ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 437

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
18 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 437/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 437/02

Kawża C-389/15: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Awla Manja) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Il–Kummissjoni Ewropea vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi — Artikolu 3(1) TFUE — Kompetenza esklużiva tal-Unjoni — Politika kummerċjali komuni — Artikolu 207(1) TFUE — Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali)

2

2017/C 437/03

Kawża C-467/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-produtturi tal-ħalib — Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tat-taxxa fuq il-ħalib — Deċiżjoni kundizzjonata — Deċiżjoni meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikolu 1(b) u (ċ) — Għajnuna eżistenti — Għajnuna ġdida — Kunċetti — Tibdil ta’ għajnuna eżistenti bi ksur ta’ kundizzjoni li tiżgura l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern)

3

2017/C 437/04

Kawżi Magħquda C-593/15 P u C-594/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni 2007/436/KE — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Telf ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont li jikkorrispondi għat-telf — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ittra tal-Kummissjoni Ewropea — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat)

3

2017/C 437/05

Kawża C-599/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni 2007/436/KE — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Telf ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont li jikkorrispondi għat-telf — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ittra tal-Kummissjoni Ewropea — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat)

4

2017/C 437/06

Kawża C-650/15 P: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (L–Ewwel Awla) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG), SNF SAS vs L–Aġenzija Ewropea għas–Sustanzi Kimiċi, Ir–Renju tal–Pajjiżi l–Baxxi, Il–Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) — Artikolu 57 — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Identifikazzjoni — Artikolu 2(8)(b) — Eżenzjoni — Artikolu 3(15) — Kunċett ta’ ‘sustanza intermedja’ — Akrilammid)

5

2017/C 437/07

Kawża C-687/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal-2015 tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni — Artikolu 218(9) TFUE — Deroga mill-forma ġuridika prevista — Assenza ta’ indikazzjoni tal-bażi legali)

5

2017/C 437/08

Kawża C-39/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħamis Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen – il-Belġju) – Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi fuq il-kumpanniji — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 1(2) u Artikolu 4(2) — Kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti — Sistema komuni ta’ tassazzjoni — Tnaqqis fuq il-profitt intaxxat tal-kumpannija omm — Dispożizzjonijiet nazzjonali intiżi li jneħħu t-taxxa doppja mill-profitti mqassma mis-sussidjarji — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta bejn l-interessi fuq is-self u l-finanzjament tal-parteċipazzjoni li tat lok għall-ħlas tad-dividendi)

6

2017/C 437/09

Kawża C-90/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – The English Bridge Union Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjoni tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta diretta mal-prattika ta’ sport — Kunċett ta’ sport — Attività kkaratterizzata minn komponent fiżiku — Logħba ta’ duplicate contract bridge)

7

2017/C 437/10

Kawża C-106/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – proċedura mibdija minn POLBUD – WYKONAWSTWO sp. z o.o., fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Konverżjoni transkonfinali ta’ kumpannija — Trasferiment tas-sede statutorja mingħajr trasferiment tas-sede reali — Rifjut ta’ tħassir mir-reġistru kummerċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tħassir mir-reġistru kummerċjali għax-xoljiment tal-kumpannija wara proċedura ta’ stralċ — Kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri, tal-azzjonisti minoritarji u tal-impjegati — Ġlieda kontra l-prattiki abbużivi)

7

2017/C 437/11

Kawża C-195/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra I (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Liċenzja tas-sewqan — Direttiva 2006/126/KE — Artikolu 2(1) — Rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji tas-sewqan — Kunċett ta’ liċenzja tas-sewqan — Ċertifikat tat-test tal-liċenzja tas-sewqan (CEPC) li jawtorizza lid-detentur tiegħu jsuq fit-territorju tal-Istat Membru emittenti qabel l-għoti tal-liċenzja tas-sewqan definittiva — Sitwazzjoni li fiha d-detentur ta’ CEPC isuq vettura fi Stat Membru ieħor — Obbligu ta’ rikonoxximent ta’ CEPC — Sanzjonijiet imposti fuq id-detentur ta’ CEPC għas-sewqan ta’ vettura barra mit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-imsemmi CEPC — Proporzjonalità)

8

2017/C 437/12

Kawża C-201/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Majid Shiri, magħruf ukoll bħala Madzhdi Shiri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nruo604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Artikolu 29 — Terminu sabiex isir it-trasferiment — Assenza ta’ eżekuzzjoni tat-trasferiment fit-terminu stabbilit — Obbligi tal-Istat Membru responsabbli — Trasferiment ta’ responsabbiltà — Rekwiżit ta’ deċiżjoni tal-Istat Membru responsabbli)

9

2017/C 437/13

Kawża C-347/16: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Il–Ħames Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – Balgarska energiyna borsa AD (BEB) vs Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 101 u 102 TFUE — Direttiva 2009/72/KE — Artikoli 9, 10, 13 u 14 — Regolament (KE) Nru 714/2009 — Artikolu 3 — Regolament (UE) Nru 1227/2011 — Punt 3 tal-Artikolu 2 — Regolament (UE) 2015/1222 — Artikolu 1(3) — Ċertifikazzjoni u indikazzjoni ta’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni indipendenti — Limitu tan-numru ta’ detenturi ta’ liċenzji ta’ trażmissjoni tal-elettriku fit-territorju nazzjonali)

10

2017/C 437/14

Kawża C-407/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Aqua Pro SIA vs Valsts ieņēmumu dienest Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 220(1) u (2)(b) — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Kunċett ta’ dħul fil-kontijiet ta’ dazji tal-importazzjoni — Deċiżjoni tal-awtorità doganali kompetenti — Terminu ta’ tressiq ta’ talba għar-rimbors jew maħfra — Obbligu ta’ trażmissjoni tal-kawża lill-Kummissjoni Ewropea — Provi fil-każ ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni

11

2017/C 437/15

Kawżi magħquda C-454/16 P – C-456/16 P u C-458/16 P: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Global Steel Wire, SA (C-454/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-455/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-456/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-458/16 P) vs Il–Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Punt 35 — Kapaċità kontributtiva — Domanda ġdida għal tnaqqis tal-ammont tal-multa għall-assenza tal-kapaċità kontributtiva — Ittra ta’ ċaħda — Rikors kontra din l-ittra — Ammissibbiltà)

13

2017/C 437/16

Kawżi magħquda C-457/16 P u C-459/16 P – C-461/16 P: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Global Steel Wire, SA (C-457/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-459/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-460/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-461/16 P) vs Il–Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpannija omm tagħhom — Kunċett ta’ impriża — Indizji tal-eżistenza ta’ unità ekonomika — Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Suċċessjoni ta’ impriżi — Ammont tal-multa — Kapaċità kontributtiva — Kundizzjonijiet — Rispett tad-drittijiet tad-difiża)

13

2017/C 437/17

Kawża C-534/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is–Slovakkja) – Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s. r. o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-għoti ta’ garanzija — Ġlieda kontra l-frodi — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Libertà ta’ intrapriża — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività)

14

2017/C 437/18

Kawża C-505/17 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 mill-Groupe Léa Nature mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-341/13 – Groupe Léa Nature vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

15

2017/C 437/19

Kawża C-548/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH

16

2017/C 437/20

Kawża C-552/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Alpenchalets Resorts GmbH vs Finanzamt München Abteilung Körperschaften

16

2017/C 437/21

Kawża C-558/17 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 minn OZ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-607/16, OZ vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

17

2017/C 437/22

Kawża C-562/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Audiencia Nacional (Spanja) fil–25 ta’ Settembru 2017 – Nestrade S.A. vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

19

2017/C 437/23

Kawża C-575/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

19

2017/C 437/24

Kawża C-590/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Henri Pouvin, Marie Pouvin (née Dijoux) vs Electricité de France (EDF)

20

2017/C 437/25

Kawża C-595/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL vs MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eBizcuss.com (eBizcuss)

21

2017/C 437/26

Kawża C-596/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

22

2017/C 437/27

Kawża C-600/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Roma (l-Italja) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Pina Cipollone vs Ministero della Giustizia

22

2017/C 437/28

Kawża C-602/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2017 – Benoît Sauvage, Kristel Lejeune vs État belge

23

2017/C 437/29

Kawża C-603/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl-20 ta’ Ottubru 2017 – Peter Bosworth, Colin Hurley vs Arcadia Petroleum Limited et

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 437/30

Kawża T-627/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BIANCALUNA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BIANCALUNA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti bianca — Ekonomija tal-ġudizzju — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

26

2017/C 437/31

Kawża T-628/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BiancalunA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BiancalunA – Ċaħda — Trade mark preċedenti bianca — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

26

2017/C 437/32

Kawża T-42/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Kunsill u Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Linji gwida dwar it-terapija bil-laser — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Terminu raġonevoli — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq — Danni materjali — Danni morali — Talbiet imressqa mir-rikorrent fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal)

27

2017/C 437/33

Kawża T-99/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Terminu raġonevoli — Talbiet għad-danni mressqa fil-kuntest ta’ rikors pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal)

28

2017/C 437/34

Kawża T-144/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Mundipharma vs EUIPO – Multipharma (MULTIPHARMA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIPHARMA — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MUNDIPHARMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

29

2017/C 437/35

Kawża T-754/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ elissi mhux kontinwa) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta siluwett fil-forma ta’ elissi mhux kontinwa — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi — Motivi relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

29

2017/C 437/36

Kawża T-776/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell.) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea iCell — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Isocell, trade mark verbali internazzjonali preċedenti Isocell u trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti ISOCELL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

30

2017/C 437/37

Kawża T-777/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea iCell Insulation Technology Made in Sweden — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Isocell, trade mark verbali internazzjonali preċedenti Isocell u trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti ISOCELL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

31

2017/C 437/38

Kawża T-80/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IST — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ISTA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Pubbliku rilevanti — Xebh tal-prodotti u s-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

31

2017/C 437/39

Kawża T-623/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros u Reaseguros a Prima Fija vs SRB

32

2017/C 437/40

Kawża T-657/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Anabi Blanga vs EUIPO – Polo vs Lauren (HPC POLO)

33

2017/C 437/41

Kawża T-667/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill

33

2017/C 437/42

Kawża T-698/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Man Truck & Bus vs EUIPO – Halla Holdings (MANDO)

35

2017/C 437/43

Kawża T-703/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)

35

2017/C 437/44

Kawża T-708/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – OPS Újpest vs Il-Kummissjoni

36

2017/C 437/45

Kawża T-709/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 437/46

Kawża T-710/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni

38

2017/C 437/47

Kawża T-712/17: Rikors ippreżentat fid–9 ta’ Ottubru 2017 – Ntolas vs EUIPO – General Nutrition Investment (GN Laboratories)

40

2017/C 437/48

Kawża T-713/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2017 – Motex vs Il-Kummissjoni

40

2017/C 437/49

Kawża T-714/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Aeris Invest vs SRB

42

2017/C 437/50

Kawża T-97/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her-bea)

42


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 437/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 424, 11.12.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 412, 4.12.2017

ĠU C 402, 27.11.2017

ĠU C 392, 20.11.2017

ĠU C 382, 13.11.2017

ĠU C 374, 6.11.2017

ĠU C 369, 30.10.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/2


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Awla Manja) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Il–Kummissjoni Ewropea vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea

(Kawża C-389/15) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi - Artikolu 3(1) TFUE - Kompetenza esklużiva tal-Unjoni - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 207(1) TFUE - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali))

(2017/C 437/02)

Lingwa tal-kawża: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Guillem Carrau, B. Hartmann, A. Lewis u M. Kocjan, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il–Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, A. Neergaard u R. Passos, aġenti)

Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u F. Florindo Gijón, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir–Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Hedvábná u K. Najmanová, M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), Ir–Repubblika Federali tal–Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Techert, aġenti), Ir–Repubblika Ellenika (rappreżentant: M. Tassopoulou, aġent), Ir–Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent), Ir–Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, D. Colas, F. Fize, B. Fodda u D. Segoin, aġenti), Ir–Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato), L–Ungerija (rappreżentanti: M. Bóra, M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti), Ir–Renju tal–Pajjiżi l–Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. Gijzen u B. Koopman, aġenti), Ir–Repubblika tal–Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), Ir–Repubblika Portugiża (rappreżentanti: M. Figueiredo, L. Inez Fernandes u M. L. Duarte, aġenti), Ir–Repubblika Slovakka (rappreżentanti: M. Kianička, aġent), Ir–Renju Unit tal–Gran Brittanja u l–Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie u D. Robertson, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 8512/15, tas-7 ta’ Mejju 2015, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, għal dak li jirrigwarda kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 8512/15 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibbażata fuq l-Artikoli 207 u 218 TFUE.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-467/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-produtturi tal-ħalib - Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tat-taxxa fuq il-ħalib - Deċiżjoni kundizzjonata - Deċiżjoni meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(b) u (ċ) - Għajnuna eżistenti - Għajnuna ġdida - Kunċetti - Tibdil ta’ għajnuna eżistenti bi ksur ta’ kundizzjoni li tiżgura l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern))

(2017/C 437/03)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u P. Němečková, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u P. Grasso, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punti 1, 2 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2015, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-527/13, EU:T:2015:429), huma annullati.

2)

Ir-rikors ippreżentat mir-Repubblika Taljana quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-527/13 huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea sostnuti kemm fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-593/15 P u C-594/15 P) (1)

((Appell - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 2007/436/KE - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Telf ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont li jikkorrispondi għat-telf - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ittra tal-Kummissjoni Ewropea - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat”))

(2017/C 437/04)

Lingwa tal-proċedura: is-Slovakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, A. Tokár, G.-D. Balan u Z. Malůšková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Stranz, aġenti), ir-Rumanija (R.-H. Radu, M. Chicu u A. Wellman, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-599/15 P) (1)

((Appell - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 2007/436/KE - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Telf ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont li jikkorrispondi għat-telf - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ittra tal-Kummissjoni Ewropea - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat”))

(2017/C 437/05)

Lingwa tal-proċedura: ir-Rumen

Partijiet

Appellanti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. H. Radu, M. Chicu u A. Wellman, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G.-D. Balan, A. Caeiros, A. Tokár u Z. Malůšková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Stranz, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Rumanija għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/5


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (L–Ewwel Awla) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG), SNF SAS vs L–Aġenzija Ewropea għas–Sustanzi Kimiċi, Ir–Renju tal–Pajjiżi l–Baxxi, Il–Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-650/15 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) - Artikolu 57 - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Identifikazzjoni - Artikolu 2(8)(b) - Eżenzjoni - Artikolu 3(15) - Kunċett ta’ ‘sustanza intermedja’ - Akrilammid))

(2017/C 437/06)

Lingwa tal-proċedura: il–Franċiż

Partijiet

Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG), SNF SAS (rappreżentanti: E. Mullier u R. Cana, avukati, D. Abrahams, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: L–Aġenzija Ewropea għas–Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u M. W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u S. Raes, avukati), Ir–Renju tal–Pajjiżi l–Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti), Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz, E. Manhaeve, K. Mifsud-Bonnici u D. Kukovec, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-687/15) (1)

((Rikors għal annullament - Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal-2015 tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni - Artikolu 218(9) TFUE - Deroga mill-forma ġuridika prevista - Assenza ta’ indikazzjoni tal-bażi legali))

(2017/C 437/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u F. Erlbacher, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce, J.-P. Hix u O. Segnana, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, J. Vláčil u M. Hedvábná, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Stranz, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Fize, G. de Bergues, B. Fodda u D. Colas, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie, M. Holt u D. Robertson, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Dispożittiv

1)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, adottati fis-26 ta’ Ottubru 2015, fit-3419-il sessjoni fil-Lussemburgu, dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni tal-2015 (WRC-15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) huma annullati.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħamis Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen – il-Belġju) – Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat

(Kawża C-39/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi fuq il-kumpanniji - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 1(2) u Artikolu 4(2) - Kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Sistema komuni ta’ tassazzjoni - Tnaqqis fuq il-profitt intaxxat tal-kumpannija omm - Dispożizzjonijiet nazzjonali intiżi li jneħħu t-taxxa doppja mill-profitti mqassma mis-sussidjarji - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta bejn l-interessi fuq is-self u l-finanzjament tal-parteċipazzjoni li tat lok għall-ħlas tad-dividendi))

(2017/C 437/08)

Lingwa tal-kawża: l–Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija l-Artikolu 198(10) tal-code des impôts sur les revenus 1992 (kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-1992), ikkoordinat mid-Digriet Irjali tal-10 ta’ April 1992 u kkonfermat mil-liġi tat-12 ta’ Ġunju 1992, li tipprovdi li l-interessi mħallsa minn kumpannija omm fuq self ma humiex deduċibbli mill-profitt taxxabbli ta’ din il-kumpannija omm sa ammont ugwali għall-ammont tad-dividendi, li diġà bbenefikaw minn deduċibbiltà fiskali, li jinġabru minn parteċipazzjonijiet miżmuma mill-imsemmija kumpannija omm fil-kapital ta’ kumpanniji sussidjarji matul perijodu ta’ inqas minn sena, anki jekk dawn l-interessi ma humiex relatati mal-finanzjament ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet.

2)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lill-Istati Membri japplikaw dispożizzjoni nazzjonali bħalma hija l-Artikolu 198(10) tal-code des impôts sur les revenus 1992 (kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-1992), ikkoordinat mid-Digriet Irjali tal-10 ta’ April 1992 u kkonfermat mil-liġi tat-12 ta’ Ġunju 1992, sa fejn din tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu evitati l-frodi u l-abbużi.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – The English Bridge Union Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-90/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta diretta mal-prattika ta’ sport - Kunċett ta’ “sport” - Attività kkaratterizzata minn komponent fiżiku - Logħba ta’ duplicate contract bridge))

(2017/C 437/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The English Bridge Union Limited

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li attività, bħad-duplicate contract bridge, li hija kkaratterizzata minn komponenti fiżika li tidher negliġibbli, ma tidħolx fil-kunċett ta’ “sport” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C ##, ##.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – proċedura mibdija minn POLBUD – WYKONAWSTWO sp. z o.o., fi stralċ

(Kawża C-106/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Konverżjoni transkonfinali ta’ kumpannija - Trasferiment tas-sede statutorja mingħajr trasferiment tas-sede reali - Rifjut ta’ tħassir mir-reġistru kummerċjali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tħassir mir-reġistru kummerċjali għax-xoljiment tal-kumpannija wara proċedura ta’ stralċ - Kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri, tal-azzjonisti minoritarji u tal-impjegati - Ġlieda kontra l-prattiki abbużivi))

(2017/C 437/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

POLBUD – WYKONAWSTWO sp. z o.o., fi stralċ

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-libertà ta’ stabbiliment tapplika għat-trasferiment tas-sede statutorja ta’ kumpannija kkostitwita bis-saħħa tad-dritt ta’ Stat Membru lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għall-finijiet tal-konverżjoni tagħha, konformement mal-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru ieħor, f’kumpannija rregolata mid-dritt ta’ dan tal-aħħar, mingħajr trasferiment tas-sede reali tal-imsemmija kumpannija.

2)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta t-trasferiment tas-sede statutorja ta’ kumpannija kkostitwita bis-saħħa tad-dritt ta’ Stat Membru lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għall-finijiet tal-konverżjoni tagħha f’kumpannija rregolata mid-dritt ta’ dan l-aħħar Stat Membru, konformement mal-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni tiegħu, għall-istralċ tal-ewwel kumpannija.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra I

(Kawża C-195/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Direttiva 2006/126/KE - Artikolu 2(1) - Rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji tas-sewqan - Kunċett ta’ “liċenzja tas-sewqan” - Ċertifikat tat-test tal-liċenzja tas-sewqan (CEPC) li jawtorizza lid-detentur tiegħu jsuq fit-territorju tal-Istat Membru emittenti qabel l-għoti tal-liċenzja tas-sewqan definittiva - Sitwazzjoni li fiha d-detentur ta’ CEPC isuq vettura fi Stat Membru ieħor - Obbligu ta’ rikonoxximent ta’ CEPC - Sanzjonijiet imposti fuq id-detentur ta’ CEPC għas-sewqan ta’ vettura barra mit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-imsemmi CEPC - Proporzjonalità))

(2017/C 437/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kehl

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

I

Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Offenburg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kif ukoll l-Artikoli 18, 21, 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li dan l-Istat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor, li jattesta l-eżistenza tad-dritt ta’ sewqan tad-detentur tiegħu, meta dan iċ-ċertifikat ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-mudell tal-liċenzja tas-sewqan previst minn din id-direttiva, anki jekk il-kundizzjonijiet imposti mill-imsemmija direttiva għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ikunu ssodisfatti mid-detentur tal-imsemmi ċertifikat.

2)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126 kif ukoll l-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu intepretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jimponi sanzjoni fuq persuna li, minkejja li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan previsti minn din id-direttiva, issuq vettura bil-mutur fit-territorju tiegħu mingħajr liċenzja tas-sewqan konformement mar-rekwiżiti tal-mudell ta’ liċenzja tas-sewqan previst mill-imsemmija direttiva u li, sakemm tinħareġ tali liċenzja tas-sewqan minn Stat Membru, tkun tista’ tattesta d-dritt ta’ sewqan tagħha miksub fl-imsemmi Stat Membru ieħor biss permezz ta’ ċertifikat temporanju maħruġ minnu, bil-kundizzjoni li din is-sanzjoni ma tkunx sproporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-fatti inkwistjoni. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-gravità tal-ksur imwettaq mill-persuna kkonċernata u tas-severità tas-sanzjoni li ser timponi, bħala ċirkustanza potenzjalment attenwanti, il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun kisbet id-dritt ta’ sewqan fi Stat Membru ieħor, attestat b’ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor u li ser jiġi skambjat, qabel l-iskadenza tiegħu, fuq talba tal-persuna kkonċernata, ma’ liċenzja tas-sewqan konformement mar-rekwiżiti tal-mudell tal-liċenzja tas-sewqan previst mid-Direttiva 2006/126. Din il-qorti għandha wkoll teżamina, fil-kuntest tal-analiżi tagħha, liema kien ir-riskju ġenwin għas-sigurtà stradali li l-persuna kkonċernata ppreżentat fit-territorju tagħha.


(1)  ĠU C 260, 18.07.2016


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Majid Shiri, magħruf ukoll bħala Madzhdi Shiri

(Kawża C-201/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nruo604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Artikolu 29 - Terminu sabiex isir it-trasferiment - Assenza ta’ eżekuzzjoni tat-trasferiment fit-terminu stabbilit - Obbligi tal-Istat Membru responsabbli - Trasferiment ta’ responsabbiltà - Rekwiżit ta’ deċiżjoni tal-Istat Membru responsabbli))

(2017/C 437/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Majid Shiri, magħruf ukoll bħala Madzhdi Shiri

fil-preżenza ta’: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk it-trasferiment ma jiġix eżegwit fit-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, ir-responsabbiltà tiġi ttrasferita ipso iure lill-Istat Membru rikjedent, mingħajr ma jkun neċessarju li l-Istat Membru responsabbli jirrifjuta li jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata.

2)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali għandu jkollu rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu li jippermettilu jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament li seħħet sussegwentement għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment. Id-dritt li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrikonoxxi lil tali applikant li jinvoka ċirkustanzi sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, fil-kuntest ta’ appell minnha, jissodisfa dan l-obbligu li jiġi previst rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/10


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Il–Ħames Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – Balgarska energiyna borsa AD (BEB) vs Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)

(Kawża C-347/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 101 u 102 TFUE - Direttiva 2009/72/KE - Artikoli 9, 10, 13 u 14 - Regolament (KE) Nru 714/2009 - Artikolu 3 - Regolament (UE) Nru 1227/2011 - Punt 3 tal-Artikolu 2 - Regolament (UE) 2015/1222 - Artikolu 1(3) - Ċertifikazzjoni u indikazzjoni ta’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni indipendenti - Limitu tan-numru ta’ detenturi ta’ liċenzji ta’ trażmissjoni tal-elettriku fit-territorju nazzjonali))

(2017/C 437/13)

Lingwa tal-kawża: il–Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Balgarska energiyna borsa AD (BEB)

Konvenuta: Komisia za energiyno i vodno regulirane (KEVR)

Dispożittiv

L-Artikoli 9, 10, 13 u 14 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003, il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa moqri flimkien mal-premessa 3 tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222, tal-24 ta’ Lulju 2015, li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita n-numru ta’ proprjetarji ta’ liċenzji tat-trażmissjoni tal-elettriku għal territorju partikolari.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Augstākā tiesa – il-Litwanja) – “Aqua Pro” SIA vs Valsts ieņēmumu dienest

(Kawża C-407/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 220(1) u (2)(b) - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni - Kunċett ta’ “dħul fil-kontijiet ta’ dazji tal-importazzjoni” - Deċiżjoni tal-awtorità doganali kompetenti - Terminu ta’ tressiq ta’ talba għar-rimbors jew maħfra - Obbligu ta’ trażmissjoni tal-kawża lill-Kummissjoni Ewropea - Provi fil-każ ta’ rikors kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni)

(2017/C 437/14)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Aqua Pro” SIA

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 217(1) u l-Artikolu 220(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’każ ta’ rkupru a posteriori, l-ammont ta’ dazji dovuti kkonstatati mill-awtoritajiet huwa meqjus li daħal fil-kontjiet meta l-awtoritajiet doganali jinkludu dan l-ammont fil-kotba tal-kontijiet jew f’kull mezz ieħor ekwivalenti, irrispettivament minn jekk id-deċiżjoni tal-awtoritajiet dwar id-dħul fil-kontijiet jew id-determinazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tad-dazji, irrispettivament mill-kontestazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ din id-deċiżjoni.

2)

L-Artikolu 220(2)(b), kif ukoll l-Artikoli 236, 239, u 243 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju, fis-sens tal-Artikolu 243 ta’ dan ir-regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, ippreżentat kontra deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali kompetenti li ddaħħal fil-kontijiet a posteriori, ammont ta’ dazji tal-importazzjoni u li timponi l-ħlas fuq l-importatur, dan tal-aħħar jista’ jinvoka aspettativi leġittimi skont l-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi regolament, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, sabiex jopponi dan id-dħul fil-kontijiet, irrispettivament minn jekk l-importatur ikunx ippreżenta applikazzjoni għal maħfra jew rimbors ta’ dawk id-dazji konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 236 u 239 tal-istess regolament.

3)

L-Artikolu 869(b) tar-Regolament 2913/92, hekk kif emendat bir-Regolament Nru 955/99, u tal-Artikolu 867a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2003, tal-25 ta’ Lulju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ deċiżjoni jew ta’ proċedura tal-Kummissjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 871(2) ta’ dan ir-regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux huma n nifishom ma jdaħħlux fil-kontijiet a posteriori d-dazji mhux miġbura, billi jqisu li l-kundizzjonijiet għall-invokazzjoni ta’ aspettattivi leġittimi skont l-Artikolu 220(2) (b) tal-Kodiċi Doganali huma sodisfatti u li dawk l-awtoritajiet huma obbligati li jirreferu d-dokumentazzjoni lill-Kummissjoni, jew meta l-imsemmija awtoritajiet jikkunsidraw li l-Kummissjoni wettqet żball fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tal-Kodiċi Doganali, jew fejn iċ-ċirkustanzi tal-każ fil-kawża prinċipali huma marbuta mar-riżultati ta’ investigazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-sens tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 871(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni jew meta l-ammont tad-dazji inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ta’ EUR 500 000 jew iktar.

4)

L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni f’rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-aġir tal-awtoritajiet doganali tal-Istat esportatur u tal-esportatur huma fost il-prova li trid tiġi kkunsidrata sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li taħthom importatur jista’ jinvoka aspettattivi leġittimi, skont l-Artikolu 220(2) (b) tal-Kodiċi Doganali huma sodisfatti. Madanakollu, sa fejn rapport bħal dan juri li ma huwiex biżżejjed sabiex jistabbilixxi suffiċjentement skont il-liġi jekk dawk il-kundizzjonijiet ġewx effettivament sodisfatti fl-aspetti kollha, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, l-awtoritajiet doganali jistgħu jintalbu sabiex jipprovdu provi addizzjonali għal dak il-għan, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ verifiki a posteriori.

5)

L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tar-rinviju, fid-dawl ta’ skont il-provi kollha konkreti tal-kawża prinċipali, u, b’mod partikolari, il-provi miġjuba għal dan il-għan mill-partijiet fil-kawża prinċipali, jekk il-kundizzjonijiet li taħthom importatur jista’ jinvoka l-aspettittiva leġittima, skont din id-dispożizzjoni, ġewx sodisfatti. Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, l-informazzjoni miksuba f’verifika a posteriori ma tieħu l-ebda preċedenza fuq informazzjoni li tinsab f’rapport tal-OLAF.

6)

L-Artikolu 875 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa marbut, skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni konformement ma’ dan l-artikolu, bl-evalwazzjonijiet magħmula minnha f’deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 873 ta’ dan ir-regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, fir-rigward ta’ Stat Membru ieħor f’każijiet fejn jeżistu provi ta’ fatt u ta’ liġi komparabbli, fatt li għandu jiġi evalwat minn dawn l-awtoritajiet u dawn il-qrati fid-dawl, b’mod partikolari, tal-informazzjoni li tirrigwarda l-aġir tal-esportatur jew dak tal-awtoritajiet doganali tal-Istat esportatur kif jirriżulta minn rapport tal-OLAF li fuqu hija bbażata dik id-deċiżjoni.

7)

L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 700/2000 u l-Artikolu 875 tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li li l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu kwalunkwe verifiki a posteriori li jidhrilhom meħtieġa u jużaw l-informazzjoni miksuba matul dawn il-verifiki kemm biex jiġi aċċertat jekk il-kundizzjonijiet li taħthom importatur jista’ jinvoka aspettattivi leġittimi skont l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, huma sodisfatti, kif ukoll sabiex jiġi ddeterminat jekk każ imressaq quddiemhom ikunx fih provi ta’ fatt u ta’ liġi komparabbli fis-sens tal-Artikolu 875 tar-Regolament 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003, għal każ li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni li ma daħħlitx id-dazji li l-Kummissjoni tkun adottat skont l-Artikolu 873 ta’ dan ir-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1335/2003.

8)

L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li importatur ikun importa merkanzija abbażi ta’ ftehim ta’ distribuzzjoni ma taffettwax il-kapaċità tiegħu li jafferma l-aspettattivi leġittimi tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal importatur li importa merkanzija billi jixtrihom direttament mingħand l-esportatur, jiġifieri, jekk jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi. Jeħtieġ, qabel kollox, li dawn id-dazji ma jkunux inġabru b’riżultat ta’ żball tal-awtoritajiet kompetenti nnifishom, sussegwentement, li dan l-iżball huwa ta’ natura tali li ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna taxxabbli li taġixxi in bona fide u, fl-aħħar nett, li din tal-aħħar osservat id-dispożizzjonijiet kollha fis-seħħ f’dak li jikkonċerna d-dikjarazzjoni doganali tagħha. Għal dak il-għan, dan l-importatur għandu jipproteġi lilu nnifsu kontra r-riskji ta’ azzjoni għal irkupru a posteriori, b’mod partikolari billi jfittex li jikseb mingħand il-kontraent tal-imsemmi ftehim ta’ distribuzzjoni minn żmien għal żmien jew wara konklużjoni tiegħu, bil-provi kollha li jikkonfermaw l-eżattezza tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ oriġini “Formola A” għal dik il-merkanzija. Għalhekk, aspettattivi leġittimi fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, b’mod partikolari, fejn, għalkemm hemm raġunijiet ċari għal dubju dwar il-korrettezza ta’ ċertifikat ta’ oriġini “Formola A”, l-importatur astjena milli jinvestiga mal-imsemmi kontraent dwar iċ-ċirkustanzi tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat biex jivverifika jekk dawn id-dubji humiex iġġustifikati.


(1)  ĠU C 343, 19.09.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/13


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Global Steel Wire, SA (C-454/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-455/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-456/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-458/16 P) vs Il–Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-454/16 P – C-456/16 P u C-458/16 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Punt 35 - Kapaċità kontributtiva - Domanda ġdida għal tnaqqis tal-ammont tal-multa għall-assenza tal-kapaċità kontributtiva - Ittra ta’ ċaħda - Rikors kontra din l-ittra - Ammissibbiltà))

(2017/C 437/15)

Lingwa tal-proċedura: l–Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Global Steel Wire, SA (C-454/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-455/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-456/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-458/16 P) (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco u V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Moreda-Riviere Trefilerías SA, Trefilerías Quijano SA, Trenzas y Cables de Acero PSC SL huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/13


Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 – Global Steel Wire, SA (C-457/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-459/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-460/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-461/16 P) vs Il–Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-457/16 P u C-459/16 P – C-461/16 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpannija omm tagħhom - Kunċett ta’ “impriża” - Indizji tal-eżistenza ta’ unità ekonomika - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Suċċessjoni ta’ impriżi - Ammont tal-multa - Kapaċità kontributtiva - Kundizzjonijiet - Rispett tad-drittijiet tad-difiża))

(2017/C 437/16)

Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Global Steel Wire, SA (C-457/16 P), Trenzas y Cables de Acero PSC SL (C-459/16 P), Trefilerías Quijano SA (C-460/16 P), Moreda-Riviere Trefilerías SA (C-461/16 P) (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco u V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn L. Ortiz Blanco u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Global Steel Wire SA, Trenzas y Cables de Acero PSC SL, Trefilerías Quijano SA u Moreda-Riviere Trefilerías SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas–26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is–Slovakkja) – Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s. r. o.

(Kawża C-534/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-għoti ta’ garanzija - Ġlieda kontra l-frodi - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà ta’ intrapriża - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività))

(2017/C 437/17)

Lingwa tal-kawża: is–Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Konvenuta: BB construct s.r.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li, matul ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ persuna taxxabbli, li l-amministratur tagħha kien preċedentement l-amministratur jew l-assoċjat ta’ persuna ġuridika oħra li ma kinitx osservat l-obbligi fiskali tagħha, l-uffiċċju tat-taxxa jitlob lil din il-persuna taxxabbli tagħti garanzija li l-ammont tagħha jista’ jilħaq EUR 500 000, sakemm il-garanzija mitluba mill-imsemmija persuna taxxabbli ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 273, u dan huwa l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifikah.

2)

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lill-uffiċċju tat-taxxa milli jitlob mingħand persuna taxxabbli ġdida, matul ir-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li tagħti tali garanzija minħabba l-konnessjonijiet tagħha ma’ persuna ġuridika oħra li għandha arretrati tat-taxxa.


(1)  ĠU C 22, 23.01.2017.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 mill-Groupe Léa Nature mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-341/13 – Groupe Léa Nature vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-505/17 P)

(2017/C 437/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Groupe Léa Nature (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Debonair Trading Internacional Lda

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lil Debonair għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-ġurisprudenza stabbilita relattiva għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant josserva li l-Qorti Ġenerali:

ma applikatx il-kriterji meħtieġa biex tiddetermina l-pubbliku rilevanti;

ma evalwatx korrettament ix-xebh bejn is-sinjali;

ma applikatx b’mod xieraq ir-rekwiżiti rilevanti li jippermettu li tiġi kkonstatata l-kisba ta’ karattru distintiv permezz tal-użu; u

ma wettqitx validament analiżi tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-ġurisprudenza stabbilita f’dak li jikkonċerna l-użu li joħloq ħsara lir-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant josserva li l-Qorti Ġenerali:

ma applikatx il-kriterji kollha meħtieġa biex tistabbilixxi r-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti;

ma evalwatx korrettament ix-xebh bejn is-sinjali;

ma wettqitx validament analiżi tal-eżistenza ta’ rabta li l-pubbliku rilevanti jista’ jagħmel bejn it-trade marks; u

ma evalwatx b’mod xieraq l-effett dannuż li l-użu ta’ trade mark jista’ jkollu fuq ir-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH

(Kawża C-548/17)

(2017/C 437/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Goslar

Konvenuta: baumgarten sports & more GmbH

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-missjoni imposta fuq il-persuna taxxabbli inkwantu kollettur tat-taxxa għan-nom tal-awtorità fiskali, l-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat b’mod strett fis-sens li l-ammont li għandu jiġi rċevut għall-provvista

a)

huwa dovut jew

b)

huwa mill-inqas dovut b’mod inkundizzjonat?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: il-persuna taxxabbli hija marbuta tiffinanzja bil-quddiem l-ammont tat-taxxa dovuta fir-rigward tal-provvista matul perijodu ta’ sentejn jekk hija tista’ tirċievi (parti mi)r-remunerazzjoni tal-provvista tagħha biss sentejn wara li jkun seħħ il-fatt taxxabbli?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: fid-dawl tas-setgħat li l-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jagħti lill-Istati Membri, dawn tal-aħħar huma awtorizzati jieħdu inkunsiderazzjoni li aġġustament previst mill-Artikolu 90(1) ta’ din id-direttiva għandu jsir mill-perijodu ta’ tassazzjoni li matulu t-taxxa saret eżiġibbli, jekk l-ammont li għandu jiġu rċevut jista’ jiġi rċevut mill-persuna taxxabbli biss sentejn wara li jkun seħħ il-fatt taxxabbli peress li dan l-ammont ikun għadu ma huwiex dovut?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Alpenchalets Resorts GmbH vs Finanzamt München Abteilung Körperschaften

(Kawża C-552/17)

(2017/C 437/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alpenchalets Resorts GmbH

Konvenut: Finanzamt München Abteilung Körperschaften

Domandi preliminari

1)

Provvista ta’ servizz li essenzjalment tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ appartament għall-vaganzi, flimkien ma’ provvisti supplimentari li, konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 1992, Van Ginkel (C-163/91, EU:C:1992:435), ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala provvisti anċillari għall-provvista prinċipali, hija suġġetta għall-iskema speċjali li jibbenefikaw minnha l-aġenziji tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: din il-provvista tista’ wkoll tiġi suġġetta, minbarra għall-iskema speċjali li jibbenefikaw minnha l-aġenziji tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għat-tnaqqis tar-rata tat-taxxa applikabbli għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għall-vaganzi fis-sens tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 12 tal-Anness III ta’ din l-istess direttiva?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/17


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 minn OZ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-607/16, OZ vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

(Kawża C-558/17 P)

(2017/C 437/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: OZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

tannulla s-sentenza fil-Kawża T-607/16, li tinsab taħt appell, fl-intier tagħha;

tannulla d-deċiżjoni ta’ Dr. Werner Hoyer, President tal-BEI, tas-16 ta’ Ottubru 2015 mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura dwar id-dinjità fuq ix-xogħol mibdija fuq it-talba ta’ OZ tal-20 ta’ Mejju 2015 kontra s-superviżur tagħha, is-Sur F, li ġiet investigata mill-Bord tal-Investigazzjoni, u tannulla r-rapport tal-14 ta’ Settembru 2015 dwar it-talba mressqa minn OZ, li fih l-ilment ta’ OZ ġie miċħud u ġew inklużi rakkomandazzjonijiet mhux xierqa;

tikkundanna lill-BEI għall-kumpens tal-ispejjeż mediċi bħala riżultat tad-dannu sostnut minn OZ għall-ammont ta’ (i) EUR 977 sa llum (VAT inkluża) u (ii) ammont provviżorju ta’ EUR 5 850 għal spejjeż mediċi futuri;

tikkundanna lill-BEI għad-danni morali sostnuti li jammontaw għal EUR 20 000;

tikkundanna lill-BEI għar-rimbors tal-ispejjeż legali għall-proċedura preżenti li jammontaw għal EUR 35 100 (VAT inkluża);

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura fl-appell u quddiem il-Qorti Ġenerali;

tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura dwar id-dinjità fuq ix-xogħol mill-BEI u/jew deċiżjoni ġdida mill-President tal-BEI.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017, OZ vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (Kawża T-607/16) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-deiċiżjoni tal-President tal-BEI, tas-16 ta’ Ottubru 2015, mogħtija fi ħdan il-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni relatata mad-dinjità fuq ix-xogħol li ngħatat bidu permezz ta’ talba dwar id-dinjità fuq ix-xogħol ta’ OZ tal-20 ta’ Mejju 2015, li tikkonċerna lis-Sur F, fir-rigward ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali kif investigati mill-Bord tal-Investigazzjoni, u tannulla r-rapport mill-Bord tal-Investigazzjoni tal-14 ta’ Settembru 2015, fir-rigward tat-talba relatata mad-dinjità fuq ix-xogħol imressqa minn OZ fl-20 ta’ Mejju 2015 (iktar ’il quddiem “id-deċiżjoni u r-rapport inkwistjoni”).

Il-kawża tirrigwarda allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali mqajma minn OZ li jirrigwardaw is-superviżur tagħha, is-Sur F, li seħħew bejn l-2011 u l-2014 u wasslu sabiex OZ tagħti bidu għal proċedura formali relatata mad-dinjità fuq ix-xogħol ippreżentata fl-20 ta’ Mejju 2015.

B’konformità mal-proċedura relatata mad-dinjità fuq ix-xogħol, bord tal-investigazzjoni ħareġ rapport, tal-14 ta’ Settembru 2014, li abbażi tiegħu l-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment ta deċiżjoni fis-16 ta’ Ottubru 2015.

L-appellanti ssostni li: (i) kien hemm diversi irregolaritajiet matul il-proċess tal-proċedura ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ksur li jirrigwarda l-proċess xieraq u smigħ ġust, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“KDF”) u (ii) kemm ir-rapport u d-deċiżjoni fihom diversi elementi li huma irrilevanti għat-trattament tal-ilment ta’ OZ dwar fastidju sesswali, li jirrigwardaw il-ħajja privata ta’ OZ u għaldaqstant għandhom jitneħħew, jew li huma irrilevanti u jmorru lil hinn mill-portata tal-investigazzjoni.

Wara li pprovat, mingħajr suċċess, tilħaq ftehim bonarju għat-tilwima, b’mod partikolari billi tat bidu għal proċedimenti ta’ konċiljazzjoni bbażati fuq l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (li fit-22 ta’ April 2016 ġie stabbilit li ma rnexxewx), OZ, tramite l-avukat tagħha, Me Benoit Maréchal, ippreżentat rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea għal annullament tad-deċiżjoni u tar-rapport.

Permezz ta’ sentenza tat-13 ta’ Lulju 2017, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors. Il-Qorti Ġenerali qieset li l-Bank Ewropew tal-Investiment ma kienx wettaq atti illegali fil-konfront ta’ OZ fi ħdan il-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni ta’ fastidju sesswali, u ċaħdet it-talba għad-danni.

OZ qiegħda tippreżenta l-appell preżenti billi tinvoka l-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, mill-Qorti Ġenrali, u qiegħda tipprova tagħti prova tar-responsabbiltà tal-BEI.

L-ewwel aggravju: ksur tal-proċedura relatata mad-dinjità fuq ix-xogħol u tal-Artikolu 6 tal-KEDB u l-Artikolu 47 tal-KFR: il-prinċipju tad-dritt ta’ OZ għal proċess xieraq, smigħ ġust u proċedimenti ġusti, skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkiser waqt l-invstigazzjoni tat-talba dwar fastidju.

It-tieni aggravju: ksur tal-Artikolu 8 tal-KEDB u tal-Artikolu 7 tal-KDF: inklużjoni ta’ elementi u kummenti irrilevanti li ġew integrati fir-rapport u fid-deċiżjoni tal-President tal-BEI – ksur tad-dritt ta’ OZ għar-rispett tal-ħajja privata.

It-tielet aggravju: ksur abbażi ta’ ċaħda tal-ġustizzja peress li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx abbażi tal-fatti u tal-bażi legali indikati.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Audiencia Nacional (Spanja) fil–25 ta’ Settembru 2017 – Nestrade S.A. vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-562/17)

(2017/C 437/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nestrade S.A.

Konvenuti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Domandi preliminari

1)

Il-ġurisprudenza Petroma Transport et (Kawża C-271/12) (1) tista’ tiġi interpretata fis-sens li tippermetti r-rimbors ta’ somom VAT mitluba minn impriża mhux stabbilita fl-Unjoni, minkejja l-adozzjoni minn qabel mill-awtorità fiskali nazzjonali ta’ deċiżjoni li tiċħad l-imsemmi rimbors minħabba l-fatt li l-impriża ma tkunx wieġbet talba għal informazzjoni dwar in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tagħha, fid-dawl tal-fatt li l-amministrazzjoni fiskali f’dan il-mument kellha fil-pussess tagħha l-imsemmija informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta lilha mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ talbiet oħra?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-applikazzjoni retroattiva tal-ġurisprudenza Senatex (Kawża C-518/14) (2), tista’ titqies li tirrikjedi l-annullament ta’ att amministrattiv li jiċħad ir-rimbors tal-VAT imsemmija, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi att kien sempliċement jikkonferma deċiżjoni amministrattiva preċedenti definittiva li tiċħad ir-rimbors tal-imsemmija somom ta’ VAT, li kienet ġiet adottata mill-AEAT skont proċedura differenti minn dik prevista mil-liġi relatata mal-każ inkwistjoni u li, barra minn hekk, kienet tillimita d-drittijiet tal-parti li ressqet it-talba għal rimbors, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha?


(1)  Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2013, Petroma Transports et (C-271/12, EU:C:2013:297)

(2)  Sentenza tal-15 ta’ Settembru 2016, Senatex (C-518/14, EU:C:2016:691)


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-575/17)

(2017/C 437/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li saru l-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-iżvantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ taxxa f’ras il-għajn għad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji mhux residenti li jkunu qegħdin jagħmlu telf, filwaqt li l-kumpanniji residenti li jkunu qegħdin jagħmlu telf huma ntaxxati fuq l-ammont tad-dividendi li huma jirċievu biss fis-sena li fiha, jekk ikun il-każ, huma jibdew jagħmlu profitt, jikkostitwixxi fih innifsu differenza fit-trattament li tikkaratterizza restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital?

2)

Ir-restrizzjoni potenzjali għall-moviment liberu tal-kapital imsemmija fid-domanda preċedenti tista’ titqies, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikoli 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li saru l-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hija ġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi ggarantita l-effikaċja tal-ġbir tat-taxxa, peress li l-kumpanniji mhux residenti ma humiex suġġetti għall-kontroll tal-awtorità tat-taxxa Franċiża, jew anki mill-ħtieġa li jiġi ppreżervat it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri?

3)

Fil-każ li l-applikazzjoni tat-taxxa f’ras il-għajn ikkontestata tista’, bħala prinċipju, tiġi aċċettata fir-rigward tal-moviment liberu tal-kapital:

dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu l-ġbir ta’ taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija mhux residenti li jkunu qegħdin jagħmlu telf ta’ Stat Membru ieħor meta din il-kumpannija tal-aħħar ittemm l-attività tagħha mingħajr ma tkun bdiet tagħmel profitt, filwaqt li kumpannija residenti mqiegħda f’din is-sitwazzjoni ma hijiex effettivament intaxxata fuq l-ammont ta’ dawn id-dividendi?

dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li meta regoli ta’ tassazzjoni jittrattaw b’mod differenti d-dividendi skont jekk dawn jitħallsux lill-kumpanniji residenti jew lill-kumpanniji mhux residenti, għandu jiġi pparagunat il-piż fiskali effettiv sostnut minn kull waħda minnhom fir-rigward ta’ dawn id-dividendi, sabiex b’hekk restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li tirriżulta mill-fatt li dawn ir-regoli jeskludu, għall-kumpanniji mhux residenti biss, it-tnaqqis tal-ispejjeż li huma marbuta direttament mal-ġbir, fih innifsu, tad-dividendi, tista’ titqies li hija ġġustifikata mid-differenza fir-rata bejn it-taxxa tad-dritt komuni imposta, f’sena sussegwenti, fuq il-kumpanniji residenti u t-taxxa f’ras il-għajn miġbura fuq id-dividendi mħallsa lill-kumpanniji mhux residenti, meta din id-differenza tikkumpensa, fir-rigward tal-ammont tat-taxxa mħallas, id-differenza fil-bażi tat-taxxa?


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Henri Pouvin, Marie Pouvin (née Dijoux) vs Electricité de France (EDF)

(Kawża C-590/17)

(2017/C 437/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Henri Pouvin, Marie Pouvin (née Dijoux)

Konvenuta: Electricité de France (EDF)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, bħall-kumpannija EDF, meta tawtorizza lil impjegat self immobbiljari li jaqa’ taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-aċċess għall-akkomodazzjoni, li għaliha huma eliġibbli biss il-membri tal-persunal tal-kumpannija, taġixxi bħala bejjiegħ jew fornitur?

2)

L-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, bħall-kumpannija EDF, meta tawtorizza tali self immobbiljari lill-konjuġi ta’ impjegat, li ma hijiex membru tal-persunal ta’ din il-kumpannija, iżda kodebitriċi in solidum, taġixxi bħala bejjiegħ jew fornitur?

3)

L-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li impjegat ta’ kumpannija, bħall-kumpannija EDF, li jikkonkludi kuntratt magħha għal tali self immobbiljari, jaġixxi bħala konsumatur?

4)

L-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konjuġi ta’ dan l-impjegat, li tissottoskrivi għall-istess self, mhux fil-kwalità ta’ impjegat tal-kumpannija iżda ta’ kodebitriċi in solidum, taġixxi bħala konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL vs MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eBizcuss.com (eBizcuss)

(Kawża C-595/17)

(2017/C 437/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL

Konvenuta: MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eBizcuss.com (eBizcuss)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti nazzjonali, adita b’kawża għad-danni ppreżentata minn distributur fil-konfront tal-fornitur tiegħu abbażi tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tapplika klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni stabbilita fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet?

2)

F’każ li l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti nazzjonali, adita b’kawża għad-danni ppreżentata minn distributur fil-konfront tal-fornitur tiegħu abbażi tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tapplika klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inkluża fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet, anki fil-każ li l-imsemmija klawżola ma tkunx tagħmel riferiment espliċitu għad-diżgwid marbut mar-responsabbiltà mġarrba b’riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni?

3)

L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti nazzjonali, adita b’kawża għad-danni ppreżentata minn distributur fil-konfront tal-fornitur tiegħu abbażi tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li ma tapplikax klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni stabbilita fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet fil-każ li l-ebda awtorità nazzjonali jew Ewropea ma tkun ikkonstatat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-596/17)

(2017/C 437/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tirregola wkoll, fid-dawl tad-definizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk li jinsabu fl-Artikoli 2, 3 u 4 tagħha, il-prezz tal-prodotti tat-tabakk ippakkjati?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-21 ta’ Ġunju 2011, sa fejn jistabbilixxi l-prinċipju ta’ determinazzjoni libera tal-prezzijiet tal-prodotti tat-tabakk, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi regola ta’ ffissar tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti għal kull 1 000 unità jew 1 000 gramma li għandha bħala effett li tipprekludi lill-produtturi ta’ prodotti tat-tabakk milli jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom skont id-differenzi eventwali fl-ispiża għall-ippakkjar ta’ dawn il-prodotti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, p. 24).


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Roma (l-Italja) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Pina Cipollone vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-600/17)

(2017/C 437/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pina Cipollone

Konvenut: Ministero della Giustizia (ministeru għall-ġustizzja)

Domandi preliminari

1)

L-attività fis-servizz tal-Giudice di Pace rikorrenti taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem għal terminu fiss [żmien determinat]” previst fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 1(3) u 7 tad-Direttiva 2003/88 (1), fil-Klawżola 2 tal- Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], approvat bid-Direttiva 1999/70 (2) u fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-Maġistrat ordinarju jew “togato” jista’ jitqies bħala ħaddiem għal żmien indeterminat paragunabbli għall-ħaddiem għal żmien determinat “Giudice di Pace” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], approvat bid-Direttiva 1999/70?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, id-differenza fil-proċedura ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat tal-maġistrati ordinarji, meta mqabbla mal-proċeduri ta’ għażla ex lege adottati għar-reklutaġġ għal żmien determinat tal-Giudice di Pace, tikkostitwixxi bażi oġġettiva fis-sens tal-Klawżola 4(1) u/jew (4) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], approvat bid-Direttiva 1999/70, sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ applikazzjoni – fil-ġurisprudenza tal-Corte di Cassazione (qorti tal-kassazzjoni) sedenti f’Awli magħquda fis-Sentenza Nru 13721/2017 u tal-Consiglio di Stato (kunsill tal-Istat) fl-opinjoni tat-8 ta’ April 2017 Nru 464/2017 – fir-rigward tal-Giudici di Pace, bħal fil-każ tar-rikorrenti, ħaddiema għal żmien determinat, tal-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol applikabbli għall-maġistrati ordinarji impjegati għal żmien indeterminat paragunabbli; u sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri preventivi u ta’ sanzjoni kontra l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, previsti fil-Klawżola 5 tal-imsemmi ftehim qafas approvat bid-Direttiva 1999/70 u tal-leġiżlazzjoni interna li titrasponiha. Dan fid-dawl tal-fatt li fl-ordinament ġuridiku Taljan ma jeżistx dispożizzjonijiet, anki kostituzzjonali, li jistgħu jiġġustifikaw kemm id-diskriminazzjoni fuq il-kundizzjonijiet ta’ xogħol, kif ukoll il-projbizzjoni assoluta li r-relazzjoni fis-servizz tal-Giudici di Pace jiġi kkonvertit f’wieħed għal żmien indeterminat, kif ukoll fid-dawl ta’ leġiżlazzjoni preċedenti tad-dritt intern (Liġi Nru 217/1974) li kienet diġà pprevediet l-ekwiparabbiltà tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol u l-istabbilizzazjoni tal-imħallfin onorarji speċifikament vice pretori onorari)?

4)

F’kull każ, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-kunċett, previst fid-dritt tal-Unjoni, ta’ imħallef indipendenti u imparzjali, jipprekludu li Giudice di Pace, li huwa interessat f’soluzzjoni determinata tal-kawża favur ir-rikorrent li bħala l-unika attività ta’ xogħol jaqdi l-istess funzjoni ġudizzjarja, ikun jista’ jissostitwixxi ruħu għall-imħallef kompetenti fl-Italja sabiex jisma’ tilwim fid-dritt tax-xogħol b’mod ġenerali jew tilwim dwar il-maġistrati ordinarji, minħabba li l-qorti tal-aħħar istanza – il-Corte di Cassazione (qorti tal-kassazzjoni) sedenti f’Awli magħquda – tirrifjuta li tiżgura l-ħarsien effettiv tad-drittijiet invokati u protetti mid-dritt Komunitarju, u b’dan il-mod iġġiegħel lill-qorti naturalment kompetenti [it-Tribunale del lavoro (qorti industriali) jew it-Tribunale amministrattivo regionale (qorti amministrattiva reġjonali)] tiddikjara, fejn meħtieġ, li hija ma għandhiex kompetenza jew ġurisdizzjoni, minkejja li d-dritt inkwistjoni – il-ħlas tal-leave, kif mitlub fir-rikors – huwa msejjes fuq id-dritt tal-Unjoni Ewropea, li huwa vinkolanti u jipprevali fuq id-dritt Taljan? Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li hemm ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta, qed jintalab, barra minn hekk, li jiġu indikati r-rimedji interni sabiex jiġi evitat li l-ksur tal-leġiżlazzjoni primarja tad-dritt tal-Unjoni jkun jinvolvi wkoll iċ-ċaħda assoluta fid-dritt intern tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni fil-kawża inkwistjoni?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2017 – Benoît Sauvage, Kristel Lejeune vs État belge

(Kawża C-602/17)

(2017/C 437/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Benoît Sauvage, Kristel Lejeune

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) tal-Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja ffirmat bejn il-Belġju u l-Gran-Dukat tal-Lussemburgu fis-17 ta’ Settembru 1970, interpretat fis-sens li jippermetti li tiġi limitata s-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat sors fuq ir-remunerazzjonijiet ta’ impjegat residenti fil-Belġju li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu għal persuna li timpjega Lussemburgiża fi proporzjon tal-attività eżerċitata fit-territorju Lussemburgiż, interpretat bħala li jippermetti li l-Istat ta’ residenza jingħata setgħa ta’ tassazzjoni fuq il-bilanċ tar-remunerazzjonijiet relatati mal-attivitajiet eżerċitati barra mit-territorju Lussemburgiż, interpretat bħala li jeħtieġ preżenza fiżika permanenti u ta’ kuljum tal-impjegat fis-sede tal-persuna li timpjegah meta ma huwiex ikkontestat li huwa jmur f’din is-sede regolarment wara li saret evalwazzjoni ġudizzjarja mwettqa b’mod flessibbli abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli u interpretat bħala li jeħtieġ li jkunu qrati u tribunali li jevalwaw l-eżistenza u l-importanza tas-servizzi pprovduti fiż-żewġ naħat, ġurnata b’ġurnata, sabiex jintlaħaq proporzjon fuq 220 jum ta’ ħidma, jikser l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn jikkostitwixxi ostaklu ta’ natura fiskali li jiskoraġġixxi l-attivitajiet transkonfinali u l-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali sa fejn ma jipprovdix sistema stabbli u żgura ta’ eżenzjoni tar-remunerazzjonijiet kollha rċevuti minn resident Belġjan taħt kuntratt ma’ persuna li timpjega li s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha tinsab fil-Gran-Dukat tal-Lussemburgu u tesponih għal riskju ta’ taxxa doppja fuq parti jew it-totalità tad-dħul tiegħu u għal sistema imprevedibbli u nieqsa minn kwalunkwe ċertezza legali?


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl-20 ta’ Ottubru 2017 – Peter Bosworth, Colin Hurley vs Arcadia Petroleum Limited et

(Kawża C-603/17)

(2017/C 437/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Bosworth, Colin Hurley

Konvenuti: Arcadia Petroleum Limited et

Domandi preliminari

1)

Liema huma l-kriterji t-tajba sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni mressqa minn persuna li timpjega kontra ħaddiem jew ex ħaddiem (iktar ’il quddiem “ħaddiem”) hijiex “kwistjoni li tirrigwarda” kuntratt individwali tax-xogħol fis-sens tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5 tat-Titolu II (Artikoli 18 sa 21), tal-Konvenzjoni ta’ Lugano (1)?

(1)

Sabiex azzjoni mressqa minn persuna li timpjega kontra ħaddiem tkun taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 18 sa 21 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano], huwa biżżejjed li l-aġir li l-imsemmi ħaddiem ġie kkritikat bih seta’ wkoll ikun is-suġġett ta’ azzjoni tal-persuna li timpjega bbażata fuq il-ksur, mill-ħaddiem, tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt individwali tax-xogħol tiegħu – anki jekk l-azzjoni effettivament mibdija mill-persuna li timpjega ma hijiex ibbażata fuq, ma tikkritikax u ma tinvokax ksur ta’ tali kuntratt iżda hija bbażata (per eżempju) fuq wieħed jew iktar mill-ilmenti msemmija fil-punti 26 u 27 tal-Espożizzjoni tal-Fatti u tal-Kwistjonijiet?

(2)

Sussidjarjament, il-kriterju t-tajjeb huwa li azzjoni mressqa minn persuna li timpjega kontra ħaddiem taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 18 sa 21 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano] biss jekk l-obbligu li fuqu hija effettivament ibbażata l-azzjoni huwa obbligu li jirriżulta mill-kuntratt tax-xogħol? Jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, minn dan ikun isegwi li azzjoni bbażata unikament fuq il-ksur ta’ obbligu tnissel indipendentement mill-kuntratt tax-xogħol (u li, jekk ikun il-każ, ma huwiex obbligu “ikkonsentit b’mod liberu” mill-ħaddiem) ma taqax taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima 5?

(3)

Jekk ebda wieħed minn dawn il-kriterji ma huwa tajjeb, allura liema huwa l-kriterju t-tajjeb?

2)

Jekk kumpannija u persuna fiżika jikkonkludu “kuntratt” (fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano), sa fejn għandha tkun teżisti relazzjoni ta’ subordinazzjoni bejn din il-kumpannija u din il-persuna fiżika sabiex l-imsemmi kuntratt ikun “kuntratt individwali tax-xogħol” għall-finijiet tat-Taqsima 5 [tal-imsemmija konvenzjoni]? Tali relazzjoni tista’ teżisti meta din il-persuna fiżika tkun f’pożizzoni li tiddeċiedi (u effettivament tiddeċiedi) il-klawżoli tal-kuntratt tagħha ma’ din il-kumpannija, u jkollha kontroll u awtonomija fuq l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-kumpannija u fuq l-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħha stess iżda l-azzjonist/i ta’ din il-kumpannija jkollhom is-setgħa li jtemmu din ir-relazzjoni?

3)

Jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5 tat-Titolu II tal-Konvenzjoni ta’ Lugano huma applikabbli biss għall-azzjonijiet li, li kieku ma teżistix it-Taqsima 5, ikunu jaqgħu taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din il-konvenzjoni, liema huma l-kriterji t-tajba sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni taqax taħt l-imsemmi Artikolu 5(1)?

(1)

Il-kriterju t-tajjeb huwa li azzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 5(1) jekk l-aġir kontenzjuż jista’ jitqies bħala li jikkostitwixxi ksur ta’ obbligu kuntrattwali, anki jekk l-azzjoni effettivament mibdija mill-persuna li timpjega ma tinvokax, ma tikkritikax u ma tallegax ksur tal-obbligi kuntrattwali?

(2)

Sussidjarjament, il-kriterju t-tajjeb huwa li azzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 5(1) [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano] biss jekk l-obbligu li jservi effettivament ta’ bażi għall-azzjoni jkun obbligu kuntrattwali? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, minn dan ikun isegwi li azzjoni bbażata unikament fuq il-ksur ta’ obbligu li tnissel indipendentement mill-kuntratt (u li, jekk ikun il-każ, ma huwiex obbligu “kkonsentit b’mod liberu” mill-konvenut) ma taqax taħt l-Artikolu 5(1)?

(3)

Jekk l-ebda wieħed minn dawn il-kriterji ma huwa tajjeb, allura liema huwa l-kriterju t-tajjeb?

4)

F’ċirkustanzi fejn:

(1)

il-kumpanniji A u B jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji;

(2)

il-konvenut X jeżerċita de facto l-funzjonijiet ta’ Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ dan il-grupp ta’ kumpanniji (kif kien jagħmel P. Bosworth għall-grupp Arcadia: Espożizzjoni tal-Fatti, punt 14); X huwa impjegat minn kumpannija tal-grupp, il-kumpannija A (u għaldaqstant huwa ħaddiem tal-kumpannija A) (kif kien P. Boswarth minn żmien għall-ieħor fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Espożizzjonijiet tal-Fatti, punt 15), u ma huwiex, mill-perspettiva tad-dritt nazzjonali, impjegat tal-kumpannija B;

(3)

il-kumpannija A tibda azzjoni kontra X, u dik l-azzjoni taqa’ taħt l-Artikoli 18 sa 21 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano]; u

(4)

il-kumpannija l-oħra tal-istess grupp, il-kumpannija B, ukoll tibda azzjoni kontra X għall-istess ilmenti bħal dawk li jservu ta’ bażi għall-azzjoni mibdija mill-kumpannija A;

liema huma l-kriterji t-tajba sabiex jiġi ddeterminat jekk l-azzjoni mibdija mill-kumpannija B taqax taħt it-Taqsima 5 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano]? B’mod partikolari:

(1)

ir-risposta għad-domanda tiddependi fuq l-eżistenza ta’ “kuntratt individwali tax-xogħol” fis-sens tat-Taqsima 5 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano] bejn X u l-kumpannija B u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema huma l-kriterji t-tajba li jippermettu li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ tali kuntratt tax-xogħol?

(2)

Il-kumpannija B għandha titqies li hija l-“persuna li timpjega” lil X għall-finijiet tat-Taqsima 5 tat-Titolu II tal-Konvenzjoni ta’ Lugano, u/jew l-azzjoni li hija bdiet kontra X (ara l-punt 4(4) hawn fuq) taqa’ taħt l-Artikoli 18 sa 21 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano] bl-istess mod bħalma dik mibdija mill-kumpannija A kontra X taqa’ taħt dawn l-istess dispożizzjonijiet? B’mod partikolari:

a)

L-azzjoni mibdija mill-kumpannija B taqa’ taħt l-Artikolu 18 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano] biss jekk l-obbligu li fuqu hija effettivament ibbażata huwa obbligu li jirriżulta mill-kuntratt tax-xogħol konkluż bejn il-kumpannija B u X?

b)

Sussidjarjament, din l-azzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 18 [tal-Konvenzjoni ta’ Lugano] jekk l-ilmenti allegati fl-azzjoni kienu jikkostitwixxu ksur ta’ obbligu li jirriżulta mill-kuntratt tax-xogħol bejn il-kumpannija A u X?

(3)

Jekk ebda wieħed minn dawn il-kriterji ma huwa tajjeb, allura liema huwa l-kriterju t-tajjeb?


(1)  Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007 (ĠU 2007, L 339, p. 3)


Il-Qorti Ġenerali

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BIANCALUNA)

(Kawża T-627/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BIANCALUNA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti bianca - Ekonomija tal-ġudizzju - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 437/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: E. Montelione, M. Borghese u R. Giordano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2952/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Frame Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Frame vs EUIPO – Bianca-Moden (BiancalunA)

(Kawża T-628/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BiancalunA – Ċaħda - Trade mark preċedenti bianca - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 437/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: E. Montelione, M. Borghese u R. Giordano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bianca-Moden u Frame.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2720/2014-5), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawn sostnuti minn Frame Srl.

3)

Bianca-Moden GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Kunsill u Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea

(Kawża T-42/16) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Linji gwida dwar it-terapija bil-laser - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq - Danni materjali - Danni morali - Talbiet imressqa mir-rikorrent fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal”))

(2017/C 437/32)

Lingwa tal-kawża: it–Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il–Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Isola u G. Isola, sussegwentement G. Ferabecoli, avukati)

Konvenuti: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u M. Veiga, aġenti) u l–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra, l-ewwel nett, minħabba l-adozzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti linji gwida dwar it-terapija bil-laser, it-tieni nett, minħabba t-tul allegatament eċċessiv tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tat-talba tiegħu għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi marbuta ma terapija bil-laser, it-tielet nett, minħabba n-natura allegatament mhux xierqa ta’ dawn il-proċeduri u, ir-raba’ nett, minħabba d-diversi rikorsi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali ġegħluh jippreżenta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża sostnuti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-82/15).


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea

(Kawża T-99/16) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli - Talbiet għad-danni mressqa fil-kuntest ta’ rikors pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal”))

(2017/C 437/33)

Lingwa tal-kawża: it–Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il–Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Isola u G. Isola, sussegwentement G. Ferabecoli, avukati)

Konvenuta: Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra, l-ewwel nett, minħabba, minn naħa, il-fastidju psikoloġiku li għalih huwa kien suġġett min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), u min-naħa l-oħra, minħabba n-natura allegatament mhux xierqa tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti Ġenerali li għalihom kien parti r-rikorrenti u, it-tieni nett, minħabba t-tul allegatament eċċessiv tal-imsemmija proċeduri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża sostnuti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-100/15).


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2017 – Mundipharma vs EUIPO – Multipharma (MULTIPHARMA)

(Kawża T-144/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIPHARMA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MUNDIPHARMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 437/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Multipharma SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)(rappreżentanti: P. Goldenbaum u I. Rohr, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2950/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mundipharma u Multipharma.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2950/2014-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Mundipharma AG, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Mundipharma AG għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

3)

Multipharma SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ elissi mhux kontinwa)

(Kawża T-754/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta siluwett fil-forma ta’ elissi mhux kontinwa - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi - Motivi relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2017/C 437/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Oakley, Inc. (Foothill Ranch, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u V. Rodríguez Pombo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Xuebo Ye (Wenzhou, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2608/2015–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oakley u Xuebo Ye.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2608/2015–4) hija annullata sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u ċaħdet l-oppożizzjoni peress li din hija bbażata fuq il-motiv imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea].

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 15, 16.01.2017.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell.)

(Kawża T-776/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea iCell - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Isocell, trade mark verbali internazzjonali preċedenti Isocell u trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti ISOCELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 437/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: iCell AB (Älvdalen, l-Isvezja) (rappreżentant: J. Kroher, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2496/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Isocell u iCell.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Isocell GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden)

(Kawża T-777/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea iCell Insulation Technology Made in Sweden - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Isocell, trade mark verbali internazzjonali preċedenti Isocell u trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti ISOCELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 437/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Isocell GmbH (Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: iCell AB (Älvdalen, l-Iżvezja) (rappreżentant: J. Kroher, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 (Każ R 181/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Isocell u iCell.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Isocell GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST)

(Kawża T-80/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IST - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ISTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Pubbliku rilevanti - Xebh tal-prodotti u s-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2017/C 437/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Steiniger (Nümbrecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Schulze Horn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Mensing u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ista Deutschland GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Lindenberg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 2242/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ista Deutschland u I. Steiniger.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ingo Steiniger huwa kkundannat għall-ispejjjeż.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros u Reaseguros a Prima Fija vs SRB

(Kawża T-623/17)

(2017/C 437/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros u Reaseguros a Prima Fija (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Ariño Sánchez, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla l-att ikkontestat;

tistabbilixxi, fi kwalunkwe każ, l-obbligu li jingħata kuntratt ta’ servizz għall-evalwazzjoni finali u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(16) sa (19) tar-Regolament 806/2014, permezz ta’ proċedura suġġetta għall-kompetizzjoni, li fiha l-espert li vvaluta l-bank b’mod provviżorju ma setax jipparteċipa u billi tirrikonoxxi d-dritt ta’ dawk milquta mill-att oriġinali li jinstemgħu fil-proċedura ta’ evalwazzjoni a posteriori, li jkollhom dritt ta’ aċċess għall-proċedura amministrattiva kollha, u li jkollhom dritt għall-ikbar valur li jista’ jirriżulta a posteriori, li għandu jkun issodisfatt mix-xerrej tal-bank [Banco de Santander] jew, sussidjarjament, mill-SRB;

tikkundanna lill-SRB tħallas lill-PSN l-ammont ta’ EUR 276 201,42, flimkien mal-interessi legali mid-data ta’ din it-talba, irrispettivament mit-tieni talba, u bħala talba aċċessorja mal-ewwel waħda.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Anabi Blanga vs EUIPO – Polo vs Lauren (HPC POLO)

(Kawża T-657/17)

(2017/C 437/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gidon Anabi Blanga (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Polo/Lauren Company LP (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “HPC POLO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 531 462

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2368/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill

(Kawża T-667/17)

(2017/C 437/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alkarim for Trade and Industry LLC (Tal Kurdi, is-Sirja) (rappreżentanti: J. P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1245, tal-10 ta’ Lulju 2017, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1241, tal-10 ta’ Lulju 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti safejn il-Kunsill ma pproduċa ebda prova tal-fatt li r-rikorrenti hija konglomerat Sirjan magħruf fuq livell internazzjonali.

Skont din tal-aħħar, din l-allegazzjoni, li hija kompletament żbaljata fl-intier tagħha, tiżvela numru kbir ta’ ineżattezzi materjali fl-approċċ tal-Kunsill.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li hija wriet li ma hijiex kumpannija kbira iżda li tikkwalifika bħala impriża żgħira jew medja skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u li ma għandha l-ebda reputazzjoni fuq livell internazzjonali.

Hija tqis ukoll li l-Kunsill la ma ħa inkunsiderazzjoni s-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill (T-35/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:262), u lanqas is-sentenza tal-11 ta’ Mejju 2017, Abdulkarim vs Il-Kunsill (T-304/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:327), li fihom il-Qorti Ġenerali annullat is-sanzjonijiet kontra r-rikorrenti u kontra Wael Abdulkarim rispettivament, minħabba żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità, safejn:

il-miżuri kkontestati jwasslu għall-waqfien tal-kummerċ internazzjonali fil-konfront tar-rikorrenti, peress li din twettaq parti sostanzjali tal-attivitajiet tagħha ma’ fornituri u klijenti Ewropej;

il-miżuri kkontestati huma barra minn hekk ta’ natura li jrendu ineffettivi varji kuntratti preċedenti u attwali, u jwasslu għar-responsabbiltà kuntrattwali u kważi delittwali tar-rikorrenti fir-rigward tal-klijenti tagħha u tal-partijiet kontraenti, b’mod mhux iġġustifikat. Din tal-aħħar tqis li tali sanzjoni hija totalment sproporzjonata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur sproporzjonat tad-dritt għall-proprjetà u għat-twettiq ta’ attività professjonali peress li, permezz tas-sanzjonijiet adottati, il-Kunsill ippreġudika inevitabbilment id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti kif ukoll id-dritt tagħha li teżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tagħha, u dan bi ksur tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Ir-rikorrenti tqis li hija ma tistax tiġi prekluża milli tgawdi mill-proprjetà tagħha u mil-libertà ekonomika tagħha, liema fatt jiġġustifika l-annullament tal-miżuri kkontestati safejn dawn jirrigwardaw lilha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter safejn il-miżuri adottati mill-Kunsill ma għandhom l-ebda effett fuq is-sistema Sirjana u safejn ir-rikorrenti baqgħet f’kull mument indipendenti mill-awtoritajiet fil-poter. Għaldaqstant, din tal-aħħar tqis li s-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill huma infondati u ma humiex ibbażati fuq provi, u ma humiex intiżi li jolqtu s-sistema Sirjana iżda unikament lir-rikorrenti, għal raġunijiet li ma humiex magħrufa minnha.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tar-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni tal-Kunsill insostenn tal-miżuri kkontestati hija ambigwa u ma tirreferi għal ebda element konkret u rilevanti għalfejn hija ġiet meqjusa bħala “konglomerat Sirjan magħruf fuq livell internazzjonali li huwa assoċjat ma’ Wael Abdulkarim, li huwa negozjant prominenti li jopera fis-Sirja”.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/35


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Man Truck & Bus vs EUIPO – Halla Holdings (MANDO)

(Kawża T-698/17)

(2017/C 437/42)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Man Truck & Bus AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MANDO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 276 144

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1919/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Papouis Halloumi)

(Kawża T-703/17)

(2017/C 437/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: V. Marsland, Solicitor u S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “Papouis Hallloumi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 176 344

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 2924/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/36


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2017 – OPS Újpest vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-708/17)

(2017/C 437/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali dovuta għan-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 28. P. 21.072/2016 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE.

Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.

1.

Bażi legali għall-ewwel motiv

Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE; għal din ir-raġuni, l-imsemmija deċiżjonijiet ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ talba għal kumpens għad-danni mressqa mir-rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija) quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija).

2.

Bażi legali għat-tieni motiv

Fid-deċiżjonijiet ikkontestati l-Kummissjoni ma ddikjaratx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE, invokat mir-rikorrenti, iżda fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) TFUE. Konsegwentement, l-imsemmija deċiżjonijiet huma irrilevanti fir-rigward tal-bażi legali tat-talba fformulata fil-proċeduri dwar il-kumpens għad-danni mressqa quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija) u ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-konfront tar-rikorrenti.

3.

Bażi legali għat-tielet motiv

Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma nulli inkwantu l-awtoritajiet Ungeriżi kienu taw għajnuna mill-Istat illegali li tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, u li, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni missha ġiet informata. Biex tissostanzja l-illegalità tal-għajnuna, ir-rikorrenti tinvoka l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-[TFUE] (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] (2).


(1)  ĠU 2016, C 262, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 214, p. 3.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/37


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – M-Sansz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-709/17)

(2017/C 437/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 23. P. 25.843/2016 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE.

Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.

1.

Bażi legali għall-ewwel motiv

Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE; għal din ir-raġuni, l-imsemmija deċiżjonijiet ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ talba għal kumpens għad-danni mressqa mir-rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija) quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija).

2.

Bażi legali għat-tieni motiv

Fid-deċiżjonijiet ikkontestati l-Kummissjoni ma ddikjaratx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE, invokat mir-rikorrenti, iżda fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) TFUE. Konsegwentement, l-imsemmija deċiżjonijiet huma irrilevanti fir-rigward tal-bażi legali tat-talba fformulata fil-proċeduri dwar il-kumpens għad-danni mressqa quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija) u ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-konfront tar-rikorrenti.

3.

Bażi legali għat-tielet motiv

Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma nulli inkwantu l-awtoritajiet Ungeriżi kienu taw għajnuna mill-Istat illegali li tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, u li, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni kellha tiġu informata. Biex tissostanzja l-illegalità tal-għajnuna, ir-rikorrenti tinvoka l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-[TFUE] (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] (2).


(1)  ĠU 2016, C 262, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 214, p. 3.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-710/17)

(2017/C 437/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: LUX-REHAB Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Szombathely, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 66. P. 22.195/2017 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE.

Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.

1.

Bażi legali għall-ewwel motiv

Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE; għal din ir-raġuni, l-imsemmija deċiżjonijiet ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ talba għal kumpens għad-danni mressqa mir-rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija) quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija).

2.

Bażi legali għat-tieni motiv

Fid-deċiżjonijiet ikkontestati l-Kummissjoni ma ddikjaratx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE, invokat mir-rikorrenti, iżda fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) TFUE. Konsegwentement, l-imsemmija deċiżjonijiet huma irrilevanti fir-rigward tal-bażi legali tat-talba fformulata fil-proċeduri dwar il-kumpens għad-danni mressqa quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija) u ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-konfront tar-rikorrenti.

3.

Bażi legali għat-tielet motiv

Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma nulli inkwantu l-awtoritajiet Ungeriżi kienu taw għajnuna mill-Istat illegali li tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, u li, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni kellha tiġi informata. Biex tissostanzja l-illegalità tal-għajnuna, ir-rikorrenti tinvoka l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-[TFUE] (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] (2).


(1)  ĠU 2016, C 262, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 214, p. 3.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/40


Rikors ippreżentat fid–9 ta’ Ottubru 2017 – Ntolas vs EUIPO – General Nutrition Investment (GN Laboratories)

(Kawża T-712/17)

(2017/C 437/47)

Lingwa tar-rikors: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Christos Ntolas (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Renger, avukat)

Konvenut: L–Uffiċċju tal–Proprjetà Intellettwali tal–Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: General Nutrition Investment Co. (Delaware, Arizona, l–Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “GN Laboratories” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 223 559

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2358/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikant tat-trade mark Komunitarja Nru 011223559;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2017 – Motex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-713/17)

(2017/C 437/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: MOTEX Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Esztergom-Kertváros, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 18. G. 40.399/2017 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE.

Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.

1.

Bażi legali għall-ewwel motiv

Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE; għal din ir-raġuni, l-imsemmija deċiżjonijiet ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ talba għal kumpens għad-danni mressqa mir-rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija) quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija).

2.

Bażi legali għat-tieni motiv

Fid-deċiżjonijiet ikkontestati l-Kummissjoni ma ddikjaratx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE, invokat mir-rikorrenti, iżda fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) TFUE. Konsegwentement, l-imsemmija deċiżjonijiet huma irrilevanti fir-rigward tal-bażi legali tat-talba fformulata fil-proċeduri dwar il-kumpens għad-danni mressqa quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija) u ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti fil-konfront tar-rikorrenti.

3.

Bażi legali għat-tielet motiv

Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma nulli inkwantu l-awtoritajiet Ungeriżi kienu taw għajnuna mill-Istat illegali li tikser l-Artikolu 107(1) TFUE, u li, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, il-Kummissjoni kellha tiġi informata. Biex tissostanzja l-illegalità tal-għajnuna, ir-rikorrenti tinvoka l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-[TFUE] (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] (2).


(1)  ĠU 2016, C 262, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 214, p. 3.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/42


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Aeris Invest vs SRB

(Kawża T-714/17)

(2017/C 437/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Roca Junyent, J. Calvo Costa, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħha;

tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);

prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 113 022 558,44 f’azzjonijiet tal-Banco Popular;

sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 93,74 miljun għall-azzjonijiet; jew, alternattivament,

sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 54,29 miljun;

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.


18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her-bea)

(Kawża T-97/17) (1)

(2017/C 437/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.