ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2017/C 404/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 404/02 |
||
2017/C 404/03 |
||
2017/C 404/04 |
||
2017/C 404/05 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 404/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8680 — Bain Capital/Toshiba Memory Corporation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2017
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017
(2017/C 404/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017 ġie adottat definittivament fl-1 ta’ Diċembru 2016 (2), |
— |
fid-9 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2017, |
— |
għall-ħtiġijiet relatati mal-amministrazzjoni tat-Teżorerija nazzjonali, jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għall-2017. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ġiet adottata fis-27 ta’ Novembru 2017.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ Novembru 2017
(2017/C 404/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1888 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,24 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4423 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89538 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,9060 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1680 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7450 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,463 |
HUF |
Forint Ungeriż |
310,99 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2069 |
RON |
Leu Rumen |
4,6413 |
TRY |
Lira Turka |
4,6684 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5619 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5208 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2745 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7157 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5983 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 284,43 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3342 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8431 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5435 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 053,39 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8786 |
PHP |
Peso Filippin |
59,813 |
RUB |
Rouble Russu |
69,2929 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,719 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,8287 |
MXN |
Peso Messikan |
22,0370 |
INR |
Rupi Indjan |
76,5795 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ April 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni li tirrigwarda l-Każ AT.39914 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro
Relatur: Franza
(2017/C 404/03)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv qabel li jenħtieġ li l-valuri tal-bejgħ u l-multa jiġu emendati għad-destinatarju. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/4 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ AT.39914 — Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax f’Euro (EIRD) (Riżoluzzjoni)
Emenda tal-multa imposta fuq Société Générale
(2017/C 404/04)
Il-Każ AT.39914 jirrigwarda mġiba relatata ma’ derivattivi denominati f’euro u marbuta ma’ ċerti rati tal-imgħax (Euro Interbank Offered Rate u/jew Euro Over-Night Index Average). Fil-kuntest ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2013) 8512 final tal-4 ta’ Diċembru 2013 (id-“Deċiżjoni ta’ Riżolviment”) skont l-Artikolu 10(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2) kif emendat (3). Id-Deċiżjoni ta’ Riżolviment sabet li ċerti impriżi (4), fosthom Société Générale, ipparteċipaw fi ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Din imponiet multa fuq Société Générale.
Fl-4 ta’ Frar 2016, Société Générale pprovdiet tweġiba emendata għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni rigward il-valur tal-bejgħ minn Société Générale.
Wara li vverifikat din it-tweġiba emendata, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra bid-data tal-4 ta’ Marzu 2016, tat l-opportunità lil Société Générale tesprimi l-fehmiet tagħha rigward l-intenzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni li jipproponu deċiżjoni lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li tkun tista’ temenda l-multa imposta oriġinarjament fuq Société Générale, sabiex tiġi riflessa l-informazzjoni korretta pprovduta minnha. Fit-8 ta’ Marzu 2016, Société Générale ddikjarat li ma kellha ebda kumment dwar il-proposta ta’ emenda tad-Deċiżjoni ta’ Risolviment.
L-abbozz ta’ deċiżjoni ma jimmodifikax l-oġġezzjonijiet sottostanti tad-Deċiżjoni ta’ Risolviment. Huwa jindirizza biss kwistjonijiet dwar il-multa, li fir-rigward tagħhom Société Générale ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehimiet tagħha. Jiena nikkunsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali sa issa ġie rispettat fil-proċedura relatata mal-abbozz ta’ deċiżjoni.
Brussell, l-4 ta’ April 2016
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(3) B’mod partikolari, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat-30 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 773/2004, fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3).
(4) Fil-Każ AT.39914 għadhom għaddejjin il-proċedimenti fil-konfront ta’ ċerti partijiet oħrajn li ma għażlux il-proċedura ta’ riżolviment stabbilita fl-Artikolu 10a msemmi hawn fuq.
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/5 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-6 ta’ April 2016
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39914 — Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax f’Euro)
(notifikat bd-dokument C(2016) 1995)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2017/C 404/05)
Fis-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013)8512 final tal-4 ta’ Diċembru 2013 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim li joħloq iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”) sa fejn din tikkonċerna Société Générale. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. Introduzzjoni
(1) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil entità ġuridika waħda: Société Générale. |
2. Deskrizzjoni tal-każ
2.1. Proċedura
(2) |
Id-Deċiżjoni C(2013) 8512 final imponiet multa ta’ EUR 445 884 000 fuq Société Générale, wara li nstab li kienet kisret l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu, li taffettwa lit-territorju kollu taż-ŻEE, fir-rigward ta’ Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax f’Euro. |
(3) |
Fl-4 ta’ Frar 2016, Société Générale ppreżentat tweġiba emendata għat-talba għal informazzjoni tal-Kumissjoni dwar il-valuri tal-bejgħ. |
(4) |
Permezz ta’ ittra bid-data tal-4 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni informat lil Société Générale li beħsiebha tadotta deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 8512 final, fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ korrett. Société Générale ddikjarat li ma kellha ebda kumment. |
(5) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-4 ta’ April 2016 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fis-6 ta’ April 2016. |
2.2. Sommarju tad-Deċiżjoni
(6) |
Il-multa lil Société Générale u l-metodu kif ġiet stabbilita huma konformi ma’ dak li ġie applikat għad-destinatarji l-oħra tad-Deċiżjoni C(2013) 8512 final minbarra l-valuri tal-bejgħ li issa jirriflettu l-valuri tal-bejgħ korretti għal Société Générale. |
(7) |
Fir-rigward tal-imgħax li akkumula għall-benefiċċju tal-Kummissjoni mill-pagament proviżorju li sar minn Société Générale fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun raġonevoli li l-imgħax fuq l-ammont tat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Société Générale jitħallas ukoll lil Société Générale, fejn ikun aktar minn żero. |
3. Konklużjoni
(8) |
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2013) 8512 final, il-punt (c) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) Société Générale: EUR 227 718 000;” |
(9) |
L-imgħax fuq l-ammont ta’ EUR 218 166 000 tat-tnaqqis li akkumula għall-benefiċċju tal-Kummissjoni mill-pagament proviżorju li sar minn Société Générale fis-6 ta’ Marzu 2014, għandu jitħallas lil Société Générale fejn l-imgħax ikun aktar minn żero. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
29.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8680 — Bain Capital/Toshiba Memory Corporation)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 404/06)
1. |
Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Bain Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ TMC kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bain Capital: ditta ta’ investiment b’attivitajiet f’firxa ta’ industriji, — għal TMC: manifattur u fornitur dinji ta’ prodotti tal-flash memory NAND u prodotti tas-solid-state-drive (“SSD”) memory għall-użu f’varjetà ta’ applikazzjonijiet tal-konsumaturi u l-intrapriżi. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8680 — Bain Capital/Toshiba Memory Corporation Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.