ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 392

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
20 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 392/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 392/02

Kawża C-85/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Feralpi Holding SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea Appell — Akkordji — Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit — Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali — Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

2

2017/C 392/03

Kawżi Magħquda C-86/15 P u C-87/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Ferriera Valsabbia SpA (C-86/15 P), Valsabbia Investimenti SpA (C-86/15 P), Alfa Acciai SpA, (C-87/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea Appell — Akkordji — Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit — Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali — Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

3

2017/C 392/04

Kawża C-88/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea Appell — Akkordji — Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit — Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali

3

2017/C 392/05

Kawża C-89/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Riva Fire SpA, fi stralċ, vs Il-Kummissjoni Ewropea Appell — Akkordji — Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit — Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali — Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

4

2017/C 392/06

Kawża C-326/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – DNB Banka AS vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(f) — Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom — Applikabbiltà fil-qasam tas-servizzi finanzjarji)

5

2017/C 392/07

Kawża Magħquda C-361/15 P u C-405/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Easy Sanitary Solutions BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Group Nivelles NV (Appell — Proprjetà Intellettwali — Disinni Komunitarji — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 5 — Novità — Artikolu 6 — Karattru individwali — Artikolu 7 — Żvelar lill-pubbliku — Artikolu 63 — Kompetenzi tal-EUIPO fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-prova — Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti — Disinn li jirrappreżenta drejn tal-ilma tad-doċċa — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell)

5

2017/C 392/08

Kawża C-605/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(f) — Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku — Eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni — Applikabbiltà fil-qasam tal-assigurazzjoni]

6

2017/C 392/09

Kawża C-616/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(f) — Eżenzjoni ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni — Limitazzjoni għall-gruppi indipendenti li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet)

7

2017/C 392/10

Kawża C-125/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – Malta) – Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Tekniki dentali — Kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti — Rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju — Applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Għan ta’ interess ġenerali li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika — Proporzjonalità)

7

2017/C 392/11

Kawża C-149/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia – il-Polonja) – Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra vs Szpital Specjalistyczny im. A. Falkiewicza we Wrocławiu [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ tkeċċijiet — Assimilazzjoni ta’ terminazzjonijiet ta’ kuntratt ta’ xogħol fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega ma’ tkeċċijiet — Modifika unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni]

8

2017/C 392/12

Kawża C-171/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Trayan Beshkov vs Sofiyska rayonna prokuratura (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI — Kamp ta’ applikazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ piena totali — Proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni — Tibdil tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-piena imposta f’dak l-Istat Membru l-ieħor)

9

2017/C 392/13

Kawża C-429/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Redundancies kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Artikolu 1(1) u Artikolu 2 — Kunċett ta’ redundancies — Assimilazzjoni mar-redundancies ta’ termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem — Bidla unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni — Determinazzjoni tal-intenzjoni tal-persuna li timpjega li twettaq redundancies)

10

2017/C 392/14

Kawża C-441/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — It-Tmien Direttiva 79/1072/KEE — Direttiva 2006/112/KE — Persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor — Rimbors tal-VAT imposta fuq merkanzija importata — Kundizzjonijiet — Elementi oġġettivi li jikkonfermaw l-intenzjoni tal-persuna taxxabbli li tuża l-merkanzija importata fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha — Riskju serju ta’ nuqqas ta’ twettiq tat-tranżazzjoni li ġġustifikat l-importazzjoni)

10

2017/C 392/15

Kawża C-35/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fl-24 ta’ Jannar 2017 – Saferoad Grawil sp. z o.o., Saferoad Kabex sp z o.o. vs Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad Oddział w Poznaniu

11

2017/C 392/16

Kawża C-463/17 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 minn Ori Martin SA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-797/16, Ori Martin vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12

2017/C 392/17

Kawża C-485/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH

13

2017/C 392/18

Kawża C-501/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Germanwings GmbH vs Wolfgang Pauels

13

2017/C 392/19

Kawża C-516/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Awwissu 2017 – Spiegel Online GmbH vs Volker Beck

14

2017/C 392/20

Kawża C-517/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

15

2017/C 392/21

Kawża C-518/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Stefan Rudigier

16

2017/C 392/22

Kawża C-569/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 392/23

Kawża T-149/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Ben Ali vs Il–Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Bażi legali — Iskrizzjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrenti bbażata fuq raġuni ġdida — Obbligu ta’ motivazzjoni — Bażi fattwali — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

19

2017/C 392/24

Kawża T-175/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Mabrouk vs Il–Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Miżuri diretti kontra persuni responsabbli għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi — Żamma tal-elenkar ta’ isem ir-rikorrent — Bażi fattwali insuffiċjenti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żball ta’ liġi — Dritt għall-proprjetà — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Talba għal adattament — Att konfermattiv — Inammissibbiltà)

20

2017/C 392/25

Kawża T-126/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – 1. FC Köln vs EUIPO (SPÜRBAR ANDERS.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SPÜRBAR ANDERS. — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

21

2017/C 392/26

Kawża T-139/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva BERG OUTDOOR — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BERGHAUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

21

2017/C 392/27

Kawża T-143/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTESA — Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament UE 2017/1001] — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark]

22

2017/C 392/28

Kawża T-176/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – Kofola ČeskoSlovensko vs EUIPO – Mionetto (UGO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva UGO — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea il UGO! — Rinunzja parzjali għat-trade mark preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]]

23

2017/C 392/29

Kawża T-336/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

23

2017/C 392/30

Kawża T-337/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACCINO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACCINO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

24

2017/C 392/31

Kawża T-36/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Forest Pharma vs EUIPO – Ipsen Pharma (COLINEB) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali COLINEB — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Colina — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

25

2017/C 392/32

Kawża T-97/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat)

26

2017/C 392/33

Kawża T-21/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat)

27

2017/C 392/34

Kawża T-104/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Resider II — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat)

27

2017/C 392/35

Kawża T-114/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Interreg II/C Għargħar Renu-Meuse — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat)

28

2017/C 392/36

Kawża T-542/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Programm operattiv tat-trasport u programmi operattivi reġjonali għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl — Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-pagamenti intermedjarji — Abrogazzjoni tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2017/C 392/37

Kawża T-297/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Gyarmathy vs EMCDDA (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Persunal tal-EMCDDA — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ — Xoljiment tal-kuntratt — Fastidju psikoloġiku — Talba għal assistenza — Investigazzjoni amministrattiva — Imparzjalità tal-investigazzjoni)

29

2017/C 392/38

Kawża T-402/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinGas — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

30

2017/C 392/39

Kawża T-719/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinWärme) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinWärme — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

31

2017/C 392/40

Kawża T-40/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Habermaaß vs EUIPO – Here Global (h) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2017/C 392/41

Kawża T-443/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Bastiment tas-sajd — Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

32

2017/C 392/42

Kawża T-570/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs Il-Kummissjoni

32

2017/C 392/43

Kawża T-607/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Volotea vs Il-Kummissjoni

34

2017/C 392/44

Kawża T-626/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

35

2017/C 392/45

Kawża T-645/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Rodonita vs Il-Kummissjoni u SRB

36

2017/C 392/46

Kawża T-646/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Addition et vs SRB

37

2017/C 392/47

Kawża T-647/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)

38

2017/C 392/48

Kawża T-677/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

38

2017/C 392/49

Kawża T-700/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Volfas Engelman vs EUIPO – Rauch Fruchtsäfte (BRAVORO PINTA)

40

2017/C 392/50

Kawża T-56/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Oil Pension Fund Investment Company vs Il-Kunsill

40

2017/C 392/51

Kawża T-158/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Barnett et vs KESE

40

2017/C 392/52

Kawża T-299/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Scheffler vs EUIPO – Doc Generici (docfauna)

40

2017/C 392/53

Kawża T-18/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Ir–Repubblika Ċeka vs Il–Kummissjoni

41


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 392/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 382, 13.11.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 374, 6.11.2017

ĠU C 369, 30.10.2017

ĠU C 357, 23.10.2017

ĠU C 347, 16.10.2017

ĠU C 338, 9.10.2017

ĠU C 330, 2.10.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Feralpi Holding SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-85/15 P) (1)

(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali - Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)

(2017/C 392/02)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Feralpi Holding SpA (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Feralpi vs Il-Kummissjoni (T-70/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1031), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Feralpi Holding SpA.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Feralpi Holding SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.


(1)  ĠU C 146, 04.05.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Ferriera Valsabbia SpA (C-86/15 P), Valsabbia Investimenti SpA (C-86/15 P), Alfa Acciai SpA, (C-87/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-86/15 P u C-87/15 P) (1)

(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali - Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)

(2017/C 392/03)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ferriera Valsabbia SpA (C-86/15 P), Valsabbia Investimenti SpA (C-86/15 P), Alfa Acciai SpA, (C-87/15 P) (rappreżentanti: D.M. Fosselard, avukat, D. Slater, Solicitor, A. Duron, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Ferriera Valsabbia uValsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni (T-92/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1032), kif ukoll tad-9 ta’ Diċembru 2014, Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni (T-85/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1037), huma annullati.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar ksur tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni tagħha emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Ferriera Valsabbia SpA, Valsabbia Investimenti SpA u Alfa Acciai SpA.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Ferriera Valsabbia SpA, de Valsabbia Investimenti SpA kif ukoll ta’ Alfa Acciai SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dawn l-appelli.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-88/15 P) (1)

(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali)

(2017/C 392/04)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti:Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-90/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1035), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Ferriere Nord SpA.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Ferriere Nord SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.


(1)  ĠU C 146, 04.05.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Riva Fire SpA, fi stralċ, vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-89/15 P) (1)

(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali - Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)

(2017/C 392/05)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Riva Fire SpA, fi stralċ, (rappreżentanti: M. Merola, M. Pappalardo, T. Ubaldi u M. Toniolo, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Riva Fire vs Il-Kummissjoni (T-83/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1034), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Riva Fire SpA.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Riva Fire SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – “DNB Banka” AS vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-326/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom - Applikabbiltà fil-qasam tas-servizzi finanzjarji))

(2017/C 392/06)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“DNB Banka” AS

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ta’ interess ġenerali msemmija f’dan l-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għalhekk, is-servizzi pprovduti minn grupp li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li ma tikkostitwixxix tali attività ta’ interess ġenerali, ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Easy Sanitary Solutions BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Group Nivelles NV

(Kawża Magħquda C-361/15 P u C-405/15 P) (1)

((Appell - Proprjetà Intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 5 - Novità - Artikolu 6 - Karattru individwali - Artikolu 7 - Żvelar lill-pubbliku - Artikolu 63 - Kompetenzi tal-EUIPO fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-prova - Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti - Disinn li jirrappreżenta drejn tal-ilma tad-doċċa - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell))

(2017/C 392/07)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Easy Sanitary Solutions BV (rappreżentant: F. Eijsvogels, advocaat) (C-361/15 P), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea) (EUIPO) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti) (C-405/15 P)

Parti oħra fil-proċedura: Group Nivelles NV (rappreżentant: H. Jonkhout, advocaat)

Intervenjent insostenn tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-405/15 P): Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling u C. R. Brodie, aġenti, assistiti minn N. Saunders, barrister)

Dispożittiv

1)

L-appelli fil-Kawżi C-361/15 P u C-405/15 P huma miċħuda.

2)

Easy Sanitary Solutions BV għandha tbati l-ispejjeż sostnuti minn Group Nivelles NV u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-Kawża C-361/15 P.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż sostnuti minn Group Nivelles NV fil-Kawża C-405/15 P kif ukoll terz minn dawk sostnuti minn Easy Sanitary Solutions BV fil-Kawża C-405/15 P.

4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu fil-Kawża C-405/15 P.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

(Kawża C-605/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku - Eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni - Applikabbiltà fil-qasam tal-assigurazzjoni])

(2017/C 392/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għaldaqstant, is-servizzi mogħtija minn gruppi indipendenti ta’ persuni, li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali attività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-616/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjoni ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni - Limitazzjoni għall-gruppi indipendenti li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet))

(2017/C 392/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung, B.-R. Killmann u R. Lyal, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u K. Petersen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi llimitat l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għal gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – Malta) – Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina

(Kawża C-125/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Tekniki dentali - Kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti - Rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju - Applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Għan ta’ interess ġenerali li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika - Proporzjonalità))

(2017/C 392/10)

Lingwa tal-kawża: il-Malti

Qorti tar-rinviju

Prim’Awla tal-Qorti Ċivili

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malta Dental Technologists Association, John Salomone Reynaud

Konvenuti: Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 4(1) kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-attivitajiet ta’ tekniku dentali għandhom jiġu eżerċitati b’kollaborazzjoni ma’ tabib dentist, sa fejn dan ir-rekwiżit japplika, konformement mal-imsemmija leġiżlazzjoni, fir-rigward ta’ tekniki dentali kliniki li kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’dan l-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia – il-Polonja) – Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra vs Szpital Specjalistyczny im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

(Kawża C-149/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “tkeċċijiet” - Assimilazzjoni ta’ “terminazzjonijiet ta’ kuntratt ta’ xogħol fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega” ma’ tkeċċijiet - Modifika unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni])

(2017/C 392/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Halina Socha, Dorota Olejnik, Anna Skomra

Konvenut: Szpital Specjalistyczny im. A. Falkiewicza we Wrocławiu

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna li timpjega għandha tipproċedi għall-konsultazzjonijiet previsti minn dan l-Artikolu 2 meta hija jkollha l-intenzjoni li twettaq, għad-detriment tal-ħaddiema, emenda unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, f’każ ta’ rifjut ta’ aċċettazzjoni min-naħa ta’ dawn tal-aħħar, tinvolvi t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Trayan Beshkov vs Sofiyska rayonna prokuratura

(Kawża C-171/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI - Kamp ta’ applikazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ piena totali - Proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni - Tibdil tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-piena imposta f’dak l-Istat Membru l-ieħor))

(2017/C 392/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trayan Beshkov

Konvenuta: Sofiyska rayonna prokuratura

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, tal-24 ta’ Lulju 2008, dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, għandha tiġi interpretata fis-sens li din hija applikabbli għal proċedura nazzjonali intiża sabiex timponi, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, piena ta’ priġunerija totali billi tieħu inkunsiderazzjoni l-piena imposta fuq persuna mill-qorti nazzjonali kif ukoll dik imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti ppronunzjata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti.

2)

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2008/675 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi li t-teħid inkunsiderazzjoni, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel minn qorti ta’ Stat Membru ieħor ikun suġġett għall-implementazzjoni ta’ proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni mill-qrati kompetenti ta’ dan l-ewwel Stat Membru, bħal dik prevista fl-Artikoli 463 sa 466 tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (kodiċi ta’ proċedura kriminali).

3)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2008/675 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qorti nazzjonali, adita b’talba ta’ impożizzjoni, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, ta’ piena ta’ priġunerija totali li b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni l-piena imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti ppronunzjata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor, għandha timmodifika għal dan l-għan il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ din il-piena tal-aħħar.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

(Kawża C-429/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Redundancies kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1) u Artikolu 2 - Kunċett ta’ “redundancies” - Assimilazzjoni mar-redundancies ta’ “termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem” - Bidla unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni - Determinazzjoni tal-“intenzjoni” tal-persuna li timpjega li twettaq redundancies))

(2017/C 392/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Małgorzata Ciupa, Jolanta Deszczka, Ewa Kowalska, Anna Stańczyk, Marta Krzesińska, Marzena Musielak, Halina Kaźmierska, Joanna Siedlecka, Szymon Wiaderek, Izabela Grzegora.

Konvenuti: II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidla unilaterali, għad-detriment tal-ħaddiema, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem, twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tista’ titqies bħala “redundancy”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega għandha twettaq il-konsultazzjonijiet previsti f’dan l-aħħar artikolu meta hija tipprevedi li twettaq tali bidla unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SMS group GmbH vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

(Kawża C-441/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - It-Tmien Direttiva 79/1072/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor - Rimbors tal-VAT imposta fuq merkanzija importata - Kundizzjonijiet - Elementi oġġettivi li jikkonfermaw l-intenzjoni tal-persuna taxxabbli li tuża l-merkanzija importata fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha - Riskju serju ta’ nuqqas ta’ twettiq tat-tranżazzjoni li ġġustifikat l-importazzjoni))

(2017/C 392/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SMS group GmbH

Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

Dispożittiv

It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, moqrija flimkien mal-Artikolu 170 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru jirrifjuta lil persuna taxxabbli li ma hijiex stabbilita fit-territorju tiegħu d-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa meta ssir l-importazzjoni ta’ merkanzija f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, meta saret l-importazzjoni, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt li fil-kuntest tiegħu l-persuna taxxabbli xtrat u importat din il-merkanzija kienet sospiża, it-tranżazzjoni li għaliha kellha tintuża din il-merkanzija finalment ma saritx u l-persuna taxxabbli ma pproduċietx il-prova taċ-ċirkulazzjoni sussegwenti tagħha.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fl-24 ta’ Jannar 2017 – Saferoad Grawil sp. z o.o., Saferoad Kabex sp z o.o. vs Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad Oddział w Poznaniu

(Kawża C-35/17)

(2017/C 392/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saferoad Grawil sp. z o.o., Saferoad Kabex sp. z o.o.

Konvenut: Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad Oddział w Poznaniu

fil-preżenza ta’: Przedsiębiorstwo Budownictwa Drogowego S.A., Zakład Bezpieczeństwa Ruchu Drogowego (Zaberd) S.A.,

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’digriet tat-13 ta’ Lulju 2017 (Is-Sitt Awla), iddeċidiet li l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku wara n-nuqqas ta’ osservanza, minn dan l-operatur, ta’ obbligu li ma jirriżultax espressament mid-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/12


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 minn Ori Martin SA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-797/16, Ori Martin vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-463/17 P)

(2017/C 392/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ori Martin SA (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti”, tirriforma d-digriet ta’ ċaħda mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-797/16 (Ori Martin spa vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea), tiddeċiedi dwar il-ksur min-naħa ta’ din l-istess Qorti (Is-Sitt Awla), fil-Kawżi C-490/15 P u C-505/15 P (EU:C:2016:678), tad-dritt ta’ Ori għal smigħ xieraq, skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u, konsegwentement, li tikkundanna lill-Qorti għall-kumpens għad-dannu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikors – li ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali permezz tad-digriet ikkontestat – kien ibbażat fuq motiv wieħed: il-ksur min-naħa tal-Qorti (Is-Sitt Awla) tal-Artikolu 47 tal-Karta, b’mod partikolari tal-ksur tad-dritt ta’ ORI għal smigħ xieraq. Fil-fatt Ori qieset li dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt jimponi li l-impriża ssanzjonata b’mod definittiv tifhem liema fatt konkret hija ġiet akkużata bih, u dan anki biex tiġi evitata r-reċidiva. Peress li dan ma sehhx fil-każ ineżami, ORI kompliet ma tkunx taf il-motiv effettiv tal-kundanna tagħha.

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ ORI peress li kien manifestament infonat fid-dritt, fejn ibbażat fuq il-prinċipju li t-talba għal kumpens ma kinitx ibbażata fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura, li kien jikkostitwixxi eventwali ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta, iżda fuq illegalità allegata li permezz tagħha s-sentenza ġiet ivvizzjata. Il-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni dwar jekk tafx jekk il-ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, li r-rikorrenti espliċitament ilmentat dwaru, kienx kopert mill-Artikolu 47 tal-Karta. F’dan ir-rigward, ukoll, dan l-appell jippreżenta interess li, minħabba kwistjonijiet li huma l-bażi tiegħu, imur lil hinn minn dan il-każ.

ORI tikkontesta d-digriet tal-Qorti Ġenerali sa fejn id-dritt għal smigħ xieraq, fil-forma tad-dritt sabiex isiru magħrufa l-motivi tal-kundanna tagħha, jikkostitwixxi dritt inaljenabbli tal-persuni li jkunu ġew suġġetti għal sanzjonijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni, li n-natura sostanzjalment kriminali tagħhom hija llum irrikonoxxuta minn ġurisprudenza stabbilita. Il-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet mogħtija lill-individwi jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tal-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni lill-Istati Membri; dan il-prinċipju ġie stabbilt fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u ġie adottat fl-Artikolu 47 tal-Karta.

Barra minn hekk, Ori ssostni r-rilevanza tal-kwistjoni mqajma, peress li r-responsabbiltà prevista fil-qasam tal-kompetizzjoni fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/20013 (1) hija ta’ natura personali u l-fatt li d-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kompetizzjoni ma jirrikonoxxi la r-resposnabbiltà oġġettiva u lanqqas il-culpa in vigilando.

Isegwi li, fid-dritt tal-Unjoni, ħadd ma jista’ jiġi ssanzjonat mingħajr nuqqas u lanqas minħabba nuqqas ta’ sorveljanza; ebda prinċipju ta’ dritt proċedurali li jipprevedi l-inverżjoni tal-oneru tal-prova ma jippermetti li dawn it-talbiet jiġu invalidati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH

(Kawża C-485/17)

(2017/C 392/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Berlin eV

Konvenuta: Unimatic Vertriebs GmbH

Domandi preliminari

1.

Stand li jkun jinsab f’sala ta’ espożizzjoni, li jintuża minn operatur kummerċjali għall-bejgħ tal-prodotti tiegħu f’fiera li tinżamm għal xi jiem kull sena, tikkostitwixxi post tan-negozju immobbli fis-sens tal-Artikolu 2(9)(a) tad-Direttiva 2011/83/UE (1) jew post tan-negozju mobbli fis-sens tal-Artikolu 2(9)(b) tal-imsemmija direttiva?

2.

Fil-każ li dan huwa post tan-negozju mobbli:

għad-domanda dwar jekk operatur kummerċjali jeżerċitax l-attività tiegħu “b’mod abitwali” fl-istands ta’ fiera għandha tingħata risposta fid-dawl,

a)

tal-mod kif l-operatur kummerċjali jorganizza l-attività tiegħu jew

b)

tal-kwistjoni ta’ jekk il-konsumatur għandux jistenna l-konklużjoni ta’ kuntratt relatat mal-prodotti kkonċernati fl-okkażjoni tal-fiera inkwistjoni?

3.

Fil-każ li l-perċezzjoni tal-konsumatur hija deċiżiva għar-risposta għat-tieni domanda (il-punt (b) tat-tieni domanda):

fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-konsumatur għandux jistenna l-konklużjoni ta’ kuntratt relatat mal-prodotti kkonċernati fl-okkażjoni tal-fiera inkwistjoni, għandu jitqies il-mod kif il-fiera hija ppreżentata lill-pubbliku jew il-mod kif il-fiera hija fil-fatt ippreżentata lill-konsumatur fil-mument li jassumi l-impenn kuntrattwali tiegħu?


(1)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Germanwings GmbH vs Wolfgang Pauels

(Kawża C-501/17)

(2017/C 392/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Germanwings GmbH

Konvenut: Wolfgang Pauels

Domanda preliminari

Il-ħsara f’tajer ta’ ajruplan minħabba vit li kien jinsab fuq il-pista tat-tlugħ jew tal-inżul (dannu kkawżat minn oġġett estern) tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Awwissu 2017 – Spiegel Online GmbH vs Volker Beck

(Kawża C-516/17)

(2017/C 392/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spiegel Online GmbH

Konvenut: Volker Beck

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rigward l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet għad-drittijiet ikkonċernati stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) jħallu marġni ta’ diskrezzjoni għat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali?

2)

B’liema mod għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-determinazzjoni tal-portata tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet, previsti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/CE, tad-dritt esklużiv tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom?

3)

Id-drittijiet fundamentali għal-libertà ta’ informazzjoni [it-tieni sentenza tal-Artikolu 11(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE] jew għal-libertà tal-istampa [Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE] jistgħu jiġġustifikaw eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż id-dritt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom, lil hinn mill-eċċezzjonijiet jew mil-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE?

4)

Għandu jitqies li t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur fuq il-portal tal-internet ta’ impriża tal-istampa ma jikkostitwixxix awtomatikament irrapportar ta’ ġrajjiet kurrenti li ma jeħtieġx awtorizzazzjoni fis-sens tat-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 5(3)(ċ) tad-Direttiva 2001/29/KE, peress li l-impriża tal-istampa kellha l-possibbiltà li titlob il-kunsens tal-awtur qabel it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u peress li hija setgħet raġonevolment tiġi mistennija tagħmel dan?

5)

Pubblikazzjoni għal finijiet ta’ kwotazzjonijiet skont l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE hija nieqsa jekk it-test tax-xogħlijiet ikkwotati jew partijiet minn dan ma jiġux inkorporati fit-test il-ġdid b’mod indiviżibbli, pereżempju permezz ta’ indentazzjonijiet jew permezz ta’ noti ta’ qiegħ il-paġna, iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet, permezz ta’ links, fil-forma ta’ fajls PDF li jistgħu jiġu kkonsultati b’mod awtonomu maġenb it-test il-ġdid?

6)

Sabiex jiġi stabbilit mil-liema mument xogħol diġà tqiegħed b’mod legali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE, għandu wieħed jibbaża ruħu fuq il-kwistjoni dwar jekk dan ix-xogħol, fil-forma konkreta tiegħu, ġiex ippubblikat qabel bil-kunsens tal-awtur?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-517/17)

(2017/C 392/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milkiyas Addis

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE (1) jew inkella permezz tad-dispożizzjoni predeċessur tal-Artikolu 25(2)(a) tad-Direttiva 2005/85/KE (2), Stat Membru (f’dan il-każ, il-Ġermanja) jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba r-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, l-Italja), meta l-forma tal-protezzjoni internazzjonali, u b’mod iktar speċifiku l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni li jiksbu l-istatus ta’ refuġjat, ma tissodisfax, fl-Istat Membru l-ieħor li diġà ta lill-applikant protezzjoni internazzjonali (f’dan il-każ, l-Italja), ir-rekwiżiti tal-Artikoli 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE, mingħajr madankollu ma tasal biex tikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

2.

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, dan jgħodd ukoll meta, fl-Istat Membru fejn huma jiksbu l-istatus ta’ refuġjat (f’dan il-każ, l-Italja), il-persuni li jiksbu tali status

a)

ma jingħataw l-ebda allowance tal-għajxien, jew f’livell kunsiderevolment inqas meta mqabbel ma’ dak ta’ Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġu ttrattati b’mod differenti, f’dan ir-rigward, miċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru?

b)

jingħataw, huwa minnu, id-drittijiet previsti fl-Artikoli 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE iżda jaċċedu, fir-realtà, b’diffikultà għall-allowances li huma marbuta ma’ dawn id-drittijiet jew mal-allowances tan-netwerks tas-soċjetà ċivili jew tal-familja li jissostitwixxu jew jikkompletaw l-allowances tal-Istat?

3.

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2013/32/UE jew id-dispożizzjoni predeċessur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2005/85/KE tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tgħid li ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal ażil bħala inammissibbli li sseħħ fl-eżerċizzju tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE jew permezz tad-dispożizzjoni predeċessur tal-Artikolu 25(2)(a) tad-Direttiva 2005/85/UE, mingħajr intervista personali mal-applikant ma twassalx għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ intervista meta l-applikant ikollu l-opportunità li jesponi fil-proċedura tar-rikors l-elementi kollha li jikkontestaw deċiżjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr madankollu ma dawn l-elementi jistgħu jwasslu sabiex tinbidel id-deċiżjoni fuq il-mertu?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, ĠU L 180, p. 6.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, ĠU L 175M, p. 168.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Stefan Rudigier

(Kawża C-518/17)

(2017/C 392/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stefan Rudigier

Konvenuta: Salzburger Verkehrsverbund GmbH

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq huwa applikabbli wkoll fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ dan l-istess regolament għal servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja skont proċedura prevista fid-Direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi (Direttiva 2004/17/KE jew 2004/18/CE)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Ksur tal-obbligu li tiġi ppubblikata, mill-inqas sena qabel il-bidu tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-informazzjoni ċċitata fl-Artikolu 7(2)(a) sa (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jwassal sabiex sejħa għal offerti – mingħajr tali pubblikazzjoni sena qabel il-bidu tal-proċedura, iżda li ssir fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament fi proċedura skont id-Direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi – ikollha titqies bħala illegali?

3.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda:

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bis-saħħa ta’ liema l-annullament, previst fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 89/665/KEE (2), ta’ sejħa għal offerti – li għandha titqies bħala illegali minħabba l-assenza ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 – jista’ jiġi eskluż meta l-illegalità ma jkollhiex effett deċiżiv fuq l-eżitu tal-proċedura ta’ għoti għaliex l-operatur ikkonċernat seta’ jirreaġixxi fil-ħin u għaliex ma kienx hemm effett ħażin fuq il-kompetizzjoni?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/17


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-569/17)

(2017/C 392/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, G. von Rintelen u I. Galindo Martín, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja, billi ma adottax, qabel il-21 ta’ Marzu 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Frar 2014, dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), jew, fi kwalunkwe maż, billi ma nnotifikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ma wettaqx l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 42(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE, multa koerċittiva ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 105 991,60, li għandu jkollha effett mid-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jadotta jew, fi kwalunkwe każ, li jinnotifika lill-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/17/UE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-Artikolu 42(2) tad-Direttiva 2014/17/UE, l-Istati Membri huma obbligati jadottaw il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex jikkonformaw id-dritt intern tagħhom mal-obbligi tal-imsemmija direttiva sa mhux iktar tard mil-21 ta’ Marzu 2016. Peress li r-Renju ta’ Spanja ma nnotifikax it-traspożizzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi kontrih quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha timponi fuq ir-Renju ta’ Spanja, multa koerċittiva ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 105 991,60. L-ammont ta’ din il-multa koerċittiva ġie kkalkulat billi ttieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità u t-tul tal-perijodu ta’ ksur kif ukoll l-effett dissważiv fid-dawl tal-kapaċità ta’ ħlas tal-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 60, p. 34


Il-Qorti Ġenerali

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Ben Ali vs Il–Kunsill

(Kawża T-149/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Bażi legali - Iskrizzjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrenti bbażata fuq raġuni ġdida - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi fattwali - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2017/C 392/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sirine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentant: S. Maktouf, avukat)

Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment Á. de Elera-San Miguel Hurtado u G. Étienne, sussegwentement Á. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 29), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/147, tat-30 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sirine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal–Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Mabrouk vs Il–Kunsill

(Kawża T-175/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Miżuri diretti kontra persuni responsabbli għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi - Żamma tal-elenkar ta’ isem ir-rikorrent - Bażi fattwali insuffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Dritt għall-proprjetà - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Talba għal adattament - Att konfermattiv - Inammissibbiltà”))

(2017/C 392/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.–R. Farthouat, J.–P. Mignard u N. Boulay, avukati, u S. Crosby, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. de Elera-San Miguel Hurtado u G. Étienne, sussegwentement A. de Elera–San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 29), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tad-29 ta’ Mejju 2015 sabiex ismu jiġi rtirat mil-lista annessa mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011, L 28, p. 62), u tad-Deċiżjoni (PESK) tal-Kunsill 2016/119, tat-28 ta’ Jannar 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72 (ĠU 2016, L 23, p. 65), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk huwa kkundannat, minbarra għal ispejjeż tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – 1. FC Köln vs EUIPO (SPÜRBAR ANDERS.)

(Kawża T-126/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SPÜRBAR ANDERS. - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2017/C 392/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 1. FC Köln GmbH & Co. KGaA (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u S. Stier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 (Każ R 718/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SPÜRBAR ANDERS. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

1. FC Köln GmbH & Co. KgaA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)

(Kawża T-139/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BERG OUTDOOR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BERGHAUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 392/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Division SR, SA (SDSR) (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Berghaus Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Ashby, A. Carboni u J. Colbourn, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016 (Każ R 153/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Berghaus u SDSR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sports Division SR, SA (SDSR) għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawn sostnuti mill-EUIPO u mill-intervenjenti.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA)

(Kawża T-143/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTESA - Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament UE 2017/1001] - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”])

(2017/C 392/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intesia Group Holding GmbH (Böblingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016 (Każ R 632/2015-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Intesa Sanpaolo u Intesia Group Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Intesia Group Holding GmbH.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – Kofola ČeskoSlovensko vs EUIPO – Mionetto (UGO)

(Kawża T-176/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva UGO - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea il UGO! - Rinunzja parzjali għat-trade mark preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”])

(2017/C 392/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kofola ČeskoSlovensko a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mionetto SpA (Valdobbiadene, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Frar 2016 (Każ R 2707/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mionetto u Kofola ČeskoSlovensko.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

Kofola ČeskoSlovensko a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO)

(Kawża T-336/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 392/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Caricato, sussegwentement M. Cartella u B. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Francetti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ April 2016 (Każ R 1005/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gianni Versace u Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-6 ta’ April 2016 (Każ R 1005/2015-1), hija annullata, sa fejn, fiha, il-Bord tal-Appell ikkonkluda li kien hemm użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE għal “oġġetti tessili” (mhux inkużi fi klassijiet oħra), minbarra “Bjankerija”, fil-klassi 24.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO.

4)

L’EUIPO għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.

5)

Gianni Versace SpA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACCINO)

(Kawża T-337/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACCINO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 392/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Caricato, sussegwentement M. Cartella u B. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Francetti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ April 2016 (Każ R 1172/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gianni Versace u Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Forest Pharma vs EUIPO – Ipsen Pharma (COLINEB)

(Kawża T-36/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali COLINEB - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Colina - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2017/C 392/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Forest Pharma BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Holman, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ipsen Pharma SAS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 500/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ipsen Pharma u Forest Pharma

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Forest Pharma BV hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

3)

Ipsen Pharma SAS hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-97/09) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 392/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Lumma, C. Blaschke u T. Henze, sussegwentement minn T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte, A. Steiblytė u B.-R. Killmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Rodríguez Cárcamo, avukat, sussegwentement minn A. Rubio González, abogado del estado, u finalment minn V. Ester Casas, aġent), u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn C. Wissels u Y. de Vries, sussegwentement minn J. Langer u B. Koopman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8465 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm operattiv fir-reġjun Objettiv 1 tal-Land Sachsen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/4, tal-5 ta’ Awwissu 1994, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 2273/4, tat-22 ta’ Awwissu 1994 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1425, tas-6 ta’ Settembru 1994;

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8465 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm operattiv fir-reġjun Objettiv 1 tal-Land Sachsen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/4,tal-5 ta’ Awwissu 1994, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 2273/4 tat-22 ta’ Awwissu 1994 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1425, tas-6 ta’ Settembru 1994, huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 129, 6.6.2009.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-21/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 392/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġrermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Möller, T. Henze u C. Blaschke, sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali (DOCUP) fir-reġjun Objettiv 2 tas-Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali (DOCUP) fir-reġjun Objettiv 2 tas-Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata.

2)

Il-Kummisjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Resider II - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 392/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 22.5.2010.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Interreg II/C ‘Għargħar Renu-Meuse’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 392/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment J. Möller u C. Blaschke, sussegwentement J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. De Bergues u B. Messmer, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti), u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels u M. Noort, sussegwentement M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008 hija annullata, sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 134, 22.5.2010.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/15) (1)

((“FEŻR - Programm operattiv tat-trasport u programmi operattivi reġjonali għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-pagamenti intermedjarji - Abrogazzjoni tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 392/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: J. Bonhage u F. Quast, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u A. Tokár, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4979, tal-14 ta’ Lulju 2015, dwar is-sospensjoni ta’ parti mill-pagamenti intermedjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni għan-nefqa tal-programmi operattivi “Trasport” intiżi għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Gyarmathy vs EMCDDA

(Kawża T-297/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-EMCDDA - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ - Xoljiment tal-kuntratt - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Investigazzjoni amministrattiva - Imparzjalità tal-investigazzjoni”))

(2017/C 392/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Valéria Anna Gyarmathy (Györ, l-Ungerija) (rappreżentant: A. Véghely, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti u F. Pereyra, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appel mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-18 ta’ Mejju 2015, Gyarmathy vs EMCDDA (F-79/13, EU:F:2015:49), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Valéria Anna Gyarmathy għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas)

(Kawża T-402/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinGas - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2017/C 392/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Stadtwerke GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2016 (Każ R 291/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal verbali berlinGas bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Berliner Stadtwerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinWärme)

(Kawża T-719/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinWärme - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2017/C 392/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Stadtwerke GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Lulju 2016 (Każ R 618/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali berlinWärme bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Berliner Stadtwerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 411, 28.11.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Habermaaß vs EUIPO – Here Global (h)

(Kawża T-40/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 392/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Habermaaß GmbH AG (Bad Rodach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder, H. Gauß u E. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Crespo Carrillo u M. Tóhatí, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Here Global BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Erkkilä, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 53/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Here Global BV u Habermaaß GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Habermaaß GmbH u Here Global BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/32


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Bastiment tas-sajd - Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 392/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: António Conde & Companhia, SA, (Gafanha de Nazaré, il-Portugall) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tittrażmetti lis-segretarjat tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) il-lista emendata għall-2017, mibgħuta lill-Kummissjoni mir-Repubblika Portugiża, li fiha hemm il-bastimenti Santa IsabelCalvão li jtajru l-bandiera Portugiża.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/17)

(2017/C 392/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Algebris (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Anchorage Capital Group LLC (New York, New York, l-Istati Uniti), Ronit Capital LLP (Londra) (rappreżentanti: T. Soames, lawyer, R. East, Solicitor, N. Chesaites, Barrister, u J. Vandenbussche, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni permezz tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 għall-Banco Popular Español S.A. (1) kollha kemm hija, jew, sussidjarjament, l-Artikolu 1 ta’ din;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ konformità mill-Kummissjoni mal-obbligu legali tagħha li tevalwa kif xieraq, jew għal kollox, l-aspetti diskrezzjonali tal-iskema ta’ riżoluzzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ raġunijiet suffiċjenti mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali, kuntrarjament għall-Artikolu 339 TFUE u għall-Artikolu 88(1) tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2) u għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’dan il-mod, dan naqas milli jirrispetta d-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikoli 14, 18, 20, 21, 22 u 24 tar-Regolament Nru 806/2014.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-evalwazzjoni tal-Banco Popular, li kienet il-bażi għall-azzjoni ta’ riżoluzzjoni li ttieħdet taħt l-iskema ta’ riżoluzzjoni, ma kinitx ġusta, prudenti jew affidabbli u kienet inkonsistenti mal-“prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur għall-agħar”; dan għalhekk ma kienx jikkostitwixxi prova preċiża u affidabbli u konsistenti li fuqha tista’ tibbaża l-iskema ta’ riżoluzzjoni; u ma kinitx kapaċi ssostni d-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk u għall-istess raġunijiet, l-iskema ta’ riżoluzzjoni (u għalhekk id-deċiżjoni) kienet manifestament sproporzjonata billi tmur lil hinn mill-miżuri neċessarji għall-ksib tal-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mill-iskema ta’ riżoluzzjoni hekk kif approvata mid-deċiżjoni kkontestata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li l-iskema ta’ riżoluzzjoni ġiet adottata u approvata mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038) (ĠU 2017, L 178, p. 15).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Volotea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-607/17)

(2017/C 392/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volotea, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Carpagnano, avukat, u M. Nordmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, parzjalment, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/NN) implementata mill-Italja bħala kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat it-tifsira ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE.

Ir-rikorrenti tallega, inter alia, li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ benefiċjarju. Hija ssostni wkoll li l-Kummissjoni żbaljat meta kklassifikat l-operaturi tal-ajurporti bħala sempliċi “intermedjarji” bejn ir-reġjun u l-kumpanniji tal-ajru, u dan ifisser li hija naqset milli tqis jekk tali operaturi rċevewx vantaġġ ekonomiku. Barra minn hekk, il-finanzjament ma kienx selettiv. Minbarra dan, il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat it-tifsira ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u effetti fuq il-kummerċ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat it-tifsira ta’ ġustifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Ir-rikorrenti ssostni li l-asserzjoni tal-Kummissjoni li l-qafas li jirrigwarda servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali ma japplikax għall-attivitajiet inkwistjoni fil-kawża preżenti. Hija ssotni wkoll li l-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 jistgħu jiġġustifikaw il-finanzjament inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li, billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna allegatament illegali, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tar-rikorrenti. Il-Kummissjoni, li hija nieqsa minn prattika ċara fir-rigward ta’ għajnuna indiretta, ma kellhiex tinsisti fuq l-irkupru.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni ttrattat b’mod żbaljat l-investigazzjoni peress li hija ma investigatx il-miżuri kkontestati b’diliġenza u b’imparzjalità.

Huwa sostnut li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi xierqa fir-rigward tat-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq, minkejja li dan huwa meħtieġ mil-liġi u mitlub f’diversi sottomissjonijiet minn terzi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni.

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li l-Kummissjoni ma ddiskutietx xi kwistjonijiet legali u fattwali importanti, tat motivazzjoni li ma kinitx inekwivoka, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni ċerti argumenti importanti mqajma minn terzi u għamlet stqarrijiet li kienu ta’ natura kontradittorja.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-626/17)

(2017/C 392/44)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u T. Mihelič Žitko, avukati tal-Istat u R. Knaak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla totalment ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1353, tad-19 ta’ Mejju 2017, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 fir-rigward ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed (ĠU 2017, L 190, p. 5), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv: billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 232 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Uniku OKS”, peress li dan ir-regolament tal-aħħar huwa applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014, filwaqt li r-regolament ikkontestat huwa applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013. Billi għamlet dan il-Kummissjoni marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa mogħtija lilha mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 100(3) tar-Regolament Uniku OKS Nru 1308/2013.

2.

It-tieni motiv: billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ppreġudikat retroattivament drittijiet diġà kweżiti mill-produtturi Sloveni ta’ mbid li jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Teran” (PDO-SI-A1581), u b’dan il-mod kisret prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u speċifikament il-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittim, il-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv: billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ppreġudikat b’mod sproporzjonat id-dritt għall-proprjetà tal-produtturi sloveni ta’ mbid li jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Teran” (PDO-SI-A1581), u b’dan il-mod kisret l-Artikolu 17 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 anness mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv: sa fejn il-Kummissjoni pprevediet, fl-Artikolu 2 tar-regolament ikkontestat, perijodu tranżitorju għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ stokkijiet ta’ nbid prodott qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ tali regolament, anki jekk ma jkunx jirrispetta l-kundizzjonijiet ta’ ttikettjar previsti fl-Artikolu 1 ta’ dan tal-aħħar, hija kisret l-Artikolu 41 tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tirrigwarda mbid prodott qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

5.

Il-ħames motiv: billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 100(3) tar-Regolament Uniku OKS Nru 1308/2013, fid-dawl tas-sens li l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-Artikolu 17 tal-Karta u l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 anness mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jgħatu lil din id-dispożizzjoni. B’dan il-mod il-Kummissjoni marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa mogħtija lilha mid-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq tar-regolament.

6.

Is-sitt motiv: billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 290 TFUE u l-Artikolu 13(2) TUE sa fejn hija marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa li tadotta att delegat, mogħtija lilha mill-imsemmi Artikolu 290 TFUE, u marret ukoll lil hinn mil-limiti tas-setgħa mogħtija lilha mit-trattati.

7.

Is-seba’ motiv: meqjus li l-Kummissjoni adottat ir-regolament ikkontestat bill-għamlet riferiment għall-applikazzjoni tal-Kroazja sabiex il-varjetà ta’ għeneb tal-inbid “teran” tiġi inkluża fil-parti A tal-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 607/2009 – applikazzjoni li l-Kroazja kellha tippreżenta qabel l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni – meta din l-applikazzjoni qatt ma ġiet ippreżentata, u meta s-Slovenja lanqas ma ġiet infurmata dwar il-preżentazzjoni ta’ tali applikazzjoni, għall-finijiet tal-bidu tan-negozzjati, il-Kummissjoni kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 100(3) tar-Regolament Uniku OKS Nru 1308/2013 u l-Artikolu 62(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 607/2009, flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE. Bl-istess mod, il-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħa mogħtija lilha mill-imsemmija dispożizzjoni tar-Regolament Uniku OKS Nru 1308/2013.

8.

It-tmien motiv: sa fejn il-Kummissjoni emendat il-kontenut tar-regolament ikkontestat meta mqabbel mal-abbozz ta’ att delegat, li ġie ppreżentat fl-24 ta’ Jannar 2017 waqt il-laqgħa tal-grupp ta’ esperti għall-inbid GREX WINE, mingħajr ma ofriet lill-esperti tal-Istati Membri l-possibbiltà li jgħamlu osservazzjonijiet dwar il-verżjoni emendat tal-abbozz tal-att, hija kisret l-impenn tiegħu skont il-punt 28 tal-Kapitolu V tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u l-punt 7 tal-Kapitolu II tal-Fehim Komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Atti Delegati, li huwa anness mal-imsemmi Ftehim Interistituzzjonali. Billi għamlet dan, il-Kummissjoni wettqet ksur tar-regoli proċedurali essenzjali u ksur tal-prinċipju tal-bilanċ interistituzzjonali.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Rodonita vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-645/17)

(2017/C 392/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rodonita, SL (Coruña, Spanja), (rappreżentanti: B. Gutiérrez de la Roza Pérez, P. Rubio Escobar, R. Ruíz de la Torre Esporrín u B. Fernández García, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni (SRB/EES/2017/08) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017, li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.;

barra minn hekk, skont l-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenuta u lill-intervenjenti, fejn dawn ikunu sostnu t-talbiet kollha tagħha jew parti minnhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Addition et vs SRB

(Kawża T-646/17)

(2017/C 392/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Addition Sicav, SA (Madrid, Spanja), Allocation Sicav, SA (Madrid), Fundación Rafael de Pinto (Madrid), Chart Inversiones Sicav, SA (Madrid) u Match Ten Inversiones Sicav, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni JUR/EES/2017/08, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni dwar Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jikkumpensa lir-rikorrenti kumpens għad-danni subiti, f’ammont ugwali għall-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi moratorji minn dik id-data sal-mument li fih jiġi effettwat dan ir-rimbors, skont it-tieni paragrafu tal-Artikoli 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)

(Kawża T-647/17)

(2017/C 392/47)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Serendipity Srl (Milano, l-Italja), Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta) (rappreżentanti: C. Volpi, L. Aliotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CKL Holdings NV (CV Bussum, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva verbali tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “CHIARA FERRAGNI” bil-kulur iswed u blu ċelesti – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 346 795

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Lulju 2017, fil-Każ R 2444/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Eżistenza minn qabel tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti Nru 011841582 “Chiara Ferragni” ippreżentata fil-25 ta’ Ġunju 2013, irreġistrata fl-10 ta’ Ottubru 2013;

Xebh żbaljat ta’ trade marks konfliġġenti;

Evalwazzjoni globali żbaljata tal-possibbiltà ta’ konfużjoni.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/38


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/17)

(2017/C 392/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Jones, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2017, L 175, p. 708);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti; u

tordna kwalunkwe miżura oħra li tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ir-rekwiżit ta’ kunfidenzjalità impost permezz tad-dispożizzjoni kkontestata huwa illegali għaliex ser jipprekludi neċessarjament lill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea milli jiżvelaw informazzjoni dwar emissjonijiet fl-ambjent bi tweġiba għal talba minn membru tal-pubbliku, bi ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva dwar l-aċċess għal informazzjoni ambjentali (1).

2.

It-tieni motiv: ir-rekwiżit ta’ kunfidenzjalità ġenerali impost permezz tad-dispożizzjoni kkontestata huwa illegali għaliex ser jipprekludi neċessarjament lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni milli jiżvelaw informazzjoni dwar emissjonijiet fl-ambjent bi tweġiba għal talba minn membru tal-pubbliku, bi ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Aarhus (2) u tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-aċċess tal-pubbliku (3).

3.

It-tielet motiv: il-Kummissjoni, meta introduċiet rekwiżit ta’ kunfidenzjalità ġenerali, introduċiet element essenzjali li jmur lil hinn mill-portata ta’ miżuri supplimentari fis-sens tal-Artikoli 5(3) u 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, li jemenda l-effett tad-Direttiva dwar l-aċċess għal informazzjoni ambjentali, ir-Regolament ta’ Aarhus, u r-Regolament dwar l-aċċess tal-pubbliku, u li jċaħħad lil dawn il-miżuri mill-effett utli tagħhom.

4.

Ir-raba’ motiv: ir-rekwiżit ta’ kunfidenzjalità ġenerali impost permezz tad-dispożizzjoni kkontestata jikser il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità fid-dritt tal-Unjoni.


(1)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).

(3)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Volfas Engelman vs EUIPO – Rauch Fruchtsäfte (BRAVORO PINTA)

(Kawża T-700/15) (1)

(2017/C 392/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Oil Pension Fund Investment Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-56/16) (1)

(2017/C 392/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Barnett et vs KESE

(Kawża T-158/16) (1)

(2017/C 392/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Awla tal-Appell ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Scheffler vs EUIPO – Doc Generici (docfauna)

(Kawża T-299/16) (1)

(2017/C 392/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Ir–Repubblika Ċeka vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-18/17) (1)

(2017/C 392/53)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.