|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 1/01 |
||
|
2018/C 1/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8690 — TDR Capital LLP/Rossini Holding SAS) ( 1 ) |
|
|
2018/C 1/03 |
||
|
2018/C 1/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8536 — Atlantia/Abertis Infraestructuras) ( 1 ) |
|
|
2018/C 1/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8719 — Kyocera/Ryobi/Ryobi Dalian Machinery/Ryobi Sales/Kyocera Industrial Tools) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 1/06 |
||
|
2018/C 1/07 |
||
|
2018/C 1/08 |
Nominazzjoni tal-uffiċjal tas-seduta fil-qafas ta’ proċeduri kummerċjali |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2018/C 1/09 |
||
|
2018/C 1/10 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 1/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8686 — Bunge/IOI/Loders) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 1/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8692 — Saica/Emin Leydier) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/1 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi rikonoxximent formali li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) ma għadhiex valida
(2018/C 1/01)
L-att li għandu jitneħħa mill-acquis attiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8690 — TDR Capital LLP/Rossini Holding SAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 1/02)
Fl-20 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8690. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/2 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.8451 — Tronox/Cristal)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 1/03)
Fl-20 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8451 — Tronox/Cristal, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8536 — Atlantia/Abertis Infraestructuras)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 1/04)
Fit-13 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8536. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8719 — Kyocera/Ryobi/Ryobi Dalian Machinery/Ryobi Sales/Kyocera Industrial Tools)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 1/05)
Fl-20 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8719. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Jannar 2018
(2018/C 1/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2065 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
135,35 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4437 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88953 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,8283 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1718 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7748 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,494 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,59 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1633 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6525 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,5340 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5413 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5128 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,4283 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6955 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6031 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 281,59 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,9000 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8338 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4640 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 266,03 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8495 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,132 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,1176 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,115 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,9504 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,5534 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,6005 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-3 ta’ Jannar 2018
(2018/C 1/07)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2023 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
134,97 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4442 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88640 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,8250 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1736 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7440 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,545 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,29 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1652 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6355 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,5303 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5339 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5047 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3985 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6942 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5988 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 281,39 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,8845 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8168 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4410 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 176,95 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8272 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,988 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,0962 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,110 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,9236 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,3835 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,3455 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/6 |
Nominazzjoni tal-uffiċjal tas-seduta fil-qafas ta’ proċeduri kummerċjali
(2018/C 1/08)
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni nnominat lis-Sinjura Thinam JAKOB għall-kariga ta’ uffiċjal tas-seduta, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/199/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Frar 2012 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri kummerċjali (ĠU L 107, 19.4.2012, p. 5).
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/7 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Lulju 2017
fil-Kawża E-9/16
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. Ir-Renju tan-Norveġja
(Ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006 — Sustanzi kimiċi — Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) — Moviment liberu — Proċedura ta’ restrizzjonijiet — Bażi legali)
(2018/C 1/09)
Fil-Kawża E-9/16, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. Ir-Renju tan-Norveġja — RIKORS għal dikjarazzjoni li n-Norveġja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Att li issir referenza għalih fil-punt 12zc tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)), kif adattat permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u/jew l-obbligi tiegħu skont il-Ftehim, billi żammet fis-seħħ dispożizzjoni nazzjonali bħat-Taqsima 2–32 tar-Regolament dwar il-Prodotti Norveġiżi li jipprojbixxi l-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-konsumatur li fihom ċerti konċentrazzjonijiet ta’ aċidu perfluworoottanojku, il-Qorti, preseduta minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Per Christiansen u Ása Ólafsdóttir (ad hoc), Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fl-14 ta’ Lulju 2017, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiċħad ir-rikors. |
|
2. |
Tordna lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex iġġarrab l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/8 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-20 ta’ Lulju 2017
fil-Kawża E-11/16
Mobil Betriebskrankenkasse vs Tryg Forsikring, appoġġata mill-Uffiċċju Norveġiż tal-Assiguraturi tal-Vetturi (Trafikkforsikringsforeningen)
(l-Artikolu 93 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 — ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 — Drittijiet tal-istituzzjonijiet responsabbli għall-benefiċċji kontra partijiet terzi responsabbli — Surroga u drittijiet diretti)
(2018/C 1/10)
Fil-Kawża E-11/16, Mobil Betriebskrankenkasse vs. Tryg Forsikring, appoġġata mill-Uffiċċju Norveġiż tal-Assiguraturi tal-Vetturi (Trafikkforsikringsforeningen) — TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Distrettwali ta’ Oslo (Oslo tingrett) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, il-Qorti, preseduta minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Benedikt Bogason (ad hoc), Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fl-20 ta’ Lulju 2017, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
|
1. |
Fejn l-istituzzjoni responsabbli mill-benefiċċji għandha, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni li hija tamministra, dritt surrogat jew dirett kontra persuna terza responsabbli għad-dannu subit fi Stat ieħor taż-ŻEE, l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jeżiġi li l-Istati taż-ŻEE l-oħra jirrikonoxxu dawn id-drittijiet kif previst skont il-liġi tal-Istat taż-ŻEE li dik l-istituzzjoni tkun soġġetta għalih. |
|
2. |
Madankollu, dak id-dritt surrogat jew dirett ma jistax jeċċedi d-drittijiet li għandha l-vittma kontra l-parti terza responsabbli għall-ħsara skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru taż-ŻEE fejn seħħ id-dannu, inklużi kwalunkwe regoli applikabbli tad-dritt internazzjonali privat. |
|
3. |
Madankollu, il-fatt li, skont il-liġi tal-Istat taż-ŻEE fejn seħħ id-dannu, ikun ingħata t-trattament meħtieġ mingħajr ma rriżultat ebda spiża għall-vittma ma jipprekludix milli l-istituzzjoni responsabbli tkun tista’ tagħti benefiċċji meta tintalab kumpens mingħand il-vittma għal spejjeż mġarrba minħabba dan it-trattament. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8686 — Bunge/IOI/Loders)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 1/11)
|
1. |
Fit-18 ta’ Diċembru 2017 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Bunge u IOI jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Loders. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Bunge: hija grupp Amerikan ikkwotat fil-Borża li jaħdem fis-settur tal-agri-ikel. L-attivitajiet prinċipali tiegħu jinkludu kummerċ fiż-żrieragħ taż-żejt u ċ-ċereali, qmugħ, ippressar taż-żrieragħ u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żjut tal-ikel. — IOI: hija konglomerat Malasjan attiv, fost oħrajn, bħala produttur taż-żejt tal-palm integrat vertikalment li huwa proprjetarju u jħaddem pjantazzjonijiet taż-żejt tal-palm fil-Malasja u l-Indonesja. — Loders: hija negozju downstream ta’ żjut u xaħmijiet tal-ikel ta’ IOI li jħaddem faċilitajiet ta’ raffinerija u frazzjonament fl-Istati Uniti tal-Amerika, in-Netherlands u l-Malasja. Loders tipproduċi u tissupplixxi żjut u xaħmijiet tal-ikel speċjali u semispeċjali sofistikati lill-klijenti industrijali f’aktar minn 100 pajjiż mad-dinja kollha. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8686 — Bunge/IOI/Loders Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
4.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8692 — Saica/Emin Leydier)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 1/12)
|
1. |
Fl-20 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
SAICA takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Emin Leydier kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Saica: il-ġbir u l-forniment ta’ karta riċiklata, il-manifattura ta’ materjal ikkorrugat għall-kontenituri, il-manifattura ta’ mballaġġ ikkorrugat riċiklat u mballaġġ flessibbli. Saica hija proprjetà tal-kumpanija azzjonarja Aragocias, u topera fi Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, ir-Renju Unit, l-Irlanda, it-Turkija, il-Lussemburgu u n-Netherlands. — Emin Leydier: il-manifattura ta’ materjal ikkorrugat riċiklat għall-kontenituri u soluzzjonijiet ta’ mballaġġ ikkorrugat. Emin Leydier hija attiva prinċipalment fi Franza, iżda wkoll madwar iż-ŻEE. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8692 — Saica/Emin Leydier Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.