ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 357

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
23 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 357/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 357/02

Kawża C-139/17 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 minn QuaMa Quality Management GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-17 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-225/15, QuaMa Quality Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

2

2017/C 357/03

Kawża C-421/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Lulju 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Polfarmex Spółka Akcyjna stabbilita f’Kutno

3

2017/C 357/04

Kawża C-422/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Lulju 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Skarpa Travel sp. z o.o. w Krakowie

3

2017/C 357/05

Kawża C-477/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs D. Balandin et

4

2017/C 357/06

Kawża C-482/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

4

2017/C 357/07

Kawża C-490/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Passenger Rights sp. z. o.o. vs Deutsche Lufthansa AG

5

2017/C 357/08

Kawża C-506/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 357/09

Kawża T-411/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Laufen Austria vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Impożizzjoni in solidum ta’ multa fuq kumpannija omm u fuq is-sussidjarja tagħha — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Kalkolu tal-limitu massimu skont id-dħul mill-bejgħ biss tas-sussidjarja għall-perijodu ta’ ksur qabel l-akkwist tagħha mill-kumpannija omm)

8

2017/C 357/10

Kawża T-671/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Bayerische Motoren Werke vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna reġjonali għall-investiment — Għajnuna mill-Ġermanja għal proġett kbir ta’ investiment ta’ BMW f’Leipzig dwar il-produzzjoni ta’ żewġ mudelli ta’ vetturi elettriċi (i3 u i8) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Artikolu 108(2) u (3) TFUE — L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna — Neċessità tal-għajnuna)

8

2017/C 357/11

Kawża T-374/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – VM vs EUIPO – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vermögensmanufaktur — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009)

9

2017/C 357/12

Kawża T-451/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – AlzChem vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar — Obbligu li jsir eżami konkret u individwali — Interess pubbliku superjuri]

10

2017/C 357/13

Kawża T-572/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Aldi vs EUIPO – Rouard (GOURMET) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GOURMET — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea ORIGINE GOURMET — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

10

2017/C 357/14

Kawża T-578/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Gillet vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Ex impjegat suġġett għad-dritt Belġjan — Kumpens applikabbli skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni C(2005) 1287 — Kalkulazzjoni mill-ġdid tal-ammont tal-kumpens mill-amministrazzjoni fil-kuntest ta’ aġġornament tal-proċeduri ta’ ġestjoni — Att li jikkawża preġudizzju — Att purament konfermatorju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament]

11

2017/C 357/15

Kawża T-678/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Siragusa vs Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Twaqqif tas-servizz — Talba għall-irtirar — Emenda tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal wara t-talba — Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti — Klassifikazzjoni ġuridika tad-deċiżjoni kkontestata)

12

2017/C 357/16

Kawża T-835/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Louvers Belgium vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi ta’ beni u ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għall-offerti — Provvista ta’ purtieri, ta’ drappijiet u ta’ persjani interni u servizzi ta’ installazzjoni, ta’ tindif u ta’ manutenzjoni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Annullament tal-proċedura — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

12

2017/C 357/17

Kawża T-451/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni [Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Bijodiżil — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea BL/abd/ener.c.1(2017)2122195 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza]

13

2017/C 357/18

Kawża T-181/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – PC vs EASO

13

2017/C 357/19

Kawża T-446/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2017 – TK vs Il-Parlament

15

2017/C 357/20

Kawża T-450/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Eurosupport – Fineurop support vs EIGE

16

2017/C 357/21

Kawża T-474/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

16

2017/C 357/22

Kawża T-476/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2017 – Arysta LifeScience Netherlands vs Il-Kummissjoni

17

2017/C 357/23

Kawża T-480/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

18

2017/C 357/24

Kawża T-487/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – UE vs Il-Kummissjoni

19

2017/C 357/25

Kawża T-511/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Corra González et vs SRB

19

2017/C 357/26

Kawża T-516/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Imasa, Ingeniería y Proyectos vs Il-Kummissjoni u SRB

20

2017/C 357/27

Kawża T-517/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Grúas Roxu vs Il-Kummissjoni u SRB

21

2017/C 357/28

Kawża T-524/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Folch Torrela et vs SRB

21

2017/C 357/29

Kawża T-525/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Taberna Ángel Sierra et vs SRB

22

2017/C 357/30

Kawża T-532/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Coral Venture vs SRB

22

2017/C 357/31

Kawża T-550/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament

23

2017/C 357/32

Kawża T-557/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Liaño Reig et vs SRB

24

2017/C 357/33

Kawża T-571/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2017 – UG vs Il-Kummissjoni

25

2017/C 357/34

Kawża T-576/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Mas Que Vinos Global vs EUIPO – JESA (EL SEÑORITO)

26

2017/C 357/35

Kawża T-595/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Demp vs EUIPO (Rappreżentazzjoni tal-kulur griż u isfar)

26

2017/C 357/36

Kawża T-598/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

27

2017/C 357/37

Kawża T-602/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

27

2017/C 357/38

Kawża T-603/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2017/C 357/39

Kawża T-610/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – ICL IP Terneuzen u ICL Europe Coöperatief vs Il-Kummissjoni

30

2017/C 357/40

Kawżi magħquda T-481/13 u T-421/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Systran vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 357/41

Kawża T-548/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Clarke vs EUIPO

32

2017/C 357/42

Kawża T-549/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Papathanasiou vs EUIPO

32

2017/C 357/43

Kawża T-550/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Dickmanns vs EUIPO

32


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 357/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 347, 16.10.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 338, 9.10.2017

ĠU C 330, 2.10.2017

ĠU C 318, 25.9.2017

ĠU C 309, 18.9.2017

ĠU C 300, 11.9.2017

ĠU C 293, 4.9.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/2


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 minn QuaMa Quality Management GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-17 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-225/15, QuaMa Quality Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-139/17 P)

(2017/C 357/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: QuaMa Quality Management GmbH (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Microchip Technology. Inc.

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2017;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2015 (Każijiet magħquda R 1809/2014-4 u R 1680/2014-4).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha li hija ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

L-appell jallega ksur tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha, b’mod żbaljat, fuq il-premessa li, fid-9 ta’ April 2013, l-intervenjenti ppreżentat l-applikazzjoni korretta għar-reġistrazzjoni tal-bdil tal-proprjetarju iżda, f’din l-okkażjoni, użat biss il-formola żbaljata. Fir-realtà, l-applikazzjoni għal “bdil tal-isem jew tal-indirizz ta’ proprjetarju” kienet tirrigwarda t-trade marks (14) kollha ta’ SMSC Europe GmbH u, skont l-ittra tal-14 ta’ April 2013, inftiehmet ukoll bħala tali mill-EUIPO. L-appellanti tqis li, għaldaqstant, huwa stabbilit li l-EUIPO ċaħad l-applikazzjoni tad-9 ta’ April 2013 fl-intier tagħha u laqa’ biss l-applikazzjoni ppreżentata fl-14 ta’ Ġunju 2013, jiġifieri wara l-iskadenza tat-terminu għal preżentata ta’ oppożizzjoni.

L-appell jallega wkoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009. Skont l-appellanti, la d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u lanqas il-Bord tal-Appell ma eżaminaw b’mod suffiċjenti l-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti. L-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni ma tistax issir mingħajr ma jkunu ġew iddeterminati l-pubbliku rilevanti u l-karattru distintiv individwali għad-diversi prodotti u servizzi. Dan huwa iktar u iktar minnu fl-ipoteżi adottata mill-Qorti Ġenerali li x-xebh bejn is-sinjali kkonċernati huwa, għal pubbliku speċjalizzat, li l-Qorti Ġenerali ma tagħmilx parti minnu, “żgħir”.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Lulju 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Polfarmex Spółka Akcyjna stabbilita f’Kutno

(Kawża C-421/17)

(2017/C 357/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenuti: Polfarmex Spółka Akcyjna stabbilita f’Kutno

Domanda preliminari

It-trasferiment ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata lil azzjonist bħala korrispettiv għall-fidi tal-ishma tiegħu, huwa suġġett għal taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?


(1)  GU 2006, L 347, p. 1.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Lulju 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Skarpa Travel sp. z o.o. w Krakowie

(Kawża C-422/17)

(2017/C 357/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenuta: Skarpa Travel sp. z o.o. w Krakowie

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-taxxa dovuta fuq il-ħlasijiet akkont irċevuti minn persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi turistiċi, li huma intaxxati fil-kuntest tal-iskema speċjali prevista għall-aġenti tal-ivvjaġġar fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE, tiġi imposta fil-mument iddefinit fl-Artikolu 65 tal-imsemmija direttiva?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li għall-finijiet tat-tassazzjoni, il-ħlas akkont irċevut mill-persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi turistiċi u li hija intaxxata skont l-iskema speċjali prevista għall-aġenti tal-ivvjaġġar fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE, jitnaqqas bl-ispiża msemmija fl-Artikolu 308 tal-imsemmija direttiva, effettivament sostnuta mill-persuna taxxabbli sal-mument meta tirċievi l-ħlas akkont?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs D. Balandin et

(Kawża C-477/17)

(2017/C 357/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Konvenuti: D. Balandin, I. Lukachenko, Holiday on Ice Services BV

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1231/2010 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiema li għandhom in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, li jgħixu barra mill-Unjoni iżda li jaħdmu temporanjament fi Stati Membri differenti għal persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, jistgħu jinvokaw (it-Titolu II tar-)Regolament Nru 883/2004 (2) u r-Regolament Nru 987/2009 (3)?


(1)  Regolament (UE) Nru 1231/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU 2010, L 344, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

(3)  Regolament (KE) Nru 987/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 […] (ĠU 2009, L 284, p. 1).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/4


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-482/17)

(2017/C 357/06)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, O. Serdula u J. Vláčil, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2017, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (1);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Sussidjarjament,

tannulla l-Artikolu 1(6) tad-direttiva kkontestata sa fejn jintroduċi l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 91/477/KEE;

tannulla l-Artikolu 1(7) tad-direttiva kkontestata sa fejn jintroduċi l-Artikolu 7(4)a tad-Direttiva 91/477/KEE (2);

tannulla l-Artikolu 1(19) tad-direttiva kkontestata sa fejn

jintroduċi l-punti 6, 7 u 8 tal-Kategorija A tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE;

jimmodifika l-Kategorija B tal-Parti II tal-Anness I għad-Direttiva 91/477/KEE;

jintroduċi l-punt 6 tal-Kategorija C tal-Parti II tal-Anness I għad-Direttiva 91/477/KEE;

jimmodifika l-Parti III tal-Anness I għad-Direttiva 91/477/KEE;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi. Id-direttiva kkontestata ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta fil-fatt din ma għandhiex l-għan li telimina l-ostakoli għas-suq intern, iżda esklużivament l-għan li tipprevjeni l-kriminalità u t-terroriżmu. Issa, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma għandux is-setgħa li jadotta miżuri ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-leġiżlatur tal-Unjoni assolutament ma eżaminax il-kwistjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri adottati u deliberatament ma kisibx biżżejjed informazzjoni (pereżempju billi jwettaq evalwazzjoni tal-konsegwenzi) sabiex jagħmel evalwazzjoni informata tal-osservanza ta’ dan il-prinċipju. Minħabba l-assenza ta’ tali evalwazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta miżuri manifestament sproporzjonati, li jikkonsistu fil-projbizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ armi semi-awtomatiċi, li ma humiex użati fl-Unjoni Ewropea sabiex jitwettqu atti terroristiċi, li jikkonsistu fil-kontroll iktar strett ta’ ċerti armi li huma ta’ periklu minimu (riproduzzjonijiet storiċi jew armi li intwera li huma irreversibilment diżattivati) u, fl-aħħar nett, li jikkonsistu fis-sanzjonar tad-detenzjoni ta’ ċerti skrataċ.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-kategorija ta’ armi pprojbiti ddefiniti mill-ġdid (A7 u A8), l-istess bħad-dispożizzjoni li tipprovdi sanzjoni għad-detenzjoni ta’ skrataċ li jaqbżu l-limitu, huma, mill-perspettiva taċ-ċertezza legali, totalment neqsin miċ-ċarezza, b’mod li ma jippermettux lill-persuni kkonċernati jkunu jafu b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. L-Artikolu 7(4)a tad-Direttiva 91/477/KEE, kif modifikat mid-direttiva kkontestata (l-imsejjħa “grandfathering clause”), barra minn hekk effettivament tobbliga lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha effetti retroattivi.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. L-eċċezzjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(6) tad-Direttiva91/477/KEE, kif emendat mid-direttiva kkontestata, ċertament tagħti l-impressjoni ta’ miżura apparentament newtrali, iżda fil-verità l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħha huma ffissati b’tali mod li jaqblu biss mas-sistema Svizzera dwar iż-żamma tal-armi wara t-tmiem tal-lieva, li huwa mingħajr ebda motivazzjoni oġġettiva fid-dawl tal-għan tad-direttiva kkontestata.


(1)  ĠU 2017 L 137, p. 22.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 11, p. 3.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Passenger Rights sp. z. o.o. vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-490/17)

(2017/C 357/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Passenger Rights sp. z. o.o. w Warszawie

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

1)

Strajk intern organizzat mis-sindakat tal-impjegati ta’ trasportatur bl-ajru jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” msemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet (1), moqri flimkien mal-premessa 14 tal-imsemmi regolament?

2)

Sabiex jiġi eżentat mill-obbligu ta’ ħlas ta’ kumpens, taħt l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, moqri flimkien mal-premessa 14 tal-imsemmi regolament, huwa biżżejjed li t-trasportatur juri b’mod plawżibbli li l-istrajk tal-impjegati jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja li ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ħa l-miżuri raġonevoli kollha fid-dispożizzjoni tiegħu, jew it-trasportatur għandu jġib prova ta’ dan?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/6


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-506/17)

(2017/C 357/08)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, M. Žebre)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Slovenja

Talbiet

tiddikkjara li r-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31/KE billi ma adottatx, għal kull waħda minn dawn il-landfills: Dragonja, Dvori, Rakek – Pretržje, Bukovžlak – Cinkarna, Suhadole, Lokovica, Mislinjska Dobrava, Izola, Mozelj, Dolga Poljana, Dolga vas, Jelšane, Volče, Stara gora, Stara vas, Dogoše, Mala gora, Tuncovec – steklarna, Tuncovec – OKP, e Bočna – Podhom, il-miżuri neċessarji, skont l-Artikoli 7(g) u 13 ta’ tali direttiva, sabiex jingħalqu kemm jista’ jkun malajr il-landfills li, skont l-Artikolu 8 tagħha, ma kisbux l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu jiffunzjonaw;

tiddikkjara li r-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(c) tad-Direttiva 1999/31/KE, billi [ma] adottatx, għal dak li jirrigwarda l-landfill ta’ Ostri Vrh, il-miżuri neċessarji li jikkonsistu fl-awtorizzazzjoni tax-xogħlijiet neċessarji u għall-fissazzjoni ta’ perijodu ta’ tranżizzjoni għall-attwazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni u għat-tqegħid f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/31/KE, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti li jinsabu fil-punt 1 tal-Anness I, fi żmien tmien snin mid-data stabbilita fl-Artikolu 18(1) ta’ tali direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31/KE (iktar 'il quddiem id-“Direttiva”), l-Istati Membri kellhom jieħdu miżuri sabiex il-landfills eżistenti – jiġifieri “terraferma [landfills] li ġew mogħtija permess, jew li [kienu] diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva”, jiġifieri s-16 ta’ Lulju 2001 (fil-każ tas-Slovenja l-1 ta’ Mejju 2004, data tal-adeżjoni mal-Unjoni) – jiġu eżaminati fid-dawl tar-rekwiżiti tad-direttiva u, abbażi ta’ tali evalwazzjoni, jingħalqu kemm jista’ malajr jew tiġi ggarantita l-konformità tagħhom skont ir-rekwiżiti tad-direttiva fi żmien perijodu tranżitorju ta’ tmien snin, li skada fis-16 ta’ Lulju 2009. Dan it-terminu huwa validu wkoll għas-Slovenja, li, f’dan ir-rigward, ma kinitx tibbenefika minn perijodu tranżitorju abbażi tat-Trattat ta’ Adeżjoni.

2.

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja fil-fażi prekontenzjuża u fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-organi amministrattivi Sloveni, li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tal-impjanti matul il-proċedura ta’ għeluq u ta’ amministrazzjoni wara l-għeluq, il-Kummissjoni tiddeduċi ġustament li, f’dak li jirrigwarda seba’ landfills (Mislinjska Dobrava, Volče, Izola, Dragonja, Dvori, Mozelj, Tuncovec – OKP), ix-xogħlijiet ta’ għeluq għadhom għaddejjin, u għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li fir-rigward ta’ tali landfills ir-Repubblika tas-Slovenja għadha ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(b) tad-direttiva.

3.

Mill-analiżi tal-informazzjoni kollha disponibbli, kif ukoll fid-dawl tal-affermazzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja matul il-fażi prekontenzjuża u fl-assenza ta’ kwalunkwe prova kuntrarja, jirriżulta li ħames landfills (Bočna – Podhom, Dogoše, Mala gora, Tuncovec – steklarna e Stara vas) – minkejja d-dikjarazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja, li l-għeluq sar fil-parti l-kbira tiegħu – għadhom ma rċivewx deċiżjoni definittiva dwar l-għeluq, kif mitlub mill-Artikolu 14(b) moqri flimkien mal-Artikolu 13(b) tad-direttiva. Il-Kummissjoni minn dan tiddeduċi, għaldaqstant, li r-Repubblika tas-Slovenja, f’dak li jirrigwarda dawn il-ħames landfills, għadha ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva.

4.

Mill-analiżi tal-informazzjoni kollha disponibbli, kif ukoll fid-dawl tal-affermazzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja fil-fażi prekontenzjuża u fl-assenza ta’ kwalunkwe prova kuntrarja, jirriżulta li tmien landfills (Dolga vas, Jelšane, Stara gora, Rakek – Pretržje, Lokovica, Dolga Poljana, Bukovžlak-Cinkarna, Suhadole) għadhom ma rċivewx deċiżjoni definittiva dwar l-għeluq, kif mitlub mill-Artikolu 14(b) moqri flimkien mal-Artikolu 13(b) tad-direttiva, minflok jirriżulta li għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ għeluq. Il-Kummissjoni minn dan tiddeduċi, għaldaqstant, li r-Repubblika tas-Slovenja, anki għal dak li jirrigwarda dawn it-tmien landfills, għadha ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(b) tad-Direttiva.

5.

Ir-Repubblika tas-Slovenja qatt ma ressqet prova tal-fatt li, f’dak li jirrigwarda l-landfill ta’ Ostri Vrh, ingħatat, fit-terminu għar-risposta għall-opinjoni motivata addizzjonali (jiġifieri qabel il-ġurnata tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors), awtorizzazzjoni ambjentali għat-tkomplija tat-tħaddim tal-imsemmija landfill, sabiex dan l-Istat Membru josserva l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 14(c). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonstata li mill-awtorizzazzjoni miksuba a posteriori sabiex tkompli taħdem matul il-proċedura ta’ għeluq u sussegwentement għal din jirriżulta li x-xogħlijiet ta’ għeluq għadhom għaddejjin u li għandhom jintemmu sat-30 ta’ Mejju 2019, u għaldaqstant minn dan jirriżulta li fl-ebda każ ir-Repubblika tas-Slovenja ma wettqet l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14 tad-direttiva.


Il-Qorti Ġenerali

23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Laufen Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/10 RENV) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Multi - Impożizzjoni ‘in solidum’ ta’ multa fuq kumpannija omm u fuq is-sussidjarja tagħha - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kalkolu tal-limitu massimu skont id-dħul mill-bejgħ biss tas-sussidjarja għall-perijodu ta’ ksur qabel l-akkwist tagħha mill-kumpannija omm”))

(2017/C 357/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laufen Austria AG (Wilhelmsburg, l-Awstrija) (rappreżentant: E. Navarro Varona, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Jimeno Fernández u F. Castilla Contreras, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa waħda, għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, min-naħa l-oħra, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Il-parti tal-multa imposta fuq Laufen Austria AG li għaliha hija tinżamm individwalment responsabbli, abbażi tal-ksur imwettaq matul il-perijodu inkluż bejn it-12 ta’ Ottubru 1994 u t-28 ta’ Ottubru 1999 hija stabbilita għal EUR 4 788 001.

2)

Laufen Austria u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Bayerische Motoren Werke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għall-investiment - Għajnuna mill-Ġermanja għal proġett kbir ta’ investiment ta’ BMW f’Leipzig dwar il-produzzjoni ta’ żewġ mudelli ta’ vetturi elettriċi (i3 u i8) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Artikolu 108(2) u (3) TFUE - L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna - Neċessità tal-għajnuna”))

(2017/C 357/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Rosenthal, G. Drauz u M. Schütte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Erlbacher, T. Maxian Rusche u R. Sauer, sussegwentement T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Lübbig u K. Gaßner, avukati) (rappreżentanti: T. Lübbig u K. Gaßner, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjalment tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4531 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 32009 (2011/C) (ex 2010/N), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qiegħda tippjana li tagħti lil BMW għal proġett kbir ta’ investiment f’Leipzig.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayerische Motoren Werke AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Freistaat Sachsen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 439, 8.12.2014.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – VM vs EUIPO – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur)

(Kawża T-374/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vermögensmanufaktur - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2017/C 357/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VM Vermögens-Management GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde u P. Homann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DAT Vermögensmanagement GmbH (Baldham, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-G. Stache, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2015 (Każ R 418/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn DAT Vermögensmanagement u VM Vermögens-Management.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VM Vermögens-Management GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

DAT Vermögensmanagement GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri”])

(2017/C 357/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Borsos u J. Guerrero Pérez, sussegwentement A. Borsos, J. Guerrero Pérez u I. Georgiopoulos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, M. Konstantinidis u L. Armati, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AlzChem AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Aldi vs EUIPO – Rouard (GOURMET)

(Kawża T-572/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GOURMET - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea ORIGINE GOURMET - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2017/C 357/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pierre-André Rouard (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. Rouard u Aldi.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aldi GmbH & Co. KG.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Gillet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/16) (1)

([“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Ex impjegat suġġett għad-dritt Belġjan - Kumpens applikabbli skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni C(2005) 1287 - Kalkulazzjoni mill-ġdid tal-ammont tal-kumpens mill-amministrazzjoni fil-kuntest ta’ aġġornament tal-proċeduri ta’ ġestjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Att purament konfermatorju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament”])

(2017/C 357/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Evelyne Gillet (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżonijiet tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Diċembru 2014 u tad-9 ta’ April 2015, kif ukoll tar-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti, li jnaqqsu l-ammont tal-kumpens imħallas lir-rikorrenti, irrekultata bil-forza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux iddeterminat suġġett għad-dritt Belġjan, u li jipprovdu għall-irkupru tal-ammonti mħallsa żejda.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-9 ta’ April 2015, hija annullata safejn din tipprovdi għall-irkupru tal-ammont ta’ EUR 3 959,38 abbażi tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 116 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Évelyne Gillet hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża li ġiet inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-7/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Siragusa vs Il-Kunsill

(Kawża T-678/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Twaqqif tas-servizz - Talba għall-irtirar - Emenda tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal wara t-talba - Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti - Klassifikazzjoni ġuridika tad-deċiżjoni kkontestata”))

(2017/C 357/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Sergio Siragusa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti) u Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u D. Nessaf, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ Lulju 2016, Siragusa vs Il-Kunsill (F-124/15, EU:F:2016:147), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ Lulju 2016, Siragusa vs Il-Kunsill (F-124/15), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali barra minn dik li ddeċidiet fuq dan l-appell.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Louvers Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-835/16) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi ta’ beni u ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Provvista ta’ purtieri, ta’ drappijiet u ta’ persjani interni u servizzi ta’ installazzjoni, ta’ tindif u ta’ manutenzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2017/C 357/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Louvers Belgium Co. (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentant: V. Lejeune, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Verheecke u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li ma tattribwixxix lir-rikorrenti l-kuntratt tas-sejħa għal offerti OIB.02/PO/2016/012/703 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-illegalitajiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li ma tagħtix lil Louvers Belgium Co. il-kuntratt tas-sejħa għal offerti OIB.02/PO/2016/012/703, u lanqas fuq it-talba għad-danni sa fejn din hija intiża għall-allegat telf mid-dħul minħabba n-nuqqas ta’ għoti tal-kuntratt.

2)

It-talba għal kumpens hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt sa fejn din tkopri l-ispejjeż u tariffi marbuta mal-parteċipazzjoni ta’ Louvers Belgium Co. fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti OIB.02/PO/2016/012/703.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/13


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/17 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Bijodiżil - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea BL/abd/ener.c.1(2017)2122195 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2017/C 357/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie e. V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stein, P. Friton u H.-J. Prieß, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker, J.-F. Brakeland u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, intiża sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2017 BK/abd/ener.c.1(2017)2122195.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/13


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – PC vs EASO

(Kawża T-181/17)

(2017/C 357/18)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: PC (rappreżentant: L. Railas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO)

Talbiet

tordna lill-EASO jannulla u jeqred id-dokument anonimu li jagħmel ħsara lid-dinjità tar-rikorrenti u li jinsab fid-deċiżjoni motivata tal-15 ta’ Ġunju 2016, kif ukoll tordna lill-EASO jadotta deċiżjoni ġdida fir-rigward tad-Deċiżjoni EASO/ED/2015/358 li kienet datata b’mod retroattiv u li fuq il-bażi tagħha ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ tkeċċija EASO/HR/2015/607, li l-annullament tagħha ntalab fil-kuntest tal-Kawża T-610/16;

tordna lill-EASO jneħħi d-diversi fajls personali tar-rikorrenti li nżammu b’mod separat, kif ukoll tordna lill-EASO jżomm, inkonformità mal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fajl personali wieħed biss dwar ir-rikorrenti, li l-atti inklużi fih ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li jneħħi mill-fajl personali tar-rikorrenti d-dokumenti miktubin bl-idejn li ma humiex rilevanti u li ma humiex identifikati b’ċertezza sħiħa;

tordna lill-EASO jinvestiga l-oriġini tad-dokument EASO/ED/2015/358, tordna lill-Bord tat-Tmexxija tal-EASO jadotta miżuri fil-konfront tan-nuqqasijiet amministrattivi tal-EASO, inkonformità mal-Artikolu 29[(1)](b) u mal-Artikolu 31(6) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU 2010, L 132, p. 11), kif ukoll tordna lill-EASO jħallas kumpens ta’ EUR 30 000 lir-rikorrenti minħabba ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżura individwali li tippreġudikaha;

tordna lill-EASO jinvestiga l-fastidju psikoloġiku li ġarrbet ir-rikorrenti, tordna lill-EASO u lill-Bord tat-Tmexxija tiegħu jadottaw miżuri kontra l-persuni responsabbli għal dan il-fastidju, kif ukoll tordna lill-EASO jħallas kumpens ta’ EUR 30 000 għal dan in-nuqqas amministrattiv mifrux fuq perijodu twil ta’ żmien;

tordna lill-EASO jinvestiga l-iżvelar ta’ dokumenti kunfidenzjali li jikkonċernaw lir-rikorrenti lil terzi mhux awtorizzati, kif ukoll tordna lill-EASO u lill-Bord tat-Tmexxija tiegħu jadottaw miżuri kontra l-persuni responsabbli għal dan l-iżvelar u jħallsu lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 20 000 għal dan in-nuqqas amministrattiv;

tordna lill-EASO jinvestiga l-ksur tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tordna lill-EASO u lill-Bord tat-Tmexxija tiegħu jadottaw miżuri kontra l-persuni responsabbli għal dan il-ksur u jħallsu lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 20 000 għal dan in-nuqqas amministrattiv;

tordna lill-EASO jistabbilixxi mill-ġdid ir-relazzjoni ta’ impjieg remunerata mar-rikorrenti għal perijodu mhux interrott ta’ ħames snin, kif ukoll tordna lill-EASO jħallas lir-rikorrenti, bħala kumpens, ir-remunerazzjoni, il-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni dovuti mill-persuna li timpjega għall-perijodu li jikkorrispondi għaż-żmien li fih ma kinitx impjegata fil-pożizzjoni tagħha u sakemm tiġi stabbilita mill-ġdid fil-pożizzjoni tagħha;

sussidjarjament, fil-każ li l-EASO ma jkunx jista’ jistabbilixxi mill-ġdid ir-relazzjoni ta’ impjieg remunerata mar-rikorrenti, tordna lill-EASO jħallas lir-rikorrenti, bħala kumpens, ir-remunerazzjoni, il-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni dovuti mill-persuna li timpjega għall-perijodu ta’ impjieg għal perijodu mhux interrott ta’ ħames snin;

tordna lill-EASO jħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 30 000 għad-danni morali li hija ġarrbet, jiġifieri għall-ħsara psikoloġika li hija ġarrbet minħabba l-mod kif l-EASO applika d-dritt għal smigħ bi ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; u

tikkdunanna lill-EASO għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-fastidju psikoloġiku li kienet suġġetta għalih ir-rikorrenti b’mod sistematiku u rrepetut u li kien organizzat u mmexxi mis-superjur ġerarkiku tagħha. Dan il-fastidju wassal, b’mod partikolari, għal kundizzjonijiet ta’ xogħol mhux normali matul il-perijodu ta’ prova tagħha, li għalhekk ma kienx ikkaratterizzat minn onesta u imparzjalità iżda minn miżuri awtoritarji, manipulazzjonijiet u kritika inadegwata espressa pubblikament fil-konfront tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv: id-deċiżjoni motivata EASO/HR/2016/525 tinkludi dokument ibbażat fuq dikjarazzjonijiet anonimi li ma għandu ebda konnessjoni mat-tkeċċija tar-rikorrenti u li ma jinsabx fil-fajl personali tagħha.

3.

It-tielet motiv: l-EASO ċaħħad lir-rikorrenti mid-drittijiet tad-difiża tagħha meta adotta d-dokument EASO/ED/2015/358 b’mod retroattiv, bi ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv: l-EASO mmalafama lir-rikorrenti, anki barra mill-EASO, b’mod partikolari minħabba l-fatt li bagħat lill-Ombudsman Ewropew id-deċiżjoni motivata EASO/HR/2016/525, li tinkludi dokument infondat, irrilevanti u mhux ikkonfermat fir-rigward tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv: l-EASO, bi ksur tal-Artikoli 17 u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal, żvela dokumenti kunfidenzjali li jikkonċernaw lir-rikorrenti lil terzi li ma kellhom l-ebda dritt għall-aċċess għal dawn id-dokumenti.

6.

Is-sitt motiv: l-EASO kiser ir-regoli dwar il-koerenza tal-fajls peress li żamm żewġ fajls personali differenti fir-rigward tar-rikorrenti u rrifjuta, bi ksur tal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirrikonoxxi bħala rilevanti l-informazzjoni li tinsab fil-fajl personali miftuħ.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/15


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2017 – TK vs Il-Parlament

(Kawża T-446/17)

(2017/C 357/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TK (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ Awwissu 2016, li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent tat-28 ta’ April 2016;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-25 ta’ Novembru 2016;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 25 000;

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tas-26 ta’ April 2017, li tiċħad l-ilment tas-16 ta’ Jannar 2017 sa fejn din ma kkumpensatx id-dannu morali tar-rikorrent u tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 25 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi prinċipali.

1.

L-ewwel motiv, fir-rigward tad-deċiżjonijiet tas-26 ta’ Awwissu 2016 u tal-5 ta’ April 2017 u magħmul minn tliet partijiet:

f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ewwel talba tat-28 ta’ April 2016, l-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, il-ksur tal-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-ksur tad-dmir ta’ premura;

f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu t-tieni talba tat-28 ta’ April 2016, l-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta;

f’dak li jikkonċerna t-talba għad-danni, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet ikkawżawlu dannu morali li ma jistax jiġi kkumpensat permezz tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

2.

It-tieni motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni tas-26 ta’ April 2017, ibbażat fuq [il-ksur ta’] l-Artikolu 41 tal-Karta li twettaq mill-konvenut, kif ukoll tad-dmir ta’ motivazzjoni tiegħu u d-dmir ta’ premura tiegħu, sa fejn dan tal-aħħar isostni li d-deċiżjoni li r-rikorrent ikkontesta permezz ta’ lment ġiet annullata u ttieħdet deċiżjoni saiex tinfetaħ investigazzjoni, u sa fejn minn dan huwa jikkonkludi li ma kienx hemm lok li t-talba għad-danni tiegħu tintlaqa’. Ir-rikorrent iqis ukoll li huwa wera li sostna dannu diviżibbli li ma jistax jiġi kkumpensat permezz tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Skont dan, għaldaqstant, huwa l-konvenut li kellu mhux biss jannulla d-deċiżjoni kkawżata mill-ilment iżda wkoll li jikkumpensa dan id-dannu.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/16


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Eurosupport – Fineurop support vs EIGE

(Kawża T-450/17)

(2017/C 357/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eurosupport – Fineurop support Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-8 ta’ Mejju 2017, li ma għażiltx l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-proċedura EIGE/2017/OPER/04 “Mutilazzjoni ġenitali femminili: evalwazzjoni ta’ bniet f’riskju”, kif ukoll id-deċiżjonijiet sussegwenti li agħżlu l-offerta ta’ offerent ieħor u li taw il-kuntratt lil dan tal-aħħar;

tikkundanna lill-konvenut iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti kif ukoll li jħallas interessi ta’ 8 % jew, sussidjarjament, iħallas kumpens b’interessi ta’ 8 %;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ trasparenza, tal-prinċipju ta’ aġir bi prudenza, tal-obbligu li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità u bbażat ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-inkoerenza tad-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/16


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/17)

(2017/C 357/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão, J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4136, tas-26 ta’ Ġunju 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni spejjeż iddikjarati mill-Portugall relatati mal-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-limiti massimi u tat-termini ta’ ħlas;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU 2006, L 171, p. 90).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 9(3) u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU 2006, L 176, p. 32).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/17


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2017 – Arysta LifeScience Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-476/17)

(2017/C 357/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arysta LifeScience Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-regolament ikkontestat (1);

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li: il-konvenuta wettqet sensiela ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni; il-konvenuta ma aġixxietx raġonevolment billi ma tatx importanza suffiċjenti u dovuta lill-fatturi li huma speċifiċi għall-każ uniku ta’ diflubenzuron; il-konvenuta la ħadet inkunsiderazzjoni l-għażla taż-żmien ta’ żewġ proċeduri regolatorji u lanqas id-data ġdida disponibbli; il-konvenuta ma eżaminatx b’attenzjoni u b’imparzjalità l-elementi u l-fatturi individwali kollha tal-każ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża: il-konvenuta ma żguratx li r-rikorrenti setgħet tippreżenta b’mod korrett u effettivament l-opinjonijiet tagħha matul il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat ġie adottat ultra vires: il-konvenuta aġixxiet ultra vires peress li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), u mhux il-konvenuta, hija l-unika awtorità li hija legalment responsabbli għall-klassifikazzjoni jew għall-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ sustanzi, kif stabbilit fir-Regolament Nru 1272/2008 (2).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-natura sproporzjonata tar-regolament ikkontestat: ir-regolament ikkontestat huwa sproporzjonat peress li l-konvenuta kellha l-possibbiltà tagħżel bejn diversi miżuri u l-għażla tal-adozzjoni tar-regolament ikkontestat li tillimita l-użu ta’ diflubenzuron għal uċuħ tar-raba’ li ma jittieklux tikkawża żvantaġġi eċċessivi meta mqabbla mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855, tat-18 ta’ Mejju 2017, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (ĠU 2017, L 128, p. 10).

(2)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/18


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/17)

(2017/C 357/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos u Α. Vassilopoulou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni eżekuttiva kkontestata tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-parti fejn spejjeż tar-Repubblika Ellenika li jammontaw għal total ta’ EUR 1 182 054,72 huma esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tal-verifika ta’ konformità, bħala somma f’daqqa u bħala korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa minħabba nuqqasijiet ikkonstatati fil-metodu ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità fil-kuntest tal-FAEGG u tal-FEŻR għas-snin ta’ applikazzjoni 2012, 2013 u 2014, skont kif ġie espost fir-rigward tal-fatti u tal-motivi tal-annullament, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

Permezz tal-ewwel motiv tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li r-rettifika kkontestata ġiet imposta bi ksur tal-liġi abbażi ta’ żball ta’ fatt, b’motivazzjoni insuffiċjenti u żbaljata, u bi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ekwità, kif muri fid-dettall, b’mod partikolari, fl-ewwel parti ta’ tali motiv bin-nuqqas ikkonstatat f’xi punti tal-kontroll tal-CGO 1 u f’punti speċifiċi tal-kontroll tar-rekwiżiti minimi applikabbli għall-użu ta’ fertilizzanti u ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti, u fit-tieni parti ta’ tali motiv bl-iżball ikkonstatat fl-analiżi tar-riskju.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ fatt u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn tiċħad il-kalkolu eżatt tal-effett finanzjarju tan-nuqqasijiet ikkonstatati, jekk jitqies li kien hemm tali nuqqasijiet, maħdum mill-awtoritajiet Griegi, anki fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-korp ta’ konċiljazzjoni quddiem il-Kummissjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/19


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – UE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/17)

(2017/C 357/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad it-talbiet mressqa mir-rikorrenti fl-14 ta’ Ottubru 2013;

jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment magħmul mir-rikorrenti fil-5 ta’ Jannar 2017;

tagħti kumpens lir-rikorrenti għad-danni morali u materjali li sostniet minħabba nuqqas tal-konvenuta, evalwat għas-somma ta’ EUR 120 000 (danni morali), flimkien ma’ EUR 780 000 (lucrum cessans), kif ukoll EUR 576 000 (telf ta’ pensjoni ta’ rtirar).

tikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-iżvolġiment u r-riżultat tal-investigazzjoni dwar l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju, evalwat għas-somma ta’ EUR 50 000;

tirrimborsa l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħħa, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-ksur tad-dritt għal smigħ u tal-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, żbalji fattwali u ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/19


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Corra González et vs SRB

(Kawża T-511/17)

(2017/C 357/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José María Francisco Corra González (Madrid, Spanja) u seba’ rikorrenti oħra (rappreżentanti: C. de Santiago Álvarez u J. Redondo Martin, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkonstata l-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-SRB bl-adozzjoni tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 li ġiet adottata fis-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni finanzjarja Banco Popular Español S.A.;

tannulla, konsegwentement, dan l-att, kif ukoll l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti li l-SRB ikun seta’ adotta, li kollha għandhom effetti ex tunc.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/20


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Imasa, Ingeniería y Proyectos vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-516/17)

(2017/C 357/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Imasa, Ingeniería y Proyectos, S.A. (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: B. Gutiérrez de la Roza Pérez, P. Rubio Escobar, R. Ruiz de la Torre Esporrín u B. Fernández García, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A..

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/21


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Grúas Roxu vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-517/17)

(2017/C 357/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grúas Roxu, S.A. (Meres, Spanja) (rappreżentanti: B. Gutiérrez de la Roza Pérez, P. Rubio Escobar, R. Ruiz de la Torre Esporrín, u B. Fernández García, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A..

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/21


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Folch Torrela et vs SRB

(Kawża T-524/17)

(2017/C 357/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ángel Folch Torrela (Terrassa, Spanja) u tnejn u erbgħin rikorrent ieħor (rappreżentanti: V. Clavell Hernández, C. de Santiago Álvarez u J. Redondo Martín, avukati)

Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkonstata l-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-SRB bl-adozzjoni tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 li ġiet adottata fis-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni finanzjarja Banco Popular Español S.A.;

tannulla, konsegwentement, dan l-att, kif ukoll l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti li l-SRB ikun seta’ adotta, li kollha għandhom effetti ex tunc.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Taberna Ángel Sierra et vs SRB

(Kawża T-525/17)

(2017/C 357/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Taberna Ángel Sierra, SL (Madrid, Spanja) u sebgħa u sittin rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08), li japprova r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A..

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Coral Venture vs SRB

(Kawża T-532/17)

(2017/C 357/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Coral Venture, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Niño Camazón, avukat)

Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tqis li ġie ppreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni maħruġa mill-SRB fis-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08) li permezz tagħha ġiet iddikkjarata r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular u ġiet approvata l-iskema ta’ riżoluzzjoni li tinkludi l-miżuri ta’ riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fir-rigward tiegħu u li wara l-proċeduri dovuti tilqa’ t-talbiet kollha tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/23


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża T-550/17)

(2017/C 357/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Mylène Troszczynski 2017/2019(IMM);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Mylène Troszczynski s-somma ta’ EUR 35 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Mylène Troszczynski s-somma ta’ EUR 5 000 bħala rimbors għall-ispejjeż li jistgħu jinġabru;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 266, iktar ’il quddiem il-“Protokoll”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9 tal-Protokoll.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/24


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Liaño Reig et vs SRB

(Kawża T-557/17)

(2017/C 357/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Carmen Liaño Reig (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: F. López Antón, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla, fuq il-bażi tal-motivi 3.1 sa 3.4 ta’ dan ir-rikors, bħala inammissibbli u li tikser ir-Regolament u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-iskema ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fil-konverżjoni f’azzjonijiet ġodda ta’ Banco Popular Español, S.A. tal-kapital ta’ grad 2 dwar bonds subordinati maħruġa minn BPE Financiaciones, S.A bil-kodiċi ISIN XS0550098569 identifikati bħala punt 4 fl-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni;

tikkundanna lill-SRB, skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament, sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għat-telf sostnut insegwitu għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti, fil-każ li tintlaqa’ t-talba fformulata fil-paragrafu preċedenti, peress li, hekk kif ipprovdut fil-premessa 91 u fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 85 tad-Direttiva, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ awtorità tar-riżoluzzjoni ma taffettwax atti amministrattivi jew operazzjonijiet sussegwenti li huma bbażati fuq id-deċiżjoni annullata, skont id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.

Għal dan il-għan it-telf sostnut mir-rikorrenti huwa stabbilit għall-valur attwali fid-data tal-ħlas tal-ammont ta’ EUR 50 000 li jikkorrispondu għall-valur nominali tal-bond li tiskadi fit-22 ta’ Ottubru 2020 maħruġ minn BPE Financiaciones, S.A bil-kodiċi ISIN XS0550098569 li r-rikorrenti kienet detentriċi tagħha fid-data tad-Deċiżjoni, flimkien mal-valur attwali fid-data tal-ħlas tal-interessi bir-rata fissa ta’ 6,873 % fis-sena li dan il-bond ikun irrenda mis-7 ta’ Ġunju 2017 (id-data tad-deċiżjoni) sat-22 ta’ Ottubru 2020 (id-data ta’ skadenza ta’ dan il-bond);

sussidjarjament għat-talbiet li jinsabu fil-paragrafi preċedenti, u fuq il-bażi tal-motiv 3.5 ta’ dan ir-rikors, tikkundanna lill-SRB sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti b’ammont ekwivalenti għal dak li r-rikorrenti kienet tirċievi bħala detentriċi tal-bond bil-kodiċi ISIN XS0550098569 maħruġ minn BPE Financiaciones, S.A., li kieku fid-data tad-deċiżjoni l-kumpannija tqiegħdet fi stralċ wara proċedura ordinarja għall-insolvenza, meta jitqies li r-rikorrenti ma rċeviet l-ebda kumpens la bħala korrispettiv jew bħala riżultat ta’ konverżjoni ta’ azzjonijiet ġodda ta’ de Banco Popular Español, S.A. għall-bond li kienet detentriċi tiegħu u lanqas permezz tat-trasferiment ta’ dawn l-azzjonijiet lil Banco Santander, S.A.;

tistabbilixxi l-ammont ta’ EUR 50 000 bħala l-ammont li għandu jiġi riċevut bħala kumpens mir-rikorrenti, li jikkorrispondi għall-valur nominali ta’ dan il-bond maħruġ minn din il-kumpannija li tagħha kienet id-detentriċi, fil-każ li ma kinux issodisfatti (hekk kif mifhum minn din il-parti) minn BPE Financiaciones, S.A. ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi Spanjola sabiex tkun tista’ tibda proċedura ordinarja għall-insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija li tintemm bit-tqegħid fi stralċ fid-data tad-Deċiżjoni;

tistabbilixxi li l-ammont tal-kumpens jirriżulta mill-valur li għandu jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 16 sa 18 tal-Artikolu 20 tar-Regolament, fil-każ li kienu ssodisdatti minn BPE Financiaciones, S.A. ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi Spanjola sabiex tkun tista’ tibda proċedura ordinarja għall-insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija li tintemm bit-tqegħid fi stralċ fid-data tad-Deċiżjoni;

sussidjarjament għat-talbiet li jinsabu fil-paragrafi preċedenti, u fuq il-bażi tal-motiv 3.6 ta’ dan ir-rikors, tikkundanna lill-SRB sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti b’ammont proporzjonali għal dak li kien imissha li kieku kienu ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet fi Banco Popular Español, S.A. l-bonds kollha eżistenti maħruga minn Banco Popular Español, S.A fid-data tad-deċiżjoni u li ma kinux ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet ta’ din l-entità kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2017 – UG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/17)

(2017/C 357/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UG (rappreżentanti: M. Richard u P. Junqueira de Oliveira, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Mejju 2017 (No R/40/17) u d-deċiżjonijiet kollha li jikkostitwixxu l-bażi tagħha;

tordna r-reintegrazzjoni tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tas-salarji pendenti u d-danni fl-ammont ta’ EUR 40 000;

tannulla kull tnaqqis mis-salarju li sar illegalment;

tħallas lura s-somma ta’ EUR 6 818,81 imnaqqsa b’mod eċċessiv għat-tnaqqis mis-salarju li sar illegalment;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż kollha tal-kawża u kif ukoll id-drittijiet tal-avukat, evalwati proviżorjament fl-ammont ta’ EUR 10 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, sa fejn il-Kummissjoni organizzat biss proċedura li tixbah proċedura preliminari għat-tkeċċija.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji materjali li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata ma humiex preċiżi u lanqas ma huma reali jew serji.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq eċċess ta’ poter, sa fejn il-Kummissjoni keċċiet lir-rikorrent minħabba l-funzjonijiet tiegħu marbuta mas-sindakat u minħabba l-fatt li ħa l-leave parentali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Klawsola 5.4 tal-Ftehim Qafas dwar il-Leave tal-Ġenituri (Rivedut), kif joħroġ mid-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU 2010, L 68, p. 13), tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea – Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219), kif ukoll tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, fin-nuqqas tal-osservanza tal-proċedura dixxiplinari.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq sanzjoni sproporzjonata.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Mas Que Vinos Global vs EUIPO – JESA (EL SEÑORITO)

(Kawża T-576/17)

(2017/C 357/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mas Que Vinos Global, SL (Dobarrios, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jose Estevez, SA (JESA) (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “EL SEÑORITO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 502 166

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1775/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 42, 60, 63, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Demp vs EUIPO (Rappreżentazzjoni tal-kulur griż u isfar)

(Kawża T-595/17)

(2017/C 357/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark ta’ kulur (Rappreżentazzjoni tal-kulur griż u isfar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 439 987

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1624/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/27


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-598/17)

(2017/C 357/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappresentanti: G. Palmieri, aġent u P. Pucciariello, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, għall-parti li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144, tas-26 ta’ Ġunju 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C (2017) 4136) (ĠU 2017, L 165, p. 37);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, bħala motiv uniku, il-ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (2).

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rettifika finanzjarja operata mid-deċiżjoni kkontestata hija kkontestata minħabba n-nuqqas ta’ loġika marbuta mal-elementi eżaminati.

Barra minn hekk, il-kwantifikazzjoni ta’ dawn ir-rettifiki hija kkontestata, sa fejn jirriżulta li din hija konkretament sproporzjonata u manifestament illoġika, peress li hija b’mod ċar ikbar mid-dannu li jista’ jirriżulta mill-aġir imputat lill-awtoritajiet Taljani.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414.

(2)  ĠU 2005, L 209, p. 1.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/27


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-602/17)

(2017/C 357/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u A. Gavela Llopis, agenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4136, tas-26 ta’ Ġunju, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), settur tal-frott u l-ħaxix, fondi operattivi, sa fejn din tikkonċerna lir-Renju ta’ Spanja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (1).

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fil-valutazzjoni tan-nuqqas ta’ kontroll tal-kriterju ta’ rikonoxximent tal-attività prinċipali tal-organizzazzjoni ta’ produtturi sa fejn tali kontroll huwa ggarantit permezz tal-kontroll adegwat tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata.

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn il-konklużjoni tal-Kummissjoni ma hijiex koerenti ma’ dik li ntlaħqet preċedentement fl-investigazzjoni FV/2010/004.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 104(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 543/2011 u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni fil-valutazzjoni tan-nuqqas ta’ kontroll tal-kriterju ta’ koerenza u kwalità teknika tal-investimenti inkonnessjoni mat-talbiet għal tibdil tal-programm operattiv previst fl-imsemmija dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, huwa jispeċifika li l-imsemmi artikolu ma jimponix analiżi limitata għall-istrateġija kummerċjali ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi.

Ir-rikorrent isostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn il-konklużjoni tal-Kummissjoni ma hijiex koerenti ma’ dik li ntlaħqet preċedentement fl-investigazzjoni FV/2010/004.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 59(c)(iv), tal-Artikolu 60(2) u (5) u tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 543/2011, kif ukoll tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

Ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fil-valutazzjoni tan-nuqqas ta’ kontroll tal-kriterju ta’ ammissibbiltà tal-programm operattiv, sa fejn l-imsemmi regolament ma jistabbilixxix projbizzjoni li l-infiq li jirriżulta mill-investimenti jiġi pospost għal sena oħra fil-kuntest tal-istess programm operattiv.

Bl-istess mod, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi sa fejn il-konklużjoni tagħha ma hijiex koerenti mar-risposta pprovduta mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ Novembru 2013, fuq talba tal-awtoritajiet Spanjoli dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 65 tal-imsemmi regolament.

4

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) u tal-linji gwida għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji inklużi fid-dokument VI/5530/97.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa li ġiet imposta hija inammissibbli, peress li ma kinux jeżistu nuqqasijiet fil-kontrolli. Subordinatament, ir-rikorrent jikkonferma li l-korrezzjoni hija sproporzjonata u li, fil-każ ineżami, ma hemm lok li tiġi imposta l-ebda korrezzjoni, jew l-iktar l-iktar korrezzjoni ta’ 2 %, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari u l-aġir tal-Kummissjoni fil-każ ineżami.


(1)  ĠU L 157, p. 1.

(2)  ĠU L 347, p. 549.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-603/17)

(2017/C 357/38)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, R. Dzikovič u M. Palionis)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144, tas-26 ta’ Ġunju 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (1) sa fejn din tapplika fil-konfront tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 4 207 894,93;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

Billi applikat korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 5 % li tammonta għal EUR 4 207 894,93 minħabba nuqqasijet f’kontrolli ewlenin, il-Kummissjoni Ewropea (iktar il-quddiem il-“Kummissjoni”) kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (EU) Nru 1306/2013 (2) sa fejn, meta ddeċidiet dwar il-protata tan-nuqqas ta’ konformità, dwar in-natura tal-ksur u dwar id-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea:

1.

hija żbaljatament qiest li l-kwalità tal-verifiki fuq il-post imwettqa fil-Litwanja ma kinitx adegwata u kellha titqies bħala li tikkostitwixxi nuqqas f’kontroll ewlieni, għaliex:

1.1

interpretat u applikat ħażin l-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 (3) u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, b’mod mhux iġġustifikat stabbiliet li, matul il-verifiki fuq il-post, l-istituzzjonijiet Litwani kienu naqsu milli jivverifikaw jekk l-applikazzjonijiet għal ħlas imressqa mill-benefiċjarji tal-għajnuna kinux sostnuti minn dokumenti tal-kontabbiltà jew minn dokumenti xierqa oħra;

1.2.

interpretat ħażin l-Artikolu 26(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, b’mod mhux iġġustifikat stabbiliet li, matul il-verifiki fuq il-post, l-istituzzjonijiet Litwani kienu naqsu milli jivverifikaw jekk l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-fondi pubbliċi kinux ġew implementati skont, b’mod partikolari, ir-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

1.3.

interpretat ħażin l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, iddeċidiet li l-ispetturi li wettqu l-verifiki fuq il-post kienu naqsu milli jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżit li jkunu indipendenti mill-ħaddiema li jwettqu l-verifiki amministrattivi tal-istess operazzjonijiet;

2.

hija żbaljatament qiest li l-kwalità tal-verifiki mwettqa dwar il-kwalità tajba tal-infiq imwettaq fil-Litwanja kellha tiqies bħala li tikkostitwixxi nuqqas f’kontroll ewlieni, għaliex

2.1.

interpretat ħażin l-Artikolu 26(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, b’mod mhux iġġustifikat stabbiliet li r-raġonevolezza tal-ispejjeż li fir-rigward tagħhom tressqet applikazzjoni ma kinitx ġiet ivverifikata b’mod adegwat;

2.2.

f’kull każ, hija b’mod mhux iġġustifikat applikat korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 %, peress li l-iskala stabbilita tan-nuqqas ta’ konformità mas-sistema għall-ivverifikar tal-validità tal-ispejjeż hija b’mod sinjifikattiv iżgħar;

3.

hija naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni d-dannu effettivament ikkawżat lill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-infiq relatat ma xogħol volontarju, u żbaljatament qieset li ma kienx hemm verifika adegwata fir-rigward ta’ jekk l-infiq għall-attività relatata ma proprjetà immobbli kienx jissodisfa r-rekwiżiti, u konsegwentement kienet żbaljata meta stabbiliet li kien hemm nuqqas f’kontroll ewlieni, għaliex:

3.1.

hija naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq d-data pprovduta mill-istituzzjonijiet Litwani fir-rigward tal-eżami ordnat mill-Aġenzija u mwettaq minn esperti indipendenti, li fil-kuntest tiegħu kien ġie stabbilit x’dannu kien ġie effettivament ikkawżat lill-fondi tal-Unjoni u x’kien l-ammont ta’dan id-dannu, kif ukoll liema dannu kien marbut ma nuqqasijiet fis-sistema ta’ verifiki ta’ kontribuzzjonijiet in natura (xogħol volontarju mhux imħallas), u b’mod mhux iġġustifikat applikat korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 5 %;

3.2.

hija żbaljatament qieset li l-Artikolu 24(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 ma kienx ġie osservat fil-kuntest tat-twettiq tal-verifiki amministrattivi dwar applikazzjonijiet għal għajnuna u tal-verifiki tal-infiq tal-proġett – kontribuzzjonijiet in natura (proprjetà immobbli).


(1)  ĠU 2017 L 165, p. 37.

(2)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU 2011 L 25, p. 8).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – ICL IP Terneuzen u ICL Europe Coöperatief vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-610/17)

(2017/C 357/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ICL-IP Terneuzen, BV (Terneuzen, il-Pajjiżi l-Baxxi) u ICL Europe Coöperatief UA (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Cana u E. Mullier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/999, tat-13 ta’ Ġunju 2017 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 150, p. 7) safejn dan jinkludi n-n-propil bromur fl-Anness XIV tar-Regolament REACH;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;

tadotta kull miżura oħra li tkun meħtieġa skont il-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatti kollha rilevanti u billi kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma eżaminatx b’mod akkurat u imparzjali l-informazzjoni rilevanti li ġiet ippreżentata quddiemha mir-rikorrenti li juru li s-sustanza ma tissodisfax il-kriterji sabiex titqies bħala prijoritarja u tiġi inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament REACH. Skont ir-rikorrenti, li kieku l-Kummissjoni Ewropea ħadet inkunsiderazzjoni l-informazzjoni, il-punteġġ riċevut mis-sustanza kienet tkun inferjuri jew simili għall-punteġġ ta’ sustanzi oħra li ma ġewx meqjusa bħala prijoritarji fl-istess eżerċizzju ta’ stabbiliment ta’ prijoritajiet u s-sustanza ma kinitx tiġi inkluża bir-regolament ikkontestat fl-Anness XIV tar-Regolament REACH.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 55 tar-Regolament REACH u jmur kontra l-għan tal-kompetittività tal-imsemmi regolament kif ukoll jinterferixxi mad-dritt li jsir negozju.

Ir-rikorrenti jsostnu li r-regolament ikkontestat imur kontra l-għanijiet tal-kompetittività tar-Regolament REACH u b’mod partikolari kontra t-Titolu VII dwar l-awtorizzazzjoni u b’hekk jaffettwa s-sitwazzjoni kompetittiva tar-rikorrenti u jostakola d-dritt li jsir negozju ta’ dawn tal-aħħar billi jqis bħala prijoritarja s-sustanza minkejja l-eżistenza ta’ informazzjoni li turi li s-sustanza ma tissodisfax il-kriterji sabiex titqies prijoritarja u sabiex tiġi inkluża fl-Anness XIV.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni Ewropea kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi ma esponietx ir-raġunijiet ta’ “raggruppament” tas-sustanza mat-trikloroetilene minkejja l-fatt li l-Aġenzija Ewropea tal-prodotti kimiċi rrikonoxxiet espressament (Linji gwida dwar l-istabbiliment ta’ prijoritajiet) li fil-każ li jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi bħar-“raggruppament” li ma jkunux jifformaw parti mill-kriterji formali tal-Artikolu 58(3), ir-raġunijiet tal-istabbiliment tal-prijorità għandhom jiġu espressi b’mod ċar u b’mod konformi mar-rwol u mal-għan tal-istadju ta’ rakkomandazzjoni tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikser l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat tikser l-aspettativi leġittimi tagħhom safejn dan ir-regolament ma josservax il-linji gwida għall-istabbiliment tal-prijoritajiet. Ir-rikorrenti jiddikjaraw speċifikament li l-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-inklużjoni tan-n-propil bromur fl-Anness XIV kisru l-aspettativi leġittimi tagħhom safejn il-kriterju tal-volum u l-kunsiderazzjonijiet ta’ raggruppament jiġu applikati kif huma stabbiliti fil-linji gwida dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-linji gwida dwar l-approċċ ġenerali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni Ewropea kellha tikkunsidra li kien opportun li tiġi sospiża l-inkużjoni tan-n-propil bromur fl-Anness XIV tar-Regolament ikkontestat u li din kienet tkun miżura inqas iebsa peress li r-rikorrenti ma kienx ikollhom iġarrbu immedjatament il-konsegwenzi tal-inklużjoni fl-Anness XIV iżda biss meta n-n-propil bromur ikun ġie inkluż korrettement fl-Anness XIV fid-dawl ta’ prijorità relattiva reali għolja.

6.

Is-sitt huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

Ir-rikorrenti jsostnu li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni billi jittratta s-sustanza b’mod differenti minn sustanzi oħra – billi jinkludiha fl-Anness XIV tar-Regolament REACH – fosthom l-isfar tal-antimonju u taċ-ċomb. Skont ir-rikorrenti, iż-żewġ sustanzi jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli: it-tnejn li huma huma meqjusa bħala li jifformaw parti mill-istess eżerċizzju għall-istabbiliment tal-prijoritajiet, it-tnejn li huma rċevew (jew kellhom jirċievu) punteġġ totali ta’ prijorità ta’ 17, u fiż-żewġ każijiet l-evalwazzjoni tagħhom ta’ prijorità kienet timplika kunsiderazzjonijiet ta’ raggruppament. Madankollu, skont ir-rikorrenti, dawn ġew itrattati b’mod differenti mill-ECHA u mill-Kummissjoni Ewropea peress li s-sustanza ġiet irrakkomandata u iktar tard inkluża fl-Anness XIV filwaqt li l-isfar tal-antimonju u taċ-ċomb ma ġiex irrakkomandat għall-inklużjoni u għaldaqstant ma ġiex inkluż fl-Anness XIV.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Systran vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-481/13 u T-421/15) (1)

(2017/C 357/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Clarke vs EUIPO

(Kawża T-548/16) (1)

(2017/C 357/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-63/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Papathanasiou vs EUIPO

(Kawża T-549/16) (1)

(2017/C 357/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-64/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2017 – Dickmanns vs EUIPO

(Kawża T-550/16) (1)

(2017/C 357/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 06.07.2015 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it- Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-65/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).