|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 413/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 413/02 |
Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8724 — The Carlyle Group/Palmer & Harvey McLane (Holdings)) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 413/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8690 — TDR Capital LLP/Rossini Holding SAS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 413/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8719 — Kyocera/Ryobi/Ryobi Dalian Machinery/Ryobi Sales/Kyocera Industrial Tools) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 413/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8707 — CPPIB/Allianz/GNF/GNDB) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 413/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 413/11 |
|
|
Rettifika |
|
|
2017/C 413/12 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Diċembru 2017
b’rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta miż-żarmar tar-reatturi 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Oskarshamm, li jinsab fl-Iżvezja
(it-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)
(2017/C 413/01)
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja (1).
Fit-13 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Żvediż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali rigward il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta miż-żarmar tar-reatturi 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Oskarshamm.
Abbażi ta’ din id-dejta u tal-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni talbet fl-10 ta’ Lulju 2017 u li l-awtoritajiet Żvediżi pprovdewlha fl-4 ta’ Settembru 2017, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja.
|
1. |
Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ id-Danimarka, hija ta’ 260 km. |
|
2. |
Matul l-operati normali ta’ żarmar, l-iskariku ta’ effluwenti gassużi u likwidi radjuattivi mhux qed jitqies li jista’ jikkawża esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3). |
|
3. |
L-iskart solidu radjuattiv jinħażen b’mod temporanju fuq il-post qabel ma jintbagħat f’faċilitajiet illiċenzjati tat-trattament jew tar-rimi fl-Iżvezja. L-iskart solidu u l-fdalijiet materjali mhux radjuattivi li jkunu konformi mal-livelli ta’ approvazzjoni se jiġu rrilaxxati mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ. Dan se jsir b’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza. |
|
4. |
F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li joriġina miż-żarmar tar-reatturi 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Oskarshamm li jinsab fl-Iżvezja, kemm waqt l-operat normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li mhux se tirriżulta f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.
(2) Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1), u d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti; u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1) b’effett mis-6 ta’ Frar 2018.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/3 |
Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8724 — The Carlyle Group/Palmer & Harvey McLane (Holdings))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/02)
(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)
Fis-7 ta’ Novembru 2017 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn The Carlyle Group u Palmer & Harvey McLane (Holdings). Fid-29 ta’ Novembru 2017, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Diċembru 2017
(2017/C 413/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1865 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,91 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4418 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87725 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,9635 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1665 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8668 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,557 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
313,08 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2026 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6215 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,6262 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5585 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5034 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2721 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7281 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5992 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 287,92 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1720 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8532 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5550 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 036,73 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8210 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,103 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,7763 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,692 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,8558 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,1016 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,4090 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/5 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/04)
|
L-Istat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Brno (ir-Repubblika Ċeka) – Munich (il-Ġermanja) |
||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
fil-25 ta’ Marzu 2018 |
||||||||
|
Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti relatati mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar tagħrif ikkuntattja lil:
|
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/5 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/05)
|
L-Istat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
||||||||
|
Rotta kkonċernata |
Brno (ir-Repubblika Ċeka) — Munich (il-Ġermanja) |
||||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Bejn wieħed u ieħor mill-25 ta’ Marzu 2018 sal-24 ta’ Marzu 2022 |
||||||||
|
Għeluq ta’ żmien għat-tressiq ta’ offerti |
fl-20 ta’ Frar 2018 |
||||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal iktar tagħrif ikkuntattja lil:
|
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Revoka tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-linji tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/06)
|
L-Istat Membru |
L-Italja |
||||||||||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Minn Alghero għal Ruma Fiumicino u viċiversa Minn Alghero għal Milan Linate u viċiversa Minn Cagliari għal Ruma Fiumicino u viċiversa Minn Cagliari għal Milan Linate u viċiversa Minn Olbia għal Ruma Fiumicino u viċiversa Minn Olbia għal Milan Linate u viċiversa |
||||||||||||||||
|
Id-data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Is-27 ta’ Ottubru 2017 |
||||||||||||||||
|
Id-data tar-revoka |
Is-27 ta’ Ottubru 2017 |
||||||||||||||||
|
L-indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rigward l-obbligu tas-servizz pubbliku |
Dokumenti ta’ referenza Għal iktar tagħrif ikkuntattja lil:
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8690 — TDR Capital LLP/Rossini Holding SAS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/07)
|
1. |
Fis-27 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
TDR Capital LLP takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Rossini Holding SAS permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal TDR Capital LLP: kumpanija ta’ ekwità privata li tinvesti f’setturi li jinkludu l-bejgħ ta’ karburanti tal-vetturi bl-imnut, gyms u klabbs tas-saħħa, ħasil ta’ karozzi bil-conveyor, servizzi ta’ proprjetà vakanti, servizzi ta’ rinnovazzjoni ta’ djar soċjali tar-Renju Unit, kostruzzjoni modulari, pubs u ristoranti, xiri ta’ dejn, ritorn tal-pallets loġistiċi, trasport kostali, assigurazzjoni fuq il-ħajja u prodotti ta’ introjtu tal-irtirar tar-Renju Unit. — għal Rossini Holding SAS: tħaddem u tagħmel franchise parzjalment ta’ katina ta’ ristoranti bil-marka Buffalo Grill. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8690 — TDR Capital LLP/Rossini Holdings SAS, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8719 — Kyocera/Ryobi/Ryobi Dalian Machinery/Ryobi Sales/Kyocera Industrial Tools)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/08)
|
1. |
Fit-23 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Kyocera takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ KIT u Tyobi Sales kollha kemm huma. Kyocera u Ryobi jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ RDM. Il-konċentrazzjoni tkun ġiet ikkompletata permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture) u permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Kyocera: Manifattur u fornitur multinazzjonali Ġappuniż ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti għal utenti industrijali. — għal Ryobi: Fornitur Ġappuniż ta’ xogħol fondut bil-forom tal-metall (die castings), tagħmir tal-istampar, għodod tal-elettriku u għodda tal-bini. — għal RDM: Sussidjarja Ċiniża li proprjetà kollha kemm hi ta’ Ryobi attiva fis-setturi tal-għodod elettriċi u ta’ bibien (inklużi għodda li għandhom x’jaqsmu mal-bini). — għal Ryobi Sales: Kumpanija Ġappuniża, li tbigħ prodotti tal-għodda li jaħdmu bl-elettriku mmanifatturati minn gRyobi fil-Ġappun. — għal KIT: Kumpanija ġdida Ġappuniża li se tinkludi n-negozju tal-għodda tal-elettriku li għandha bħalissa Ryobi fil-Ġappun; In-negozju tal-għodda tal-elettriku ta’ RDM; u n-negozju tal-bibien ta’ RDM u li se jkun jappartjeni b’mod konġunt għal Kyocera u Ryobi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8719 — Kyocera/Ryobi/Ryobi Dalian Machinery/Ryobi Sales/Kyocera Industrial Tools Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8707 — CPPIB/Allianz/GNF/GNDB)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/09)
|
1. |
Fis-27 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
CPPIB Europe, Allianz Infrastructure u GNF jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ GNDB kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CPPIB Europe: organizzazzjoni ta’ ġestjoni ta’ investiment professjonali li tinvesti f’ekwitajiet, f’ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u strumenti b’introjtu fiss. — għal Allianz Infrastructure: sussidjarja li hija mija fil-mija proprjetà ta’ Allianz, kumpanija tas-servizzi finanzjarji dinjija b’servizzi li fil-biċċa l-kbira huma fin-negozju tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-assi, — għal GNF: attiva f’bosta swieq regolati u mhux regolati tas-swieq tal-gass u tal-elettriċità b’mod partikolari fi Spanja, — għal GNDB: attiva fid-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-gass fi Spanja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8707 — CPPIB/Allianz/GNF/GNDB Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 413/10)
|
1. |
Fl-24 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
COMSA, Mirova u PGGM jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Cedinsa, flimkien mal-azzjonisti l-oħra ta’ Cedinsa, jiġifieri Meridiam u Copcisa Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal COMSA: infrastrutturi u s-settur tal-inġinerija, — għal Mirova: soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-portafoll immirati biex jgħaqdu l-ħolqien tal-valur u l-iżvilupp sostenibbli. — għal PGGM: jipprovdi servizzi tal-pensjonijiet, billi jispeċjalizza fl-amministrazzoni ta’ pensjonijiet kollettivi u li jinkludi l-ġestjoni tal-assi. — għal Cedinsa: kumpanija azzjonarja b’sussidjarji attivi fil-qasam tal-konċessjonijiet tal-infrastruttura, b’mod partikulari konċessjonijiet tal-pedaġġi tal-motorway — għal Meridiam: il-ġestjoni ta’ investimenti tal-infrastruttura — għal Copcisa: il-kostruzzjoni, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/14 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 413/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDI MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA' DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA/IND IKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Talba għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“MARRONE DEL MUGELLO”
Nru tal-UE: PGI-IT-02193 – 28.9.2016
PDO ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Consorzio di Tutela del Marrone del Mugello IGP [Konsorzju għall-Protezzjoni tal-“Marrone del Mugello” IĠP] |
|
Via P. Togliatti 4 |
|
50032 Borgo San Lorenzo (FIi) |
|
ITALIA |
|
Tel. +39 3492941747 |
Il-Consorzio di Tutela del Marrone del Mugello IĠP huwa intitolat jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta' Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda(i)
|
— |
☐ |
Isem tal-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-proġett |
|
— |
☒ |
Żona ġeografika |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta' produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [referenzi legali aġġornati; logo] |
4. Tip ta' emenda
|
— |
☐ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP reġistrata li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☒ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' prodott ta' DOP jew IĠP reġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda(i)
Żona ġeografika
L-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
1. |
Il-paragrafu li jaqra: “Iż-żona ta' produzzjoni tal-‘Maronne del Mugello’ tinkludi l-partijiet li ġejjin tal-Provinċja ta' Firenze:
Din iż-żona tifforma parti sħiħa integrali b'daqs ta' madwar 87 420 ha, kif muri fil-mappa mehmuża.” huwa emendat kif ġej: “Iż-żona ta' produzzjoni tal-‘Maronne del Mugello’ tifforma parti sħiħa integrali li tinkludi l-art tal-muniċipalitajiet li ġejjin (2):
L-emenda li saret lill-Artikolu 2 tiddefinixxi mill-ġdid il-konfini ġeografiċi taż-żona tal-produzzjoni. B'mod aktar speċifiku, tiddikjara li ż-żona ta' produzzjoni jenħtieġ li tinkludi t-territorju amministrattiv kollu ta' dawk il-muniċipalitajiet li kienu meqjusa biss parzjalment fl-ispeċifikazzjoni attwali, kif ukoll dawk li kienu esklużi (Barberino Mugello, Pelago, Pontassieve, S. Piero a Sieve u Vaglia) minkejja l-fatt li jagħmlu parti mill-eks Comunità Montana del Mugello [Komunità taż-Żona Muntanjuża ta' Mugello]. Din l-emenda hija ġġustifikata abbażi tal-fatt li, meta l-ispeċifikazzjoni ġiet abbozzata, il-konfini taż-żona tal-produzzjoni kienu stabbiliti billi tqiesu biss l-imsaġar tal-qastan li kienu qed jipproduċu fiż-żmien tal-applikazzjoni tal-IĠP, u b'hekk b'mod skorrett kienu qed jiġu esklużi l-imsaġar l-oħra kollha tal-qastan fil-komunità taż-żona muntanjuża li, abbażi tal-karatteristiċi varjetali, tal-metodu ta' kultivazzjoni u tal-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom, potenzjalment setgħu pproduċew qastan tal-“Marrone del Mugello”. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, peress li l-interess fil-prodott IĠP żdied, kien hemm irkupru modest tal-imsaġar tal-qastan u din it-tendenza għada għaddejja. L-art koperta mit-tkabbir għandha l-istess kundizzjonijiet tal-ħamrija bħaż-żona tal-produzzjoni storika. Iż-żona altitudinali fejn issir il-produzzjoni tinsab fiż-żona fitoklimatika ta' “Castanetum”, li fiha jista' jkun hemm differenzi f'termini ta' maturazzjoni bikrija jew tardiva, iżda mhux f'termini tal-kwalità tal-prodott finali. Storikament, iż-żona altitudinali kollha kienet miżrugħa sabiex is-siġar tal-qastan jikbru bl-użu tal-istess metodi agrikoli. |
Deskrizzjoni tal-proġett
L-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
2. |
Il-paragrafu li jaqra: “Il-ġewż li jissodisfa r-rekwiżiti sabiex ikun denominat bħala ġewż tal-‘Marrone del Mugello’ għandu l-karatteristiċi li ġejjin komuni:
huwa emendat kif ġej: “Il-ġewż li jissodisfa r-rekwiżiti sabiex jiġi denominat bħala ġewż tal-‘Marrone del Mugello’ għandu l-karatteristiċi botaniċi li ġejjin komuni:
Il-kelma “botaniċi” ġiet miżjuda sabiex tispeċifika b'mod aktar preċiż it-tip ta' karatteristiċi deskritti minn hawn 'il quddiem. L-emenda li jmiss tissostitwixxi l-kliem “qatt aktar minn tlieta” b' “normalment tlieta”. Din l-emenda hija meħtieġa għax in-numru ta' ġewż fil-ħliefa huwa karatteristika botanika deskrittiva. Huwa possibbli, għalkemm mhux komuni, li ssib ħliefa li jkun fihom aktar minn tliet ġewżiet. F'dan il-każ, id-daqs tal-ġewż, kif speċifikat fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, se jkun il-parametru li jiddetermina l-konformità mal-ispeċifikazzjoni li, matul il-produzzjoni, se jitqies sabiex jiġi ddeterminat l-iskop maħsub tal-ġewż (frisk jew ipproċessat). Il-frażi li segwiet “(mhux aktar minn 80 ġewża/kg), b'tolleranza ta' 10 % addizzjonali għal snin ħżiena” ma tħassritx iżda ċċaqalqet għall-Artikolu 6 u emendata (ara wkoll il-punt 7). |
Metodu ta' produzzjoni
L-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
3. |
Is-sentenza li taqra: “L-imsaġar tal-qastan li jistgħu jitqiesu xierqa huma dawk li jinsabu bejn 300 u 900 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar fuq l-art bil-kwalitajiet, l-espożizzjoni u l-karatteristiċi tal-ħamrija adatti.” hija emendata kif ġej: “L-imsaġar tal-qastan li jistgħu jitqiesu xierqa huma dawk li jinsabu fiż-żona ddikjarata fl-Artikolu 2, bil-varjetà tal-Qastan Fjorentin (Marrone Fiorentino) li tammonta għal mill-anqas 90 % tas-siġar tal-qastan.” Ir-referenza għall-altitudni tħassret, peress li l-ewwel verżjoni tal-ispeċifikazzjoni qieset biss l-altitudnijiet tal-imsaġar tal-qastan li kienu fil-produzzjoni f'dak iż-żmien, minkejja l-fatt li l-qastan jikber fil-Mugello kemm taħt it-300 m kif ukoll aktar minn 900 m 'il fuq mil-livell tal-baħar. Il-kliem “bil-kwalitajiet, l-espożizzjoni u l-karatteristiċi tal-ħamrija adatti” tħassru peress li fejn jinsabu l-imsaġar tal-qastan, dawn il-karatteristiċi ilhom adatti għal sekli sħaħ. Ir-rekwiżit li jispeċifika l-perċentwal ta' siġar tal-qastan li jrid ikun tal-varjetà tal-Qastan Fjorentin kien diġà stabbilit fl-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni attwali; ġie mċaqlaq għal dan l-Artikolu u emendat. Dan iċ-ċaqliq huwa meħtieġ peress li dan l-Artikolu jistipula l-elementi kollha li jidentifikaw l-imsaġar tal-qastan adatti għall-produzzjoni tal-“Marrone del Mugello” u l-elementi relatati mal-metodu ta' tkabbir tradizzjonali. Il-proporzjon ta' siġar tal-varjetà tal-Qastan Fjorentin ġie emendat minn 95 għal 90 wara li spezzjonijiet fuq il-post urew preżenza akbar ta' qastan selvaġġ li jaġixxi bħala pollinatur. |
|
4. |
Il-paragrafu li jaqra: “Ir-rendiment massimu ta' produzzjoni huwa stabbilit għal 15-il kg ta' ġewż għal kull siġra u 1 500 kg għal kull ettaru. Dawn il-limiti massimi ta' produzzjoni għandhom jiġu segwiti anke fi snin li jagħtu ammont eċċezzjonali ta' frott. In-numru ta' siġar li jipproduċu għal kull ettaru m'għandux jaqbeż il-120 f'imsaġar qodma u l-160 f'imsaġar ġodda.” huwa emendat kif ġej: “Ir-rendiment massimu ta' produzzjoni huwa stabbilit għal 2 500 kg ta' ġewż għal kull ettaru u, b'densità ta' anqas minn 80 siġra għal kull ettaru bi 30 kg għal kull siġra. Dawn il-limiti massimi ta' produzzjoni għandhom jiġu segwiti anke fi snin li jipproduċu ammont eċċezzjonali ta' frott.” Il-limiti massimi ta' produzzjoni żdiedu (minn 15 għal 30 kg ta' ġewż għal kull siġra u minn 1 500 għal 2 500 kg ta' ġewż għal kull ettaru). Din l-emenda hija meħtieġa għax il-ħsad u l-kultivazzjoni tal-qastan wassal għal żieda mifruxa fil-volum kemm tal-ġewż li jrid jintbagħat għall-konsum frisk kif ukoll għall-ġewż żgħir li huwa tajjeb għall-produzzjoni tad-dqiq jew tal-qastan imnixxef. Huwa importanti ħafna li jiġu applikati ż-żewġ limiti massimi ta' produzzjoni fl-imsaġar tal-qastan b'densità baxxa, li fihom il-produzzjoni massima għal kull ettaru mhix parametru ta' kontroll xieraq, iżda li jsir ir-rendiment għal kull siġra. Ir-referenza għan-numru ta' siġar ta' produzzjoni għal kull ettaru tħassret (“m'għandux jaqbeż il-120 f'imsaġar qodma u l-160 f'imsaġar ġodda”), peress li dan il-parametru fil-prattika ntwera li huwa inutli u, kultant, qarrieqi, kemm fil-ħsad tal-qastan f'altitudnijiet ogħla fejn id-densitajiet huma akbar, kif ukoll fir-rigward tal-metodi ta' tkabbir applikati fil-ħsad tal-imsaġar tal-qastan li matul il-ħajja tagħhom ivarjaw f'termini ta' densità. Bosta nebbieta mlaqqma huma gradwalment maqtugħa sabiex tiġi żgurata d-distribuzzjoni xierqa tas-siġar tul il-medda tal-art, kundizzjoni essenzjali biex jiġu prodotti għelejjel tajba. |
L-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
5. |
Is-sentenza li taqra: “Il-prodott irid jiġi magħżul, imkejjel għad-daqs, ittrattat permezz ta' ‘ikkurar’ f'ilma kiesaħ u sterilizzazzjoni, b'metodi magħrufa tradizzjonali lokali, u ppakkjat fiż-żona ‘E’, Alto Mugello-Mugello-Val di Sieve, tal-komunità ta' żona muntanjuża.” hija emendata kif ġej: “Il-prodott irid jiġi magħżul, imkejjel għad-daqs, ittrattat bl-‘ikkurar’ fl-ilma kiesaħ u bl-isterilizzazzjoni, billi jintużaw metodi magħrufa mit-tradizzjonali lokali, u jiġi mnixxef, mitħun u ppakkjat fiż-żona ta' produzzjoni msemmija fl-Artikolu 2.” Il-frażi “fiż-żona ‘E’, Alto Mugello-Mugello-Val di Sieve, tal-komunità taż-żona muntanjuża” tneħħiet u ġiet miżjuda referenza għall-Artikolu 2. Din hija sempliċement emenda formali peress li t-tkabbir propost taż-żona tal-produzzjoni biex tinkludi l-art amministrattiva tal-muniċipalitajiet kollha li jiffurmaw dik li qabel kienet iż-żona “E” tal-komunità ta' żona muntanjuża, fil-verità jfisser li ż-żona tal-produzzjoni ser tkun l-istess bħaż-żona li fiha l-ispeċifikazzjoni attwali tiddikjara li għandhom jitwettqu l-attivitajiet imsemmija f'dan l-artikolu. |
|
6. |
Is-sentenza li taqra: “Il-prodott frisk jista' jiġi rilaxxat għall-konsum mill-5 ta' Ottubru tas-sena tal-produzzjoni.” hija emendata kif ġej: “Il-prodott frisk jista' jiġi rilaxxat għall-konsum mill-25 ta' Settembru tas-sena tal-produzzjoni.” Il-proposta hija li tinbidel id-data ta' rilaxx għall-konsum mill-5 ta' Ottubru għall-25 ta' Settembru peress li fis-snin reċenti l-varjazzjonijiet staġjonali konsistentement mexxew 'il quddiem il-punt li fih il-ġewż ikun misjur u jaqa'. |
L-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
7. |
Il-paragrafu li jaqra: “Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, il-‘Marrone del Mugello’ frisk għandu jkun:
huwa emendat kif ġej: “Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, il-‘Marrone del Mugello’ frisk jenħtieġ li jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
Is-sentenza “daqs medju-kbir (mhux aktar minn 80 ġewża/kg), b'tolleranza ta' 10 % addizzjonali għal snin ħżiena”, oriġinarjament inkluża fl-Artikolu 3, ġiet emendata għal “mhux aktar minn 90 ġewża/kg” u mdaħħla fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni. Din l-emenda hija meħtieġa peress li, bil-formulazzjoni preċedenti, kien neċessarju li kull sena jiġi evalwat jekk dik is-sena kinitx waħda tajba jew ħażina; f'sena ħażina, ikun diffiċli li jsir il-kejl tad-daqs bl-iskrins għad-daqs massimu permess ta' 88 ġewża/kg. Ir-referenza ġenerali għal “bl-użu tal-metodu lokali korrett” tħassret peress li l-metodu huwa deskritt fil-paragrafu. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-kliem “mingħajr ma jiġi miżjud kwalunkwe addittiv”, ġiet miżjuda r-restrizzjoni “l-użu tal-addittivi huwa projbit”. Fl-emenda ġew miżjuda l-punti c), d) u e). Il-punti c) u d) stipulaw, fid-dettall, il-kriterji vinkolanti tal-għażla tal-qastan u l-karatteristiċi tal-kejl tad-daqs u l-omoġeneità, li huma stabbiliti fid-Digriet Ministerjali tal-10 ta' Lulju 1939. Din iż-żieda telimina l-ħtieġa li ssir referenza għal-leġiżlazzjoni, bħal fl-ispeċifikazzjoni attwali. Il-punt e) jagħmel żieda mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott sabiex jispeċifika li l-qastan imkejjel għad-daqs biex ma jkunx hemm aktar minn 90 ġewża/kg jista' jintuża bħala “Marrone del Mugello” IĠP biss bħala ingredjenti fi prodotti komposti, manifatturati jew proċessati. L-għażla li jiġi pproċessat prodott IĠP ta' daqs iżgħar minn dak maħsub għall-konsumatur tippermetti lill-operaturi jżidu l-volum tal-prodott iċċertifikat miksub f'konformità mal-prattiki ta' tkabbir taż-żona. Finalment, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kapaċità u t-tip ta' imballaġġ ġew imħassra peress li mhux dejjem jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq li qed jinbidlu. Fir-rigward tar-regoli attwali, inżammet biss l-istipulazzjoni li l-basktijiet tax-xibka użati jridu jkunu ħomor, peress li dan il-kulur huwa meqjus bħala dak l-aktar adatt għal lewn il-qastan u jintuża ħafna. Ġiet miżjuda wkoll referenza għall-artikolu li jistipula l-karatteristiċi distintivi tal-logo tal-“Marrone del Mugello” u l-formulazzjoni “Il-marka ta' identifikazzjoni għandha turi wkoll data relatata mad-daqs, il-piż, is-sena tal-produzzjoni u d-data tal-ippakkjar, u tkun meħjuta fuq barra tal-pakkett, bħala siġill” tħassret peress li l-informazzjoni li għandha tingħata fuq it-tikketta hija speċifikata fil-leġiżlazzjoni ġenerali. |
L-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
8. |
Il-paragrafu li jaqra:
huwa emendat kif ġej: “Il-‘Marrone del Mugello’ jista' jiġi introdott fis-suq mhux biss bħala prodott frisk iżda wkoll bħala prodott imnixxef li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
miksub bl-użu tal-metodu tradizzjonali lokali ta' tnixxif, fi djar għat-tnixxif, fuq gradilji fuq nar baxx u kostanti li jaħraq biss l-injam tal-qastan.” Il-kelma “ipproċessat” ġiet sostitwita bil-kelma “imnixxef” sabiex tiddefinixxi b'mod aktar preċiż il-modi l-oħra ta' kif jiġi proċessat il-prodott IĠP “Marrone del Mugello”. |
|
9. |
Is-sentenza li ġejja ġiet miżjuda: “Ġewż frisk imkejjel għad-daqs sabiex ma jkunx hemm aktar minn 90 ġewża/kg jista' jintuża wkoll sabiex jinkisbu t-tipi differenti ta' prodott niexef.” Iż-żieda tal-kliem “ġewż frisk imkejjel għad-daqs sabiex ma jkunx hemm aktar minn 90 ġewża/kg jista' jintuża wkoll” hija neċessarja sabiex jiġi ċċarat il-prodott għall-ipproċessar. Il-formulazzjoni proposta tinkludi din il-frażi, u tikkjarifika t-tip ta' ġewża għall-ipproċessar: il-ġewż imkejjel għad-daqs sabiex ikun hemm inqas minn 90 ġewża/kg kif ukoll il-ġewż akbar fid-daqs jekk is-suq ikun jeħtieġ hekk. |
|
10. |
Il-paragrafu li jaqra: “Il-kontenut ta' ndewwa tal-ġewż sħiħ jew mitħun ma għandux jaqbeż il-15 %; il-prodott għandu jkun ħieles minn kwalunkwe parassit ta' kull xorta; ir-rendiment ta' qastan imqaxxar u mnixxef ma jistax jaqbeż il-35 % u r-rendiment ta' qastan imnixxef fil-qoxra ma jistax jaqbeż il-65 %; il-qastan imnixxef u mqaxxar irid ikun sħiħ u tajjeb b'kulur ċar musfar u b'mhux aktar minn 10 % ta' tbajja (traċċi ta' toqob tad-dud, deformazzjonijiet, eċċ).” huwa emendat kif ġej: “Il-kontenut ta' ndewwa tal-ġewż sħiħ jew mitħun ma għandux jaqbeż it-8 %; il-prodott finali introdott fis-suq għandu jkun ħieles minn kwalunkwe parassit ta' kull xorta; ir-rendiment skont il-piż tal-qastan imnixxef u mqaxxar ma jistax jaqbeż il-35 % u r-rendiment skont il-piż tal-qastan imnixxef fil-qoxra ma jistax jaqbeż il-65 %; il-qastan imnixxef u mqaxxar irid ikun sħiħ u tajjeb b'kulur ċar musfar u b'mhux aktar minn 10 % ta' imperfezzjonijiet (traċċi ta' toqob tad-dud, deformazzjonijiet, eċċ), ir-rendiment massimu skont il-piż tad-dqiq ma jistax jaqbeż it-30 % tal-prodott frisk.” Il-kontenut massimu ta' ndewwa tad-dqiq tnaqqas minn 15 % għal 8 % peress li, wara testijiet laboratorji xierqa, instab li l-proporzjon propost jissodisfa aħjar l-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Dawn it-testijiet sabu li kontenut ta' ndewwa b'aktar minn 8 % jista' jkollu impatt negattiv fuq il-preservazzjoni tal-prodott maż-żmien u jbiddel il-karatteristiċi organolettiċi tad-dqiq minħabba tnaqqis fil-kwalità u espożizzjoni akbar għal parassiti ta' tipi varji. Il-kliem “[prodott] finali introdott fis-suq” ġie miżjud peress li l-prodott li jkun se jiġi introdott forsi jista' jkun fih parassiti ta' tipi varji li mhumiex viżibbli minn barra. Matul l-applikazzjoni tat-trattament bis-sħana, kwalunkwe aġent bijotiku jiġi newtralizzat, u l-prodott li ħiereġ irid ikun kompletament ħieles minnhom fil-fażi tal-issortjar. Ġie ċċarat li r-rendiment huwa kkalkolat skont il-piż tal-qastan. Il-klawsola “ir-rendiment massimu skont il-piż tad-dqiq ma jistax jaqbeż it-30 % tal-prodott frisk” ġiet miżjuda sabiex jiġi rregolat ir-rendiment tal-prodott mitħun fi dqiq wara l-istadji ta' tnixxif u tħin. Peress li l-prodott frisk jitlef mill-anqas 65 % tal-piż inizjali tiegħu matul il-fażi tat-tnixxif, ir-rendiment massimu fid-dqiq ma jistax ikun ogħla minn 30 %, filwaqt li jitqiesu l-piż tal-ħliefa u tal-prodott li jintilef matul il-fażijiet tat-tħin (traxxix) li bħala medja jammontaw għal madwar 5 %. Il-formulazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi stabbilit limitu ta' produzzjoni li jkun soġġett għal kontroll ewlieni għall-prevenzjoni ta' frodi potenzjali. |
|
11. |
Is-sentenza li taqra: “Il-prodott imnixxef fil-qoxra jista' jiġi mkejjel għad-daqs għall-bejgħ, sabiex jinkisbu biċċiet akbar”, fl-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni attwali, ġiet imċaqalqa b'paragrafu wieħed għal raġunijiet ta' koeżjoni. |
|
12. |
Is-sentenza li taqra: “Il-pakketti jistgħu jvarjaw fil-piż skont il-ħtiġijiet tas-suq u jrid ikollhom il-marka ta' identifikazzjoni tal-IĠP ‘Marrone del Mugello’.” ġiet supplimentata kif ġej: “Il-pakketti jistgħu jvarjaw fil-piż skont il-ħtiġijiet tas-suq u jrid ikollhom il-marka ta' identifikazzjoni tal-IĠP ‘Marrone del Mugello’, f'konformita mal-logo msemmi fl-Artikolu 10, imwaħħal b'tali mod sabiex jipprevjeni l-użu mill-ġdid.” Ġiet miżjuda referenza għall-artikolu li jispeċifika l-karatteristiċi distintivi tal-“Marrone del Mugello” u l-mod ta' kif għandha titwaħħal il-marka tal-identifikazzjoni. L-ippakkjar maħsub għall-konsumatur finali u li jkollu l-marka tal-identifikazzjoni għandu jkun issiġillat b'tali mod li jista' jinfetaħ darba biss imbagħad ma jerġax jintuża. Għal dan il-għan, il-marki ta' identifikazzjoni jridu jkunu jew parti integrali mill-imballaġġ jew imqiegħda b'tali mod li ssirilhom il-ħsara meta jinfetħu sabiex ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. |
|
13. |
Biex jiġi evitat li ssir referenza għal-leġiżlazzjoni li l-kontenut tagħha huwa kopert fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, tħassret is-sentenza li ġejja: “L-introduzzjoni fis-suq u l-esportazzjoni tal-prodott imnixxef huma rregolati mir-regoli fid-Digriet Ministerjali ċċitat tal-10 ta' Lulju 1939.” |
|
14. |
Is-sentenza li taqra: “Prodotti pproċessati oħra b'ġewż individwalment distingwibbli miksub mill-‘Marrone del Mugello’ jistgħu jiċċitaw il-prodott ta' oriġini tagħhom.” tneħħiet peress li hija koperta fil-firxa ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Din l-emenda hija meħtieġa sabiex l-użu tad-denominazzjoni fuq prodotti pproċessati jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta' oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti” ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 341, 16.12.2010. p. 3). |
Tikkettar
L-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
15. |
Iż-żewġ sentenzi li ġejjin: “Huwa permess li jintużaw, fir-rigward kemm tal-prodott frisk kif ukoll dak proċessat, mhux aktar minn żewġ referenzi għall-muniċipalità u/jew post u/jew għalqa fiż-żona fl-Artikolu 2 li minnha l-qastan bl-indikazzjoni ġeografika protetta huma fil-fatt derivati. Sintendi, l-isem u l-marka tal-kumpanija jistgħu jiġu indikati.” huma emendati kif ġej: “Huwa permess li jintużaw, fir-rigward kemm tal-prodott frisk kif ukoll dak imnixxef, mhux aktar minn żewġ referenzi għall-muniċipalità u/jew post u/jew razzett fiż-żona fl-Artikolu 2 li minnhom huwa fil-fatt derivat il-qastan bl-indikazzjoni ġeografika protetta. Sintendi, l-isem, il-marka tal-kumpanija u d-daqs jistgħu jiġu indikati.” Il-kelma “ipproċessat” ġiet sostitwita b'“imnixxef” li hija aktar preċiża u rilevanti għall-kontenut tal-Artikolu 7 preċedenti. Ġiet miżjuda l-għażla li wieħed jiddikjara d-daqs tal-qastan fuq it-tikketta. Iż-żieda tad-daqs ġiet proposta sabiex tipprovdi informazzjoni kummerċjali, peress li d-daqs spiss huwa marbut mal-prezz tal-prodott. Barra minn hekk, il-fatt li jiġi indikat id-daqs fuq it-tikketta jippermetti lill-konsumaturi jevalwaw malajr id-daqs mixtri u l-omoġeneità tal-ġewż fil-pakkett. |
Mixxellanji
Korp ta' spezzjoni - Referenzi legali aġġornati
|
16. |
L-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: “Il-produtturi li beħsiebhom iqiegħdu l-prodott tagħhom stess fis-suq bl-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Marrone del Mugello’ iridu jdaħħlu l-imsaġar tal-qastan tagħhom, li minnhom tal-anqas 95 % tal-qastan iridu jkun tal-varjetà speċifikata fl-Artikolu 3, f'reġistru pubbliku miżmum apposta mill-komunità muntanjuża taż-żona ‘E’ li l-uffiċini tagħha jinsabu f'Borgo S. Lorenzo, permezz tal-muniċipalità fejn hemm dawn l-imsaġar tal-qastan. Id-dħul fir-reġistru msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiddikjara l-konfini li jiddelimitaw r-razzett ta' produzzjoni, il-konfini tar-reġistru tal-art skont il-mappa u siltiet mill-entrati, iż-żona mħawla bil-qastan, il-produzzjoni massima għal kull ettaru u għal kull siġra li fiha l-ġewż, il-post, l-età tal-masġar tal-qastan, il-kundizzjoni fitosanitarja tiegħu u n-numru ta' siġar. It-talbiet biex jiddaħlu xi msaġar tal-qastan fir-reġistru jridu jiġu ppreżentati sat-30 ta' Ġunju tas-sena li fiha l-prodott ikun maħsub biex jitqiegħed fis-suq bl-indikazzjoni ġeografika protetta. Talbiet għal kwalunkwe emenda għall-entrati għandhom jiġu ppreżentati sal-istess data.” huwa emendat kif ġej: “Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni hija mmonitorjata, b'reġistrazjoni tal-inputs u l-outputs rispettivi. Dan jiżgura t-traċċabilità tal-prodott, bħalma jagħmel il-fatt li l-korp ta' spezzjoni jżomm listi tar-reġistri tal-irqajja' tal-art fejn issir il-produzzjoni, tal-produtturi u ta' dawk li jippakkjaw, u jiġi nnotifikat dwar il-kwantitajiet prodotti. Il-persuni fiżiċi jew legali kollha, irreġistrati f'dawn il-listi, se jiġu kkontrollati mill-korp ta' spezzjoni f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-pjan ta' spezzjoni relatat. Il-konformità mal-ispeċifikazzjoni hija mmonitorjata skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-korp ta' spezzjoni responsabbli għall-verifika tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa:
L-artikolu nkiteb mill-ġdid u ġie aġġornat skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. B'mod aktar speċifiku, tħassru r-referenzi għal dan li ġej:
Finalment, ġiet miżjuda r-referenza għall-korp ta' spezzjoni. |
|
17. |
Tħassru l-Artikoli 10-13 tal-ispeċifikazzjoni attwali. Fid-dawl tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-korpi ta' spezzjoni u d-dispożizzjonijiet ġodda fl-Artikolu 9, l-Artikoli 10-13 issa huma żejda u ma għadhomx rilevanti għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
|
18. |
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet aġġornata f'konformità mal-Artikolu 7(f) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, biż-żieda tal-Artikolu 11 ta' hawn taħt. “Ir-rabta ġeografika bejn il-qastan u l-Mugello, żona partikolarment adatta għat-tkabbir tal-qastan li jkollu l-ġewż, ġejja prinċipalment mill-fatt li l-ekotipi lokali tal-qastan, li huma kollha traċċabbli għall-varjetà Marrone Fiorentino, riprodotta agamikament għal ħafna sekli (kif ikkonfermat mill-preżenza ta' bosta siġar li ilhom jeżistu għal sekli sħaħ), apparti li huma ġenetikament adatti għall-ambjent lokali (ħamrija, klima, metodi ta' kultivazzjoni, eċċ.) jiffurmaw par indissolubbli maż-żona u jagħtu lill-qastan karatteristiċi li jagħmluhom pjuttost distingwibbli minn dawk ta' żoni oħra. Matul is-sekli, bosta tradizzjonijiet, metodi u prattiki importanti lokali, rurali u tad-dar ġew assoċjati mas-siġra tal-qastan u l-ġewż, tant li, fiż-żona, in-nies jitkellmu dwar l-eżistenza ġenwina ta' ‘ċivilizzazzjoni tal-qastan’. Il-kwalitajiet tal-‘Marrone del Mugello’ ilhom magħrufa u apprezzati f'żoni oħra wkoll, kif jidher mill-kummerċ ma' reġjuni oħra, li kien iseħħ fil-passat ukoll.” |
|
19. |
Logo Id-dettalji li ġejjin ġew miżjuda biex jiddefinixxu u jikkodifikaw il-logo li jiddistingwi l-IĠP tal-“Marrone del Mugello”. “Il-logo tal-IĠP tal-‘Marrone del Mugello’, li jidher hawn taħt, huwa rettangolu standard (vertikali) bil-qisien 1:1,35 (in-naħa l-qasira versus in-naħa t-twila u huwa magħmul mill-kelma ‘MUGELLO’ (kulur iswed, tipa Futura), ippożizzjonata tul il-parti ta' fuq tan-naħa l-qasira, u l-kliem ‘MARRONE DEL’ ippożizzjonata vertikalment tul in-naħa tax-xellug nett (tipa Futura; kuluri: ‘MARRONE’ bil-kulur Pantone 470- C 29 %; M 72 %; Y 100 %; K 23 %; ‘DEL’ bil-kulur Pantone 368- C 65 %; M 0 %; Y 100 %; K 0 %). Il-kliem kollu għandu spazju bejn il-karattri ta' 40 % u spazju bejn il-kliem ta' 3 % tal-iskala tal-karattri. Wara l-kelma ‘Mugello’, fuq sfond abjad, hemm stampa tal-‘Marrone del Mugello’, muri bħala xemx, fiċ-ċentru, inklinat lejn il-lemin, bil-kulur ivarja bejn żewġ tonalitajiet, sabiex jenfasizza t-tondjatura tal-ġewża, li jvarja minn kannella ċar (Pantone 1605c - C 40 %; M 80 %; Y 100 %; K 0 %) għal kannella skur (Pantone 4695c- C 40 %; M 100 %; Y 100 %; K 50 %); għall-kuntrarju, il-bażi tal-‘Marrone del Mugello’ tbiddel it-tonalità, mix-xellug għal-lemin, minn okra (Pantone 7413cc- C 20 %; M 60 %; Y 100 %; K 0 %) għal kannella ċar (Pantone 1605c- C 40 %; M 80 %; Y 100 %; K 0 %). Il-ġewż huwa mqiegħed fuq impressjoni artistika tal-ħliefa miftuħa (li tirrappreżenta r-raġġi tax-xemx) b'kulur li jbiddel it-tonalità min-naħa t'isfel tax-xellug (Pantone 584c- C 35 %; M 5 %; Y 85 %; K 0 %) għan-naħa ta' fuq tal-lemin (Pantone 290c - C 30 %; M 0 %; Y 0 %; K 0 %). Isfel, naraw ‘m’ doppja (għal ‘Marrone del Mugello’) bħala sinjal grafiku iswed wiesa' bi spazju bejn kull ‘m’ sabiex tinħoloq veduta tipika tal-għoljiet ta' Mugello mimlijin ħdura; l-għolja fin-naħa ta' fuq hija mpenġija b'lewn aħdar (Pantone 347 - C 100 %; M 0 %; Y 79 %; K 8 %) li jestendi tul il-wisa' tal-linja sewda ‘l isfel lejn il-bażi tal-logo; it-tieni għolja fuq quddiem hija kkulurita b'lewn aħdar ċar (Pantone 368c- C 60 %; M 0 %; Y 100 %; K 0 %) li jestendi tul il-wisa’ tal-linja sewda 'l isfel lejn il-kliem ‘INDICAZIONE GEOGRAFICA PROTETTA’, miktuba bl-abjad, bit-tipa Futura, fuq tliet linji. L-ewwel ittra ta' kull kema hija b'tipa Futura grassa, l-ispazju bejn il-karattri huwa tal-anqas 40 %; allinjament: justified; spazju bejn il-linji: l-istess bħall-iskala tal-karattri. Il-logo jista' jingħata daqs ieħor skont il-ħtiġijiet. Il-limitu ta' riduzzjoni huwa ta' 1,5 darbiet id-daqs tan-naħa l-qasira.
|
DOKUMENT UNIKU
“MARRONE DEL MUGELLO”
Nru tal-UE: PGI-IT-02193 – 28.9.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Marrone del Mugello”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
L-indikazzjoni ġeografika protetta “Marrone del Mugello” hija riservata għal qastan frisk fil-qoxra jew imnixxef fil-qoxra jew li tneħħitlu l-qoxra jew mitħun fi dqiq jew fi kwalunkwe forma oħra pproċessata li fiha l-ġewża tibqa' tingħaraf faċilment.
Il-“Marrone del Mugello” frisk fil-qoxra huwa kkaratterizzat minn daqs medju-kbir (mhux aktar minn 90 ġewża/kg), b'forma prevalentement ellissojdali; quċċata mhux wisq prominenti bil-preżenza ta' tomentum, li jispiċċa fil-fdalijiet tal-ponta tal-miżwed li huma wkoll tomentużi; normalment b'wiċċ laterali wieħed li għandu t-tendenza li jkun ċatt, l-ieħor konvess ħafna; ilu (jew bażi) rettangolari ħafna ta' daqs tali li ma jestendix għall-ġnubijiet tal-ġewża, ġeneralment ċatt u b'lewn aktar ċar mill-perikarpu. Perikarpu rqiq kannella fl-aħmar, b'linji lonġitudinali mbuzzati aktar skuri ta' 25 sa 30. Il-perikarpu jinqala' faċilment minn mal-episperma, li hija kulur il-kamoxxa u bi ftit penetrazzjoni. Iż-żerriegħa, normalment waħda għal kull ġewża, għandha l-parti ewlenija li hija abjad, tqarmeċ u pjaċevolment ħelwa, b'superfiċje kważi kompletament mingħajr skanalaturi; il-ġewż b'żerriegħa maqsuma (septum) huwa rari.
Il-“Marrone del Mugello” jista' jiġi introdott fis-suq mhux biss bħala prodott frisk iżda wkoll bħala prodott imnixxef li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
1. |
fil-qoxra jew imqaxxar sħiħ; |
|
2. |
mitħun; |
miksub bl-użu tal-metodu tradizzjonali lokali ta' tnixxif, fi djar għat-tnixxif, fuq gradilji fuq nar baxx u kostanti li jaħraq biss l-injam tal-qastan.
Ġewż frisk imkejjel għad-daqs sabiex ma jkunx hemm aktar minn 90 ġewża/kg jista' jintuża wkoll sabiex jinkisbu t-tipi differenti ta' prodott niexef.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-prodott irid jiġi magħżul, imkejjel għad-daqs, ittrattat bl-“ikkurar” fl-ilma kiesaħ u bl-isterilizzazzjoni, billi jintużaw metodi magħrufa mit-tradizzjonali lokali, u jiġi mnixxef u mitħun fiż-żona ta' produzzjoni msemmija fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem japplika għalih
L-ippakkjar isir fiż-żona msemmija fil-punt 4; tradizzjonalment isir minn operaturi b'esperjenza skont l-istadji ta' produzzjoni b'tali mod li jiġi evitat li l-prodott jitħallat ma' prodotti differenti u jiġu ggarantiti l-kundizzjonijiet ta' kwalità u traċċabilità stabbiliti għal kull tip, bl-użu ta' imballaġġ li ma jistax jerġa' jiġi ssiġillat.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed tirreferi d-denominazzjoni
Dan il-logo jiddistingwi il-“Marrone del Mugello”:
Huwa projbit li tiġi miżjuda kwalunkwe kwalifika ulterjuri għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Marrone del Mugello” stabbilita f'din l-ispeċifikazzjoni, inklużi l-aġġettivi “aktar”, “superjuri”, “ta' kwalità”, “għażla”, “magħżula” jew simili.
Huwa pprojbit ukoll li jintuża kwalunkwe terminu ta' tifħir li kapaċi jqarraq bil-konsumatur.
Huwa permess li jintużaw, fir-rigward kemm tal-prodott frisk kif ukoll dak imnixxef, mhux aktar minn żewġ referenzi għall-muniċipalità u/jew post u/jew razzett fiż-żona fil-punt 4 li minnhom huwa fil-fatt derivat il-qastan bl-indikazzjoni ġeografika protetta.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta' produzzjoni tal-“Marrone del Mugello” tifforma parti sħiħa integrali li tinkludi l-art tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
Il-Muniċipalità ta' Barberino di Mugello, il-Muniċipalità ta' Borgo S. Lorenzo, il-Muniċipalità ta' Dicomano, il-Muniċipalità ta' Firenzuola, il-Muniċipalità ta' Londa, il-Muniċipalità ta' Marradi, il-Muniċipalità ta' Palazzuolo Sul Senio, il-Muniċipalità ta' Pelago, il-Muniċipalità ta' Pontassieve, il-Muniċipalità ta' Rufina, il-Muniċipalità ta' S. Godenzo, il-Muniċipalità ta' Scarperia e San Piero a Sieve, il-Muniċipalità ta' Vaglia, il-Muniċipalità ta' Vicchio Mugello.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta ġeografika bejn il-qastan u Mugello, żona partikolarment adatta għat-tkabbir ta' qastan li jkollu l-ġewż, ġejja prinċipalment mill-fatt li l-ekotipi lokali tal-qastan, li huma kollha traċċabbli għall-varjetà Marrone Fiorentino, riprodotti agamikament għal ħafna sekli (kif ikkonfermat mill-preżenza ta' bosta siġar li ilhom jeżistu sekli sħaħ), apparti li huma ġenetikament adatti għall-ambjent lokali (ħamrija, klima, metodi ta' kultivazzjoni, eċċ.) jiffurmaw par indissolubbli maż-żona u jagħtu lill-qastan karatteristiċi li jagħmluhom pjuttost distingwibbli minn dawk ta' żoni oħra mill-forma tagħhom (ftit ċatti), l-ilu (rettangolari) u l-kulur (kannella fl-aħmar b'linji lonġitudinali mbuzzati aktar skuri). Matul is-sekli, bosta tradizzjonijiet, metodi u prattiki importanti lokali, rurali u tad-dar ġew assoċjati mas-siġra tal-qastan u l-ġewż, tant li, fiż-żona, in-nies jitkellmu dwar l-eżistenza ġenwina ta' “ċivilizzazzjoni tal-qastan”.
Il-kwalitajiet tal-“Marrone del Mugello” ilhom magħrufa u apprezzati f'żoni oħra wkoll, kif jidher mill-kummerċ ma' reġjuni oħra, li kien iseħħ fil-passat ukoll.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-IĠP “Marrone del Mugello” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 187 tal-11 ta' Awwissu 2016.
It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista' jiġi kkonsultat onlajn fuq: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew
aċċessat direttament fil-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) billi wieħed jikklikkja fuq “Prodotti DOP e IGP” (in-naħa ta' fuq tal-lemin tal-paġna), u wara jikklikkja fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (in-naħa tax-xellug tal-paġna) u mbagħad fuq “Disciplinari di produzione all'esame dell'UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
Rettifika
|
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/26 |
Rettifika tas-sejħa għal proposti — “Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni marbuta mal-politika agrikola komuni (PAK) għall-2018”
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 339 tal-10 ta’ Ottubru 2017 )
(2017/C 413/12)
F’paġna 8, fit-taqsima 3, fit-tabella, ringiela b) “Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet”, il-kolonna “Data u perjodu ta’ żmien”,
minflok:
“Il-15 ta’ Diċembru 2017”,
aqra:
“Il-5 ta’ Jannar 2018”;
F’paġna 9, fit-taqsima 6, fil-punt 6.1 “Applikanti eliġibbli”, is-sottotitolu “Entitajiet affiljati”,
minflok:
“(…) fit-taqsima 11.2 (…)”,
aqra:
“(…) fit-taqsima 11.1 (…)”;
F’paġna 13, it-taqsima 7, fil-punt 7.2. “Miżuri ta’ rimedju”,
minflok:
“(…) (ara t-Taqsima 7.4) (…)”,
aqra:
“(…) (ara t-Taqsima 7.1) (…)”.