ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 374

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
6 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 374/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 374/02

Kawża C-413/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2017 – Intel Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Association for Competitive Technology, Inc., Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir) (“Appell — Artikolu 102 TFUE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Tnaqqis għal fedeltà — Ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 19)

2

2017/C 374/03

Kawża C-331/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Franċiża vs Carl Schlyter, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja (Appell — Dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni — Direttiva 98/34/KE — Artikoli 8 u 9 — Opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni Ewropea dwar abbozz ta’ regolament tekniku — Rifjut ta’ aċċess)

2

2017/C 374/04

Kawża C-465/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH vs Hauptzollamt Duisburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — Direttiva 2003/96/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(4)(b) — Elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika — Kunċett”)

3

2017/C 374/05

Kawżi Magħquda C-643/15 u C-647/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Slovakka (C-643/15) u l-Ungerija (C-647/15) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni (UE) 2015/1601 — Miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Taljana — Sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri — Rilokazzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju ta’ Stati Membri oħrajn — Allokazzjonijiet ta’ rilokazzjoni — Artikolu 78(3) TFUE — Bażi legali — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Kunċett ta’ att leġiżlattiv — Artikolu 289(3) TFUE — Natura obbligatorja għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew — Artikolu 15(1) TUE u Artikolu 68 TFUE — Forom proċedurali sostanzjali — Emenda tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea — Rekwiżiti ta’ konsultazzjoni mill-ġdid mal-Parlament Ewropew u ta’ vot unanimu fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 293 TFUE — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità)

4

2017/C 374/06

Kawża C-6/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Setembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA vs Ministre des Finances et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa f’ras il-għajn — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 1(2) — Artikolu 5(1) — Eżenzjoni — Dividendi mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti miżmuma direttament jew indirettament minn residenti ta’ Stati terzi — Preżunzjoni — Frodi, evażjoni u abbuż fiskali)

5

2017/C 374/07

Kawża C-174/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin- il-Ġermanja) – H. vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2010/18/UE — Ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali — Klawżola 5(1) u (2) — Ritorn minn leave parentali — Dritt ta’ ritorn għall-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti jew simili — Żamma kif inhuma tad-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu — Uffiċjal ta’ Land promoss bħala uffiċjal bi prova għal pożizzjoni ta’ tmexxija — Leġiżlazzjoni ta’ dan il-Land li tipprevedi t-tmiem tal-perijodu ta’ prova ipso iure u mingħajr possibbiltà ta’ estensjoni fl-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn, anki f’każ ta’ assenza li tirriżulta minn leave parentali — Inkompatibbiltà — Konsegwenzi)

5

2017/C 374/08

Kawża C-247/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Heike Schottelius vs Falk Seifert (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 1999/44/KE — Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum — Kunċett ta’ kuntratt ta’ bejgħ — Inapplikabbiltà ta’ din id-direttiva — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

6

2017/C 374/09

Kawża C-248/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Konċentrazzjoni ta’ impriżi — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Artikolu 3(1)b u (4) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ konċentrazzjoni — Tibdil tan-natura tal-kontroll ta’ impriża eżistenti, li minn esklużiv isir bi sħab — Ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma)

7

2017/C 374/10

Kawża C-506/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugal) – José Joaquim Neto de Sousa vs Estado português (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Direttiva 84/5/KEE — Direttiva 90/232/KEE — Sewwieq responsabbli għall-inċident li kkaġuna l-mewt tal-konjuġi tiegħu, passiġġiera fil-vettura — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab mis-sewwieq responsabbli għall-inċident)

7

2017/C 374/11

Kawża C-559/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann vs Brussels Airlines SA/NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 7(1) — Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet — Titjira li saret f’diversi segmenti — Kunċett ta’ distanza li għandu jittieħed inkunsiderazzzjoni)

8

2017/C 374/12

Kawża C-270/17 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Tadas Tupikas “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva — Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI — mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà — Kunċett ta’ proċess li rriżulta fid-deċiżjoni — Persuna kkonċernata li dehret personalment fl-ewwel istanza — Proċedura fil-grad tal-appell li tinvolvi eżami ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu — Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat jekk id-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkundannata ġew irrispettati matul il-proċedura tal-appell

9

2017/C 374/13

Kawża C-271/17 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Sławomir Andrzej Zdziaszek Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva — Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI — Mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà — Kunċett ta’ proċess li rriżulta fid-deċiżjoni — Proċedura ġudizzjarja li tbiddel jew tikkombina pieni mogħtija preċedentement — Deċiżjoni li tistabilixxi piena globali — Deċiżjoni mogħtija mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun dehret personalment — Persuna kkundannata li ma tkunx dehret personalment fil-proċess fil-kuntest tal-kundanna tagħha inizjali, la fl-ewwel istanza u lanqas fil-grad tal-appell — Persuna li kienet difiża minn avukat matul l-istanza tal-appell — Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni f’dan ir-rigward — Konsegwenzi għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni

10

2017/C 374/14

Kawża C-473/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Linz – l-Awstrija) – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz fejn dan jinsab f’riskju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Protezzjoni kontra l-estradizzjoni)

11

2017/C 374/15

Kawża C-87/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Lulju 2017 – CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors għad-danni — Allegat nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni Awstrijaka dwar il-kontribuzzjonijiet għal-logħob tal-ażżard — Nuqqas, mill-qrati nazzjonali, li jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni)

11

2017/C 374/16

Kawżi magħquda C-177/17 u C-178/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Demarchi Gino S.a.s. (C-177/17), Graziano Garavaldi (C-178/17) vs Ministero della Giustizia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Rabta ta’ konnessjoni suffiċjenti — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

12

2017/C 374/17

Kawża C-187/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Općinski Sud u Vukovaru) – il-Kroazja – Rafaela Alandžak, Ljubica Alandžak, Rafo Alandžak vs EUROHERC osiguranje – dioničko društvo za osiguranje imovine i osoba i druge poslove osiguranja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali — Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 53(2) — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

12

2017/C 374/18

Kawża C-440/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – GS vs Bundeszentralamt für Steuern

13

2017/C 374/19

Kawża C-454/17 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2017 minn Vincent Piessevaux mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-519/16, Vincent Piessevaux vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

14

2017/C 374/20

Kawża C-471/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover

15

2017/C 374/21

Kawża C-484/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

15

2017/C 374/22

Kawża C-486/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Olympus Italia Srl vs Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata di Rionero in Vulture (I.R.C.C.S. CROB)

16

2017/C 374/23

Kawża C-487/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Verlezza et

16

2017/C 374/24

Kawża C-488/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra Carmelina Scaglione

17

2017/C 374/25

Kawża C-489/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra MAD Srl

18

2017/C 374/26

Kawża C-494/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Trento (l-Italja) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR vs Fabio Rossato, Conservatorio di Musica F.A. Bonporti

18

2017/C 374/27

Kawża C-509/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Christa Plessers vs NV PREFACO u Belgische Staat

19

2017/C 374/28

Kawża C-510/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava II (is-Slovakkja) fit-22 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra ML

19

2017/C 374/29

Kawża C-528/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Settembru 2017 – Milan Božičevič Ježovnik vs Ir-Repubblika Slovena

20

2017/C 374/30

Kawża C-530/17 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-7 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-215/15, M. Y. Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

21

2017/C 374/31

Kawża C-539/17 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-65/15, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2017/C 374/32

Kawża C-543/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

23

2017/C 374/33

Kawża C-663/15: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Umweltverband WWF Österreich vs Landeshauptmann von Tirol

23

2017/C 374/34

Kawża C-275/16: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Comune di Balzola, Comune di Borgo San Martino, Comune di Camino, et vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, fil-preżenza ta’: Poste Italiane SpA

24

2017/C 374/35

Kawża C-475/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Protodikeio Rethymnis – Il-Greċja) – Proċeduri kriminali kontra K.

24

2017/C 374/36

Kawża C-255/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Bernhard Schloesser, Petra Noll vs Société Air France SA

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 374/37

Kawża T-564/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali — Multa imposta in solidum fi tmiem ta’ proċedura ta’ tranżazzjoni — Ħlas bin-nifs — Deċiżjoni li timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja ma’ bank li għandu klassifikazzjoni finanzjarja AA għal żmien twil — Rikors għal annullament — Att kontestabbli — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità)

25

2017/C 374/38

Kawża T-350/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BADTORO — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u nazzjonali figurattiva preċedenti TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2017/C 374/39

Kawża T-214/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zymara) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zymara — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]

26

2017/C 374/40

Kawża T-238/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zimara) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zimara — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fl-intier tiegħu — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009]

27

2017/C 374/41

Kawża T-386/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BADTORO — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti u trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

28

2017/C 374/42

Kawża T-586/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret vs EUIPO – NBC Fourth Realty (NaraMaxx) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NaraMaxx — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAXX — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2017/C 374/43

Kawża T-609/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Repsol YPF vs EUIPO – Basic (BASIC) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC — Ismijiet kummerċjali nazzjonali preċedenti basic u basic AG — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali — Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

29

2017/C 374/44

Kawża T-682/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Sahra — Xufier fi grad AST 6 — Tneħħija tad-dritt għal allowance fissa ta’ sahra — Opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji ta’ liġi — Żnaturament tal-fatti)

30

2017/C 374/45

Kawża T-83/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WIDIBA — Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Applikazzjoni għal restitutio in integrum — Dmir ta’ viġilanza]

30

2017/C 374/46

Kawża T-84/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea widiba — Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Applikazzjoni għal restitutio in integrum — Dmir ta’ viġilanza]

31

2017/C 374/47

Kawża T-87/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Eurofast vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja — Is – seba’ programm qafas għall – azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Konvenzjoni ASSET — Deċiżjoni ta’ rkupru permezz ta’ tpaċċija ta’ ċerti somom imħallsa wara awditu finanzjarju — Rikors għal annullament — Aspettattivi leġittimi — Klawżola ta’ arbitraġġ — Terminu għall – komunikazzjoni tar – rapport ta’ awditu — Prinċipju ta’ kontradittorju — Eliġibbiltà tal – ispejjeż — Responsabbiltà kuntrattwali)

31

2017/C 374/48

Kawża T-261/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni [FEAG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Skema ta’ appoġġ dirett għal bdiewa — Regolamenti (KE) Nri 73/2009 u 1122/2009 — Sistema ta’ kwoti tal-ħalib — Regolamenti (KE) Nri 1788/2003 u 595/2004 — Sostituzzjoni ta’ kontrolli fil-post tal-irziezet b’kontrolli amministrattivi]

32

2017/C 374/49

Kawża T-454/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Arrigoni vs EUIPO – Arrigoni Battista (Arrigoni Valtaleggio) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Arrigoni Valtaleggio — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ARRIGONI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

33

2017/C 374/50

Kawża T-501/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – D’Agostino vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt — Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Dmir ta’ premura — Interess tas-servizz)

33

2017/C 374/51

Kawża T-620/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Idealogistic — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti idéa logistique — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

34

2017/C 374/52

Kawża T-789/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea INVOICE AUCTION — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

35

2017/C 374/53

Kawża T-510/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Del Valle Ruiz and Others vs il-Kummissjoni u SRB

35

2017/C 374/54

Kawża T-514/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Garriga Sadurní u Martí Fonts vs SRB

36

2017/C 374/55

Kawża T-515/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Sánchez Valverde e Hijos vs SRB

37

2017/C 374/56

Kawża T-518/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Olarreaga Marques u Saralegui Reyzabal vs SRB

37

2017/C 374/57

Kawża T-523/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB

38

2017/C 374/58

Kawża T-563/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Gayalex Proyectos vs SRB

39

2017/C 374/59

Kawża T-566/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Molina García vs SRB

39

2017/C 374/60

Kawża T-573/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Inversiones Flandes et vs SRB

40

2017/C 374/61

Kawża T-581/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – Asics vs EUIPO -Van Lieshout textile Agenturen (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ linji msallba)

40

2017/C 374/62

Kawża T-582/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2017 – Bashab et vs Il-Kunsill

41

2017/C 374/63

Kawża T-584/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Primart vs EUIPO – Bolton Cile España (PRIMART Marek Łukasiewicz)

42

2017/C 374/64

Kawża T-592/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Serra Noguera et vs SRB

42

2017/C 374/65

Kawża T-601/17: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2017 – Rubik’s Brand vs EUIPO – Simba Toys (forma ta’ kubu)

43

2017/C 374/66

Kawża T-605/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2017 – CX vs Il-Kummissjoni

44

2017/C 374/67

Kawża T-611/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – All Star vs EUIPO – Carrefour Hypermarchés (Forma ta’ pett ta’ żarbun)

45

2017/C 374/68

Kawża T-614/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – Bonnafous vs EACEA

45

2017/C 374/69

Kawża T-621/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2017 – Taminco u Arysta LifeScience Great Britain vs EFSA

46

2017/C 374/70

Kawża T-625/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Vallina Fonseca vs SRB

47

2017/C 374/71

Kawża T-628/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 – Aeris Invest vs Il-Kummissjoni u SRB

48

2017/C 374/72

Kawża T-630/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2017 – Top Cable vs Il-Kummissjoni u SRB

48

2017/C 374/73

Kawża T-644/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel)

49

2017/C 374/74

Kawża T-650/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Jinan Meide Casting vs Il-Kummissjoni

49


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 374/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 369, 30.10.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 357, 23.10.2017

ĠU C 347, 16.10.2017

ĠU C 338, 9.10.2017

ĠU C 330, 2.10.2017

ĠU C 318, 25.9.2017

ĠU C 309, 18.9.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2017 – Intel Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Association for Competitive Technology, Inc., Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir)

(Kawża C-413/14 P) (1)

((“Appell - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Tnaqqis għal fedeltà - Ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 19))

(2017/C 374/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Intel Corp. (rappreżentanti: D. Beard QC, A. Parr u R. Mackenzie, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Di Bucci, M. Kellerbauer u N. Khan, aġenti), Association for Competitive Technology Inc. (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat), Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Ġunju 2014, Intel vs Il-Kummissjoni (T-286/09, EU:T:2014:547), hija annullata.

2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 295, 10.11.2014.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Franċiża vs Carl Schlyter, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja

(Kawża C-331/15 P) (1)

((Appell - Dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni - Direttiva 98/34/KE - Artikoli 8 u 9 - Opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni Ewropea dwar abbozz ta’ regolament tekniku - Rifjut ta’ aċċess))

(2017/C 374/03)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, G. de Bergues, B. Fodda u F. Fize, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller, J. Vláčil u D. Hadroušek, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Carl Schlyter (rappreżentanti: S. Schubert, avukat, u O. W. Brouwer, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, A. Tokár u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent), ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, N. Otte Widgren, U. Persson, A. Falk, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża, Carl Schlyter u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-465/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(4)(b) - Elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika - Kunċett”))

(2017/C 374/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Dispożittiv

It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elettriku użat għat-tħaddim ta’ fannijiet turbo intiżi għall-kompressjoni ta’ arja li sussegwentement tintuża f’forn tal-blast fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz permezz tar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid ma huwiex “elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Slovakka (C-643/15) u l-Ungerija (C-647/15) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-643/15 u C-647/15) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2015/1601 - Miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Taljana - Sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri - Rilokazzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju ta’ Stati Membri oħrajn - Allokazzjonijiet ta’ rilokazzjoni - Artikolu 78(3) TFUE - Bażi legali - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Kunċett ta’ “att leġiżlattiv” - Artikolu 289(3) TFUE - Natura obbligatorja għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew - Artikolu 15(1) TUE u Artikolu 68 TFUE - Forom proċedurali sostanzjali - Emenda tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea - Rekwiżiti ta’ konsultazzjoni mill-ġdid mal-Parlament Ewropew u ta’ vot unanimu fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 293 TFUE - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità))

(2017/C 374/05)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk u l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky), l-Ungerija (C-647/15) (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Kamejsza, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chavrier, K. Pleśniak, N. Pethő u Z. Kupčová, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J. Van Holm, M. Jacobs u C. Pochet, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: T. Henze, R. Kanitz u J. Möller (C-647/15), aġenti], ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Michelogiannaki u A. Samoni-Rantou, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, F.-X. Bréchot u Armoet, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn L. D’Ascia, avvocato dello Stato), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux, C. Schiltz u D. Holderer, aġenti), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, O. Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea, [rappreżentanti: M. Condou-Durande u K. Talabér-Ritz (C-647/15), J. Baquero Cruz, A. Tokár (C-643/15) u G. Wils, aġenti]

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Setembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA vs Ministre des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-6/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa f’ras il-għajn - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 5(1) - Eżenzjoni - Dividendi mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti miżmuma direttament jew indirettament minn residenti ta’ Stati terzi - Preżunzjoni - Frodi, evażjoni u abbuż fiskali))

(2017/C 374/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA

Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

L Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, minn naħa, u l-Artikolu 49 TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tal-vantaġġ fiskali previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva – jiġifieri l-eżenzjoni ta’ taxxa f’ras il-għan tal-profitti mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti, meta din il-kumannija omm hija kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati terzi – għall-kundizzjoni li din tistabbilixxi li l-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha li tieħu vantaġġ minn din l-eżenzjoni.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin- il-Ġermanja) – H. vs Land Berlin

(Kawża C-174/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2010/18/UE - Ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali - Klawżola 5(1) u (2) - Ritorn minn leave parentali - Dritt ta’ ritorn għall-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti jew simili - Żamma kif inhuma tad-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu - Uffiċjal ta’ Land promoss bħala uffiċjal bi prova għal pożizzjoni ta’ tmexxija - Leġiżlazzjoni ta’ dan il-Land li tipprevedi t-tmiem tal-perijodu ta’ prova ipso iure u mingħajr possibbiltà ta’ estensjoni fl-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn, anki f’każ ta’ assenza li tirriżulta minn leave parentali - Inkompatibbiltà - Konsegwenzi))

(2017/C 374/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H.

Konvenut: Land Berlin

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-promozzjoni definittiva għal pożizzjoni ta’ tmexxija tas-servizz pubbliku għall-kundizzjoni li l-kandidat magħżul iwettaq b’suċċess perijodu ta’ prova preliminari ta’ sentejn f’din il-pożizzjoni u, skont din il-kundizzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali kandidat isib ruħu, matul il-parti l-kbira ta’ dan il-perijodu ta’ prova, f’leave parentali, u jkun għadu dejjem jinsab fih, dan il-perijodu ta’ prova jintemm legalment fit-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ sentejn, mingħajr ma estensjoni tiegħu tkun possibbli, fejn il-persuna kkonċernata, konsegwentement, tiġi integrata mill-ġdid, mar-ritorn tagħha mil-leave parentali, fil-funzjoni, ta’ livell inferjuri kemm fil-grad statutorju kif ukoll fil-qasam ta’ remunerazzjoni, li hija kienet tokkupa qabel l-ammissjoni tagħha għal dan il-perijodu ta’ prova. Il-ksur hekk magħmul fir-rigward ta’ din il-klawżola ma jistax jiġi ġġustifikat mill-għan li għandu jintlaħaq mill-istess perijodu ta’ prova, li jikkonsisti li tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tal-kompetenza li tiġi okkupata l-pożizzjoni ta’ tmexxija permanenti.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju, skont il-bżonn billi tiċħad il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha tivverifika, hekk kif teħtieġ il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali li jinsab fl-anness tad-Direttiva 2010/18, jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-Land ikkonċernat kienx, fil-kwalità tiegħu bħala persuna li timpjega, fl-impossibbiltà oġġettiva li jippermetti lill-persuna kkonċernata li tirritorna għall-istess impjieg fit-tmiem tal-leave parentali tagħha u, fl-affermattiv, li jiżgura li lilha jingħata impjieg ekwivalenti jew simili u konsistenti mal-kuntratt tagħha jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħha mingħajr ma dan l-għoti ta’ pożizzjoni jista’ jkun suġġett li qabel isseħħ proċedura ta’ selezzjoni ġdida. Hija wkoll din il-qorti li għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata tkun tista’, fit-tmiem ta’ dan il-leave parentali, twettaq, fl-impijeg li tirritorna lejh jew mill-ġdid mogħti lilha, perijodu ta’ prova f’kundizzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiziti li jirriżultaw mill-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas irrevedut.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hannover – il-Ġermanja) – Heike Schottelius vs Falk Seifert

(Kawża C-247/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum - Kunċett ta’ “kuntratt ta’ bejgħ” - Inapplikabbiltà ta’ din id-direttiva - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2017/C 374/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heike Schottelius

Konvenut: Falk Seifert

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex il-kompetenza sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mil-Landgericht Hannover (qorti reġjonali ta’ Hannover, il-Ġermanja), permezz tad-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2016.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt

(Kawża C-248/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Artikolu 3(1)b u (4) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” - Tibdil tan-natura tal-kontroll ta’ impriża eżistenti, li minn esklużiv isir bi sħab - Ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma))

(2017/C 374/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Austria Asphalt GmbH & Co OG

Konvenut: Bundeskartellanwalt

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandu jiġi interpretat fis-sens li konċentrazzjoni għandha titqies imwettqa bħal riżultat ta’ bidla fin-natura tal-kontroll eżerċitat fuq impriża eżistenti, li, qabel kien esklużiv, u sar bi sħab, biss bil-kundizzjoni li l-impriża konġunta bħala riżultat ta’ din l-operazzjoni twettaq fuq bażi dewwiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma.


(1)  ĠU C 260, 18.07.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugal) – José Joaquim Neto de Sousa vs Estado português

(Kawża C-506/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Direttiva 84/5/KEE - Direttiva 90/232/KEE - Sewwieq responsabbli għall-inċident li kkaġuna l-mewt tal-konjuġi tiegħu, passiġġiera fil-vettura - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab mis-sewwieq responsabbli għall-inċident))

(2017/C 374/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: José Joaquim Neto de Sousa

Konvenut: Estado português

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, u t-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għas-sewwieq ta’ vettura bil-mutur, responsabbli, bi ħtija tiegħu, għal inċident tat-traffiku li kkaġuna l-mewt tal-konjuġi tiegħu, passiġġiera f’din il-vettura, li jingħata kumpens għad-dannu materjali li huwa ġarrab minħabba dan il-mewt.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann vs Brussels Airlines SA/NV

(Kawża C-559/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 7(1) - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Titjira li saret f’diversi segmenti - Kunċett ta’ “distanza” li għandu jittieħed inkunsiderazzzjoni))

(2017/C 374/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann

Konvenuta: Brussels Airlines SA/NV

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jkopri, fil-każ tar-rabtiet tal-ajru mat-titjiriet konnessi direttament, hija biss id-distanza bejn il-post tal-ewwel tluq u d-destinazzjoni finali, li għandha tiġi kkalkolata skont il-metodu tal-great circle route, u dan tkun xi tkun id-distanza tat-titjira attwalment ivvjaġġata.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Tadas Tupikas

(Kawża C-270/17 PPU) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva - Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI - mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà - Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” - Persuna kkonċernata li dehret personalment fl-ewwel istanza - Proċedura fil-grad tal-appell li tinvolvi eżami ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu - Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat jekk id-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkundannata ġew irrispettati matul il-proċedura tal-appell)

(2017/C 374/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Tadas Tupikas

Dispożittiv

Billi l-Istat Membru emittenti ippreveda proċedura kriminali li tinkludi diversi gradi ta’ qorti u li tista’ tirriżulta f’deċiżjonijiet ġudizzjarji suċċessivi li minn tal-inqas waħda minnhom ingħatat fl-assenza tal-persuna kkonċernata, il-kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda biss il-proċedura li fi tmiemha tkun ingħatat id-deċiżjoni fuq il-ħtija tal-persuna kkonċernata kif ukoll fuq il-kundanna għal piena, bħalma hija miżura li ċċaħħad mil-libertà, wara eżami mill-ġdid tal-mertu tal-kawża fil-fatt u fid-dritt.

Proċedura tal-appell bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija koperta fil-prinċipju minn dan il-kunċett. Madankollu, hija fl-istess ħin il-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li hija tippreżenta l-karatteristiċi msemmija iktar ’il fuq.


(1)  ĠU C 277, 21.08.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Sławomir Andrzej Zdziaszek

(Kawża C-271/17 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva - Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI - Mandat ta’ arrest maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà - Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” - Proċedura ġudizzjarja li tbiddel jew tikkombina pieni mogħtija preċedentement - Deċiżjoni li tistabilixxi piena globali - Deċiżjoni mogħtija mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun dehret personalment - Persuna kkundannata li ma tkunx dehret personalment fil-proċess fil-kuntest tal-kundanna tagħha inizjali, la fl-ewwel istanza u lanqas fil-grad tal-appell - Persuna li kienet difiża minn avukat matul l-istanza tal-appell - Mandat ta’ arrest li ma jipprovdi ebda informazzjoni f’dan ir-rigward - Konsegwenzi għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni)

(2017/C 374/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Parti fil-kawża prinċipali

Sławomir Andrzej Zdziaszek

Dispożittiv

1)

F’sitwazzjoni bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “process li rriżulta fid-deċiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirreferix biss għall-istanza li wasslet għad-deċiżjoni fl-appell, peress li din, wara eżami mill-ġdid tal-kawża fir-rigward tal-mertu, iddeċidiet b’mod finali fuq il-ħtija tal-persuna kkonċernata, iżda wkoll għall-proċedura sussegwenti, bħal dik li wasslet għas-sentenza li timponi piena globali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fi tmiemha ttieħdet id-deċiżjoni li bidlet b’mod finali l-livell tal-piena inizjalment mogħtija, sakemm l-awtorità li adottat din tal-aħħar deċiżjoni kellha f’dan ir-rigward ċerta setgħa diskrezzjonali.

2)

L-imsemmija Deċiżjoni Qafas 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn il-persuna kkonċernata ma dehritx personalment għall-proċedura rilevanti jew, jekk ikun il-każ, għall-proċeduri rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4a(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, kif emendata, u fejn l-informazzjoni li tinsab fil-formularju li jirrigwarda l-mudell uniformi tal-mandat ta’ arrest Ewropew u anness mal-imsemmija Deċiżjoni Qafas u lanqas dik miksuba b’applikazzjoni tal-Artikolu 15(2) kif emendata, tal-istess Deċiżjoni Qafas ma jipprovdu l-provi suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4a(1)(a) sa (d) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha l-fakultà li tirrifjuta li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew.

3)

Madankollu, din id-Deċiżjoni Qafas kif emendata, ma tipprekludix lil din l-awtorità li tieħu inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha li jikkaratterizzaw il-kawża inkwistjoni sabiex tiżgura r-rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkonċernata matul il-proċedura jew proċeduri rilevanti.


(1)  ĠU C 277, 21.08.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Linz – l-Awstrija) – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr

(Kawża C-473/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz fejn dan jinsab f’riskju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 u 21 TFUE - Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni kontra l-estradizzjoni))

(2017/C 374/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR

Konvenut: Eugen Adelsmayr

Dispożittiv

L-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz, li tikkonċerna ċittadin tal-Unjoni li, fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment tiegħu, jitlaq l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu sabiex jissoġġorna fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandha tiġi miċħuda minn dan tal-aħħar meta dak iċ-ċittadin ikun jinsab f’riskju serju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt fil-każ ta’ estradizzjoni.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Lulju 2017 – CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-87/17) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għad-danni - Allegat nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni Awstrijaka dwar il-kontribuzzjonijiet għal-logħob tal-ażżard - Nuqqas, mill-qrati nazzjonali, li jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni))

(2017/C 374/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (rappreżentant: A. Schuster, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Demarchi Gino S.a.s. (C-177/17), Graziano Garavaldi (C-178/17) vs Ministero della Giustizia

(Kawżi magħquda C-177/17 u C-178/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Rabta ta’ konnessjoni suffiċjenti - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2017/C 374/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Demarchi Gino S.a.s. (C-177/17), Graziano Garavaldi (C-178/17)

Konvenut: Ministero della Giustizia

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda mressqa għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għal Piemonte, l-Italja), b’deċiżjonijiet tal-11 ta’ Jannar 2017.


(1)  ĠU C 277, 21.08.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Općinski Sud u Vukovaru) – il-Kroazja – Rafaela Alandžak, Ljubica Alandžak, Rafo Alandžak vs EUROHERC osiguranje – dioničko društvo za osiguranje imovine i osoba i druge poslove osiguranja

(Kawża C-187/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 53(2) - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2017/C 374/17)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski Sud u Vukovaru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rafaela Alandžak, Ljubica Alandžak, Rafo Alandžak

Konvenut: EUROHERC osiguranje – dioničko društvo za osiguranje imovine i osoba i druge poslove osiguranja

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill- Općinski sud u Vukovaru (qorti muniċipali ta’ Vukovar, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ April 2017, hija manifestament inammisibbli.


(1)  ĠU C 168, 29.05.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – GS vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-440/17)

(2017/C 374/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GS

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

I)

L-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital tad-distribuzzjoni ta’ dividendi ta’ kumpannija omm barranija li l-unika azzjonista tagħha hija kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha fit-territorju nazzjonali,

sa fejn l-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għal rimbors jew għal eżenzjoni li kieku jirċievu d-dħul direttament u d-dħul gross tal-kumpannija omm barranija għas-sena inkwistjoni ma jirriżultax mill-attività ekonomika tagħha stess, u

1.

ma hemmx raġunijiet ekonomiċi jew sinjifikattivi oħra li jiġġustifikaw l-involviment tal-kumpannija barranija fir-rigward ta’ dan id-dħul jew

2.

il-kumpannija barranija ma tipparteċipax fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża organizzata b’mod xieraq fir-rigward tal-għan kummerċjali tagħha

filwaqt li l-eżenzjoni mit-taxxa tingħata lil kumpanniji omm stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr kunsiderazzjoni għall-imsemmija kundizzjonijiet?

II)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2011/96/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jadotta dispożizzjoni li tirrifjuta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital tad-distribuzzjoni ta’ dividendi ta’ kumpannija omm barranija li l-unika azzjonista tagħha hija kumpannija li għandha s-sede tagħha fit-territorju nazzjonali,

sa fejn l-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għal rimbors jew għal eżenzjoni li kieku jirċievu d-dħul direttament u d-dħul gross tal-kumpannija barranija għas-sena inkwistjoni ma jirriżultax mill-attività ekonomika tagħha stess, u

1.

ma hemmx raġunijiet ekonomiċi jew sinjifikattivi oħra li jiġġustifikaw l-involviment tal-kumpannija barranija fir-rigward ta’ dan id-dħul jew

2.

il-kumpannija barranija ma tipparteċipax fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża organizzata b’mod xieraq fir-rigward tal-għan kummerċjali tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU 2011, L 345, p. 8); preċedentement Direttiva tal-Kunsill 90/435/KKE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/14


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2017 minn Vincent Piessevaux mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-519/16, Vincent Piessevaux vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-454/17 P)

(2017/C 374/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vincent Piessevaux (rappreżentant: L. Ponteville, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza mill-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-519/16;

talloka lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet li ressaq quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju tal-appell huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tal-imsemmija regolamenti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet l-eċċezzjoni tal-illegalità tal-Komunikazzjoni lill-Persunal 113/11 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill, li tistabbilixxi deroga għall-aħħar sentenza tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-11 ta’ Ottubru 2011, li tadotta d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal relatati mat-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni (id-“DĠI 2011”) – deroga li skontha d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni adottati fid-29 ta’ April 2004 (id-“DĠI 2004”) ser ikomplu japplikaw biss fil-każ fejn l-Awtorità tal-Ħatra nnotifikat proposta ta’ akkreditazzjoni lill-persuna kkonċernata u fejn din tat il-kunsens tagħha qabel id-dħul fis-seħħ tad-DĠI 2011. Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ din iċ-ċaħda, li tidher fil-punti 68 sa 71 tas-sentenza kkontestata, tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fl-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tal-imsemmija regolamenti.

It-tieni aggravju tal-appell huwa bbażat fuq l-iżnaturament tal-ewwel parti tat-tielet motiv ta’ annullament invokat mir-rikorrent, fuq il-ksur tal-fidi dovuta għal atti, tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji tal-liġi:

fil-punti 73, 74, 80 u 81 tas-sentenza kkontestata, billi żnaturat l-ewwel parti tat-tielet motiv ta’ annullament u billi kisret il-fidi dovuta għall-atti tar-rikorrent, billi ddikjarat bi żball li r-rikorrent kien invoka l-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi;

fil-punti 73 sa 100 tas-sentenza kkontestata, billi astjeniet milli tirrispondi, bi ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-ewwel parti tat-tielet motiv ta’ annullament li hija bbażata fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u mhux fuq dak tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettativi leġittimi;

fil-punti 82 sa 100 tas-sentenza kkontestata – fil-każ fejn, madankollu, għandu jitqies li l-punti 82 sa 100, jew parti minnhom jew ċerti elementi minnhom, jikkostitwixxu risposta għall-ewwel parti mit-tielet motiv ta’ annullament – billi ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-aħħar sentenza tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tad-DĠI 2011, invokata mir-rikorrent u bbażata fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-471/17)

(2017/C 374/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG

Konvenuti: Hauptzollamt Hannover

Domandi preliminari

It-taljarini moqlija huma għaġin “imnixxef” fis-sens tas-subintestatura 1902 3010 tan-Nomenklatura Magħquda (1)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-484/17)

(2017/C 374/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li talba għal permess ta’ residenza awtonomu ta’ persuna barranija, li kienet tirrisjedi legalment għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ riunifikazzjoni tal-familja, tista’ tiġi miċħuda, peress li l-persuna barranija ma kkonformatx ruħha mall-kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni meħtieġa fid-dritt nazzjonali?


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Olympus Italia Srl vs Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata di Rionero in Vulture (I.R.C.C.S. CROB)

(Kawża C-486/17)

(2017/C 374/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Basilicata

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olympus Italia Srl

Konvenut: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico – Centro di Riferimento Oncologico della Basilicata di Rionero in Vulture (I.R.C.C.S. CROB)

Domanda preliminari

Il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, previsti fid-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Taljana bbażata fuq id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 95(10) u 83(9) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016, skont liema n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż ta’ sigurtà tal-impriża, fl-offerti ekonomiċi ta’ proċedura ta’ għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, tiddetermina fi kwalunkwe każ l-esklużjoni tal-offerenti mingħajr il-possibbiltà ta’ għajnuna fit-tfassil tad-dokumenti (“soccorso istruttorio”), inkluż fil-każ fejn l-obbligu sabiex jiġu indikati separatament dawn l-ispejjeż ma kienx ġie speċifikat fil-formola annessa qabel intużat u tlestiet għat-tressiq tal-offerti, u dan indipendentement mill-fatt li, mill-perspettiva tal-mertu, l-offerta tosserva l-ispejjeż minimi ta’ siġurtà tal-impriża?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Verlezza et

(Kawża C-487/17)

(2017/C 374/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Alfonso Verlezza, Riccardo Traversa, Irene Cocco, Francesco Rando, Carmelina Scaglione, Francesco Rizzi, Antonio Giuliano, Enrico Giuliano, Refecta Srl, E. Giovi Srl, Vetreco Srl, SE.IN Srl

Domandi preliminari

1)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/955/UE (1) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1357/2014 (2) għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-iskart taħt kodiċijiet mera fis-sens li, fejn il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx magħrufa, il-produttur tal-iskart għandu jwettaq il-karatterizzazzjoni minn qabel tiegħu u, jekk hu hekk, f’liema limiti?

2)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jsir skont metodi uniformi predeterminati?

3)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jkun ibbażat fuq verifika preċiża u rappreżentattiva li tieħu inkunsiderazzjoni l-kompożizzjoni tal-iskart, jekk din il-kompożizzjoni tkun diġà magħrufa jew identifikata matul il-fażi ta’ karatterizzazzjoni, jew inkella għandha titwettaq skont kriterji ta’ probabbiltà, fid-dawl tas-sustanzi li jistgħu raġonevolment jeżistu fl-iskart?

4)

F’każ ta’ dubju jew li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk hemmx jew ma hemmx sustanzi perikolużi fl-iskart, dan tal-aħħar għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi kklassifikat u kkunsidrat bħala skart perikoluż, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 370, p. 44).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU 2014, L 365, p. 89).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra Carmelina Scaglione

(Kawża C-488/17)

(2017/C 374/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

Carmelina Scaglione

Domandi preliminari

1)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/955/UE (1) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1357/2014 (2) għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-iskart taħt kodiċijiet mera fis-sens li, fejn il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx magħrufa, il-produttur tal-iskart għandu jwettaq il-karatterizzazzjoni minn qabel tiegħu u, jekk hu hekk, f’liema limiti?

2)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jsir skont metodi uniformi predeterminati?

3)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jkun ibbażat fuq verifika preċiża u rappreżentattiva li tieħu inkunsiderazzjoni l-kompożizzjoni tal-iskart, jekk din il-kompożizzjoni tkun diġà magħrufa jew identifikata matul il-fażi ta’ karatterizzazzjoni, jew inkella għandha titwettaq skont kriterji ta’ probabbiltà, fid-dawl tas-sustanzi li jistgħu raġonevolment jeżistu fl-iskart?

4)

F’każ ta’ dubju jew li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk hemmx jew ma hemmx sustanzi perikolużi fl-iskart, dan tal-aħħar għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi kklassifikat u kkunsidrat bħala skart perikoluż, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 370, p. 44).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU 2014, L 365, p. 89).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra MAD Srl

(Kawża C-489/17)

(2017/C 374/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Parti fil-kawża prinċipali

MAD Srl

Domandi preliminari

1)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/955/UE (1) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1357/2014 (2) għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-iskart taħt kodiċijiet mera fis-sens li, fejn il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx magħrufa, il-produttur tal-iskart għandu jwettaq il-karatterizzazzjoni minn qabel tiegħu u, jekk hu hekk, f’liema limiti?

2)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jsir skont metodi uniformi predeterminati?

3)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jkun ibbażat fuq verifika preċiża u rappreżentattiva li tieħu inkunsiderazzjoni l-kompożizzjoni tal-iskart, jekk din il-kompożizzjoni tkun diġà magħrufa jew identifikata matul il-fażi ta’ karatterizzazzjoni, jew inkella għandha titwettaq skont kriterji ta’ probabbiltà, fid-dawl tas-sustanzi li jistgħu raġonevolment jeżistu fl-iskart?

4)

F’każ ta’ dubju jew li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk hemmx jew ma hemmx sustanzi perikolużi fl-iskart, dan tal-aħħar għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi kklassifikat u kkunsidrat bħala skart perikoluż, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 370, p. 44).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU 2014, L 365, p. 89).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Trento (l-Italja) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR vs Fabio Rossato, Conservatorio di Musica F.A. Bonporti

(Kawża C-494/17)

(2017/C 374/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

Appellant inċidentali: Fabio Rossato

Konvenut: Conservatorio di Musica F.A. Bonporti

Domanda preliminari

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(95), (131) u (132) tal-Liġi Nru 107/2015 tal-Istat Taljan, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jipprevedu, għall-għalliema, it-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat għall-ġejjieni, mingħajr effett retroattiv u mingħajr kumpens għad-dannu, bħala miżuri li huma ta’ natura proporzjonata, suffiċjentement effettiva u dissważiva sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja sħiħa tar-regoli tal-ftehim qafas għal dak li jikkonċerna l-ksur tiegħu permezz tal-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi matul il-perijodu preċedenti għall-perijodu li għalih il-miżuri previsti minn dawn ir-regoli huma intiżi sabiex jipproduċu l-effetti tagħhom?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Christa Plessers vs NV PREFACO u Belgische Staat

(Kawża C-509/17)

(2017/C 374/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christa Plessers

Konvenuti: NV PREFACO u Belgische Staat

Domandi preliminari

Id-dritt tal-għażla mogħti liċ-ċessjonarju fl-Artikolu 61(4) tal-wet betreffende de continuïteit van de ondernemingen (liġi relatata mal-kontinwità tal-impriżi) tal-31 ta’ Jannar 2009 (li sar l-Artikolu 61(3) ta’ din il-liġi), dispożizzjoni li tagħmel parti mill-Kapitolu 4 tat-Titolu 4 ta’ din il-liġi Belġjana li fih hija rregolata r-“riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja”, huwa konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari mal-Artikoli 3 u 5 ta’ din id-direttiva, sa fejn din ir-“riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja” hija applikabbli bl-għan taż-żamma taċ-ċedent kollu jew parti minnu jew tal-attivitajiet tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava II (is-Slovakkja) fit-22 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra ML

(Kawża C-510/17)

(2017/C 374/28)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bratislava II

Parti fil-kawża prinċipali

ML

Domandi preliminari

1)

L-attitudni tal-awtoritajiet nazzjonali, li tikkonsisti f’li ma jingħatax aċċess lil persuna li tkun ġiet arrestata, taħt forma bil-miktub matul il-perijodu ta’ detenzjoni tagħha, għall-informazzjoni kollha (jiġifieri għall-informazzjoni kompluta) fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2012/13”) (u [f’li ma jiġix iggarantit] b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għall-fajl) u li tikkonsisti wkoll f’li ma jiġix permess li jiġi kkontestat il-fatt li l-informazzjoni kollha fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/13 ma ġietx ipprovduta, hija konformi mal-Artikolu 4 u mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/13, mad-dritt għal-libertà u għas-sigurtà fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża fis-sens tal-Artikolu 48(2) tal-Karta, mad-dritt għal smigħ xieraq fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta? Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandu effett fuq il-legalità taċ-ċaħda ta’ libertà permezz tat-tqegħid u taż-żamma f’detenzjoni tal-persuna arrestata, fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri kriminali, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Karta u tal-Artikolu 5(1)(c) u tal-Artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali? Il-fatt li l-persuna arrestata hija akkużata b’reat serju li għalih il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi kundanna għal piena li ċċaħħad il-libertà ta’ mill-inqas 15-il sena għandu effett fuq ir-risposta għad-domanda preċedenti?

2)

Dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali, bħall-Artikolu 172(3) tat-Trestný zákon (liġi kriminali Slovakka) li jippenalizza t-traffikar illeċitu ta’ drogi, li ma tippermettix lill-qorti timponi piena li ċċaħħad il-libertà ta’ inqas minn 15-il sena, mingħajr possibbilità li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tal-piena, hija konformi mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI (2), tal-25 ta’ Ottubru 2004, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi, mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fis-sens tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “TFUE”), mal-Artikoli 82 u 83 TFUE, mad-dritt għal smigħ xieraq, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, mad-dirtt għal piena proporzjonata, iggarantit mill-Artikolu 49(3) tal-Karta, mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u mal-prinċipju ta’ uniformità, ta’ effettività u ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni? Ir-risposta għal din id-domanda hija influwenzata mill-fatt li t-traffikar illeċitu ta’ drogi ma twettaqx minn organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-dritt tal-Unjoni? Il-kunċett ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI, tal-24 ta’ Ottubru 2008, dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandu tifsira awtonoma [fid-dawl tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rekwiżit ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni]?


(1)  ĠU 2012, L 142, p. 1).

(2)  ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 94.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Settembru 2017 – Milan Božičevič Ježovnik vs Ir-Repubblika Slovena

(Kawża C-528/17)

(2017/C 374/29)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milan Božičevič Ježovnik

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovena

Domandi preliminari

1)

L-importatur (dikjarant) li, fil-mument tal-importazzjoni jinvoka l-eżenzjoni mill-VAT (importazzjoni skont il-proċedura doganali 42) peress li l-beni huma intiżi li jiġu kkunsinnati fi Stat Membru ieħor, jista’ jinżamm responsabbli għall-ħlas tal-VAT (fejn jiġi kkonstatat a posteriori li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżenzjoni ma ġewx effettivament issodisfatti) bl-istess mod li huwa responsabbli għall-ħlas tad-dejn doganali?

2)

Fil-każ li r-risposta tkun fin-negattiv, ir-responsabbiltà tal-importatur (dikjarant) hija ekwivalenti għar-responsabbiltà tal-persuna taxxabbli li twettaq provvista ta’ beni intra-Komunitarja eżentata skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT?

3)

F’dan l-aħħar każ, l-element suġġettiv li l-importatur (dikjarant) kellu l-intenzjoni jabbuża mis-sistema tal-VAT għandu jiġi evalwat b’mod differenti mill-każ ta’ provvista ta’ beni intra-Komunitarja skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT? Din l-evalwazzjoni għandha tkun iktar konċessiva fid-dawl tal-fatt li l-eżenzjoni mill-VAT fil-kuntest tal-proċedura doganali 42 għandha tiġi awtorizzata minn qabel mill-awtoritajiet doganali? Jew inkella għandha tkun iktar restrittiva, sa fejn it-tranżazzjonijiet ikkonċernati huma konnessi mal-ewwel entrata fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea ta’ beni li joriġinaw minn pajjiżi terzi?


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/21


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-7 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-215/15, M. Y. Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-530/17 P)

(2017/C 374/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-215/15;

2)

tiddeċiedi hija nnifisha t-tilwima b’mod definittiv u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2) sa fejn jikkonċernaw lill-appellant u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali;

3)

sussidjarjament għat-tieni kap tat-talba, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi, b’rabta mal-evalwazzjoni legali li tinsab fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin insostenn tal-appell tiegħu:

1)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta kkonstatat li l-Kunsill immotiva l-miżuri restrittivi mingħajr ma wettaq żball ta’ liġi. Il-Kunsill ma semmiex il-motivi b’mod suffiċjentement speċifiku u konkret.

(2)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kunsill ma kisirx id-drittijiet fundamentali. Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-ksur tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li l-miżuri huma xierqa u proporzjonati. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji proċedurali u kisret drittijiet proċedurali.

(3)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kunsill ma għamilx użu ħażin ta’ poter. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda eżami konkret f’dak li jirrigwarda lill-appellant. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali tibda, b’mod żbaljat, mill-prinċipju li l-assenza ta’ provi konkreti hija irrilevanti.

(4)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kunsill ma kisirx il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. L-ewwel nett, il-kunsiderazzjonijiet esposti mill-Qorti Ġenerali rigward l-obbligu ta’ imparzjalità tal-Kunsill huma żbaljati. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-portata tal-obbligu li l-fatti jiġu stabbiliti bir-reqqa. F’dan ir-rigward, ksur tad-drittijiet proċedurali tal-appellant għandu wkoll jiġi kkonstatat.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kunsill ma wettaq l-ebda “żball manifest ta’ evalwazzjoni”. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ stħarriġ f’dak li jirrigwarda l-att ikkontestat billi naqset milli teżamina l-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tiegħu. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li l-Kunsill seta’ jibbaża ruħu biss fuq ittra tal-Ukraina. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-obbligu tal-Kunsill li jwettaq investigazzjonijiet addizzjonali. Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-portata tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-miżuri restrittivi. Barra minn hekk, l-argumenti tal-Qorti Ġenerali huma fil-parti l-kbira tagħhom purament politiċi u hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-importanza tad-drittijiet fundamentali fi Stat terz.


(1)  ĠU 2015, L 62, p. 25.

(2)  ĠU 2015, L 62, p. 1.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/22


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-65/15, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-539/17 P)

(2017/C 374/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla kompletament is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2017, fil-Kawża T-65/15, Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tilqa’ r-rikors tas-6 ta’ Frar 2015 tal-imsemmija kumpannija;

tiċħad il-kontrotalba tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni – ksur tad-dispożizzjoniet fil-qasam tas-subappaltar kif previsti fir-regolament finanzjarju fis-seħħ.

Il-Qorti Ġenreali wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-Artikolu 1134 tal-kodiċi ċibili Belġjan f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin id-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-subappalt previsti fl-Artikoli 130 et seq tar-Regolament (UE) Nru 2342/2002 u fil-klawżoli kuntrattwali I.II.2.4 u II.13.1 li jinsabu fil-ftehim qafas iffirmat bin-Numru FP7/2009/1.

2)

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta’ klawżola kuntrattwali u evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-Klawżola II.22, kontrolli u reviżjonijiet tal-kontabbiltà, prevista fl-Anness II tal-ftehim iffirmat, u żbaljatament ċaħdet it-talba tar-rikorrenti/appellanti.

3)

Evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi u nuqqas ta’ motivazzjoni

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball sa fejn hija manifestament ma ħaditx inkunsiderazzjoni provi ewlenin prodotti mir-rikorrenti u ammessi mill-appellata.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-543/17)

(2017/C 374/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, L. Nicolae, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, p. 1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 54 639,36 kuljum dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża odjerna għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/61/UE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istati Membri kienu obbligati, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/61/UE li jadottaw il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016. Il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-dispożizzjoni.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni pproponiet li r-Renju tal-Belġju jiġi kkundannat għal penalità ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 54 639,36.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/23


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Umweltverband WWF Österreich vs Landeshauptmann von Tirol

(Kawża C-663/15) (1)

(2017/C 374/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/24


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Comune di Balzola, Comune di Borgo San Martino, Comune di Camino, et vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, fil-preżenza ta’: Poste Italiane SpA

(Kawża C-275/16) (1)

(2017/C 374/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Awwissu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Protodikeio Rethymnis – Il-Greċja) – Proċeduri kriminali kontra K.

(Kawża C-475/16) (1)

(2017/C 374/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 428, 22.11.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Bernhard Schloesser, Petra Noll vs Société Air France SA

(Kawża C-255/17) (1)

(2017/C 374/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


Il-Qorti Ġenerali

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-564/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali - Multa imposta in solidum fi tmiem ta’ proċedura ta’ tranżazzjoni - Ħlas bin-nifs - Deċiżjoni li timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja ma’ bank li għandu klassifikazzjoni finanzjarja ‘AA’ għal żmien twil - Rikors għal annullament - Att kontestabbli - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

(2017/C 374/37)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA (Lordelo, il-Portugall) u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J. Calheiros, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka et B. Mongin, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes u A. Dias Henriques, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 relatata mal-ħlas ta’ multi imposti fuq ir-rikorrenti għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn din l-ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija ma’ bank li jkun ngħata klassifikazzjoni finanzjarja “AA” għal żmien twil bħala kundizzjoni sabiex tintlaqa’ t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex jinkisbu termini addizzjonali għall-ħlas tal-multa imposta fuqhom in solidum.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA marbuta mal-proċedura tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali qabel l-appell.

4)

Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura tar-rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 55, 19.2.2011.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża T-350/13) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BADTORO - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u nazzjonali figurattiva preċedenti TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 374/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jordi Nogues, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Fernández Castellanos, M. J. Sanmartín Sanmartín u E. López Parés, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar et J. Crespo Carrillo, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ April 2013 (Każ R 1446/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u Jordi Nogues.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ April 2013 (Kawża R 1446/2012-2), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Jordi Nogues, SL.

3)

Grupo Osborne, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zymara)

(Kawża T-214/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zymara - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 374/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Meda AB (Solna, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2015 (Każ R 550/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Meda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zimara)

(Kawża T-238/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zimara - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fl-intier tiegħu - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 374/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Meda AB (Solna, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 636/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Meda.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 636/2014-5) hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat quddiemu għal dak li jikkonċerna l-“prodotti veterinarji”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Jordi Nogues vs EUIPO – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża T-386/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BADTORO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti u trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2017/C 374/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jordi Nogues, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. J. Sanmartín Sanmartín u E. López Parés, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2015 (Każ R 2570/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u Jordi Nogues.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas 17 ta’ April 2015 (Każ R 2570/2013-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Jordi Nogues, SL.

3)

Grupo Osborne, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret vs EUIPO – NBC Fourth Realty (NaraMaxx)

(Kawża T-586/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NaraMaxx - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAXX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 374/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (Osmangazi-Bursa, it-Turkija) (rappreżentanti: M. López Camba u L. Monzón de la Flor, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: NBC Fourth Realty Corp. (North Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment D. Stone u A. Dykes, sussegwentement A. Smith, solicitors, u S. Malynicz, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1073/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NBC Fourth Realty u Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Repsol YPF vs EUIPO – Basic (BASIC)

(Kawża T-609/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC - Ismijiet kummerċjali nazzjonali preċedenti basic u basic AG - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 374/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, sussegwentement minn J. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Altenburg u H. Bickel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2384/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Basic Lebensmittelhandel u Repsol, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-11 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2384/2013-1), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Repsol YPF, SA.

3)

Basic AG Lebensmittelhandel għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-682/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kundizzjonijiet tax-xogħol - Sahra - Xufier fi grad AST 6 - Tneħħija tad-dritt għal allowance fissa ta’ sahra - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-fatti”))

(2017/C 374/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Patrick Wanègue (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Appellat: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles u S. Bachotet, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2015, Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (F-21/15, EU:F:2015:102), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Patrick Wanègue għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sustnuti mill-Kumitat tar-Reġjuni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)

(Kawża T-83/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WIDIBA - Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”])

(2017/C 374/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja) u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u J. García Murillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Gerling u M. Wolpert-Witzel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każijiet magħquda R 112/2015-2 u R 190/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ING-DIBa u Banca Monte dei Paschi di Siena.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (widiba)

(Kawża T-84/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea widiba - Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”])

(2017/C 374/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja) u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u J. García Murillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Gerling u M. Wolpert-Witzel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każijiet magħquda R 113/2015-2 u R 174/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ING-DIBa u Banca Monte dei Paschi di Siena.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Eurofast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/16) (1)

((Għajnuna finanzjarja - Is – seba’ programm qafas għall – azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Konvenzjoni ASSET - Deċiżjoni ta’ rkupru permezz ta’ tpaċċija ta’ ċerti somom imħallsa wara awditu finanzjarju - Rikors għal annullament - Aspettattivi leġittimi - Klawżola ta’ arbitraġġ - Terminu għall – komunikazzjoni tar – rapport ta’ awditu - Prinċipju ta’ kontradittorju - Eliġibbiltà tal – ispejjeż - Responsabbiltà kuntrattwali))

(2017/C 374/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eurofast SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2015 li tirkupra permezz ta’ tpaċċija, skont il-konklużjonijiet ta’ awditu finanzjarju, ta’ ċerti somom imħallsa lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 211625 għat-twettiq tal-proġett Asset, konkluż fil-kuntest tas-seba’ programm qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza tal-imsemmi dejn, sabiex l-ispejjeż sostnuti fl-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 211625 għat-twettiq tal-proġett Asset jiġu ddikkjarati eliġibbli u sabiex il-Kummissjoni tikkonferma l-leġittimità tal-finanzjament mogħti, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tħallas somma ineżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 607049 għat-twettiq tal-proġett Eksistenz u sabiex din tal-aħħar tiġi kkundanata tħallas kumpens kuntrattwali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eurofast SARL hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma ta’ EUR 78 380,28, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-għajnuna finanzjarja li bbenefikat minnha abbażi tal-ftehim ta’ sussidju Nru 211625 għat-twettiq tal-proġett “Aeronautic Study on Seamless Transport”, flimkien mal-interessi moratorji ta’ 3,55 % mit-13 ta’ Jannar 2015, tnaqqis tal-ammont impaċċi, jiġifieri EUR 69 923,68 sad-data tas-17 ta’ Diċembru 2015.

3)

Eurofast għandha tbati, minbarra spejjeż oħra, dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/16) (1)

([“FEAG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Skema ta’ appoġġ dirett għal bdiewa - Regolamenti (KE) Nri 73/2009 u 1122/2009 - Sistema ta’ kwoti tal-ħalib - Regolamenti (KE) Nri 1788/2003 u 595/2004 - Sostituzzjoni ta’ kontrolli fil-post tal-irziezet b’kontrolli amministrattivi”])

(2017/C 374/48)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Lewis, G. Braga da Cruz u J. Guillem Carrau, sussegwentement A. Lewis u B. Rechena, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16), inkluż dak imwettaq mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest ta’ “Għajnuna Diretta Oħra – Artikol[i] 68-72 tar-Regolament [Nru] 73/2009” għas-snin finanzjarji 2011 sa 2013 għas-somma totali ta’ EUR 385 762,22.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Arrigoni vs EUIPO – Arrigoni Battista (Arrigoni Valtaleggio)

(Kawża T-454/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Arrigoni Valtaleggio - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ARRIGONI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 374/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Arrigoni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: P. Di Gravio, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arrigoni Battista SpA (Bergamo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, M. Balestriero u K. Muraro, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2922/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Arrigoni u Arrigono Formaggi SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arrigoni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – D’Agostino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Interess tas-servizz”))

(2017/C 374/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-dannu li allegatament sostna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. D’Agostino huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-Kawża F-93/12 u għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-670/13 P.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-670/13 P.


(1)  ĠU C ##, ##.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic)

(Kawża T-620/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Idealogistic - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti idéa logistique - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2017/C 374/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Milchior, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u S. Pétrequin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza) (rappreżentanti: P. Langlais, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-20 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1435/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Idea Groupe u The Logistical Approach.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Logistical Approach BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION)

(Kawża T-789/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea INVOICE AUCTION - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 374/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: InvoiceAuction B2B GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2201/2015-1), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv INVOICE AUCTION bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

InvoiceAuction B2B GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/35


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Del Valle Ruiz and Others vs il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-510/17)

(2017/C 374/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Antonio Del Valle Ruiz (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) u 41 rikorrenti oħra (rappreżentanti: Saini, QC, J. Pobjoy, barrister, u R. Boynton, solicitor)

Konvenuti: il-Kummissjoni u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)

Talbiet

tannulla fl-ewwel lok id-deċiżjoni tal-BUR adottata waqt is-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar l-adozzjoni tal-iskema ta’ riżluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, S.A. u fit-tieni lok, id-deċiżjoni tal-Kummission (UE) 2017/1246 (1). Ir-rikorrenti jitolbu ukoll lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara bħala illegali l-Artikoli 18 u 22 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2); u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 18 tar-regolament SUR, safejn il-proċedura prevista fih ma tipprovdix lill-azzjonisti l-possibbiltà li jinstemgħu u ma tippermettix li jsir stħarriġ ġudizzjarju, bi ksur a) tal-Artikoli 41, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “Karta tal-UE”) u b) tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li, indipendentement mill-illegalità possibbli tal-Artikolu 18 tar-regolament SUR, id-deċiżjoni kkontestata tal-BUR u d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni jiksru l-Artikoli 41, 47 u 48 tal-Karta tal-UE.

3.

Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti jsosntu li l-BUR u l-Kummissjoni kisru, mingħajr ebda ġustifikazzjoni jew proporzjonalità, id-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni tal-Artikolu 20 tar-regolament SUR safejn dawn ma wettqux evalwazzjoni adegwata u indipendenti qabel ma adottaw id-deċiżjoni ikkontestata tal-BUR u d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni tal-Artikolu 18(1) tar-regolament SUR safejn qiesu li l-kundizzjonijiet preliminari elenkati fl-Artikolu 18(1)(a) u (b) kienu issodisfatti.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni tal-Artikolu 21(1) tar-regolament SUR safejn qiesu li kienu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tnaqqis jew ta’ konverżjoni tal-istrumenti ta’ kapital ikkonċernati.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-BUR u mill-Kummissjoni ta’ kundizzjoni proċedurali sostanzjali safejn ma pprovdew l-ebda motivazzjoni adegwata għad-deċiżjoni ikkontestata tal-BUR u għad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-BUR u l-Kummissjoni, ma osservawx fil-mument li huma għażlu il-mezz tal-bejgħ tal-impriża, a) il-prinċipju ta’ proporzjonalità, u b), l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, billi varjaw mill-pjan ta’ riżoluzzjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni.

9.

Fid-disa’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Artikoli 18 u 22 tar-regolament SUR jiksru il-prinċipji marbuta mad-delegazzjoni tal-poteri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038), (ĠU L 178, p. 15).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ [Skema Unika] ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, p. 1)


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/36


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Garriga Sadurní u Martí Fonts vs SRB

(Kawża T-514/17)

(2017/C 374/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Antonia Elisenda Garriga Sadurní (Barcelona, Spanja) u Josep María Martí Fonts (Barcelona) (rappreżentant: E. Silva Pacheco, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla “ex tunc” ir-riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 sabiex b’hekk twassal għan-nullità tal-validità u tal-effetti tagħha.

tikkumpensahom fl-ammont ta’ ħames mitt elf euro (EUR 500 000).

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/37


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Sánchez Valverde e Hijos vs SRB

(Kawża T-515/17)

(2017/C 374/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sánchez Valverde e Hijos, SA (Montcada Reixac, Spanja) (rappreżentant: E. Silva Pacheco, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla “ex tunc” ir-riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 sabiex b’hekk twassal għan-nullità tal-validità u tal-effetti tagħha;

tikkumpensaha fl-ammont ta’ ħames mija u tmint elef u ħames mitt euro u ħamsin ċenteżmu (EUR 508 500,50).

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/37


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Olarreaga Marques u Saralegui Reyzabal vs SRB

(Kawża T-518/17)

(2017/C 374/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gorka Olarreaga Marques (Madrid, Spanja) u María-Aránzazu Saralegui Reyzabal (Madrid) (rappreżentant: R. Jiménez Velasco, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni dwar l-entità Banco Popular Español S.A..

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/38


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-523/17)

(2017/C 374/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eleveté Invest Group, S.L. (Madrid, Spanja) u 19-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Cremades Román, F. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn bid-data tas-7 ta’ Ġunju 2017;

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jħallsu kumpens lir-rikorrenti għal responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara l-kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tordna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jikkumpensaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/39


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Gayalex Proyectos vs SRB

(Kawża T-563/17)

(2017/C 374/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gayalex Proyectos, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Betancor Álamo y F. Cabrera Molina, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkunsidra bħala ppreżentat dan ir-rikors flimkien mad-dokumenti annessi, tammettih u tilqa’ r-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08, li tadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni dwar Banco Popular Español, S.A., u tannulla l-imsemmija deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Molina García vs SRB

(Kawża T-566/17)

(2017/C 374/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Jerónimo Molina García (Puente Genil, Spanja) (rappreżentant: A. Velasco Albalá, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla r-riżoluzzjoni kkontestata.

tassumi l-konsegwenzi tat-teħid b’mod inkorrett tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ trasparenza, jew minħabba n-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri preventivi preċedenti li kienu jżommu lill-azzjonisti milli jitilfu s-sehem tagħhom mill-kapital permezz ta’ tniżżil fil-valur tiegħu stess. U, konsegwentement, tikkumpensa lir-rikorrent, fl-ammont mitluf minħabba f’implemetazzjoni u riżoluzzjoni inkorretta, għall-ammont ta’ EUR 7 805,29.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Inversiones Flandes et vs SRB

(Kawża T-573/17)

(2017/C 374/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Inversiones Flandes, SL (Madrid, Spanja), New Winds Group, SL (Madrid), Sarey Investments, SL (Madrid) (rappreżentant: R. Jiménez Velasco, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, għal dak li jirrigwarda l-premessi u l-artikoli prinċipali indikati, u tadotta deċiżjoni oħra li tevidenzja, bi trasparenza sħiħa u ċertezza, is-sitwazzjoni patrimonjali reali, f’termini kummerċjali, ta’ Banco Popular, SA, u fuq il-bażi ta’ dan tieħu l-miżuri xierqa.

Kumulattivament, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/40


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – Asics vs EUIPO -Van Lieshout textile Agenturen (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ linji msallba)

(Kawża T-581/17)

(2017/C 374/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asics Corporation (Kobe, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Polo Carreño, M. Granado Carpenter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Van Lieshout textiel Agenturen BV (Berkel-Enschot, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ linji msallba – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 952 678

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2129/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna r-rimbors tal-ispejjeż f’dan l-appell quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tad-dmir tal-Bord li jirrevedi l-legalità tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2017 – Bashab et vs Il-Kunsill

(Kawża T-582/17)

(2017/C 374/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentanti: P. Chansay-Wilmotte, A. Kalambay Ndaya u P. Okito Omole, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-invalidità tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, jiġifieri,

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/904, tad-29 ta’ Mejju 2017, li jimplimenta l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li, skont il-Kunsill, aġixxew bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905, tad-29 ta’ Mejju 2017, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, motiv uniku, ibbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati huma motivati b’mod vag u sinjifikattivament ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill fil-konfront tagħhom huma infondati kemm fil-fatt u anki fid-dritt. Barra minn hekk, il-Kunsill wettaq diversi irregolaritajiet li kull waħda minnhom hija ta’ natura li tkun ta’ bażi għall-annullament tal-atti kkontestati.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Primart vs EUIPO – Bolton Cile España (PRIMART Marek Łukasiewicz)

(Kawża T-584/17)

(2017/C 374/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz (Wołomin, il-Polonja) (rappreżentant: J. Skołuda, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolton Cile España, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali u figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri aħmar, abjad u blu skur, li tinkludi l-elementi verbali “Primart Marek Łukasiewicz” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 682 299

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1933/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/42


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Serra Noguera et vs SRB

(Kawża T-592/17)

(2017/C 374/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Juan Carlos Serra Noguera (Sant Jordi de ses Salines, Spanja) u 56 rikorrent ieħor (rappreżentant: R. García-Bragado Acín, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkunsidra din it-talba bħala mressqa, u li ġie ppreżentat dan ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju, dwar ir-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata;

tikkonstata, fid-deċiżjoni tagħha, li l-SRB għandu l-obbligu li jagħmel tajjeb għad-danni kkawżati lir-rikorrenti, speċifikament fl-ammont tal-investiment tagħhom jew fl-ammont determinat fl-eżekuzzjoni tas-sentenza, u dan fid-dawl tal-impossibbiltà prattika li titreġġa’ lura l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni msemmija.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/43


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2017 – Rubik’s Brand vs EUIPO – Simba Toys (forma ta’ kubu)

(Kawża T-601/17)

(2017/C 374/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rubik’s Brand Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Szamosi u M. Borbás, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni tridimensjonali (Forma ta’ kubu) – Trade mark tal-Unjoni Nru 162 784

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 452/2017-1

Talbiet tar-Rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Simba Toys GmbH & Co. KG għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-appell u dawk tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/44


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2017 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/17)

(2017/C 374/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla n-“nota ta’ debitu”, ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala deċiżjoni li tikkawża preġudizzju (“it-tieni deċiżjoni kkontestata”), tat-22 ta’ Diċembru 2016 (Anness A.1), bin-numra ta’ riferiment Arest(2016)7145655, sa fejn timponi fuq ir-rikorrent il-ħlas lura tas-“salarji mħallsa fl-2015 u fl-2016”;

tannulla l-“ittra ta’ informazzjoni minn qabel” (“l-ewwel deċiżjoni kkontestata”), tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Anness A.2), bir-riferiment Ares(2016)6178919, li jallega li huma l-bażi legali;

tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 (Anness A.5), bin-numru ta’ riferiment Arest(2017)2620957, innotifikata fl-istess jum (Anness A.6), li biha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrent, li kien ressaq fis-27 ta’ Jannar 2017, bin-numru ta’ riferiment R/59/17 (Anness A.4), kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq difett formali u difett proċedurali, kif ukoll fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) ibbażat id-deċiżjonijiet kkontestati fuq bażi legali żbaljata, li jiġġustifika l-annullment tagħhom.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-inapplikabbiltà manifesta f’dan il-każ tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, li fuqhom l-Awtorità tal-Ħatra ibbażat. Skont ir-rikorrent, l-irkupru ral-ammonti mħallsa indebitament ikun suġġett għal żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, li l-ewwel waħda tikkonsisti fl-irregolarità tal-ħlas li l-amministrazzjoni tfittex li tirkupra u t-tieni waħda f’li l-membru tal-persunal ikun jaf b’din l-irregolarità jew fil-konstatazzjoni li irregolarità inkwistjoni kienet tant evidenti li l-membru tal-persunal ma setax ma jkunx jaf biha, li ma huwiex evidenti f’dan il-każ.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli formali u proċedurali meta ttieħdet id-deċiżjoni li ma għandha l-ebda bażi legali sa fejn hija ssostni a posteriori li l-att li jiġġustifikah jew huwiex jew ma għadux iktar att li jikkawża preġudizzju.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – All Star vs EUIPO – Carrefour Hypermarchés (Forma ta’ pett ta’ żarbun)

(Kawża T-611/17)

(2017/C 374/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: All Star CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carrefour Hypermarchés (Evry, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ pett ta’ żarbun) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 497 373

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 952/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 75 u 78 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 63 u 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikoli 52(1) u 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 52(2) u 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – Bonnafous vs EACEA

(Kawża T-614/17)

(2017/C 374/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2016, dwar it-tkeċċija tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, tat-2 ta’ Ġunju 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-3 ta’ Frar 2017;

tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali sostnut;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, fuq l-irregolaritajiet proċedurali mwettqa mill-aġenzija konvenuta, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura kif ukoll fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ għanijiet iddefiniti b’mod ċar, fuq il-ksur tal-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grupp ta’ funzjonijiet IV u l-kompiti attribwiti lir-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rapport dwar il-perijodu ta’ prova huwa bbażat fuq motivi manifestament żbaljati.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll fuq użu ħażin ta’ poter.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/46


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2017 – Taminco u Arysta LifeScience Great Britain vs EFSA

(Kawża T-621/17)

(2017/C 374/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Taminco BVBA (Gent, il-Belġju), Arysta LifeScience Great Britain Ltd (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Talbiet tar-Rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tat-18 ta’ Lulju 2017, ikkomunikata lir-rikorrenti fl-20 ta’ Lulju 2017, fuq l-evalwazzjoni tat-talbiet ta’ kunfidenzjalità mressqa fir-rigward tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-proċess għall-approvazzjoni għal Thiram bħala sustanza attiva;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali għall-pubblikazzjoni.

Ir-rikorrenti jsostnu li pubblikazzjoni kienet tkun ultra vires billi ma hemm l-ebda bażi legali li fuqha tista’ tibbaża l-konvenuta biex tiġġustifika pubblikazzjoni, kemm jekk taħt Regolament 1107/2009, Regolament 178/2002 jew Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Nru 844/2012.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta aġixxiet b’mod ultra vires fil-klassifikazzjoni proposta ta’ Thiram billi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi hija l-unika awtorità responsabbli legalment għall-klassifikazzjoni jew ir-riklassifikazzjoni ta’ sustanzi, kif stabbilit fir-Regolament 1272/2008, u l-konvenuta ma għandhiex is-setgħat f’dan ir-rigward.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-drittijiet fundamentali tad-difiża billi naqqset milli tiggarantixxi lir-rikorrenti opportunità sħiħa, xierqa u effettiva biex jissottomettu kummenti fuq riklassifikazzjoni proposta tas-sustanza tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 63 tar-Regolament 1107/2009 billi ddeċidiet li tippubblika l-informazzjoni li r-rikorrenti fittxew li tkun sanalizzata, li tista’ ddgħajjef l-interessi kummerċjali tagħhom.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/47


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Vallina Fonseca vs SRB

(Kawża T-625/17)

(2017/C 374/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Antonio Vallina Fonseca (Madrid, Spanja), (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.; u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/48


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 – Aeris Invest vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-628/17)

(2017/C 374/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu), (rappreżentanti: M. Roca Junyent, J. Calvo Costa, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni UE/2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.;

tiddikjara inapplikabbli, jekk ikun il-każ, l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, b’riferiment għall-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-Bord u lill-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/48


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2017 – Top Cable vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-630/17)

(2017/C 374/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Top Cable, SA (Rubí, Spanja), (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni UE/2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.;

tiddikjara inapplikabbli, jekk ikun il-każ, l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, b’riferiment għall-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-Bord u lill-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/49


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel)

(Kawża T-644/17)

(2017/C 374/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DNV GL AS (Høvik, in-Norveġja) (rappreżentant: J. Albers, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Sustainablel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 372 832

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO – 12 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2/2017-2

Talbiet tar-Rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 372 832 “Sustainablel” għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/49


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Jinan Meide Casting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-650/17)

(2017/C 374/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jinan Meide Casting Co. Ltd (Jinan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1146, tat-28 ta’ Ġunju 2017, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku (1), minħabba li ttieħdu bħala bażi (i) il-volum ta’ bejgħ baxx barra mill-attività normali tal-kummerċ u (ii) id-data inaffidabbli dwar il-kost sabiex jiġi eskluż arbitrajrament ċertu bejgħ.

Ir-rikorrenti ssostni li d-determinazzjoni tal-valur normali li saret mill-Kummissjoni tikser l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku għal żewġ raġunijiet.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li d-determinazzjoni tal-valur normali huwa vvizzjat bl-inklużjoni tal-bejgħ ta’ numri ta’ kontroll tal-prodotti (“PCNs”) li kienu mibjugħa f’volumi żgħar ħafna mill-manifattur tal-pajjiż analogu. Ir-rikorrenti ssostni li hija wriet li l-prezzijiet ta’ bejgħ b’volum tant baxx ma kinux affidabbli u kkawżaw determinazzjoni irraġonevoli tal-valur normali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-bejgħ tal-volum baxx ma jirriflettix aġir normali min-naħa tax-xerrejja u jirriżulta minn sekwenzi normali ta’ stabbiliment ta’ prezzijiet, u konsegwentement ma jaqgħux taħt l-attività kummerċjali normali; għaldaqstant ma jippermettux paragun korrett. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni enfasizzat li wettqet evalwazzjoni tal-attività kummerċjali normali, iżda naqset milli tindirizza dak espost iktar ’il fuq.

It-tieni nett, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma kisbitx data tal-kost affidabbli mill-PCN mill-manifattur tal-pajjiż analogu. Ir-rikorrenti ssostni li għalhekk, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija sabiex tikkalkola tali data tal-kost speċifikament għall-PCN, iżda li fir-realtà, din il-metodoloġija kienet sempliċement preżunzjoni li t-tranżazzjonijiet kollha li kellhom prezz inqas minn 91,14 % tal-prezz medju ma kinux profitabbli, minflok ma evalwat il-profitabbiltà permezz ta’ PCN bi PCN. Ir-rikorrenti ssostni li tali assunzjoni ġenerali hija kompletament irraġonevoli, u twassal għal esklużjoni arbitrarja tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ u għal żieda inġustifikata tal-valur normali. Ir-rikorrenti tikkonkludi li l-affidabbiltà fuq tali metodoloġija u data inaffidabbli sabiex bejgħ bi prezz iktar baxx jiġi eskluż mid-determinazzjoni tal-valur normali għad-detriment tagħha tikser l-Artikolu 2(7)(a).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku, tal-Artikolu 2.4 tal-Ftehim AntiDumping tad-WTO u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li ġew miċħuda l-aġġustamenti tal-livell ta’ kummerċ, il-kundizzjonijiet ta’ kreditu, il-kost tal-imballaġġ u d-differenzi fil-materja prima u fil-produttività kif ukoll peress li ġie impost oneru ta’ prova irraġonevoli fuq ir-rikorrenti.

Skont ir-rikorrenti, il-bejgħ kollu tagħha sar lil utenti finali filwaqt li l-manifattur tal-pajjiż analogu biegħ kemm lil utenti finali kif ukoll lil kummerċjanti. Ir-rikorrenti ssostni li hija pproduċiet diversi provi li juru li kien hemm differenza konsistenti fl-ipprezzar u li minkejja dan, il-Kummissjoni ċaħdet l-aġġustament rikjest għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ.

Ir-rikorrenti tesponi li l-Kummissjoni, barra minn hekk, irrifjutat li tirrevedi l-kalkolu tal-aġġustament tal-kost tal-imballaġġ, minkejja li r-rikorrenti pproduċiet provi li l-valur tal-aġġustament kien żbaljat minħabba l-użu ta’ kriterju ta’ allokazzjoni skorrett. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni għalhekk kisret l-obbligi tagħha billi imputat il-kost totali tal-imballaġġ fuq il-fatturat totali pjuttost milli fuq il-fatturat tal-prodotti mmanifatturati mill-manifattur tal-pajjiż analogu.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni rrifjutat li tagħmel aġġustament għall-kostijiet tal-kreditu għall-parti l-kbira tal-bejgħ tal-manifattur tal-pajjiż analogu. Skont ir-rikorrenti, hija wriet li l-provi kienu jikkontradixxu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li kienet wasslitha sabiex ma tagħmilx tali aġġustament, u minflok siltet il-konklużjonijiet korretti dwar il-bżonn li jsiru aġġustamenti għall-kundizzjonijiet ta’ kreditu, il-Kummissjoni għamlet aġġustament għal konsumatur wieħed speċifiku bi ksur tal-obbligi tagħha.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li kien hemm differenzi bejn il-materja prima użata u l-produttività tal-manifattur tal-pajjiż analogu u tar-rikorrenti, iżda rrifjutat li tagħmel aġġustamenti għal dawn id-differenzi. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fost l-oħrajn, ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dikjrazzjonijiet tal-manifattur tal-pajjiż analogu nnifsu li kienu jattestaw li dawn id-differenzi jeżistu u kellhom impatt fuq il-paragunabbiltà tal-prezzijiet.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni, barra minn hekk, imponiet oneru ta’ prova irraġonevoli fuq Jinan bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku, tal-Artikolu 2.4 tal-Ftehim AntiDumping u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, fir-rigward ta’ kull wieħed mill-aġġustamenti mitluba indirizzati iktar ’il fuq.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2(7)(a), 2(10), 2(10)(a) u 2(11) tar-Regolament Bażiku minħabba d-determinazzjoni tal-marġni dumping fir-rigward ta’ tipi ta’ prodotti mhux korrispondenti.

Ir-rikorrenti ssostni li billi ddeterminat il-valur normali ta’ tipi ta’ prodotti mhux korrispondenti fuq il-bażi tal-valur normali medju aġġustat bil-valur tad-differenzi tal-prodotti li ġie ddeterminat abbażi tad-differenza bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni applikati mir-rikorrenti, il-Kummissjoni adottat metodoloġija irraġonevoli sabiex tiddetermina l-valur normali, bi ksur tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku. Skont ir-rikorrenti, dan huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li l-valur tas-suq tad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiku huwa rifless fil-prezzijiet tal-esportazzjoni, filwaqt li fir-realtà il-prezzijiet tal-esportazzjoni tat-tipi ta’ prodotti korrispondenti użati bħala referenza jirriflettu, abbażi tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, minn tal-inqas parzjalment, id-dumping. Skont ir-rikorrenti, il-metodoloġija tinkorpora l-preżunzjoni li l-esportazzjonijiet tat-tipi ta’ prodotti mhux korrispondenti inkwistjoni għandhom prezz li huwa suġġett għad-dumping bl-istess marġni li ġie kkonstatat fir-rigward tat-tipi ta’ prodotti korrispondenti. Ir-rikorrenti tqis li din il-preżunzjoni hija irraġonevoli u ma tistax tiġi vverifikata.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li billi adottat metodoloġija li tirriżulta fi preżunzjoni ta’ dumping għal tipi ta’ prodotti mhux korrispondenti fuq l-istess livell bħal dawk ta’ tipi ta’ prodotti korrispondenti, il-marġni dumping miksub ma jirriflettix l-iskala sħiħa ta’ dumping applikat, kuntrarjament għall-Artikolu 2(11) tar-Regolament Bażiku.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament Bażiku peress li ttieħdet bħala bażi data ta’ importazzjoni impreċiża, jew fuq ksur tal-Artikoli 3, 9(4) u 9(5) tar-Regolament Bażiku minħabba l-impożizzjoni ta’ dazji fir-rigward tar-rikorrenti mingħajr ebda konstatazzjoni ta’ ħsara jew rabta kawżali.

Sakemm il-Qorti Ġenerali ma tqisx li r-regolament ikkontestat jinkorpora l-konstatazzjoni ta’ ħsara u ta’ rabta kawżali inklużi fir-regolament annullat (2), permezz ta’ riferiment, ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-annullament tar-regolament annullat fl-intier tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti, ir-regolament ikkontestat jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet mir-rikorrenti mingħajr kunsiderazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward ta’ elementi oħra għajr id-dumping. Skont ir-rikorrenti, dan iwassal, fost l-oħrajn, għal ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku, peress li ġie impost dazju antidumping definittiv mingħajr konstatazzjoni ta’ ħsara jew rabta kawżali. Ir-rikorrenti ssostni li fin-nuqqas ta’ konstatazzjonijiet ta’ ħsara f’regolament fis-seħħ fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret ukoll l-Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-ħsara. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li ma hemmx motivazzjoni.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament Bażiku sa fejn ibbażat ruħha fuq data tal-importazzjoni skorretta. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, għall-konstatazzjoni ta’ ħsara, tqieset bħala affidabbli d-data tal-importazzjoni li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, kienet ċertament tinkludi importazzjonijiet ta’ prodotti li ma jistgħux jitqiesu bħala l-prodott ikkonċernat. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, madankollu, naqset milli tieħu l-passi neċessarji sabiex tivverifika l-eżattezza tad-data tal-importazzjoni u tikkorreġiha billi teskludi importazzjonijiet ta’ prodotti li ma jistgħux jitqiesu li huma l-prodott ikkonċernat. Ir-rikorrenti tikkonkludi li, bħala konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament Bażiku.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku tal-2009 peress li kellu jkun il-Kunsill li jeżegwixxi s-sentenza u mhux il-Kummissjoni.

Skont ir-rikorrenti, il-proċedura prevista fir-Regolament Bażiku tal-2009, li kif irrikonoxxut mill-Kummissjoni stess, kien il-liġi applikabbli għall-investigazzjoni l-ġdida, teżiġi impożizzjoni mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat konsultattiv. Ir-rikorrenti ssostni li din il-proċedura ma kinitx segwita u li għalhekk, ir-regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku tal-2009 u tal-Artikolu 266 TFUE li jeżiġi li l-istituzzjoni, li l-att tagħha jkun ġie annullat, tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha.


(1)  Referenzi għar-Regolament Bażiku jitqiesu li jirreferu, prinċipalment, għar-Regolament Bażiku tal-2009 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU 2009 L 343, p. 51) u sussidjarjament, għad-dispożizzjoni korrispondenti tar-Regolament Bażiku tal-2016 (Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, ĠU 2016, L 176, p. 21).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU 2013, L 129, p. 1)