ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386A |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
2017/C 386 A/01 |
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 386/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AD/339/17 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin:
1. EKONOMIJA FINANZJARJA
2. MAKROEKONOMIJA
(2017/C 386 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Id-19 ta’ Diċembru 2017 f’12:00 (nofsinhar), CET
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva u li minnhom il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jingaġġaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.
Ara l-ANNESS III għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:
1. |
Ekonomija finanzjarja — 55 |
2. |
Makroekonomija — 32 |
Dan l-avviż ikopri żewġ oqsma. Tista’ tapplika biss għal wieħed . Din l-għażla trid tagħmilha waqt l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
1. Ekonomija finanzjarja:
Dan il-qasam tal kompetizzjoni ġenerali hu maħsub biex jingaġġa Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-ekonomija finanzjarja, b’enfasi fuq sorveljanza multilaterali u tal-pajjiżi u dwar l-analiżi, it-tfassil u l-valutazzjoni tal-politika.
2. Makroekonomija:
Dan il-qasam tal kompetizzjoni ġenerali hu maħsub biex jingaġġa Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-makroekonomija, b’enfasi fuq sorveljanza multilaterali u tal-pajjiżi u dwar l-analiżi, it-tfassil u l-valutazzjoni tal-politika.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
(1) Kundizzjonijiet ġenerali:
— |
Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE |
— |
Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari |
— |
Tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti. |
(2) Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi:
Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE; b’għarfien profond (livell C1) f’tal-anqas waħda minnhom u għarfien sodisfaċenti fl-oħra (livell minimu B2).
Jekk jogħġbok kun af li l-livelli minimi rikjesti jridu jkunu japplikaw għal kull ħila lingwistika (diskors, kitba, qari u smigħ) kif rikjest fil-formola tal-applikazzjoni, Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi ( http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr ).
Fil-bqija ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:
— |
Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Ġħażliet Multipli bbażati fuq il-kompjuter |
— |
Lingwa 2: il-lingwa użata għall-formola tal-applikazzjoni, iċ-ċentru ta’ valutazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ressqu applikazzjoni valida; Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1. |
Il-Lingwa 2 trid tkun il-Franċiż, l-Ingliż jew il-Ġermaniż.
Il-kandidati li jkunu ġew ingaġġati b’suċċess għal dawn l-oqsma partikolari huma mistennija li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun ta’ vantaġġ, fis-servizzi finanzjarji l-istituzzjonijiet ikkonċernati (ibbażati fi Brussell u fil-Lussemburgu) jirrikorru għall-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż għax-xogħol analitiku, il-komunikazzjoni interna kif ukoll il-komunikazzjoni mal-partijiet interessati esterni, il-pubblikazzjonijiet u r-rapporti, b’mod li, fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, għarfien sodisfaċenti ta’ mill-anqas waħda minn dawn it-tliet lingwi huwa essenzjali. Din l-għażla tkun orjentata lejn is-servizz, u konsegwentement, kandidat li ma għandux għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż ma jkunx immedjatament f’pożizzjoni li jkun jista’ jiffunzjona.
(3) Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol:
Għall-ekonomija finanzjarja:
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas erba’ snin , iċċertifikati b’diploma fl-ekonomija, il-matematika, l-istatistika, l-ekonometrika jew il-finanzi, segwiti minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sitt snin f’materji finanzjarji jew ekonomiċi jew fl-analiżi rilevanti għan-natura tad-dmirijiet. jew |
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas tliet snin iċċertifikati b’diploma fl-ekonomija, il-matematika, l-istatistika, l-ekonometrika jew il-finanzi, segwiti minn mill-inqas seba’ snin esperjenza professjonali f’materji finanzjarji jew ekonomiċi jew f’analiżi rilevanti għan-natura tad-dmirijiet. |
Għall-Makroekonomija:
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas erba’ snin , iċċertifikati b’diploma fil-qasam tal-ekonomija, il-matematika jew l-istatistika, segwiti minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sitt snin fil-qasam tal-makroekonomija jew l-istatistika makroekonomika jew |
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas tliet snin , iċċertifikati b’diploma fil-qasam tal-ekonomija, il-matematika jew l-istatistika, segwiti minn mill-inqas seba’ snin esperjenza professjonali fil-qasam tal-makroekonomija jew l-istatistika makroekonomika. |
Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi
KIF NINTGĦAŻEL?
(1) Il-proċess ta’ applikazzjoni
Il-formola ta’ applikazzjoni onlajn tiegħek trid timliha bil-lingwa li tkun għażilt bħala lingwa 2 tiegħek (ara t-taqsima “Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi”).
Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, tintalab tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għall-qasam magħżul tal-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener – Evalwatur tal-Kapaċitajiet)). Trid tagħżel ukoll il-lingwa 1 tiegħek (kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE) u l-lingwa 2 tiegħek (il-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż).
Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .
(2) Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (multiple-choice question, MCQ) fuq il-kompjuter
Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu għal kull qasam, kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati.
Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
It-testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ żmien |
Immarkar |
Marka minima meħtieġa |
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 minuta |
Sa 20 punt |
Verbali + astratt flimkien: 15/30 |
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
Sa 10 punt |
Numeriku 6/10 |
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
Sa 10 punt |
Verbali + astratt flimkien: 15/30 |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
(3) Kontrolli tal-eliġibbiltà
Il-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord tas-selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.
Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawn it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit għal kull qasam qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati. |
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom qabel l-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà. |
(4) Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki — Talent Screener (Evalwatur tal-Kapaċitajiet)
Sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, b’mod li l-kandidati kollha fl-istess qasam ta’ din il-kompetizzjoni għandhom jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-Taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni. Is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir biss għal dawk il- kandidati meqjusa eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu biss tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima Talent Screener. Għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima Talent Screener, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tal-għażla inklużi f’dan l-avviż.
Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.
Biex iwettaq l-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mmultiplikati bil-piż ta’ kull kriterju u jingħaddu flimkien sabiex jiġu identifikati l-kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw l-aħjar id-dmirijiet li se jitwettqu.
Dawk il-kandidati biss li jkunu kisbu l-ogħla marki fl-għażla abbażi tal-kwalifiki jgħaddu għall-istadju li jmiss.
(5) Iċ-Ċentru ta’ valutazzjoni
Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull qasam jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni onlajn tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata (1) jew tnejn (2) f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux organizzati minn qabel , tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jkunux miżjuda mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura fl-istess ġurnata.
Fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal kull qasam permezz ta’ erba’ testijiet (intervisti ġenerali u speċifiċi bbażati fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:
Kompetenza |
It-testijiet |
|||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta’ każ |
||
|
Studju ta’ każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Studju ta’ każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta’ każ |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
Marki minimi meħtieġa |
3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox |
Kompetenza |
It-test |
Kompetenzi f’oqsma speċifiċi |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi |
Marka minima meħtieġa |
50/100 |
(6) Lista ta’ riserva
Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull qasam – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.
FEJN U META NISTA’ NAPPLIKA?
Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
Id-19 ta’ Diċembru 2017 f’12.00 (nofsinhar), CET
ANNESS I
KOMPITI
1. Ekonomija finanzjarja
Dan il-qasam ta’ din il-kompetizzjoni ġenerali hu maħsub biex jingaġġa Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-ekonomija finanzjarja, b’enfasi fuq is-sorveljanza multilaterali u tal-pajjiżi, servizzi bankarji u finanzjarji, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, l-analiżi, id-disinn u l-valutazzjoni tal-politika, it-tfassil u / jew l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzjament (inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), strumenti finanzjarji tal-UE u l-faċilitajiet ta’ taħlit esterni), relazzjonijiet u kooperazzjoni msaħħa tal-UE ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI), ġestjoni ta’ portafoll, ġestjoni tar-riskju finanzjarju u s-self fis-swieq finanzjarji.
Il-kompiti prinċipali huma:
— |
Is-sorveljanza u l-analiżi tal-funzjonament tas-swieq finanzjarji jew partijiet tas-suq tal-Istati Membri, iż-Żona tal-Euro u l-Unjoni Ewropea, inkluż l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ fallimenti possibbli tas-suq u l-iżbalji fil-prezzijiet. |
— |
L-analiżi u l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà, il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq fl-Istati Membri, inkluż dawk li għandhom programm ta’ aġġustament ekonomiku. |
— |
L-analiżi (teoretika, empirika, jew ibbażata fuq mudell) biex tappoġġa l-formolazzjoni u l-valutazzjoni ta’ politiki relatati mal-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u mar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-infrastruttura finanzjarja. |
— |
L-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni għall-istituzzjonijiet u s-servizzi finanzjarji relatati mat-tlestija tal-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. |
— |
L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi, ekwazzjonijiet matematiċi, għodod, u proċeduri għal fehim u / jew l-ipproċessar u l-interpretazzjoni ta’ data finanzjarja, monetarja, ekonomika u / jew dwar deċiżjonijiet ta’ politika tal-UE; din tinkludi data dwar strumenti finanzjarji, li tista’ tinvolvi l-użu ta’ tekniċi kwantitattivi avvanzati għal skopijiet ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni. |
— |
L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi u għodod għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ assi finanzjarji f’oqsma bħalma huma l-allokazzjoni tal-assi strateġiċi u tattiċi, l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ investiment u l-monitoraġġ u l-ibbilanċjar mill-ġdid. |
— |
L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ metodi u għodod għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskju finanzjarju relatat mal-immaniġġar tal-assi. |
— |
It-tfassil, in-negozjar, u l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew mezzi ta’ għan speċjali (bħal strumenti tad-dejn u tas-self, skemi ta’ garanzija jew strumenti ta’ qsim tar-riskju) għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, inkluż fil-qasam estern. |
— |
Il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra kkonċernati fl-implimentazzjoni ta’ sorveljanza ekonomika tas-swieq finanzjarji inkluża s-sorveljanza taħt programmi ekonomiċi ta’ aġġustament u l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji. |
— |
Fil-kuntest tal-kompiti deskritti hawn fuq, l-abbozzar ta’ dokumenti analitiċi, ta’ politika u legali għall-użu intern u estern. |
— |
L-identifikazzjoni ta’ miżuri jew indikaturi ta’ prestazzjoni tas-sistema u l-azzjonijiet meħtieġa biex titjieb jew tiġi korretta. |
— |
L-iżgurar tat-twettiq bla xkiel u t-twassil tal-immudellar ekonometriku; l-iżgurar li l-mudelli jinbnew bl-ogħla standards bl-użu ta’ tekniki konsistenti li jistgħu jiġu applikati għal proġetti oħra u mwaqfa bil-mod it-tajjeb biex jitwieġbu mistoqsijiet politiċi rilevanti. |
2. Makroekonomija
Dan il-qasam tal kompetizzjoni ġenerali hu maħsub biex jingaġġa Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-makroekonomija, b’enfasi fuq sorveljanza multilaterali u tal-pajjiżi u dwar l-analiżi politika, it-tfassil u l-valutazzjoni.
Il-kompiti prinċipali huma:
— |
Is-sorveljanza tal-iżviluppi u l-politiki makroekonomiċi tal-Istati Membri, iż-Żona tal-Euro u l-Unjoni Ewropea. |
— |
L-analiżi ta’ indikaturi makroekonomiċi u l-iżbilanċi jew it-tfassil, l-implimentazzjoni u / jew il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ekwilibrazzjoni pereżempju permezz ta’ programm ta’ aġġustament ekonomiku. |
— |
L-analiżi empirika u mudelli ta’ simulazzjoni biex tirfed il-formulazzjoni u l-valutazzjoni tal-politiki ekonomiċi, inkluż f’oqsma bħal finanzi pubbliċi, ir-riformi strutturali u l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji. |
— |
It-tfassil ta’ oqfsa u għodod analitiċi għal analiżi tal-iżviluppi ekonomiċi u prestazzjoni ta’ politika. |
— |
It-tħejjija tat-tbassir ekonomiku. |
— |
Il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra ikkonċernati, inkluż għall-implimentazzjoni ta’ sorveljanza ekonomika u programmi ta’ aġġustament ekonomiku. |
— |
Fil-kuntest tal-kompiti deskritti hawn fuq, l-abbozzar ta’ dokumenti analitiċi, ta’ politika u legali, kemm għall-użu intern kif ukoll għall-pubblikazzjoni kif ukoll l-użu u l-apprezzament tal-istatistika uffiċjali. |
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
KRITERJI TAS-SELEZZJONI
Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
1. Ekonomija finanzjarja
1. |
Lawrija, minbarra dik meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: ekonomija finanzjarja, ekonomija, finanza korporattiva, analiżi kwantitattiva, statistika, ekonomija avvanzata, jew finanza matematika. |
2. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fl-analiżi tal-prestazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew fl-analiżi tas-suq kapitali. |
3. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fis-superviżjoni mikro jew makro-prudenzjali miksuba f’amministrazzjoni pubblika, bank ċentrali nazzjonali jew istituzzjoni internazzjonali (għajr l-analiżi tas-suq kapitali jew analiżi tal-istituzzjonijiet finanzjarji). |
4. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fit-tfassil, l-amministrazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ stabbiltà finanzjarja, jew fit-tfassil / l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji (inklużi strumenti ta’ assistenza finanzjarja), miksuba f’amministrazzjoni pubblika, bank ċentrali nazzjonali jew istituzzjoni internazzjonali. |
5. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’istituzzjonijiet akkademiċi jew ta’ riċerka bi speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-finanzi u l-ekonomija (għajr attivitajiet ta’ tagħlim) u / jew pubblikazzjoni f’ġurnali dwar l-ekonomija evalwati bejn il-pari. |
6. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fil-bini / l-iżvilupp ta’ mudelli kwantitattivi bħall-mudelli tal-ekonometrika, il-mudelli tal-ipprezzar tal-assi, jew mudelli makroekonomiċi. |
7. |
Ċertifikat(i) rikonoxxut(i) globalment bħaċ-Chartered Financial Analyst (CFA), Certified International Investment Analyst (CIIA), Certified European Financial Analyst (CEFA), Financial Risk Manager (FRM), Chartered Statistician (CStat), Professional Risk Manager (PRM) jew l-Investment Foundations Certificate. |
8. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil, fl-implimentazzjoni jew fis-segwitu ta’ politiki tal-UE b’appoġġ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) bl-approfondiment tal-unjoni tas-swieq kapitali jew l-unjoni bankarja. |
9. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni tal-portafoll, il-monitoraġġ tar-riskji finanzjarji, is-swieq bankarji jew kapitali (il-ħruġ ta’ bonds, l-oriġini, is-sindakazzjoni, il-kummerċ, l-istrutturar, ir-riċerka, eċċ.) |
2. Makroekonomija
1. |
Lawrija, minbarra dik meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: ekonomija, analiżi kwantitattiva, statistika, finanzi jew makroekonomija avvanzata. |
2. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi (fiskali jew monetarji) jew fl-istatistika, miksuba f’istituzzjonijiet ekonomiċi jew finanzjarji internazzjonali. |
3. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi (fiskali jew monetarji) jew fl-istatistika, miksuba f’amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali jew f’bank ċentrali nazzjonali. |
4. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn f’istituzzjonijiet akkademiċi jew ta’ riċerka bi speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-finanzi u l-ekonomija (għajr attivitajiet ta’ tagħlim) u / jew pubblikazzjoni f’ġurnali dwar l-ekonomija evalwati bejn il-pari. |
5. |
Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ rapporti dwar xejriet makroekonomiċi, sorveljanza jew tbassir, dwar l-effetti ekonomiċi ta’ riformi strutturali u politiki għat-titjib tal-kompetittività jew fuq il-finanzi pubbliċi jew il-governanza ekonomika Ewropea. |
6. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fl-iżvilupp ta’ mudelli makroekonomiċi kwantitattivi (bħal mudelli DSGE, VARs) u bl-użu ta’ metodi ekonometriċi (bħall-analiżi ta’ serje temporali jew l-analiżi ta’ tnaqqis ibbażat fuq kampjun). |
7. |
Esperjenza professjonali fl-analiżi tal-indikaturi makroekonomiċi u l-iżbilanċi jew fit-tfassil, fl-implimentazzjoni jew il-valutazzjoni ta’ miżuri ekwilibranti, pereżempju permezz ta’ programm ta’ aġġustament ekonomiku. |
8. |
Esperjenza professjonali fil-monitoraġġ tal-finanzi pubbliċi u fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki fiskali. |
9. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil, fl-implimentazzjoni jew fis-segwitu ta’ politiki tal-UE b’appoġġ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) bl-approfondiment tal-unjoni tas-swieq kapitali jew l-unjoni bankarja. |
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .
(a) |
Diplomi u / jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, jinħtieġ li jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
1.2. Dokumenti ta’ sostenn
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
— |
dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO-accessibility team permezz ta’:
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); |
— |
faks (+32 22998081); jew |
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru / fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandek tinnotifika lill-EPSO immedjatament.
— |
preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew |
— |
bit-telefown lil Europe Direct (+800 67891011); jew |
— |
bil-posta:
|
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u / jew irrelevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
— |
it-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza / l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament; |
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati; |
— |
Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
— |
fażi / ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda test sors jew eżerċizzju tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
— |
it-testi sors / l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni fuq talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi
Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:
— |
preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew |
— |
bil-posta:
|
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:
— |
informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
— |
ikkuntattja lill-EPSO permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn; |
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u / jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u / jew |
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u / jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u / jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li huwa għamel żball. It-talbiet għal rieżami sottomessi fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1); |
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1); |
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.
Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel trid tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 4.3.1).
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. L-Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti amministrattivi jew appelli ġudizzjarji.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkonsulta s-sit web tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat fi kwalunkwe stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà; |
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek; |
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwa, jew waħda mil-lingwi, meħtieġa bħala Lingwa 2 jew ma ddikjarajtx il-livell minimu meħtieġ għal-Lingwa 2; |
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi) u / jew |
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS IV
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
PAJJIŻ |
Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja) |
Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar) |
||||||||||||
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/ Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature — Kandidaat Graduat — Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
Česká republika |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA or BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss / Fachhochschulabschluss / Master Magister Artium/ Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT) Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.) National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS) Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile University degree Céim mháistir (60-120 ECTS) Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht Doctorate |
||||||||||||
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/ Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore/ Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο / Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/ Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom / Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom / Fachhochschuldiplom/ Magister / Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat / Inżynier |
Magister / Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário/ Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
Republika Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (Colegiu universitar) învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma / magisterij / specializacija / doktorat |
||||||||||||
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning (Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet) Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen / Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/ Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali