ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 383

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
14 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 383/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8676 — Hellman&Friedman/Nets) ( 1 )

1

2017/C 383/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8621 — Apollo Management/Aegon Ireland) ( 1 )

1

2017/C 383/03

Bidu ta' proċeduri (Il-Każ M.8444 — ArcelorMittal/Ilva) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 383/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2017/C 383/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Settembru 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39813(1) — Baltic Rail — Relatur: Id-Danimarka

4

2017/C 383/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.39813(2) — Baltic Rail — Relatur: Id-Danimarka

4

2017/C 383/07

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ AT.39813 — Baltic Rail

5

2017/C 383/08

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2017 rigward proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.39813 — Baltic Rail) (notifikat bid-dokument C(2017) 6544)

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 383/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8724 — The Carlyle Group/Palmer & Harvey McLane (Holdings)) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2017/C 383/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8672 — easyJet/Certain Air Berlin Assets) ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 383/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8676 — Hellman&Friedman/Nets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 383/01)

Fis-7 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8676. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8621 — Apollo Management/Aegon Ireland)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 383/02)

Fit-8 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8621. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/2


Bidu ta' proċeduri

(Il-Każ M.8444 — ArcelorMittal/Ilva)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 383/03)

Fit-8 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b'imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8444 — ArcelorMittal/Ilva, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Novembru 2017

(2017/C 383/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1656

JPY

Yen Ġappuniż

132,07

DKK

Krona Daniża

7,4416

GBP

Lira Sterlina

0,89018

SEK

Krona Żvediża

9,7705

CHF

Frank Żvizzeru

1,1591

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4913

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,567

HUF

Forint Ungeriż

312,04

PLN

Zloty Pollakk

4,2349

RON

Leu Rumen

4,6562

TRY

Lira Turka

4,5318

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5256

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4809

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0906

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6877

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5867

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 305,01

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,9688

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7410

HRK

Kuna Kroata

7,5500

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 810,86

MYR

Ringgit Malażjan

4,8856

PHP

Peso Filippin

59,724

RUB

Rouble Russu

69,3309

THB

Baht Tajlandiż

38,535

BRL

Real Brażiljan

3,8362

MXN

Peso Messikan

22,3482

INR

Rupi Indjan

76,2910


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Settembru 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39813(1) — Baltic Rail

Relatur: Id-Danimarka

(2017/C 383/05)

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mas-sejbiet tal-Kummissjoni espressi fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tagħha kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fil-5 ta’ Settembru 2017 skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv ma jitlobx lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.39813(2) — Baltic Rail

Relatur: Id-Danimarka

(2017/C 383/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multi.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/5


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ AT.39813 — Baltic Rail

(2017/C 383/07)

(1)

L-abbozz ta’ deċiżjoni huwa marbut mat-tneħħija minn AB Lietuvos geležinkeliai (“LG”) ta’ 19-il kilometru ta’ binarji ferrovjarji minn Mažeikiai (il-Litwanja) sal-fruntiera mal-Latvja (il-“Binarji”). Skont l-abbozz ta’ deċiżjoni, dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 102 TFUE minħabba li waqqaf ostakoli għad-dħul fis-suq mingħajr ġustifikazzjoni tal-objettivi, dgħajjef kompetizzjoni (potenzjali) fis-suq tad-dispożizzjoni tas-servizz tat-trasport ferrovjarju għal prodotti taż-żejt bejn raffinerija f’Bugeniai (il-Litwanja) (ir-“Raffinerija”) u l-portijiet ta’ Klaipėda (il-Litwanja), Riga (il-Latvja) u Ventspils (il-Latvja).

(2)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni ġiet wara ilment mis-sid tar-Raffinerija, AB ORLEN Lietuva (“OL”). Sa ftit qabel it-tneħħija tagħhom, il-Binarji kienu jintużaw bħala parti mir-rotta prinċipali għat-trasport ta’ prodotti taż-żejt mir-Raffinerija lejn jew mill-Latvja. Wara t-tneħħija tal-Binarji, il-prodotti kollha mir-Raffinerija destinati għall-Latvja permezz tal-ferrovija, kellhom jiġu ttrasportati fuq rotta differenti, minn qsim tal-fruntiera aktar imbiegħed.

(3)

Bejn it-8 u l-10 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet f’LG u imprizi oħra.

(4)

Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (3) fir-rigward ta’ LG.

(5)

Fil-5 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni indirizzat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet lil LG (id-“DO”). Essenzjalment, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fis-fid-DO kienet li LG biż-żarmar tal-Binarji mingħajr neċessità oġġettiva, kiser l-Artikolu 102 TFUE, u ħolqot ostakli għad-dħul fis-suq downstream għat-trasport bil-ferrovija ta’ prodotti taż-żejt bejn ir-Raffinerija u l-portijiet ta’ Klaipėda, Riga u Ventspils.

(6)

Fid-9 ta’ Jannar 2015, LG ingħatat aċċess għall-fajl permezz ta’ CD-ROM.

(7)

Fl-4 ta’ Frar 2015, f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, OL irċeviet verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO. Wara li OL talbet aċċess għal xi informazzjoni li kienet moħbija f’dik il-verżjoni (4), id-DĠ kompetizzjoni fil-25 ta’ Frar 2015, ipprovda lil OL b’verżjoni anqas moħbija tad-DO. OL ma fittxitx aċċess ulterjuri għad-dokument tad-DO, iżda fil-kummenti bil-miktub dwar id-DO, OL ikkritikat l-iskala ta’ ħabi f’din it-tieni verżjoni mhux kunfidenzjali bħala mhux ġustifikat. Madankollu, kontra l-pariri ta’ OL, l-iskala ta’ ħabi f’dik il-verżjoni ma xekkilx l-eżerċitar tad-dritt ta’ OL bħala ilmentatur, li tkun marbuta mill-qrib mal-proċedimenti.

(8)

Fit-8 ta’ April 2015, LG wieġbet lid-DO u għall-kummenti ta’ OL dwar is-SO.

(9)

LG u OL ħadu sehem f’seduta ta’ smigħ fis-27 ta’ Mejju 2015.

(10)

Fit-tweġiba lid-DO u matul is-seduta ta’ smigħ, LG saħqet li d-DO naqset milli “tidentifika teorija proprja ta’ ħsara” u għalhekk naqset milli twettaq rieżami tal-imġieba ta’ LG skont kriterji legali speċifiċi biżżejjed li jiddeskrivu n-natura tal-imġiba allegatament abbużiva u li tipponta għal każistika rilevanti. Skont LG, minflok, id-DO għaqqdet “id-dubji tal-Kummissjoni stess… b’apprezzament superfiċjali tad-dikjarazzjonijiet ta’ LG biex tasal għal konklużjoni vaga li t-tneħħija tal-Binarji ma kenitx ġustifikata oġġettivament”.

(11)

Dawn il-kritiki essenzjalment iqajjmu kwistjonijiet ta’ sustanza aktar milli ta’ ġustizzja proċedurali. L-eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ difiża ta’ LG, b’mod partikolari d-dritt tagħha li tinstema’, ma ġiex ristrett illegalment mid-definizzjoni jew il-kontenut tad-DO. Għaldaqstant dawn il-kritiki mhumiex konvinċenti mill-perspettiva ta’ proċess ġust.

(12)

Fit-23 ta’ Ottubru 2015, id-DĠ Kompetizzjoni bagħat “ittra ta’ fatti” lil LG, u magħha inkluda xhieda addizzjonali li fuqha ġiet prevista dipendenza mill-Kummissjoni. F’din it-tweġiba bil-miktub tat-2 ta’ Diċembru 2015, LG sostanzjalment saħqet li fost affarijiet oħra l-Kummissjoni kellha turi aktar preċiżament għaliex u l-iskala li fuqha qieset il-biċċiet ta’ evidenza mogħtija biex tikkorrobora argumenti mressqa mill-mid-DO u/jew biex timmina l-argumenti ta’ LG li saru b’reazzjoni għad-DO.

(13)

F’termini ċari u preċiżi bizzejjed (li spiss jinkludu referenzi speċifiċi tad-DO), l-ittra ta’ fatti tippreżenta l-evidenza addizzjonali kkonċernata, kif ukoll l-interferenzi li jistgħu jittieħdu mill-biċċiet individwali ta’ din l-evidenza. Dawn l-interferenzi kienu provviżorji minħabba li LG kienet qed tingħata l-opportunità li tikkummenta dwarhom. Id-dettall li bih ġew ippreżentati kien biżżejjed biex LG fejn meħtieġ tidentifika l-argumenti li magħhom huma relatati inferenzi partikolari possibbli. Għalhekk inqis li l-kritika proċedurali ta’ LG ta’ din l-ittra ta’ fatti mhuwiex ġustifikat.

(14)

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom LG ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan.

(15)

Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.

Brussell, id-29 ta’ Settembru 2017.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) (“ir-Regolament Nru 773/2004”).

(4)  Din it-talba ġiet indirizzata lili, iżda ġiet ittrasferita lil DĠ Kompetizzjoni minħabba l-ħtiġijiet tal-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/7


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta' Ottubru 2017

rigward proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Il-Każ AT.39813 — Baltic Rail)

(notifikat bid-dokument C(2017) 6544)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2017/C 383/08)

Fit-2 ta' Ottubru 2017 l-Kummissjoni adottat deċiżjoni relatata ma' proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni se tiġi ppubblikata bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

1.   Introduzzjoni

1.

Il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija ferrovjarja Litwana tal-istat, AB Lietuvos geležinkeliai (“LG”), ħadet vantaġġ mill-pożizzjoni dominanti tagħha bħala l-kumpanija responsabbli mill-infrastruttura ferrovjarja billi neħħiet binarji li kienu jwasslu mill-Litwanja sal-fruntiera mal-Latvja u għalhekk evitat li kumpanija ferrovjarja li qed tikkompeti tidħol fis-suq Litwan. Il-Kummissjoni imponiet multa fuq LG u ordnatha ttemm il-ksur.

2.   Proċedura

2.

Fl-14 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet ilment skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ppreżentat minn AB ORLEN Lietuva (“OL”) kontra LG.

3.

Bejn it-8 u l-10 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni wettqet spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-bini ta' LG.

4.

Fis-6 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti kontra LG fit-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2) u l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.

Fil-5 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet kontra LG. Is-seduta ta' smigħ saret fis-27 ta' Mejju 2015.

6.

Fit-23 ta' Ottubru 2015 il-Kummissjoni bagħtet Ittra ta' Fatti lil LG li rrispondiet għaliha fit-2 ta' Diċembru 2015.

3.   Il-fatti

7.

LG għandha monopolju legali tal-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja fil-Litwanja.

8.

L-ilmentatur, OL, hija s-sid ta' raffinerija fil-Litwanja ħdejn il-fruntiera mal-Latvja. OL hija dipendenti fuq it-trasport ferrovjarju għat-trasportazzjoni tal-prodotti tagħha mir-raffinerija. L-akbar parti mill-produzzjoni tagħha hija trasportata għall-port Litwan ta' Klaipeda għal esportazzjoni bil-baħar. OL hija konsumatur importanti ta' LG.

9.

Fl-2008, OL kienet qed teżamina l-possibilità li taqleb għall-portijiet Latvjani bl-użu tas-servizzi tal-kumpanija ferrovjarja Latvjana (“LDZ”). Għal dak l-iskop il-merkanzija ta' OL tiġi ttrasportata lejn il-Latvja fuq rotta ta' 34 kilometru mir-raffinerija sal-fruntiera. F'Settembru 2008 LG issospendiet it-traffiku fuq taqsima ta' 19-il kilometru mir-rotta (“Binarji”) minħabba allegata deformazzjoni tul 40 metru (“Deformazzjoni”). F'Ottubru 2008 LG żarmat għal kollox 19-il kilometru ta' Binarji li minn dakinhar ma reġgħux inbidlu.

4.   Valutazzjoni Legali

10.

Il-Kummissjoni tqis li billi neħħiet il-Binarji kompletament, LG irrikorriet għal metodi differenti minn dawk li jikkundizzjonaw il-kompetizzjoni normali, billi: LG kienet konxja li l-pjanijiet ta' OL kienu li taqleb għall-portijiet Latvjani bl-użu tas-servizzi ta' LDZ; it-tneħħija tal-Binarji minn LG saret b'għaġġla kbira mingħajr ma ġew żgurati l-fondi meħtieġa u mingħajr ma ttieħdu l-ebda mill-passi preparatorji normali għall-bini mill-ġdid tagħha; it-tneħħija tal-Binarji kienet tmur kontra l-prattika standard; LG ħadet passi biex tikkonvinċi lill-gvern Litwan ma jibnix il-Binarji mill-ġdid.

11.

Il-Kummissjoni sabet li l-Binarji kienu jippermettu li ssir l-aktar rotta qasira u rħisa mir-raffinerija għall-port. Minħabba l-qrubija tagħha għall-Latvja u għall-bażi loġistika ta' LDZ, din ir-rotta ppreżentat ukoll għażla favorevoli ħafna għal LDZ biex tidħol fis-suq Litwan.

12.

It-tneħħija tal-Binarji ppreġudikat il-pożizzjoni kompetittiva ta' LDZ vis-à-vis LG u rendiet id-dħul tagħha fis-suq Litwan ħafna aktar diffiċli. Wara t-tneħħija tal-binarji, it-trasport ferrovjarju mir-raffinerija għall-port (kemm fil-Litwanja kif ukoll fil-Latvja) irid jgħaddi minn rotot ħafna itwal fit-territorju tal-Litwanja. Dan ikun jeħtieġ li LDZ topera 'l bogħod mill-bażi loġistika tagħha fil-Latvja u jagħmilha dipendenti fuq is-servizzi ta' infrastruttura tal-kompetitur tagħha, LG. F'dawn iċ-ċirkostanzi LDZ taffaċċja riskji kummerċjali sinifikanti, riskji li hija anqas probabbli li lesta tehodhom.

13.

LG iġġustifikat l-azzjonijiet tagħha bl-argument li wara li seħħet id-Deformazzjoni, kien hemm bżonn ir-renovazzjoni tal-Binarji kollha qabel ma jerġgħu jibdew jgħaddu l-ferroviji. Skont LG, ir-renovazzjoni l-ewwel kienet teħtieġ li jitneħħew il-binarji kompletament. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dawn l-ispjegazzjonijiet kienu inkonsistenti ma' xulxin, u ġieli kienu jikkontraddixxu lil xulxin jew ma kinux konvinċenti. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li LG naqset milli turi ġustifikazzjoni oġġettiva għat-tneħħija tal-Binarji.

5.   Multi

14.

Fid-dawl tal-gravità u d-dewmien ta' dan il-ksur li għadu għaddej, il-Kummissjoni imponiet multa ta' EUR 27 873 000 fuq LG.

6.   Rimedji

15.

Il-Kummissjoni qieset li jista' jkun hemm diversi rimedji strutturali jew ta' mġiba possibbli, li jew jerġgħu jdaħħlu s-sitwazzjoni kompetittiva li kien hemm qabel it-tneħħija tal-binarji jew inkella jeliminaw l-iżvantaġġi li dawn jaffaċċjaw kompetituri potenzjali fuq ir-rotot alternattivi lejn il-portijiet.

16.

Il-Kummissjoni ordnat lil LG biex ittemm il-ksur u biex tippreżentalha proposta għal miżuri fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni għal dan l-għan.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Ujjoni Ewropea.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8724 — The Carlyle Group/Palmer & Harvey McLane (Holdings))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 383/09)

1.

Fis-7 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Carlyle Group (l-Istati Uniti tal-Amerika),

Palmer & Harvey McLane (Holdings) Limited (ir-Renju Unit)

The Carlyle Group, permezz tas-sussidjarja tagħha Carlyle Sħab Strategic IV, L.P., takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Palmer & Harvey McLane (Holdings) Limited kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal The Carlyle Group: ġestjoni tal-assi alternattivi dinjin

—   għal Palmer & Harvey McLane (Holdings) Limited: distribuzzjoni ta’ firxa ta’ prodotti bħat-tabakk, l-alkoħol, il-ħelu u prodotti tal-merċa lill-ħwienet bl-imnut, il-ħwienet lokali (convenience stores) u pompi tal-petrol fir-Renju Unit, u t-tħaddim ta’ ħwienet lokali fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8724 — The Carlyle Group/Palmer & Harvey McLane (Holdings)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8672 — easyJet/Certain Air Berlin Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 383/10)

1.

Fis-7 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

easyJet (ir-Renju Unit),

Certain Air Berlin Assets (“il-Mira”, il-Ġermanja),

EasyJet tikseb fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet ta’ Air Berlin.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal easyJet: trasport tal-passiġġieri bl-ajru bi prezzijiet baxxi minn punt għal ieħor fl-Ewropa,

—   għall-Mira: assi li qabel kienu jagħmlu parti tal-operazzjonijiet tal-Air Berlin fl-ajruport ta’ Berlin Tegel, inklużi slots u postijiet ta’ parkeġġ mil-lum għall-għada.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8672 — easyJet/Certain Air Berlin Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 383/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“MOULES DE BOUCHOT DE LA BAIE DU MONT-SAINT-MICHEL”

Nru tal-UE: PDO-FR-0547-AM01 — 5.4.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Kumitat DOP “Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel”

Le Port Est

35960 Le Vivier-sur-Mer

FRANCE

Tel. +33 299163840

Posta elettronika: contact@moules-aop.com

Il-grupp huwa ffurmat minn bejjiegħa, operaturi u kumpaniji li jippakkjaw il-“Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel”. Għaldaqstant, għandu d-dritt leġittimu li jipproponi emendi.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: Aġġornament tad-dettalji, tipi ta’ operaturi, kontrolli.

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP rreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

It-Taqsima: “Żona ġeografika”

Tiżdied il-frażi “L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-‘Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel’, mit-trobbija tal-maskli sal-ippakkjar, iseħħu fiż-żona”.

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara aħjar l-istadji li għandhom iseħħu bilfors fiż-żona ġeografika tad-DOP.

Estensjoni taż-żona għas-sezzjonijiet katastali AM u ZC tal-komun ta’ Dol-de-Bretagne. Din il-parti komuni tissodisfa l-kriterji tad-delimitazzjoni taż-żona rreġistrata attwalment u tinsab f’kontinwità immedjata maż-żona attwali. Din it-talba għall-estensjoni taż-żona ġeografika hija ġustifikata minħabba d-diffikultajiet ta’ kostruzzjoni fil-komuni fiż-żona ġeografika minħabba n-nuqqas ta’ żoni residenzjali. Madankollu, huwa indispensabbli li jkunu jeżistu faċilitajiet ta’ preparazzjoni u ta’ ppakkjar viċin il-post tat-trobbija sabiex il-maskli jitħejjew malajr.

Żieda tal-komun ta’ Hirel mal-lista tal-muniċipalitajiet taż-żona ġeografika.

Din l-emenda għandha l-għan li tikkoreġi żball. Dan il-komun jissemma’ fid-dokument uniku, iżda kien tħalla barra mill-ispeċifikazzjonijiet.

Intestatura “Prova tal-oriġini”

Fir-rigward tar-regoli ta’ dikjarazzjoni tal-identifikazzjoni tal-operaturi sabiex jipproduċu bid-denominazzjoni, il-kjarifiki “permezz ta’ ittra rreġistrata flimkien ma’ talba ta’ avviż ta’ riċevuta postali jew kwittanza” u “skont mudell ivvalidat mid-Direttur tal-Istituzzjoni nazzjonali tal-oriġini u l-kwalità (INAO)” huma mħassra.

Dawn l-elementi proċedurali huma tabilħaqq tal-pjan ta’ kontroll assoċjat mal-ispeċifikazzjoni u mhux tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni stess.

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ identifikazzjoni tal-operaturi differenti, l-ispeċifikazzjoni rreġistrata ssemmi biss li r-referenzi tal-faċilitajiet ta’ preparazzjoni u ppakkjar għandhom jiġu indikati “inkluż, fejn xieraq, dawk użati għat-trattament tal-maskli ta’ oriġini oħra”. Huwa propost li l-elementi dwar maskli ta’ oriġini oħra jitneħħew.

Din id-dikjarazzjoni għandha l-għan li tiddeskrivi l-modalitajiet tal-produzzjoni sostenibbli li għandu aċċess għalihom l-operatur. Madankollu, l-użu tal-faċilitajiet jista’ jevolvi maż-żmien. Din il-kjarifika mhijiex xierqa fil-livell ta’ dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni u tista’ tinvolvi ħafna emendi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.

It-traċċabbiltà tal-maskli DOP u tal-maskli li mhumiex eliġibbli għad-DOP hija żgurata wkoll.

Għaż-żamma tar-reġistri li l-operaturi għandhom jimlew, huwa previst li: “Reġistru tal-ħżin jinkludi, għal kull riżerva u għal kull baċir, pjan ta’ tqassim tal-kontejners jew tal-mannes (qfief) u, għal kull wieħed minnhom, il-linji tal-bouchot tal-oriġini, id-data tad-dħul u d-data tal-ħruġ u d-destinazzjoni tal-maskli.”. Dan il-paragrafu huwa emendat kif ġej “Ir-reġistru tal-ħżin jispeċifika, partikolarment għal kull riżerva u għal kull baċir:

il-linji tal-bouchot tal-oriġini,

id-data tad-dħul u

id-data tal-ħruġ.”

Diversi snin tal-ħidma tad-DOP urew li d-diċitura preżenti fl-ispeċifikazzjoni mhijiex xierqa għaliex l-iskema ta’ tqassim tal-kontejners u tal-ħwat mhijiex prattika ta’ kuljum u d-destinazzjoni tal-maskli ma tkunx magħrufa fil-mument tal-ħżin. Id-destinazzjoni u t-traċċabbiltà jiġu kkonfermati fl-istadju tal-kunsinna.

Fir-rigward tat-trasport tal-maskli lesti biex jiġu ppakkjati, in-nota ta’ trasferiment diġà prevista fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi ssupplimentata biż-żieda ta’ “l-akronimu ‘Moules BMSM DOP’”.

Sabiex tittejjeb it-traċċabbiltà tal-maskli ġewwa ż-żona, iż-żieda ta’ dan l-akronimu ntgħażlet minflok l-isem sħiħ biex ikun jista’ jinqara bil-ħeffa. L-akronimu jista’ jintuża biss b’dan il-mod biex tiġi evitata kull ambigwità fit-tikkettar tal-prodotti offruti għall-bejgħ.

Barra minn hekk, il-paragrafu “In-nota ta’ trasferiment għandha titwaħħal mal-kontejner b’faxxa ta’ kulur differenti minn dak għall-kummerċjalizzazzjoni. Għandu jkollha l-akronimu ‘DOP’ u r-referenzi tal-impriża li ħaslet u għażlet il-maskli skont id-daqs.” tinbidel bi: “In-nota ta’ trasferiment għandha takkumpanja l-kontenitur li fuqu tkun imwaħħla faxxa ta’ kulur differenti minn dawk għall-kummerċjalizzazzjoni. Din il-faxxa jkun fiha l-akronimu ‘DOP’ kif ukoll in-numru ta’ referenza tal-grupp.”

Fuq il-faxxa, ir-referenzi tal-impriża li tkun ħaslet u għażlet il-maskli skont id-daqs jiġu sostitwiti b’numru tal-ordni li jagħmel referenza għalih il-grupp, li hu stess jiżgura t-traċċabbiltà bejn in-numri tal-faxex u l-operaturi. Din l-emenda tippermetti monitoraġġ aħjar maż-żmien.

Fil-livell għat-tikkettar tal-unitajiet għall-bejgħ, il-frażi “Barra minn hekk, kull pakkett jiġi identifikat b’sistema ta’ marki maqbula mill-istitut nazzjonali tal-oriġini u l-kwalità u distribwiti mill-grupp.” hija sostitwita b’ “Din it-tikketta titwaħħal immedjatament wara l-ippakkjar, u b’tali mod li jiżgura li ma tistax tinfired minn mal-prodott.”

Minħabba l-varjetà ta’ tipi ta’ pakketti, il-grupp għażel tikkettar inseparabbli mill-prodott, skont l-għażla tal-operatur, minflok sistema ta’ marki. It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni obbligatorja li ma tinbidilx.

Il-frażi “Il-qfief jiġu identifikati permezz tal-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini miktuba minn qabel fuq il-kontenitur.” hija sostitwita b’ “Din it-tikketta titwaħħal immedjatament wara l-ippakkjar, u b’tali mod li żgur ma tkunx tista’ tinfired minn mal-prodott.”

Issa jintużaw forom ġodda ta’ imballaġġ. L-obbligu fuq il-qfief jista’ jkun diffiċli biex jiġi implimentat minħabba l-ġestjoni tal-istokkijiet ta’ imballaġġ u l-ispejjeż addizzjonali li dan jinvolvi. L-identifikazzjoni tad-DOP, issir permezz ta’ tikkettar inseparabbli u li jitqiegħed immedjatament wara l-ippakkjar, u dan jindirizza l-obbjettiv ta’ traċċabbiltà u joffri ftit flessibbiltà fl-għażla tal-kontenituri.

Fl-istess spirtu, l-obbligu għall-basktijiet “identifikati bl-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini stampat minn qabel fuq il-kontenitur” għandu jitneħħa wkoll. It-traċċabbiltà tiġi żgurata permezz tat-twaħħil tal-faxxa b’numru tas-serje li għamel referenza għaliha l-grupp, bħalma jsir għat-trasport tal-maskli lesti għall-ippakkjar.

Barra minn hekk, hemm bidliet ta’ abbozzar li għandhom isiru għal finijiet ta’ ċarezza u ta’ komprensjoni aħjar. Il-partijiet li ma għadhomx validi fil-konfront tar-regolamenti ġenerali tħassru wkoll.

Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”

Fir-rigward tal-metodi tal-ġbir tal-maskli, ġie miżjud li dan huwa “qbid fl-ambjent naturali”. Din il-prattika kienet parti impliċita mill-produzzjoni tal-maskli li jibbenefikaw mid-DOP. Din il-kjarifika għandha tippermetti li l-ispeċifikazzjoni tkun konformi ma’ dik tal-“Moules de Bouchot” STG.

Fir-rigward tal-propagazzjoni tal-bouchots, il-frażijiet “Il-frieħ jistgħu jibqgħu fis-sit tal-frieħ sa mhux iktar mill-31 ta’ Ottubru tas-sena tar-ripatrijazzjoni tal-larvi” u “Il-maskli u l-ħbula għandhom jitneħħew mis-sit tal-frieħ sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru.” tneħħew.

Fl-ispeċifikazzjoni, huwa wkoll previst li dawk il-puntali miżrugħa sal-31 ta’ Ottubru biss huma intitolati għad-denominazzjoni. Għalhekk din id-dispożizzjoni mhijiex relevanti għall-produzzjoni maħsuba għad-DOP. Barra minn hekk, minħabba maltempati fil-ħarifa u fix-xitwa, il-ħbula li jitħallew fis-siti aktarx jinqerdu.

Il-frażi “jitħalla għoli minimu ta’ 30 ċentimetru bejn l-art u tarf il-ħabel jew il-kolja.” hija sostitwita bi “jitħalla għoli minimu bejn il-qiegħ u n-naħa t’isfel tal-ħabel jew tal-kolja sabiex il-maskli ma jkunux f’kuntatt mal-qiegħ.”.

In-nuqqas ta’ kuntatt mal-qiegħ huwa kundizzjoni essenzjali għall-kultivazzjoni fuq il-bouchots. Il-kuntatt mal-qiegħ ikollu effett fuq it-togħma tal-maskli u, ukoll, tinħtieġ distanza minima bejn il-qiegħ u n-naħa t’isfel tal-ħbula għall-użu tal-pêcheuse, għodda li tintuża biex tiġbor il-maskli u sabiex ikun żgurat li l-maskli kollha jinqalgħu minn mal-bouchot. Jekk jibqa’ xi maskli wara l-ġbir, dawn jistgħu ikunu sorsi ta’ kontaminazzjoni għal ċerti parassiti tal-maskli. Inevitabbilment, il-produtturi josservaw id-distanza minima sabiex iqisu dawn ir-restrizzjonijiet tekniċi. Madankollu, id-distanza bejn in-naħa t’isfel tal-ħabel jew tal-kolja u l-qiegħ tista tvarja wara ż-żrigħ minħabba l-movimenti tar-ramel.

Ir-referenza għar-regoli nazzjonali għall-iffissar tar-rata taż-żrigħ tal-puntali - “Skont id-Digriet tat-22 ta’ Marzu 1983 emendat biex jiffissa s-sistema ta’ awtorizzazzjoni tal-azjendi agrikoli tal-baħar, ir-rata ffissata għad-denominazzjoni” - tneħħiet, peress li dan it-test huwa mħassar.

Ir-rata massima ta’ żrigħ tal-bouchot, stabbilita fl-ispeċifikazzjoni attwali skont is-settur ta’ installazzjoni tal-puntali fil-bajja ġie emendat kif ġej:

Il-paragrafu:

“—

65 % għal kull linja ta’ 100 metru lineari fil-parti fil-Lvant tal-bief ta’ Vivier-sur-Mer f’Cherrueix u l-parti fil-Majjistral u fil-Grigal tal-banc ta’ Hermelles;

55 % għal kull linja ta’ 100 metru lineari fil-bqija taż-żona tat-trobbija demarkata”.

għandu jinbidel bi:

“—

65 % għal kull linja ta’ 100 metru lineari fil-parti fil-Lvant tal-bief ta’ Vivier-sur-Mer f’Cherrueix u l-parti fil-Majjistral tal-banc ta’ Hermelles u d-99 linja li jinsabu l-aktar fin-Nofsinhar tal-parti fil-Grigal tal-banc ta’ Hermelles;

55 % għal kull linja ta’ 100 metru lineari fil-bqija taż-żona tat-trobbija.”.

L-emenda għandha tneħħi l-ambigwità, billi d-definizzjoni ta’ dawn is-setturi kienet inkluża b’mod inkomplet u kienet tinftiehem li r-rata ta’ 65 % hija applikabbli għaż-żona kollha (iż-żona tat-tħawwil tal-bouchots) fil-parti tal-Grigal tal-banc ta’ Hermelles, filwaqt li dan hu biss għall-parti l-aktar fin-Nofsinhar ta’ din iż-żona.

Fir-rigward tat-tul tal-puntali, il-kliem “ta’ għoli massimu ta’ 5,5 m” għandhom jitħassru.

It-tul tal-puntali ġie stabbilit fiż-żmien tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-DOP, fuq il-bażi tal-użijiet identifikati. Madankollu, ma hemmx ġustifikazzjoni teknika għal-limitu fuq it-tul tal-puntali. Barra minn hekk, puntali itwal għandhom il-vantaġġ li jistgħu jindifnu aktar fil-fond u għalhekk il-puntali jkunu jifilħu iktar għall-kurrenti tal-baħar li jista’ jaqilgħuhom. L-għoli taz-żrigħ tal-puntali huwa limitat għal 3,5 metri u dan ma nbidilx.

Il-kliem “fuq il-bouchots” żdiedu mal-frażi “Wara l-perjodu tat-trobbija fuq il-bouchots ta’ iktar minn erbgħa u għoxrin xahar, il-maskli ma jibqgħux eliġibbli għad-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Moules de bouchot de la baie du Mont Saint-Michel’”.

Din il-kjarifika għandha tkun fornuta għall-finijiet ta’ kontroll biex jiġi ċċarat il-perjodu ta’ referenza li fih il-maskli ma jistgħu jinbiegħu bħala DOP. Il-perjodu tat-trobbija fis-siti tal-frieħ ma għandux jitqies.

Fil-frażi, “Ir-redditu annwali medju massimu ta’ 60 kg maskli ikkummerċjalizzati għal kull puntal huwa ffissat għat-totalità tal-konċessjonijiet […]”, l-aġġettiv “medju” huwa miżjud.

Din l-emenda għandha l-għan li tispjega s-suġġett tal-ispezzjoni. Ir-redditu annwali massimu jiġi kkontrollat fuq il-bażi tal-medja tal-konċessjoni, mhux għal kull puntal.

Fir-rigward tal-perjodu tal-ġbir, il-frażi “Il-perjodu tal-ġbir tal-maskli huwa stabbilit bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik għaż-żrigħ tal-puntali kkonċernati.” hija sostitwita b’ “Il-perjodu tal-ġbir tal-maskli huwa stabbilit bejn il-15 ta’ Ġunju tas-sena wara s-sena taż-żrigħ tal-puntali kkonċernati u l-15 ta’ Frar ta’ wara.”

Din l-emenda tikkoreġi żball ta’ abbozzar. Fil-fatt, il-puntali jinżergħu fl-ewwel sena (N) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru. Il-ġbir isir fis-sena ta’ wara (N+1) mhux qabel il-15 ta’ Ġunju u għandu jseħħ sal-15 ta’ Frar ta’ wara, jiġifieri s-sena N+2.

Il-kliem “tas-sena ta’ wara s-sena taż-żrigħ” jirreferu għalhekk għall-15 ta’ Ġunju u mhux għall-15 ta’ Frar kif tgħid il-verżjoni fis-seħħ.

Il-frażi “Il-maskli mrobbija għal perjodu minimu ta’ tmintax-il xahar jistgħu jinġabru mill-15 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara dik għaż-żrigħ tal-bouchots kkonċernati.” hija kkoreġuta kif ġej: “Il-maskli mrobbija fuq il-bouchots għal perjodu ta’ bejn 19-il xahar u nofs u 24 xahar jistgħu jinġabru mill-15 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju.”

Il-paragrafu emendat jirreferi għall-maskli komunement magħrufa bħala “ta’ sentejn” u jispeċifika li dawn għandhom jiġu miġbura fil-bidu tal-istaġun. L-abbozzar fl-ispeċifikazzjoni attwali huwa żbaljat billi l-maskli fuq bouchots miżrugħa f’sena partikolari (N) ma jistgħux ikollhom 18 xhur ta’ trobbija fuq il-bouchot fis-sena ta’ wara (N+1) fil-bidu tal-istaġun tal-ġbir.

Il-perjodu tat-trobbija tal-maskli kkonċernati ġie kkalkulata mill-ġdid mid-dati ta’ żrigħ possibbli:

Għaż-żrigħ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena N, mill-inqas 19-il xahar u nofs sal-15 ta’ Ġunju tas-sena N+2;

Il-maskli ta’ aktar minn 24 xahar ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati bħala DOP.

It-termini u l-kundizzjonijiet għall-ftuħ u l-għeluq tal-ġbir huma stipulati f’żewġ paragrafi separati sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni tagħhom.

Fir-rigward tal-possibilità li jirriservaw il-maskli wara l-ġbir, l-ispeċifikazzjoni reġistrata tipprevedi li dawn jistgħu jiġu riservati jekk “jitqiegħdu f’kontenituri magħluqa”. L-aġġettiv “clos” huwa mħassar. Fil-fatt, il-kontenituri ma għandhomx bżonn ikunu magħluqa meta l-maskli jitqiegħdu f’kontenitur. Il-kontenituri li minnhom tgħaddi l-arja jippermettu l-flussi tal-ilma. Il-maskli ma jistgħux jitneħħew mir-reċipjenti.

Il-kontenituri tal-maskli riservati f’konċessjonijiet f’nofs il-baħar ma jkunux issiġillati iżda jridu jitqiegħdu ġo faċilità magħluqa biex il-maskli ma jinġarrux mill-kurrent tal-baħar.

Il-frażi “Il-ħxuna minima bejn l-iżbarri tal-grilji użati għall-għarbiel tal-maskli hija ta’ 12 mm.” tinbidel bi “Tintuża grilja bi spazji minimi ta’ 12 mm biex il-maskli jitqassmu skont id-daqs.”

Din l-emenda għandha l-għan li tippreċiża li huwa obbligatorju li l-maskli jitqassmu skont it-daqs. Billi t-tekniki qed jevolvu, ir-referenza għal “żbarri fil-grilja” tħassret biex tippermetti lill-produtturi jużaw kwalunkwe tip ta’ għarbiel. Din l-emenda tikkonċerna biss il-metodu u għalhekk, il-valur ta’ mira għall-għarbiel għadu ta’ 12 mm. Barra minn hekk, il-kelma “criblées”, li tiddeskrivi maskli fil-frażi “il-maskli jiġu maħsula, criblées u magħżula skont id-daqs”, għandha tiżdied biex tiċċara li din l-operazzjoni hija obbligatorja.

Fir-rigward tal-fażi tal-ippakkjar tal-maskli, il-frażi “Il-lottijiet ta’ maskli lesti għall-ippakkjar għandhom jinkludu proporzjon ta’ massimu ta’ 20 % tal-maskli ta’ inqas minn 4 cm” hija sostitwita b’ “Il-lottijiet ta’ maskli lesti għall-ippakkjar jista’ jkun fihom proporzjon massimu ta’ 20 % bil-piż ta’ maskli iżgħar minn 4 cm”. Il-kelma “għandhom” hija sostitwita bil-kelma “jistgħu” billi din hija firxa ta’ tolleranza, mhux obbligu. Huwa ppreċiżat li l-proporzjon ta’ maskli iżgħar minn 4 cm huwa espress bħala piż sabiex il-metodu tal-kontroll ikun ċar.

Il-paragrafu “Ir-rata ta’ mili tal-maskli lesti għall-ippakkjar tista’ tiġi emendata b’deċiżjoni ministerjali f’ċirkostanzi eċċezzjonali, għal ġbir partikolari, determinata fuq proposta tal-Kumitat Nazzjonali kompetenti tal-INAO. Madankollu, dawn il-valuri ma jistgħu fl-ebda każ ikunu anqas minn 5 % tal-proporzjon minimu stipulat fil-punt 2 ‘Deskrizzjoni tal-prodott’.”

għandu jinbidel bi:

“Jekk, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, il-grupp jitlob emenda temporanja tal-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni għal ċirkostanzi eċċezzjonali, il-proporzjon tal-laħam mal-qoxra ma għandux ikun inqas minn 114, jiġifieri tnaqqis ta’ 5 %, sabiex tinżamm l-ispeċifiċità tal-maskli li jikkwalifikaw għad-denominazzjoni tal-oriġini.”

Dan il-paragrafu għandu jiġi aġġornat biex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-grupp jixtieq iżomm valur minimu għall-proporzjon tal-laħam mal-qoxra. Fil-fatt, huwa wieħed mill-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ispeċifiċità tad-DOP “Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel” u li kkontribwixxa għar-reputazzjoni tagħha. Il-grupp iqis li maskli li ma jistgħux jiksbu l-indiċi 114 ma għandhomx jitħallew jiġu kkumerċjalizzati bħala DOP, anki f’każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

Il-kwalifika “finali” żdiedet fil-frażi “L-ippakkjar finali u l-kummerċjalizzazzjoni tal-maskli isiru f’kontenituri li jesgħu massimu ta’ 15 kg.”. Din l-emenda għandha l-għan li tippreċiża l-kapaċità massima ta’ 15 kg u ma tapplikax għal kontenituri użati għat-trasport fiż-żona tal-maskli lesti biex jiġu ppakkjati iżda biss għall-ippakkjar finali.

Il-frażi “L-ippakkjar finali jista’ jsir fi xkejjer ta’ 2 sa 15-il kilogramm jew fi qfief ta’ 0,5 sa 7 kilogrammi.” titħassar. Din il-frażi tippreżenta t-tipi ta’ kontenituri li jistgħu jintużaw iżda ma tistabbilixxix obbligu.

Barra minn hekk, saru xi bidliet fl-abbozzar biex it-test jinqara u jinftiehem aħjar. Il-partijiet li jinsabu wkoll fir-regolamenti ġenerali u l-informazzjoni deskrittiva li hija rrelevanti għad-deskrizzjoni tal-prodott huma mħassra.

L-intestatura “Tikkettar”

Id-dispożizzjoni dwar l-indikazzjoni tal-isem tad-denominazzjoni hija emendata sabiex ikun hemm obbligu li t-tipa tkun identika għad-denominazzjoni kollha u ta’ daqs akbar mill-elementi l-oħra preżenti fuq it-tikketta. Il-grupp jixtieq jenfasizza aktar l-isem tad-denominazzjoni fuq it-tikketti.

It-tneħħija tal-frażi “sar-reġistrazzjoni Komunitarja, il-logo ‘DOP’, għandu jitqiegħed ħdejn l-isem tad-denominazzjoni, mingħajr kliem ieħor bejniethom”. Din hija dispożizzjoni tranżitorja, u din ir-regola ma għadhiex rilevanti, billi l-“Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel” ġiet irreġistrata bħala DOP f’Ġunju 2011.

Fir-rigward tal-elementi li jidhru fuq kull imballaġġ individwali, iż-żieda ta’ “il-piż tal-prodott ippakkjat; l-isem tal-operatur; ir-referenzi taċ-ċentru tal-ippakkjar; id-data tal-ippakkjar; in-numru ta’ referenza tal-imballaġġ.”

Din l-emenda tirriproduċi l-obbligi tal-parti “Prova tal-oriġini” u għandha l-għan li tiċċara l-informazzjoni li għandha tidher fuq it-tikketta.

Fir-rigward tal-obbligu li jiġi inkluż l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini, jitneħħa r-rekwiżit għal “dokumenti ta’ sostenn”.

Skont il-modifika tal-intestatura “Prova tal-oriġini” li tawtorizza l-użu tal-akronimu “Moules BMSM DOP” għad-dokumenti ta’ akkumpanjament tal-maskli, l-obbligu li jissemma isem sħiħ tneħħa.

Sabiex il-komunikazzjoni dwar id-DOP “Moules de bouchot de la baie du Mont Saint-Michel” tkun iktar konsistenti, ġie miżjud li “Fuq il-materjal ta’ komunikazzjoni, l-isem tad-denominazzjoni għandu jidher flimkien mal-kliem ‘Appellation d’origine protégée’ jew ‘AOP’ (DOP) u s-simbolu AOP (DPO) tal-Unjoni Ewropea.”

L-intestatura “Oħrajn”

“Aġġornament tad-dettalji”: Il-koordinati tas-servizz kompetenti tal-Istat kif ukoll dawk tal-grupp ġew aġġornati. L-isem tal-grupp ġie mibdul wara li saret ir-reġistrazzjoni tad-DOP, u ġie aġġornat.

“Tipi ta’ operaturi”: Biex tiġi evitata kull ambigwità u biex jintuża l-vokabularju tal-professjonisti tal-maskli, il-mod kif jiġu indikati t-tipi ta’ operaturi stabbiliti fl-intestatura “Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” huwa emendat: it-terminu “produttur” huwa sostitwit b’“operatur” u “ċentru ta’ spedizzjoni” b’“ċentru tal-ippakkjar”.

“Kontroll”: Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll ġew mibdula b’dawk tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll. L-għan ta’ din l-emenda huwa li tiġi evitata l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni fil-każ ta’ bidla fil-korp ta’ kontroll.

It-tabella bil-punti prinċipali li jridu jiġu kkontrollati ġiet aġġornata biex jitqiesu l-bidliet ippreżentati.

DOKUMENT UNIKU

“MOULES DE BOUCHOT DE LA BAIE DU MONT-SAINT-MICHEL”

Nru tal-UE: PDO-FR-0547-AM01 — 5.4.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Moules de Bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7. Ħut, molluski u krustaċji friski, flimkien ma’ prodotti derivati minnhom.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1

Il-“Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel” huma “moules de bouchot” ħajjin tal-ispeċi Mytilus edulis essenzjalment (inqas minn 5 % tal-maskli Mytilus galloprovincialis jew forom ibridi galloprovincialis-edulis). Dawn huma kkaratterizzati minn qoxra lixxa u skura, ta’ forma regolari u b’laħam ta’ kulur isfar fl-oranġjo, mingħajr granċijiet jew ramel. Il-konsistenza tal-laħam hija ratba u tarija u t-togħma tiegħu hija pjuttost ħelwa.

It-tul medju tal-maskli huwa ta’ 4 cm jew aktar, u huma jkollhom kontenut ta’ karboidrati ta’ aktar minn 4 % tal-laħam imsajjar u rata minima tal-laħam ta’ 120 skont l-Indiċi ta’ Lawrence u Scott.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni u l-preparazzjoni tal-“Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel” isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regolamenti speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika ddefinita. L-ippakkjar tal-maskli huwa operazzjoni importanti li tista’ taffettwa l-kwalità, l-awtentiċità u, sussegwentement, il-fama tad-denominazzjoni jekk ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq ma jiġux osservati.

Minħabba li l-maskli jitħassru malajr, jeħtieġ li ma jkunx hemm dewmien wara l-kultivazzjoni tal-maskli u li jkun hemm ċirkwiti rapidi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dan il-perjodu ma jistax jaqbeż it-18-il siegħa wara l-ħasil u l-klassifikazzjoni tal-maskli, l-ippakkjar fiż-żona demarkata għalhekk jippermetti li jiġu ppreservati l-kwalitajiet u l-karatteristiċi tal-prodott.

Il-maskli jiġu ttrasportati u kkummerċjalizzati f’pakketti ta’ kapaċità massima ta’ 15-il kilogramma.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq kull imballaġġ individwali, ikun hemm l-informazzjoni segwenti:

l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Moules de bouchot de la baie du Mont-Saint-Michel”, miktub b’ittri identiċi li d-dimensjonijiet tagħhom jeċċedu dawk tal-ikbar ittri fuq it-tikketta,

il-kliem “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni tal-oriġini protetta),

is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DOP immedjatament qabel jew wara d-denominazzjoni tal-oriġini, mingħajr test bejniethom,

il-piż tal-prodott bl-imballaġġ,

isem il-produttur,

ir-referenzi taċ-ċentru tal-imballaġġ,

id-data tal-ippakkjar u

in-numru ta’ referenza tal-imballaġġ.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika testendi mill-parti tax-xatt tal-Bajja ta’ Mont-Saint-Michel fin-Nofsinhar tal-linja bejn il-kampnar ta’ Carolles u l-Pointe de la Chaîne sal-Punent tal-limitu interdipartimentali bejn Ille u Vilaine/Manche, u tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Cancale, Cherrueix, Le Vivier-sur-Mer, Mont-Dol, Hirel, Saint-Benoît-des-Ondes, Saint-Méloir-des-Ondes et Dol-de-Bretagne (fis-sezzjonijiet katastali AM u CA biss).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-muniċipalitajiet ikkonċernati mid-denominazzjoni tal-oriġini “Moules de bouchots de la baie du Mont-Saint-Michel” jinsabu mal-kosta tal-bajja ta’ Mont-Saint-Michel, fit-tarf tal-golf tan-Normandija u l-Brettanja.

Il-bajja ta’ Mont-Saint-Michel, li hija kkaratterizzata mix-xtajta vasta tagħha b’inklinazzjoni baxxa ferm u mill-akbar meded ta’ marea tal-kosti Franċiżi, għandha diversi ekosistemi (“polders”, bwar salmastri, meded tal-art mimlija tajn li jibqgħu mikxufin meta l-marea tkun baxxa, estwarji, eċċ.) li huma kkaratterizzati mill-interazzjoni ta’ ambjenti terrestri, marittimi u ta’ tranżizzjoni bejn l-art u l-baħar.

Il-mases tal-ilma li jkopru din il-medda kbira ta’ ilma baxx jisħnu sew mir-rebbiegħa u, minħabba r-ramel fin jew fin sa medju, ikollhom depożitu kbir ta’ sedimenti. Ladarba jidħlu fil-bajja, dawn jiċċaqalqu bil-mod ħafna, ħlief għal ċaqliq marbut mal-marea u mar-riħ.

Barra minn hekk, il-bajja ta’ Mont-Saint-Michel hija kkaratterizzata mill-fatt li m’għandhiex popolazzjonijiet endemiċi sinifikanti ta’ Mytilidae. Il-Mytilus galloprovincialis huwa preżenti biss f’dan l-ambjent f’ammonti żgħar u l-Mytilus edulis ma jirnexxilux jirriproduċi fih.

Huma dawn il-kundizzjonijiet naturali eċċezzjonali li wasslu lil għadd ta’ professjonisti minn Charentes biex jintroduċu, fl-aħħar tas-snin ħamsin, it-trobbija tal-maskli fuq il-puntali. Dawn il-produtturi, li kienu konxji mir-riskji li l-produzzjoni żejda setgħet titfa’ fuq l-ambjent u fuq il-prodott, ħeġġew l-istabbiliment ta’ regolamenti stretti dwar l-istallazzjoni tal-puntali. Fl-aħħar nett, dawk li jrabbu l-maskli implimentaw proċedura għall-ftuħ u għall-għeluq tal-ġbir fid-dawl tat-testijiet analitiċi u organolettiċi sabiex jiġi evitat li l-maskli jinġabru meta jkun għadu kmieni wisq, jiġifieri meta jkun għadhom ma kibrux biżżejjed.

Speċifiċitajiet tal-prodott

Il-“Moule de Bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel” huwa masklu tal-ispeċi Mytilus edulis, imrobbi fuq il-puntali u li jingħaraf sew mill-maskli tal-istess speċi u tal-istess mod ta’ trobbija li jkunu ġejjin minn baċiri oħrajn, l-aktar minħabba l-qoxra mimlija ħafna, il-kontenut għoli ta’ karboidrati u l-laħam safrani fl-oranġjo tiegħu, kif ukoll minħabba l-konsistenza ratba u tarija tiegħu u t-togħma pjuttost ħelwa tiegħu.

Minħabba dawn il-karatteristiċi, il-maskli mrobbija fuq il-puntali tal-bajja ta’ Mont-Saint-Michel iservu bħala punt ta’ referenza fis-suq, b’mod partikulari permezz tal-prezz tal-bejgħ tagħhom li huwa ogħla mill-prodotti ta’ ċentri oħrajn ta’ produzzjoni.

Rabta kawżali

Fis-snin ħamsin, dawk li kienu jrabbu l-maskli li kienu ġejjin mill-bajja ta’ Aiguillon, li kienu qed ifittxu siti ġodda adattati għall-produzzjoni tal-maskli fuq il-puntali sabu fil-bajja ta’ Mont-Saint-Michel kundizzjonijiet partikolarment favorevoli minħabba l-inklinazzjoni baxxa ħafna u regolari ħafna tax-xtajta tagħha u t-toroq ta’ aċċess tradizzjonali għaliha bil-baħar jew bl-art.

Il-kundizzjonijiet batimetriċi jgħinu sabiex il-maskli jibbenefikaw ferm mill-vantaġġi tat-trobbija fuq il-puntali. Huma jwasslu wkoll għall-karatteristiċi termiċi u għas-sedimentazzjoni tal-mases tal-ilma li jiffavorixxu l-abbondanza ta’ riżorsi nutrittivi, u b’hekk l-ebda ikel addizzjonali ma huwa meħtieġ għall-maskli. Barra minn hekk, it-tul ta’ żmien li l-mases tal-ilma jagħmlu fil-qiegħ tal-bajja jippermetti li l-ġenerazzjonijiet suċċessivi ta’ fitoplankton jibqgħu f’kuntatt fit-tul mal-maskli u b’hekk jitimgħuhom b’mod abbondanti.

Riżorsi abbondanti oħrajn tal-ikel ġejjin mill-ekosistemi differenti tal-bajja u jikkontribwixxu għar-rata kbira tal-mili kif ukoll għall-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-“Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel”. Fost dawn ir-riżorsi differenti, il-mikroalka li hemm fil-wiċċ tal-meded tal-art mimlija tajn li jibqgħu mikxufin meta l-marea tkun baxxa li hemm fix-xtajta għandhom rwol importanti għaliex ġie nnutat li 96 % tal-iskeletri siliċiċi misjuba fil-kontenut tal-istonku tal-“Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel” jappartjenu għal 4 speċijiet ta’ dijatomi li jikkolonizzaw dawn is-sedimenti.

Barra minn hekk, il-karatteristiċi tal-mases tal-ilma, minħabba li jipprojbixxu l-preżenza tal-Mytilus galloprovincialis u r-riproduzzjoni tal-Mytilus edulis, iħarsu lill-maskli mrobbija fil-bajja minn kwalunkwe kompetizzjoni għall-ispazju u għall-ikel u jippermettulhom jikbru b’rata mgħaġġla.

Fl-aħħar nett, huwa minħabba l-miżuri differenti implimentati mill-professjonisti biex din ir-riżorsa tkun ikkontrollata u biex jitħares dan l-ambjent li din ir-riżorsa tista’ tintuża mill-“Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel”.

Għaldaqstant, l-ambjent ġeografiku tal-bajja ta’ Mont-Saint-Michel, permezz tal-komponenti naturali tiegħu, sfruttati bil-galbu mill-professjonisti sa minn meta nbdiet din il-produzzjoni, jagħti lill-maskli tal-ispeċi Mytilus edulis imrobbija fuq il-puntali karatteristiċi speċifiċi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-ac05965a-3df9-44d9-91fb-c7f52e9e6f0f/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.