generics - aċidu żoledroniku - Perijodu ta’ protezzjoni tal-prodott mediċinali Aclasta li jinkludi s-sustanza attiva aċidu żoledroniku - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 005/56)

Lingwa tal-kawża: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir–Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u M. Wilderspin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)2155 finali tas-27 ta’ Marzu 2014 li tagħti lil Teva Generics BV awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Zoledronic acid Teva Generics – aċidu żoledroniku, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Teva BV.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/15) (1)

((“Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa - Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa - Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE - Perijodu magħluq għall-kaċċa fil-Liguria”))

(2018/C 005/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federcaccia della Regione Liguria (Genova, l-Italja) u l-10 rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: A. Bruni, P. Balletti u A. Mozzati, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u C. Hermes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli taġġorna ċerta data li tirrigwarda l-Italja, li tinsab fid-dokument dwar il-kunċetti ewlenin, redatt mill-Kumitat ORNIS, previst fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7), talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014 li tindika li l-estenzjoni fl-Italja tal-istaġun tal-kaċċa għal ċerti speċi ta’ għasafar ma hijiex konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ aġġornament tad-data li tirrigwarda l-Italja mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Federcaccia della Regione Liguria u l-partijiet l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Karp vs Il-Parlament

(Kawża T-833/16) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Ilment prematur - Irregolarita tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà”))

(2018/C 005/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avocats)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament li jikklassifikaw lir-rikorrent fil-grupp ta’ funzonijiet I, grad 1, fil-kuntest tal-kuntratt ta’ assistent Parlamentari akkreditat konkluż fil-25 ta’ Frar 2015, u fil-gurpp ta’ funzjonijiet II, grad 4, skala 1, fil-kuntest tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt konkluż fit-12 ta’ Mejju 2016, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti b’konsegwenza ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet.

Dispożittiv

1)

It-talba għall-proċedura mħaffa hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Kevin Karp huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/44


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2017 – de la Fuente Martín et vs SRB

(Kawża T-619/17)

(2018/C 005/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Juan Antonio de la Fuente Martín (Madrid, Spanja) u 25 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Durán Muñoz u M. Duran Campos, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla, tneħħi kull effett u tħassar, ir-riżoluzzjoni jew id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, adottata fis-sessjoni eżekuttiva estiża tagħha, tas-7 ta’ Ġunju 2017, SRB, id-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, ippubblikata parzjalment u mhux kompluta fit-12 ta’ Lulju 2017, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, sabiex tirritorna lill-azzjonisti u lid-detenturi ta’ strumenti azzjonarji l-azzjonijiet rispettivi tagħhom u l-istrumenti azzjonarji ta’ dan il-bank, u konsegwentement, tistabbilixxi mill-ġdid id-drittijiet kollha ta’ dawn tal-aħħar;

sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata tal-SRB ikkawżat danni lill-azzjonisti u lid-detenturi ta’ bonds ta’ Banco Popular Español, S.A., li l-SRB għandha l-obbligu li tikkumpensa skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87 tar-Regolament 806/2014, tal-15 ta’ Lulju 2014, tikkundanna lill-SRB u konsegwentement lill-Unjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti fl-ammont li huwa ekwivalenti għall-valur tal-azzjonijiet u tal-istrumenti azzjonarji li kienu proprjetà tar-rikorrenti fil-ġurnata qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jew, jekk ikun il-każ, bl-ammont ekwivalenti għall-valur ekonomiku li kien ikollhom li kieku l-istituzzjoni finanzjarja kienet ġiet suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza ordinarji fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Relea Álvarez et vs SRB

(Kawża T-653/17)

(2018/C 005/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: María Jesús Relea Álvarez (Madrid, Spanja), u 20 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Gómez de Liaño Botella, V. Hernández-Talavera Martin, M. Gómez de Liaño Botella, F. Azpeitia Gamazo u L. Lopez Álvarez, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara r-responsabbiltà patrimonjali tal-Unjoni Ewropea għad-danni kkawżati u tikkundannaha għall-ħlas mill-fond tal-MUR għall-valur tal-istrumenti azzjonarji qabel l-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni, jew sussidjarjament, għall-valur tal-imsemmija strumenti azzjonarji skont ir-rapport tal-espert imħejji minn persuna indipendenti, skont l-Artikolu 340, li fuq il-bażi tiegħu r-rikorrenti jakkumulaw l-azzjonijiet għal annullament ma’ dik għal kumpens għad-danni sostnuti;

tikkundanna għall-ispejjeż ta’ din il-kawża skont l-Artikolu 132 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/45


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – NeoCell vs EUIPO (BIOACTIVE NEOCELL COLLAGEN)

(Kawża T-666/17)

(2018/C 005/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NeoCell Holding Company LLC (Sunrise, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “BIOACTIVE NEOCELL COLLAGEN” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 298 829 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 147/2017-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-applikazzjoni għandha karattru distintiv suffiċjenti li ma tista’ titqajjem ebda oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha skont l-Artikolu 7(1)(b) jew (c) tar-Regolament;

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża u tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/46


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Vendrell Marti vs SRB

(Kawża T-687/17)

(2018/C 005/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Pedro Vendrell Marti (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez u C. López-Mélida de Ramón, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08) u l-evalwazzjoni tal-espert indipendenti li fuqha din id-deċiżjoni hija bbażata skont l-Artikolu 20(15) tar-Regolament 806/2014.

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/46


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Uluru et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-690/17)

(2018/C 005/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Uluru, SL (Madrid, Spanja), Juan Adolfo Álvarez Lorenzana (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) u Raquel Fortet Rodríguez (Madrid) (rappreżentant: B. Cremades Roman, J. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín, P. Marrodán Lázaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-SRB Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement, (a) tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iħallsu lura lir-rikorrenti l-investimenti tagħhom fil-Banco Popular fit-termini indikati fit-talba jew (b) sussidjarjament, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali fit-termini indikati fit-talba;

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali fit-termini indikati fit-talba;

tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara li jsir kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti skont it-termini indikati fit-talba;

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża;

tordna li l-ammonti kollha mogħtija lir-rikorrenti jakkumulaw interessi kumpensatorji mit-23 ta’ Mejju 2017 (jew, sussidjarjament, mis-7 ta’ Ġunju 2017) sad-data tas-sentenza u, fl-istess ħin, interssi moratorji sad-data tas-sentenza, ħlief għall-ispejjeż tal-kawża preżenti, li jibdew jakkumulaw interessi biss moratorji mid-data tas-sentenza; u

tagħti lir-rikorrenti kull rimedju ieħor addizzjonali li jkun xieraq skont il-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/47


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – De Longhi Benelux vs EUIPO (COOKING CHEF GOURMET)

(Kawża T-697/17)

(2018/C 005/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: De Longhi Benelux (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Arnott, A. Nicholls, solicitors u G. Hollingworth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “COOKING CHEF GOURMET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 549 637

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 231/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu quddiem l-EUIPO u quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/48


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Traviacar et vs SRB

(Kawża T-700/17)

(2018/C 005/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Traviacar, S.L. (O Carballiño, Spanja) u 96 rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08) u l-evalwazzjoni tal-espert indipendenti li fuqha din id-deċiżjoni hija bbażata skont l-Artikolu 20(15) tar-Regolament 806/2014.

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/48


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – OCU vs SRB

(Kawża T-701/17)

(2018/C 005/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez, u C. López-Mélida de Ramón, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08) u l-evalwazzjoni tal-espert indipendenti li fuqha din id-deċiżjoni hija bbażata skont l-Artikolu 20(15) tar-Regolament 806/2014.

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/49


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – UP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-706/17)

(2018/C 005/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: UP (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob sabiex il-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ April li fiha d-DG RRHH oppona t-talba tar-rikorrenti għal żmien parzjali fuq bażi medika;

tippronunzja l-annullament, sa fejn ikun hemm bżonn, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2017 li tiċħad it-talba;

tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali ta’ dawn id-deċiżjonijiet, stmat, mingħajr preġudizzju għal evalwazzjoni mill-ġdid, għas-somma ta’ EUR 8 800;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti hija bbażata fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ksur tad-dritt għal smigħ, sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra bbażat ruħha fuq leġiżlazzjoni li tikkonċerna każijiet differenti minn dak tar-rikorrenti mingħajr ma semgħatha u lanqas ippermettietilha tressaq l-osservazzjonijiet tagħha ta’ natura li jinfluwenza il-kontenut tad-deċiżjoni inkwistjoni u, konsegwentement, kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha.

It-tieni parti hija bbażata fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ premura, kif ukoll fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti mwettaq mill-Awtorità tal-Ħatra, sa fejn din setgħet qieset il-kumpensi għal inkapaċità mix-xogħol fid-dawl tar-regoli ġenerali ta’ rimbors tar-regoli komuni. Ir-rikorrenti tqis li ebda dispożizzjoni statutorja ma tipprekludi li l-kumpensi msemmija jistgħu jiġu akkumulati mad-dħul derivanti mill-attività professjonali tagħha, minħabba li s-sitwazzjoni medika tagħha u r-rata ta’ inkapaċità għax-xogħol tagħha ma jissodisfawx il-kriterji ta’ invalidità fuq il-livell mediku previst mir-Regolamenti tal-Persunal.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/50


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2017 – Euracoal et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-739/17)

(2018/C 005/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju), Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein e.V. (Köln, il-Ġermanja), Lausitz Energie Kraftwerke AG (Cottbus, il-Ġermanja), Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), eins energie in sachsen GmbH & Co. KG (Chemnitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, Rechtsanwälte)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 tal-31 ta’ Lulju 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU 2017, L 212, p. 1), sa fejn, b’din id-deċiżjoni, livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) ġew aċċettati u stabbiliti għal emissjonijiet NOx (Artikolu 1, Anness 2.1.3, Tabella 3) u emissjonijiet ta’ merkurju (Artikolu 1, Anness 2.1.6, Tabella 7) li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ faħam u/jew linjite,

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/1442 fl-intier tagħha, kif ukoll

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, ta’ dispożizzjoni legali superjuri, u tal-limiti tas-setgħat mogħtija b’rabta mal-vot fil-kumitat tal-Artikolu 75

Il-Kummissjoni injorat il-limiti mandatorji taħt l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (2) billi introduċiet emenda, mingħajr avviż minn qabel, relatata mal-abbozz ta’ deċiżjoni u billi kkawżat vot immedjat, u b’dan il-mod ma wettqitx l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 li taħdem b’mod oġġettiv lejn l-ikbar appoġġ possibbli fi ħdan il-Kumitat. Minbarra dan, il-Kummissjoni ostakolat lir-rappreżentattivi tal-Istati Membri milli jkollhom il-possibbiltà li jieħdu pożizzjoni xierqa fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni emendat u b’hekk kisret l-Artikolu 291(3) TFUE, li jipprovdi li għandu jiġi żgurat kontroll effettiv tal-Kummissjoni mill-Istati Membri. Minbarra dan, il-Kummissjoni, permezz ta’ approċċ li huwa manifestament immotivat mit-tattika, eżerċitat b’mod abbużiv u żbaljat il-pożizzoni tagħha bħala president tal-Kumitat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, ta’ dispożizzjoni legali superjuri, u tal-limiti tas-setgħat mogħtija abbażi tal-abbozzar ivvizjat mil-lat proċedurali fil-kuntest tal-hekk imsejjaħ Proċess ta’ Sevilla

Skont ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE (3) (Gwida dwar il-BAT), id-deduzzjoni minn konklużjonijiet BAT tista’ sseħħ biss skont standards tekniċi. Id-deduzzjoni għandha ssegwi rekwiżit ta’ kontenut tekniku, u għalhekk, bħala korrispettiv, fid-determinazzjoni huma esklużi kunsiderazzjonijiet ta’ oriġini politika. F’dan il-każ, dawn ir-rekwiżiti ġew injorati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur ta’ dispożizzjoni legali superjuri u tal-limiti tas-setgħat mogħtija permezz tal-kontenut tal-konklużjonijiet BAT ikkontestati

Id-determinazzjoni tal-kontenut, b’mod partikolari tal-BAT-AELs għal NOx u għall-merkurju, fundamentalment tinjora r-rekwiżit ta’ disponibbiltà teknika-ekonomika, li jirriżulta direttament mid-Direttiva 2010/75/UE, u b’hekk timponi piż sproporzjonat lill-operaturi tal-installazzjonijiet affettwati mir-regoli.

Din is-sitwazzjoni inevitabbilment toħloq l-impressjoni li d-determinazzjoni tar-regoli kkontestati kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet politiċi, li huma inammissibbli fl-abbozzar ta’ konklużjonijiet BAT. B’dan il-mod, il-Kummissjoni hawnhekk ukoll abbużat mill-pożizzjoni tagħha u marret lil hinn mis-setgħat tagħha.


(1)  Direttiva 2010/75/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2010, L 334, p. 17).

(2)  Regolament (UE) Nru 182/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU 2011, L 55, p. 13).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Frar 2012, li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-dejta u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument numru C(2012)613) (ĠU 2012, L 63, p. 1).


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/15) (1)

(2018/C 005/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas–7 ta’ Novembru 2017 – HO vs SEAE

(Kawża T-595/16) (1)

(2018/C 005/70)

Lingwa tal-kawża: il–Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-25/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Rettifika

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/53


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-448/17

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 382 tat-13 ta’ Novembru 2017 )

(2018/C 005/71)

It-test fl-avviż fil-ĠU fil-Kawża C-448/17 EOS KSI Slovensko s.r.o. vs Ján Danko u Margita Jalčová għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovenja) fil-25 ta’ Lulju 2017 – EOS KSI Slovensko s.r.o. vs Ján Danko, Margita Danková

(Kawża C-448/17)

(2017/C 382/35)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EOS KSI Slovensko s.r.o.

Konvenuti: Ján Danko, Margita Danková

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-470/12, Pohotovost’, u tal-kunsiderazzjonijiet ifformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll fil-punt 46 tal-motivazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni li, filwaqt li tqiegħed fuq l-istess livell l-interessi protetti mil-liġi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti, ma tawtorizzax, minn naħa, mingħajr il-kunsens tal-konsumatur konvenut, li persuna ġuridika li l-attività tagħha tikkonsisti li tipproteġi kollettivament il-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti u li jiġi osservat l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), kif traspost mill-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili tintervjeni bħala intervenjenti fi proċedura ġudizzjarja sa mill-bidu tagħha u ma tippermettix l-eżerċizzju effettiv, fil-proċedura preżenti, tal-motivi ta’ difiża u ta’ rikors għall-benefiċċju tal-konsumatur għall-finijiet li jiġi protett kontra l-użu ġenerali ta’ klawżoli inġusti, filwaqt li, f’każ ieħor, l-intervenjenti li għandha interess li s-suġġett tal-proċedura jiġi rregolat fil-mertu (mill-perspettiva patrimonjali) u li tintervjeni fi proċedura ġudizzjarja insostenn tal-konvenut ma għandhiex bżonn tal-kunsens ta’ dan tal-aħħar sabiex tintervjeni fil-proċedura ġudizzjarja sa mill-bidu tagħha għall-finijiet li jiġu sostnuti utilment motivi ta’ difiża u ta’ rikors għall-benefiċċju tal-konvenut li insostenn tiegħu hija tintervjeni tmur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza tad-dritt tal-Unjoni?

2)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi C-26/13 u C-94/14, il-kelma ‘ċar’ [li jinftiehem], li tinsab fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li klawżola tista’ tiġi kklassifikata bħala li ma tkunx tinftiehem, li jkollu bħala konsegwenza legali li l-qorti teżamina (ex officio) n-natura inġusta tal-klawżola, anki jekk is-sistema legali (l-istrument) li tirregola din il-klawżola kuntrattwali, hija fiha nnifisha kkomplikata b’mod li l-konsegwenzi legali tagħha huma diffiċilment prevedibbli għall-konsumatur medju u li l-ftehim tagħha ġeneralment jirrikjedi parir legali speċjalizzat li l-ispiża tiegħu hija sproporzjonata meta pparagunata mal-valur tas-servizz li l-konsumatur jirċievi mill-kuntratt?

3)

Jekk qorti tagħti deċiżjoni dwar id-drittijiet li jirriżultaw minn kuntratt konkluż ma’ konsumatur invokati kontra l-konsumatur, fil-kwalità tiegħu bħala konvenut, abbażi biss tal-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, permezz ta’ ordni ta’ ħlas fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, mingħajr bl-ebda mod tapplika fil-kuntest tal-proċedura d-dispożizzjoni tal-Artikolu 172(9) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili, li tipprevedi li ma tinħariġx ordni ta’ ħlas jekk il-kuntratt konkluż ma’ konsumatur jinkludi klawżoli inġusti, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, peress li l-qorti ma tapplikax l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 172(9) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili u fid-dawl tat-terminu qasir sabiex tiġi ppreżentata oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas u tal-eventwali impossibbiltà li jsir kuntatt mal-konsumatur, ma tippermettix li assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandha l-kwalità u li hija awtorizzata tapplika l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif traspost mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili, issostni utilment, mingħajr il-kunsens tal-konsumatur (iżda mingħajr ma l-konsumatur juri n-nuqqas ta’ kunsens tiegħu), l-uniku motiv ta’ difiża tal-konsumatur fil-forma ta’ oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas tmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

4)

Għall-finijiet tar-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi, tista’ titqies bħala rilevanti ċ-ċirkustanza li, skont l-ordinament ġuridiku, il-konsumatur ma għandux dritt għal rappreżentazzjoni legali obbligatorja u li l-ksur ta’ dan id-dritt flimkien ma’ assenza ta’ rappreżentazzjoni legali huwa l-bażi ta’ riskju li ma huwiex insinjifikattiv li ma jinvokax in-natura abbużiva tal-klawżoli kuntrattwali u li dan lanqas ma jressaq att li jawtorizza l-intervent fil-proċedura ġudizzjarja, insostenn tal-pożizzjoni tiegħu, ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li għandha l–kwalità u li hija awtorizzata teżegwixxi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, kif traspost permezz tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili?

5)

Leġiżlazzjoni bħall-proċedura mħaffa dwar ordni ta’ ħlas (Artikoli 172(1) et seq tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili) li tippermetti li tingħata, mal-effetti marbuta ma’ deċiżjoni ġudizzjarja, 1) somma flus favur il-bejjiegħ jew fornitur, 2) fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, 3) minn impjegat amministrattiv ta’ qorti, 4) fuq il-bażi biss tal-affermazzjonijiet tal-bejjiegħ jew fornitur, u dan 5) mingħajr produzzjoni tal-prova u f’sitwazzjoni fejn, 6) il-konsumatur ma huwiex irrappreżentat minn espert tad-dritt u li 7) id-difiża tiegħu lanqas ma tista’ tiġi utilment żgurata, mingħajr il-kunsens tiegħu, minn assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandha l-kwalità u li hija awtorizzata teżegwixxi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif traspost mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari r-rekwiżit li jiġu evalwati ċ-ċirkustanzi tal-kawża kollha skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13/KEE?”


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.