ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 379

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
10 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 379/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2017 fir-rigward tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-faċilità tat-trattament tal-iskart radjuattiv Neckarwestheim RBZ-N, li tinsab fil-Land ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja

1

2017/C 379/02

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2017 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv Unterweser, li tinsab fis-sit tal-impjant nukleari Unterweser KKU fil-Land tas-Sassonja t’Isfel, il-Ġermanja

3

2017/C 379/03

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2017 dwar il-pjan modifikat għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Faċilità ta’ Riċiklaġġ tal-Metalli Cyclife UK Ltd, li tinsab f’Workington, Cumbria, ir-Renju Unit

4


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 379/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8542 — The Carlyle Group/CVC/China Investment Corporation/ENGIE E&P International) ( 1 )

5

2017/C 379/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8663 — CNP Assurances/Macquarie/Predica/Pisto) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 379/06

Rata tal-kambju tal-euro

6

2017/C 379/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)  ( 1 )

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 379/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8633 — Lufthansa/certain Air Berlin assets) ( 1 )

14

2017/C 379/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8698 — EQT/Curaeos Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2017

fir-rigward tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-faċilità tat-trattament tal-iskart radjuattiv Neckarwestheim RBZ-N, li tinsab fil-Land ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja

(it-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2017/C 379/01)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fis-27 ta’ April 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet Dejta Ġenerali mingħand il-Gvern tal-Ġermanja, marbuta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li joriġina mill-faċilità tat-trattament tal-iskart radjuattiv Neckarwestheim RBZ-N, b’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom.

Abbażi ta’ din id-dejta u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet din l-opinjoni:

1.

Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ Franza, hija ta’ 69 km.

2.

Fil-kundizzjonijiet operazzjonali normali tal-faċilità tat-trattament tal-iskart radjuattiv Neckarwestheim RBZ-N, l-iskariki ta’ effluwenti gassużi u likwidi radjuattivi mhux qed jitqiesu li jistgħu jikkawżaw esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

3.

L-iskart solidu radjuattiv jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jintbagħat lil faċilitajiet ta’ trattament jew rimi liċenzjati fil-Ġermanja.

4.

F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ modifika għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li joriġina mill-faċilità tat-trattament tal-iskart radjuattiv Neckarwestheim RBZ-N, li tinsab fil-Land ta’ Baden-Württemberg fil-Ġermanja kemm waqt l-operat normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li mhux se tirriżulta f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1) u d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti; u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1) b’effett mis-6 ta’ Frar 2018.


10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/3


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2017

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv Unterweser, li tinsab fis-sit tal-impjant nukleari Unterweser KKU fil-Land tas-Sassonja t’Isfel, il-Ġermanja

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2017/C 379/02)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fis-17 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet Dejta Ġenerali mingħand il-Gvern tal-Ġermanja, marbuta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li joriġina mill-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv Unterweser, b’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom.

Abbażi ta’ din id-dejta u tat-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fil-25 ta’ April 2017 u pprovduti mill-awtoritajiet Ġermaniżi fid-29 ta’ Ġunju 2017, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ in-Netherlands, hija ta’ 90 km.

2.

F’kundizzjonijiet normali ta’ operat, il-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv Unterweser mhux ser tirrilaxxa effluwenti radjuattivi likwidi jew gassużi fl-ambjent. Għalhekk din il-faċilità mhix se tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni regolatorji tar-rimi tal-iskart għal effluwenti bħal dawn. Din il-faċilità għalhekk x’aktarx li ma tikkawżax esponiment għall-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor li jkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, b’rabta mal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

3.

L-iskart solidu radjuattiv sekondarju jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jintbagħat lil faċilitajiet ta’ trattament jew rimi liċenzjati fil-Ġermanja.

4.

F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li joriġina mill-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv Unterweser, li tinsab fl-impjant nukleari Unterweser KKU fil-Land tas-Sassonja t’Isfel, fil-Ġermanja, kemm waqt l-operat normali kif ukoll f’każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li ma tirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lati tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1) u d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti; u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1) b’effett mis-6 ta’ Frar 2018.


10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/4


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2017

dwar il-pjan modifikat għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Faċilità ta’ Riċiklaġġ tal-Metalli Cyclife UK Ltd, li tinsab f’Workington, Cumbria, ir-Renju Unit

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2017/C 379/03)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fit-30 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, id-Dejta Ġenerali relatata mal-pjan modifikat għar-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta mill-Faċilità ta’ Riċiklaġġ tal-Metalli Cyclife UK Ltd.

Abbażi ta’ din id-dejta u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet din l-opinjoni:

1.

Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Irlanda, hija ta’ 180 km.

2.

Il-modifika ppjanata tikkonċerna żieda fil-limitu ta’ skarika awtorizzata ta’ effluwenti radjuattivi likwidi.

3.

F’kundizzjonijiet tal-operat normali, il-modifika ppjanata x’aktarx ma tikkawżax esponiment għall-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor li jkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-limiti tad-doża stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (3).

4.

F’każ li jkun hemm skariki mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan modifikat għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li joriġina mill-Faċilità ta’ Riċiklaġġ tal-Metalli Cyclife UK Ltd (li qabel kien jisimha Studsvik UK Ltd), li tinsab f’Workington, Cumbria, ir-Renju Unit, kemm waqt l-operat normali kif ukoll f’każ ta’ aċċidenti tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li mhux se tirriżulta f’kontaminazzjoni radjuattiva li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ li jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll għad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u għad-Direttiva 2000/60/KE li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1) u d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1) b’effett mis-6 ta’ Frar 2018.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8542 — The Carlyle Group/CVC/China Investment Corporation/ENGIE E&P International)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 379/04)

Fis-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8542. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8663 — CNP Assurances/Macquarie/Predica/Pisto)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 379/05)

Fil-31 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8663. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Novembru 2017

(2017/C 379/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1630

JPY

Yen Ġappuniż

131,75

DKK

Krona Daniża

7,4422

GBP

Lira Sterlina

0,88633

SEK

Krona Żvediża

9,7355

CHF

Frank Żvizzeru

1,1589

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4535

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,528

HUF

Forint Ungeriż

312,08

PLN

Zloty Pollakk

4,2346

RON

Leu Rumen

4,6400

TRY

Lira Turka

4,4962

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5144

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4779

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0701

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6715

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5819

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 299,91

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,5306

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7193

HRK

Kuna Kroata

7,5385

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 729,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,8790

PHP

Peso Filippin

59,597

RUB

Rouble Russu

69,0726

THB

Baht Tajlandiż

38,495

BRL

Real Brażiljan

3,7762

MXN

Peso Messikan

22,2416

INR

Rupi Indjan

75,5600


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

(Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 379/07)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni.

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni li ġie sostitwit

Kummenti

010001-00-0301

Precast concrete composite wall with point connectors

 

 

020001-01-0405

Assemblaġġi ċappetta multi-assi moħbija

020001-00-0405

 

020002-00-0404

Sistema ta’ ħġieġ għall-galleriji (u terrazzini) mingħajr frames vertikali

 

 

020011-00-0405

Bokkaporti tal-bjut, art, ħitan u soqfa li jipprovdu aċċess jew għall-użu bħala bieb ta‘ emerġenza/bi jew mingħajr reżistenza għan-nar

 

 

020029-00-1102

Internal pedestrian fire resisting u/jew smoke control single jew double leaf doorsets magħmulin mill-azzar

 

 

030019-00-0402

Liquid applied roof waterproofing fuq il-bażi ta’ polysiloxane

 

 

030218-00-0402

Membrane għall-użu bħala roof underlay

 

 

040005-00-1201

Prodotti tal-insulazzjoni termali u/jew akustiċi mmanifatturati fil-fabbrika, magħmulin minn fibri veġetali jew tal-annimali

 

 

040016-00-0404

Glass fibre mesh għar-rinforz ta’ renderings fuq bażi ta’ siment

 

 

040037-00-1201

Low lambda composite boards magħmulin minn mineral wool fibres u aerogel additives

 

 

040048-00-0502

Tapit tar-rubber fibre biex jintuża għal impact sound insulation

 

 

040065-00-1201

Insulazzjoni termali u/jew boards li jassorbu l-ħsejjes ibbażati fuq expanded polystyrene u siment

 

 

040089-00-0404

External Thermal Insulation Composite Systems b’renderings għall-użu fuq bini b’qafas tal-injam

 

 

040090-00-1201

Factory-made boards u prodotti ffurmati minn moulding ta’ expanded polylactic acid (epla) għal insulazzjoni termali u/jew akustika.

 

 

040138-00-1201

Prodotti ffurmati in-situ tat-tip loose fill thermal u/jew insulazzjoni akustika magħmulin minn fibri tal-ħxejjex

 

 

040288-00-1201

Insulazzjonijiet termali u akustiċi magħmulin fil-fabbrika, magħmulin minn fibri tal-polyester

 

 

040313-00-1201

In-situ formed loose fill thermal u/jew prodott ta‘ insulazzjoni akustika magħmul minn granulated expanded cork

 

 

040369-00-1201

Insulazzjoni magħmula minn loose-fill jew compound granulated expanded cork

 

 

040456-00-1201

Materjal tal-insulazzjoni in-situ formed loose fill termali u/jew akustiku magħmul minn fibri tal-annimali

 

 

040635-00-1201

Insulazzjoni kontra s-sħana u/jew ħsejjes, ibbażata fuq materjal bound expanded polystyrene bulk

 

 

040643-00-1201

Insulazzjoni Termali tas-Silica Aerogel Rinforzata mill-Fibres

 

 

050009-00-0301

Bearing sferiku u ċilindriku b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn fluoropolymer

 

 

060001-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060003-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika u b’ħajt estern speċifiku bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060008-00-0802

Kit għaċ-ċumnija bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni ta’ T400 (minimu) N1/P1 W3 Gxx u b’ħitan esterni differenti u bidla possibbli tal-ħajt estern

 

 

070001-01-0504

Gypsum plasterboards għal applikazzjonijiet li jifilħu l-piż

070001-00-0504

 

070002-00-0505

Glass fibre joint tape għal gypsum plasterboards

 

 

080002-00-0102

Ġeogrilja eżagonali li ma ssaħħaħx għall-istabbilizzazzjoni ta’ saffi granulużi maħlula billi tingħaqad mal-aggregat

 

 

090001-00-0404

Wool boards minerali kkompressati prefabbrikati b’finish organiku u inorganiku u b’sistema speċifikata ta‘ rbit

 

 

090017-00-0404

Point supported vertical glazing

 

 

090020-00-0404

Kits għal external wall claddings magħmulin minn ġebel agglomerat

 

 

090034-00-0404

Kit kompost minn subframe u fixings biex jitwaħħlu cladding elements u external wall elements ukoll

 

 

090035-00-0404

Unit tal-ħġieġ insulat b‘sealant strutturali punctually anchored

 

 

090058-00-0404

Ventilated external wall cladding kit li jinkludi metallic honeycomb panel u l-fixings assoċjati miegħu

 

 

120001-01-0106

Retro-reflective sheetings mikropriżmatiċi

120001-00-0106

 

120003-00-0106

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin

 

 

130002-00-0304

Slab element ta’ njam solidu – element ta’ dowel jointed timber boards biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130005-00-0304

Slab element magħmul minn injam solidu biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130010-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes – veneer lumber laminat strutturali magħmul mill-fagu

 

 

130011-00-0304

Prefabricated wood slab element magħmul minn mechanically jointed square-sawn timber members biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130012-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Qastan

 

 

130013-00-0304

Slab element ta’ injam solidu – element ta’ timber boards magħquda permezz ta’ dovetail connections biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130019-00-0603

Dowel-type fasteners b’kisja tar-resin

 

 

130022-00-0304

Travu monolitiku jew laminat u wall logs tal-injam

 

 

130033-00-0603

Imsiemer u viti biex jintużaw f’nailing plates fi strutturi tal-injam

 

 

130118-00-0603

Viti għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam

 

 

130166-00-0304

Strength graded structural timber – steam-cured solid timber b’rectangular cross section li tista’ tkun finger jointed jew le – softwood

 

 

130167-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Injam artab

 

 

130197-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn steam-cured solid timber bi cross section rettangolari – Injam artab

 

 

150001-00-0301

Siment fuq bażi ta’ Calcium Sulphoaluminate

 

 

150002-00-0301

Calcium aluminate based refractory cement

 

 

150003-00-0301

Siment ta’ saħħa kbira

 

 

150004-00-0301

Siment li jagħqad malajr, reżistenti għas-sulfat, ibbażat fuq sulfate calcium sulphoaluminate

 

 

150007-00-0301

Siment ta’ Portland-pozzolana għall-użu f’kundizzjonijiet tropikali

 

 

150008-00-0301

Siment li jagħqad malajr

 

 

150009-00-0301

Blast Furnace Cement CEM III/A b’assessment ta’ sulfate resistance (SR) u mhux obbligatorju b’kontenut baxx effettiv tal-alkali (LA) u/jew sħana baxxa tal-idratazzjoni (LH)

 

 

180008-00-0704

Floor drain - bil shutter mekkaniku interkambjabbli

 

 

190002-00-0502

Dry floating flooring kit ibbażat fuq prefabricated interlocked units magħmulin minn madum taċ-ċeramika u twapet tal-lastku

 

 

190005-00-0402

Terrace decking kit

 

 

200001-00-0602

Prefabricated steel u stainless steel wire ropes b’end connectors

 

 

200002-00-0602

Sistema ta‘ tension rods

 

 

200005-00-0103

Piles tal-azzar strutturali b’sezzjonijiet vojta u splices riġidi

 

 

200012-00-0401

Spacer kits għal built-up metal roof u wall cladding

 

 

200014-00-0103

Pile joints u rock shoes għal concrete piles

 

 

200017-00-0302

Prodotti hot rolled u komponenti strutturali magħmulin minn steel grades Q235B, Q235D, Q345B u Q345D

 

 

200019-00-0102

Gabion boxes u mtieraħ magħmulin minn hexagonal woven mesh

 

 

200020-00-0102

Weldmesh gabion boxes u mattresses

 

 

200022-00-0302

Termo-mekkanikament imrembel azzar prodotti twal magħmula ta ‘qamħ multa azzar strutturali jistgħu jiġu ssaldjati ta’ gradi tal-azzar speċjali

 

 

200026-00-0102

Sistemi xibka tal-wajer azzar għall timla rinfurzat

 

 

200032-00-0602

Prefabricated tension rod systems b’end connectors speċjali

 

 

200033-00-0602

Nailed Shear Connector

 

 

200035-00-0302

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin

 

 

200036-00-0103

Kit għal micropiles – Kit b’hollow bars għal self-drilling micropiles – Hollow bars għal seamless steel tubes

 

 

200039-00-0102

Hexagonal woven mesh gabion boxes u mtieraħ b’kisja taż-żingu

 

 

200043-00-0103

Pile pipes magħmulin minn ductile iron

 

 

200050-00-0102

Gabion boxes, imtieraħ u sack gabions magħmulin minn hexagonal regular twisted mesh bi pre-coated zinc u/jew zinc+organic coating

 

 

200086-00-0602

Komponenti ta’ konnessjoni wire ring

 

 

210004-00-0805

Element modulari għal servizzi tal-bini

 

 

220006-00-0402

Roofing slates magħmulin minn polypropylene, franka u fillers

 

 

220007-00-0402

Fully supported copper alloy sheet and strip għas-soqfa, external cladding u internal lining

 

 

220008-00-0402

Eaves profiles għal terrazzini u galleriji

 

 

220010-00-0402

Folji ċatti tal-plastic għal fully supported discontinuous roofing u cladding estern

 

 

220013-01-0401

Self-supporting ridgelight

220013-00-0401

 

220018-00-0401

Decentralized energy efficient low-pressure ventilations unit b’alternating flow u heat recovery

 

 

220021-00-0402

Tubular daylighting devices (TDD)

 

 

220022-00-0401

Polycarbonate snow stopper għall-bejt

 

 

220025-00-0401

Glazing orizzontali Strutturali Cantilevered (kanopew strutturali tal-ħġieġ/saqaf)

 

 

230004-00-0106

Wire ring mesh panels

 

 

230005-00-0106

Wire rope net panels

 

 

230008-00-0106

Double twisted steel wire mesh irrinfurzat jew le bil-ħbula

 

 

230011-00-0106

Prodotti għall-immarkar tat-toroq

 

 

230012-00-0105

Additivi għall-produzzjoni tal-asfalt – granuli tal-bitumen magħmulin minn bituminous roofing felt riċiklat

 

 

230025-00-0106

Sistemi flessibbli ta’ facing għall-istabbilizzazzjoni ta’ art inklinata u protezzjoni tal-blat

 

 

260001-00-0303

Sezzjonijiet strutturali magħmulin minn fibre reinforced polymers (FRP/Glassfiber Composites)

 

 

260002-00-0301

Fibri tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali li fihom zirconium dioxide għall-użu fil-concrete

 

 

260006-00-0301

Polymeric concrete addition

 

 

260007-00-0301

Tip I addition għal materjali tal-konkos, mortar u screed – Soluzzjoni akwea

 

 

280001-00-0704

Preassembled line unit għad-drenaġġ jew infiltrazzjoni

 

 

290001-00-0701

SISTEMA TA’ PAJPIJIET GĦAD-DISTRIBUZZJONI TA’ ILMA KIESAĦ JEW SĦUN FIL-BINI

 

 

320002-02-0605

Coated metal water stop sheet għal kostruzzjoni u crack joints ikkontrollati ġo waterproof concrete

320002-00-0605

320002-01-0605

 

320008-00-0605

Swellable joint sealing tape fuq il-bażi ta’ bentonit għal construction joints f’watertight concrete

 

 

330001-00-0602

Expanding Bolting Assemblies Strutturali għal Blind Fastening

 

 

330008-02-0601

Anchor channels

330008-00-0601

330008-01-0601

 

330011-00-0601

Viti aġġustabbli tal-concrete

 

 

330012-00-0601

Cast-in anchor bi threaded socket interna

 

 

330047-01-0602

Viti għall-Irbit għal Sandwich Panels

330047-00-0602

 

330075-00-0601

Elevator lifting device

 

 

330079-00-0602

Floor Fixing Assemblies għall-użu f’Checker Plate jew Open Bar Grating

 

 

330080-00-0602

High Slip Resistance Clamp (HSR) Assembly

 

 

330083-01-0601

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali

330083-00-0601

 

330084-00-0601

Steel-plate b’cast-in anchors

 

 

330153-00-0602

Cartridge fired pin għall-konnessjonijiet ta’ thin gauge steel members u sheeting

 

 

330155-00-0602

Self-adjustable clamp assembly

 

 

330196-01-0604

Plastic anchors magħmulin minn materjal verġni jew mhux verġni għat-twaħħil ta’ sistemi komposti ta’ insulazzjoni termali esterni bir-rendering

330196-00-0604

ETAG 014

 

330232-00-0601

Fasteners mekkaniċi għall-użu fil-konkos

ETAG 001-1

ETAG 001-2

ETAG 001-3

ETAG 001-4

 

330389-00-0601

Point connector magħmul minn glass fibre reinforced polymer għal sandwich walls

 

 

330667-00-0602

Hot-rolled mounting channel

 

 

330965-00-0601

Powder-actuated fastener għat-twaħħil ta’ ETICS fil-konkos

 

 

340002-00-0204

Panels ta’ wires tal-azzar b’insulazzjoni termali inkorporata għal struttura sħiħa

 

 

340006-00-0506

Kits tat’turġien prefabbrikati

ETAG 008

 

340020-00-0106

Kits flessibbli biex iżommu debris flows u shallow landslides/open hill debris flows

 

 

340025-00-0403

Substructure kit għal bini msaħħan

 

 

340037-00-0204

Light weight steel/wood load bearing roof elements

 

 

350003-00-1109

Kit għal service ducts reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn pre-fabricated connection pieces (magħmulin minn mechanically pre-coated steel sheet) u aċċessorji

 

 

350005-00-1104

Prodotti intumixxenti għal skopijiet ta’ fire sealing u fire stopping

 

 

350134-00-1104

Fire proof water trap b’siġill intumixxenti kontra n-nar (kombinata ma’ stainless steel floor gully penetration)

 

 

360005-00-0604

Cavity Tray

 

 

Nota:

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EAD) huma adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) bl-Ingliż. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-korrettezza tat-titli li ġew ipprovduti mill-EOTA għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li d-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (http://www.eota.eu) għandha żżomm disponibbli d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni b’mezzi elettroniċi b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha ta’ qabel ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8633 — Lufthansa/certain Air Berlin assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 379/08)

1.

Fil-31 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”, il-Ġermanja),

NIKI Luftfahrt GmbH (“NIKI”, l-Awstrija), li tappartjeni għall-Air Berlin Group,

Luftfahrtgesellschaft Walter mbH (“LGW”, il-Ġermanja), li tappartjeni wkoll għall-Air Berlin Group.

Lufthansa, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet tal-Air Berlin Group, jiġifieri NIKI u LGW kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Lufthansa: kumpanija azzjonarja ta’ grupp ta’ kumpaniji tal-ajru, notevolment attivi fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, u ċentri operattivi fi Frankfurt, Munich, Brussell, Zurich u Vjenna,

—   għal NIKI: NIKI hija trasportatur minn punt sa punt li jiffoka fuq dawk li jivvjaġġaw għad-divertiment. Hija topera minn ajruporti Ġermaniżi, Awstrijaċi u Żvizzeri u sservi l-aktar destinazzjonijiet turistiċi fi u madwar il-Mediterran (bħall-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Griegi) kif ukoll il-Gżejjer Kanarji,

—   għal LGW: Sat-28 ta’ Ottubru 2017, LGW tajret ajurplani mikrija bl-ekwipaġġ (wet-leased) lil Air Berlin, fuq rotot qosra lejn Düsseldorf u Berlin, primarjament bħala feeder għall-operazzjonijiet ta’ Air Berlin. LGW hija maħsuba biex isservi bħala mezz biex ikompli jitħaddem il-programm ta’ titjiriet li bħalissa huwa mħaddem minn Air Berlin permezz ta’ ftehim ta’ kiri tal-ajruplani bl-ekwipaġġ stabbilit f’Diċembru 2016 mal-Lufthansa Group. Qabel it-tranżazzjoni, il-pakkett ta’ slots għall-istaġun tax-xitwa 2017/2018 kif ukoll l-istaġun tas-sajf 2018 (inklużi slots fl-ajruporti ta’ Berlin-TXL, DUS, FRA u MUC) huwa maħsub biex jiġi trasferit lil LGW għall-użu mil-Lufthansa Group.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8633 — Lufthansa/certain Air Berlin assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


10.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8698 — EQT/Curaeos Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 379/09)

1.

Fit-30 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Fund Management S.à.r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu)

Curaeos Holding BV (“Curaeos Holding”, in-Netherlands)

EQT takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Curaeos Holding.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal EQT: fond ta’ investiment li jagħmel investimenti primarjament fl-Ewropa tat-Tramuntana u l-Ewropa Kontinentali.

—   għal Curaeos Holding: fornitur ta’ servizzi dentali internazzjonali bi kliniċi dentali, laboratorji dentali u negozju tad-distribuzzjoni ta’ prodotti dentali. Hija tħaddem ukoll klinika għall-emikranja fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8698 — EQT/Curaeos Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).