ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 385

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
15 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 385/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Żieda awtomatika ta’ kwota tariffarja awtonoma skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265

1

2017/C 385/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8586 — TPC/JSR/UMG/UBE/MR) ( 1 )

2


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2017/C 385/03 CON/2017/39

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi (CON/2017/39)

3

2017/C 385/04 CON/2017/42

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Ottubru 2017 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet (CON/2017/42)

10


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 385/05

Rata tal-kambju tal-euro

16

2017/C 385/06

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2017(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 385/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8639 — Cariparma/Caricesena, Carim, Carismi) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 385/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Żieda awtomatika ta’ kwota tariffarja awtonoma skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265

(2017/C 385/01)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 (1), il-volum tal-kwota tariffarja li ġejja huwa miżjud kif ġej għas-sena kalendarja 2017:

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota

(tunnellati)

Dazju fuq il-kwota

Il-perjodu tal-kwota

09.2759

ex 0302 51 10

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (2)  (3)

90 000

0 %

1.1.2017–31.12.2017

ex 0302 51 90

10

ex 0302 59 10

10

ex 0303 63 10

10

ex 0303 63 30

10

ex 0303 63 90

10

ex 0303 69 10

10


(1)  ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4.

(2)  Il-kwota tariffarja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)  Il-kwota tariffarja mhix disponibbli għall-prodotti maħsuba biss għal waħda jew iktar minn dawn l-operazzjonijiet li ġejjin:

it-tindif, it-tneħħija tal-ġewwieni, il-qtugħ tad-denb, il-qtugħ tar-ras,

il-qtugħ,

l-ippakkjar mill-ġdid ta’ fletti tal-IQF (iffriżati malajr individwalment) iffriżati,

it-teħid ta’ kampjuni, l-għażla,

it-tikkettar,

l-ippakkjar,

it-tkessiħ,

l-iffriżar,

l-iffriżar qawwi f’daqqa,

it-tiżliġ,

it-twaqqigħ tal-friża,

is-separazzjoni.

Il-kwota tariffarja mhix disponibbli għall-prodotti maħsuba li jgħaddu wkoll minn trattament jew minn operazzjonijiet li jagħtu intitolament għall-kwota, fejn tali trattament jew operazzjonijiet jitwettqu fil-livell tal-konsumatur jew tal-fornitur tal-ikel. It-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni għandu japplika biss għall-prodotti intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

Madankollu l-kwota tariffarja hija disponibbli għall-materjali maħsuba għal waħda jew iktar minn dawn l-operazzjonijiet li ġejjin:

it-tqattigħ f’kubi,

it-tqattigħ fi ċrieki, it-tqattigħ fi strixxi għall-materjali skont il-kodiċijiet NM 0307 49 59, 0307 99 11, 0307 99 17,

it-tqattigħ fi fletti,

il-produzzjoni ta’ qatgħat,

il-qtugħ ta’ blokok iffriżati,

is-separazzjoni ta’ blokok iffriżati ta’ fletti mwaħħlin flimkien,

it-tfettit għal materjali skont il-kodiċijiet NM ex 0303 66 11, 0303 66 12, 0303 66 13, 0303 66 19, 0303 89 70, 0303 89 90.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8586 — TPC/JSR/UMG/UBE/MR)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 385/02)

Fl-10 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8586. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Ottubru 2017

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi

(CON/2017/39)

(2017/C 385/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-22 ta' Awwissu 2017 u l-15 ta' Settembru 2017 rispettivament, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' kontropartijiet ċentrali (CCPs) u rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi (1) (minn hawn 'il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw: (1) il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) biex tiġi ddefinita u implimentata l-politika monetarja u tiġi promossa l-operazzjoni bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas bis-saħħa tal-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat; (2) il-kompitu tas-SEBĊ li tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta' politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, bis-saħħa tal-Artikolu 127(5) tat-Trattat; u (3) il-kompiti mogħtija lill-BĊE bis-saħħa tal-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar is-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, fil-limiti tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2). F'konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-inizjattiva stabbilita fil-proposta tal-Kummissjoni biex ittejjeb ir-rwol tal-membri rilevanti tas-SEBĊ, bħala banek ċentrali li joħorġu l-muniti ta' strumenti finanzjarji ikklerjati minn CCPs, fil-proċess għas-superviżjoni tal-CCPs tal-Unjoni u r-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi. Il-BĊE jilqa' bis-sħiħ u jappoġġja l-proposta li l-Eurosistema, bħala l-bank ċentrali tal-ħruġ tal-euro, għandu jkollu rwol iktar sinifikanti fir-rigward tas-CCPs tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi. Dan huwa ġġustifikat minħabba r-riskji li potenzjalment jistgħu jiġu kkawżati minn nuqqas ta' funzjonament ta' CCP, jew minn ċerti azzjonijiet meħuda minn CCP fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju, għat-twettiq tal-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tal-Eurosistema, b'mod partikolari d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas. Dawn ir-riskji jistgħu fl-aħħar mill-aħħar ikollhom impatt fuq l-għan ewlieni tal-Eurosistema li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat.

Disturbi li jaffettwaw is-CCPs jista' jkollhom impatt fuq l-għan ewlieni tal-Eurosistema permezz ta' diversi kanali. Pereżempju, dawk id-disturbi jistgħu jaffettwaw il-pożizzjoni ta' likwidità ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro, biex b'hekk potenzjalment ifixklu t-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas taż-żona tal-euro. Dan jista' jwassal għal domanda akbar għal likwidità tal-banek ċentrali u sfidi possibbli fl-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika tal-Eurosistema. Barra minn hekk, disturbi bħal dawn jistgħu jfixklu l-funzjonament tas-segmenti tas-suq finanzjarju li huma essenzjali għat-trażmissjoni tal-politika monetarja, inklużi swieq denominati fl-euro għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli u kuntratti ta' derivattivi ta' rati ta' interess.

Żviluppi sinifikanti fuq livell kemm globali kif ukoll Ewropew huma mistennija li jżidu r-riskji li joħolqu s-CCPs, għat-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas u għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika. L-ewwel nett, l-ikklerjar ċentrali sar dejjem aktar ta' natura transkonfinali u sistemikament importanti. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni diġà ressqet il-proposta tagħha għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365 (3). It-tieni nett, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ser ikollu impatt kbir fuq l-abbiltà tal-Eurosistema biex twettaq il-kompiti tagħha bħala bank ċentrali għall-ħruġ tal-euro. Fil-preżent, ċerti CCPs stabbiliti fir-Renju Unit ikklerjaw volumi sinifikanti ta' tranżazzjonijiet denominati f'euro. B'hekk, disturb sinifikanti li jaffettwa CCP ewlieni tar-Renju Unit jista' jkollu konsegwenzi severi għall-istabbiltà tal-euro. L-abbiltà tal-Eurosistema li timmonitorja u tiġġestixxi r-riskji li jippreżentaw is-CCPs tar-Renju Unit se tiġi affettwat b'mod negattiv jekk is-CCPs tar-Renju Unit ma jibqgħux soġġetti għall-qafas regolatorju u superviżorju għas-CCPs tal-Unjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Ir-regolament propost jipprevedi rwol imtejjeb għall-Eurosistema bħala bank ċentrali tal-ħruġ għall-euro fil-qafas taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Sabiex jiġi żgurat li l-Eurosistema tkun tista' twettaq dan ir-rwol, huwa ta' importanza kbira li jkollha s-setgħat rilevanti skont it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem “Istatut tas-SEBĊ”). Għal din ir-raġuni, il-BĊE għandu jingħata kompetenza regolatorja fuq sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji, b'mod partikolari CCPs, permezz ta' emenda għall-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-għoti ta' setgħat regolatorji lill-BĊE huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jiddikjara li “[s]a fejn huwa meqjus possibbli u xieraq, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-BĊE għandu jirrikorri għand il-banek ċentrali nazzjonali sabiex iwettaq operazzjonijiet li jagħmlu parti mill-ħidmiet tas-SEBĊ”. Dan jinkludi l-kompiti tal-Eurosistema, bħala l-bank ċentrali tal-ħruġ tal-euro. Għalhekk, il-BĊE adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/18 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5) fit-22 ta' Ġunju 2017.

Meta l-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu previsti proposti speċifiċi tal-abbozzar f'dokument ta' ħidma tekniku separat flimkien ma' test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta' ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Arranġamenti għall-votazzjoni fil-kulleġġi superviżorji

1.1.

Kif diġà nnota l-BĊE fir-rigward tal-kulleġġi, fejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema, li flimkien jiffurmaw il-“bank ċentrali tal-ħruġ” għall-euro, huma rrappreżentati mill-BĊE jew minn BĊN, u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma membri CCP sinifikanti tal-ikklerjar issir mill-BĊE, għandhom jinhemżu voti separati ma' dawn iż-żewġ funzjonijiet. Fl-istess okkażjoni, il-BĊE enfasizza wkoll li dawn iż-żewġ funzjonijiet huma distinti, kif rifless fis-separazzjoni legali u operattiva bejn il-politika monetarja tal-BĊE u r-rwoli superviżorji prudenzjali (6). Għalhekk, il-BĊE jilqa' bis-sħiħ il-fatt li r-regolament propost jindirizza din il-kwistjoni, biex jiġi żgurat li voti separati ikunu mehmuża ma' dawn iż-żewġ funzjonijiet.

1.2.

Il-BĊE għalhekk jilqa' d-dispożizzjonijiet tar-regolament propost li jemenda d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-ewwel nett, l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat biex jistabbilixxi li l-kulleġġ għandu, fost oħrajn, jinkludi (a) il-membri permanenti tas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP; (b) l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-akbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP, inkluż, fejn rilevanti, il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (7); u (c) il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji ikklerjati. It-tieni nett, l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat biex jispeċifika li fejn il-BĊE huwa membru tal-kulleġġ bis-saħħa tad-diversi punti tal-Artikolu 18(2) tal-istess Regolament, għandu jkollu massimu ta' żewġ voti fil-kulleġġi sa u inkluż 12-il membru; u massimu ta' tliet voti għal kulleġġi b'aktar minn 12-il membru (8).

2.   Ir-rekwiżit li jinkiseb il-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ fir-rigward ta' ċerti abbozzi ta' deċiżjonijiet

2.1.

Ir-regolament propost jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu abbozzi ta' deċiżjonijiet rigward CCPs tal-Unjoni lill-banek ċentrali rilevanti li jkunu qed jintervjenu qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għoti u rtirar ta' awtorizzazzjoni, estensjoni ta' servizzi u rekwiżiti prudenzjali għal kontrolli tar-riskju ta' likwidità, rekwiżiti kollaterali, saldu, u approvazzjoni ta' arranġamenti ta' interoperabilità (9). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu l-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ fir-rigward ta' kwalunkwe aspett ta' dawk id-deċiżjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Fejn il-bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi, l-awtorità kompetenti tista' biss tadotta d-deċiżjoni kif emendata; u fejn il-bank ċentrali tal-ħruġ joġġezzjona għal abbozz ta' deċiżjoni, l-awtorità kompetenti ma tistax tadotta dik id-deċiżjoni. Bl-istess mod, ir-regolament propost jeħtieġ li fir-rigward ta' CCPs f'Livell 2 ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tissottometti abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-bank ċentrali ta' ħruġ qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni rigward kontrolli ta' riskju ta' likwidità, rekwiżiti kollaterali, saldu, approvazzjoni ta' arranġamenti ta' interoperabilità, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-marġini (10). L-AETS għandha bl-istess mod tikseb il-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ fir-rigward ta' kwalunkwe aspett ta' dawk id-deċiżjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Fejn il-bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi, l-AETS tista' tadotta biss id-deċiżjoni kif emendata; u fejn il-bank ċentrali tal-ħruġ joġġezzjona għal abbozz ta' deċiżjoni, l-AETS ma tistax tadotta dik id-deċiżjoni. Il-BĊE jilqa' bi sħiħ ir-rwol previst għall-banek ċentrali tal-ħruġ taħt ir-regolament propost, li jippermetti lill-membri tas-SEBĊ li jkollhom involviment sinifikanti u effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' rilevanza diretta għat-twettiq tal-kompiti bażiċi tas-SEBĊ taħt it-Trattati, u l-kisba tal-għan primarju tagħha li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-BĊE għandu numru ta' kummenti f'dan ir-rigward.

2.2.

L-ewwel nett, fejn ir-regolament propost jiċċara li l-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinkiseb “fir-rigward ta' kull aspett ta' dawk id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw it-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom”, għandu jkun enfasizzat li din il-frażi hija maħsuba biex tiċċara l-kuntest tal-politika monetarja li fiha l-bank ċentrali tal-ħruġ jwettaq ir-rwol tiegħu u l-għan li r-rwol jissodisfa. L-istess jgħodd fir-rigward tar-referenza għall-konformità ta' CCPs tal-Livell 2 ta' pajjiż terz bi kwalunkwe rekwiżiti tal-bank ċentrali tal-ħruġ “fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom” (11). Din il-frażi għandha tinqara flimkien mal-premessa 7 tar-regolament propost. Għandu jiġi enfasizzat li din il-frażi mhijiex maħsuba biex tagħti diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-AETS biex tiddetermina jekk il-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ għandux jiġi mitlub jew le fuq abbozzi ta' deċiżjonijiet partikolari, u lanqas ma hija maħsuba li tagħti diskrezzjoni dwar jekk humiex segwiti emendi proposti jew oġġezzjonijiet għall-abbozz tad-deċiżjoni mill-bank ċentrali tal-ħruġ. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-Eurosistema tgawdi minn diskrezzjoni wiesgħa biex tiddefinixxi u timplimenta l-politika monetarja. Dan ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (12) u huwa imperattiv biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-BĊE u l-BĊNi, skont l-Artikolu 130 tat-Trattat. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, għandha tiżdied premessa ġdida mar-regolament propost biex tirrifletti dan il-punt.

2.3.

It-tieni nett, fir-rigward ta' liema abbozzi ta' deċiżjonijiet għandhom ikunu suġġetti għall-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ, il-BĊE jikkunsidra li r-regolament propost għandu jiżgura l-involviment tal-bank ċentrali tal-ħruġ rigward ċerti aspetti ewlenin ulterjuri tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP. Il-BĊE jikkunsidra li fir-rigward kemm tal-Unjoni kif ukoll CCPs ta' pajjiżi terzi, il-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ għandu wkoll ikun meħtieġ rigward abbozzi ta' deċiżjonijiet meħuda dwar rekwiżiti tal-marġini tas-CCP (Artikolu 41). Dan huwa importanti għall-bank ċentrali tal-ħruġ minħabba r-rabtiet kruċjali bejn il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, li huwa fil-qalba tal-fokus tal-bank ċentrali tal-ħruġ u l-proċessi tal-marġini applikati minn CCP. Pereżempju, l-arranġamenti dwar ġbir ta' marġni intraday għandhom effett sinifikanti fuq il-kapaċità tas-CCP li tikseb riżorsi biex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha ta' likwidità meta dawn ikunu dovuti. Proċessi u proċeduri ta' marġini, inklużi regoli dwar l-aġġustament tal-livelli tal-marġini fi żminijiet ta' stress tas-suq, jista' jkollhom ukoll implikazzjonijiet sinifikanti f'termini ta' proċikliċità: jekk ġestiti b'mod mhux xieraq, jistgħu joħolqu pressjoni serja ta' likwidità fuq membri tal-ikklerjar, li potenzjalment ifixklu l-abbiltà tal-bank ċentrali tal-ħruġ li jimplimenta l-għanijiet tal-politika monetarja tiegħu.

Barra minn hekk, ir-regolament propost għandu jipprovdi li l-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ huwa meħtieġ għal deċiżjonijiet dwar ir-reviżjoni ta' mudelli, l-ittestjar tal-istress u l-ittestjar b'lura għall-validazzjoni tal-mudelli u l-parametri adottati mis-CCP għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini, tal-kontribuzzjonijiet tal-fond ta' inadempjenza, tar-rekwiżiti tal-kollateral tagħha u miżuri oħra ta' kontroll tar-riskju skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan huwa importanti għall-bank ċentrali tal-ħruġ, peress li d-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 49 jista' jkollhom konsegwenzi diretti għall-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li fir-rigward tagħhom il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu altrimenti jagħti l-kunsens tiegħu. Pereżempju, bidla fil-metodoloġija tas-CCP għall-ittestjar tal-istress tal-adegwatezza tar-rekwiżiti kollaterali tagħha jkollha impatt dirett fuq l-osservanza tas-CCP tal-obbligi relatati mal-kollateral skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Fid-dokument ta' ħidma tekniku separat li jakkumpanja din l-opinjoni, il-BĊE jistabbilixxi proposti speċifiċi ta' abbozzar fir-rigward tat-tipi ta' deċiżjonijiet li fuqhom għandu jkun meħtieġ il-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ.

2.4.

It-tielet nett, il-BĊE jinnota li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ċertu marġni ta' apprezzament dwar jekk bidliet proposti minn CCP għandhomx ikunu suġġetti għal deċiżjonijiet skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fir-rigward tal-estensjoni ta' attivitajiet u s-servizzi mhux koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali, jew deċiżjonijiet skont l-Artikolu 49 dwar ir-reviżjoni ta' mudelli, l-ittestjar tal-istress u l-ittestjar b'lura. Jekk l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-bidliet proposti minn CCPs ma jinkludux l-estensjoni tan-negozju għal “servizzi jew attivitajiet addizzjonali” jew mhumiex “bidliet sinifikanti” għall-mudelli u l-parametri, dawn il-bidliet mhumiex suġġetti għal deċiżjonijiet skont l-Artikoli 15 u 49 rispettivament. Sabiex tinbena kultura superviżorja komuni tal-Unjoni u jiġu żgurati prattiki superviżorji konsistenti, l-AETS reċentement ippubblikat opinjoni (13) dwar l-indikaturi komuni għal prodotti u servizzi addizzjonali skont l-Artikolu 15 u għal bidliet sinifikanti skont l-Artikolu 49. Il-BĊE huwa tal-fehma li l-osservanza tal-kriterji stabbiliti fl-opinjoni tal-AETS se tkun essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-kunsens tal-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ ikun imfittex fil-każijiet kollha fejn tali kunsens huwa meħtieġ. Għalhekk, il-BĊE jipproponi li l-gwida pprovduta mill-AETS dwar l-interpretazzjoni ta' dawn l-artikoli għandha ssir vinkolanti. Għal dan il-għan, l-AETS għandha tiżviluppaha bħala abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, li l-Kummissjoni għandha mbagħad tadotta fil-forma ta' att delegat. Għal dan il-għan, il-BĊE jistabbilixxi proposti ta' abbozzar speċifiċi fid-dokument ta' ħidma tekniku separat li jakkumpanja din l-opinjoni.

3.   Reviżjoni u evalwazzjoni

3.1.

Ir-regolament propost jemenda l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, biex jipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti, b'kooperazzjoni mal-AETS, għandhom jirrevedu l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CCPs biex jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u jiġu evalwati r-riskji li s-CCPs huma, jew jistgħu jkunu, esposti għalihom. L-Artikolu 21 emendat jipprovdi wkoll li s-CCPs ikunu suġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post li fihom il-persunal tal-AETS għandu jiġi mistieden jipparteċipa. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti hija obbligata tgħaddi lill-AETS kwalunkwe informazzjoni li tasal mingħand is-CCPs u titlob mingħand is-CCP rilevanti kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-AETS li ma tistax tipprovdi.

3.2.

Il-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni, kif emendat bir-regolament propost, iservi l-għan ewlieni li jiżgura li s-CCPs jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fuq bażi kontinwa. Il-BĊE jikkunsidra li l-konsultazzjoni tal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-proċess ta' reviżjoni u evalwazzjoni, fejn meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti biex jiġi żgurat li l-bank ċentrali tal-ħruġ ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu taħt ir-regolament propost, tkun korollarju importanti għar-rekwiżiti taħt l-Artikolu 21a(2). Il-kapaċità li jikkontribwixxi għar-reviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, f'kooperazzjoni mal-AETS, tippermetti lill-bank ċentrali tal-ħruġ li jiżgura li s-CCPs mhumiex qed jiġġeneraw riskji għat-twettiq tal-kompiti bażiċi tal-Eurosistema taħt it-Trattati, u li jintlaħaq l-għan ewlieni tagħha li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

3.3.

Fid-dokument ta' ħidma tekniku separat li jakkumpanja din l-opinjoni, il-BĊE jistabbilixxi proposti speċifiċi ta' abbozzar rigward il-konsultazzjoni tal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-proċess ta' reviżjoni u evalwazzjoni taħt l-Artikolu 21.

4.   Ir-rwol konsultattiv tal-BĊE fir-rigward ta' abbozz ta' atti ddelegati u ta' implimentazzjoni

4.1.

Ta' min ifakkar li l-abbozzi ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala “atti proposti tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Kemm l-atti ddelegati kif ukoll dawk ta' implimentazzjoni jikkostitwixxu atti legali tal-Unjoni. Il-BĊE għandu jiġi kkonsultat fil-ħin dovut dwar kwalunkwe abbozzi ta' atti tal-Unjoni, inklużi abbozzi ta' atti ddelegati u ta' implimentazzjoni, li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tiegħu. L-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat ġie ċċarat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f'Il-Kummissjoni vs Il-BĊE (14) b'referenza għall-funzjonijiet u l-għarfien espert tal-BĊE. Fid-dawl tal-fatt li infrastrutturi siguri u effiċjenti tas-suq finanzjarju, b'mod partikolari sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji, huma essenzjali għat-twettiq tal-kompiti bażiċi tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u l-insegwiment tal-għan ewlieni tiegħu li jżomm l-istabilità tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 127(1) tat-Trattat, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat debitament dwar atti ddelegati u ta' implimentazzjoni adottati taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Waqt li l-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat huwa dderivat direttament mit-Trattat, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza, dan ir-rekwiżit għandu jkun rifless ukoll fi premessa tar-regolament propost. Waqt li jikkunsidra l-importanza ta' abbozzi ta' standards tekniċi bħala parti mill-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-BĊE ser jeżerċita r-rwol konsultattiv tiegħu fuq kwistjonijiet fil-kompetenza tal-BĊE wara li jqis bis-sħiħ l-iskedi ta' żmien għall-adozzjoni ta' dawn l-atti u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-adozzjoni mingħajr xkiel tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni (15).

4.2.

Barra minn hekk, fir-rigward ta' għadd ta' elementi tar-regolament propost, flimkien mal-konsultazzjoni tal-BĊE, l-involviment, fi stadju bikri, tal-membri relevanti tas-SEBĊ, fl-iżvilupp ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni, atti ddelegati u ta' implimentazzjoni jistgħu jkunu partikolarment utli, u għandu jkun hemm provvediment speċifiku għalihom.

4.3.

L-ewwel nett, diversi dispożizzjonijiet tar-regolament propost jirreferu għar-rwol tal-bank ċentrali tal-ħruġ. Kif innutat fil-paragrafu 2, dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-kunsens tal-bank ċentrali tal-ħruġ huwa meħtieġ għal ċerti deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-AETS. Barra minn hekk, issir referenza għal fejn il-bank ċentrali tal-ħruġ irid jipprovdi lill-AETS b'konferma bil-miktub li CCP ta' Livell 2 ta' pajjiż terz jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit impost minn dak il-bank ċentrali tal-ħruġ (16), u fejn l-AETS tikkonkludi, bi ftehim mal-bank ċentrali rilevanti ta' kwistjoni, li CCP hija ta' “importanza sistemika sostanzjali” (17). Sabiex jiġi ddeterminat liema bank ċentrali tal-ħruġ għandu jipparteċipa, ir-regolament propost fih referenzi għall-Artikolu 18(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li jispeċifika li l-kulleġġ jikkonsisti minn “banek ċentrali ta' emissjoni tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati”. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat, abbażi ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS, li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom il-muniti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 18(2)(h) għandhom jitqiesu bħala l-aktar rilevanti. Għaldaqstant, fl-2013 hija adottat r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 (18), li issa jista' jkollu bżonn li jiġi rrivedut u aġġornat, biex jiżgura involviment xieraq tal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, wara li titqies l-influwenza li jista' jkollu tfixkil fit-tħaddim tas-CCPs fuq dawk il-muniti. L-iżvilupp ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji mill-AETS għal dan il-għan għandu jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ. Barra minn hekk, l-att delegat għandu jiġi adottat biss wara konsultazzjoni formali mal-BĊE. Il-BĊE jissuġġerixxi wkoll li, fl-interess taċ-ċertezza legali, referenza għall-Artikolu 18(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha wkoll tiġi introdotta fid-dispożizzjonijiet tar-regolament propost li jirreferu biss għall-“bank ċentrali tal-ħruġ rilevanti”.

4.4.

It-tieni nett, ir-regolament propost jintroduċi l-Artikolu 25(2a) ġdid li jipprovdi li l-AETS tiddetermina jekk CCP ta' pajjiż terz huwiex importanti sistemikament jew x'aktarx li jkun importanti sistematikament għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha msejħa “CCP tal-Livell 2”. Jiddeskrivi l-kriterji li l-AETS għandha tqis meta tagħmel id-determinazzjoni tagħha u tipprovdi li l-Kummissjoni tadotta att delegat biex tispeċifika aktar dawn il-kriterji. Sabiex jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-banek ċentrali tal-ħruġ fl-elaborazzjoni tal-kriterji rilevanti, l-iżvilupp ta' dan l-att delegat mill-Kummissjoni għandu jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ.

5.   CCPs ta' pajjiżi terzi ta' “importanza sistemika sostanzjali”

Ir-regolament propost jintroduċi l-Artikolu 25(2c) ġdid, li jistabilixxi li l-AETS “bi ftehim” mal-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ kwistjoni tista' tikkonkludi li CCP hija ta' importanza sistemika sostanzjali tali li m'għandhiex tiġi rikonoxxuta. Il-BĊE jifhem li “bi ftehim” tfisser li l-AETS ma tistax, mingħajr ma tkun kisbet l-ewwel l-approvazzjoni tal-banek ċentrali rilevanti ta' ħruġ, tirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta att implimentattiv li jikkonferma li dik is-CCP m'għandhiex tiġi rrikonoxxuta

6.   Kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni bejn is-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP u l-kulleġġi superviżorji

Il-BĊE jinnota li s-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP ma tinkludix il-membri kollha tal-kulleġġi superviżorji, u ma tinkludix il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS). Il-kulleġġ superviżorju jikkonsisti mhux biss mill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-CCP, iżda wkoll mis-superviżuri tal-entitajiet li fuqhom jista' jkollhom impatt l-operazzjonijiet ta' dik is-CCP, b'mod partikolari membri tal-ikklerjar magħżula, postijiet tan-negozju, CCP interoperabbli u depożitarji ċentrali ta' titoli. Il-BERS huwa responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-BERS u l-membri tal-kulleġġ superviżorju li mhumiex ukoll membri tas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP jkollhom l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa għall-iskop li jwettqu l-kompiti tagħhom, huwa kruċjali li jkun hemm obbligu li tkun skambjata informazzjoni bejn is-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP u l-BERS u l-membri l-oħra tal-kulleġġ superviżorju li mhumiex membri tas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP L-informazzjoni skambjata mal-BERS u l-kulleġġ superviżorju għandha tkun kompluta, u għandha tinkludi l-informazzjoni disponibbli għas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP li hija meħtieġa għall-BERS u l-membri tal-kulleġġ superviżorju biex iwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom. Bl-istess mod, informazzjoni dwar CCPs ta' pajjiżi terzi għandha tiġi skambjata mal-BERS u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti elenkati fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fejn dan ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tagħhom.

7.   Il-BĊE bħala membru li ma jivvotax tal-Bord tas-Superviżuri tal-AETS

Il-BĊE jinnota li r-regolament propost jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) biex jinkludi l-Kap u d-Diretturi tas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP bħala membri mingħajr vot tal-Bord tas-Superviżuri tal-AETS (20). Il-BĊE jilqa' bis-sħiħ dan l-arranġament li jiżgura li l-linji gwida, rakkomandazzjonijiet u strumenti prattiċi oħra u għodod ta' konverġenza żviluppati mill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS iqisu l-perspettiva u l-kompetenza tal-Kap u d-Diretturi tas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP. Madankollu, il-BĊE jikkunsidra li huwa vitali wkoll li l-BĊE jiġi inkluż bħala membru li ma jivvutax tal-Bord tas-Superviżuri tal-AETS, biex jiżgura kooperazzjoni, koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni effettivi bejn banek ċentrali u awtoritajiet superviżorji, u biex jiġi żgurat li l-linji gwida, rakkomandazzjonijiet u strumenti prattiċi oħra u għodod ta' konverġenza żviluppati mill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS iqisu l-perspettiva u l-kompetenza tal-BĊE (21). Dan huwa rilevanti mhux biss fir-rigward tas-CCPs, imma fir-rigward ta' parteċipanti oħra tas-suq finanzjarju, inklużi depożitarji tat-titoli ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, il-BĊE jirrakkomanda li għandu jsir membru wkoll li ma jivvotax tal-Bord tas-Superviżuri tal-AETS.

8.   Interazzjoni mar-regolament propost dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali

Il-BĊE jappoġġja bis-sħiħ l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fil-memorandum ta' spjegazzjoni mal-proposta li l-aġġustamenti u t-tisħiħ għas-superviżjoni għandhom ukoll ikunu riflessi b'mod xieraq fir-regolament propost dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs. Il-BĊE jaqbel li jistgħu jkunu meħtieġa modifiki mmirati biex iqisu r-rwol il-ġdid tas-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP fil-kulleġġi taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u sussegwentement fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni. Il-BĊE jara mertu fil-promozzjoni tal-konsistenza u l-interazzjoni effettiva tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni fis-CCPs, u fil-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tal-implikazzjonijiet ta' riskju aggregat tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Il-BĊE jagħti l-appoġġ tiegħu jekk waqt il-finalizzazzjoni tar-regolament propost, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iqisu rwol potenzjali fis-Sessjoni Eżekuttiva tas-CCP f'dan il-kuntest (22).

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Ottubru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM (2017) 331 finali.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(3)  COM (2016) 856 finali.

(4)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(5)  Rakkomandazzjoni BĊE/2017/18 tat-22 ta' Ġunju 2017 għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 212, 1.7.2017, p. 14).

(6)  Ara l-paragrafu 2.1.2 tal-Opinjoni CON/2017/38 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2017 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365, li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. L-opinjonijiet kollha tal-BCE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu. Ara wkoll r-risposta tal-BĊE għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR), li għandu d-data tat-2 ta' Settembru 2015, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(7)  Ara l-Artikolu 2(3) tar-regolament propost.

(8)  Ara l-Artikolu 2(4) tar-regolament propost.

(9)  L-Artikolu 2(7) tar-regolament propost ijżid l-Artikolu 21a(2) ġdid.

(10)  L-Artikolu 2(10) tar-regolament propost jżid l-Artikolu 25b(2) ġdid.

(11)  L-Artikolu 2(9) tar-regolament propost jintroduċi l-Artikolu 25(2b)(b) ġdid.

(12)  Punt 68 tal-kawża Gauweiler et, C-62/14, ECLI:EU:C:2015:400; u l-punt 68 tal-kawża Accorinti et vs BĊE, T-79/13, ECLI:EU:T:2015:756.

(13)  Opinjoni tal-AETS tal-15 ta' Novembru 2016 dwar indikaturi komuni għal prodotti u servizzi ġodda skont l-Artikolu 15 u għal bidliet sinifikanti skont l-Artikolu 49 tal-EMIR (ESMA/2016/1574), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-AETS: www.esma.europa.eu

(14)  Il-Kummissjoni vs Il-BĊE, C-11/00, ECLI:EU:C:2003:395, b'mod partikolari l-punti 110 u 111. Fil-punt 110, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat illi l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE “essenzjalment huwa intiż […] sabiex jiżgura li l-awtur ta' tali att jadottah biss wara li l-korp ikun ġie kkonsultat, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li huwa jeżerċita fil-kuntest Komunitarju fil-qasam ikkonċernat u permezz tal-grad għoli ta' espertezza li huwa jgawdi minnha, partikolarment jista' utilment jikkontribwixxi għall-proċess ta' adozzjoni previst”.

(15)  Ara l-paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2015/10, il-paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2012/77, il-paragrafu 4 tal-Opinjoni CON/2012/5, il-paragrafu 8 tal-Opinjoni CON/2011/44 u l-paragrafu 4 tal-Opinjoni CON/2011/42.

(16)  L-Artikolu 2(9) tar-regolament propost jintroduċi l-Artikolu 25(2b)(b) ġdid.

(17)  Artikolu 2(9) tar-regolament propost jintroduċi l-Artikolu 25(2c) ġdid.

(18)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19).

(19)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(20)  L-Artikolu 1(4) tar-regolament propost iżid punt (f) ġdid mal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(21)  Ara l-Opinjoni CON/2010/5. Ara wkoll il-kontribuzzjoni tal-BĊE għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar operazzjonijiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropea, ippubblikata fis-7 ta' Lulju 2017, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(22)  Ara l-paragrafu 1.4 tal-Opinjoni CON/2017/38.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/10


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Ottubru 2017

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

(CON/2017/42)

(2017/C 385/04)

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-6 u d-9 ta’ Ġunju 2017, rispettivament, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, issospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) biex jiddefinixxi u jimplimenta l-politika monetarja u biex jippromwovi t-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas skont l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, il-kontribut tas-SEBĊ għat-tmexxija bla xkiel ta’ politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat, u l-kompiti speċifiċi mogħtija lill-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 127(6) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE ġeneralment jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tintroduċi għadd ta’ modifiki mmirati għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bil-għan li jiġu ssimplifikati r-regoli applikabbli u jiġu eliminati piżijiet sproporzjonati.

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Eżenzjoni ta’ transazzjonijiet ta’ banek ċentrali

1.1.

L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jeżenta lil membri tas-SEBĊ, iżda mhux lill-kontropartijiet tagħhom, mill-obbligu ta’ rapportar. B’riżultat ta’ dan, meta kuntratt derivattiv ikun konkluż ma’ membru tas-SEBĊ, il-kontroparti tiegħu għandha tirrapporta d-dettalji tat-transazzjoni lil repożitorju tal-kummerċ. F’dan il-kuntest jista’ jiġi osservat li tranżazzjonijiet relevanti tal-bank ċentrali huma eżentati milli jirrapportaw taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, tranżazzjonijiet tal-bank ċentrali b’rabta mat-twettiq tal-politika monetarja, tal-kambju u tal-istabbiltà finanzjarja huma eżentati mill-iżvelar taħt id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-ParlamENT Ewropew u tal-Kunsill (5)

1.2.

Il-BĊE jinsab imħasseb dwar ir-riskji li jistgħu jinħolqu jekk, minkejja r-reġimi ta’ kunfidenzjalità applikati mill-kontropartijiet informazzjoni li toħroġ minn operazzjonijiet tal-politika tas-SEBĊ tiġi żvelata lill-pubblika u jekk parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jidentifikaw it-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). Tabilħaqq, dan ikollu impatt negattiv fuq it-twettiq mill-BĊNi tal-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ dawk it-transazzjonijiet ta’ bank ċentrali, b’mod partikolari fil-qasam tal-politika monetarja jew operazzjonijiet ta’ kambju, fejn il-kunfidenzjalità hija meħtieġa (6). Jekk ikun meħtieġ li l-kontropartijiet tal-membri tas-SEBĊ jirrapportaw id-dejta kollha dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom lil repożitorji tal-kummerċ, dan ikollu l-konsegwenza mhux intenzjonata li jistabbilixxi obbligu ta’ rapportar indirett għal tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali, sabiex b’hekk tiġi limitata l-effettività tal-eżenzjoni mogħtija lill-membri tas-SEBĊ. Għalhekk huwa importanti li l-kotba tal-membri tas-SEBĊ ikunu protetti u li s-senjalazzjoni bbażata fuq operazzjonijiet tal-bank ċentrali tibqa’ effettiva (7).

1.3.

Il-BĊE għalhekk huwa tal-fehma li sabiex jiġi żgurat li l-BĊNi jkomplu jwettqu l-kompiti statutorji tagħhom b’mod effettiv, huwa importanti li t-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali jkunu eżentati għal kollox mir-rekwiżiti ta’ rapportar.

2.   Obbligu ta’ rapportar

2.1.

Fir-rigward tal-emenda proposta tal-Artikolu 9(1), il-BĊE jieħu nota tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u jifhem il-ħtieġa li jitnaqqas il-pi# ta’ rapportar għal kontrapartijiet mhux finanzjarji żgħar. F’dan ir-rigward, il-BĊE jilqa’ s-soluzzjni proposta mill-Kummissjoni li f’xi każijiet speċifiċi r-responsabbiltà għar-rapportar għandha tintrefa’ mill-kontropartijiet ċentrali (CCPs), kontropartijiet finanzjarji, kumpaniji maniġerjali ta’ impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (8). Din il-proposta tidher li tilħaq bilanċ tajjeb bejn li ti#gura l-kompletezza tad-dejta, billi timminimizza l-piżijiet ta’ rapportar, waqt li fl-istess ħin tallinja l-istruttura tal-obbligi ta’ rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament (UE) 2015/2365.

2.2.

Ir-regolament propost jintroduċi wkoll eżenzjoni mir-rapportar għall-kummerċ kollu intragrupp li jinvolvi lil kontroparti mhux finanzjarja (9). Il-BĊE jinsab imħasseb b’din l-emenda proposta għar-raġunijiet stipulati fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.3.

2.2.1.

Fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ dejta eżistenti, il-konferma li kuntratt derivattiv barra l-borża (OTC) huwa tranżazzjoni intragrupp skont il-qafas ta’ rapportar attwali taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 (10) spiss ma tkunx affidabbli, meta tiġi vverifikata kontra sorsi ta’ dejta oħrajn. Fil-kuntest tal-kwalità tad-dejta li għadha tevolvi, għalhekk, l-eżenzjoni mingħajr kundizzjoni ta’ rapportar intragrupp għal kontropartijiet mhux finanzjarji tagħti lok għar-riskju ta’ arbitraġġ regolatorju minn aġenti li jirrapportaw.

2.2.2.

Tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji huma eżentati mill-kollateralizzazzjoni biss jekk ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet, u soġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti (11). Il-BĊE jinsab imħasseb li jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati u l-kontropartijiet jiskambjaw kollateral għat-tranżazzjonijiet intragrupp tagħhom, imbagħad, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu ta’ rapportar, ir-riskji assoċjati mal-marġni u mal-proċiklikalità kollaterali jistgħu jibqgħu mhux immonitorjati. Din l-assimetrija tkisser il-kumplimentarjetà bejn it-trasparenza u l-mitigazzjoni tar-riskju li tinsab fil-qalba tal-qafas tal-politika taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.2.3.

L-eżenzjoni proposta tista’ potenzjalment twassal għal forom sofistikati ta’ evażjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar taħt ir-RegolamEnt (UE) Nru 648/2012, peress li n-negozji jistgħu jingħaddew minn sussidjarji mhux finanzjarji ta’ gruppi finanzjarji akbar. Minħabba r-rata ta’ parteċipazzjoni ogħla ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi tal-kambju, l-impatt tal-emenda tkun partikolarment relevanti għar-rapportar tad-derivattivi tal-muniti.

2.3.

Il-BĊE jikkunsidra li l-obbligu tal-kontropartijiet finanzjarji li jirrapportaw f’isem kontropartijiet mhux finanzjarji (12) diġà jindirizza l-piż ta’ rapportar eċċessiv għal kontropartijiet żgħar mhux finanzjarji, ukoll fil-każ ta’ negozji intragrupp. Il-kost marġinali ta’ rapporti addizzjonali għal kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà għandu jkollhom infrastrutturi ta’ IT xierqa stabbiliti għandu jkun negliġibbli. Il-BĊE għalhekk jirrakkomanda li negozji intragrupp bejn kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji m’għandhomx ikunu eżenti mir-rapportar. Fost negozji intragrupp bejn kontropartijiet mhux finanzjarji, għandhom jiġu eżentati biss negozji konklużi minn kontropartijiet żgħar mhux finanzjarji li ma joħolqu ebda riskju sistemiku. Fid-dawl ta’ dan, il-BĊE jirrakkomanda li negozji intragrupp bejn kontropartijiet finanzjarji jkunu eżentati mir-rapprotar sakemm dawn il-kontropartijiet mhux finanzjarji ma jkunux soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Bħala konsegwenza, kontropartijiet mhux finanzjarji li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għandhom jirrapportaw f’isem kontropartijiet mhux finanzjarji oħrajn f’każ ta’ negozji intragrupp bejniethom.

2.4.

Il-BĊE jinnota li negozji intragrupp li jinvolvu lil kontroparti minn pajjiż terz, li ma jingħatax deċiżjoni ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni, xorta jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ rapportar u l-eżenzjoni attwali (13) b’hekk ma tapplikax għal dawk in-negozji.

2.5.

Il-BĊE jilqa’ l-emendi għall-Artikolu 9(6). L-implimentazzjoni ta’ standards għall-identifikazzjoni ta’ kontroparti, ta’ negozju u ta’ titoli, li ġiet operazzjonalizzata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 (14), hija pass importanti ’l quddiem lejn it-titjib tal-kwalità tad-dejta miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-allinjament tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mar-Regolament (UE) 2015/2365 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa importanti wkoll biex tiġi ggarantita l-kumparabbiltà u tiġi żgurata perspettiva globali tal-istrutturi u l-attivitajiet tas-swieq finanzjarji.

3.   Emendi biex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta

3.1.

Il-BĊE jikkunsidra l-emendi proposti għall-Artikolu 78 (15) u l-Artikolu 81(5) (16) bħala passi siewja ’l quddiem peress li ser jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni tal-proċeduri u l-politiki tar-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li taħthom jipprovdu dejta lill-awtoritajiet kompetenti.

3.2.

Il-BĊE jilqa’ wkoll il-mandat mogħti lill-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (ESMA) biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ rapportar taħt l-Artikolu 85(3)(d) ġdid (17) u jilqa’ wkoll l-involviment tas-SEBĊ fit-tħejjija tar-rapport lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85(3)(d) ġdid.

4.   Konformità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ proċeduri għall-ġestjoni tar-riskju, eżenzjonijiet intragrupp u rekwiżiti kapitali

4.1.

Il-BĊE jappoġġja l-proposta li għandu jkun hemm proċeduri superviżorji li jiżguraw validazzjoni inizjali u kontinwa ta’ proċeduri għall-ġestjoni tar-riskju li jeħtieġu l-iskambju f’waqtu, preċiż u ssegregat b’mod xieraq ta’ kollateral fir-rigward ta’ kuntratti derivattivi OTC (18).

4.2.

Il-BĊE jinnota li fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (19) il-kompiti biex jiġi żgurat li istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward ta’ proċeduri li jikkonċernaw l-iskambju f’waqtu, preċiż u ssegregat b’mod xieraq ta’ kollateral, inklużi l-eżenzjonijiet intragrupp konnessi (20), u mar-rekwiżit fil-qasam ta’ fondi proprji stipulat fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jinżamm ammont xieraq u proporzjonat ta’ kapital biex jiġu mmaniġġjati r-riskji mhux koperti mill-iskambju xieraq ta’ kollateral, huma ta’ natura prudenzjali, u b’hekk jaqgħu taħt l-ambitu tal-kompiti mogħtija lill-BĊE mill-Artikolu 4(1)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

5.   Trasparenza tas-CCPs

5.1.

Il-BĊE jappoġġja l-proposta li s-CCPs għandhom jipprovdu lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b’għodda biex jissimulaw ir-rekwiżiti tal-marġni inizjali tagħhom u b’ħarsa ġenerali ddettaljata tal-mudelli tal-marġni inizjali li jużaw (21). Dan għandu jżid it-trasparenza u l-prevedibbiltà tar-rekwiżiti ta’ marġni inizjali, u b’hekk itejjeb il-fehim mill-parteċipanti fl-ikklerjar tar-riskji u l-kosti involuti f’parteċipazzjoni f’CCP.

5.2.

Barra minn hekk, il-BĊE jipproponi l-inklużjoni ta’ għodod ta’ intervent makroprudenzjali, sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ riskju sistemiku li jirriżulta, b’mod partikolari, minn ingranaġġ eċċessiv, u biex jillimita aktar il-proċiklikalità tal-marġnijiet u l-haircuts. Il-BĊE jipproponi li l-prinċipji relevanti għal għodod makroprudenzjali jiġu stabbiliti fl-att tal-Livell 1. Għodod tal-politika makroprudenzjali jiġu applikati għall-kontropartijiet fil-livell tat-tranżazzjoni. B’dan il-mod, jiġu affettwati t-tranżazzjonijiet relevanti kollha, inklużi dawk ikkuntrattati minn non-banek, irrispettivament minn jekk dawk it-tranżazzjonijiet kinux konklużi fis-suq ikklerjat ċentralment, is-suq ikklerjat mhux ċentralment, jew minn kontropartijiet tal-Unjoni li jikklerjaw in-negozji tagħhom permezz ta’ CCP minn pajjiż terz (22). Il-prinċipji meħtieġa u r-rekwiżiti għal dawk l-għodod makroprudenzjali għandhom ikunu inklużi, jekk mhux fil-proposta attwali, allura fil-waqt xieraq li jmiss, bħal fl-okkażjoni tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fl-2020.

5.3.

Barra minn hekk, kif ġie indikat f’rapport tal-BERS li ġie ppubblikat reċentement dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 (23), il-BĊE jikkunsidra li CCPs li joperaw fl-Unjoni għandhom jintalbu jippubblikaw informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva konsistenti mal-prinċipji tal-iżvelar pubbliku CPMI-IOSCO (24). Li jkun hemm bażi legali aktar b’saħħitha biex is-CCPs jippubblikaw dejta konsistenti ma’ dawn il-prinċipji jgħin lill-industrija finanzjarja u lill-pubbliku inġenerali jifhmu aħjar l-ambjent kumpless li fih joperaw is-CCPs.

6.   Klassifikazzjoni ta’ entitajiet bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni bħala kontropartijiet finanzjarji

6.1.

Il-BĊE jinnota li entitajiet bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni (SSPEs) huma proposti li jkunu kklassifikati bħala kontropartijiet finanzjarji (25). Madankollu, l-Artikolu 27 tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (26) jipproponi li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jeżenta lil STS SSPEs miLl-obbligu tal-ikklerjar, sakemm ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti jkun immitigat b’mod adegwat. Il-BĊE jtenni l-pożizzjoni tiegħu (27) li STS SSPEs għandhom ikunu eżentati totalment kemm mill-obbligu tal-ikklerjar kif ukoll mir-rekwiżiti leġiżlattivi biex jipprovdu kollateral (28).

6.2.

Għalldaqstant, il-BĊE jappoġġa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-proposta msemmija fil-paragrafu 6.1, inkluż il-mandat għall-Awtoritajiet Superviżorji EwropEJ BIEx jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw kriterji biex jiġi stabbilit liema arranġamenti taħt bonds koperti jew titolizzazzjonijiet jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni (29), kif ukoll emendi neċessarji oħrajn li jeżentaw lil STS SSPEs kemm minn obbligi tal-ikklerjar kif ukoll minn obbligi biex jipprovdu marġni. Dak it-trattament huwa meħtieġa sabiex jinkisbu kondizzjonijiet ekwi fir-rigward ta’ bonds koperti kwalifikanti u jista’ jiġi ġġustifikat fuq bażi prudenzjali fir-rigward ta’ STS SSPEs.

7.   Bidliet għall-metodoloġija għall-kalkolu tal-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet f’kuntratti derivattivi OTC

Il-BĊE jinnota li l-introduzzjoni proposta ta’ metodoloġija għall-kalkolu tal-pożizzjonijiet f’kuntratti derivattivi OTC relevanti biex jiġi ddeterminat jekk kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja hijiex soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar, li huwa bbażat fuq dejta ta’ tmiem il-perijodu minflok pożizzjoni medja rikorrenti f’kuntratti derivattivi OTC fuq 30 jum ta’ ħidma (30), tista’ toħloq inċentiv għal “tiżjin” biex jiġi evitat l-obbligu tal-ikklerjar. Il-BĊE għalhekk jipproponi li jiżdied mal- Artikoli ġodda 4a(2) (31) u 10(2) (32) introdotti mill-Artikoli 10(2) u 4a(2) tar-regolament propost rekwiżit li kontroparti finanzjarja u kontroparti mhux finanzjarja għandhom ikunu kapaċi juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata fi tmiem ix-xahar f’kuntratti derivattivi OTC ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjoni ġenerali.

8.   Ir-rrwol konsultattiv tal-BĊE fir-rigward ta’ abbozz ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni

8.1.

Ta’ min ifakkar li l-abbozzi ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala “atti proposti tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Kemm l-atti ddelegati kif ukoll dawk ta’ implimentazzjoni jikkostitwixxu atti legali tal-Unjoni. Il-BĊE għandu jiġi kkonsultat fil-ħin dovut dwar kwalunkwe abbozzi ta’ atti tal-Unjoni, inklużi abbozzi ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. L-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat ġie ċċarat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f’Il-Kummissjoni vs Il-BĊE (33) b’referenza għall-funzjonijiet u l-għarfien espert tal-BĊE. Fid-dawl tal-fatt li infrastrutturi siguri u effiċjenti tas-suq finanzjarju, b’mod partikolari sistemi tal-ikklerjar, huma essenzjali għat-twettiq tal-kompiti bażiċi tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u l-insegwiment tal-għan ewlieni tiegħu li jżomm l-istabilità tal-prezzijiet taħt l-Artikolu 127(1) tat-Trattat, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat debitament dwar atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni adottati taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Waqt li l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE huwa dderivat direttament mit-Trattat, sabiex tiġi żgurata ċarezza, dan ir-rekwiżit għandhom jkun rifless ukoll fi premessa tar-regolament propost. Waqt li jikkunsidra l-importanza ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi bħala parti mill-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-BĊE ser jeżerċita l-irwol konsultattiv tiegħu fuq kwistjonijiet fil-kompetenza tiegħu filwaqt li jqis bis-sħiħ l-iskedi ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-adozzjoni mingħajr xkiel tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni (34).

8.2.

Barra minn hekk, fir-rigward t’a għadd ta’ elementi tar-regolament propost, mhux biss il-konsultazzjoni tal-BĊE, iżda wkoll l-involviment, fi stadju bikri, tal-membri relevanti tas-SEBĊ, fl-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni jistgħu jkunu partikolarment utli, u għandu jkun hemm provvediment speċifiku għalihom.

8.3.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, fuq il-bażi ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-FESMA li jispeċifikat l-istandards tad-dejta u l-formati tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar, il-frekwenza tar-rapporti u d-data sa meta l-kuntratti derivattivi għandhom jiġu rrapportati (35). Is-SEBĊ qiegħed dejjem aktar juża dejta miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 fit-twettiq tal-mandati tiegħu. Sabiex isir ingranaġġ mit-tagħrif miksub mis-SEBĊ dwar il-kwalità ta’ dejta rrapportata taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi ta’implimentazzjoni mill-ESMA għandu jitwettaq b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri relevanti tas-SEBĊ.

8.4.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluippati mill-ESMA, li jispeċifikaw il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni ta’ dejta bejn repożitorji ta’ dejta u l-proċeduri għall-verifika ta’ dejta fir-rigward tal-kompletezza u l-preċiżjoni tagħha u tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar (36). L-awtoritajiet b’aċċess dirett u immedjat għad-dejta tar-repożitorji tal-kummerċ, inklużi l-membri relevanti tas-SEBĊ, żviluppaw ħila esperta sinifikanti f’dan il-qasam. Għalhekk huwa importanti li dik il-ħila esperta tiġi ingranata fl-iżvilupp tal-istandards tekniċi regolatorji. Għal dan l-iskop l-iżvilupp ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji mill-ESMA għandu jsir b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri relevanti tas-SEBĊ.

Meta l-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu previsti proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dak il-għan. Id-Dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM (2017) 208 finali.

(2)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(4)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(5)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(6)  Ara l-paragrafu 7 tal-Opinjoni CON/2012/21. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq: www.ecb.europa.eu

(7)  Ara l-paġni 2 u 13 sa 14 tar-risposta tal-BĊE għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR) datata 2 ta’ Settembru 2015, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq: www.ecb.europa.eu

(8)  Ara l-Artikolu 1(7)(b) tar-regolament propost.

(9)  Ara l-Artikolu 1(7)(a) tar-regolament propost.

(10)  Ara l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(11)  Ara l-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(12)  Ara l-Artikolu 1(7)(b) tar-regolament propost.

(13)  Ara l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(14)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tas-26 ta’ Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 17, 21.1.2017, p. 17)

(15)  Ara l-Artikolu 1(16) tar-regolament propost.

(16)  Ara l-Artikolu 1(17)(c) tar-regolament propost.

(17)  Ara l-Artikolu 1(19)(c) tar-regolament propost.

(18)  Ara l-Artikolu 1(9)(a) tar-regolament propost.

(19)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(20)  Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(21)  Ara l-Artikolu 1(10) tar-regolament propost.

(22)  Dan huwa konformi mal-pożizzjoni tal-BĊE fir-risposta tal-BĊE għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR) iddatat 2 ta’ SettembrU 2015, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq: www.ecb.europa.eu

(23)  The Revision of the European Market Infrastructure Regulation, ESRB, April 2017. Disponibbli fuq: https://www.esrb.europa.eu/pub/pdf/other/20170421_esrb_emir.en.pdf

(24)  Final report of the CPMI-IOSCO Board on Public quantitative disclosure standards for central counterparties, Frar 2015. Disponibbli fuq: http://www.bis.org/cpmi/publ/d125.pdf

(25)  Ara l-Artikolu 1(1) tar-regolament propost.

(26)  COM (2015) 472 finali.

(27)  Ara r-risposta konġunta mill-Bank of England u l-Bank Ċentrali Ewropew għad-dokument ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: “An EU framework for simple, transparent and standardised securitisation” disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq: www.ecb.europa.eu

(28)  Dwar l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jipprovdu kollateral, ara l-paragrafi 2.2 u 5.5 tal-Opinjoni CON/2016/11.

(29)  Ara l-Artikolu 27(2) ta’ COM(2015) 472.

(30)  Ara l-Artikoli 1(3) u (8) tar-regolament propost.

(31)  Ara l-Artikolu 1(3) tar-regolament propost.

(32)  Ara l-Artikolu 1(8) tar-regolament propost..

(33)  Il-Kummissjoni vs il-BĊE, C-11/00, ECLI: EU:C:2003:395, b’mod partikolari l-punti 110 u 111. Fil-punt 110, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat illi l-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE “essenzjalment huwa intiż […] sabiex jiżgura li l-awtur ta’ tali att jadottah biss wara li l-korp ikun ġie kkonsultat, li, permezz tal-funzjonijiet speċifiċi li huwa jeżerċita fil-kuntest Komunitarju fil-qasam ikkonċernat u permezz tal-grad għoli ta’ espertezza li huwa jgawdi minnha, partikolarment jista’ utilment jikkontribwixxi għall-proċess ta’ adozzjoni previst”.

(34)  Ara l-paragrafu 2 tal-Opinjoni CON/2015/10, il-paragrafu 4 tal-Opinjoni CON/2012/5, il-paragrafu 8 tal-Opinjoni CON/2011/44 u l-paragrafu 4 tal-Opinjoni CON/2011/42.

(35)  Ara l-Artikolu 1(7)(c) tar-regolament propost.

(36)  Ara l-Artikolu 1(16) tar-regolament propost.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/16


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Novembru 2017

(2017/C 385/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1745

JPY

Yen Ġappuniż

133,29

DKK

Krona Daniża

7,4414

GBP

Lira Sterlina

0,89585

SEK

Krona Żvediża

9,8905

CHF

Frank Żvizzeru

1,1643

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5923

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,566

HUF

Forint Ungeriż

311,97

PLN

Zloty Pollakk

4,2381

RON

Leu Rumen

4,6493

TRY

Lira Turka

4,5477

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5361

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4933

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1645

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7092

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5978

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 309,46

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,8932

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7950

HRK

Kuna Kroata

7,5520

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 918,59

MYR

Ringgit Malażjan

4,9259

PHP

Peso Filippin

60,070

RUB

Rouble Russu

70,1633

THB

Baht Tajlandiż

38,829

BRL

Real Brażiljan

3,8488

MXN

Peso Messikan

22,4266

INR

Rupi Indjan

76,8150


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/17


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2017

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2017/C 385/06)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 346, 14.10.2017, p. 5.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.12.2017

31.12.2017

-0,15

-0,15

0,76

-0,15

0,57

-0,15

0,03

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,59

0,19

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

1,83

-0,15

1,55

-0,36

-0,15

-0,15

0,65

1.11.2017

30.11.2017

-0,15

-0,15

0,76

-0,15

0,57

-0,15

0,06

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,59

0,25

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

1,83

-0,15

1,28

-0,36

-0,15

-0,15

0,65

1.10.2017

31.10.2017

-0,15

-0,15

0,76

-0,15

0,45

-0,15

0,09

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,59

0,30

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

1,83

-0,15

1,10

-0,36

-0,15

-0,15

0,65

1.9.2017

30.9.2017

-0,13

-0,13

0,76

-0,13

0,45

-0,13

0,12

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

0,59

0,30

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

1,83

-0,13

1,10

-0,36

-0,13

-0,13

0,65

1.8.2017

31.8.2017

-0,13

-0,13

0,76

-0,13

0,45

-0,13

0,12

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

0,59

0,30

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

1,83

-0,13

1,10

-0,36

-0,13

-0,13

0,78

1.6.2017

31.7.2017

-0,10

-0,10

0,76

-0,10

0,45

-0,10

0,12

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

0,70

0,37

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

1,83

-0,10

1,10

-0,36

-0,10

-0,10

0,78

1.5.2017

31.5.2017

-0,10

-0,10

0,76

-0,10

0,45

-0,10

0,12

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

0,70

0,44

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

1,83

-0,10

1,10

-0,36

-0,10

-0,10

0,78

1.4.2017

30.4.2017

-0,08

-0,08

0,76

-0,08

0,45

-0,08

0,16

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

0,83

0,44

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

1,83

-0,08

1,10

-0,36

-0,08

-0,08

0,78

1.3.2017

31.3.2017

-0,08

-0,08

0,76

-0,08

0,45

-0,08

0,16

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

1,05

0,53

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

1,83

-0,08

1,10

-0,36

-0,08

-0,08

0,78

1.1.2017

28.2.2017

-0,07

-0,07

0,76

-0,07

0,45

-0,07

0,16

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

1,05

0,75

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

1,83

-0,07

1,10

-0,36

-0,07

-0,07

0,78


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8639 — Cariparma/Caricesena, Carim, Carismi)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 385/07)

1.

Fit-8 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Crédit Agricole Cariparma SpA (“Cariparma”, l-Italja),

Cassa di Risparmio di Cesena SpA (“Caricesena”, l-Italja),

Cassa di Risparmio di Rimini SpA (“Carim”, l-Italja),

Cassa di Risparmio di San Miniato SpA (“Carismi”, l-Italja).

Crédit Agricole Cariparma S.p.A, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Cassa di Risparmio di Cesena SpA, Cassa di Risparmio di Rimini SpA u Cassa di Risparmio di San Miniato SpA kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cariparma: sussidjarja ta’ Crédit Agricole SA (“Crédit Agricole”, Franza), li hija l-ewwel bancassurer u l-maniġer tal-assi fl-Ewropa. Il-Grupp Crédit Agricole huwa preżenti fl-Italja b’firxa sħiħa ta’ servizzi finanzjarji.

—   għal Caricesena: attivi fl-oqsma kollha relatati mal-kreditu ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fit-tramuntana u ċ-ċentru tal-Italja.

—   għal Carim: attiva fis-settur tas-servizzi bankarji għall-konsumatur fl-Italja, b’mod partikolari fir-reġjuni Taljani ta’ Emilia Romagna, Marche, Umbria u Lazio.

—   għal Carismi: prinċipalment attiva fis-settur tas-servizzi bankarji għall-konsumatur, b’mod partikolari fit-tramuntana u ċ-ċentru tal-Italja, fir-reġjun tat-Toskana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8639 — Cariparma/Caricesena, Carim, Carismi.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 385/08)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 tal-Kummissjoni (1)

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“FINOCCHIONA”

Nru tal-UE: PGI-IT-01120-AM01 — 25.7.2017

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di Tutela della Finocchiona

Via Carlo del Prete, 49/r

50127 Firenze (FI)

ITALIA

Tel. +39 0554221769

Email: info@finocchionaigp.it

PEC: finocchionaigp@pec.it

Il-Consorzio di Tutela tal-Finocchiona huwa intitolat li jressaq applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: [għandu jiġi speċifikat]

4.   Tip ta’ emenda

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-Dokument Uniku ppubblikat.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-Dokument Uniku ppubblikat

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti).

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Tinbidel il-limitazzjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott li fil-punt 2.1.3 tal-Artikolu 2 tindika “Karatteristiċi kimiċi” u l-limitazzjoni fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku fir-rigward tar-rekwiżit tal-“Attività tal-ilma: 0,92 jew inqas”.

Il-valur “Attività tal-ilma (Aw): 0,92 jew inqas” tinbidel fi “Attività tal-ilma: 0,945 jew inqas”

Iż-żieda fil-valur tal-attività tal-ilma għandu l-għan li jiggarantixxi umdità ogħla fil-prodott meta mqabbla ma’ dik definita fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fis-seħħ, u b’hekk, tiġi garantita u tiġi preżervata l-konsistenza ratba tal-qatgħa, li hija karatteristika fundamentali li tiddistingwi l-Finocchiona IĠP mill-prodotti l-oħra simili fis-suq.

Għalhekk qed jitqies li l-emenda tissodisfa l-kundizzjonijiet skont il-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tista’ tiġi kklassifikata bħala minuri.

DOKUMENT UNIKU

“FINOCCHIONA”

Nru tal-UE: PGI-IT-01120-AM01 — 25.7.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Finocchiona”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-salami “Finocchiona” IĠP. huwa kkaratterizzat minn aroma ta’ bużbież miż-żrieragħ u/jew il-fjuri li jinsabu fit-taħlita tiegħu, u minn qatgħa ratba li għandha tendenza li titfarrak. Il-qatgħa jkollha kuluri li jvarjaw minn aħmar lewn il-laħam fil-biċċiet tad-dgħif għal abjad/abjad fir-roża fil-biċċiet tax-xaħam, li jkunu imħalltin sew flimkien mingħajr trufijiet definibbli. Fiha jistgħu jkunu jidhru ż-żrieragħ u/jew il-fjuri tal-bużbież. Ir-riħa hija tajba u kkaratterizzata minn aroma qawwija ta’ bużbież u aroma aktar ħafifa ta’ tewm; it-togħma hija friska u tajba, u mhux qarsa. Għandha l-karatteristiċi kimiċi li ġejjin: Proteini totali: mhux inqas minn 20 %; Xaħmijiet totali: mhux iżjed minn 35 %; pH: bejn 5 u 6; Attività tal-ilma: 0,945 jew inqas; Melħ: mhux iżjed minn 6 %.

Zalzett ta’ forma ċilindrika, minn barra jkun miksi bil-moffa li tiżviluppa waqt il-maturazzjoni. Il-qatgħat ivarjaw minn zgħar li jinbiegħu bil-piż ta’ 0,5 kg, għal kbar li jinbiegħu sa piż ta’ 25 kg u jitqiegħdu fis-suq sħaħ jew f’biċċiet, sfużi jew ippakkjati f’vakwu jew f’atmosfera protetta, jew bħala laħam kiesaħ magħmul f’vakwu jew f’atmosfera protetta.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-porzjon tal-għalf għal ħnieżer tqal huwa ddeterminat skont il-kompożizzjoni u l-użu, huwa maqsum f’żewġ fażijiet u bbażat prinċipalment fuq prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-ġobon u fuq il-produzzjoni taċ-ċereali. L-għalf awtorizzat fl-ewwel fażi (sa 80 kg piż ħaj), f’konċentrazzjoni xierqa, jinkludi dak kollu li jista’ jintuża fit-tieni fażi kif ukoll dawn li ġejjin, bil-kundizzjoni li l-materja niexfa taċ-ċereali ma tkunx inqas minn 45 % tat-total: dqiq minn estratt tas-sojja; qamħirrum ippriservat; smid tal-gluten tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrun; ħarrub mingħajr żerriegħa, distillaturi; lipidi li l-punt tat-tidwib tagħhom ikun iktar minn 36 °C; ħut mitħun, liżati tal-proteina; xorrox tal-butir. L-għalf awtorizzat fit-tieni fażi tat-tismin, bil-kundizzjoni li l-materja niexfa taċ-ċereali ma tkunx inqas minn 55 % tat-total, jinkludi: ċereali u ċereali minuri; qxur u prodotti oħrajn li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-qamħ; patata mnixxfa, polpa tal-pitravi issuppressata u maħżuna, dqiq minn estratt tas-sojja; dqiq tal-ġirasol; manjoka, għasel iswed, dqiq minn estratt tal-ġewż tal-Indi, dqiq minn estratt taż-żrieragħ tal-qamħirrum, piżelli u/jew żrieragħ oħra tal-legumi; polpa niexfa maħruġa mill-pitravi; dqiq tal-ġunġlien; estratt taż-żerriegħa tal-kittien, residwi mill-qxur tat-tuffieħ u tal-lanġas, qxur tal-għeneb jew tat-tadam fosthom aġenti li jaġixxu bħala integraturi, dqiq deidratat tal-alfalfa, ħmira tal-birra u/jew ħmira tal-ġenus torula, lipidi li l-punt tat-tidwib tagħhom ikun iktar minn 40 °C; xorrox tal-ħalib; xorrox tal-butir. Il-ħnieżer tar-razza Cinta Senese mrobbija fi stat selvaġġ jew semiselvaġġ jirgħu u jieklu f’boskijiet u/jew territorji mikxufa miżrugħa b’essenzi tal-għalf u taċ-ċereali. Huwa permess ukoll l-użu ta’ supplementi tal-ikel għal ħnieżer li għandhom iktar minn erba’ xhur bħala parti mill-porzjon tagħhom ta’ kuljum, li ma jkunux iktar minn 3 % tal-piż ħaj tal-annimal.

Fil-preparazzjoni tal-“Finocchiona” IĠP. tipikament jintużaw laħmijiet friski li ma għaddew minn ebda proċess ta’ ffriżar u li jkunu minn karkassi ta’:

ħnieżer tqal imrobbija mill-inqas għal 9 xhur, sabiex jilħqu piż għoli u l-laħam tagħhom ikun tajjeb għall-produzzjoni tal-“Finocchiona” IĠP., li għandu jkollu proprjetajiet ġenetiċi speċifiċi (normalment jintużaw razez bħal Large White Italiana, Landrace Italiana u Duroc Italiana jew ċingjali tal-istess razez jew ta’ razez oħra ibridi selezzjonati bl-istess proprjetajiet ġenetiċi). B’hekk jiġu żgurati l-manutenzjoni, id-distribuzzjoni u l-kompożizzjoni kwalitattiva tax-xaħam fil-laħmijiet, il-produzzjoni ta’ karkassi klassifikati bħala tqal limitati biss għall-klassijiet ċentrali korrispondenti u piż għoli u età avvanzata tal-ħnieżer kif jaslu biex jittieħdu għall-qatla. Dawn kollha, flimkien ma’ teknika tal-għalf tal-annimali bbażata prevalentement fuq ċereali, huma rekwiżiti meħtieġa għall-maturazzjoni u għall-profil organolettiku tal-“Finocchiona”.

ħnieżer tar-razza Cinta Senese, mniżżla fir-Reġistru tat-tnissil, imrobbija u maqtula fit-territorju u mitmugħin skont it-tradizzjoni.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi tal-produzzjoni tal-“Finocchiona” IĠPIĠP li għandhom isiru fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4 ta’ dan id-dokument uniku huma l-ħruġ mill-fosdqar u t-tiqrim tal-qatgħat tal-laħam awtorizzati; it-tidħin; it-tagħġin, l-ippakkjar, it-tnixxif; il-maturazzjoni.

Il-laħmijiet miċ-Cinta Senese jiġu minn annimali mrobbija fit-territorju taż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4 ta’ dan id-dokument.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Għat-tqegħid fis-suq tal-“Finocchiona” imqattgħa u f’pakketti, it-tqattigħ u l-ippakkjar, anke f’vakwu jew f’atmosfera protetta, għandhom isiru biss fiż-żona ta’ produzzjoni msemmija fil-punt 4, taħt is-superviżjoni tal-istruttura ta’ kontroll awtorizzata sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott u b’mod partikolari biex ma jiġux modifikati l-karatteristiċi msemmija fil-punt 3.2.

Fil-fatt, it-taħlita ta’ dgħif u xaħam imqattgħin b’mod fin tagħmel il-qatgħa partikolarment delikata għat-tqandil u t-tqattigħ. Fil-preparazzjoni tal-prodott għat-tqattigħ jitneħħew l-imsaren u l-parti li tittiekel tiġi esposta direttament għall-ambjent ta’ barra; l-espożizzjoni għal kundizzjonijiet ambjentali mhux ikkontrollati u għal żmien mhux magħruf, tibdel il-karatteristiċi tal-prodott u tagħti lok għal ossidazzjoni, tibdil fil-kulur, telf eċċessiv ta’ umdità u tiħżin tal-konsistenza partikolari tal-qatgħa u tal-aroma qawwija tagħha. Huwa meħtieġ li l-operaturi jkunu f’kuntatt mal-prodott taħt kundizzjonijiet speċifiċi u għal żmien limitat, sabiex jiġu żgurati l-manutenzjoni u l-preżervazzjoni tal-karatteristiċi oriġinali tal-prodott.

Jekk il-prodott għat-tqattigħ jinżamm għal perjodu mhux magħruf f’kundizzjonijiet differenti minn dawk indikati, jista’ jiżviluppa karatteristiċi kontrastanti u mhux meħtieġa, bħal snuħija, tnixxif, formazzjoni ta’ moffa anormali, nefħa jew tiswied li jistgħu jiġġeneraw togħma, riħa u konsistenza differenti minn dawk tipiċi tal-prodott.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-isem “Finocchiona” għandu jkun miktub b’ittri ċari, li ma jitħassrux u b’kulur li joħloq kuntrast kbir ma’ dak tat-tikketta, b’tipa ikbar minn kwalunkwe kliem ieħor li jidher fuq it-tikketta u mhux iżgħar minn 3 mm, u għandu jkollu miegħu l-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew it-taqsira “IĠP.”. Fuq it-tikketta għandu dejjem ikun hemm il-logo Komunitarju tal-“IĠP.” flimkien ma’ kliem ieħor li jista’ jkun hemm skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2008 (3). Fuq it-tikketta jistgħu jidru wkoll indikazzjonijiet oħra li jagħmlu riferiment għal kumpanji, ismijiet, ismijiet ta’ ditti, marki privati u konsorzji, sakemm dawn ma jkollhomx għan ta’ tifħir jew ikunu maħsuba biex iqarrqu bil-konsumatur. Riferiment għal ismijiet ta’ kumpanji tat-trobbija tal-ħnieżer li minnhom jiġi l-prodott huwa awtorizzat biss fil-każ li l-materja prima tkun ġejja għal kollox mill-irziezet tagħhom.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Finocchiona” I.Ġ.P. tinkludi it-territorju kollu tat-Toskana minbarra l-gżejjer, li hija ż-żona fejn matul iż-żmien ġiet stabbilita l-produzzjoni ta’ dan iz-zalzett tipiku.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

It-territorju ta’ produzzjoni tal-“Finocchiona” IĠP. huwa karatterizzat minn katina ta’ muntanji li jimmarkaw l-konfini tiegħu fit-Tramuntana u fil-Lvant u minn żona wiesgħa ta’ għoljiet li fiha jinsabu vinji, boskijiet u artijiet għal mergħa ta’ bhejjem fil-miftuħ, li jispiċċaw f’pjanuri kostali fil-Punent.

Il-“mezzadria”, organizzazzjoni tal-intrapriżi agrikoli sas-snin ‘70 li ġiet sostitwita fil-parti kbira mill-propjetà tal-intrapriżi, ippreżervat it-trobbija tal-ħnieżer fit-territorju, tar-razza storika Cinta Senese (li sadanittant iffaċċat u għelbet il-perikolu ta’ estinzjoni wkoll) u ta’ ħnieżer ta’ razzez bojod li minnhom tiġi l-materja prima pproċessata għal-laħmijiet kesħin tat-Toskana u għaddiet il-ħiliet speċjalizzati u t-teknika tal-ipproċessar artiġjanali tal-“Finocchiona”. Il-laħmijiet, l-inbid u l-preżenza wiesgħa ta’ bużbież selvaġġ kienu fatturi ewlenin għal formazzjoni tal-gosti tal-operaturi tal-kumpanji tal-laħam, li għandhom għarfien tal-metodi ta’ produzzjoni artiġjanali u wirt ta’ tekniki u tradizzjonijiet antiki li għadhom jintużaw sal-lum fl-istabbilmenti tal-ipproċessar preżenti fit-territorju kollu.

Il-karatteristika prinċipali li tagħmel il-“Finocchiona” unika u differenti minn laħmijiet oħra hija l-aroma qawwija u ċara tal-bużbież miż-żrieragħ u/jew il-fjuri li jinsabu fit-taħlita tiegħu, u minn qatgħa ratba li għandha tendenza li titfarrak. It-togħma hija friska u tajba, u mhux qarsa.

Il-qatgħa hija taħlita b’kontenut ta’ xaħam imqassam b’mod li jinkorpora l-biċċiet tal-laħam biex b’hekk tinżamm l-irtubija tal-prodott anke wara żmien twil ta’ maturità. Ix-xaħam u d-dgħif, f’biċċiet bejn medji u ħoxnin, ma fihomx trufijiet definibbli Il-qatgħa għandha kuluri li jvarjaw minn aħmar lewn il-laħam fil-biċċiet tad-dgħif għal abjad/abjad fir-roża fil-biċċiet tax-xaħam bil-possibbiltà li jidhru ż-żrieragħ u/jew il-fjuri tal-bużbież.

Il-“Finocchiona” għandha reputazzjoni storika li tidher f’bosta dokumenti, fosthom il-“Vocabolario della lingua parlata” ta’ Rigutini u Fanfani tal-1875; l-edizzjoni tal- 1889 tal-“Vocabolario degli Accademici della Crusca” turi r-rabta bejn il-“Finocchiona” u t-territorju tat-Toskana; l-oriġini Toskana tagħha ġiet ikkonfermata minn Prof. Italo Ghinelli fl-1977. Il-“Finocchiona” huwa wieħed mil-laħmijiet kesħin l-iktar popolari fit-Toskana u tissemma regolarment fil-bulletini ta’ kull ġimgħa ta’ prodotti tal-laħam kiesaħ ippubblikati minn rivisti awtorevoli speċjalizzati u mifruxa fuq livell nazzjonali.

Il-“Finocchiona” ħadet il-karatteristiċi tagħha mir-rabtiet mal-ambjent tat-Toskana minn fejn oriġinat u mill-fattur uman li matul is-sekli stabbilixxa l-metodu ta’ preparazzjoni. L-għażla oriġinali tal-ingredjenti, prinċipalment il-bużbież, li jinsab f’ħafna riċetti tat-tisjir reġjonali u li huwa parti mill-flora endemika tat-territorju ta’ produzzjoni; il-vokazzjoni evidenti għal laħmijiet; il-personal speċjalizzat u kwalifikat b’ħiliet manwali u artiġjanali u li jaf jagħżel u jaqtal-aħjar qatgħat, jivverifika li jintlaħaq il-livell ideali ta’ omoġenizzazzjoni bejn ix-xaħam u d-dgħif u jagħraf meta l-“Finocchiona” ikollha l-konsistenza u l-irtubija ideali; dawn huma kollha fatturi li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ prodott uniku li m’hawnx oħrajn bħalu u li għandu reputazzjoni qawwija. L-użu tal-inbid fit-taħlita tal-“Finocchiona”, skont il-metodu storiku ta’ produzzjoni, jenfasizza r-rabta qawwija mat-territorju, fejn l-inbejjed lokali huma magħrufa madwar id-dinja kollha. Il-produzzjoni ta’ laħmijiet ta’ kwalità mir-razza Cinta Senese tat lok għal diffużjoni ta’ intrapriżi ta’ pproċessar fir-reġjun kollu u kkaratterizzat iktar il-prodott, b’hekk ir-reputazzjoni tal-“Finocchiona” u r-rabta tagħha mat-Toskana ġiet ikkonsolidata fost il-konsumaturi.

Il-“Finocchiona” ma tistax tonqos fil-platt tipiku tal-“affettati toscani” u qasmet ukoll l-fruntieri nazzjonali billi tinsab f’ħafna pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u anke f’pajjiżi barra mill-Komunità Ewropea.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 3.