ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 386

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
16 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 386/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 386/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

2017/C 386/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2017/C 386/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 386/05

Rapport Speċjali Nru 16/2017 — Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati

5

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2017/C 386/06

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament dwar l-eu-LISA

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 386/07

Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa

9

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 386/08

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Settembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-7/17)

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 386/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8709 — AXA/Pradera/Targets) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Novembru 2017

(2017/C 386/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1840

JPY

Yen Ġappuniż

133,45

DKK

Krona Daniża

7,4426

GBP

Lira Sterlina

0,89910

SEK

Krona Żvediża

9,9728

CHF

Frank Żvizzeru

1,1675

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,7510

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,669

HUF

Forint Ungeriż

312,11

PLN

Zloty Pollakk

4,2473

RON

Leu Rumen

4,6351

TRY

Lira Turka

4,5979

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5582

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5103

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2435

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7145

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6053

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 306,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,0212

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8404

HRK

Kuna Kroata

7,5553

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 025,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,9374

PHP

Peso Filippin

60,177

RUB

Rouble Russu

71,2570

THB

Baht Tajlandiż

39,096

BRL

Real Brażiljan

3,8490

MXN

Peso Messikan

22,6887

INR

Rupi Indjan

77,2150


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 386/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona kollha tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Monaco

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Carabiniers du Prince (“Carabiniers” tal-Prinċep)

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri CARABINIER u fl-isfond il-Palazz ta’ Monaco. Fin-naħa ta’ fuq, hemm l-iskrizzjoni “MONACO” u maġenbha l-marka taz-zekka u l-marka tal-mastru taz-zekka. Fin-naħa ta’ isfel, hemm is-snin “1817-2017” u taħthom l-iskrizzjoni “CARABINIERS DU PRINCE”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : it-13 ta’ Novembru 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 386/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Solidarjetà u paċi

Deskrizzjoni tad-diżinn : It-tema tal-munita tiffoka fuq il-kunċett tas-solidarjetà u l-paċi. Id-disinn inħoloq minn student tal-iskola u juri żewġt itfal qegħdin iżommu l-bandiera Maltija bil-ħamiema tal-paċi ttir fuqhom. Fil-parti ta’ isfel, hemm l-isem tal-pajjiż ta’ ħruġ “Malta” u fin-naħa tal-lemin hemm is-sena ta’ ħruġ “2017”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :

Data ta’ ħruġ : Novembru 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 386/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona kollha tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 150 sena mit-twelid tal-kittieb Raul Brandão

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-wiċċ ta’ Raul Brandão. Fuq in-naħa tax-xellug hemm il-kitba RAUL BRANDÃO u taħtha s-snin “1867” u “2017”. Fin-naħa ta’ isfel tal-lemin, hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż tat-twelid “PORTUGAL” u fil-parti ta’ fuq tal-lemin hemm l-isem tal-awtur “LUIS FILIPE DE ABREU” segwit bil-marka taz-zekka “INCM”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Novembru 2017


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Qorti tal-Awdituri

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/5


Rapport Speċjali Nru 16/2017

“Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati”

(2017/C 386/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 16/2017 “Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/6


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament dwar l-eu-LISA

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2017/C 386/06)

Mit-twaqqif tagħha fl-2011, l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (“eu-LISA”) ġiet fdata b'mod gradwali bit-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Eurodac. Wara erba' snin ta' operat il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ġenerali. Bħala riżultat, fid-29 ta' Ġunju 2017 ġiet ippreżentata l-Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

Din il-Proposta għandha l-għan ewlieni li tafda lill-eu-LISA: (i) bit-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira eżistenti u futuri fil-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, (ii) bl-iżvilupp ta' ċerti aspetti tal-interoperabbiltà ta' dawn is-sistemi, (iii) bit-twettiq ta' attivitajiet ta' riċerka u proġetti pilota u (iv) bl-iżvilupp, bit-tmexxija u bl-ospitar ta' sistema komuni tal-IT għal grupp ta' Stati Membri li fuq bażi volontarja jagħżlu soluzzjoni ċentralizzata fl-implimentazzjoni ta' aspetti tekniċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-proposta tal-eu-LISA hi parti minn proċess usa' biex titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u s-sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea bl-għan li tingħata risposta lil sfidi speċifiċi ta' sigurtà. Diversi proposti leġiżlattivi dwar sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-fatt bħalissa jinsabu f'negozjati mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill (is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ, il-Eurodac, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi). Dawn il-proposti leġiżlattivi jafdaw lill-eu-LISA bit-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija hawn fuq.

Il-KEPD, anki fil-kapaċità tiegħu bħala l-awtorità superviżorja tal-eu-LISA, jirrakkomanda li l-Proposta tal-eu-LISA tiġi akkumpanjata b'valutazzjoni tal-impatt dettaljata tad-dritt għall-privatezza u tad-dritt għall-protezzjoni tad-data li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Il-KEPD jfakkar ukoll li bħalissa ma hemm l-ebda qafas legali għall-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-UE. Għalhekk, l-eu-LISA tista' tiżviluppa l-azzjonijiet ta' implimentazzjoni biss jekk jiġi adottat tali qafas legali.

Finalment, il-KEPD għandu tħassib rigward il-possibbiltà li l-eu-LISA tista' tiżviluppa u tospita soluzzjoni ċentralizzata komuni għal sistemi tal-IT fuq skala kbira li, fil-prinċipju, huma deċentralizzati. L-arkitettura ta' kull sistema tal-IT fuq skala kbira tal-UE hi definita b'mod ċar f'bażi legali speċifika u ma tistax tinbidel bi ftehim ta' delega bejn l-eu-LISA u grupp ta' Stati Membri. Kwalunkwe bidla għall-arkitettura ta' sistema tista' ssir biss billi tinbidel il-bażi leġiżlattiva xierqa, li tiġi wara valutazzjoni tal-impatt u studji tal-fattibbiltà.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

L-Aġenzija Ewropea inkarigata mit-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (minn hawn 'il quddiem “eu-LISA”) ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ir-Regolament jafda lill-eu-LISA bit-tmexxija operattiva fil-livell ċentrali tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (minn hawn 'il quddiem “SIS II”) (2) u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (minn hawn 'il quddiem “VIS”) (3). Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li afda lill-eu-LISA bit-tmexxija tal-Eurodac ukoll.

2.

Fl-2016, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni (5) tal-eu-LISA erba' snin wara li bdiet topera. Bħala riżultat, ġiet identifikata l-ħtieġa li tittejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-funzjonament tal-eu-LISA. F'dan il-kuntest, fid-29 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni ħarġet Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (6), (minn hawn 'il quddiem “Proposta tal-eu-LISA”).

3.

Barra minn hekk, mill-2016 il-Kummissjoni bdiet riflessjoni usa' dwar kif tagħmel il-ġestjoni u l-użu tad-data, kemm għal skopijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll għal skopijiet ta' sigurtà, aktar effettivi u effiċjenti. Bħala riżultat, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar Sistemi ta' Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà (7), u r-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabilità (8) kif ukoll is-Seba' rapport ta' progress lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina (9) bi proposti dwar kompiti ġodda u bħala konsegwenza mandat ġdid għall-eu-LISA.

4.

Il-KEPD ġie kkonsultat b'mod informali qabel il-pubblikazzjoni tal-Proposta tal-eu-LISA u pprovda kummenti informali lill-Kummissjoni, li tqiesu biss b'mod parzjali.

5.

L-għan tal-Proposta tal-eu-LISA hu li testendi l-mandat tal-Aġenzija billi:

tippermetti t-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira eżistenti u futuri fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

tiżgura l-kwalità tad-data fis-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira li jitmexxew mill-eu-LISA;

tiżviluppa l-azzjonijiet meħtieġa biex tippermetti l-interoperabbiltà tas-sistemi;

twettaq attivitajiet ta' riċerka għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira;

twettaq proġetti pilota, prova tal-kunċetti u attivitajiet ta' ttestjar;

tagħti appoġġ u pariri lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali mas-sistema ċentrali;

tiżviluppa, tmexxi u tospita sistema komuni tal-IT għal grupp ta' Stati Membri li fuq bażi volontarja jagħżlu soluzzjoni ċentralizzata fl-implimentazzjoni ta' aspetti tekniċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

6.

Il-KEPD l-ewwel ser jindirizza r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jirrigwardaw il-proposta tal-eu-LISA. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin jirrappreżentaw il-kwistjonijiet ewlenin osservati mill-KEPD u li għandhom jiġu indirizzati fi kwalunkwe każ fil-proċess leġiżlattiv. Rakkomandazzjonijiet oħrajn huma l-punti identifikati mill-KEPD li jeħtieġu kjarifiki, informazzjoni addizzjonali, jew emendi żgħar. Din id-distinzjoni għandha tgħin lil-leġiżlatur jagħti prijorità lill-kwistjonijiet ewlenin indirizzati minn din l-Opinjoni.

4.   KONKLUŻJONI

23.

Wara li analizza bir-reqqa l-Proposta tal-eu-LISA, il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

li twettaq jew tagħmel disponibbli valutazzjoni tal-impatt dettaljata biex jiġi vvalutat l-impatt tal-Proposta tal-eu-LISA fuq id-drittijiet fundamentali, speċjalment fir-referenza għall-konċentrazzjoni tas-sistemi kollha fuq skala kbira tal-UE f'aġenzija waħda u filwaqt li jitqies il-kuntest legali usa', inkluż proposti leġiżlattivi li jinsabu għaddejjin li jirrigwardaw sistemi tal-IT fuq skala kbira;

li tħassar referenzi attwali li huma relatati mal-interoperabbiltà fil-Proposta tal-eu-LISA;

li tħassar id-dispożizzjoni li tippermetti l-bidla tal-arkitettura tas-sistema abbażi tal-ftehim ta' delega bejn l-eu-LISA u grupp ta' Stati Membri.

24.

Flimkien mat-tħassib ewlieni identifikat iktar 'il fuq, ir-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD f'din l-Opinjoni huma relatati mal-aspetti li ġejjin tal-Proposta tal-eu-LISA:

statistika ġġenerata mis-sistema;

monitoraġġ intern;

Ġestjoni tar-Riskju għas-Sigurtà tal-Informazzjoni

rwoli tal-KEPD u tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

25.

Il-KEPD jibqa' disponibbli sabiex jipprovdi iktar pariri dwar il-Proposta tal-eu-LISA, anki b'rabta ma' kwalunkwe att delegat jew ta' implimentazzjoni adottat skont ir-Regolament propost, li jista' jħalli impatt fuq l-ipproċessar ta' data personali.

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2017.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), COM(2017) 346 tad-29 ta' Ġunju 2017.

(6)  Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 COM(2017) 352 final tad-29 ta' Ġunju 2017.

(7)  COM(2016) 205 final tas-6 ta' April 2016.

(8)  http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetailDoc&id=32600&no=1

(9)  COM(2017) 261 final tas-16 ta' Mejju 2017.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/9


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA

(2017/C 386/07)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni miftuħa li ġejja:

 

EPSO/AD/339/17 — AMMINISTRATURI (AD7) fl-oqsma li ġejjin:

1.

EKONOMIJA FINANZJARJA

2.

MAKROEKONOMIJA

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 386 A tas-16 ta’ Novembru 2017 .

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/10


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Settembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-7/17)

(2017/C 386/08)

Fil-21 ta’ Settembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 6f tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni), kif adottat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordni legali interna tiegħu, u, f’kull każ, naqset milli tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li adottat sabiex timplimenta l-Att, kif meħtieġ mill-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Frar 2017, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-8 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu d-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni, kif imsemmija fil-punt 6f tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tagħha (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8709 — AXA/Pradera/Targets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 386/09)

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Pan European Value Added Venture S.C.A. (“PEVAV”, il-Lussemburgu), entità li hija ultimament ikkontrollata minn AXA S.A. (“AXA”, Franza),

Pradera Limited, sussidjarja li hija prorpjetà kollha kemm hi ta’ Pradera Group Limited (“Pradera”, ir-Renju Unit),

żewġ proprjetajiet immobbli f’Turin (“Targets”, l-Italja).

AXA u Pradera jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Miri.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal PEVAV: fond ta’ investiment alternattiv mhux irregolat li l-għan esklussiv tiegħu huwa li jinvesti l-fondi tiegħu f’assi ta’ proprjetà immobbli Ewropej u li diġà għandu proprjetajiet immobbli/portafolli. PEVAV hija kkontrollata mill-grupp AXA li huwa grupp dinji tal-assigurazzjoni li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Pariġi. Il-grupp tal-kumpaniji AXA huwa attiv fl-assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investiment.

—   għal Pradera: ġestjoni ta’ assi u investimenti f’assi immobiljari pan-Ewropej. Huwa jagħmel parti minn grupp li huwa suq Pradera speċjalista jwasslu il-fond u l-maniġer tal-assi ta’ ċentri kummerċjali u parkeġġi bl-imnut fl-Ewropa u fl-Asja.

—   għall-Miri: ċentru kummerċjali u qrib proprjetà immobbli li tintuża għall-fieri u l-wirjiet, li t-tnejn li huma jinsabu fil-kumpless Lingotto f’Turin.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8709 — AXA/Pradera/Targets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.