|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 370/01 |
||
|
2017/C 370/02 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2017/C 370/03 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 370/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8656 — Mitsui/Sime Darby/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 370/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8588 — Continental Automotive/Alstom/EasyMile) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 370/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8637 — APG/Hines/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 370/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta’ Ottubru 2017
(2017/C 370/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1612 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,83 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4410 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87980 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,7090 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1603 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4840 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,645 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
311,01 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2432 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5990 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,3851 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5148 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4918 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,0581 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6944 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5836 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 306,01 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3361 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7165 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5220 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 762,75 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9206 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,079 |
|
RUB |
Rouble Russu |
67,1203 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,598 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7790 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,1764 |
|
INR |
Rupi Indjan |
75,3560 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/2 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 370/02)
Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 372:
|
9018 90 84 |
Oħrajn |
Għandu jiddaħħal dan it-test wara t-test eżistenti:
“Din is-subintestatura ma tkoprix l-hekk imsejħin “tourniquets”. Ġeneralment, dawn jikkonsistu f’sistema ta’ ċinga u bokkla. Dawn jintużaw billi tiġi ssikkata ċ-ċinga biex tiġi kkontrollata ċ-ċirkulazzjoni tad-demm lejn xi waħda mill-estremitajiet għal perjodu qasir. Tipi oħra ta’ tourniquets jistgħu jkollhom, pereżempju, virga għall-issikkar. Minħabba s-sempliċità tal-kostruzzjoni u l-materjali użati, ma humiex simili għal strumenti u tagħmir kopert mill-intestatura attwali, minkejja li jissodisfaw skop mediku (ġeneralment klassifikati skont il-materjal kostitwenti taċ-ċinga). Ara, b’mod partikolari, ir-raba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjega tas-SA għall-intestatura 9018.
”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/3 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 370/03)
Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 379
|
9403 |
Għamara oħra u partijiet tagħha |
It-test u l-istampi li ġejjin jiddaħħlu wara t-test eżistenti:
“Din l-intestatura tinkludi wkoll kubi għall-ħżin magħmula minn diversi materjali, pereżempju, tal-injam jew tal-kartun, li jistgħu jkunu miksija, pereżempju, b’imitazzjoni tal-ġilda jew materjali tessili, sew jekk jistgħu jintwew kif ukoll jekk le, b’għatu. Huma ddiżinjati biex jitqiegħdu mal-art, biex jiġu stivati l-oġġetti fihom u biex jintużaw bħala post fejn tpoġġi bilqiegħda.
Eżempji:
”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8656 — Mitsui/Sime Darby/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 370/04)
|
1. |
Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Mitsui u Sime Darby jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot (il-“JV”). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Mitsui: kumpanija Ġappuniża ta’ kummerċ ġenerali involuta f’oqsma tan-negozju bħall-makkinarju, l-elettronika, il-ħadid u l-azzar, il-faħam u l-metalli mhux tal-ħadid, il-kimiċi kif ukoll l-enerġija. — għal Sime Darby: kumpanija bbażata fil-Malasja prinċipalment involuta fl-iżvilupp tal-proprjetà. — għall-JV: hija se takkwista u tiżviluppa plottijiet ta’ art bħala park loġistiku/industrijali fil-Malasja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8656 — Mitsui/Sime Darby/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8588 — Continental Automotive/Alstom/EasyMile)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 370/05)
|
1. |
Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Continental u Alstom jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ EasyMile. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Continental: kumpanija internazzjonali tat-teknoloġija li timmanifattura u tforni diversi komponenti u spare parts, b’mod partikolari għall-industrija tal-karozzi. — għal Alstom: il-forniment ta’ tagħmir u servizzi għal trasport bil-ferrovija, inklużi l-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura tat-trasport, u sinjalar u tagħmir ta’ manutenzjoni u servizzi. — għal EasyMile: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet ta’ mobilità intelliġenti mingħajr sewwieq għal distanzi qosra (last mile concept). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8588 — Continental Automotive/Alstom/EasyMile Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8637 — APG/Hines/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 370/06)
|
1. |
Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
APG u Hines jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq impriża konġunta (joint venture, JV) maħluqa ġdida, permezz ta’ Irish Collective Asset management Vehicle, biex jixtru u jiżviluppaw ċerti plottijiet ta’ art f’Dublin, l-Irlanda għal skopijiet residenzjali u kummerċjali. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal APG: fond ta’ investiment immobiljarju li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu huwa ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku, — għal Hines: investiment immobiljarju, żvilupp u ġestjoni tal-proprjetà immobbli. — għall-JV: se tixtri u tiżviluppa ċerti plottijiet tal-art f’Dublin, l-Irlanda għal skopijiet residenzjali u kummerċjali. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem jinħtieġ li tiġi speċifikata: M.8637 — APG/Hines/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/8 |
Notifika għall-attenzjoni tas-sid tal-bastiment CAPRICORN, li huwa mniżżel fil-lista msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra bastimenti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). L-elenkar ġie mġedded sat-18 ta’ Jannar 2018 u emendat, u skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1974
(2017/C 370/07)
|
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1) issejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu ordni lill-bastimenti, kif imsemmija fil-lista elenkata fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, li ma jgħabbux, ma jittrasportawx, jew ma jħottux żejt mhux maħdum esportat illegalment mil-Libja, biex jiċħdu dħul fil-portijiet tal-Istati Membri u tipprojbixxi l-għoti ta’ ċerti servizzi ta’ ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ esportazzjonijiet taż-żejt bħal dawn. |
|
2. |
Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ġedded u emenda l-elenkar tal-bastiment CAPRICORN, soġġett għal miżuri restrittivi. Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1970 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex tkun tista’ tiġi rrikunsidrata d-deċiżjoni li l-elenkar jiġġedded. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
|
3. |
Sabiex jiġi implimentat l-elenkar il-ġdid, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1974 (2) li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3) skont dan. Is-sid tal-bastiment CAPRICORN jista’ jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-deċiżjoni li jiġġedded l-elenkar, flimkien ma’ dokumenti ġustifikattivi, lill-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej:
|
|
4. |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tas-sid tal-bastiment CAPRICORN għall-possibbiltà li jikkontesta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1974 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(2) ĠU L 281, 31.10.2017, p. 27.