ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 444

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
23 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2017/C 444/01 BĊE/2017/42

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/42)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 444/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8647 — Värde/Fraikin) ( 1 )

2

2017/C 444/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 444/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2017/C 444/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2017/C 444/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2017/C 444/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2017/C 444/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 444/09

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijijet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi

8

2017/C 444/10

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijijet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 444/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8721 — Owens Corning/Paroc) ( 1 )

11

2017/C 444/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8737 — AmTrust/Madison Dearborn Partners/Mayfield Holdings JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2017/C 444/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assi ta’ Asco Industries) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2017/C 444/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8745 — CD&R/D’Ieteren/Belron) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 444/15

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

17


 

Rettifika

2017/C 444/16

Rettifika tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( ĠU C 440, 26.11.2016 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Diċembru 2017

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2017/42)

(2017/C 444/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

(3)

Il-BĊE għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024),

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rakkomandat illi Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024).

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8647 — Värde/Fraikin)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/02)

Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8647. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/03)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8068. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Diċembru 2017

(2017/C 444/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1853

JPY

Yen Ġappuniż

134,37

DKK

Krona Daniża

7,4443

GBP

Lira Sterlina

0,88568

SEK

Krona Żvediża

9,9327

CHF

Frank Żvizzeru

1,1735

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,8963

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,750

HUF

Forint Ungeriż

311,82

PLN

Zloty Pollakk

4,1975

RON

Leu Rumen

4,6420

TRY

Lira Turka

4,5250

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5358

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5057

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2648

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6904

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5929

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 276,34

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0586

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7945

HRK

Kuna Kroata

7,5420

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 070,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,8354

PHP

Peso Filippin

59,382

RUB

Rouble Russu

69,0950

THB

Baht Tajlandiż

38,830

BRL

Real Brażiljan

3,9349

MXN

Peso Messikan

23,1255

INR

Rupi Indjan

75,9065


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 444/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-100 anniversarju mit-twelid tal-istatista kbir u Kanċillier Ġermaniż Helmut Schmidt (1918–2015)

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri lil Helmut Schmidt f’poża karatteristika tiegħu hekk kif jinvolvi ruħu fi djalogu mal-interlokutur tiegħu. Fin-nofs ċirku fil-lemin tan-naħa ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni “HELMUT SCHMIDT” u fuq in-naħa tal-lemin is-snin “1918–2015”. Il-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva tidher taħt snin. Fuq ix-xellug hemm il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ “D” u taħtu hemm is-sena tal-ħruġ “2018”. Fin-naħa ta’ isfel hemm l-inizjali tal-artist.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Jannar/Frar 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 444/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Italja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-70 Anniversarju tad-Dħul fis-Seħħ tal-Kostituzzjoni Taljana

Deskrizzjoni tad-disinn : Enrico De Nicola, il-Kap ta’ Stat provviżorju, jiffirma l-att ta’ promulgazzjoni tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana f’Diċembru 27, 1947; fuq il-lemin tiegħu, il-Kap ta’ Gvern Alcide De Gasperi, fuq ix-xellug, Umberto Terracini, President tal-Assemblea Kostitwenti Taljana. Fuq, l-iskrizzjoni “COSTITUZIONE” u l-monogramma tar-Repubblika Taljana “RI”; fl-eżergu, l-iskrizzjoni “CON SICURA COSCIENZA”, “R”, u l-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma, u d-dati “1948 • 2018”, rispettivament is-sena mid-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni Taljana u s-sena tal-ħruġ tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Jannar 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 444/07)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Estonja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-mitt sena mill-indipendenza tal-Estonja

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri flimkien in-numri 18 u 100, li jissimbolizzaw iż-żmien meta l-Estonja saret pajjiż indipendenti u barra minn hekk jirriflettu l-aħħar mitt sena. Fil-lemin tan-naħa ta’ isfel hemm it-test “SADA AASTAT EESTI VABARIIKI” u ħdejh l-isem tal-pajjiż “EESTI” u s-sena tal-ħruġ “2018”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Jannar/Frar 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 444/08)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Is-Slovakkja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 anniversarju mit-twaqqif tar-Repubblika Slovakka

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jissimbolizza d-dħul tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona tal-euro billi juri portal stilizzat li jifforma arkata fuq mappa tas-Slovakkja u s-simbolu tal-euro imdawrin bl-istilel tal-Unjoni Ewropea, uħud minnhom mgħottijin bil-mappa. L-istemma araldika tas-Slovakkja tidher fuq ix-xellug tad-disinn. Fuq in-naħa ta’ isfel fix-xellug, fil-forma ta’ nofs tond hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “SLOVENSKÁ REPUBLIKA”. Id-data tat-twaqqif tal-pajjiż “1.1.1993” u s-sena tal-ħruġ “2018” jidhru, waħda fuq l-oħra, taħt in-naħa tal-lemin tal-mappa. Bejn il-mappa u d-data hemm il-marka taz-zekka taż-Żekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti fl-inizjali “MK” bejn iż-żewġ dammi, u l-ittri stilizzati “PK”, l-inizjali tad-diżinjatur Pavel Károly.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Jannar 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/8


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijijet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi

(2017/C 444/09)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokk P1, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fil-preambolu u fl-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b'dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjonijiet kompetittivi għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokk P1 tal-blata kontinentali tan-Netherlands.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), u (2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu waqt it-13-il ġimgħa li jsegwu l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jintbagħtu lil:

The Minister for Economic Affairs and Climate Policy

attn.: Mr J.L. Rosch, Energy and Environment Directorate

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Se tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb b’telefonata lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru: +31 703797762.


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/9


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijijet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi

(2017/C 444/10)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok B17 u F01 u segmenti tal-blokok B16 (B16b), E3 (E3a), E6 (E6a), F2 (F2b) u F4 (F4a), kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri [Mijnbouwregeling] (il-Gazzetta tal-Gvern [Staatscourant] 2014, No 4928).

Is-sezzjoni tal-blokka B16b hija ddelimitata biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi A-B, B-C, C-D u A-D.

Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:

Vertiċi

°

’’ E.L.

°

’’ N.L.

A

3

59

54,831

55

4

57,466

B

4

19

54,862

55

4

57,480

C

4

19

54,873

54

59

57,470

D

3

59

54,842

54

59

57,456

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.

Is-sezzjoni tal-blokka B16b tkopri erja ta’ 197,6 km2.

Is-sezzjoni tal-blokka E3a hija ddelimitata biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi A-B, B-C, C-D u A-D.

Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:

Vertiċi

°

’’ E.L.

°

’’ N.L.

A

3

47

24,823

54

59

57,447

B

3

59

54,842

54

59

57,456

C

3

59

54,863

54

49

57,436

D

3

47

24,844

54

49

57,427

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.

Is-sezzjoni tal-blokka E3a tkopri erja ta’ 247,7 km2.

Is-sezzjoni tal-blokka E6a hija ddelimitata biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi A-B, B-C, C-D u A-D.

Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:

Vertiċi

°

’’ E.L.

°

’’ N.L.

A

3

47

24,844

54

49

57,427

B

3

59

54,863

54

49

57,436

C

3

59

54,867

54

48

19,433

D

3

47

24,848

54

48

19,424

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.

Is-sezzjoni tal-blokka E6a tkopri erja ta’ 40,6 km2.

Is-sezzjoni tal-blokka F2b hija ddelimitata biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi A-B, B-C, C-D u A-D.

Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:

Vertiċi

°

’’ E.L.

°

’’ N.L.

A

4

19

54,873

54

59

57,470

B

4

28

54,887

54

59

57,476

C

4

28

54,897

54

54

57,466

D

4

19

54,883

54

54

57,460

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.

Is-sezzjoni tal-blokka F2b tkopri erja ta’ 89,1 km2.

Is-sezzjoni tal-blokka F4a hija ddelimitata biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi A-B, B-C, C-D u A-D.

Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:

Vertiċi

°

’’ E.L.

°

’’ N.L.

A

3

59

54,863

54

49

57,436

B

4

19

54,894

54

49

57,450

C

4

19

54,907

54

43

50,438

D

3

59

54,876

54

43

50,423

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.

Is-sezzjoni tal-blokka F4a tkopri erja ta’ 243,2 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fil-blokok B17 u F1 u fis-segmenti tal-blokok B16 (B16b), E3 (E3a), E06 (E6a), F2 (F2b) u F4 (F4a) tal-blata kontinentali tan-Netherlands.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu waqt it-13-il ġimgħa li jsegwu l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken en Klimaat,

ter attentie van de heer J.L. Rosch, directie Energie en Omgeving,

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Se tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq: +31 703797762.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8721 — Owens Corning/Paroc)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/11)

1.

Fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Owens Corning Finland Oy (il-Finlandja), ikkontrollata minn Owens Corning (l-Istati Uniti tal-Amerika),

Paroc Group Oyj (il-Finlandja), ikkontrollata minn Parry I Holding AB (l-Isvezja).

Owens Corning Finland Oy takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Parry I Holding AB kollha kemm hi u b’hekk anki tas-sussidjarja tagħha Paroc Group Oyj.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża Owens Corning: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ soqfa, iżolament u taħlit (composites) tal-fibre glass,

—   l-impriża Paroc Group Oyj: il-produzzjoni u l-provvista ta’ materjali ta’ iżolament tas-suf minerali għall-iżolament tal-bini (applikazzjonijiet termali, kontra n-nirien u akustiċi f’kostruzzjonijiet residenzjali u kummerċjali) u iżolament tekniku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8721 — Owens Corning/Paroc

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8737 — AmTrust/Madison Dearborn Partners/Mayfield Holdings JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/12)

1.

Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AmTrust Financial Services (“AmTrust”) (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Madison Dearborn Partners (“MDP”) (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Mayfield Holdings (“Mayfield”) (l-Istati Uniti tal-Amerka).

AmTrust u MDP jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Mayfield Holdings LLC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   AmTrust: AmTrust hija konglomerat tal-assikurazzjoni bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka

—   MDP: MDP hija ditta tal-investiment f’ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, b’investimenti f’firxa ta’ industriji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8737 — AmTrust/Madison Dearborn Partners/Mayfield Holdings JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assi ta’ Asco Industries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/13)

1.

Fid-19 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Schmolz+Bickenbach AG (l-Isvizzera), ikkontrollata mir-Renova Group;

Asco Industries SAS (Franza).

Schmolz+Bickenbach takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ ċerti partijiet ta’ Asco Industries.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Schmolz+Bickenbach: manifattura ta’ prodotti tal-azzar twal speċjali, b’mod partikulari azzar tal-għodda u azzar twil mhux korrużiv kif ukoll azzar tal-inġinerija mħallat u mħallat ħafna. Schmolz+Bickenbach hija integrata vertikalment tul il-katina kollha ta’ valur, mill-produzzjoni u l-ipproċessar sal-bejgħu u għoti ta’ servizzi u taħdem mad-dinja kollha;

—   Renova Group: grupp tan-negozju privat li jikkonsisti f’kumpaniji ta’ ġestjoni tal-assi u fondi ta’ investiment ta’ portafoll dirett f’varjetà ta’ setturi mad-dinja kollha;

—   Asco Industries: manifattura ta’ prodotti tal-azzar twal speċjali għas-setturi tal-karozzi, l-inġinerija mekkanika, tal-bearings u tal-enerġija fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assi ta’ Asco Industries

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8745 — CD&R/D’Ieteren/Belron)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 444/14)

1.

Fid-19 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Clayton, Dubilier & Rice (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

SA D’Ieteren NV (“D’Ieteren”, il-Belġju),

Belron Group S.A. (“Belron”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn D’Ieteren.

CD&R u D’Ieteren jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Belron kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CD&R: CD&R hija ditta tal-investiment privata,

—   D’Ieteren: D’Ieteren hija involuta, permezz ta-sussidjarji tagħha, fid-disribuzzjoni tal-karozzi, fit-tiswija u l-bdil ta’ ħġieġ tal-karozzi, u fil-manifattura ta’ prodotti fabbrikati,

—   Belron: Belron hija grupp li joffri servizzi ta’ tiswija u bdil tal-ħġieġ tal-karozzi, li f’xi pajjiżi jiġġestixxi wkoll talbiet ta’ assigurazzjoni tal-ħġieġ tal-karozzi u talbiet oħra ta’ assigurazzjoni għal xi assikuraturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8745 — CD&R/D’Ieteren/Belron

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/17


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Estensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

(2017/C 444/15)

Fit-30 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

It-talba konċernata, ta’ Eneco B.V. u N.V. Nuon Energy, hija relatata mal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fin-Netherlands. L-avviżi rilevanti ġew ippubblikati fil-paġna 6 tal-ĠU C 85 tat-18 ta’ Marzu 2017 u fil-paġna 24 tal-ĠU C 212 tal-1 ta’ Lulju 2017.

Skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba għall-eżenzjoni konċernata. Minħabba l-ħtieġa għal informazzjoni addizzjonali biex tissostanzja l-każ, wara t-talba tal-applikant u bi qbil mal-Kummissjoni, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi fuq din it-talba qed jiġi estiż sal-24 ta’ Marzu 2018.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


Rettifika

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/18


Rettifika tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 440 tas-26 ta’ Novembru 2016 )

(2017/C 444/16)

F’paġna 7, il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku, id-disa’ inċiż,

minflok:

“—

Aċidu olejku: ≤70 %;”,

aqra:

“—

Aċidu olejku: ≥ 70 %;”.