ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 440

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
21 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 440/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Gwida tal-UE għal Prattiki Tajba ta’ Iġjene fil-produzzjoni ta’ ġobon u prodotti tal-ħalib artiġjanali

1

2017/C 440/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8685 — Foncière des Régions/Marriott International/Le Méridien Hotel in Nice) ( 1 )

1

2017/C 440/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8706 — CVC/Providence/Skybox) ( 1 )

2

2017/C 440/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8360 — Imerys/Kerneos) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 440/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa fis-Soċjetà Diġitali — nagħmlu progress fl-innovazzjoni xprunata mid-data fil-qasam tas-saħħa

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 440/06

Rata tal-kambju tal-euro

10

2017/C 440/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia — Relatur: Spanja

11

2017/C 440/08

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia (M.7878)

12

2017/C 440/09

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2017 li tiddikkjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia) (innotifikata skont id-dokument C(2017) 1650)  ( 1 )

14


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 440/10

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

21

2017/C 440/11

Notifika ta' bidu ta' proċedura ta' antisussidji rigward l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

22

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 440/12

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8720 — Jones Lang LaSalle/Intu properties/The Chapelfield Partnership) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33

2017/C 440/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8597 — APG/Ardian/Portfolio) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 440/14

Avviż ta' Informazzjoni — Konsultazzjoni Pubblika — Indikazzjonijiet ġeografiċi proposti mill-Ġappun biex jiġu protetti fl-UE

37


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Gwida tal-UE għal Prattiki Tajba ta’ Iġjene fil-produzzjoni ta’ ġobon u prodotti tal-ħalib artiġjanali

(2017/C 440/01)

Skont l-eżitu tal-valutazzjoni mwettqa, il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF) qabel fuq il-pubblikazzjoni tat-titlu u r-referenzi ta’ din il-gwida tal-Komunità għal prattiċi tajba, skont l-Artiklu 9 tar-Regolamant (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1).

Titlu : Gwida Ewropea għall-Prattiki ta’ Iġjene Tajba fil-produzzjoni ta’ ġobon u prodotti tal-ħalib artiġjanali

Awtur : Farmhouse and Artisan Cheese & Dairy Producers European Network (FACEnetwork) — Netwerk ewropew tar-raħħala u produtturi tal-ġobon u prodotti tal-ħalib artiġjanali

Referenza : Verżjoni riveduta fl-20 ta’ Diċembru, 2016.

https://ec.europa.eu/food/safety/biosafety/food_hygiene/guidance_en


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8685 — Foncière des Régions/Marriott International/Le Méridien Hotel in Nice)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/02)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8685. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8706 — CVC/Providence/Skybox)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/03)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8706. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8360 — Imerys/Kerneos)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/04)

Fid-19 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8360. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/3


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa fis-Soċjetà Diġitali — nagħmlu progress fl-innovazzjoni xprunata mid-data fil-qasam tas-saħħa

(2017/C 440/05)

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

JFAKKAR

1.

Li, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, u li jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tikkomplementa l-politiki nazzjonali, filwaqt li tirrispetta r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri b’rabta mad-definizzjoni tal-politika tagħhom dwar is-saħħa u mal-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u ta’ kura medika. Jenħtieġ li l-Unjoni tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, fejn meħtieġ, tappoġġa l-azzjoni tagħhom u b’mod partikolari tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex itejbu l-komplementarjetà tas-servizzi tas-saħħa tagħhom f’żoni transfruntieri.

2.

Li, il-Kunsill enfasizza f’diversi okkażjonijiet (1) li bi tweġiba għall-isfidi komuni relatati mas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, huwa importanti li jiġu kkunsidrati approċċi u mudelli ta’ kura tas-saħħa innovattivi, lil hinn mis-sistemi stabbiliti fl-isptarijiet lejn sistemi ta’ kura integrata, għat-tisħiħ tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard u l-implimentazzjoni tal-mediċina personalizzata, filwaqt li jiġi rikonoxxut il-potenzjal tal-għodod u s-servizzi tas-Saħħa- E.

3.

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kura tas-saħħa sikura u effiċjenti permezz tas-Saħħa-E (2).

4.

Fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (3) li tagħmel appell biex jiġu esplorati l-opportunitajiet li toffri s-Saħħa-E għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjent, fost l-oħrajn permezz tar-rekords elettroniċi tas-saħħa u l-għodod mobbli fis-settur tas-saħħa, u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni biex isir skambju ta’ esperjenzi u għarfien bejn l-Istati Membri.

5.

Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” adottata fis-6 ta’ Mejju 2015 (4) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern-e — Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika, adottata fid-19 ta’ April 2016 (5).

6.

Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa-E 2012-2020 — Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21” adottata fis-6 ta’ Diċembru 2012 (6) u fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa-E 2012-2020 — Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21 (7).

7.

Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti” (8) adottata fl-4 ta’ April 2014, li tirrikonoxxi r-rwol importanti tas-Saħħa-E għas-sostenn tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa.

JINNOTA LI

8.

Huma u jiżguraw is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa tagħhom u biex jissodisfaw il-ħtiġijiet dejjem akbar tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, l-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi komuni relatati ma’ prevalenza ikbar ta’ mard kroniku u riżorsi umani u finanzjarji limitati. Qed iħabbtu wiċċhom ukoll ma’ sfidi komuni relatati ma’ theddid għas-saħħa ta’ natura transfruntiera.

9.

Minħabba t-tendenzi globali favur id-diġitizzazzjoni, is-soċjetajiet moderni qegħdin jiġu dejjem aktar xprunati mill-informazzjoni u n-nies jiddependu fuq l-għodod diġitali kemm fil-ħajja personali kif ukoll f’dik professjonali tagħhom. Dan qed jibdel ukoll l-attitudnijiet u l-aspettattivi tan-nies b’rabta ma’ kif tingħata l-kura tas-saħħa.

10.

Qed jinbtu opportunitajiet ġodda mill-Big Data (9) u mill-kapaċitajiet imtejba ta’ analiżi tad-data (10), kif ukoll mill-mediċina personalizzata, l-użu ta’ sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet kliniċi mill-professjonisti fil-kura medika u l-użu ta’ għodod mobbli fis-settur tas-saħħa għall-individwi biex dawn ikunu jiġġestixxu saħħithom u l-kundizzjonijiet kroniċi proprji tagħhom. Bil-għan li dan il-potenzjal ikun jista’ jiġi sfruttat, fis-settur tas-saħħa meħtieġa għarfien u ħiliet ġodda.

11.

Is-soluzzjonijiet diġitali u s-sistemi ta’ informazzjoni differenti li jintużaw bħalissa fis-sistemi għall-kura tas-saħħa u l-kura soċjali spiss ma jkunux kompatibbli ma’ xulxin u ma jappoġġawx l-iskambju u l-kondiviżjoni tad-data bejn is-sistemi nazzjonali kif ukoll fil-livell transfruntier (11). Dan ifixkel il-potenzjal u l-faċilità tal-użu ta’ dawn is-soluzzjonijiet, iżid l-ispejjeż marbutin mal-iżvilupp u mal-manutenzjoni u jfixkel il-kontinwità tal-kura.

12.

Għad hemm ostakli biex b’mod gradwali jiżdied l-użu tas-saħħa diġitali u l-kura konnessa, bħad-dominanza tas-silos tad-data, in-nuqqas ta’ interoperabbiltà u ta’ standards komuni għall-valutazzjoni tal-eżiti kliniċi u dawk irrappurtati mill-pazjenti, l-aċċess u l-użu limitat ta’ bażijiet ta’ data kbar għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, in-nuqqas ta’ finanzjament u ta’ inċentivi finanzjarji, il-frammentazzjoni tas-swieq madwar l-UE u fl-ispettru sħiħ ta’ servizzi, u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali xprunati mid-data fis-settur tas-saħħa jibqa’ limitat.

JENFASIZZA LI:

13.

Jeħtieġ li s-sistemi tas-saħħa jiġu adattati kontinwament biex jissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini u l-ħtiġijiet tagħhom b’rabta mas-saħħa u l-kura. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jilqa’ l-possibbiltajiet li toffri s-soċjetà diġitali, biex in-nies ikunu jistgħu jifhmu u jieħdu ħsieb saħħithom aħjar b’aċċess iktar faċli għall-informazzjoni u l-għodod diġitali.

14.

Jenħtieġ li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tal-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa xprunata mid-data, b’rikonoxximent tal-persuni bħala aġenti attivi b’rabta ma’ saħħithom u jenħtieġ li jingħataw kemm trattamenti aktar preċiżi u personalizzati kif ukoll esperjenza aktar parteċipattiva fil-kura tas-saħħa, filwaqt li hu opportun li jiġi appoġġat ir-rwol tal-professjonisti fil-kura medika u li tissaħħaħ l-interazzjoni u l-komunikazzjoni tagħhom mal-pazjenti.

15.

Id-dritt taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għad-data dwar saħħithom stess huwa prinċipju fundamentali tal-acquis tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni nazzjonali u l-bażijiet legali għall-ipproċessar ta’ data dwar is-saħħa, jenħtieġu sistemi u għodod flessibbli biex iċ-ċittadini jkun jista’ jkollhom aċċess għad-data proprja tagħhom u għall-informazzjoni dwar l-użu tad-data tagħhom, kif ukoll li jiġġestixxu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ data dwar saħħithom, inkluż għal użu sekondarju. Dan ser jgħin biex il-persuni jingħataw għarfien u kontroll aħjar dwar l-użu tad-data dwar saħħithom, u b’hekk jiġu promossi l-fiduċja u t-trasparenza, b’kont meħud tal-attitudnijiet u l-preferenzi differenti tal-persuni meta jiġu biex jaċċessaw u jiġġestixxu d-data tagħhom online (12).

16.

Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet diġitali jikkontribwixxu għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi tal-kura tas-saħħa u għal kura tas-saħħa mmirata aħjar, aktar integrata u aktar sikura. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-professjonisti fil-kura medika twassal għal titjib fis-sikurezza tal-pazjenti, u dan inaqqas l-għadd ta’ żbalji u ta’ avvenimenti negattivi li jistgħu jiġu evitati u jtejjeb il-koordinazzjoni u l-kontinwità tal-kura u bħala riżultat il-pazjenti jżommu mat-trattament (13).

17.

Huwa importanti li jkun jista’ jsir skambju transfruntier ta’ data dwar is-saħħa fl-UE biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura inkluż fil-livell transfruntier, f’konformità mad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura transfruntiera tas-saħħa (14).

18.

Id-disponibbiltà ta’ data dwar is-saħħa li hija komparabbli u ta’ kwalità għolja għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni tippermetti l-ħolqien ta’ għarfien ġdid għall-prevenzjoni tal-mard, li tinkiseb dijanjosi aktar bikrija u preċiża u li jitjieb it-trattament, b’mod partikolari, b’appoġġ għall-mediċina personalizzata, u b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp tas-sistema tal-kura tas-saħħa. Il-possibbiltà li jiġu kkombinati settijiet ta’ data minn sorsi ta’ data differenti u fil-livell transfruntier hija importanti b’mod speċjali fil-qasam ta’ mard kumpless li jkun rari u ta’ prevalenza baxxa.

19.

L-iskambju transfruntier ta’ data dwar is-saħħa u l-infrastruttura tad-data ta’ appoġġ huwa fundamentali biex jiġi miġġieled theddid għas-saħħa ta’ natura transfruntier u ta’ oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali kif ukoll ta’ oriġini mhux magħrufa (15) — kif ukoll ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Il-kondiviżjoni ta’ data u ta’ analiżi ta’ kwalità għandha potenzjal enormi biex tgħin fil-prevenzjoni, id-detezzjoni bikrija u l-kontroll ta’ tifqigħ ta’ mard infettiv.

20.

Suq uniku diġitali għat-teknoloġiji tal-informazzjoni (IT) użati fil-qasam tas-saħħa u l-moviment liberu tad-data jista’ jagħti spinta lill-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi xprunati mid-data li jissarfu f’eżiti aħjar fil-qasam tas-saħħa u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-pazjenti, u dan jiżgura li s-servizzi u l-prodotti jkunu faċli għall-utent, interoperabbli u sikuri.

21.

Is-sistemi tas-saħħa għandhom ukoll potenzjal bħala muturi għat-tkabbir ekonomiku, peress li joffru opportunitajiet ekonomiċi, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jiżviluppaw soluzzjonijiet diġitali innovattivi xprunati mid-data.

22.

Biex jingħelbu l-ostakli biex b’mod gradwali jiżdied l-użu tas-saħħa diġitali u l-kura konnessa jenħtieġ sett komprensiv ta’ azzjonijiet li jibnu fuq l-opportunitajiet offruti mis-suq uniku diġitali u fuq il-prinċipju tal-moviment liberu tad-data kif ukoll fuq il-prinċipji ta’ bażi msemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern-e.

23.

Fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-għodod diġitali fil-kura tas-saħħa, għandhom jiġu kkunsidrati kif jixraq ir-rekwiżiti marbutin mal-kwalità, is-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll l-aspetti etiċi u d-differenzi fil-litteriżmu diġitali u l-għarfien relatat mas-saħħa, sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ aktar inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa. Barra minn hekk, l-użu ta’ għodod diġitali huwa għajnuna importanti biex jissaħħaħ l-għarfien relatat mas-saħħa, fost l-oħrajn permezz ta’ appoġġ għall-komunikazzjoni bejn il-professjonisti fil-kura medika u l-pazjenti.

24.

Il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tal-informazzjoni huma ta’ importanza fundamentali sabiex tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku fis-servizzi tas-saħħa diġitali. Għalhekk, tenħtieġ implimentazzjoni rapida tal-qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tad-data (16), sigurtà tal-informazzjoni tan-netwerks (17) u identifikazzjoni elettronika sigura (18).

25.

Biex tinżamm il-fiduċja fis-servizzi tas-saħħa diġitali huwa importanti li jiżdied l-għarfien permezz tal-iżvilupp tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni għal dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti fil-kura medika u ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji li ġġib magħha s-saħħa diġitali b’rabta ma’ titjib fil-kwalità tal-kura tas-saħħa u biex tiġi pprovduta trasparenza rigward l-użu ta’ data dwar is-saħħa.

26.

Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa diġitali ser jippermettu li l-Istati Membri jħaffu l-implimentazzjoni ta’ innovazzjonijiet diġitali fis-sistemi tas-saħħa tagħhom, jitgħallmu minn xulxin u jibbenefikaw minn approċċi armonizzati, b’rispett sħiħ lejn il-kompetenzi nazzjonali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri.

27.

Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE għandhom rwol importanti fl-għoti ta’ appoġġ lill-infrastrutturi tad-data għar-riċerka madwar l-UE, u fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-IT fil-qasam tas-saħħa u biex jiġu promossi l-investimenti tal-Istati Membri b’appoġġ għall-implimentazzjoni tagħhom fuq skala kbira.

JILQA’:

28.

Il-fatt li sar progress tajjeb mill-Istati Membri b’rabta mal-implimentazzjoni tas-Saħħa-E u l-fatt li s-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa u r-riċetti mediċi elettroniċi diġà jintużaw jew qegħdin fil-proċess li jibdew jintużaw f’bosta Stati Membri (19)  (20).

29.

Il-ħidma mwettqa fi ħdan in-Netwerk tas-Saħħa-E (21) stabbilit permezz tad-Direttiva 2011/24/UE u l-Azzjoni Konġunta tal-UE b’appoġġ għan-Netwerk tas-Saħħa-E, li wera li kien ta’ valur kbir ħafna fil-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri fil-qasam tas-Saħħa-E, billi ffaċilita l-iskambju transfruntier tad-data dwar is-saħħa fi ħdan l-UE.

30.

Il-progress miksub fl-istabbiliment tal-Infrastruttura Ewropea ta’ Servizzi Diġitali tas-Saħħa-E (eHDSI) (22) iffinanzjata mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (23) għall-iskambju transfruntier ta’ riċetti mediċi elettroniċi u ta’ sommarji tal-pazjenti.

31.

Il-ħidma li saret permezz tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej (24) biex jistabbilixxu pjattaforma tal-IT iddedikata għall-kondiviżjoni ta’ għarfien espert, l-iskambju ta’ informazzjoni u t-tagħlim reċiproku, ir-rikonoxximent tal-potenzjal ta’ dawn in-netwerks għat-tisħiħ tal-kondiviżjoni tad-data għal skopijiet ta’ titjib fid-dijanjożi, kif ukoll għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-mard kumpless rari u ta’ prevalenza baxxa.

32.

Is-sħubiji u l-inizjattivi axxendenti b’rabta mas-Saħħa-E mnedija bħala parti mis-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu (25), li huma importanti ħafna biex jingħata appoġġ lit-trasferiment tal-għarfien u tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni u biex jitħeġġeġ l-involviment tal-partijiet ikkonċernati mis-setturi pubbliċi u privati biex jaħdmu flimkien.

33.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali (26), li tenfasizza l-importanza tal-bidla diġitali fis-saħħa u l-kura.

34.

L-involviment u l-impenn tal-partijiet ikkonċernati ssottolinjati bid-Dikjarazzjoni dwar is-Soċjetà tas-Saħħa Diġitali adottata fil-konferenza ta’ livell għoli “Is-Saħħa fis-Soċjetà Diġitali. Soċjetà Diġitali għas-Saħħa”, li saret bejn is-16 u t-18 ta’ Ottubru 2017 f’Tallinn, li tat bidu għal task forces b’diversi partijiet interessati biex jaħdmu fuq azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi ewlenin għall-innovazzjoni diġitali meta tiġi varata fuq skala kbira fil-qasam tas-saħħa.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

35.

Ikomplu jimplimentaw politiki li jappoġġaw l-innovazzjoni diġitali fil-qasam tas-saħħa, jinvestu u jagħmlu użu attiv minn għodod u metodoloġiji xprunati mid-data li jippermettu li jingħataw servizzi ta’ kura tas-saħħa li jkunu sikuri u ta’ kwalità għolja u li jappoġġaw sistemi tas-saħħa sostenibbli.

36.

Bħala parti mill-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom relatati mas-saħħa diġitali:

jipprovdu għodod diġitali adegwati għall-ġestjoni tal-informazzjoni personali dwar is-saħħa biex iċ-ċittadini jistgħu jkollhom aċċess u jużaw id-data marbuta ma’ saħħithom, f’konformità mal-prinċipji stipulati fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, u fejn xieraq, jippermettu l-iskambju sikur ta’ data dwar is-saħħa, kif ukoll l-integrazzjoni tad-data ġġenerata mill-utent mad-data medika.

jimplimentaw azzjonijiet li jtejbu l-kumparabbiltà, il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-data dwar is-saħħa u jinkoraġġixxu l-użu ta’ data dwar is-saħħa favur sistemi tas-saħħa aktar trasparenti u ffokati fuq il-pazjent li jagħtu attenzjoni partikolari lill-eżiti fil-qasam tas-saħħa u lill-politika dwar is-saħħa u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, kif ukoll li jippromwovu l-innovazzjoni xprunata mid-data.

janalizzaw, fejn ikun rilevanti u xieraq, l-oqfsa legali u amministrattivi nazzjonali eżistenti, kemm biex jitneħħew l-ostakli għal skambju u kondiviżjoni ta’ data bejn il-professjonisti fil-kura medika għas-sikurezza u l-kontinwità tal-kura, kif ukoll biex jippermettu l-użu ta’ data dwar is-saħħa għar-riċerka u l-innovazzjoni, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

jimplimentaw azzjonijiet li jtejbu l-ħiliet diġitali taċ-ċittadini u l-professjonisti fil-kura medika, fost l-oħrajn permezz ta’ taħriġ għall-professjonisti fil-kura medika dwar l-użu tal-għodod diġitali filwaqt li jżommu kuntatt maċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili biex jibnu l-fiduċja u l-appoġġ tal-pubbliku fil-qsim tad-data għall-benefiċċju tas-saħħa.

37.

Jistabbilixxu oqfsa ta’ governanza ta’ data dwar is-saħħa li jkunu sodi u robusti, kif deskritt fir-Rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-Governanza ta’ Data dwar is-Saħħa (27), biex jiġu ggarantiti l-privatezza u l-integrità tad-data dwar is-saħħa.

38.

Jaħdmu flimkien biex tiġi ffaċilitata l-konverġenza meħtieġa f’approċċi regolatorji u ta’ governanza għall-użu ta’ data dwar is-saħħa għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, permezz tal-identifikazzjoni u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki fl-użu ta’ salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data u fil-governanza tad-data dwar is-saħħa fi ħdan l-Unjoni, u, fejn ikun xieraq, l-involviment tal-korpi responsabbli għall-protezzjoni tad-data pereżempju fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data previst fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

39.

Jagħmlu użu mill-kollaborazzjoni reġjonali u bilaterali jew multilaterali fost l-Istati Membri u, kif xieraq, jiddjalogaw ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn dwar l-inizjattivi ta’ natura transfruntiera ċara u li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali fil-qasam tas-saħħa.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

40.

Jaħdmu flimkien, b’mod partikolari fi ħdan in-Netwerk tas-Saħħa-E, bl-għan li jiksbu sistemi tal-informazzjoni dwar is-saħħa li jkunu interoperabbli u faċli għall-utent li jippermettu l-konnettività tal-apparat tas-saħħa personali u titjib fl-interazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

41.

Ikomplu bil-ħidma eżistenti b’rabta mal-istandards u l-interoperabbiltà tas-Saħħa-E u jagħmluha iktar effiċjenti, ikomplu jiżviluppaw u jestendu l-Qafas Ewropew għal Interoperabbiltà fil-Qasam tas-Saħħa (28), jippromwovu l-użu ta’ standards internazzjonali u miftuħa sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet proprjetarji li joħolqu sitwazzjoni ta’ dipendenza fuq fornitur wieħed (29), li żżid l-ispejjeż marbutin mal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-IT, u jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar mudelli ta’ governanza biex tissaħħaħ il-konformità mal-istandards.

42.

Jippromwovu l-użu ta’ strutturi komuni tad-data, sistemi u terminoloġiji ta’ kodifikazzjoni, kif ukoll standards komuni għall-valutazzjoni tal-eżiti kliniċi u dawk irrappurtati mill-pazjenti, sabiex itejbu l-interoperabbiltà semantika, il-kwalità u l-komparabbiltà tad-data.

43.

Isaħħu l-azzjonijiet biex itejbu s-sigurtà tad-data, bil-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u l-privatezza fid-disinn, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-għodod u l-metodoloġiji tekniċi disponibbli għal skambju sigur ta’ data bejn l-individwi u l-organizzazzjonijiet awtorizzati u għall-ġestjoni ta’ data personali dwar is-saħħa.

44.

Ikollhom skambju ta’ esperjenzi, jittrasferixxu prattiki tajbin u jiżviluppaw approċċi komuni biex jiżguraw is-sikurezza, il-kwalità, is-sigurtà u l-interoperabbiltà ta’ għodod u applikazzjonijiet mobbli fil-qasam tas-saħħa, filwaqt li jipprovdu salvagwardji xierqa biex tiżdied il-fiduċja u biex jiġi appoġġat l-użu ta’ dawn is-soluzzjonijiet għal titjib fil-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni tal-mard kroniku, filwaqt li jqisu, kif xieraq, il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-apparat mediku.

45.

Ikomplu bl-isforzi biex jimplimentaw b’suċċess l-Infrastruttura Ewropea ta’ Servizzi Diġitali tas-Saħħa-E (eHDSI) u jqisu l-possibbiltà li jestendu l-ambitu tal-iskambju transfruntier ta’ data dwar is-saħħa b’appoġġ għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa aċċessibbli għaċ-ċittadini fil-livell transfruntier, permezz tal-identifikazzjoni u l-analiżi ta’ każijiet ġodda ta’ użu li jappoġġaw il-kura tas-saħħa fil-livell transfruntier u jikkontribwixxu għall-kontinwità tal-kura.

46.

Abbażi tal-inizjattivi eżistenti taħt l-ambitu tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali bħall-Inizjattiva Ewropea dwar il-Cloud Computing (30), l-EuroHPC (31) u l-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, jaħdmu flimkien bl-għan li jtejbu l-aċċess għal settijiet aktar estensivi ta’ data Ewropej, data lonġitudinali u infrastruttura tal-informatika b’rendiment għoli u ta’ klassi dinjija għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni dwar is-saħħa, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-data.

47.

Abbażi tal-inizjattivi eżistenti nazzjonali u tal-UE u s-sħubiji pubbliċi-privati (32), jikkunsidraw il-ħolqien ta’ netwerks deċentralizzati ta’ data u pjattaformi komuni li jippermettu l-integrazzjoni u l-analiżi tad-data f’ambjent sigur, filwaqt li jevitaw il-ħżin ta’ data mhux meħtieġa f’repożitorju ċentrali tal-Unjoni, u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntieri fuq skala kbira, pereżempju fil-qasam tal-mediċina personalizzata, inkluż il-mediċina ġenomika.

48.

Ikomplu jikkollaboraw fuq reġistri ta’ mard u pjattaformi komuni, bħall-Pjattaforma Ewropea għar-Reġistrazzjoni tal-Mard Rari, u l-bażi tad-data Orphanet, (33) li jipprovdu għodod ta’ interoperabbiltà ta’ importanza kruċjali għar-riċerka dwar il-mard rari.

49.

Jaħdmu flimkien biex itejbu l-infrastruttura tad-data, l-analiżi u l-appoġġ għad-deċiżjonijiet biex jipprevedu, jipprevjenu u jikkontrollaw it-theddid transfruntier serju għas-saħħa.

50.

Jagħmlu użu aħjar mill-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) (34), il-Fondi Strutturali tal-UE, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Programm Orizzont 2020 (35) biex isostnu l-implimentazzjoni tas-saħħa diġitali fuq skala kbira, billi jtejbu s-sinerġiji fl-użu kosteffiċjenti tal-fondi tal-UE u l-fondi nazzjonali u jidentifikaw il-prijoritajiet komuni u l-ħtiġijiet ta’ investiment, u jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ finanzjament u inċentivi adatti b’appoġġ għall-interoperabbiltà tal-infrastruttura tas-saħħa diġitali.

51.

Iqisu għandhomx jilħqu qbil dwar kriterji u indikaturi komuni li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jissorveljaw il-progress fl-adozzjoni tas-saħħa diġitali u biex jevalwaw l-impatt tas-soluzzjonijiet diġitali, b’kont meħud tal-oqfsa eżistenti (36).

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

52.

Tkompli tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri billi tiġbor u tivvaluta l-prattiki tajbin u l-evidenza b’appoġġ għat-trasferiment ta’ dawn il-prattiki u bis-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa diġitali.

53.

Tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, l-identifikazzjoni elettronika u s-sigurtà tal-informazzjoni fil-qasam tas-saħħa, fost l-oħrajn billi tidentifika prattiki tajbin u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, sabiex tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ data u biex tqis il-bżonnijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-qasam tas-saħħa, b’rispett sħiħ tal-kompetenzi tal-Istati Membri.

54.

Tkompli tappoġġa l-estensjoni tal-Infrastruttura tas-Servizzi Diġitali tas-Saħħa-E għall-Istati Membri kollha u biex jiġu implimentati servizzi transfruntieri ġodda, filwaqt li tissaħħaħ il-ħidma eżistenti biex jingħelbu l-isfidi tekniċi, semantiċi u legali u tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-diversi infrastrutturi tal-IT, b’mod partikolari l-eHDSI u l-pjattaforma tal-IT maħluqa apposta tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej.

55.

Tkompli tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa diġitali u tipprovdi appoġġ lill-istituzzjonijiet xjentifiċi u lill-kumpaniji innovattivi li jiżviluppaw soluzzjonijiet diġitali fil-qasam tas-saħħa, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

56.

Tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-użu ta’ infrastruttura nazzjonali interoperabbli għall-kondiviżjoni u l-iskambju ta’ data dwar is-saħħa, b’enfasi speċjali fuq mudelli ta’ kura primarja u integrata, b’appoġġ għall-għoti ta’ servizzi tas-saħħa effiċjenti u ta’ kwalità għolja u fuq l-adozzjoni ta’ servizzi ta’ skambju transfruntier ta’ data taħt l-eHDSI fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

57.

Tkompli tappoġġa s-sħubiji pubbliċi-privati madwar l-Ewropa kollha u l-attivitajiet favur l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, bħas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, bl-għan li ċ-ċittadini jingħataw ċerti setgħat u li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-suq uniku diġitali għall-qasam tas-saħħa u tal-kura diġitali.


(1)  Ara: Konklużjonijiet tal-Kunsill: Lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli tas-6 ta’ Ġunju 2011, ĠU C 202, 8.7.2011, p. 10; Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Proċess ta’ riflessjoni dwar sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli” tal-10 ta’ Diċembru 2013, ĠU C 376, 21.12.2013, p. 3; Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kriżi ekonomika u l-kura tas-saħħa tal-20 ta’ Ġunju 2014, ĠU C 217, 10.7.2014, p. 2; Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar mediċina personalizzata għall-pazjenti, adottati fis-7 ta’ Diċembru 2015 (ĠU C 421, 17.12.2015, p. 2).

(2)  ĠU C 302, 12.12.2009, p. 12.

(3)  P8_TA(2015)0197.

(4)  COM(2015) 192 final.

(5)  COM(2016) 179 final.

(6)  COM(2012) 736 final.

(7)  P7_TA-PROV(2014)0010.

(8)  COM(2014) 215 final.

(9)  Big Data for Advancing Dementia Research. An Evaluation of Data Sharing Practices in Research on Age-related Neurodegenerative Diseases (Big Data biex isir progress fir-riċerka dwar id-demenzja. Evalwazzjoni tal-prattiki relatati mal-kondiviżjoni tad-data fir-riċerka dwar il-mard newrodeġenerattiv assoċjat mat-tixjiħ).

(10)  Data-driven Innovation for Growth and Well-being (Innovazzjoni xprunata mid-data għat-tkabbir u l-benesseri), Ottubru 2015, OECD.

(11)  Benchmarking Deployment of eHealth among General Practitioners 2013 (Valutazzjoni komparattiva tal-użu tas-sistemi tas-Saħħa-E fost it-tobba tal-familja) (SMART 2011/0033).

(12)  Skont l-Ewrobarometru Speċjali Nru 460 Ewrobarometru Speċjali Nru 460 “Attitudes towards the impact of digitisation and automation on daily life” (Attitudni lejn l-impatt tad-diġitizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni fuq il-ħajja ta’ kuljum) (2017), aktar minn nofs dawk kollha li wieġbu jixtiequ aċċess online għar-rekords mediċi u tas-saħħa tagħhom (52 %) u sebgħa minn kull għaxar persuni li wieġbu (70 %) huma lesti li jagħtu data dwar is-saħħa u l-benessri personali tagħhom lil persuni oħrajn. Dawn huma l-persuni li bl-akbar probabbiltà jkunu lesti li jikkondividu d-data tagħhom mat-tabib jew il-professjonist fil-kura medika tagħhom (65 %).

(13)  Improving Health Sector Efficiency. The role of Information and Communication Technologies (Titjib tal-effiċjenza fil-qasam tas-saħħa. Ir-rwol tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) (OECD, 2010).

(14)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(15)  Kif stipulat fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(16)  Ir-REGOLAMENT (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1) (id-Direttiva NIS).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73) (Ir-Regolament eIDAS).

(19)  From innovation to implementation — eHealth in the WHO European Region (Nimxu mill-innovazzjoni għall-implimentazzjoni — is-Saħħa-E fir-Reġjun Ewropew tad-WHO) (2016, WHO).

(20)  Overview of the national laws on electronic health records in the EU Member States (Ħarsa ġenerali lejn il-liġijiet nazzjonali dwar ir-rekords elettroniċi tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE) (2014).

(21)  Ara https://ec.europa.eu/health/ehealth/policy/network_mt

(22)  Ara https://ec.europa.eu/cefdigital/wiki/display/CEFDSIS/eHealth+2.0

(23)  Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(24)  https://ec.europa.eu/health/ern/policy_en

(25)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Il-Progress tal-Pjan Strateġiku tal-Implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu tad-29.2.2012 — COM(2012) 83 final u s-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu https://ec.europa.eu/eip/ageing/home_en

(26)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali. Suq Uniku Diġitali Konness għal Kulħadd (COM(2017) 228 final).

(27)  Adottati fis-17 ta’ Jannar 2017 waqt il-Laqgħa tal-OECD tal-Ministri għas-Saħħa.

(28)  Refined eHealth Interoperability Framework (Qafas Elaborat għall-Interoperabbiltà tas-Saħħa-E), adottat min-Netwerk tas-Saħħa-E f’Novembru 2015.

(29)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Il-ġlieda kontra l-intrappolament tal-klijentela: bl-użu aħjar tal-istandards għall-akkwist pubbliku biex jinbnew sistemi miftuħa tal-ICT” adottata fil-25.6.2013 COM(2013) 455 final.

(30)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Inizjattiva Cloud Ewropea — Il-bini ta' data kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa adottata fid-19.4.2016– COM(2016) 178 final.

(31)  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/eu-ministers-commit-digitising-europe-high-performance-computing-power

(32)  Bħall-Programm “Big Data għal Eżiti Aħjar” taħt l-Inizjattiva għall-Mediċini Innovattivi 2 (IMI2) (http://www.imi.europa.eu/), il-Konsorzju għal Infrastruttura ta’ Riċerka fil-Bijobanek u fir-Riżorsi Bijomolekulari (BBMRI-ERIC) (http://www.bbmri-eric.eu/) u oħrajn.

(33)  www.epirare.eu/ www.orpha.net

(34)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investimentu li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(35)  Ara http://ec.europa.eu/programmes/horizon2020/en

(36)  Ara l-Qafas ta’ Monitoraġġ u ta’ Evalwazzjoni għas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu (MAFEIP) https://ec.europa.eu/jrc/en/mafeip, u r-rapport tal-Kunsill Nordiku tal-Ministri dwar “Valutazzjoni Komparattiva Nordika dwar is-Saħħa-E”.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Diċembru 2017

(2017/C 440/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1845

JPY

Yen Ġappuniż

134,16

DKK

Krona Daniża

7,4443

GBP

Lira Sterlina

0,88320

SEK

Krona Żvediża

9,9128

CHF

Frank Żvizzeru

1,1702

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,8683

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,674

HUF

Forint Ungeriż

312,75

PLN

Zloty Pollakk

4,2041

RON

Leu Rumen

4,6284

TRY

Lira Turka

4,5366

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5427

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5221

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2677

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6970

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5940

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 281,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0112

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7926

HRK

Kuna Kroata

7,5470

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 083,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,8257

PHP

Peso Filippin

59,502

RUB

Rouble Russu

69,5139

THB

Baht Tajlandiż

38,792

BRL

Real Brażiljan

3,8953

MXN

Peso Messikan

22,7971

INR

Rupi Indjan

75,9475


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia

Relatur: Spanja

(2017/C 440/07)

Operat

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Id-Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mit-Tranżazzjoni huma HeidelbergCement u Schwenk.

Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) tastjeni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) tastjeni.

Il-Prodott u s-Swieq Ġeografiċi

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni dwar is-suq tal-prodott rilevanti tas-siment griż, il-potenzjal ta’ sub-segmentazzjoni fir-rigward ta’ siment fil-boroż tas-siment/siment bl-ingrossa u tipi u gradi differenti tas-siment. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) tastjeni.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi relevanti għas-siment griż li tiddefinixxi s-swieq bħala żoni ta’ klijentela ċirkolari u modifikati f’250 km, u titħalla miftuħa l-possibilità dwar jekk dawn iż-żoni ta’ klijentela għandhomx ikunu ċirkulari jew modifikati. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) ma taqbilx.

Valutazzjoni Kompetittiva

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva permezz ta’ effetti mhux koordinati, li jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, f’żoni ta’ klijentela ċirkolari u modifikati f’250 km madwar l-impjant ta’ Cemex Croatia fi Split. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) ma taqbilx.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) ma taqbilx.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Partijiet fis-26 ta’ Jannar 2017 mhux biżżejjed biex jirrendu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) ma taqbilx.

Kompatibbiltà mas-Suq Intern

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li t-Tranżazzjoni tkun iddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikolu 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Minoranza ta’ Stati Membri (Stat Membru wieħed) ma taqbilx.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/12


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia

(M.7878)

(2017/C 440/08)

(1)

Fil-5 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni (“it-Tranżazzjoni Proposta”) skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha l-impriżi HeidelbergCement (3) u Schwenk (4) (“il-Partijiet Notifikanti”) jakkwistaw, permezz tal-joint venture tagħhom DDC (5) ikkontrollata b'mod konġunt, kontroll konġunt fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-impriżi Cemex Hungary (6) u Cemex Croatia (7) kollha kemm huma permezz ta' xiri ta' ishma.

(2)

Fit-22 ta' Ġunju 2016, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni rreferiet l-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-swieq rilevanti fl-Ungerija biex tiġi eżaminata mill-Awtorità Ungeriża għall-Kompetizzjoni.

(3)

Fl-10 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (8).

(4)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”), fejn hija waslet għall-fehma preliminari li l-akkwiżizzjoni ta' Cemex Croatia minn HeidelbergCement u Schwenk se timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tas-siment griż fiż-żoni qrib f'forma ċirkolari jew modifikati ta' 250 km madwar l-impjant tas-siment ta' Cemex fi Split/il-Kroazja. Skont id-DO, it-Tranżazzjoni Proposta tista' toħloq pożizzjoni dominanti, twassal għal effetti mhux ikkoordinati li jirriżultaw minn ishma mis-suq ikkombinati għoljin u probabbilment b'żieda fil-prezzijiet li jirriżultaw mill-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni bejn HeidelbergCement/DDC u Cemex, kif ukoll minn nuqqas ta' kompetizzjoni li jifdal. Id-DO kienet innotifikata lil HeidelbergCement u lil Schwenk fit-13 ta' Diċembru 2016.

(5)

Il-Partijiet Notifikanti ngħataw aċċess għall-file fit-13, fl-14 u fil-15 ta' Diċembru 2016 (permezz ta' trasferiment b'CD-ROM, kif ukoll permezz ta' eżerċizzju fis-sala tad-data kemm kwantitattiva u kemm kwalitattiva), u ngħataw sat-3 ta' Jannar 2017 biex iwieġbu għad-DO. Aċċess sussegwenti għall-fajl (permezz ta' trasferiment b'CD-ROM jew fil-forma ta' email ikkodifikata) kien provdut fis-26 ta' Jannar 2017, fl-20 ta' Frar 2017, fit-28 ta' Frar 2017, fis-16 ta' Marzu 2017 u fit-22 ta' Marzu 2017.

(6)

Cemex bagħtet il-kummenti tagħha għad-DO fit-2 ta' Jannar 2017, u kull wieħed mill-Partijiet Notifikanti wieġeb għad-DO fit-3 ta' Jannar 2017. Huma kollha talbu li jinstemgħu oralment.

(7)

Is-seduta orali sar fil-11 ta' Jannar 2017.

(8)

Fit-18 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, estendiet il-limitu ta' żmien b'ħamest ijiem tax-xogħol biex terġa' tiġi eżaminata t-Tranżazzjoni Proposta. Dan il-limitu ta' żmien ġie estiż darbtejn, kull darba bi 15-il jum tax-xogħol: Fis-26 ta' Jannar 2017, wara l-preżentazzjoni tal-impenji mill-Partijiet Notifikanti li wasslu għall-estensjoni awtomatikament skont l-Artikolu 10(3), l-ewwel paragrafu, l-aħħar sentenza, u għal darb'oħra fl-14 ta' Frar 2017 permezz ta' deċiżjoni oħra skont l-Artikolu 10(3), it-tieni paragrafu, it-tielet sentenza, li jippermetti lill-Kummissjoni tirrevedi l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-Partijiet Notifikanti fid-9 ta' Frar 2017.

(9)

Fil-25 ta' Jannar 2017 il-Kummissjoni bagħtat ittra bil-fatti (letter of facts, “LoF”) lill-Partijiet Notifikanti, li biha infurmathom dwar l-evidenza li kienet diġà teżisti li kienet għadha mhix espressament użata fid-DO iżda li, wara aktar analiżi tal-fajl, il-Kummissjoni tqis li hija relevanti bħala appoġġ għall-argumenti tagħha, kif ukoll dwar ċerta evidenza addizzjonali li ngħatat lill-Kummissjoni wara li kienet adottata d-DO. Il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub għal din l-Ittra bil-Fatti fl-1, fit-2 u fit-3 ta' Frar 2017. Cemex ppreżentat il-kummenti tagħha bil-miktub dwar l-LoF fil-31 ta' Jannar 2017.

(10)

Fil-kummenti tagħhom għal-LoF, il-Partijiet Notifikanti u Cemex agrumentaw li l-ittra bil-fatti tista' tintuża biss biex il-partijiet ikunu jafu dwar evidenza ġdida miksuba wara l-adozzjoni tad-DO, iżda mhux biex tkun ippreżentata evidenza addizzjonali li kienet diġà teżisti fil-mument li saret id-DO. Kull ħaġ'oħra tista' ċċaħħad parzjalment l-iskop tas-seduta orali għax taf tippermetti li t-tim tal-każ iżomm lura evidenza għal wara s-seduta orali. Sabiex tiġi rrimedjata din l-allegata problema, il-Partijiet Notifikanti talbu seduta orali supplimentari.

(11)

Jien ma aċċettajtx it-talba tal-Partijiet Notifikanti għal seduta orali supplementari. L-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 (9) jipprevedi biss id-dritt li tintalab seduta orali formali fil-kummenti bil-miktub fuq id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, mhux fil-kummenti dwar l-ittra bil-fatti (10). Huwa ċar mill-kliem tal-LoF, li jgħaqqad kull element ta' evidenza għal taqsimiet u paragrafi speċifiċi tad-DO, li din il-LoF ma fihiex xi oġġezzjonijiet ġodda meta mqabbla ma' dawk diġà stipulati fid-DO, iżda sempliċement tidentifika aktar evidenza li tappoġġa l-istess oġġezzjonijiet. Il-fatt li ftit minn din l-evidenza l-ġdida kienet diġà fil-fajl fil-mument li nħarġet id-DO huwa immaterjali, billi l-kriterju li jippermetti li ssir distinzjoni bejn id-DO supplementari u l-ittra bil-fatti huwa jekk kienux ifformulati oġġezzjonijiet ġodda jew le. Ma hemm l-ebda evidenza li t-tim inkarigat mill-każ seta' deliberatament żamm evidenza sa wara s-seduta ta' smigħ orali, biex iċaħħad is-smigħ orali mill-iskop tiegħu.

(12)

Fis-26 ta' Jannar 2017, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li ġew ippruvati fis-suq mill-1 ta' Frar sas-6 ta' Frar 2017 (“l-Impenji”).

(13)

Fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni Proposta se timpedixxi b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f'parti sostanzjali tas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz ta' effetti mhux koordinati, li jistgħu jirriżultaw b'mod partikolari fil-ħolqien ta' pożizzjoni dominanti fis-swieq tas-siment griż fiż-żoni qrib f'forma ċirkolari jew modifikati ta' 250 km madwar l-impjant tas-siment ta' Cemex fi Split/il-Kroazja, u li l-Impenji ma jeliminawx it-tħassib dwar il-kompetizzjoni għalkollox, u għaldaqstant huma insuffiċjenti biex jirrendu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern. Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, l-abbozz tad-deċiżjoni b'hekk jiddikjara li t-Tranżazzjoni Proposta hija inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(14)

Jiena rrivedejt l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li hija tittratta biss dwar l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet Notifikanti u Cemex ingħataw l-opportunità li jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom.

(15)

Fid-dawl ta' hawn fuq nikkunsidra li f'dan il-każ, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rispettat.

Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(3)  HeidelbergCement AG.

(4)  Schwenk Zement KG.

(5)  Duna-Dráva Cement Kft.

(6)  Cemex Hungária Építġanyagok Kft.

(7)  Cemex Hrvatska dd., parti minn Cemex España, S.A, il-kumpanija azzjonarja tas-sussidjarji Ewropej Cemex SAB de CV (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala “Cemex”).

(8)  HeidelbergCement u Schwenk wasslu għal annullament kontra din id-deċiżjoni, azzjonijiet li huma attwalment pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali (il-Kawżi T-902/16 u T-907/16).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1) (ir-“Regolament ta' Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet”).

(10)  Ara, b'analoġija, is-Sentenza tal-20 ta' Marzu 2002, fil-Kawża T-23/99, LR af 1998 A/S v il-Kummissjoni, EU:T:2002:75, il-paragrafi 186-195.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/14


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ April 2017

li tiddikkjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ M.7878 — HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia)

(innotifikata skont id-dokument C(2017) 1650)

It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/09)

Fil-5 ta’ April 2017 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ għaqda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista’ jkun fil-forma ta’ verżjoni proviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

I.   IL-PARTIJIET U L-OPERAZZJONI

(1)

Fil-5 ta’ Settembru 2016 il-Kummissjoni rċeviet avviż (2) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha l-impriżi HeidelbergCement AG (“HeidelbergCement”, il-Ġermanja) u Schwenk Zement KG (“Schwenk”, il-Ġermanja) jakkwistaw, permezz tal-joint venture (JV) li huma jikkontrollaw b’mod konġunt, il-kumpanija Duna-Dráva Cement Kft. (“DDC”), il-kontroll konġunt fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-intier tal-impriżi Cemex Hungária Építġanyagok Kft (“Cemex Hungary”) u Cemex Hrvatska dd (“Cemex Croatia”), it-tnejn li huma parti minn Cemex, S.A.B. de C.V (“Cemex Group”), permezz ta’ xiri ta’ ishma (“it-Tranżazzjoni”) (3).

(2)

Il-bejjiegħ, il-kumpaniji fil-mira u x-xerrejja kollha huma attivi fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ materjal tal-bini, b’mod partikolari ta’ siment, aggregati, konkrit imħallat lest u prodotti relatati oħra.

(3)

HeidelbergCement hija produttur Ġermaniż iżda twettaq l-attivitajiet kummerċjali tagħha b’mod globali f’aktar minn 40 pajjiż.

(4)

Schwenk hija soċjetà limitata tal-familja li n-negozju tagħha huwa kkonċentrat fil-Ġermanja, iżda hija għandha wkoll attivitajiet fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

(5)

DDC hija kumpanija konġunta ta’ funzjonalità sħiħa li hija proprjetà bl-istess mod u kkontrollata b’mod konġunt minn HeidelbergCement u Schwenk, li hija attiva fl-Ungerija, il-Kroazja u partijiet tal-Balkani tal-Punent (jiġifieri, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Maċedonja, il-Montenegro u l-Albanija, ilkoll flimkien imsejħa “ir-Reġjun Usa”). Barra l-Ungerija, DDC tħaddem impjant tas-siment u 11-il impjant tal-konkrit imħallat lest.

(6)

Il-grupp Cemex huwa kumpanija dinjija tal-materjali tal-bini, bil-kwartieri ġenerali fil-Messiku b’operazzjonijiet mad-dinja kollha. Cemex Hungary hija prinċipalment attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-konkrit imħallat lest li jinbiegħ biss fl-Ungerija. Cemex Croatia hija attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-siment, konkrit imħallat lest, gagazza, u aggregati. Barra mill-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani, l-attivitajiet ta’ Cemex Croatia prinċipalment jiffokaw fuq il-Kroazja u r-Reġjun tal-Fruntiera iżda wkoll jibagħtu provvisti lejn l-Italja, is-Slovenja u Malta. Cemex Croatia għandha tliet impjanti tas-siment u topera erba’ terminals tal-bejgħ fil-Kroazja.

(7)

Fl-isfond tal-qafas ta’ ftehim ma’ Rohrdorfer Baustoffe Austria AG (li kienet se takkwista Cemex Austria, il-kumpanija prinċipali ta’ Cemex Hungary), HeidelbergCement u Schwenk DDC jakkwistaw, permezz tal-kumpaniji ta’ DDC, il-kumpaniji Cemex Hungary u Cemex Croatia:

(8)

Skont ftehim ta’ bejgħ u xiri ffirmat fl-11 ta’ Awwissu 2015, DDC takkwista mingħand Cemex 100 % tal-ishma f’Cemex Croatia.

(9)

B’mod parallel, DDC se takkwista 100 % tal-ishma ta’ Cemex Hungary mingħand Rohrdorfer Baustoffe Austria AG.

(10)

L-akkwiżizzjoni ta’ Cemex Croatia u Cemex Hungary mingħand DDC jinħtieġ li jitqiesu bħala konċentrazzjoni waħda fis-sens tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-realtà ekonomika tal-ftehimiet hija li DDC takkwista l-kontroll ta’ Cemex Hungary u Cemex Croatia. L-akkwisti ta’ Cemex Hungary u Cemex Croatia minn DDC ġew segwiti fl-istess ħin u huma marbuta permezz ta’ qafas ta’ ftehim bejn Rohrdorfer u DDC.

(11)

It-tranżazzjoni għalhekk tinvolvi l-akkwist ta’ kontroll konġunt ta’ Cemex Hungary u Cemex Croatia mingħand HeidelbergCement u Schwenk (permezz ta’ DDC) permezz ta’ xiri ta’ ishma. It-tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

II.   PROĊEDURA

(12)

It-Tranżazzjoni kienet imħabbra fit-12 ta’ Awwissu 2015 u nnotifikata lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Settembru 2016.

(13)

Qabel in-notifika, fit-22 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rreferiet l-evalwazzjoni tal-effetti fuq is-swieq rilevanti fl-Ungerija biex jiġu eżaminati mill-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-riferiment segwita sottomissjoni motivata mill-Partijiet Notifikanti fil-25 ta’ Mejju 2016, li permezz tagħha l-Partijiet talbu għar-rinviju parzjali lill-Ungerija. Ma waslet l-ebda talba minn xi Parti Notifikanti jew xi Stat Membru biex isir rifereiment għal xi parti oħra tat-Tranżazzjoni skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(14)

Wara l-investigazzjoni tal-fażi I, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-Tranżazzjoni qajmet dubji sejri dwar il-kompattibiltà tagħha mas-suq intern u fl-10 ta’ Ottubru 2016 adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. ħ

(15)

Fuq il-bażi tal-investigazzjoni tal-fażi II li ssupplementat is-sejbiet tal-investigazzjoni inizjali tas-suq, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet fit-12 ta’ Diċembru 2016.

(16)

Fis-26 ta’ Jannar 2017, il-Partijiet Notifikanti offrew l-impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, biex jitneħħa l-impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva mqajjem mit-Tranżazzjoni.

(17)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet iddiskuta l-abbozz ta’ din id-Deċiżjoni fil-21 ta’ Marzu 2017 u ħareġ opinjoni favorevoli. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proċedimenti fir-rapport tiegħu li ġie ppreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017.

III.   ID-DIMENSJONI TAL-UE

(18)

Għalkemm it-Tranżazzjoni hija implimentata permezz ta’ DDC, joint venture li tiffunzjona kompletament, il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba l-involviment sinifikanti fl-inizjazzjoni, l-organizzazzjoni u l-finanzjament tat-Tranżazzjoni, HeidelbergCement u Schwenk huma l-parteċipanti reali wara t-Tranżazzjoni u għalhekk l-“impriżi kkonċernati” fuq in-naħa tal-akkwirent.

(19)

L-istandard legali applikat jinsab fil-paragrafu 147, tal-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni (4):

“146.

Fejn l-akkwist hu mwettaq minn joint venture li tiffunzjona b’mod komplet, jiġifieri joint venture li għandha riżorsi finanzjarji u oħrajn suffiċjenti biex topera attivitá kummerċjali fuq bażi li tibqa’ [11] u topera diġá f’suq, il-Kummissjoni għandha normalment tikkunsidra l-joint venture nfisha u l-kumpanija target bħala l-impriżi in kwistjoni (u mhux il-kumpaniji parent tal-joint venture).

147.

Min-naħa l-oħra, fejn il-joint venture tista’ tiġi meqjusa bħala mezz għall-akkwist mil-kumpaniji parent, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kull waħda mil-kumpaniji parent innifishom bħala impriżi in kwistjoni, x’aktarx milli l-joint venture, flimkien mal-kumpanija target. Dan hu l-każ partikolarment fejn il-joint venture hu stabbilit speċjalment għall-iskop tal-akkwist tal-kumpanija target, fejn għadha ma bdietx topera, fejn joint venture li teżisti ma għandhiex karattru ta’ funzjonament sħiħ kif imsejjaħ hawn fuq jew fejn il-joint venture hi assoċjazzjoni ta’ impriżi. L-istess japplika fejn hemm elementi li juru li l-kumpaniji parent huma fil-fatt il-protagonisti reali wara l-operazzjoni. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu involviment sinnifikanti mill-kumpaniji parent inifishom fl-inizjazzjoni, organizzazzjoni u finanzjament tal-operazzjoni. F’dawk il-każijiet, il-kumpaniji parent huma meqjusin bħala impriżi in kwistjoni.”

(20)

Fuq il-bażi ta’ analiżi għas-sottomissjonijiet tal-Partijiet u dokumenti interni, il-Kummissjoni waslet għar-riżultanzi li ġejjin:

(21)

It-tranżazzjoni kienet mibdija minn HeidelbergCement u Schwenk, li identifikaw it-Tranżazzjoni bħala opportunità kummerċjali attraenti u ddeċidew li DDC jinħtieġ li tkun l-entità akkwirenti.

(22)

Fil-5 ta’ Mejju 2015, HeidelbergCement u Cemex bdew kuntatti ta’ livell għoli. L-għada saret diskussjoni inizjali dwar it-Tranżazzjoni bejn rappreżentanti ta’ HeidelbergCement u Cemex. Sas-6 ta’ Mejju 2015, HeidelbergCement kienet diġà ddeċidiet li tippreżenta offerta indikattiva u kienet talbet u kisbet il-qbil ta’ Schwenk biex tipproċedi. F’din id-data saret laqgħa - li għaliha attendew biss l-impjegati ta’ HeidelbergCement - u ġie deċiż li jiġi stabbilit kumitat tat-tmexxija ppresedut minn impjegat ta’ HeidelbergCement u jkun jinkludi żewġ impjegati ta’ DDC bħala membri. Il-maniġer tal-proġetti għat-Tranżazzjoni bir-responsabbiltà ġenerali għall-ippjanar u l-eżekuzzjoni tagħha kien ukoll nominat u magħżul minn fost l-impjegati ta’ HeidelbergCement. Sussegwentement, fis-7 ta’ Mejju 2015, HeidelbergCement informat lil DDC dwar id-diversi deċiżjonijiet li kienet ħadet rigward l-ippjanar tat-Tranżazzjoni.

(23)

HeidelbergCement organizzat it-Tranżazzjoni, inkluż l-iżvilupp tal-każ tan-negozju u l-istruttura tat-tranżazzjoni, fejn ħejjiet il-valwazzjoni tal-ftehim u wasslet għan-negozjati finali ma’ Cemex. Schwenk kienet infurmata regolarment dwar l-organizzazzjoni tat-Tranżazzjoni minn HeidelbergCement u qatt ma fittxet li topponi r-rwol ta’ HeidelbergCement bl-ebda mod filwaqt DDC onorat strettament id-deċiżjonijiet meħuda minn HeidelbergCement.

(24)

HeidelbergCement u Schwenk fasslu l-finanzjament u l-istruttura korporattiva relatata tat-Tranżazzjoni. HeidelbergCement iddeċiediet liema entità jinħtieġ li tieħu s-self, kemm jekk l-entità l-ġdida jinħtiġx li tiġi stabbilita għal dawn l-iskopijiet, liema kumpanija jinħtieġ li tkun l-akkwirent dirett, il-kapital ta’ liema kumpanija jinħtiġx li jiżdied u jekk HeidelbergCement permezz tal-impriża sussidjarja tagħha DDC ikollhiex bżonn tinjetta iktar fondi. Schwenk indikat ir-rieda tagħha li tagħti self unilaterali biex tevita li toħroġ garanziji lill-banek biex tassigura l-finanzjament minn DDC. Barra minn hekk, HeidelbergCement għażlet banek li jinħtieġ li jiġu kkuntattjati, ingaġġat ditti ta’ konsulenza tad-diliġenza dovuta finanzjarja u ħadet deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-livelli ta’ dejn. HeidelbergCement qablet ukoll ma’ Cemex fuq il-prezz aħħari tax-xiri.

(25)

L-involviment ta’ Schwenk fit-Tranżazzjoni ma kienx limitat għar-rwol ta’ azzjonist li jeżerċita drittijiet obbligatorji tiegħu f’joint venture. Hija qablet mat-Tranżazzjoni, talbet u rċeviet aġġornamenti dwar il-progress fuq bażi ta’ kull ġimgħa u kienet involuta fi kwistjonijiet ta’ importanza strateġika ġenerali kif ukoll fid-dettalji tal-implimentazzjoni tat-Tranżazzjoni, inkluża sħubija f’kumitat ta’ tmexxija għall-integrazzjoni tat-Tranżazzjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa ġuridikament irrilevanti jekk Schwenk setgħetx kienet involuta fuq livell differenti minn HeidelbergCement fit-Tranżazzjoni billi ż-żewġ “kumpaniji prinċipali” tal-joint venture seta’ kellhom involviment sinifikanti, għalkemm differenti, f’konċentrazzjoni.

(26)

Minn dan isegwi li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, billi l-impriżi kkonċernati, HeidelbergCement, Schwenk, Cemex Hungary u Cemex Croatia, għandhom fatturat dinji aggregat ikkombinat ta’ iktar minn EUR 5 000 miljun u HeidelbergCement u Schwenk kull waħda għandhom fatturat madwar l-Unjoni kollha ta’ iktar minn EUR 250 miljun, mingħajr ma jiksbu aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom madwar l-Unjoni kollha fi Stat Membru wieħed.

IV.   IS-SWIEQ RILEVANTI

(27)

Il-Kummissjoni semmiet oġġezzjonijiet dwar l-effetti tat-Tranżazzjoni fir-rigward tal-provvista tas-siment griż f’żoni ta’ klijentela ċirkolari u mmodifikati ta’ 250 km madwar l-impjant ta’ Cemex Croatia fi Split. Is-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi relevanti huma definiti kif ġej:

a.   Suq tal-prodotti: Siment griż

(28)

Il-Kummissjoni tqis li subsegmentazzjoni eżatta tas-suq tas-siment griż (siment fil-boroż kontra dak bil-bulk, bejn tipi u gradi differenti tas-siment) tista’ tibqa’ miftuħa billi t-Tranżazzjoni se twassal għall-impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva skont kull definizzjoni plawżibbli tas-suq tal-prodott.

(29)

Il-valutazzjoni kompetittiva, madankollu, tieħu kont ta’: (i) il-fatt li s-siment bil-bulk jirrappreżenta 70 % tal-bejgħ fil-Kroazja; (ii) il-fatt li xi fornituri huma kapaċi biss li jfornu siment fil-boroż għal raġunijiet loġistiċi; (iii) id-differenzjar tal-fornituri f’termini ta’ klassijiet ta’ siment; u (iv) ir-rilevanza partikolari tat-tip ta’ siment CEM II fil-Kroazja.

b.   Suq ġeografiku: Żoni ta’ klijentela ċirkolari u modifikati madwar l-impjanti tas-siment tal-Partijiet

(30)

Is-siment griż hu prodott tqil u ingumbranti imma għandu valur pjuttost baxx li jpoġġi limitu fuq id-distanti li matulhom jista’ jiġi trasportat b’mod ekonomiku. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet kompetittivi se jinbidlu b’mod gradwali għal konsumaturi f’lokalitajiet differenti. Il-Kummissjoni fil-passat iddefinixxiet is-swieq ġeografiċi rilevanti bħala żoni ta’ klijentela ċirkolari madwar l-impjanti tal-produzzjoni.

(31)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ id-distanza addattata għaż-żona ta’ klijentela ċirkolari madwar l-impjanti tal-Partijiet tkun ta’ raġġ ta’ 250 km f’distanza ġeodesika. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq id-dejta tal-Partijiet u fornituri oħra fir-rigward tad-distanzi tat-trasport permezz tal-ferroviji u t-toroq fil-Kroazja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rfinat aktar iż-żona ta’ klijentela ta’ 250 km madwar l-impjant ta’ Cemex fi Split biex tirrifletti d-distanzi speċifiċi tat-trasport għal klijenti individwali u l-kundizzjonijiet tan-netwerk tat-toroq attwali f’diversi partijiet taż-żoni ta’ klijentela. Skont dak l-approċċ immodifikat, iż-żona ta’ klijentela madwar l-impjanti ta’ Split hija definita bħala ż-żona milħuqa billi wieħed jivvjaġġa 359 kilometru tat-triq u tirriżulta fl-esklużi prinċipalment lis-Slavonja (fil-Grigal l-Kroazja) fejn Cemex tagħmel bejgħ limitat minħabba d-distanza li trid tiġi vvjaġġata.

(32)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li tista’ titħalla miftuħa jekk is-suq rilevanti għandu jiġi definit bħala: (i) żoni ta’ klijentela ċirkolari ta’ 250 km madwar l-impjanti tal-Partijiet; jew (ii) żoni ta’ kiljentala modifikati ta’ 250 km madwar l-impjanti tal-partijiet peress li t-Tranżazzjoni tista’ timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva taħt iż-żewġ definizzjonijiet alternattivi tas-suq. Il-Kummissjoni waslet ukoll għall-konklużjoni li l-kwistjoni ta’ jekk dawn iż-żewġ definizzjonijiet alternattivi tas-suq għandhomx jinkludu t-territorju li mhuwiex fiż-ŻEE (b’mod partikolari mal-Bosnja-Ħerzegovina) tista’ titħalla miftuħa billi, fi kwalunkwe każ, il-valutazzjoni kompetittiva tiffoka biss fuq partijiet tas-swieq rilevanti fiż-ŻEE.

V.   VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

(33)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-Tranżazzjoni ser timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva permezz ta’ effetti mhux koordinati, li tista’ tirriżulta b’mod partikolari fil-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, f’żoni ta’ klijentela ċirkolari u modifikati ta’ 250 km madwar l-impjant ta’ Cemex Croatia fi Split.

(34)

Din il-konklużjoni hija bbażata fuq l-elementi li ġejjin:

a.   L-ishma flimkien tas-suq tal-Partijiet u ż-żidiet fl-ishma mis-suq fis-swieq se jkunu għolja

(35)

Il-bejgħ kombinat l-ishma mis-suq tal-Partijiet jammontaw għal [50-60] % għall-klijentela modifikata ta’ Split (Cemex: [20-30] - [40-50] %; DDC: [10-20] - [20-30] %; ITC ([parti minn HeidelbergCement)]: [0-5] %) u għal [40-50] % għaż-żona ta’ klijentela ċirkolari ta’ 250 km (Cemex: [20-30]-[30-40] %, DDC: [10-20] - [20-30] %, ITC: [0-5] %). Fil-lenti ta’ trikkib ta’ dawn is-swieq bl-impjant f’Kakanj ta’ DCC, l-ishma kkombinati mis-suq jammontaw għal [40-50] - [60-70] % (Cemex: [20-30] - [40-50] %; DDC: [10-20] - [20-30] %; ITC: [0-5] %). L-akbar kompetitur li jifdal, LafargeHolcim, kien jammonta għal [10-20] - [20-30] % filwaqt li Nexe, il-produttur domestiku li fadal, kien jammonta għal [5-10] %.

(36)

L-ishma tal-kapaċità kkombinata kienet tvarja bejn [40-50] % u [50-60] % (Cemex: [30-40] %; DDC: [5-10] - [10-20] %; ITC: [0-5] %). Fil-lenti ta’ trikkib tas-swieq bl-impjant f’Kakanj ta’ DCC, l-ishma kkombinati mis-suq ugwalment jammontaw għal [40-50] - [50-60] % (Cemex: [20-30] - [40-50] %; DDC: [10-20] - [20-30] %; ITC: [0-5] %). L-akbar kompetitur li jifdal, LafargeHolcim, kien jammonta għal [10-20] - [20-30] % filwaqt li Nexe, il-produttur domestiku li fadal, kien jammonta għal[5-10] %.

(37)

Minħabba varjazzjonijiet ġeografiċi fiż-żoni ta’ klijentela rilevanti, is-sehem mis-suq tal-entità amalgamata fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Kroazja, Dalmazja huwa ogħla b’mod sinifikanti ta’ [70-80] - [80-90] %. L-akbar kompetitur li jifdal, LafargeHolcim, kien jammonta għal [10-20] - [20-30] % filwaqt li Titan, importatur mis-Serbja, ammonta għal [5-10] - [10-20] %.

b.   Il-partijiet huma kompetituri qrib xulxin

(38)

Cemex Croatia hija l-akbar fornitur fil-Kroazja filwaqt illi HeidelbergCement (permezz tal-impjanti ta’ DDC f’Kakanj/il-Bożnja u Ħerzegovina, u Beremend/l-Ungerija u permezz tal-impjant ta’ Italcementi fi Trieste (l-Italja) kienet bil-wisq l-akbar importatur lejn il-Kroazja responsabbli għal [50–60] % tal-volum globali tal-importazzjoni.

(39)

DDC hija kompetitur mill-qrib ta’ Cemex tal-Kroazja. L-impjant tagħha fil-Bożnja huwa ġeografikament l-eqreb impjant ta’ Cemex Croatia fi Split u DDC kienet qed tiġri b’mod aggressiv wara l-klijenti ta’ Cemex. Barra minn hekk, il-Partijiet huma l-eqreb kompetituri ta’ xulxin fuq in-naħa tax-xlokk ta’ Split, fejn hu attiv sa ċertu punt il-produttur domestiku LafargeHolcim b’għadd żgħir ta’ klijenti minħabba l-ispejjeż għolja tat-trasport.

(40)

DDC hija forza kompetittiva importanti fil-Kroazja minħabba l-politika tagħha li żżid il-volum tal-bejgħ u li tkompli tespandi fil-Kroazja, b’mod partikolari lejn Dalmazja. It-Tranżazzjoni tara lil DDC tittrasforma minn importatur li qed jespandi fil-Kroazja għall-akbar importatur ġdid Kroat, u l-konsumaturi ma setgħux jibbenefikaw iktar mill-pressjoni kompetittiva minn dawk l-importazzjonijiet.

(41)

It-Tranżazzjoni ġġib magħha wkoll telf ta’ restrizzjoni kompetittiva minn Italcementi - li issa hu kkontrollat minn HeidelbergCement. Italcementi hija forza kompetittiva importanti l-Kroazja tal-Punent fejn il-preżenza ta’ DDC hija aktar limitata.

c.   Il-fornituri u l-importaturi domestiċi ta’ bħalissa mhux se jirrestrinġu biżżejjed lill-Partijiet

(42)

Apparti l-Partijiet, il-fornituri prinċipali tas-siment griż fiż-żoni ta’ klijentela rilevanti huma l-fornituri domestiċi LafargeHolcim, li jopera impjant wieħed tas-siment f’Koromačno (il-punent tal-kosta tal-Kroazja), u Nexe, fornitur lokali bil-kwartieri ġenerali f’Našice (is-Slavonja), u l-importaturi bl-art li jinkludu Asamer (impjant li jinsab f’Lukavac fil-Bosnja-Ħerzegovina), Titan (impjant li jinsab f’Kosjerić, is-Serbja), W&P, (impjant f’Anhovo, is-Slovenja), u Colacem (impjanti fl-Italja u l-Albanija).

(43)

Id-distanza biex jintlaħqu l-konsumaturi kkonċernati mit-trikkib tal-Partijiet iġġib magħha kemm spejjeż ogħla tat-trasport u livell iktar baxx ta’ sigurtà tal-provvista tas-siment. Dan jitfa’ lil fornituri iktar remoti, kemm fornituri domestiċi jew importaturi, fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma’ dawk il-partijiet, li l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħhom jinsabu viċin iż-żona ta’ klijentala ta’ xulxin.

(44)

Fatturi oħra, bħal ma huma aċċettazzjoni iktar baxxa tas-suq għas-siment importat minn ċerti pajjiżi produtturi, u l-abbiltà mnaqqsa sabiex wieħed jidħol f’kummerċ ta’ tpartit u biex wieħed jivvaluta l-kredibbiltà kreditizja tal-konsumatur, jaffettwaw ukoll b’mod negattiv il-parteċipanti l-ġodda potenzjali jew l-importaturi.

(45)

Fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljata ta’ kull kompetitur (il-fornituri domestiċi u l-importaturi bl-art), meħudin individwalment u kollettivament, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kompetituri li jifdal mhux se jirrestrinġu biżżejjed lill-entità amalgamata wara t-Tranżazzjoni. B’mod partikolari, it-terminal tas-siment LafargeHolcim fid-Dalmazja għandu kapaċità kostretta u l-kompetituri li fadal ma għandhomx inċentivi biżżejjed biex jespandu l-provvista wara t-Tranżazzjoni. Il-kompetituri li fadal bħalissa mhumiex attivi fis-swieq sa xi punt sinifikanti, inkluż fl-aktar partijiet ikkonċentrat tad-Dalmazja, u lanqas ma espandew f’reġjuni ġirien li jinsabu qrib l-impjanti tal-produzzjoni tagħhom, minkejja l-opportunità li jinkisbu marġnijiet ogħla minn dawk attwalment possibbli fis-swieq rilevanti fil-Kroazja.

(46)

L-importazzjonijiet ibbażati fuq il-baħar attwalment ma għandhomx jillimitaw lill-Partijiet u mhux se jillimitaw biżżejjed lill-entità amalgamata wara t-Tranżazzjoni minħabba l-iżvantaġġi tal-ispejjeż tat-trasport u s-sigurtà tal-provvista u billi ma kienx hemm terminals disponibbli fuq il-kosta Kroata għall-importazzjoni ta’ kwantitajiet kbar ta’ siment.

d.   Ma hemm l-ebda kompetituri potenzjali li d-dħul tagħhom fis-suq ikun probabbli, fi żmien opportun u suffiċjenti biżżejjed

(47)

Importaturi tradizzjonali potenzjali oħra, bħall-kumpaniji Torok Cimsa u Limak, mhux se jkunu jistgħu jagħmlu konsenji ta’ siment fis-suq rilevanti minħabba spejjeż għoljin tat-trasport li jirriżultaw mid-distanza twila ta’ triq bejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagћhom u l-Kroazja. Barra minn hekk, għalkemm produttur tas-siment Taljan ikkunsidra l-possibbiltà li jibni impjant ta’ produzzjoni fil-Kroazja, dak il-proġett potenzjali jidher li ma tantx se jikber u jsir forza kompetittiva effettiva f’perjodu ta’ żmien qasir biżżejjed.

e.   It-theddida ta’ reazzjonijiet mingħand l-entità amalagamata se toħloq deterrent għad-dħul u l-espansjoni fis-suq rilevanti

(48)

L-inċentivi ta’ kompetituri attwali jew potenzjali li jespandu jew idaħħlu l-provvista tas-siment griż fis-suq rilevanti huma mrażżna permezz ta’ azzjonijiet possibbli fil-ġejjieni mill-entità amalgamata li jikkonċernaw (i) l-immirar ta’ gruppi speċifiċi ta’ klijenti tal-entità l-ġdida jew (ii) l-istrateġiji ta’ litigazzjoni mmirati b’mod partikolari lejn l-importaturi. L-imġiba fl-imgħoddi tissuġġerixxi li kemm is-Cemex Croatia kif ukoll DDC ta’ spiss ikkunsidraw jew irrikorrew għal reazzjonijiet biex inaffru t-theddida ta’ dħul kompetittiv billi jrenduh inqas profitabbli u jagħmluhielu aktar diffiċli.

f.   It-Tranżazzjoni x’aktarx li twassal għal żidiet kwantifikabbli fil-prezzijiet

(49)

Il-Kummissjoni sabet li dokumenti kontemporanji mħejjija mill-maniġment superjuri ta’ DDC in tempore non suspecto jindikaw li t-Tranżazzjoni se twassal għal żidiet fil-prezz tas-siment griż.

g.   Parti sostanzjali mis-suq intern

(50)

Iż-żoni ta’ klijentela ċirkolari u modifikati ta’ 250 km madwar l-impjant ta’ Cemex Croatia fi Split jikkostitwixxu parti sostanzjali mis-suq intern minħabba li huma mdaqqsa f’termini ta’ erja (aktar minn 30 000 km2) kif ukoll ta’ abitanti (aktar minn 2 miljun abitant), il-konsum annwali tagħhom tas-siment rispettivament jirrappreżenta 58-66 % tal-konsum tas-siment tal-Kroazja u huwa kkaratterizzat minn kummerċ transfruntiera.

VI.   L-IMPENJI

(51)

Fis-26 ta’ Jannar 2017, il-Partijiet Notifikanti ressqet impenji biex jindirizzaw il-problemi dwar il-kompetizzjoni identifikati fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet.

a.   Deskrizzjoni tal-impenji

(52)

L-impenji għandhom l-għan li jiffaċilitaw id-dħul fis-suq ta’ kompetitur billi jingħata aċċess għal terminal tas-siment f’Metković fid-Dalmazja.

(53)

It-terminal – li huwa faċilità għal ħażna ta’ siment tal-massa u fil-boroż b’aċċess bit-trakk, bil-biċċiet tal-baħar (potenzjalment fil-futur) aċċess bil-ferrovija - hu proprjetà tal-istat Kroat imħaddem mill-port ta’ Ploče u bħalissa hu mikri minn Cemex Croatia, iżda bħalissa jintuża biss għal bejgħ sporadiku. Il-kuntratt tal-kera preżenti għandu durata ta’ […] snin, sa tmiem l-[…] u tariffa ta’ kiri ta’ madwar EUR […]. Skont l-impenji, it-terminal se jinkera minn kompetitur (il-“kerrej il-ġdid”) li jkun jista’ jibda jbigħ is-siment permezz tat-terminal.

(54)

B’mod aktar speċifiku, il-Partijiet ħadu l-impenji li ġejjin:

(55)

L-ewwel, li jitterminaw il-kuntratt tal-kera minn Cemex Croatia u l-[…] ta’ Cemex Croatia.

(56)

It-tieni, biex isibu kerrej ġdid li għandu l-ħila u l-inċentiv li jikkompeti b’mod effettiv fuq bażi tat-tul ma’ DDC fin-Nofsinhar tal-Kroazja u jiżgura l-konklużjoni ta’ ftehim ġdid ta’ kera għal mill-inqas […] snin f’termini li huma sostanzjalment simili għat-termini tal-kirja eżistenti.

(57)

It-tielet, li jaraw li DDC tipprovdi lill-kerrej il-ġdid appoġġ f’għadd ta’ kwistjonijiet. DDC se tipprovdi lill-kerrej il-ġdid bir-rekords tal-klijenti kollha ta’ ċerti klijenti Kroati ta’ DDC. DDC se tipprovdi wkoll appoġġ loġistiku lill-kerrej il-ġdid billi jipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpaniji tat-trasport użati minn Cemex Croatia u, bl-għażla tal-kerrej il-ġdid, […]. Fl-aħħar, DDC se żżomm, fuq l-għażla tal-kerrej il-ġdid, faċilità ta’ riżerva ta’ siment fis-sena għall-benefiċċju tal-kerrej il-ġdid fl-impjant ta’ Split li jista’ juża l-kerrej il-ġdid (i) f’kull ħin wara li jagħti mill-anqas numru ta’ jiem ta’ avviż minn qabel u (ii) bi prezz stabbilit wara proċess speċifiku, approvat mill-Fiduċjarju.

(58)

Ir-raba’, li ma tiġix implimentata t-Tranżazzjoni qabel il-kerrej il-ġdid u l-port ikunu daħlu fi ftehim finali u vinkolanti tal-kirja l-ġdida, u sakemm il-Kummissjoni ma tkunx approvat it-termini tal-ftehim tal-kirja tal-kerrej il-ġdid.

b.   Il-valutazzjoni tal-impenji ppreżentati

(59)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-impenji ma humiex suffiċjenti sabiex jirrendu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern.

(60)

L-ewwel nett, l-impenji għandhom defiċits strutturali serji tant li l-problemi dwar il-kompetizzjoni ma jkunux eliminati kompletament, u hemm xi inċertezzi u riskji fl-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha tagħhom. L-impenji jħallu l-pożizzjoni fis-suq tal-entità amalgamata kważi l-istess, filwaqt li tikkombina l-kapaċità kompleta tal-produzzjoni tas-siment fis-suq rilevanti u dan iwassal għal żieda sinifikanti fil-kapaċità ta’ produzzjoni konġunta tagħhom. L-impenji ma jikkonċernawx l-iżvestiment ta’ negozju vijabbli iżda joffru sempliċiment opportunità ta’ negozju lill-kerrej il-ġdid biex jibda negozju ġdid tas-siment fid-Dalmazja mill-bidu. Din is-sempliċi opportunità tinvolvi livell għoli ta’ inċertezza u ma għandhiex effett ekwivalenti bħala żvestiment.

(61)

It-tieni, hemm probabbiltà baxxa li jinstab kerrej adatt.

(62)

Fl-ewwel lok, hemm inċertezza konsiderevoli li xi kerrej ġdid – inklużi l-kumpaniji Titan u Asamer li l-Partijiet ippreżentaw lill-Kummissjoni bħala l-kerrejja potenzjali bl-aħjar pożizzjoni – jkunux kapaċi li biż-żmien jiżviluppaw f’kompetitur vijabbli li jista’ jikkompeti b’mod effettiv mal-entità amalgamata fuq bażi dewwiema. Dan għaliex il-kerrejja potenzjali kollha ssuġġeriti mill-Partijiet x’aktarx ikunu ħafna inqas kompetittivi minn DDC. Barra minn hekk, Titan iddeċidiet li ma tkomplix iktar bin-negozjati tal-kuntratt tal-kiri malli jsir jaf bid-dettalji tal-proposta tan-negozju.

(63)

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi b’livell meħtieġ ta’ ċertezza li Asamer - li ffirmat ftehim ta’ kiri tat-terminal ta’ Metković mal-port ta’ Ploče fit-13 ta’ Marzu 2017 (li jiddependi, fost affarijiet oħra, fuq l-approvazzjoni tat-Tranżazzjoni mill-Kummissjoni) - tkun f’pożizzjoni li tiżviluppa n-negozju tas-siment il-griż fis-swieq rilevanti bħala forza kompetittiva vijabbli li tista’ tikkompeti b’mod effettiv mal-entità inkorporata fuq bażi dewwiema: (i) Asamer tiffaċċja żvantaġġi sinjifikanti f’termini ta’ spiża għas-suq meta mqabbla ma’ DDC, (ii) mhuwiex ċar kif Asamer fi ħsiebha tissormonta d-diffikultajiet probabbli biex terġa’ timla t-terminal bit-trakkijiet u l-ferroviji sa livell suffiċjenti, (iii) il-Kummissjoni ma tistax tinforza xi investiment fl-infrastruttura tat-terminal ta’ Metković biex tiżgura li Asamer tilħaq volumi suffiċjenti ta’ bejgħ, u (iv) fl-imgħoddi Asamer uriet nuqqas ta’ aggressività fil-kompetizzjoni mal-Partijiet.

(64)

Fit-tielet lok, ir-rimedju jidher li mhux biżżejjed fl-iskala. Il-kapaċità fit-terminal Metković x’aktarx li tkun insuffiċjenti għal xi kerrej ġdid biex jikber f’forza kompetittiva vijabbli li jista’ tikkompeti b’mod effettiv mal-entità amalgamata fuq bażi li ddum fit-tul. Dan għaliex l-istaġonalità tad-domanda fiż-żona, kif ukoll l-isfidi loġistiċi fil-forniment tas-siment fit-terminal jillimitaw il-kapaċità effettiva tiegħu. Barra minn hekk, minħabba l-viċinanza tat-terminal ta’ Metković tal-Bosnja u tal-Montenegro, huwa improbabbli li l-kapaċità tat-terminal tkun allokata esklużivament lill-Kroazja. Fl-aħħar nett, it-terminal Metković ikollu bżonn kapaċità żejda addizzjonali biex il-kerrej il-ġdid ikun jista’ jikkompeti b’mod effettiv.

(65)

Ir-raba’, hemm nuqqasijiet, fil-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-impenji. Ma hemm l-ebda klawżola fl-impenji li tipprovdi protezzjoni f’każ li min jikri, il-Port ta’ Ploče, ma jaqbilx mal-kerrej potenzjali l-ġdid jew il-Partijiet Notifikanti ma jsibux kerrejja potenzjali ġodda. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda klawżola li tistipula li l-Partijiet se tkun meqjusa li ma kkonformawx mal-impenji jekk l-ebda kerrej adattat ma jkun ġie approvat fi żmien l-iskadenza. Għaldaqstant, hemm ir-riskju li jkun hemm perjodu indefinit biex jinstab kerrej addattat, li potenzjalment jaffettwa b’mod negattiv in-negozju ta’ Cemex Croatia.

VII.   KONKLUŻJONI

(66)

Għal dawn ir-raġunijiet li ssemmew hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva permezz ta’ effetti mhux koordinati, li tista’ tirriżulta b’mod partikolari fil-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti, f’żoni ta’ klijentela ċirkolari u modifikati ta’ 250 km madwar l-impjant ta’ Cemex Croatia fi Split.

(67)

Għaldaqstant, il-konċentrazzjoni kienet iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont l-Artikoli 2(3) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 337, 14.9.2016, p. 7.

(3)  Għal raġunijiet ta’ sempliċità u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, f’dan li ġej, HeidelbergCement, Schwenk, DDC, Cemex Hungary u Cemex Croatia huma msejħa flimkien bħala “il-Partijiet”. HeidelbergCement u Schwenk jissejħu “il-Partijiet Notifikanti”.

(4)  L-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/21


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2017/C 440/10)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat

It-Tajlandja

Dazju antidumping

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 875/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 1).

14.9.2018


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/22


Notifika ta' bidu ta' proċedura ta' antisussidji rigward l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2017/C 440/11)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qegħdin ikunu sussidjati u b'hekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment ġie ppreżentat fit-8 ta' Novembru 2017 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (EBMA) f'isem il-produtturi (“l-ilmentaturi”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' roti elettriċi.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa roti, assistiti bil-pedali, b'mutur elettriku awżiljarju (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   Allegazzjoni ta' sussidju

Il-prodott li allegatament qiegħed ikun issussidjat huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 8711 60 10 u ex 8711 60 90 (kodiċi TARIC 8711609010). Dawn il-kodiċijiet qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

L-ilment jinkludi biżżejjed evidenza li l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat gawdew minn għadd ta' sussidji mogħtija mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Il-prattiki tas-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, (1) fi trasferimenti diretti u dawk potenzjalment diretti ta' fondi jew ta' obbligazzjonijiet, (2) dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur, u (3) forniment ta' prodotti jew servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni mhux adegwata. L-ilment kien fih evidenza, pereżempju, ta' diversi għotjiet bħala sussidji għall-protezzjoni ambjentali u sussidji għat-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp; l-għoti ta' self jew linji ta' kreditu mogħtija minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra proprjetà tal-Istat fuq termini preferenzjali, u l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni u garanziji ta' esportazzjoni u assigurazzjonijiet minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra tal-Istat; tnaqqis u eżenzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu, roħs tat-tariffa tal-importazzjoni u eżenzjonijiet u roħs tal-VAT. u l-forniment mill-Gvern ta' art u enerġija għal remunerazzjoni inqas milli kienu ikun adegwat; L-ilmentaturi jallegaw li l-miżuri ta' hawn fuq huma sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew minn gvernijiet reġjonali u lokali oħra (inklużi l-entitajiet pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn huma allegatament limitati għal ċerti impriżi jew industriji jew grupp ta' impriżi u, għaldaqstant, huma speċifiċi u kumpensatorji. Fuq din il-bażi, l-ammonti ta' sussidju allegat huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

Fid-dawl tal-Artikoli 10(2) u 10(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza ta' evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl li jista' jiġi vverifikat mill-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga prattiki oħrajn ta' sussidju rilevanti.

4.   L-allegazzjoni ta' ħsara u kawżalità

L-ilmentaturi taw evidenza suffiċjenti li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u żdiedu f'termini ta' sehem mis-suq.

L-evidenza pprovduta mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat taħt investigazzjoni kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni u fuq is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, kif ukoll fuq il-prezzijiet tal-Unjoni li ma setgħux jogħlew għal-livell raġonevoli minħabba pressjoni li tniżżel il-prezz tal-prodott importat investigat li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni kumplessiva tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, u infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż kkonċernat hux qed jiġi sussidjat u jekk dawn l-importazzjonijiet sussidjati ikkawżawx ħsara jew qed jheddu li jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ġie mistieden għal konsultazzjonijiet.

5.1.    Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta' sussidjar u ħsara se tkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara se jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni tas-sussidjar

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Partijiet oħra li mingħandhom il-Kummissjoni se tfittex informazzjoni rilevanti biex tiddetermina l-eżistenza u l-ammont ta' sussidji kumpensabbli konferiti fuq il-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna wkoll biex jikkooperaw mal-Kummissjoni kemm jista' jkun.

5.2.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

(a)   Il-kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat u involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta' kampjuni”). It-teħid ta' kampjuni se jsir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu hekk fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jagħtu l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom lill-Kummissjoni, kif mitlub fl-Anness I ta' dan in-Notifika.

Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista' tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula biex ikunu fil-kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex jiffurmaw parti mill-kampjun, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, jkollhom jibagħtu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw”). Bla preġudizzju għat-Taqsima (b) ta' hawn taħt, id-dazju kumpensatorju li jista' jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw ma għandux jaqbeż l-ammonti medji pponderat ta' sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Ammont individwali ta' sussidjar kumpensabbli għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont ta' sussidju individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal ammont individwali ta' sussidjar jridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli kif dovut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu ammont ta' sussidju individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax l-ammont ta' sussidju individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta' produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun ta' piż żejjed u ma jkunx jippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.2.2.   Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (4)  (5)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). It-teħid ta' kampjuni se jsir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta' din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta' dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex tiġi stabbilita l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista' jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 iktar 'l isfel). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta' sussidju u ta' ħsara kkawżati minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri kontra s-sussidju tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-limitu ta' żmien ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 31 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għala tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ jenħtieġ li titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett” (6). Partijiet li jissottomettu l-informazzjoni matul l-investigazzjoni huma mistiedna jipprovdu r-raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Partijiet li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jenħtieġ li jkunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali. Jekk parti li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni tajba għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista' tinjora tali informazzjoni sakemm ma jistax jintwera b'mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta' ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta' ittra reġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizzi elettroniċi

:

TRADE-AS646-EBIKES-SUBSIDY@ec.europa.eu

TRADE-AS646-EBIKES-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nonkooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jenħtieġ li tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' punt ta' kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta trid issir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri proviżorji mhux iktar tard minn disa' xhur mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Ipproċessar ta' dejta personali

Id-dejta personali kollha miġbura f'din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (7).


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, direttament jew permezz ta' parti terza, inkluża kull kumpanija relatata miegħu involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

(3)  Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti żero u de minimis kollha ta' sussidji kumpensatorji u l-ammonti ta' sussidji kumpensatorji stabbiliti fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għandhom jitwarrbu.

(4)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558), żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti oħra ta' din l-investigazzjoni apparti d-determinazzjoni tas-sussidjar.

(6)  Dokument “Limited” huwa dokument meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1037 u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/33


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8720 — Jones Lang LaSalle/Intu properties/The Chapelfield Partnership)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/12)

1.

Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

LaSalle Investment Management (“LaSalle”, ir-Renju Unit),

intu properties plc (“intu”, ir-Renju Unit),

Iċ-ċentru kummerċjali Chapelfield (“Chapelfield”, ir-Renju Unit), bħalissa proprjetà indiretta kollha kemm hi ta’ intu.

Intu u LaSalle jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Chapelfield.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   intu: fiduċjarja tal-investiment fil-proprjetà immobbli, iffukata l-aktar fuq is-sjieda, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ ċentri kummerċjali madwar ir-Renju Unit, u sa ċertu punt fi Spanja,

—   LaSalle: ditta ta' ġestjoni tal-investimenti fil-proprjetà immobbli. Hija sussidjarja indiretta u proprjetà kollha kemm hi ta’ Jones Lang LaSalle Incorporated,

—   Chapelfied: ċentru kummerċjali msaqqaf f’Norwich, belt fil-lvant tal-Ingilterra, fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8720 — Jones Lang LaSalle/Intu properties/The Chapelfield Partnership

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/35


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8597 — APG/Ardian/Portfolio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 440/13)

1.

Fit-13 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP,

Ardian S.A.S. (“Ardian”, Franza),

Portafoll ta’ 10 kumpaniji (“Portfolio”, Spanja, l-Italja u Franza).

APG u Ardian jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ portafoll ta’ 10 kumpaniji.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   APG: fornitur ta’ servizzi bħalma huma konsulenza eżekuttiva, ġestjoni tal-assi, amministrazzjoni tal-pensjonijiet, servizzi ta’ komunikazzjoni u ta’ min iħaddem għan-nom ta’ skemi kollettivi ta’ pensjonijiet,

—   Ardian: grupp tal-ekwità privat magħmul minn diversi kumpaniji tal-maniġment u fondi ta’ investiment li jinvestu f’kumpaniji involuti f’firxa wiesgħa ta’ negozji (bħall-kura tas-saħħa, l-infrastruttura, l-enerġija, oġġetti tal-konsum jew fis-setturi tat-teknoloġiji ġodda) madwar id-dinja,

—   Portfolio: 10 kumpaniji attivi fis-settur tal-infrastruttura tat-trasport (Spanja u Franza), fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija (Franza u l-Italja) u fit-tħaddim ta’ konċessjoni ta’ sptar (l-Italja).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8597 — APG/Ardian/Portfolio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/37


AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi proposti mill-Ġappun biex jiġu protetti fl-UE

(2017/C 440/14)

Fil-qafas tal-kuntest tan-negozjati mal-Ġappun għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), li jinkludi kapitolu dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, l-awtoritajiet Ġappuniżi ppreżentaw il-lista mehmuża ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi, biex jiġu protetti skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkunsidra jekk dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhomx jiġu protetti skont il-Ftehim bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi, skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.

Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif xieraq.

Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz elettroniku: AGRI-A4@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu qabel id-data stabbilita hawn fuq u jekk dawn ikunu juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

tkun f'kunflitt mal-isem ta' varjetà ta' pjanta jew ta' razza ta' annimal, u b'hekk tista' tfixkel lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

tkun kompletament jew parzjalment omonima mal-protezzjoni ta' isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), jew tkun tinsab fil-ftehimiet li l-Unjoni kkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:

L-Istati EPA SADC (li huma l-Botswana, il-Lesoto, il-Mozambique, in-Namibja, is-Swaziland u l-Afrika t'Isfel) (2)

L-Iżvizzera (3)

Il-Korea (4)

L-Amerika Ċentrali (5)

Il-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador (6)

Il-Montenegro (7)

Il-Bożnija-Ħerzegovina (8)

Is-Serbja (9)

Il-Moldova (10)

L-Ukrajna (11)

Il-Georgia (12)

(c)

fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta' żmien li ilha tintuża, tista' tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta' isem jew ta' marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identiċi, jew tipperikola l-eżistenza ta' prodotti li jkunu ilhom fis-suq b'mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż;

(e)

jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li bihom wieħed jista' jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b'rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni possibbli ta' dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b'suċċess ta' dawn in-negozjati, kif ukoll għall-att legali sussegwenti.

Lista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi  (13)

Indikazzjonijiet ġeografiċi proposti mill-Ġappun biex jiġu protetti fl-UE (14)

Kategorija tal-prodott

Image

” (Hacho Miso)

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar; eċċ.) – ħwawar

Image

” (Okuhida Yamanomura Kanboshi Daikon)

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – ravanell imnixxef

Image

” (Kamisho Satoimo)

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati – taro

Image

” (Iwatenodamura Araumi Hotate)

Ħut frisk, krustaċi u molluski, u prodotti magħmulin minnhom – arzell

Image

” (Sakurajima Komikan)

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati – mandolin

Image

” (Wakasaobama Kodai Sasazuke)

Ħut frisk, krustaċi u molluski, u prodotti magħmulin minnhom – Sparidae ppreservati

Image

” (Ryukyu Moromisu)

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar; eċċ.) – ħall tar-ross bix-xgħir

Image

” (Omi Gyu)/“Omi Beef”

Laħam Frisk (u l-ġewwieni) - ċanga

Image

” (Miyazaki Gyu)/“Miyazaki Wagyu”/“Miyazaki Beef”

Laħam Frisk (u l-ġewwieni) - ċanga

Image

” (Kagoshima Kuroushi)/“Kagoshima Wagyu”

Laħam Frisk (u l-ġewwieni) - ċanga

Image

” (Nyuzen Jumbo Suika)/“Nyuzen Jumbo Watermelon”

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati – dulliegħ

Image

” (Kagawa Obara Beniwase Mikan)

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati – mandolin

Image

” (Hetsuka Daidai)

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati – frott taċ-ċitru

Image

” (Dojo Hachiya Gaki)

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati – kaki Ġappuniż imnixxef

Image

” (Ogawarako-san Yamato Shijimi)/“Lake Ogawara Brackish water clam”

Ħut frisk, krustaċi u molluski, u prodotti magħmulin minnhom – gandoffli tal-ilma ħelu

Image

” (Miyagi Salmon)/“Miyagi Salmon”

Ħut frisk, krustaċi u molluski, u prodotti magħmulin minnhom – ħut


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom, dwar il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1), u b'mod partikolari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli – l-Anness 7.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011 p. 1).

(5)  Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012 p. 3).

(6)  Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012 p. 3) u l-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta' Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra – il-Protokoll 6 (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/36/KE tad-29 ta' April 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/7/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 10, 15.1.2013, p. 1).

(11)  Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1).

(13)  Lista mogħtija mill-awtoritajiet Ġappuniżi fil-qafas tan-negozjati, irreġistrata fil-Ġappun.

(14)  It-transkrizzjonijiet fil-parenteżi huma mogħtija biss għall-informazzjoni.