ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 355

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
20 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 26–29 ta’ Ottubru 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 423, 17.11.2016 .
It-testi adottati tad-27 ta’ Ottubru 2015 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2013 ġew ippublikati fil- ĠU L 314, 1.12.2015 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 27 ta’ Ottubru 2015

2017/C 355/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul u kif jistgħu jiġu mssaħħa s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu prevenuti kriżijiet futuri (2014/2204(INI))

2

2017/C 355/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2015/2865(RSP))

11

 

L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015

2017/C 355/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (2014/2257(INI))

17

2017/C 355/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku (2014/2214(INI))

23

2017/C 355/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 (2014/2246(INI))

37

2017/C 355/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (2015/2052(INI))

45

 

Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru 2015

2017/C 355/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar is-Segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljanza elettronika tal-massa taċ-ċittadini tal-UE (2015/2635(RSP))

51

2017/C 355/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol (2015/2820(RSP))

59

2017/C 355/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar l-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS), komunement magħrufa bħala inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (2014/2243(INI))

63

2017/C 355/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa (2014/2241(INI))

71

2017/C 355/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar l-allokazzjoni mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni, li se ssir f'Ġinevra mit-2 sas-27 ta' Novembru 2015 (WRC-15), tal-banda tal-ispettru tar-radju meħtieġa biex tappoġġa l-iżvilupp futur ta' teknoloġija satellitari għall-implimentazzjoni ta' sistemi globali ta' rintraċċar tat-titjiriet (2015/2857(RSP))

86


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 27 ta’ Ottubru 2015

2017/C 355/12

P8_TA(2015)0360
Il-Politika Agrikola Komuni: tħassir ta' atti li ma għadhomx validi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva 76/621/KEE tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD))
P8_TC1-COD(2015)0090
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor

89

2017/C 355/13

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (08266/1/2015 – C8-0169/2015 – 2015/0076(NLE))

91

2017/C 355/14

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2015)0129 – C8-0086/2015 – 2015/0065(CNS))

93

2017/C 355/15

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja (10027/2015 – C8-0197/2015 – 2015/0804(CNS))

96

2017/C 355/16

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju (10029/2015 – C8-0196/2015 – 2015/0805(CNS))

97

2017/C 355/17

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja (09989/2015 – C8-0195/2015 – 2015/0806(CNS))

98

2017/C 355/18

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (09173/3/2015 – C8-0281/2015 – 2013/0246(COD))

99

2017/C 355/19

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (10788/2/2015 – C8-0294/2015 – 2013/0309(COD))

100

2017/C 355/20

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (COM(2014)0001 – C7-0014/2014 – 2014/0005(COD))

101

2017/C 355/21

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2015)0135 – C8-0085/2015 – 2015/0068(CNS))

122

 

L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015

2017/C 355/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (11706/2015 – C8-0274/2015 – 2015/2132(BUD))

146

2017/C 355/23

P8_TA(2015)0377
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (09375/1/2015 – C8-0166/2015 – 2011/0901B(COD))
P8_TC2-COD(2011)0901B
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

163

2017/C 355/24

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (08806/1/2015 – C8-0260/2015 – 2014/0213(COD))

164

2017/C 355/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom (COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))

165

2017/C 355/26

P8_TA(2015)0380
Ikel ġdid ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (COM(2013)0894 – C7-0487/2013 – 2013/0435(COD))
P8_TC1-COD(2013)0435
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001

166

2017/C 355/27

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013)0920 – C7-0004/2014 – 2013/0443(COD))

167

 

Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru 2015

2017/C 355/28

P8_TA(2015)0386
Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (Cepol), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (COM(2014)0465 – C8-0110/2014 – 2014/0217(COD))
P8_TC1-COD(2014)0217
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI

209

2017/C 355/29

P8_TA(2015)0387
It-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (COM(2014)0040 – C7-0023/2014 – 2014/0017(COD))
P8_TC1-COD(2014)0017
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

210


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2015–2016

Dati tas-seduti: 26–29 ta’ Ottubru 2015

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 423, 17.11.2016 .

It-testi adottati tad-27 ta’ Ottubru 2015 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2013 ġew ippublikati fil- ĠU L 314, 1.12.2015 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 27 ta’ Ottubru 2015

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/2


P8_TA(2015)0374

Il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul u kif jistgħu jiġu mssaħħa s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu prevenuti kriżijiet futuri (2014/2204(INI))

(2017/C 355/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2177 (2014) tat-18 ta’ Settembru 2014 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Paċi u s-Sigurtà fl-Afrika,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 69/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-19 ta' Settembru 2014 dwar “miżuri maħsuba biex irażżnu u jiġġieldu l-epidemija tal-Ebola li ġiet iddikjarata reċentement fl-Afrika tal-Punent”,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet, Ban Ki-moon, li jistabbilixxi l-ewwel missjoni tas-saħħa ta' emerġenza fl-istorja tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Rispons ta' Emerġenza kontra l-Ebola (UNMEER), wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 69/1 tal-Assemblea Ġenerali u r-Riżoluzzjoni 2177(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar l-epidemija tal-Ebola,

wara li kkunsidra r-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (IHR) tal-2005 (WA 32.1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet mill-konsultazzjoni tal-WHO dwar iz-zunożi tal-5 ta' Mejju 2004,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-WHO tat-8 ta' Awwissu 2014 li ddikjarat li l-epidemija tal-Ebola hi emerġenza ta' saħħa pubblika ta' preokkupazzjoni internazzjonali,

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-WHO tat-28 ta' Awissu 2014 ta' Rispons għall-Ebola u l-aġġornamenti tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tad-Direttur Ġenerali tal-WHO għas-Sessjoni Straordinarja tal-Kunsill Eżekuttiv dwar l-Ebola li ltaqa' f'Ġinevra fil-25 ta' Jannar 2015,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-WHO tad-9 ta' Mejju 2015 dwar tmiem l-epidemija tal-virus tal-Ebola fil-Liberja,

wara li kkunsidra l-Gwida għall-Programmi ta' Immunizzazzjoni fir-Reġjun Afrikan fil-Kuntest tal-Ebola, maħruġa mill-WHO,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni wara l-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-2015 tal-Grupp tal-Bank Dinji – FMI organizzata f'Washington DC mis-17 sad-19 ta' April 2015,

wara li kkunsidra l-konferenza internazzjonali msejħa 'Ebola: mill-emerġenza għall-irkupru' li saret Brussel nhar it-3 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-istabbiliment mill-Unjoni Afrikana, tal-missjoni ta' Appoġġ mill-Unjoni Afrikana għat-Tifqigħa tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent (ASEOWA), stabbilita fil-21 ta’ Awissu 2014,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jwaqqaf il-Horizon 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)0128 flimkien ma' SEC(2010)0380, 0381 u 0382 dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-Saħħa Globali adottati fit-3011-il laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta’ Mejju 2010;

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Awissu 2014, tal-20 ta' Ottubru 2014, tas-17 ta' Novembru 2014, tat-12 ta' Diċembru 2014 u tas-16 ta' Marzu 2015 dwar il-kriżi tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kunsill Ewropew, abbozzati f'Novembru 2014 u f'Marzu 2015 minn Christos Stylianides, Kummissarju Ewropew u koordinatur tal-Unjoni għall-Ebola,

wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Rispons Komprensiv tal-Unjoni Ewropea għall-epidemija tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent, żviluppat mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva tat-Trasparenza fl-Industriji tal-Estrazzjoni (EITI) u r-rapport ta' progress tal-EITI tal-2011 dwar is-Sjerra Leone, ir-rapport ta' progress tal-EITI tal-2012 dwar il-Liberja u r-rappor ta' progress tal-EITI tal-2012 dwar il-Ginea;

wara li kkunsidra l-programm Franċiż RIPOST 'Retikolat tal-Istituti Sanitarji Pubbliċi fl-Afrika tal-Punent',

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar l-epidemija tal-Ebola adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fi Strasburgu, Franza, fit-3 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-epidemija tal-Ebola (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0281/2015),

A.

billi s-sistemi sanitarji tal-Liberja, Sjerra Leona u l-Ginea fihom nuqqasijiet massiċċi, u billi t-tliet pajjiżi ġa qabel ma faqqgħet l-epidemija kien fost dawk f'qiegħ l-indiċi tal-iżvilupp uman tal-UNDP, b'xi 80 % taċ-ċittadini tal-pajjiż jgħixu f'faqar estrem, u bl-ogħla rata ta' mwiet adulti prematuri u ta' tfal taħt l-età ta' 5 snin, l-aktar minħabba f'kondizzjonijiet li jeżisti trattament għalihom;

B.

billi l-kriżi tal-Ebola hija sistemika fuq livell lokali u reġjonali iżda wkoll fuq il-livell ta' governanza nazzjonali u dinjija;

C.

billi l-kobor tal-katastrofi jista' jiġi attribwit lil bosta fatturi, fosthom: in-nuqqas politiku tal-pajjiżi milqutin li jagħtu l-allarm, ir-rispons maladattat tal-komunità internazzjonali, l-effetti devastanti tal-għeluq tal-fruntieri u r-restrizzjonijiet fuq in-nies, l-ineffikaċja tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u allerta, ir-rispons bil-mod u maladattat appena ġiet immobilizzata l-għajnuna, l-assenza tal-għaġeb ta' leadership mill-WHO, in-nuqqas ta' riċerka u żvilupp ta' mediċini, dijanostika u vaċċini;

D.

billi tliet każijiet ġodda tal-marda tal-virus Ebola kkonfermati ġew irreġistrati fil-ġimgħa sat-18 ta' Ottubru 2015, kollha fil-Ginea; billi l-pajjiż kien irrappurta żero każijiet għall-ġimgħatejn ta' qabel; billi Sierra Leone rrappurtat żero każijiet għal ħames ġimgħa konsekuttiva; billi l-WHO iddikjarat Liberja ħielsa mit-trasmissjoni tal-virus Ebola fil-popolazzjoni tal-bniedem fit-3 ta' Settembru 2015; billi kien hemm 28 512 każijiet ikkonfermati, inklużi 11 313 imwiet ikkonfermati;

E.

billi ftit li xejn hu magħruf dwar il-prevalenza, it-trażmissjoni u l-potenzjal għall-mutament tal-virus tal-Ebola; billi l-konfużjoni mifruxa u n-nuqqas ta' fehim prevalenti dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tal-marda tal-virus tal-Ebola għenu fit-tifrix tal-virus; billi r-riċerka etnografika hi utli biex ikun mifhum kif jaħdmu l-komunitajiet u kif tasal għand nies li jkunu ġejjin minn sfondi kulturali differenti;

F.

billi l-marda tal-virus tal-Ebola nstabet fil-likwidu seminali u fil-fluwidu okulari ta' persuni konvalexxenti; billi hemm każijiet singoli evidenti ta' trażmissjoni sesswali, li jindikaw diffikultajiet għalbiex ikun meqrud il-virus u jiġi determinat mument li minnu l-pajjiżi verament jistgħu jitqiesu liberi mill-Ebola;

G.

billi f'għadd kbir ta' pajjiżi Afrikani s-sistemi ta' saħħa u edukazzjoni marru għall-agħar matul il-Programmi ta' Aġġustament Strutturali imposti mill-FMI u mill-Bank Dinji, li rrikjedew qtugħ fis-settur pubbliku;

H.

billi l-fatt li faqqgħet l-Ebola fl-Afrika tal-Punent wera li s-sistemi lokali u nazzjonali tas-saħħa fil-pajjiżi bi dħulijiet baxxi ma għandhomx il-mezzi biex jirrispondu jew il-ħila li jifilħu jirrispondu għal meta tfaqqa' marda infettiva bħalma hi dik tal-Ebola; billi t-tisħiħ tas-sistemi globali tas-saħħa b'hekk sar parti integranti mill-governanza sanitarja globali;

I.

wara li kkunsidra l-importanza tal-kultura u d-drawwiet tradizzjoni fil-ġestjoni tal-kriżi tal-Ebola (2);

J.

billi t-tfal, il-bniet adoloxxenti u n-nisa żgħażagħ huma fost l-aktar marġinalizzati u vulnerabbli matul kriżi bħal din, fatt li jqanqal theddid gravi għall-involviment tan-nisa fl-attivitajiet ekonomiċi u kabbar id-differenzi bejn is-sessi fl-edukazzjoni; billi l-iltima jistgħu jħabbtu wiċċhom mar-ripudju u mal-istigmatizzazzjoni;

K.

billi l-epidemija tal-Ebola li laqtet l-Afrika tal-Punent hi l-akbar u l-aktar kompless li faqqgħet fl-istorja tal-marda; billi l-WHO ġiet imwissija għall-ewwel darba dwar it-tifqigħ attwali tal-Ebola fit-23 ta' Marzu 2014, iżda kien biss fit-8 ta' Awwissu 2014 li l-Kumitat Internazzjonali ta' Emerġenza dwar ir-Regolamenti dwar is-Saħħa ddikjara emerġenza għas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali; billi, qabel dan it-tifqigħ, l-Ebola ma kinitx meqjusa bħala sfida ewlenija ta' saħħa pubblika;

L.

billi madwar 500 ħaddiem fis-settur tas-saħħa mietu bl-Ebola fil-Ginea, il-Liberja u Sjerra Leone, fil-pajjiżi li kien ġa jbatu ġa minn nuqqas gravi ta' persunal sa minn qabel ma faqqgħet il-kriżi tal-Ebola; billi l-isptarijiet u l-persunal sanitarju ma għandhomx il-ħila jittratatw mard ieħor minħabba fir-riżorsi mmobilizzati għat-taqbida konta l-epidemija tal-Ebola; billi hemm ħtieġa li jkunu protetti l-faċilitajiet sanitarji u l-ħaddiema fis-settur ħalli jkun hemm għoti sostenibbli tal-kura medika;

M.

billi bosta pazjenti li għaddielhom kellhom jgħaddu mill-istigmatizzazzjoni kemm minn qrabathom kemm mis-soċjetà; billi din is-sitwazzjoni tolqot b'mod partikolari lit-tfal li jkunu tilfu ġenitur wieħed jew it-tnejn li huma, u ħafna minn dawn it-tfal sfaw riġettati minn qrabathom li baqgħu ħajjin minħabba fil-biża' ta' infezzjoni;

N.

billi hemm ħtieġa ta' integrazzjoni tal-epidemjoloġija, tas-saħħa pubblika u tax-xjenza soċjali ħalli jittieħdu l-lezzjonijiet xierqa mill-episodju ta' meta faqqgħet l-Ebola;

O.

billi fl-ewwel ftit xhur tal-kriżi tal-Ebola, l-NGOs umanitarji u speċjalment it-Tobba Mingħajr Fruntieri u s-Salib l-Aħmar kienu l-atturi l-aktar effikaċi, l-aħjar infurmati, l-aktar esperjenzati u għalhekk kellhom rwol minn ta' quddiem nett fl-isforzi tal-bidu tal-ġlieda kontra l-virus;

P.

billi l-għeluq tal-iskejjel u t-tendenza tat-tfal iltima li jibdew jieħdu ħsieb qrabathom id-dar iġibu r-riskju tal-ħolqien ta' “ġenerazzjoni mitlufa” ta' tfal imċaħħdin minn edukazzjoni formali għal perijodi twal ta' żmien;

Q.

billi bin-know-how tagħhom, biex ma nsemmux il-kapaċità tagħhom li jaħdmu flimkien bħala netwerk, l-organizzazzjonijiet umanitarji wrew li, fejn xieraq, fil-bidu tal-kriżi, jistgħu jkunu aktar relevanti u aktar effikaċi mill-'atturi istituzzjonali';

R.

billi l-ġestjoni tal-kriżi tal-Ebola żvelat fenomenu ieħor li t-Tobba Mingħajr Fruntieri ddikjaraw bħala 'kriżi fil-kriżi', li wassal biex il-morda affettwati minn xi mard ieħor baqgħu 'l bogħod mill-isptarijiet għax beżgħu li jittieħdu mill-pazjenti tal-Ebola;

S.

billi l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Istati Membri tagħha, għamlu disponibbli 'l fuq minn EUR 1,2 biljuni f'għajnuna finanzjarja biex tgħin tikkontrolla t-tifqigħ tal-virus tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika; billi dan l-ammont jippermetti lill-UE tinnegozja mal-pajjiżi msieħba u mad-donaturi l-oħrajn għalbiex tagħti sostenn lill-iżvilupp ta' sistema sanitarja nazzjonali mibni fuq strateġija koerenti, inklussiva, u msejsa fuq il-ħtiġiet;

T.

billi l-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti għandu l-kapaċità evidenti li jipprovdi loġistika effikaċi li tista' fil-futur ukoll tkun utli fil-qasam tat-twissija u r-rispons;

U.

billi s-sigurtà ta' dawk li jieħdu ħsieb l-oħrajn hi essenzjali għall-mobilizzazzjoni internazzjonali tal-ħaddiema fis-settur sanitarju;

V.

billi l-Kunsill Ewropew ħatar Kordinatur tal-UE għall-Ebola nhar it-23 ta' Ottubru 2014 fil-persuna tal-Kummissarju tal-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżi, is-Sur Stylianides; billi mit-12 ta' Novembru 2014 żar il-pajjiżi l-aktar milqutin, akkumpanjat mill-Kummissarju għas-Saħħa, is-Sur Andriukaitis;

W.

billi n-Nazzjonijiet Uniti, il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxew proċess ta' valutazzjoni dwar il-ġestjoni tal-epidemija;

X.

billi d-dikjarazzjoni tal-WHO f'April 2015 ammettiet li “id-dinja u l-WHO mhumiex ippreparati sew biex jaffaċċjaw epidemija fit-tul”;

Y.

billi hu kruċjali li tittejjeb il-governanza internazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa;

Z.

billi l-aċċess għall-mediċini hu parti kjavi mill-jedd għas-saħħa;

AA.

billi 2 biljun ruħ mad-dinja kollha ma għandhomx aċċess għall-vaċċini jew għat-trattamenti li jeħtieġu biex jibqgħu ħajjin u f'saħħithom;

AB.

billi l-aċċess għall-mediċini kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam għandhom jirreaġixxu bħala prijorità għall-bżonnijiet tal-morda, kemm jekk jgħixu f'pajjiżna u kemm jekk fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

AC.

billi l-Inizjattiva għal Mediċini Innovattivi hi l-akbar sħubija pubblika-privata tad-dinja fil-qasam tax-xjenzi tal-ħajja, b'baġit ta' EUR 3,3. biljun għall-perijodu 2014-2024, li minnhom EUR 1,638 biljun ġejjin minn Horizon 2020;

AD.

filwaqt li t-trawma tal-Ebola kellha l-effett li n-nies tilfu l-fiduċja fil-faċilitajiet tas-saħħa, li l-ħaddiema fis-settur jibżgħu jerġgħu jaqbdu x-xogħol tagħhom, u l-komunitajiet ftaqru u saru suspettużi; billi t-tnedija bażika tas-servizzi tas-saħħa hi urġenti; u billi hu ugwalment essenzjali li jitwaqqfu sistemi tas-saħħa robusti u effikaċi, inkluża l-mutwalizzazzjoni tar-riskji, fil-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, li jimplika wkoll taħriġ solidu tal-personal mediku lokali;

AE.

billi l-kriżi tal-Ebola kaxkret lill-pajjiżi fiz-zona milquta aktar ’l isfel fir-reċessjoni, u billi fl-2015 biss, skont il-Bank Dinji, il-PGD tat-tliet pajjiżi li l-agħar li ntlaqtu ġie ridott b'USD 2 biljun bħala riżultat;

AF.

billi t-tliet pajjiżi talbu lill-FMI u lill-Bank Dinji “pjan Marshall” ta' madwar EUR 7,500 miljun biex jgħinuhom joħorġu mill-kriżi ekonomika;

AG.

billi ċerti NGOs talbu lill-Bank Dinji joħroġ madwar USD 1,7 biljun biex jgħin lill-pajjiżi jtejbu b'mod sostenibbli l-infrastrutturi tas-saħħa tagħhom;

AH.

billi l-komunità internazzjonali għandha tibqa' viġilanti u billi l-għan hu li naslu fi stadju ta' wara l-Ebola, mingħajr l-ebda każ ġdid ta' kontaminazzjoni għal perjodu twil;

AI.

billi l-prattiki tajba ta' iġjene huma indispensabbli; billi, iżda, it-tleit pajjiżi ma għandhomx sistemi tal-ilma u ta' drenaġġ li jaħdmu biżżejjed;

AJ.

billi hemm biża' li f'każ li tfaqqa' xi epidemija oħra, l-iskala tal-imwiet ittenni ruħha;

AK.

billi l-Viċi-President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, il-Kummissarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja u Kordinatur tal-UE għall-Ebola Christos Stylianides, il-Kummissarju Ewropew għall-Koperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp Neven Mimica, il-Membri tal-Parlament Ewropew, il-gvernijiet u l-parlamentari tal-Istati Membri ripetutament talbu li jkun hemm tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa;

AL.

billi, skont il-11-il Fond għall-Iżvilupp Ewropew, it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u t-tisħiħ tas-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ huma l-uniċi fost is-setturi ta' fokus għall-Ginea, u mhux għal-Liberja u Sjerra Leone;

AM.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali (COM(2010)0128) tippreżenta strateġija ta' saħħa globali ħolistika u komprensiva msejsa fuq il-ħtiġiet, li kienet approvata mill-Istati Membri;

AN.

billi mhux l-istati kollha jimplementaw kompletament l-IHR;

AO.

billi ftit hu magħruf dwar iz-zunożi potenzjalment perikolużi; billi l-prattiki tal-ikel u tal-biedja, id-deforestazzjoni u l-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti tal-annimali wasslu għalbiex ifiġġ mard zunotiku li evolva dan l-aħħar bħalma hi l-influwenza tal-għasafar, l-Ebola u l-HIV;

AP.

billi l-WHO tirrakkomanda kordinazzjoni bejn is-settur tas-saħħa pubblika u veterinarji;

AQ.

billi delegazzjoni mill-Kumitat għall-Iżvilupp se żżur Sjerra Leone f'Novembru 2015;

1.

Jikkritika r-respons internazzjonali kajman għall-kriżi matul l-ewwel xhura tagħha; jissottolinja, iżda, ir-rispons u l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha sa minn Marzu 2014 fl-għajnuna għall-konteniment tat-tixrid tal-virus tal-Ebola; Jilqa' ż-żieda li qed isseħħ bħalissa fl-impenji finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri fl-oqsma tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, il-loġistika u r-riċerka b'rispons għall-kriżi;

2.

Jilqa' l-iżvilupp ta' vaċċin ġdid (fi żmien qasir bla preċedent), li kien 100 % effettiv fil-Ginea sa mit-23 ta' Marzu 2015, u jitlob li jkun hemm aċċess garantit għal dan il-vaċċin, li għandu jkun bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd fil-Liberja u Sjerra Leone;

3.

Iqis li ma għandux ikun hemm tnaqqis fil-ħarsien fir-rigward ta' xi każijiet ġodda ta' Ebola, li fihom il-mod ta' trażmissjoni tibqa' dubjuża;

4.

Jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati, l-aktar lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, jitgħallmu minn din il-kriżi, inkluż mill-impatti negattivi fuq is-setturi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tal-kondizzjonalitajiet tal-faċilitajiet ta' aġġustament strutturali tal-FMI u tal-Bank Dinji, u li jiżviluppaw mezzi effettivi ta' kif jittrattaw il-kriżijiet internazzjonali marbutin mas-saħħa;

5.

Jinnota, f'dan il-kuntest, ir-riforma mħabbra mid-Direttura tal-WHO nhar it-18 ta' Mejju 2015, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat-twaqqif ta' programm ġdid ta' emerġenza u riżerva dinji ta' persunal li j jilqa' l-impenn għal żieda fil-baġit tal-WHO b'10 % fi żmien sentejn, biex b'hekk jitla' għal USD 4,5 biljun;

6.

Jistieden lill-komunità internazzjonali tippromwovi l-kampanja ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati; jisħaq dwar l-importanza kruċjali tal-kampanji ta' prevenzjoni u ta' informazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżi, b'mod partikolari biex tkun limitata l-kontaminazzjoni, u biex tikber il-kuxjenza dwar prattiki mhux siguri li għandhom jiġu evitati; jisħaq dwar l-importanza ta' mezzi alternattivi ta' tixrid tal-informazzjoni;

7.

Jenfasizza bil-qawwa l-importanza li jiġu miġġielda aktar tensjonijiet bejn gruppi bħala riżultat tal-epidemija tal-Ebola, peress li l-ħolqien tal-ħrejjef jista' jwassal biex ċerti gruppi etniċi jingħataw il-ħtija għall-empidemija tal-Ebola;

8.

Iqis li, ladarba l-assistenza ta' emerġenza m'għadhiex aktar meħtieġa, ir-respons tal-Unjoni Ewropea fit-terminu t-twil għandha tkun iffokata l-ewwel nett fuq l-għajnuna għall-iżvilupp, li trid tkun tinkludi l-investiment fis-settur tas-saħħa għall-promozzjoni tal-ħila fit-tul, l-aktar kwantu għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi tas-saħħa, monitoraġġ tas-saħħa u informazzjoni dwarha, sistemi ta' fornituri ta' mediċini, governanza domestika u bini tal-istat, u mbagħad fuq l-assistenza essenzjali għar-riġenerazzjoni tal-ekonomiji tat-tliet pajjiżi;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet iqisu t-tagħlimiet meħudin mill-fenomenu tal-istigmatizzazzjoni u jimplementawhom fi kriżijiet umanitarji simili li jistgħu jseħħu;

10.

Ifakkar fl-importanza tal-prevenzjoni tal-kunflitti, billi l-kunflitti u l-fraġilità għandhom impatt negattiv fuq is-sistemi tas-saħħa;

11.

Jitlob li jiġi stabbilit tim Ewropew permanenti ta' azzjoni urġenti li jkun fih esperti, gruppi ta' għajnuna fil-laboratorju, epidemjologi u infrastruttura loġistika, inklużi laboratorji mobbli, li tista' tintuża mill-iktar fis possibbli; jenfasizza, b'mod partikolari, il-valur miżjud li l-Unjoni tista' ġġib fil-qasam “tal-iskrinjar fil-fruntieri”, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani jeċċellaw fl-iskrinjar fl-ajruporti – eċċellenza li tista' tiġi kkupjata mill-Unjoni u li minnha tista' tapprofitta;

12.

Jistieden lill-UE ssostni t-twaqqif ta' retikolat tal-punti ta' monitoraġġ fil-pajjiżi qed jiżviluppaw biex ikun possibbli li jsibu kemm jista' jkun malajr każijiet ġodda ta' mard infettiv li jista' jkollu l-potenzjal jiżviluppa f'pandemiji, biex jinħoloq retikolat sentinella f'dawk il-pajjiżi;

13.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun sostnut it-twaqqif tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dawk tal-Afrika tal-Punent, kwantu għat-taħriġ tal-persunal mediku;

14.

Jisħaq dwar l-importanza tat-tisħiħ tal-protezzjoni u tas-sistemi ta' evakwazzjoni rapida għall-ħaddiema tas-settur tas-saħħa internazzjonali;

15.

Jiddeplora l-fatt li l-aġġustamenti u r-riformi u l-politiki ta' żvilupp mgħoddija kkontribwixxew għas-sistemi tas-saħħa ineffikaċi; jitlob lill-Kummissjoni biex minnufih tgħin lit-tliet pajjiżi jiżviluppaw is-sistema tas-saħħa pubblika proprja tagħhom sabiex tingħata reazzjoni għall-bżonnijiet tas-saħħa bażiċi tagħhom u sabiex ikun jista' jkollhom l-infrastrutturi li jkunu kapaċi jiżguraw l-aċċess għall-kura pubblika għaċ-ċittadini kollha tagħhom; b'mod partikolari, huwa tal-fehma li l-bini ta' sistema tas-saħħa reżiljenti fit-tul tirrikjedi, inter alia, (i) investiment ta' riżorsi fis-servizzi bażiċi tas-saħħa pubblika, (ii) l-iżgurar ta' kura sigura u ta' kwalità b'żieda adegwata fir-riżorsi għat-taħriġ, superviżjoni u ħlas għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u bl-għoti ta' aċċess għal mediċini siguri, (iii) involviment ta' stakeholders u komunitajiet lokali fir-rispons għall-kriżi u fl-ippjanar tal-iżvilupp; jistieden lid-donaturi internazzjonali jżidu l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) lil dawk il-pajjiżi permezz ta' sistemi tal-pajjiżi bħalma hu l-appoġġ baġitarju; jistieden lill-Kummissjoni jistabilixxi, b'koperazzjoni mal-pajjiżi mseħbin, mal-WHO, mal-Bank Dinji u donaturi oħrajn, pjanijiet koerenti msejsin fuq il-ħtiġiet u proċeduri ta' monitoraġġ;

16.

Jisħaq li r-respons għandu jindirizza d-differenzi taħtiena fir-rappreżentanza tan-nisa, l-aċċess għas-saħħa u għas-servizzi u t-tħarbit tal-ħajjiet; jisħaq b'mod partikolari dwar il-ħtieġa li jiġu offruti servizzi u kura medika bażiċi ta' kwalità għolja, speċjalment fejn jidħlu l-kura tal-maternità u s-servizzi ostetriċi u ġinekoloġiċi;

17.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali (COM(2010)0128) u l-viżjoni ħolistika tagħha dwar is-sistemi ta' saħħa komprensivi, l-approċċ orizzontali tagħha u l-isforzi tagħha favur il-koperatura universali tas-saħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-komunikazzjoni fid-dawl tal-intuwizzjonijiet ġodda miksubin matul il-kriżi tal-Ebola, filwaqt li jinżamm l-approċċ komprensiv u orizzontali, u li tippreżenta u timplementa Programm għall-Azzjoni b'mod tempestiv;

18.

Jenfasizza, b'mod ġenerali, il-ħtieġa, għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li jipprevedu bħala prijorità linji baġitarji robusti u reżiljenti biex jistabbilixxu sistemi tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa sodi, jibnu infrastrutturi tas-saħħa sostenibbli (b'mod partikolari laboratorji) u joffru s-servizzi bażiċi u kura ta' kwalità; jisħaq dwar il-ħtieġa għal proporzjon tajba ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa b'rabta mal-popolazzjoni, u jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi milqutin jiżguraw li l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jkunu mħallsin u li l-flus għas-saħħa jaslu għand il-poplu; jirrikonoxxi, b'dana kollu, li l-kriżijiet bħal dik attwali ma tistax tissolva mis-sistemi tas-saħħa waħedhom, iżda li hemm bżonn ta' approċċ ikkonċertat li jinvolvi d-diversi setturi (inklużi l-kura tas-saħħa, edukazzjoni u taħriġ, sanitazzjoni, għajnuna għall-ikel, ilma għax-xorb) biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kritiċi fis-servizzi essenzjali kollha; jisħaq, fl-istess ħin, li l-edukazzjoni li tkun tkopri d-dimensjonijiet kulturali u t-twemmin, ikollha post ewlieni fl-irkupru;

19.

Jindika li l-investiment fis-settur tas-saħħa hu mutur importanti tal-iżvilupp ekonomiku u jikkontribwixxi għar-riduzzjoni tal-faqar fil-pajjiżi qed jiżviluppaw; jilqa' l-inklużjoni tal-Objettiv 3 'Niżguraw ħajjiet f'saħħithom u nippromwovu l-benessri għal kulħadd fl-etajiet kollha' fil-proposta għall-Objettivi Futuri għal Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

20.

Jisħaq li l-pjanijiet kostjati fit-tul meħtieġa biex jinbnew sistemi tas-saħħa reżiljenti u komprensivi jridu jinkludu wkoll għadd adegwat ta' ħaddiema mħarrġa fis-settur tas-saħħa, aċċess għal fornituri mediċi suffiċjenti u sistemi ta' informazzjoni dwar is-saħħa robusti;

21.

Jitlob li l-infrastruttura ta' riċerka tissaħħaħ bit-twaqqif ta' ċentru reġjonali pubbliku ta' riċerka dwar il-mard infettiv fl-Afrika tal-Punent, u għal koperazzjoni inter-universitarja li titwaqqaf bil-parteċipazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

22.

Jisħaq il-ħtieġa li tkun ittratta l-inugwaljanza soċjali ħalli tinbena sistema pubblika tas-saħħa li tkun reżiljenti u sostenibbli; jappoġġa, għal dan il-fini, l-introduzzjoni tal-kopertura universali tas-saħħa pubblikament iffinanzjata u mogħtija b'xejn fil-punt tal-użu, u jħeġġeġ lill-Kummisjsoni, flimkien mal-pajjiżi mseħbin u donaturi oħrajn, jissottomettu kemm jista' jkun malajr programm għat-twaqqif ta' kopertura universali tas-saħħa li tkun tiggarantixxi l-mutwalizzazzjoni tar-riskji tas-saħħa;

23.

Jistieden lill-pajjiżi kollha jimpenjaw ruħhom għall-Kopertura Universali tas-Saħħa (UHC) u li jiżviluppaw pjan għall-identifikazzjoni tar-riżorsi domestiċi u l-fondi internazzjonali potenzjali għalbiex jintlaħaq dal-objettiv; jappoġġja l-objettiv taż-żieda fl-infiq tal-kura medika fil-pajjiżi kollha għall-minimu rikonoxxut ta' USD 86 kull persuna għal servizzi essenzjali tas-saħħa;

24.

Jilqa' l-konferenza internazzjonali ta' livell għoli tat-3 ta' Marzu 2015 organizzata mill-UE u sħab ewlenin bil-għan li tinqered l-Ebola, iżda wkoll biex jiġu evalwati l-impatti fuq il-pajjiżi affettwati sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp iżżid mal-isforzi umanitarji;

25.

Jappoġġa l-idea tat-twaqqif ta' 'Pjan Marshall' biex jaġixxi bħala mutur tal-ekonomija ta' dawn il-pajjiżi; jissuġġerixxi li tingħata l-assistenza teknika lill-amministrazzjoni biex tissaħħaħ ħilithom u jiġi żgurat li l-flus jaslu għand il-poplu u ma tkunx mitlufa fil-korruzzjoni jew skopijiet oħrajn;

26.

Jilqa' l-isforzi internazzjonali li qed isiru biex jittaffew l-obbligi internazzjonali ta' dejn tal-pajjiżi milqutin mill-virus Ebola;

27.

Jistma li l-effikaċja tas-sħubiji bejn l-Unjoni Ewropea u ż-żona ta' kriżi se tkun garantita biss jekk il-Liberja, il-Guinea u Sierra Leone jkunu jistgħu jirrealizza mill-aktar fis possibbli l-iżvilupp tagħhom stess;

28.

Jemmen li l-ipprogrammar tal-11-il Fond ta' Żvilupp Ewropew għandu jkun revist ħalli jiżgura li l-investimenti fis-saħħa u fil-governanza t-tajba jkunu oqsma ta' prijorità għall-pajjiżi kollha b'infrastruttura pubblika fraġli; hu mħasseb li s-saħħa u l-ilma u d-drenaġġ ma humiex fost is-setturi fokali tal-Programmi Indikattivi Nazzjonali tal-Liberja u Sjerra Leone; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi għal monitoraġġ aktar mill-qrib tal-assistenza;

29.

Jistma li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ma tistax tkompli tinjora r-riskju tan-nuqqas ta' fondi strutturali tal-azzjonijiet umanitarji tal-Unjoni Ewropea;

30.

Jifraħ bl-azzjoni tal-atturi umanitarji u l-persunal mediku li, b'riskjaw għal ħajjithom stess, impenjaw ruħhom biex jikkontrollaw din il-kriżi maġġuri tas-saħħa;

31.

Jifraħ lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal Rispons ta' Emerġenza kontra l-Ebola (UNMEER), lill-organizzazzjonijiet imsieħba u lill-organizzazzjonijiet umanitarji mhux governattivi, bħal Médecins Sans Frontières, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u oħrajn, għall-ħidma li saret fuq il-post u jilqa' b'sodisfazzjon il-kontribut estensiv tagħhom u l-għajnuna fil-kontroll ta' din l-epidemija; jiddispjaċih li jkun hemm każijiet ta' trattament mhux xieraq tal-persunal mediku u persunal ieħor involut fil-ġlieda kontra l-epidemija tal-Ebola meta jirritornaw mill-Afrika;

32.

Hu tal-fehma li l-aċċess għall-mediċini fil-prinċipju m'għandux jibqa' dipendenti mill-kapaċità tal-akkwist tal-pazjenti iżda għandu jkun reazzjoni għall-bżonnijiet tal-marid, għaliex m'għandux ikun is-suq waħdu li jiddeċiedi l-għażla tal-mediċini li għandu jipproduċi;

33.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jonoraw il-prinċipju tal-'Koerenza fil-Politika għall-Iżvilupp' tal-UE li jinsab fl-Artikolu 207 tat-TFUE permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali ġust u xieraq, tar-riċerka medika u tal-politiki ta' innovazzjoni li jkattru u jiffaċilitaw l-aċċess universali għall-mediċini;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora mudelli alternattivi għal dawk imsejsin fuq il-monopolji tal-brevetti meta jkun każ ta' żvilupp ta' mediċini jew vaċċini prodotti minn sħubijiet pubbliċi-privati, bħalma hi l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, li jistgħu jiggarantixxu l-aċċessibilità tal-pazjent għat-trattament, is-sostenibilità tal-baġits għall-kura medika, u respons effiċjenti għall-kriżijiet bħalma hi dik ikkawżata mill-virus tal-Ebola jew minaċċi simili;

35.

Ifakkar fl-importanza li tissaħħaħ il-kapaċità tar-riċerka fil-ġlieda epidemjoloġika dinjija, li jiġu żviluppati “testijiet rapidi” u li jiġi ggarantit l-aċċess għall-vaċċini; jilqa', f'dan is-sens, il-fatt li ħafna mill-fondi ta' riċerka tal-UE ġew mobilizzati fit-taqbida kontra l-virus tal-Ebola, inkluż permezz tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, il-programm Horizon 2020 u l-programm ta' Sħubija tat-Testijiet Kliniċi tal-Pajjiżi Ewropej u qed Jiżviluppaw (EDCTP); jissottolinja li, minkejja li l-vaċċini huma tajbin, x'aktarx ma jiswewx kontra l-Ebola, billi l-virus il-ħin kollu għaddej mill-mutazzjonijiet; jisħaq, għalhekk, li l-prijorità fl-iffinanzjar għandha tingħata lis-sistema ġenerali tas-saħħa billi jissaħħu l-iġjene, il-konteniment, it-testjar malajr u b'mod affidabbli f'ambjenti tropiċi u medikament li jattakka l-virus u s-sintomi li jikkawża;

36.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati jippromwovu t-taħriġ dwar is-saħħa fost il-pubbliku billi jiffokaw fuq il-kwestjoni tad-drawwiet tradizzjonali li huma inkompatibbli mat-taqbida kontra t-tixrid tal-marda qalb il-popolazzjoni;

37.

Jisħaq li l-UE għandha tippromwovi finanzjar effettiv u ġust tar-riċerka li tkun ta' benefiċċju għas-saħħa ta' kulħadd u tiżgura li l-innovazzjonjiet u l-interventi jwasslu għal soluzzjonijiet bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd; itenni, b'mod partikolari, li għandhom jiġu esplorati mudelli li jiddissoċjaw l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp mill-prezzijiet tal-mediċini, inklużi l-opportunitajiet għal trasferiment teknoloġiku għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

38.

Itenni l-ħtieġa tal-investiment fil-mard li ftit jingħata kas tiegħu; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tissokta d-diskussjonijiet dwar din il-kwestjoni u tagħmel arranġamenti għal koperazzjoni wiesgħa bejn is-settur pubbliku u dak privat, basta jkun hemm is-salvagwardji li ma jħallux lis-sħubijiet pubbliċi-privati jagħmlu ħsara lil nies vulnerabbli b'suq mhux regolat, li jimmiraw lejn is-sistemi nazzjonali tas-saħħa u jiffaċilitaw it-trasferiment tar-riżultati lejn il-popolazzjoni kkonċernata; jilqa' f'dan il-kuntest il-fatt li, biex tkun indirizzata ħtieġa urġenti għar-riċerka fi trattamenti ġodda, l-UE poġġiet EUR 138 miljun għad-dispożizzjoni ta' proġetti li jiżviluppaw it-testijiet kliniċi għal vaċċini ġodda, testijiet u trattamenti dijanjostiċi rapidi skont Horizon 2020 u l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi; ifaħħar lill-industrija farmaċewtika Ewropea, li wkoll impenjat riżorsi importanti b'sostenn tal-isforz ta' riċerka;

39.

Jisħaq li l-Ebola u xi epidemiji oħrajn huma minaċċi transnazzjonali li jirrikjedu koperazzjoni internazzjonali; jistieden lill-WHO tirrevedi l-IHR bl-intenzjoni li tinkorpora r-responsabilità interdipendenti u l-appoġġ finanzjarju, inkluż għall-indirizz tal-kawżi li jinsabu fl-għerq;

40.

Jilqa', fid-dawl tal-implementazzjoni mħarbta tal-IHR u n-nuqqas ta' sorveljanza epidemjoloġika, il-programm RIPOST Franċiż 'Network of Public Health Institutes in West Africa’;

41.

Jisħaq li issa li din l-epidemija qed tbatti, filwaqt li l-virus jibqa' fil-gonadi għal xhur wara li l-pazjent jirpilja, il-konsulenza sesswali u l-ippjanar tal-familji għandhom ikunu disponibbli bħala parti mis-sistema tas-saħħa u tal-miżuri edukattivi;

42.

Jisħaq li kriżi tal-ikel hija dejjem aktar probabbli wara l-epidemija, li kellha effetti devastanti fuq bdiewa fuq skala żgħira; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-komunità internazzjonali jinvestu fl-iżvilupp tagħhom fit-tul biex jiġi żgurat li l-unitajiet domestiċi fil-qasam tal-biedja u s-siġurtà tal-ikel futura tal-Punent tal-Afrika ma jibqgħux f'riskju;

43.

Jitlob lill-kumitat kompetenti tiegħu jiżgura s-segwitu tal-ġestjoni tal-kriżi b'kollaborazzjoni stretta mal-koordinatur tal-Unjoni għall-Ebola, u wara l-missjoni tal-Parlament lejn Sjerra Leone, qabel ma titressaq valutazzjoni definittiva;

44.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2014)0026.

(2)  Drawwiet li, ngħidu aħna, jipprojbixxu l-ħruq tal-kadavri.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/11


P8_TA(2015)0375

Il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2015/2865(RSP))

(2017/C 355/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur tal-karozzi (O-000113/2015 – B8-0764/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (5),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fit-18 ta' Settembru 2015, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti (United States Environmental Protection Agency, EPA) u l-Bord għar-Riżorsi tal-Ajru tal-Kalifornja (California Air Resources Board, CARB) it-tnejn ħarġu avviż ta' ksur tar-regoli dwar it- tniġġis applikabbli fir-rigward tal-Volkswagen AG, Audi AG u l-Volkswagen Group of America (kollettivament, VW); billi l-investigazzjoni bdiet wara li kienet saret riċerka fuq l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu (NOx) minn vetturi diesel, imwettqa minn organizzazzjoni mhux governattiva f'kooperazzjoni ma' riċerkaturi universitarji, u r-riżultati ta' din ir-riċerka kienu tressqu lill-EPA u lill-CARB f'Mejju 2014;

B.

billi t-tniġġis tal-arja jikkawża iktar minn 430 000 mewta bikrija fl-UE kull sena, flimkien ma' spejjeż stmati għal EUR 940 biljun fis-sena minħabba l-effetti tiegħu fuq is-saħħa; billi l-NOx huwa sustanza niġġiesa ewlenija li tikkawża, inter alia, il-kanċer tal-pulmun, l-ażma u ħafna mard respiratorju ieħor, kif ukoll degradazzjoni ambjentali bħall-ewtrofikazzjoni u l-aċidifikazzjoni; billi l-emmissjonijiet tal-vetturi diesel huma sors ewlieni tal-NOx f'żoni urbani fl-Ewropa; billi sa terz tal-popolazzjoni urbana tal-UE għadha esposta għal livelli ogħla mill-valuri ta' limitu jew ta' mira stabbiliti mill-UE; billi t-trasport għadu wieħed mill-kawżi prinċipali tal-kwalità ħażina tal-arja fl-ibliet, kif ukoll tal-problemi tas-saħħa relatati; billi aktar minn 20 Stat Membru bħalissa mhux qed jirnexxilhom jirrispettaw il-limiti tal-kwalità tal-arja tal-UE, b'mod partikolari minħabba t-tniġġis urban;

C.

billi mill-2012 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tal-WHO ikklassifikat l-egżost mill-magni diesel bħala karċinoġenu, u tat parir li, minħabba l-impatti ulterjuri fuq is-saħħa min-naħa tal-materja partikolata tad-diesel, l-esponiment għat-taħlita ta' kimiċi emessi għandu jitnaqqas madwar id-dinja kollha;

D.

billi l-industrija awtomobilistika hija waħda mill-kontributuri ewlenin għat-tkabbir u l-innovazzjoni, u tikkontribwixxi għall-impjiegi f'għadd sinifikanti ta' Stati Membri; billi, sakemm ma titteħidx azzjoni deċiżiva, hemm ir-riskju li l-iskandlu preżenti jdgħajjef ir-reputazzjoni u l-kompetittività tas-settur kollu;

E.

billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jiddominaw l-industrija tal-forniment tas-settur awtomobilistiku u jikkontribwixxu 50 % għar-riċerka u l-iżvilupp speċifiċi għas-settur; billi s-saħħa ekonomika ta' ħafna reġjuni tal-Ewropa hija derivata mill-industrija awtomobilistika u mill-industrija tal-forniment tas-settur awtomobilistiku;

F.

billi l-kompetizzjoni ġusta, inkluża dik fost il-manifatturi tal-vetturi, timplika li l-konsumatur ikun jista' jagħżel il-prodott u jibbaża l-għażla tiegħu fuq il-karatteristiċi tekniċi komprensivi u imparzjali li jingħatawlu;

G.

billi l-UE għamlet għadd ta' sforzi biex tirmedja l-effetti tal-kriżi ekonomika fuq l-industrija awtomobilistika, bl-użu tal-għodda disponibbli dwar għajnuna mill-istat;

H.

billi r-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' emissjonijiet minn vetturi ħfief (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, maqbul mill-Parlament u l-Kunsill f'Diċembru 2006), li jistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet Euro 5/6, jesiġi li l-manifatturi jarmaw il-vetturi tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet 'fl-użu normali' (l-Artikolu 5(1));

I.

billi r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (l-Artikolu 5(2)) jipprojbixxi speċifikament l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni definit bħala 'kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta' xi parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa' magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta' vettura'; billi l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinfurzaw din il-projbizzjoni; billi r-Regolament ukoll jistieden lill-Kummissjoni espliċitament biex tintroduċi testijiet u tadotta miżuri rigward l-użu ta' mekkaniżmi ta' riduzzjoni;

J.

billi, skont id-Direttiva dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1999/44/KE), il-konsumaturi għandhom d-dritt għal tal-anqas sentejn garanzija wara x-xiri ta' prodott, u billi l-bejjiegħ hu obbligat jgħaddi lill-konsumatur oġġetti li jkunu f'konformità mal-kuntratt ta' bejgħ; billi fin-nuqqas ta' tali konformità, il-konsumatur huwa intitolat għal tiswija jew sostituzzjoni bla ħlas, jew għal tnaqqis fil-prezz;

K.

billi d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/UE) tesiġi li l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin ta' prodott tingħata qabel il-konklużjoni ta' kuntratti fil-post tan-negozju jew lil hinn minnu jew mill-bogħod, u tirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom regoli dwar pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi f'każ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ma jiġux issodisfati;

L.

billi d-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali (2005/29/KE) tipprojbixxi, b'mod partikolari, kull prattika li “toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista' toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata”, tipprovdi li prattiki kummerċjali li jitqiesu żleali f'kull ċirkostanza jinkludu każijiet fejn “il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiki kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini tal-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni”, u tesiġi li l-Istati Membri jadottaw pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi;

M.

billi l-valur ta' limitu tal-Euro 5 għall-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi tad-diesel huwa 180 mg/km, applikabbli għal vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip bejn l-1 ta' Settembru 2009 u l-1 ta' Settembru 2014 u għall-vetturi kollha mibjugħa bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-1 ta' Settembru 2015, u billi l-valur ta' limitu korrispondenti tal-Euro 6 huwa 80 mg/km, applikabbli għat-tipi ġodda mill-1 ta' Settembru 2014 u għall-vetturi kollha mibjugħa sa mill-1 ta' Settembru 2015; billi l-vetturi Euro 6 rreġistrati qabel ma l-istandard ġie introdott bħala limitu legali ibbenefikaw minn rifużjonijiet tat-taxxa f'ħafna Stati Membri; billi r-riżultati indipendenti tat-testijiet jikkonfermaw diskrepanzi sinifikanti bejn il-limiti u l-emissjonijiet reali tal-vetturi fl-użu normali għaż-żewġ standards;

N.

billi analiżi taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni (6) fl-2011 waslet għall-konklużjoni li l-emissjonijiet ta' NOx minn vetturi diesel imkejla b'sistemi li jinġarru tal-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) qabżu sostanzjalment il-valuri ta' limitu rispettivi tal-Euro 3-5, b'firxa ta' bejn darbtejn sa erba' darbiet aktar mill-medja tal-emissjonijiet tal-NOx fuq ir-rotot sħaħ tat-testijiet, u sa 14-il darba aktar f'partijiet individwali tat-testijiet; billi rapport ieħor tal-JRC (7) ppubblikat fl-2013 irrefera għal konklużjonijiet li l-vetturi Euro 6 jistgħu saħansitra jaqbżu l-livelli ta' emissjonijiet tal-vetturi Euro 5; billi analiżijiet indipendenti li saru fl-2014 iddokumentaw, bħala medja, emissjonijiet tal-NOx fit-triq mill-vetturi diesel ittestjati madwar seba' darbiet ogħla mil-limiti stabbiliti mill-istandard Euro 6;

O.

billi l-kumpanija VW ammettiet li installat tagħmir ta' riduzzjoni f'tal-anqas 11-il miljun mill-vetturi tad-diesel li biegħet fid-dinja kollha; billi l-kumpanija VW ħabbret li hija ser issejjaħ lura mis-suq 8,5 miljun vettura diesel tal-VW fl-UE wara deċiżjoni tal-Awtorità Federali tat-Trasport bil-Vetturi bil-Mutur tal-Ġermanja;

P.

billi din id-differenza dokumentata ta' emissjonijiet tista' tkun dovuta kemm għall-inadegwatezza tal-proċedura preżenti ta' ttestjar użata fl-UE, li ma tirrappreżentax kundizzjonijiet normali ta' sewqan, u kemm għall-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni; billi l-affidabbiltà u r-robustezza tal-proċedura tal-ittestjar għall-vetturi huma ta' importanza kruċjali biex jintlaħqu l-limiti tal-emissjonijiet, u b'hekk għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-ambjent fl-UE;

Q.

billi l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jobbliga lill-Kummissjoni żżomm taħt analiżi regolari ċ-ċikli ta' ttestjar użati biex jitkejlu l-emissjonijiet u, jekk jirriżulta li t-testijiet ma jkunux għadhom adegwati, tadattahom sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq; billi għadu ma sar l-ebda adattament ta' dan it-tip; billi l-Kummissjoni madankollu bħalissa qed tħejji l-adozzjoni ta' ċiklu ġdid ta' testijiet ibbażat fuq l-Emissjonijiet Reali waqt is-Sewqan (RDE);

R.

billi t-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni u għall-konformità waqt is-servizz ma kinux soġġetti għal standards komuni fil-livell tal-UE, minkejja l-mandat mogħti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal tali proċeduri permezz tal-komitoloġija; billi, bħala riżultat ta' dan, ir-rekwiżiti għall-konformità tal-produzzjoni u għall-konformità waqt is-servizz ġeneralment mhumiex infurzati b'mod adegwat; billi m'hemm l-ebda rekwiżit ta' żvelar ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, lil Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip oħra tal-Istati Membri jew lil kwalunkwe parti oħra interessata rigward kwalunkwe test applikat mill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip kompetenti, jew rigward ir-riżultati ta' tali testijiet;

S.

billi s-sistema tal-UE tal-lum għall-approvazzjoni tat-tip ma tippermettix lill-Kummissjoni jew lil awtoritajiet oħra tal-Istati Membri jirrivvalutaw l-approvazzjonijiet tat-tip jew iċ-ċertifikati ta' konformità tal-vetturi, isejħu lura vetturi mis-suq jew jissospendu t-tqegħid tagħhom fis-suq, dment li jkunu ġew approvati minn Stat Membru ieħor; billi, fis-sistema preżenti, m'hemm l-ebda superviżjoni tat-testijiet imwettqa minn Awtoritajiet Nazzjonali tal-Approvazzjoni tat-Tip biex tiżgura li l-awtoritajiet kollha jirrispettaw ir-regoli komuni tal-UE u ma jinvolvux ruħhom f'kompetizzjoni żleali billi jbaxxu l-istandards;

T.

billi l-Kummissjoni qiegħda twettaq rieżami tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip; billi dan ir-rieżami huwa tal-akbar importanza biex terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumatur fit-testijiet tal-emissjonijiet u tal-konsum tal-fjuwil;

U.

billi s-sistemi tal-lum għall-ivverifikar tal-emissjonijiet tal-NOx minn karozzi diesel tal-passiġġieri jserrħu fuq tliet teknoloġiji ewlenin: modifiki tal-ġewwieni tal-magna flimkien mar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (exhaust gas recirculation, EGR), assorbituri tal-NOx minn magni b'użu ta' fjuwil baxx (lean NOx traps, LNTs), u tnaqqis katalitiku selettiv (selective catalytic reduction, SCR); billi, sabiex jintlaħqu l-valuri ta' limitu Euro 6, il-biċċa l-kbira tal-vetturi huma mgħammra b'tal-anqas tnejn minn dawn it-tliet teknoloġiji; billi dawn it-teknoloġiji t-tlieta li huma jistgħu jiġu diżattivati b'tagħmir ta' riduzzjoni fil-forma ta' softwer;

V.

billi, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards dwar l-emissjonijiet, se jkun jeħtieġ li l-vetturi mgħammra b'tagħmir ta' riduzzjoni jitneħħilhom dan it-tagħmir, issirilhom modifika tas-softwer tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u, skont it-teknoloġija tal-magna, isirulhom interventi fuq l-apparat fiżiku; billi huwa possibbli li l-prestazzjoni tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet diġà installati fil-vetturi tiġi mtejba permezz tat-tneħħija tat-tagħmir ta' riduzzjoni, l-ipprogrammar mill-ġdid u l-kalibrazzjoni mill-ġdid;

W.

billi d-diskrepanzi bejn ir-riżultati tat-testijiet u l-prestazzjoni tal-vettura waqt l-użu normali mhumiex limitati għall-NOx, iżda jeżistu wkoll għal sustanzi niġġiesa oħra u għas-CO2; billi, skont studji indipendenti, id-diverġenza bejn l-emissjonijiet uffiċjali u dawk reali tas-CO2 minn vetturi tal-passiġġieri fl-Ewropa kienet 40 % fl-2014;

X.

billi l-bidla għall-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fil-Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) tirrikjedi li l-miri tal-medja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-flotta eżistenti għall-manifatturi tiġi adattata għat-test il-ġdid;

1.

Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe frodi minn manifatturi awtomobilistiċi u jħeġġieġ lill-kumpaniji jassumu r-responsabbiltà sħiħa għal azzjonijiethom u jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet fi kwalunkwe investigazzjoni; jiddeplora l-fatt li miljuni ta' konsumaturi sfaw imqarrqa u żgwidati b'informazzjoni falza dwar l-emissjonijiet mill-vetturi tagħhom;

2.

Jemmen li, meta evidenza ta' mġiba ħażina tkun ikkonfermata, ir-rimedju għall-konsumatur għandu jiġi kkomunikat sewwa u mwettaq bla dewmien, u m'għandux jingħata lok għal aktar ħsara lill-konsumatur;

3.

Iqis li huwa deplorevoli li dawn l-emissjonijiet żejda jikkawżaw imwiet prematuri, effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, u ħsara ambjentali;

4.

Iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jerġgħu jiksbu malajr il-fiduċja tal-konsumaturi permezz ta' azzjonijiet konkreti u jagħmlu kull sforz possibbli biex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava; jenfasizza s-solidarjetà tiegħu mal-impjegati kkonċernati, u huwa mħasseb dwar l-impatt tul il-katina ta' forniment, speċjalment fuq l-SMEs, li bla ma jaħtu llum qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi enormi kkawżati mill-frodi; jenfasizza li l-impjegati fl-aħħar mill-aħħar m'għandhomx ikunu dawk li jħallsu l-prezz għall-manipulazzjoni tal-kejl tal-emissjonijiet;

5.

Jenfasizza li, qabel ma jikkkunsidraw kwalunkwe sensja, il-manifatturi għandhom jużaw ir-riżorsi finanzjarji tagħhom stess, inkluż billi jżommu l-profitti pjuttost milli jqassmu d-dividendi, biex ikopru kemm jista' jkun l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ksur tal-liġi applikabbli;

6.

Huwa mħasseb ħafna dwar id-dewmien, min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, li jaġixxu fuq l-evidenza ta' eċċessi serji u persistenti tal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet preskritti fil-liġi tal-UE għal vetturi fl-użu normali;

7.

Ifakkar li karozzi diesel għandhom inqas emissjonijiet ta’ CO2 għal kull kilometru minn vetturi petrol ekwivalenti u li dawn tal-ewwel huma mezz importanti biex il-manifatturi jirnexxilhom jilħqu l-miri medji tal-UE 2021 fir-rigward tas-CO2; ifakkar li dawn se jibqgħu jkunu wkoll kontributur essenzjali biex jintlaħqu l-miri għall-perjodu ta’ wara l-2021, iżda jenfasizza li jeħtieġ li l-manifatturi jużaw t-teknoloġija nadifa disponibbli biex inaqqsu l-NOx, il-PM u sustanzi oħra li jniġġsu;

8.

Iħeġġeġ trasparenza sħiħa min-naħa tal-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar l-għarfien tagħhom dwar dawn il-ksur u l-azzjonijiet li ħadu biex jindirizzawhom; jitlob investigazzjoni bir-reqqa tar-rwol u tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni inter alia tal-problemi stabbiliti fir-rapport tal-2011 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għal sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi għat-trasport bit-triq u b'modi oħra, filwaqt li tiġi progressivament abbandunata s-sistema attwali bbażata fuq il-fjuwils fossili u jintużaw teknoloġiji u għejun ta' enerġija ġodda bħalma huma l-idroġenu, l-elettriku u l-arja kompressata;

10.

Jilqa' l-investigazzjonijiet li qed isiru f'diversi Stati Membri u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja rigward il-manipulazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet tal-vetturi; jappoġġja l-appell tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza biex iwettqu kontrolli estensivi fuq varjetà wiesgħa ta' marki u mudelli ta' vetturi; iqis li l-Kummissjoni għandha tkun involuta fi kwalunkwe investigazzjoni ta' dan it-tip; jinsisti li l-investigazzjonijiet jitwettqu b'mod trasparenti u effikaċi, bil-qies debitu tal-ħtieġa li l-konsumaturi milquta direttament minn kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jinkixef jinżammu informati sewwa;

11.

Jesiġi li l-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament dwar ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet, bil-miktub, sal-31 ta' Marzu 2016;

12.

Jesiġi li, fejn jinstab tagħmir ta' riduzzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni u japplikaw is-sanzjonijiet xierqa bi qbil mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2007/46/KE u mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

13.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport Girling (dwar Valuri Massimi Nazzjonali tal-Emissjonijiet għal ċerti sustanzi niġġiesa) (A8-0249/2015), adottat mill-Kumitat għall-Ambjent tiegħu fil-15 ta' Lulju 2015, u b'mod partikolari t-talba lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw b'urġenza l-proposta li qed tiġi kkunsidrata bħalissa għar-Regolament Euro 6 dwar l-Emissjonijiet fis-Sewqan Reali (RDE);

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta u timplimenta mingħajr aktar dewmien iċ-ċiklu ġdid ta' ttestjar tal-Emissjonijiet tas-Sewqan Reali, u daħħlu fis-seħħ għal finijiet regolatorji; jilqa' r-rapport dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq (ir-rapport Deß, A8-0270/2015) adottat mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parliament fit-23 ta' Settembru 2015, u b'mod partikolari l-esiġenza li l-Kummissjoni 'tintroduċi test tal-emissjonijiet tas-sewqan reali għall-vetturi kollha bl-approvazzoni tat-tip jew li ġew irreġistrati mill-2015 biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet u jingħata lok biex il-vettura tikkonforma ma' dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, b'fattur ta' konformità li jirrifletti biss it-tolleranzi possibbli tal-proċedura tal-kejl tal-emissjonijiet fis-seħħ, sal-2017'; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaqblu bil-ħeffa fuq qafas għaċ-ċiklu ta' testijiet fuq dik il-bażi;

15.

Jinnota li, skont il-pjanijiet preżenti tal-Kummissjoni, it-testijiet tal-emissjonijiet tas-sewqan reali jintużaw biss għall-emissjonijiet tal-NOx; jitlob li t-testijiet RDE jiġu implimentati għas-sustanzi niġġiesa kollha;

16.

Jiddeplora n-nuqqas ta' trasparenza tad-deliberazzjonijiet taħt il-komitoloġija dwar il-proposta għal test RDE, u b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tgħaddi informazzjoni lill-Parlament fl-istess ħin li għaddietha lir-rappreżentanti tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tiżvela d-dokumentazzjoni rilevanti kollha lill-Parlament bl-istess mod bħal lill-Istati Membri, u b'mod partikolari, tippubblika d-dokumenti preparatorji għall-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur rigward l-adozzjoni tat-test RDE l-ġdid;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li s-sistema preżenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tissaħħaħ b'mod sinifikanti, fost l-oħrajn permezz ta' sorveljanza akbar min-naħa tal-UE, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-sistema ta' sorveljanza, koordinazzjoni u segwitu għall-vetturi li jinbigħu fl-Unjoni, is-setgħa li tirrikjedi li l-Istati Membri jibdew proċeduri ta' kontroll fuq il-bażi ta' evidenza, u l-kapaċità li tadotta miżuri xierqa f'każijiet ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni;

18.

Jitlob li l-Kummissjoni tfassal mill-ġdid is-sistema preżenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bil-għan li tiggarantixxi li l-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikati tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jiġu vverifikati b'mod indipendenti u jiġu vvalutati mill-ġdid mill-Kummissjoni, jekk dan ikun f'loku, u biex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE kollha kemm hi, li l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-UE tkun tista' tiġi infurzata b'mod effikaċi, u li jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet tal-miżuri ta' implimentazzjoni, mingħajr ma jiżdied bla bżonn il-piż amministrattiv;

19.

Jitlob għalhekk li jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta' awtorità ta' sorveljanza fil-livell tal-UE;

20.

Iqis li huwa importanti għall-aħħar li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri jkollhom id-dritt li jivvalutaw mill-ġdid l-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikati tal-konformità, li jesiġu li vetturi jissejħu lura mis-suq u li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta' vetturi meta jkollhom evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet tal-UE taħt ir-Regolament Euro 5 u 6 jew ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor previst mis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip;

21.

Iqis li r-rieżami tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Approvazzjoni tat-Tip jeħtieġ li jikkunsidra l-espansjoni u l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-konformità tal-produzzjoni biex ikun żgurat li kampjun suffiċjenti u rappreżentattiv ta' mudell ġodda magħżula b'mod aleatorju mil-linji tal-produzzjoni jiġu ttestjati fuq bażi annwali, bl-użu ta' testijiet RDE biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-valuri ta' limitu tal-UE għal sustanzi niġġiesa u għas-CO2; jitlob, barra minn hekk, li l-ittestjar waqt is-servizz ta' vetturi li diġà qed jintużaw fit-toroq jittejjeb, ukoll abbażi ta' proċedura RDE, biex tiġi verifikata l-konformità waqt is-servizz ta' vetturi b'kilometraġġi differenti kif jirrikjedi r-Regolament; jitlob li tittejjeb is-sorveljanza fit-toroq permezz ta' spezzjonijiet tekniċi perjodiċi intiżi biex jidentifikaw u jsewwu vetturi li jinstab li ma jkunux konformi mad-dritt tal-UE;

22.

Jitlob li l-awtoritajiet nazzjonali ma juru l-ebda tolleranza lejn l-hekk imsejħa 'ottimizzazzjoni tal-ittestjar tal-vetturi', fejn huma komuni prattiki bħall-infiħ tat-tajers bi pressjonijiet ogħla min-normal, it-tneħħija tal-mirja tal-ġnub, il-kisi tal-ispazji ta' bejn il-panewijiet bit-tejp biex titnaqqas ir-reżistenza ajrudinamika, l-użu fil-magna u fil-gerboks ta' lubrikanti speċjali li ma jintużawx f'sitwazzjonijiet oħra, it-tneħħija ta' tagħmir awżiljarju bħall-isterjo, u l-ittestjar fit-temperatura ambjentali massima permessa, li lkoll ikomplu jaċċentwaw b'mod inaċċettabbli d-differenza bejn l-ittestjar fil-laboratorju u l-esperjenza tal-konsumatur fit-triq;

23.

Jenfasizza li jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom faċilment, kif hemm dispost fid-Direttivi 1999/44/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE, biex b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza, tiżgura kundizzjonijiet ekwi fost il-kompetituri li jaqdu s-suq;

25.

Ifakkar fil-ħtieġa li r-regoli Ewropej dwar il-funzjonament tas-Suq Intern jiġu trasposti u implimentati bis-sħiħ u b'mod eżawrjenti fl-Istati Membri kollha, u barra minn hekk jitlob li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq Ewropej u nazzjonali jinvestigaw kwalunkwe pretiża ta' frodi b'mod vigoruż;

26.

Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi taħt id-Direttiva tal-UE dwar it-tikkettar tal-karozzi (1999/94/KE) tkun korretta, rilevanti u paragunabbli; iqis li t-tikketta għandha tkun ibbażata fuq il-valuri tal-emissjonijiet u fuq l-effiċjenza tal-fjuwil li tikkorrispondi għas-sewqan fil-ħajja reali;

27.

Huwa mħasseb dwar id-diskrepanza tal-emissjonijiet ta' CO2 iddikjarati fir-riżultati tat-testijiet uffiċjali u dawk imkejla fis-sewqan fil-ħajja reali; jitlob, għalhekk, li jintlaħaq qbil rapidu dwar il-korrelazzjoni tad-WLTP għall-miri ta' medja ta' CO2 għall-flotot tal-vetturi, bir-rispett debitu għall-prinċipju ta' 'strettezza komparabbli', imma bla ma jingħata kredtu għall-flessibilitajiet żleali fil-proċedura ta' ttestjar tal-lum, biex ma tiddgħajjifx il-mira tal-2021;

28.

Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra r-rivelazzjonijiet preżenti meta tfassal politiki ġodda fil-qasam tat-trasport sostenibbli; jitlob li l-Kummissjoni tieħu azzjoni ulterjuri biex issaħħaħ l-istrateġija tal-UE għal sistemi sostenibbli li jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti għal mezzi ta' trasport bit-triq u mezzi oħra; jirreferi għall-approċċ stabbilit fil-White Paper tal-2011 tal-Kummissjoni 'Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti' u jirrimarka li potenzjalment tagħti kontribut kbir għat-tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet reali tat-trasport u għat-titjib tal-mobbiltà fl-ibliet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqawwi l-isforzi tagħha biex iġib 'il quddiem il-miżuri ssuġġeriti koperti mill-White Paper, u jinkoraġixxi lill-Istati Membri jappoġġjaw dan;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(4)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15.

(6)  Analysing on-road emissions of light-duty vehicles with Portable Emission Measurement Systems (PEMS) (Analiżi tal-emissjonijiet fit-triq ta' vetturi ħfief b'Sistemi li jinġarru tal-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS)), JRC 2011.

(7)  A complementary emissions test for light-duty vehicles: Assessing the technical feasibility of candidate procedures (Test komplementari tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief: valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika ta' proċeduri kandidati), JRC 2013.


L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/17


P8_TA(2015)0382

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (2014/2257(INI))

(2017/C 355/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (A7-0350/2010),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini,

wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku tas-26 ta' Frar 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, organizzat mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali flimkien mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament intitolat 'L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej — l-ewwel tagħlimiet tal-implimentazzjoni', maħruġ fl-2014,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 li tagħlaq l-inizjattiva proprja tagħha dwar il-Kummissjoni (OI/9/2013/TN),

wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Frar 2015 intitolat 'L-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej',

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0284/2015),

A.

billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) huwa dritt politiku ġdid għaċ-ċittadini kif ukoll għotta unika u innovattiva għat-twaqqif ta' aġenda għal demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea, li tippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem b'mod attiv fi proġetti u proċessi li jaffettwawhom, u l-potenzjal tagħha għandha tiġi sfruttata mingħajr dubju bis-sħiħ u mtejba b'mod sinifikanti sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati u biex kemm jista' jkun ċittadini tal-UE jitħeġġu jipparteċipaw fl-iżvilupp ulterjuri tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; billi t-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tagħha għandu jkun wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE;

B.

billi, tliet snin wara li beda japplika r-Regolament (UE) Nru 211/2011 fl-1 ta' April 2012, jeħtieġ li l-implimentazzjoni tiegħu tiġi evalwata bir-reqqa sabiex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqasijiet u jiġu proposti soluzzjonijiet vijabbli għal reviżjoni immedjata tiegħu;

C.

billi l-esperjenza wriet li l-maġġoranza ta' organizzaturi ta' ECI sabu għadd ta' diffikultajiet fit-twaqqif ta' IĊE, f'dak li għandu x'jaqsam kemm ma' aspetti prattiċi kif ukoll ma' oħrajn legali, u billi l-organizzaturi ta' diversi ECI rrifjutati konsegwentement ressqu lmenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Ombudsman Ewropew kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirreġistrax l-ECI tagħhom; billi r-regoli għalhekk għandhom jiġu ddiżinjati b'tali mod li jagħmlu l-ECI kemm jista' jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-organizzaturi;

D.

billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament tal-Unjoni Ewropea, u bħali tali jirrappreżenta, bid-definizzjoni tiegħu stess, liċ-ċittadini tal-UE;

E.

billi għadd ta' istituzzjonijiet, NGOs, think tanks u gruppi tas-soċjetà ċivili kkunsidraw id-diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u l-organizzazzjoni ta' IĊE, ipproponew bosta modi kif tista' tittejjeb u f'bosta okkażjonijiet indikaw liema aspetti tar-regolament għandhom jiġu riformati bħala kwistjoni urġenti;

F.

billi l-aspetti prattiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, b'mod partikolari t-twaqqif ta' sistema online ta' ġbir u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, f'bosta każijiet iħallu lill-organizzaturi inqas minn 12-il xahar biex jiġbru l-firem meħtieġa;

G.

billi t-tressiq ta' inizjattiva ta' suċċess lill-Kummissjoni ladarba jiskadi l-perjodu għall-ġbir tal-firem mhuwiex soġġett għal skadenza speċifika u għalhekk dan huwa sors ta' konfużjoni u inċertezza kemm għall-istituzzjonijiet kif ukoll għall-pubbliku;

1.

Jilqa’ l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) – kif definit fl-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) – bħala l-ewwel strument transnazzjonali għad-demokrazija parteċipattiva li jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament mal-istituzzjonijiet tal-UE u li jkunu involuti b’mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej, li jikkumplementaw id-dritt tagħhom li jressqu petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew u li jirrikorri għall-Ombudsman Ewropew;

2.

Jissottolinja l-fatt li l-ECI hija l-ewwel għodda għal demokrazija parteċipattiva li tagħti d-dritt liċ-ċittadini tal-UE, fuq il-bażi ta' tal-anqas miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ, minn tal-inqas kwart tal-Istati Membri, biex jieħdu l-inizjattiva, u b'hekk jenfasizzaw il-prerogattiva politika ġdida tagħhom, u jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta, fi ħdan il-qafas tas-setgħat tagħha, proposta xierqa dwar materji li dwarhom ċittadini jqisu li att leġiżlattiv huwa meħtieġ biex jiġu implimentati t-Trattati;

3.

Jenfasizza li l-ECI hija opportunità eċċezzjonali biex iċ-ċittadini jidentifikaw u jartikolaw l-aspirazzjonijiet tagħhom u jitolbu azzjoni tal-UE, u li l-Inizjattiva trid tiġi inkoraġġuta u appoġġjata il-mezzi kollha disponibbli; jirrikonoxxi madankollu li hemm nuqqasijiet sinifikanti li għandhom jiġu megħluba u solvuti sabiex l-ECI jkunu iktar effettivi; jenfasizza li kull valutazzjoni ulterjuri tal-istrument għandha tkun immirata lejn l-ilħiq ta' faċilità ta' użu massima, peress li dan huwa mezz ewlieni ta' konnessjoni bejn iċ-ċittadini tal-Ewropa u l-UE; jenfasizza ulterjorment li l-użu tal-lingwa ta' dak li jkun huwa dritt ċiviku, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex jesploraw alternattivi sabiex joffru l-għażla li dan iseħħ fl-attivitajiet kollha konnessi ma' IĊE, billi dan iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jirrimarka dwar l-importanza ta' kuxjenza pubblika tal-IĊE, filwaqt li jiddispjaċih dwar l-għarfien limitat ta' din l-għodda fost iċ-ċittadini tal-UE; jitlob biex għal dan l-għan, l-UE torganizza u tippromwovi kampanji bl-għan li tagħti lill-ECI profil ogħla fil-midja u fost il-pubbliku;

4.

Jenfasizza barra minn hekk li l-impenn ċiviku fost iż-żgħażagħ huwa fundamentali għall-ġejjieni ta' kull demokrazija, u jitlob lill-Kummissjoni biex tislet lezzjonijiet mill-esperjenzi nazzjonali ta' ECI li kisbu suċċess ġenwin;

5.

Jikkunsidra li hija essenzjali li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkontribwixxu fl-eżerċizzju tal-prerogattivi leġiżlattivi tal-Unjoni u jkunu involuti b'mod dirett fil-bidu tal-proposti leġiżlattivi;

6.

Jirrimarka dwar l-importanza ta' kuxjenza pubblika tal-ECI sabiex dawn ikunu għodda effettiva għal parteċipazzjoni demokratika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b'rabta ma' dan, biex iżidu l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-istrument sabiex jinformaw bl-eżistenza tiegħu lil kemm jista' jkun ċittadini u jħeġġu parteċipazzjoni attiva fih;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-kanali kollha ta' komunikazzjoni pubbliċi biex iżżid is-sensibilizzazzjoni u tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura t-trasparenza tal-ECI u tiffaċilita l-komunikazzjoni dwar l-ECIs attwali, pereżempju bil-ħolqien ta' applikazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni, jibagħtu notifiki u jippermettu l-possibbiltà ta' ffirmar onlajn; jenfasizza li parteċipazzjoni popolari attiva fl-ECI tiddependi b'mod kruċjali wkoll fuq il-fatt li jiġu rreklamati fl-Istati Membri, u għaldaqstant jissuġġerixxi li l-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri għandhom isemmu l-ECI fuq is-siti web uffiċjali tagħhom;

8.

Jinnota li iktar minn sitt miljun ċittadin tal-UE pparteċipaw f'IĊE, li kien hemm 51 talba biex titnieda inizjattiva, li minnhom tlieta biss, l-inizjattivi “Right2Water”, “One of Us” u “Stop Vivisection”, kienu meqjusa ammissibbli, u li sitt organizzaturi tal-ECI, li jikkorrispondu għal 30 % tar-rifjuti kollha, sfidaw ir-rifjut tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li juri li għad baqa' ħafna xi jsir biex ikun żgur li l-ECI ssegwi l-potenzjal sħiħ tagħha; jinnota d-diversi diffikultajiet prattiċi li l-organizzaturi ltaqgħu magħhom sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament f'April 2012, u l-fatt li l-għadd ta' inizjattivi qed jonqos;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida adegwata u komprensiva – speċjalment ta' natura legali – malajr kemm jista' jkun lill-organizzaturi ta' ECI permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Kuntatt Dirett, sabiex l-organizzaturi jkunu konxji mill-possibilitajiet li jkollhom u ma jfallux billi jipproponu ECI li tkun ċarament lilhinn mis-setgħat tal-Kummissjoni u ma tkunx konformi mal-kriterji ta' ammisibilità legali; jitlob biex titqies il-possibilità li jitwaqqaf korp ieħor indipendenti biex jipprovdi konsulenza; jinnota, madankollu, li skont it-Trattat ta' Lisbona l-kwistjonijiet imqajma minn ECI jistgħu ma jikkorrispondux kompletament mal-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni; huwa tal-fehma barra minn hekk li l-Kummissjoni għandha tqis li twaqqaf uffiċċju dedikat tal-ECI fir-rappreżentazzjonijiet tagħha f'kull Stat Membru biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, pariri u appoġġ lill-IĊE;

10.

Jenfasizza barra minn hekk li uffiċċju tal-ECI jista' jikkontribwixxi biex iqajjem kuxjenza pubblika u fil-midja dwar l-IĊE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-ECI bħala strument uffiċjali tal-UE sabiex jintlaħaq dan l-għan; jenfasizza li din il-miżura tista' wkoll tgħin biex jingħeleb in-nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini li jaqsmu d-data personali meħtieġa biex tiġi appoġġata IĊE;

11.

Jitlob biex jinħarġu linji gwida aktar dettaljati dwar l-interpretazzjoni ta' bażijiet legali, u li tingħata aktar informazzjoni dwar rekwiżiti ta' protezzjoni tad-data f'kull Stat Membru li fih l-organizzaturi jagħmlu l-kampanji tagħhom, sabiex tingħatalhom sigurtà legali, u wkoll dwar il-possibbiltà li l-organizzaturi jieħdu assigurazzjonijiet bi prezz raġonevoli;

12.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni ċara dwar l-istrument tal-ECI fl-istadji bikrija, li wassal għal fehim żbaljat ġenerali dwar in-natura tiegħu u ħoloq frustrazzjoni meta l-ewwel ECI ġew irrifjutati mill-Kummissjoni; ifakkar li l-istrument għandu jkun sempliċi, ċar, faċli li jintuża mill-utent u ppubbliċizzat b’mod wiesa’; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tappoġġa rappreżentanti eletti nazzjonali u lokali biex ikunu fuq quddiem fiż-żieda fl-espożizzjoni tal-IĊE;

13.

Jappoġġa barra minn hekk il-parteċipazzjoni attiva ta' ċittadini tal-UE fl-użu ta' dan l-istrument b'mod adegwat għal skopijiet ta' stabbiliment ta' aġenda; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward kunflitt potenzjali tal-interessi, peress li l-Kummissjoni nnifisha għandha r-responsabbiltà esklussiva li twettaq il-kontroll ta' ammissibilità u jitlob biex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b’mod xieraq fil-futur; jinnota fl-istess waqt li t-trasparenza u r-responsabilità għandhom ikunu objettiv għall-partijiet kollha interessati sabiex tiġi protetta ċ-ċarezza tal-attivitajiet taċ-ċittadini;

14.

Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tqis lill-Parlament ukoll bħala istituzzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi hija l-unika istituzzjoni li l-membri tagħha jiġu eletti b'mod dirett miċ-ċittadini tal-UE;

15.

Jenfasizza li, skont it-termini tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fejn il-Kummissjoni tirrifjuta li tirreġistra IĊE, 'il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u bir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalihom'; jirrikonoxxi b'rabta ma' dan il-bosta lmenti minn organizzaturi dwar il-fatt li ma rċevewx raġunijiet dettaljati u eżawrjenti għar-rifjut tal-ECI tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tispjega fid-dettall ir-raġunijiet għar-rifjut ta' ECI jekk fil-fehma tagħha, ECI li tkun tressqet tkun “b'mod ċar barra s-setgħat tal-Kummissjoni”, u biex fl-istess waqt tinforma lill-organizzaturi bil-miktub u b'mod li jiffaċilitalhom ħidmithom, dwar il-kunsiderazzjonijiet rilevanti – li għandhom ikunu pubbliċi bis-sħiħ f'ġieħ it-trasparenza – sabiex il-validità u l-oġġettività totali ta' dawk l-elementi jistgħu jiġu soġġetti għal skrutinju legali, sabiex titnaqqas kemm jista' jkun is-setgħa ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni bħala awtorità li tiddeċiedi u parti fl-evalwazzjoni tal-ammissibilità ta' inizjattiva, u biex l-organizzaturi jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jirrevedux l-ECI tagħhom u jressquha mill-ġdid f'forma modifikata;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà tar-reġistrazzjoni ta' parti biss mill-inizjattiva meta l-ECI ma taqax għal kollox taħt il-kompetenzi tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-organizzaturi, fil-waqt tar-reġistrazzjoni, indikazzjoni dwar liema parti jistgħu jirreġistraw, billi jiġi rikonoxxut li d-djalogu u l-impenn mal-organizzaturi ta' ECI huma essenzjali tul il-proċess, u biex tinforma lill-Parlament dwar id-deċiżjoni tagħha dwar ir-reġistrazzjoni tal-IĊE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora wkoll modi kif tirreferi inizjattivi, jew dawk il-partijiet ta' inizjattivi li ma jaqgħux taħt is-setgħat tal-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali;

17.

Jirrimarka dwar l-importanza ta' teknoloġija bħala għodda għat-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-użu tas-softwer tagħha għall-ġbir onlajn ta' firem, biex dan ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilitajiet, biex toffri s-servers tagħha stess għall-ħżin ta' firem onlajn mingħajr ħlas fuq bażi permanenti, bl-użu ta' baġits tal-UE eżistenti, u biex tissemplifika u tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ġbir onlajn ta' firem sabiex l-indirizzi tal-email ikunu jistgħu jinġabru fuq bażi mhux obbligatorja fuq l-istess skrijn bħall-formola ta' appoġġ, iżda maħżuna f'bażi tad-data separata;

18.

Jemmen li, jekk jiġi rivedut, l-istrument għandu l-potenzjal li jinvolvi lill-pubbliku u li jippromwovi d-djalogu fost iċ-ċittadini u bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ rabta tal-ġbir onlajn tal-firem mal-istrumenti tal-kampanji tal-midja diġitali u soċjali rilevanti ġodda, fuq l-eżempju ta' pjattaformi oħra ta' kampanji onlajn li rnexxew;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis mill-ġdid ir-rabta awtomatika bejn ir-reġistrazzjoni ta' ECI u l-bidu tal-perjodu ta' 12-il xahar, li matulu jistgħu jinġabru l-espressjonijiet ta' appoġġ, sabiex l-organizzaturi ta' ECI stess ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk jixtiqux jibdew jiġbru l-espressjonijiet ta' appoġġ;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw l-Għodda tal-Validazzjoni tal-ECI għad-Dikjarazzjonijiet tal-Appoġġ, żviluppata taħt is-Soluzzjonijiet tal-Interoperabbiltà għall-programm tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej;

21.

Jenfasizza li, fl-ambitu tal-istrumenti disponibbli biex itejbu d-demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni, l-għodod tal-IT għandhom ikunu disponibbli wkoll għar-reġjuni, biex b’hekk jippermettu involviment ikbar taċ-ċittadini fl-affarijiet pubbliċi;

22.

Jilqa' tajjeb ħafna l-offerta tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali ta' traduzzjoni mingħajr ħlas ta' testi ta' ECI biex titnaqqas l-ispiża ta' organizzazzjoni ta' IĊE;

23.

Jitlob għal kooperazzjoni interistituzzjonali mtejba fil-livell tal-UE, kif ukoll fil-livell nazzjonali u lokali, fl-għoti ta’ informazzjoni u appoġġ għal organizzaturi tal-ECI meta jkunu qed jittrattaw l-IĊE; jappella għat-titjib tal-websajt multilingwi tal-ECI mmexxija mill-Kummissjoni u għal sett uniku ta’ linji gwida fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE dwar id-drittijiet u l-obbligi ta’ organizzaturi tal-ECI u dwar il-proċeduri amministrattivi applikabbli tul il-proċess tal-IĊE;

24.

Jitlob li fil-futur jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz fiżiku u onlajn li jipprovdi, fuq bażi permanenti, informazzjoni, servizzi ta’ traduzzjoni, u appoġġ tekniku, legali u politiku għall-IĊE, u jqis li jista’ juża r-riżorsi tal-punt ta’ kuntatt ibbażat fiċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct u r-rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament fl-Istati Membri; iqis li tali arranġament iġib il-proġett tal-ECI eqreb iċ-ċittadini;

25.

Iqis li huwa kkumplikat wisq għall-organizzaturi li jipprovdu data personali differenti b'appoġġ għall-ECI fit-28 Stat Membru, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 211/2011 abbażi tal-bosta dispożizzjonijiet nazzjonali, u jitlob għall-introduzzjoni ta' proċedura uniformi biex isiru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, billi jiġi emendat l-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 211/2011 biex tiġi standardizzata n-natura tad-data miġbura fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinnegozja ulterjorment mal-Istati Membri bl-għan li jitnaqqas l-għadd ta' rekwiżiti ta' data, u bhekk jitnaqqas ir-rekwiżit għan-numri ta' identifikazzjoni personali u biex ikun hemm iktar faċilità ta' użu, u jfakkar li ECI tikkonċerna l-parteċipazzjoni u t-twaqqif ta' aġenda, u mhux proposti vinkolanti; jissuġġerixxi li għandha titqies il-possibilità li titwaqqaf ċittadinanza diġitali tal-UE, u jirrakkomanda l-provvista ta' soluzzjoni interim sakemm tiġi stabbilita din iċ-ċittadinanza diġitali tal-UE, bl-għan li jissolvew il-problemi attwali maħluqa minn reġistrazzjoni multipla; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tesplora din il-kwistjoni fl-aġenda diġitali tagħha bħala kwistjoni urġenti;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni temenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 u tirrakkomanda lill-Istati Membri li jnaqqsu l-età permessa għall-appoġġ u l-parteċipazzjoni f'ECI minn 18 għal 16, u li dan ma jkunx marbut mad-dritt ta' votazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, biex bhekk iż-żgħażagħ b'mod partikolari jingħataw il-possibilità li jsiru involuti attivament fl-avvanzar tal-proġett Ewropew;

27.

Jirrikonoxxi d-delikatezza tal-problema tar-responsabbiltà personali tal-organizzaturi rigward il-protezzjoni tad-data huma u jiġbru d-data personali tal-firmatarji, u jipproponi li l-firxa ta' data meħtieġa titnaqqas u li d-diċitura tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, dwar ir-responsabbiltà, tinbidel biex tagħmilha ċara li r-responsabbiltà personali mhijiex illimitata; jipproponi, għal dan l-għan, li l-kumitat taċ-ċittadini jkun jista' jikseb personalità ġuridika u li tittieħed ispirazzjoni mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, bil-ħsieb li jkun stabbilit li l-organizzaturi huma responsabbli għal atti li jkunu 'illegali u mwettqa b'mod intenzjonali jew tal-anqas b'negliġenza serja';

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar rekwiżiti ta' ġbir tad-data iktar armonizzati u faċli li jintużaw; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jinformaw lill-kumitati għall-affarijiet Ewropej tal-parlamenti nazzjonali tagħhom fuq bażi perjodika dwar l-ECI pendenti li jkunu diġà ġabru ammont sostanzjali ta' firem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tipproponi reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 bl-għan li tiggarantixxi liċ-ċittadini l-possibilità li jiffirmaw ECI fil-pajjiż ta' residenza tagħhom;

29.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li, mill-2012, 3 biss minn 31 ECI reġistrata laħqu l-fażi finali; jirrimarka dwar kif it-tnaqqis drastiku fl-għadd ta’ inizjattivi ġodda huwa wieħed mill-konsegwenzi ta’ rekwiżiti sproporzjonati u ta’ sistema kumplessa bla bżonn; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ impatt leġiżlattiv u l-iskoraġġiment ta’ segwitu mill-Kummissjoni ta’ inizjattivi li jirnexxu; jesprimi differenzi ta’ opinjonijiet mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni b’suċċess tar-Regolament biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-IĊE; jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jippromwovu l-ECI u biex irawmu l-fiduċja taċ-ċittadini f’dan l-istrument;

30.

Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi d-diċitura tal-Artikolu 10(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 biex tippermetti li ECI li tkun irnexxiet tingħata segwitu xieraq,; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda tipprepara att legali dwar ECI li jirnexxu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-ħruġ ta' opinjoni pożittiva;

31.

Huwa tal-fehma li, sabiex id-dimensjoni politika tal-ECI tiġi enfasizzata, smigħ pubbliku li jseħħ skont it-termini tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 għandu jkun strutturat b'tali mod li jippermetti lill-organizzaturi jidħlu fi djalogu ma' Membri tal-Parlament Ewropew u l-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni; jenfasizza li s-seduti ta' smigħ dwar l-ECI għandhom jiġu organizzati taħt l-awspiċi ta' kumitat 'newtrali' li ma jkollux ir-responsabilità ewlenija għas-suġġett tagħhom f'termini ta' kontenut, u barra minn hekk li jiġu involuti esperti esterni tul il-proċess kollu;

32.

Iħeġġeġ fejn meħtieġ lill-Parlament u lill-kumitati tiegħu, jekk il-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta leġiżlattiva fi żmien 12-il xahar, biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom, skont it-termini tal-Artikolu 225 TFUE, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta adegwata; iqis li, meta jkun qed jeżerċita dan id-dritt, il-kumitat kompetenti tal-Parlament għandu jqis il-kontenut ta' kwalunkwe ECI ta' suċċess u jikkonsulta lill-organizzaturi tal-ECI f'seduta ta' smigħ oħra; jitlob biex ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu jiġu emendati b'konsegwenza ta' dan;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li ECI jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-UE, permezz ta' programmi Ewropej bħalma huma l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini u l-programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, inkluża l-possibilità ta' finanzjament ta' riklami fuq ir-radju u ta' programmi tat-televiżjoni, billi titqies il-ħtieġa reali għal appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjoni ta' IĊE, u li għal dan l-għan tressqu għadd ta' emendi għall-baġit tal-UE;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, billi tieħu kull prekawzjoni possibbli, tiġġieled is-serq, inkluż permezz ta' għodda tal-internet, ta' data sensittiva rigward il-firmatarji, speċjalment meta dan ikun ġestit fil-forma ta' data aggregata;

35.

Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-IĊE, u d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew OI/9/2013/TN, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li, fir-rieżami tagħha ta' dan l-istrument, jiġu implimentati l-miżuri legali kollha xierqa sabiex jiġi provdut segwitu xieraq, meta jitqies li ECI tkun ġiet ikkompletata b'suċċess; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-bosta nuqqasijiet li tqajmu, tressaq malajr kemm jista' jkun proposta għal emendar tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011;

36.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iwettqu ħidma essenzjali ta' komunikazzjoni permezz ta' kampanja ta' informazzjoni dwar l-IĊE;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament dwar l-istat attwali tal-ECIs għaddejjin, sabiex il-Parlament – bħala parti mill-impenn tiegħu lejn iċ-ċittadini tal-UE – ikun jista’ jiskrutinizza jekk l-istrument ikunx qed jaħdem bl-aktar mod effettiv possibbli; jenfasizza li l-proċess tal-ECI għandu jittejjeb kontinwament abbażi tal-esperjenza prattika miksuba u, barra minn hekk, għandu jkun konformi mas-sentenzi li ser jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja;

38.

Jirrakkomanda l-użu ta’ kull mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, b’mod partikolari l-pjattaformi ta’ midja diġitali u soċjali rilevanti tal-istituzzjonijiet tal-UE rilevanti kollha, biex iwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni kontinwi, bl-involviment tal-uffiċċji u r-rappreżentanzi tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ programm ta' softwer ECI dedikat ta’ sors miftuħ għal apparat mobbli; jilqa’ l-fatt li xi ECI irnexxielhom ikollhom impatt fil-livell lokali;

39.

Iqis li użu xieraq ta’ din l-għodda tad-demokrazija parteċipattiva miċ-ċittadini huwa kruċjali u sabiex jiġi evitat l-abbuż possibbli tagħha minn interessi privati, biex tiżdied it-trasparenza u l-kwalità tal-kontrolli fuq il-finanzjament u l-isponsorizzazzjoni tal-IĊE;

40.

Jinnota r-rwol importanti tal-Ombudsman Ewropew fl-investigazzjoni tal-immaniġġjar tat-talbiet għal ECI mill-Kummissjoni, u b'mod speċjali każijiet ta' rifjut ta' reġistrazzjoni ta' IĊE;

41.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/23


P8_TA(2015)0383

Strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku (2014/2214(INI))

(2017/C 355/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (COM(2014)0357) u l-Pjan ta' Azzjoni li jakkumpanjaha u d-dokument analitiku ta' sostenn,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2013)0468) u l-konklużjonijet relevanti tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (COM(2014)0357) u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku: ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-SMEs (opinjoni esploratorja tal-Presidenza Taljana tal-UE),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) (opinjoni esploratorja),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku,

wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Ottubru 2011 bit-titolu “Il-kooperazzjoni territorjali fil-baċir tal-Mediterran permezz tal-makroreġjun Adrijatiku-Joniku”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: prassi attwali u prospettivi futuri, b'mod partikolari fil-Mediterran (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju” (COM(2012)0713),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2014)0284),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bit-titolu “Il-politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020” (COM(2011)0017),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent,

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta' Aarhus).

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ancona, adottata fil-Konferenza dwar l-Iżvilupp u s-Sigurtà fil-baħar Adrijatiku u l-baħar Jonju tad-19 sal-20 ta' Mejju 2000,

wara li kkunsidra l-Konferenza dwar l-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku li sar f'Pula fit-30 ta' Ġunju 2006, u d-Dikjarazzjoni dwar it-tnedija tal-inizjattiva għall-ħolqien ta' Strateġija Adrijatika adottata waqt l-Assemblea tal-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku li sar fi Split fit-22 ta' Ottubru 2009,

wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni) ta' Jannar 2015 bit-titolu “Rwol ġdid tal-Makroreġjuni fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea”,

wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni) ta' Ġunju 2015 bit-titolu “Ir-reġjun Adrijatiku u Joniku: Analiżi u Valutazzjoni Soċjoekonomika tal-Konnessjonijiet ta' tat-Trasport u l-Enerġija”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0279/2015),

A.

billi l-istrateġiji makroreġjonali jirrappreżentaw mudell ġdid ta' governanza f'livelli differenti fejn l-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw l-UE, il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi s-sħab ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-komplementarjetà bejn politiki u programmi differenti, huma essenzjali biex l-implimentazzjoni issir b'suċċess u l-miri jintlaħqu; billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tad-demokrazija, id-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-awtonomija lokali u reġjonali;

B.

billi l-Istrateġiji għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għar-reġjun tad-Danubju preċedenti ġabu magħhom benefiċċji tanġibbli għar-reġjuni involuti, ikkonfermaw is-suċċess tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tal-UE u pprovdew esperjenza utli għall-iżvilupp ta' strateġiji makroreġjonali ġodda;

C.

billi l-interess li wrew ir-reġjuni f'din il-forma moderna ta' kooperazzjoni reġjonali u l-mudell ta' governanza ta' akkumpanjament qiegħed jiżdied; billi, reċentement, dan kien speċjalment il-każ fir-rigward ta' reġjuni muntanjużi bħalma huma l-muntanji Karpazji u l-Alpi, fejn l-ostakoli naturali jfissru li jeħtieġ li jiġu segwiti politiki reġjonali speċifiċi;

D.

billi strateġija makroreġjonali bħala qafas integrat relatat mal-Istati Membri u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE fl-istess żona ġeografika u approvata mill-Kunsill Ewropew, hija strateġija tal-UE;

E.

billi jeżistu differenzi soċjoekonomiċi kbar bejn il-pajjiżi involuti f'din l-istrateġija, speċjalment bejn l-Istati Membri tal-UE u stati li mhumiex Membri tal-UE;

F.

billi iż-żieda fl-interess ta' pajjiżi fir-reġjun Adrijatiku u Joniku fil-qasam tal-kooperazzjoni u fid-definizzjoni ta' azzjonijiet konġunti bħala tweġiba għall-isfidi bl-użu tal-potenzjal fir-reġjun kollu, u l-isforz kontinwu tagħhom sabiex tinkiseb sinerġija, wassal għall-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR);

G.

billi l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jitqiesu bħala għodda ta' integrazzjoni Ewropea u ta' koeżjoni territorjali akbar ibbażati fuq kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni; billi l-EUSAIR hija forma ġdida ta' kooperazzjoni reġjonali li tista' tgħin lil pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fit-triq tagħhom lejn adeżjoni mal-UE, u komponent importanti tal-politika Mediterranja usa' tal-UE kif espress permezz tal-Unjoni għall-Mediterran; billi l-EUSAIR, bħala parti mill-politika reġjonali tal-UE, hija għodda għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, bl-għanijiet ewlenin li tnaqqas l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni, tippromwovi l-konverġenza reali u tħeġġeġ it-tkabbir u l-impjieg;

H.

billi l-Baħar Adrijatiku, minħabba n-natura semi-magħluqa tiegħu huwa partikolarment vulnerabbli għat-tniġġis u għandu karatteristiċi idrografiċi mhux tas-soltu bħall-fatt li l-fond u l-kosta jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tar-reġjun; billi l-istokkijiet tal-ħut jiġu kondiviżi fost il-pajjiżi kostali kollha, li jqiegħed ir-riġenerazzjoni tal-istokkijiet taħt pressjoni sostnuta; billi l-miżuri fi ħdan ir-regolament qafas futur dwar miżuri tekniċi fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata għandhom jitfasslu fuq bażi reġjonali u apposta għall-ispeċifiċitajiet ta' din iż-żona u r-riżorsi marittimi u s-sajd tagħha;

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku u l-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha: jemmen li huwa pass importanti fl-iżvilupp ta' din il-parti tal-Ewropa; jisħaq li l-EUSAIR inħolqot biex iżżid il-valur fl-interventi, kemm jekk mill-UE, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali jew mis-settur privat, b'mod li jsaħħaħ sostanzjalment il-funzjonament tal-makroreġjuni; jenfasizza li l-prospetti tal-Istrateġija għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi potenzjalment kandidati fir-reġjun; jissottolinja l-importanza li l-istrateġija tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' integrazzjoni, koordinazzjoni, kooperazzjoni u sħubija; itenni l-importanza tal-prinċipju tat-'tliet LE' (il-prinċipju ta' ebda leġiżlazzjoni ġdida, ebda istituzzjoni ġdida, ebda finanzjament ġdid) peress li l-makroreġjuni huma oqfsa għal inizjattivi ta' kooperazzjoni, li jibnu fuq is-sinerġiji li jirriżultaw mill-artikolazzjoni ta' strumenti ta' politika differenti tal-UE, inklużi l-Fondi SIE;

2.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-twaqqif ta' arkitettura istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-EUSAIR fil-qafas istituzzjonali eżistenti; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali kollha jieħdu f'idejhom għalkollox l-implimentazzjoni tal-proġetti koperti minn din l-istrateġija makroreġjonali; jisħaq l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll l-importanza li f'kull pajjiż parteċipanti jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi u persunal amministrattiv kompetenti espressament iddedikati għall-implimentazzjoni tal-EUSAIR;

3.

Jisħaq fuq il-ħtieġa għal approċċ ibbażat fuq il-post fir-rigward tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni, u jenfasizza l-valur miżjud tal-mudell ta' governanza f'diversi livelli li jeħtieġ li jindirizza n-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva u li jista' jintuża għall-ġbir tar-riżorsi fil-makroreġjun; jinsisti, f'dan ir-rigward, li teżisti l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu inklużi fl-entitajiet ta' tmexxija politika u fl-entitajiet operazzjonali, tekniċi u ta' implimentazzjoni tal-istrateġija, filwaqt li jinżamm ir-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess ta' koordinazzjoni; jisħaq li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) jista' jimmobilizza u jinvolvi l-atturi lokali fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jgħin biex tissaħħaħ is-sjieda ta' proġetti fil-livell taċ-ċittadini;

4.

Jisħaq fuq l-importanza ta' proċess trasparenti għall-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija, kif ukoll ta' ftuħ u inklużività fil-konfront tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jenfasizza li l-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fil-pilastri kollha huma essenzjali għall-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-bini ta' appoġġ pubbliku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-istrateġija tingħata viżibbiltà adegwata fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, jiżviluppaw komunikazzjoni xierqa fir-rigward tal-objettivi u r-riżultati tal-istrateġija, u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' strateġiji makroreġjonali oħra eżistenti u futuri;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa għal pajjiżi li mhumiex fl-UE biex jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-acquis settorjali speċifiku marbut mal-istrateġija, bil-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet tal-UE u li ssir implimentazzjoni regolari, legali u f'waqtha bbażata fuq l-istandards u l-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti kollha jistabbilixxu gruppi ta' riflessjoni u jorganizzaw laqgħat regolari biex isir skambju tal-aħjar prattiki bil-għan li din il-proċedura tiġi żgurata u ssir aktar effiċjenti;

6.

Jinnota li, minħabba tnaqqis kbir fl-investiment privat tal-pajjiżi kollha fir-reġjun, flimkien ma' konsolidazzjoni fiskali u kapaċità ta' investiment limitata fis-settur pubbliku, jaf jinqalgħu problemi fil-finanzjament ta' proġetti fl-ambitu ta' din l-istrateġija; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti sabiex iżommu livell għoli tas-sjieda, l-impenn u t-tmexxija meħtieġa biex jimplimentaw l-istrateġija b'suċċess;

7.

Jilqa' l-fatt li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni għall-2014-2020, u b'mod partikolari l-programm ta' kooperazzjoni Adrijatiku Joniku 2014-2020 (ADRION), jipprovdu riżorsi potenzjali sinifikanti u firxa wiesgħa ta' għodod u għażliet tekniċi għal din l-istrateġija; jappoġġa l-fatt li huma disponibbli fondi u strumenti relevanti oħra għall-pilastri tal-istrateġija, b'mod partikolari il-programmi Orizzont 2020 u Erasmus Plus fir-rigward tal-pilastri kollha, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fir-rigward tal-Pilastru II, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) fir-rigward tal-pilastru III, kif ukoll fir-rigward tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-programmi COSME u Ewropa Kreattiva għall-SMEs fir-rigward tal-Pilastru IV, kif ukoll il-programm INNOVFIN intiż biex jiffinanzja l-innovazzjoni; iħeġġeġ il-kooperazzjoni sabiex tinħoloq sinerġija tal-fondi disponibbli bejn il-kumitati ta' monitoraġġ tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali li jkopru r-reġjun, il-bord ta' tmexxija tal-EUSAIR u l-awtoritajiet maniġerjali tal-FSIE; jisħaq li l-istrateġija għandha tippermetti użu aktar effiċjenti u effikaċi ta' strumenti u fondi eżistenti;

8.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li huma responsabbli għat-tħejjija, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FSIE biex jisħqu fuq l-importanza ta' proġetti u azzjonijiet makroreġjonali;

9.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu definiti, fil-livell makroreġjonali, l-istruttura ta' implimentazzjoni u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bil-għan li jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni, inkluż l-ippjanar konġunt, l-allinjament tal-opportunitajiet ta' finanzjament u approċċ 'minn isfel għal fuq'; jissottolinja l-ħtieġa li l-programmi operattivi nazzjonali u reġjonali jiġu allinjati mal-għanijiet tal-istrateġija, inkluża, fejn possibbli, l-inkorporazzjoni tal-EUSAIR f'dawn il-programmi; iqis li dan huwa meħtieġ għall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-inizjattivi, il-proposti u l-proġetti li jikkonċernaw ir-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) u l-pajjiżi parteċipanti jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet disponibbli fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) li għadu kemm ġie stabbilit għall-finanzjament ta' proġetti fir-reġjun li joħloq valur miżjud, jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u ekonomiku u l-koeżjoni soċjali, jistimola t-tkabbir u jżid l-impjiegi fil-livell makroreġjonali u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ l-għoti ta' “punti bonus” għal proġetti makroreġjonali fil-fażi tal-għażla tal-proġetti minħabba n-natura transnazzjonali inerenti tagħhom;

11.

Josserva li m'hemm l-ebda fond speċifiku assenjat biss għall-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali, u li rieda politika, sħubija u koordinazzjoni b'saħħithom bejn il-pajjiżi huma prekundizzjoni għas-suċċess; jistieden, għaldaqstant, lill-pajjiżi fir-reġjun biex jiġbru fondi (il-Fondi SIE, IPA, FEIS) kif ukoll kontributi minn sorsi nazzjonali taħt il-BEI bħala pjattaforma finanzjarja u ta' investiment għas-sostenn tal-finanzjament ta' proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija; jitlob il-ħolqien ta' sensiela ta' proġetti trasparenti u disponibbli għall-pubbliku għar-reġjun Adrijatiku u Joniku, li żżid il-viżibilità ta' ħtiġiijiet u proġetti ta' investiment attwali u potenzjali sabiex l-investituri jitħeġġu jinvestu f'dawn il-proġetti;

12.

Iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex jikkondividu l-aħjar prattiki, jibnu fuq l-esperjenza miksuba u jidentifikaw l-ostakoli fl-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE, kif ukoll iżidu l-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom, bħal dawk mill-Baħar Baltiku, il-Baċir tad-Danubju u l-makroreġjuni tal-Alpi;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni telimina l-ostakoli amministrattivi u mhux finanzjarji li spiss jiskoraġġixxu l-investituri milli jinvestu fi proġetti bħal dawn;

14.

Iqis li huwa neċessarju li jinstabu modi biex jiġu involuti pajjiżi li mhumiex inklużi f'din l-istrateġija u li huma ġeografikament u ekonomikament qrib ir-reġjun, minn tal-inqas fuq bażi ta' proġetti individwali u speċifiċi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni, u jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati jagħmlu użu tal-aħjar prattiki li jeżistu f'dan il-qasam;

15.

Ifakkar l-impatt kbir tal-kriżi ekonomika fuq ir-reġjun, u jisħaq fuq il-ħtieġa għal valutazzjoni regolari ta' strateġiji maħsuba biex jiksbu l-irkupru ekonomiku; josserva li l-pajjiżi fir-reġjun jinsabu f'livelli differenti ta' żvilupp u għandhom ħtiġijiet differenti; jistieden lill-Kummissjoni tissottolinja l-importanza tal-ħolqien tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tad-differenzi soċjoekonomiċi bejn il-pajjiżi; jappoġġa r-riformi f'pajjiżi anqas żviluppati, u jħeġġeġ l-iskambju ta' għarfien, esperjenza u prattika f'dan il-kuntest;

16.

Josserva li huwa neċessarju li titħeġġeġ, tiġġedded u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, ix-xjenza u l-kultura, fosthom billi jitwessa' l-ambitu għall-mobilità akkademika tal-istudenti u l-persunal tal-università; jisħaq li x-xjenza u l-innovazzjoni huma prerekwiżit għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli; jenfasizza l-interdipendenza tal-kooperazzjoni xjentifika u kulturali mat-tkabbir tad-dinamiki ekonomiċi u l-livell ta' diversità u sostenibilità tat-turiżmu fir-reġjun;

17.

Jilqa' r-rappreżentanza tal-Parlament Ewropew fil-korpi governattivi tal-EUSAIR; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-isforzi konġunti tal-pajjiżi fir-reġjun (Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi) u l-parteċipazzjoni effikaċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija;

18.

Jirreferi għall-preċedenti li nħolqu fil-kuntest ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE, u jitlob li jingħata appoġġ, fi ħdan il-qafas ta' proġetti pilota u azzjonijiet ta' tħejjija, għal tipi differenti ta' azzjonijiet li jvarjaw minn studji għal kapital inizjali għat-tħejjija ta' proġetti f'oqsma prijoritarji differenti;

19.

Iqis li huwa essenzjali li, fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, il-prinċipji ġenerali tagħha, u b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent u t-titjib tar-riżorsi naturali, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull wieħed mill-erba' pilastri, anke sabiex jittieħed approċċ olistiku fir-rigward tal-isfidi kumplessi u varjati tal-makroreġjun;

20.

Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bħar-reġjuni insulari, reġjuni muntanjużi u reġjuni rurali, bil-għan li jiġi identifikat u sfruttat il-potenzjal speċifiku tagħhom, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, filwaqt li jiġu rrispettati l-oqsma ta' azzjoni u l-prijoritajiet identifikati f'dan ir-rapport; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni sabiex tipproponi Sena tal-Gżejjer u l-Muntanji;

21.

Iqis li huwa meħtieġ li jinstabu modi għall-pajjiżi parteċipanti biex jinvolvu pilastri importanti oħra li jistgħu joħolqu benefiċċji fejn jidħol l-iżvilupp taż-żona, bħall-agrikoltura minħabba kundizzjonijiet ġeoklimatiċi speċifiċi, il-bijodiversità u l-potenzjal li jinħolqu effetti kkoordinati ta' sinerġija u tkabbir ulterjuri; jirrakkomanda kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib bejn iż-żoni interni, iż-żoni kostali u insulari, sabiex jinkisbu sinerġiji bejn proġetti ta' enerġija nadifa u produzzjoni ta' ikel tajjeb għas-saħħa;

22.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' rappurtar adegwat u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-pajjiżi parteċipanti, flimkien mal-Kummissjoni, biex jiġbru data ta' referenza affidabbli u jistabbilixxu miri konkreti għal kull pilastru, li mbagħad tiġi evalwata fuq bażi annwali u ssir disponibbli għall-pubbliku;

23.

Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew komprensiv u integrat fir-rigward tal-migrazzjoni; jenfasizza li r-reġjun qed iħabbat wiċċu ma' sfidi serji fejn tidħol il-migrazzjoni, u jiddeplora t-traġedji kollha li ġraw fil-Mediterran; iħeġġeġ li, meta jiġu indirizzati dawn l-isfidi, huwa essenzjali li ssir bidla sinifikanti fil-politiki ta' asil f'dak li għandu x'jaqsam mas-solidarjetà bejn l-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi eżaminata l-istrateġija ġenerali fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-isfidi migratorji; iħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki tajba dwar kif jintlaqgħu l-immigranti, u jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet umanitarji u soċjali li jaffettwaw ir-reġjun, bil-għan li fil-ġejjieni ssir definizzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet tal-EUSAIR;

24.

Jistenna li jingħata impetu ġdid lit-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà fix-Xlokk tal-Ewropa;

25.

Jistieden lill-pajjiżi jikkondividu l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi bil-għan li japplikaw l-ogħla standards, peress li dan huwa qasam partikolarment sensittiv li jikkonċerna kwistjonijiet lingwistiċi;

26.

Jisħaq li, fid-diversi stadji ta' implimentazzjoni, l-atturi ekonomiċi pubbliċi u privati, il-membri tas-soċjetà u d-diversi komponenti tas-soċjetà ċivili organizzata għandhom jingħataw it-taħriġ adegwat permezz ta' programm speċifiku li jinkludi appoġġ organizzattiv u tekniku;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex kull sentejn tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-EUSAIR lill-Parlament u lill-Kunsill, bil-għan li jiġi vvalutat il-funzjonament tagħha u l-valur miżjud tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir u l-impjieg, it-tnaqqis tad-disparitajiet u l-iżvilupp sostenibbli;

28.

Iħeġġeġ miżuri speċifiċi biex tiġi promossa d-dimensjoni soċjali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inkorporati l-prijoritajiet u l-miżuri li għandhom il-għan li jappoġġaw l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità u li jevitaw kull xorta ta' diskriminazzjoni;

Tkabbir blu

29.

Jisħaq li l-pożizzjoni ġeografika unika tar-reġjun u l-istruttura speċifika tal-kosta, flimkien mal-bijodiversità rikka tal-ibħra tiegħu, għandhom potenzjal enormi għall-ħolqien ta' impjiegi 'blu' u għall-innovazzjoni u l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, inklużi t-teknoloġiji blu, is-sajd u l-akkwakultura, u governanza u servizzi marittimi u tal-baħar mtejba;

30.

Huwa favur l-ekonomija blu bħala soluzzjoni għall-kriżi ekonomika, peress li tistimula l-ħolqien ta' impjiegi ġodda u l-iżvilupp ekonomiku, u b'mod speċjali l-impjiegi għan-nisa u għaż-żgħażagħ f'pajjiżi kostali u pajjiżi gżira; jemmen li l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku ma tistax tiġi segwita mingħajr ma wieħed iqis il-kunċett tal-ekonomija blu, li torbot lis-setturi ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani, l-akkwakultura, it-trasport marittimu u fuq ix-xmajjar u t-turiżmu mal-ħarsien ambjentali;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati involuti fl-istrateġija biex jipprovdu inċentivi li jattiraw liż-żgħażagħ lejn il-qasam tas-sajd u l-akkwakultura fir-Reġjun Adrijatiku u Joniku u jinkoraġġuhom sabiex iwettqu tali attivitajiet;

32.

Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni tal-politika u armonizzazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija, kif ukoll proġetti komuni, f'konformità mal-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd; iħeġġeġ, barra minn hekk, is-sostenn għall-iżvilupp ta' settur tas-sajd sostenibbli u l-produzzjoni ta' ikel tradizzjonali u tajjeb għas-saħħa; jitlob li jitwaqqfu Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd, li jistgħu jirrappreżentaw strument naturali għad-diversifikazzjoni tas-sajd; jenfasizza l-fatt li s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u ta' profitt jeħtieġu involviment imsaħħaħ tal-partijiet ikkonċernati fil-ġestjoni ġenerali, kif ukoll attivitajiet tas-sajd imtejba u diversifikati;

33.

Huwa tal-fehma li t-tkabbir blu huwa magħmul minn setturi u negozji varjati ħafna, u għal din ir-raġuni l-iżvilupp tiegħu jeħtieġ ħaddiema b'ħiliet ta' livell għoli f'dawk is-setturi kollha; jistieden lill-Istati Membri involuti fil-EUSAIR biex jippromwovu d-diversi setturi ta' tkabbir blu fil-programmi ta' taħriġ tagħhom, filwaqt li jqisu s-sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ għall-impjegati; josserva l-kumplessità tal-attivitajiet, is-setturi u d-dixxiplini tas-sistemi soċjoekonomiċi involuti fit-tkabbir blu, u għalhekk iqis li huwa importanti ħafna li l-Istati Membri involuti fl-istrateġija EUSAIR jadottaw politiki tas-suq tax-xogħol sabiex iżidu l-kapaċità ta' adattament għat-tibdil, l-innovazzjoni u l-multidixxiplinarjetà, jadattaw it-taħriġ tal-kapital uman u jżidu r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa;

34.

Jisħaq fuq l-importanza ta' interkonnessjoni akbar u reali bejn l-istrateġija UE 2020 u t-tliet pilastri (b'mod partikolari il-pilastru tat-tkabbir blu) tal-istrateġija EUSAIR ibbażata fuq il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; iqis il-Pjan ta' Azzjoni bħala wieħed mir-riżultati tal-approċċ tal-istrateġija li jidentifika l-prijoritajiet konkreti għall-makroreġjun; josserva, abbażi ta' dan, li kull azzjoni jew proġett jintgħażlu permezz ta' proċess estensiv ta' konsultazzjoni 'minn isfel għal fuq' li jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati fir-reġjun Adrijatiku u Joniku li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sħab soċjali, iżda wkoll is-settur privat, l-ekonomija soċjali, id-dinja tal-akkademiċi u s-soċjetà ċivili;

35.

Iħeġġeġ r-raggruppament u l-kooperazzjoni bejn impriżi pubbliċi u privati, universitajiet, istituti ta' riċerka u partijiet ikkonċernati relevanti oħrajn fis-settur tal-baħar u dak marittimu bil-għan li tiġi stimulata l-innovazzjoni u jittieħed vantaġġ sħiħ mis-sinerġiji; iqis li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-pilastru tat-tkabbir blu għandhom ikunu bbażati fuq strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti bil-għan li jiġu żgurati investimenti aktar effiċjenti u effikaċi; jistieden lill-pajjiżi u r-reġjuni li jipparteċipaw fil-Pjattaforma S3 tal-Kummissjoni biex jibbenefikaw minn assistenza fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-rieżami ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; iqis li jeħtieġ, f'dan il-kuntest, li l-SMEs ikollhom aċċess aħjar għall-kreditu, u li n-netwerks ta' negozju eżistenti (raggruppamenti) jittejbu permezz ta' proċess ta' internazzjonalizzazzjoni, bil-għan li jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta' kwalità;

36.

Jappoġġa l-ħolqien ta' tikketta ta' kwalità konġunta għal prodotti ta' frott tal-baħar ta' kwalità għolja mir-reġjun sabiex tiżdied il-kompetittività tagħhom;

37.

Jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu soċjali u tal-involviment ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f'attivitajiet ta' bini, bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi; iqis li dan jista' jintlaħaq billi titwaqqaf pjattaforma permanenti fil-livell makroreġjonali u fil-livell reġjonali f'kull Stat Membru biex tirrappreżenta s-sħab soċjali u ekonomiċi, b'mod analogu ma' dak li diġà sar għall-universitajiet, il-kmamar tal-kummerċ u l-bliet;

38.

Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka dwar il-baħar u r-riċerka marittima, u ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha f'dawn is-setturi bejn ir-riċerkaturi, u bejn l-Istati Membri u r-reġjuni involuti fl-istrateġija EUSAIR, bil-għan li tingħeleb id-differenza eżistenti bejn dawn l-Istati Membri, kif ukoll biex tissaħħaħ il-kompetittività taż-żoni kostali u jinħolqu impjiegi lokali sostenibbli u ta' kwalità;

39.

Jinnota bi tħassib ir-rata ta' tnaqqis drastiku tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Joniku bħala konsegwenza ta' sajd żejjed, flimkien ma' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u riskji sinifikanti għall-ħajja tal-baħar kollha; jisħaq li s-sajd huwa wieħed mill-komponenti ewlenin fl-ekonomija taż-żoni kostali u insulari; iqis li huwa neċessarju, għalhekk, li jitqiesu l-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar, f'konformità mal-prinċipju tar-rendiment massimu sostenibbli inkluż fil-Politika Komuni tas-Sajd, li għandu jkunu objettiv importanti ferm tal-istrateġija; jissottolinja l-ħtieġa, tul il-perjodu tranżitorju, li jingħata sostenn lill-aġġustament għal-limiti tas-sajd permezz ta' sussidji għax-xiri ta' tagħmir permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS); jappella għal azzjoni deċiżiva f'forma ta' allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd ta' pajjiż terzi mal-leġiżlazzjoni tal-UE, kondiviżjoni tad-data, pjattaformi ta' monitoraġġ konġunt u pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali tas-sajd, u biex jitqies kif jista' jiġi żviluppat settur tal-akkwakultura sostenibbli bil-potenzjal kbir tiegħu li jitmexxa permezz tal-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

40.

Ifakkar li l-ħut u l-frott tal-baħar li jiġu sfruttati kummerċjalment għandhom ikunu fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb u tiġi salvagwardjata s-sostenibbiltà għal perjodu ta' żmien twil tal-industrija tas-sajd;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-volumi tal-qbid tas-sajd rikreattiv, biex tirregola din l-attività u biex tagħmel kemm l-attivitajiet ta' sajd rikreattiv kif ukoll professjonali soġġetti għall-objettivi tar-rendiment massimu sostenibbli;

42.

Iħeġġeġ riċerka komprensiva dwar l-istokkijiet tal-ħut, b'mod partikolari l-ispeċi fil-periklu, u l-interkonnessjoni bijoloġika tagħhom, minħabba li n-nuqqas ta' data preċiża tirriżulta f'evalwazzjonijiet mhux ċari u inaffidabbli; iħeġġeġ il-preservazzjoni tar-riproduzzjoni naturali;

43.

Jitlob biex proġetti li jfittxu li jivvalutaw l-impatt tas-sajd indirett (xbieki iħirsa, malji ta' kultivazzjoni tal-maskli) u tal-qabdiet sekondarji ta' speċi protetti jiġu evalwati u promossi, billi huwa stmat li, fl-Adrijatiku waħdu, 'il fuq minn 40 000 fekruna tal-baħar jinqabdu b'mod aċċidentali; huwa tal-fehma li l-istudji ambjentali u l-istudji dwar mezzi li jtaffu l-problema (bħal apparat għall-esklużjoni tal-fkieren) huma meħtieġa b'mod urġenti;

44.

Iħeġġeġ appoġġ b'saħħtu għall-bini tal-bastimenti, inkluż is-settur tad-dgħajjes ta' rikreazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-modernizzazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu bil-għan li jinħolqu l-impjiegi u jiġi adattat għar-rekwiżiti ta' tkabbir sostenibbli u kompetittiv li jkun konformi mat-teknoloġiji blu;

45.

Jitlob appoġġ b'saħħtu għaż-żoni ta' manifattura, ġemellaġġ u kooperazzjoni bejn żoni f'partijiet differenti tal-makroreġjuni; iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki li jinvolvu l-esperjenzi l-aktar sinifikanti fis-settur u dawk ta' reġjuni oħra li jfittxu li jadottaw l-istess approċċ biex jippromwovu l-istabbiliment ta' żoni ta' produzzjoni;

46.

Jissottolinja l-importanza li jiġi appoġġat u promoss is-sajd sportiv u rikreattiv tal-familja, flimkien ma' politiki integrati għas-sajd u t-turiżmu (is-sajd, it-turiżmu marbut mal-ħut u l-marikultura), speċjalment fil-gżejjer, sabiex jiġu ppreservati t-tradizzjonijiet kulturali lokali u l-istili ta' ħajja marittimi tal-abitanti tal-gżejjer u ta' siti kostali żgħar; iħeġġeġ sajd u akkwakultura sostenibbli, fuq skala żgħira u tradizzjonali, flimkien ma' offerta kulinarja diversifikata u l-promozzjoni ta' swieq tal-ħut lokali, bħala l-aħjar mod biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u jingħata appoġġ aktar b'saħħtu lill-attivitajiet turistiċi kostali;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa u tippromwovi l-involviment tas-sajd u tal-ħaddiema tas-sajd fi proġetti bħal dawk relatati mat-turiżmu kulturali u storiku, li jinkludu s-sajd u l-iskoperta mill-ġdid tal-attivitajiet tat-tbaħħir u postijiet għas-sajd u impjiegi tradizzjonali;

48.

Jissottolinja l-importanza tal-ekonomija soċjali u tal-intraprenditorija femminili biex jinkiseb il-pilastru tat-tkabbir blu, u jistieden lill-Istati Membri involuti fl-istrateġija EUSAIR iħeġġu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi relevanti kollha; ifakkar fir-rwol fundamentali tal-intrapriżi żgħar u tal-mikrointrapriżi fir-reġjuni u t-territorji kkonċernati, u jitlob lill-Istati Membri involuti fil-EUSAIR jimplimentaw politika attiva għall-promozzjoni ta' tali forom ta' attività ekonomika;

49.

Jappoġġa miżuri li jnaqqsu r-riskju idroġeoloġiku u r-riskju tal-erożjoni kostali;

50.

Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka, u jappella biex jingħata appoġġ b'saħħtu lid-distretti tal-baħar u d-distretti marittimi;

51.

Jenfasizza li l-iżvilupp tal-akkwakultura u l-marikultura jista' jilgħab rwol importanti mhux biss fl-irkupru tad-diversità tal-ispeċi iżda wkoll fit-tkabbir ekonomiku tar-Reġjun Adrijatiku u Joniku;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-iskambju ta' prattiki tajbin bħas-sostenibbiltà ta' proġetti żviluppati mill-Gruppi ta' Azzjoni Kostali;

Nikkollegaw ir-reġjun

53.

Jinnota li konnessjonijiet aħjar fejn jidħlu t-trasport u l-enerġija bejn il-pajjiżi parteċipanti kif ukoll bejnhom u l-ġirien l-oħra tagħhom, inkluż it-trasport marittimu, il-konnessjonijiet intermodali għaż-żoni interni tal-pajjiż u n-netwerks tal-enerġija, huma ħtiġijiet urġenti għall-makroreġjun u prekundizzjoni għall-żvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu; jissottolinja n-nuqqas ta' konnessjoni bejn iż-żewġ kosti mal-Baħar Adrijatiku u d-distakk li jeżisti fl-infrastruttura tan-netwerks fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;

54.

Jitlob li jingħataw inċentivi għall-istabbiliment ta' konnessjonijiet tat-trasport sostenibbli li jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar, it-trasport u l-ispejjeż u esternalitajiet loġistiċi; jappella biex isiru xogħlijiet strateġiċi ewlenin relatati mal-interkambju bejn il-baħar u l-art sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' trasport intermodali bejn il-pajjiżi, jingħata kontribut għall-koeżjoni, jissaħħaħ in-netwerk globali u titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u b'hekk l-emissjonijiet ta' CO2; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tittejjeb id-dimensjoni marittima u tal-port tal-kabotaġġ, tal-awtostradi tal-baħar u tal-kruċieri bejn iż-żewġt ixtut tal-Baħar Adrijatiku, kemm fuq rotot bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar kif ukoll rotot trasversali bejn il-Lvant u l-Punent; josserva l-ħtieġa għal aktar koordinament biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku marittimu u jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tiegħu;

55.

Iħeġġeġ l-użu tar-Regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet mit-trasport marittimu (ir-Regolament (UE) 2015/757) għall-innovazzjoni u dwar l-istabbiliment tat-trasport marittimu sostenibbli fil-makroreġjun bl-użu ta' magni tal-propulsjoni tal-baħar u fjuwils alternattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u titjieb l-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport;

56.

Jissottolinja l-importanza li jiġu konnessi r-rotot tat-trasport marittimu u l-portijiet ma' partijiet oħra tal-Ewropa, kif ukoll ir-relevanza tal-interkonnessjonijiet mal-kurituri tan-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' proġetti li huma koperti min netwerk TEN-T attwali u interventi oħra għall-estensjoni proposta tiegħu għall-Ewropa tax-Xlokk/il-Lvant tal-Kosta Adrijatika, u li jistgħu jagħlqu d-distakk li jeżisti fin-netwerks tar-reġjun Adrijatiku-Joniku; jistieden, għaldaqstant, lill-pajjiżi involuti jidentifikaw proġetti ta' infrastruttura ta' prijorità ta' valur miżjud Ewropew u reġjonali, u jissuġġerixxi li għandha tingħata attenzjoni inter alia:

(i)

li jitlesta l-Kuritur Baltiku-Adrijatiku, inkluża l-estensjoni li mill-Jonju twassal għall-Adrijatiku,

(ii)

li ssir estensjoni fit-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Kuritur Skandinavu-Mediterranju,

(iii)

li jiġi stabbilit kuritur ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija li jgħaqqad l-Alpi mal-Balkani tal-Punent,

(iv)

li tiġi stabbilita konnessjoni aħjar bejn il-Peniżola Iberika, l-Italja ċentrali u l-Balkani tal-Punent,

(v)

li tiġi implimentata konnessjoni bit-triq fiż-żona tal-Balkani bejn is-sistema portwarja u l-pajjiżi interni, kif ukoll interkonnessjoni mal-kuritur Renu-Danubju,

(vi)

li jittejbu l-faċilitajiet portwarji għal konnessjonijiet aħjar bejn iż-żewġ kosti li jmissu mal-Baħar Adrijatiku, u li l-bords ta' tmexxija tal-portijiet fit-Tramuntana tal-Adrijatiku jħejju strateġija konġunta biex ikun hemm provvista aktar komprensiva tal-merkanzija importata fl-Ewropa Ċentrali;

57.

Jitlob li l-kapaċità tal-infrastruttura eżistenti tan-netwerk tiġi ottimizzata, b'referenza partikolari għall-konnessjonijiet bit-toroq u l-ferrovija li jeżistu fil-makroreġjun, inklużi l-konnessjonijiet “tal-aħħar mil”; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ffinalizzata awtostrada Adrijatika-Jonika mill-aktar fis possibbli, li se tkun qed tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-makroreġjun; ifakkar fl-importanza tal-kurituri l-ġodda li jintegraw l-awtostradi, il-linji ferrovjarji u infrastrutturi oħra fuq iż-żewġ naħat taż-żona Adrijatika-Jonika; josserva l-ħtieġa ta' aktar koordinament biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku marittimu u jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tiegħu;

58.

Jappella għall-iżvilupp ta' infrastruttura ferrovjarja ta' veloċità għolja biex jiġi interkonness il-makroreġjun u jkun hemm konnessjoni aħjar mal-UE u fi ħdanha; jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-konnettività ferrovjarja tar-reġjun Adrijatiku u Joniku, kif ukoll bejn il-Baħar Tirren u l-kosti Adrijatiċi-Joniċi;

59.

Jitlob lill-pajjiżi parteċipanti biex itejbu l-infrastruttura marittima, ferrovjarja u tat-trasport bl-ajru, jiżviluppaw awtostradi tal-baħar fil-makroreġjun, filwaqt li jikkombinaw mezzi ta' trasport intermodali, speċjalment biex joħolqu konnessjoni maż-żoni interni tal-pajjiż, u biex itejbu l-loġistika tat-trasport, filwaqt li jużaw l-aktar teknoloġiji avvanzati bl-aħjar mod possibbli u dejjem jiżguraw livell għoli ta' sigurtà u sostenibilità ambjentali; jistieden ukoll lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jivvalutaw il-possibbiltajiet biex itejbu l-konnettività permezz ta' strumenti tal-mobilità elettronika li jistgħu jiffaċilitaw servizz internazzjonali tal-biljetti elettroniċi;

60.

Jenfasizza n-nuqqas ta' konnessjoni effikaċi mal-gżejjer; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw konnessjonijiet aħjar billi jesploraw alternattivi ġodda kkoordinati u ta' valur miżjud, jottimizzaw l-użu ta' rotot tal-merkanzija u tal-passiġġieri u jinvolvu l-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi, bil-għan li tiżdied il-kwalità tal-ħajja, tieqaf id-depopolazzjoni u jkun possibbli li jiġu sfruttati l-opportunitajiet soċjoekonomiċi f'dawn iż-żoni; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb il-komunikazzjoni interna u l-infrastruttura tat-trasport tal-gżejjer biex ikun hemm mobbiltà interna sostenibbli; jisħaq ukoll fuq il-bżonn li tkun żgurata kura tas-saħħa u programmi edukattivi adegwati għall-popolazzjonijiet tal-gżejjer tul is-sena kollha;

61.

Jappella għall-implimentazzjoni ta' proġetti kbar biex jiġu żviluppati konnessjonijiet intermodali fuq il-gżejjer, u b'mod partikolari jixtieq jara sostenn qawwi fir-rigward tat-tisħiħ ta' ajruporti strateġikament importanti kemm f'dak li jikkonċerna l-infrastruttura kif ukoll ir-rotot ġodda lejn reġjuni oħra tal-makroreġjun;

62.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tal-enerġija, proċess li mhux biss se jtejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-makroreġjun iżda se jżid ukoll il-kompetizzjoni u jiġġieled il-faqar fil-qasam tal-enerġija, li se jkollha benefiċċji importanti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun; jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali magħmulin bir-reqqa ta' interventi fis-settur tal-enerġija; jissottolinja l-importanza tal-ippjanar komuni għall-investiment fl-iżvilupp ta' terminals ta' gass naturali likwifikat (LNG) u n-nuqqas ta' netwerks ta' pipelines tal-gass fil-makroreġjun, biex b'hekk ikun possibbli li jinkisbu indipendenza u sigurtà tal-enerġija mtejba; iħeġġeġ, barra minn hekk, miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, u b'hekk isir kontribut ukoll fejn tidħol il-kompetittività;

63.

Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-enerġija li tkun kapaċi tnaqqas il-marka tal-karbonju, iżżid l-effiċjenza enerġetika u tiggarantixxi s-sigurtà tal-enerġija tal-makroreġjun u 'l barra minnu; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żviluppat u promoss il-kunċett ta' bliet intelliġenti sabiex jingħata valur miżjud globali lill-infrastruttura tal-enerġija attwali tal-makroreġjun;

64.

Jirrikonoxxi l-potenzjal għoli tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux użati biżżejjed fil-makroreġjun; jappella biex jiġu sfruttati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mix-xemx, mir-riħ u mill-marea (meta dan ikun teknikament fattibbli) u l-enerġija mill-mewġ fit-taħlita tal-produzzjoni tal-enerġija; jissottolinja s-sostenibbiltà u l-kompetittività potenzjali ta' impjanti tal-enerġija idroelettrika fil-pajjiżi parteċipanti kollha; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jagħtu kontribut għat-twaqqif ta' suq tal-gass u l-elettriku interkonness u li jiffunzjona tajjeb fil-makroreġjun li jiżgura aċċess ugwali għal enerġija bi prezz baxx u li jista' jintlaħaq; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-interkonnessjonijiet transfruntiera tal-enerġija, b'enfażi fuq l-investiment fis-settur tal-enerġija bħala prekundizzjoni ewlenija għall-integrazzjoni fin-netwerk tal-enerġija tal-UE, kif ukoll it-tneħħija tal-ostakoli għal investiment transfruntier fis-settur tal-enerġija;

65.

Jappoġġa l-ippjanar konġunt u l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, kemm għall-produzzjoni kif ukoll għat-trasport tal-elettriku u l-gass fil-makroreġjun, skont in-Netwerk TEN-E, biex b'hekk jiġu implimentati l-proġetti konkreti msemmija fil-lista ta' Proġetti ta' Interess Komunitarju tal-Enerġija;

66.

Jesprimi tħassib dwar l-ispinta li reġgħu ħadu l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta kif ukoll fuq l-art, li jistgħu jesponu l-makroreġjun għal riskju ta' diżastri b'konsegwenzi serji għall-ambjent u l-ekonomija, inkluż is-settur tas-sajd, u s-saħħa pubblika; jisħaq li kwalunkwe attività bħal din għandha tkun konformi mar-regoli u l-linji gwida tal-Unjoni rigward il-klima u l-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-baħar Adrijatiku huwa wieħed magħluq, baxx, li ma għandux il-kapaċità li jferrex is-sustanzi niġġiesa u li għandu kummerċ turistiku ta' suċċess fuq iż-żewġ xtut tiegħu, u li t-tkabbir tal-makroreġjun għandu l-ewwel jiddependi fuq l-attivitajiet turistiċi u ekonomiċi marbuta mal-karatteristiċi speċifiċi ambjentali u l-ekosistemi tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa li ssir implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali u s-sikurezza tal-attivitajiet marittimi; jitlob li ssir implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) u d-Direttiva dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (2013/30/UE);

67.

Jappella għall-formulazzjoni ta' standards komuni Ewropej għas-sikurezza tat-trasport fil-makroreġjun Adrijatiku-Joniku;

68.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu promossi servizzi tal-ajru transfruntiera permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti mfassla sabiex jiġu żgurati u jissaħħu l-konnessjonijiet fi ħdan il-makroreġjun;

Kwalità ambjentali

69.

Ifakkar fir-rikkezza tal-ekosistemi tal-baħar, kostali u terrestri tal-pajjiżi parteċipanti; jinnota li fil-Baħar Adrijatiku jgħixu kważi nofs (49 %) l-ispeċi marini kollha rreġistrati tal-Baħar Mediterran, u huwa l-aktar sottoreġjun singulari tal-Mediterran minħabba n-nuqqas ta' profondità, il-flussi limitati, u l-influwenza kbira ta' xmajjar; jappella biex isiru sforzi konġunti biex jittieħdu l-miżuri kollha possibbli, bħall-użu ta' fjuwils nodfa għat-trasport marittimu u l-loġistika, bil-għan li jiġu ppreservati l-bijodiversità tal-ambjent tal-baħar u l-ħabitats terrestri transnazzjonali, u jiġi evitat u jitnaqqas it-tniġġis tal-baħar u theddid ieħor għall-bijodiversità kostali u tal-baħar; jisħaq fuq l-importanza li jitħarsu l-ispeċji terrestri u tal-baħar li jinsabu fil-periklu, bħal pereżempju l-bumerin tal-Mediterran, il-linċi, l-avultuni grifun u oħrajn, u jistieden lill-pajjiżi parteċipanti biex jimplimentaw miżuri proporzjonati biex jintlaħaq dan l-objettiv;

70.

Jitlob li jsir skambju tal-aħjar prattiki bejn il-pajjiżi parteċipanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-wirt naturali u kulturali, inklużi ż-żoni ta' Natura 2000 u s-siti tal-UNESCO, bil-għan li jinħolqu attrazzjonijiet turistiċi sostenibbli;

71.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti kollha biex jingħaqdu flimkien fl-implimentazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu, f'konformità mad-Direttiva 2014/89/UE li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu, u tal-ġestjoni integrata tal-kosta, bl-involviment ta' diversi partijiet ikkonċernati (l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-popolazzjoni lokali, il-komunità tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, eċċ.); iqis li governanza konġunta xierqa tal-ispazju marittimu tipprovdi qafas importanti għall-użu sostenibbli u trasparenti tar-riżorsi marittimi u mill-baħar;

72.

Jenfasizza l-importanza tal-ħarsien u l-preservazzjoni tax-xmajjar u l-lagi fil-baċir Adrijatiku-Joniku;

73.

Josserva l-ħtieġa li jiġi indirizzat b'mod responsabbli t-tniġġis storiku u transfruntier, u li jitnaddfu s-siti industrijali milquta mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja, u, fejn applikabbli, mit-tniggis li jirriżulta minn kunflitti militari; jappoġġa l-miżuri attivi kollha għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-baħar mill-armi kimiċi u konvenzjonali; jappoġġa t-tnaqqis, bil-għan tal-eliminazzjoni, tar-rifjuti marini, skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, b'mod partikolari rigward it-tniġġis tal-iskart fil-gżejjer Adrijatiċi;

74.

Jinsab imħasseb dwar id-dannu kkawżat mill-iskart tal-plastik fil-baħar; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa inizjattivi ta' ġbir u riċiklaġġ ta' dan l-iskart; jisħaq fuq l-importanza tal-involviment tas-sajjieda fil-proċess;

75.

Jistieden lill-pajjiżi jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet komprensivi għall-użu mill-ġdid ta' siti industrijali u militari li m'għadhomx jintużaw; jisħaq li dawn is-siti mhumiex biss theddida għall-ambjent iżda joffru wkoll potenzjal ekonomiku sinifikanti li mhux qed jiġi sfruttat;

76.

Jitlob li titħeġġeġ ir-rilokazzjoni tal-industrija miċ-ċentri urbani u ż-żoni kostali, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja;

77.

Jinsisti li l-istrumenti eżistenti kollha għandhom jintużaw fl-implimentazzjoni tal-aqwa soluzzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart u ta' trattament tal-ilma mormi fir-reġjun, f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi fl-Istati Membri tal-UE;

78.

Jiġbed l-attenzjoni għad-diversi diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem li laqtu r-reġjun f'dawn l-aħħar snin; jiġbed l-attenzjoni għall-problema tad-deforestazzjoni u riskji oħra marbuta mat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu applikati bis-sħiħ il-prinċipji orizzontali għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri naturali u l-adattament għat-tibdil fil-klima, bil-għan li jiġu implimentati l-pjan ta' azzjoni u l-prijoritajiet ta' kull pilastru; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-istituti idrometeoroloġiċi tal-pajjiżi sabiex jiġu indirizzati l-avvenimenti estremi tat-temp, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri; jirrikonoxxi l-ilma, l-agrikoltura u t-turiżmu bħala l-aktar setturi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, għalhekk iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas u mekkaniżmu ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' adattament u mitigazzjoni;

79.

Jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport bil-baħar;

80.

Jisħaq li teżisti problema bid-differenzi ġeografiċi u staġjonali fl-aċċessibbiltà ta' riżorsi tal-ilma, b'nuqqas sinifikanti ta' ilma fuq il-gżejjer u fiż-żona kostali tul is-sajf, meta d-domanda tal-ilma tkun ħafna ogħla minħabba l-wasla ta' għadd kbir ta' turisti;

81.

Iħeġġeġ l-istabbiliment ta' ċentru reġjonali għat-tħejjija għad-diżastri, flimkien ma' pjan ta' kontinġenza konġunt għat-tixrid taż-żejt u għal avvenimenti ta' tniġġis fuq skala kbira, sabiex tinħoloq sistema ta' twissija bikrija għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali u dawk kawżati minn attivitajiet industrijali, tat-trasport u attivitajiet oħra, bħal għargħar, nirien u attivitajiet ta' sfruttament fl-Adrijatiku; jenfasizza li ċ-ċentru għandu jkun direttament marbut mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; jisħaq fuq l-importanza tal-preservazzjoni tal-ekosistema u l-bijodiversità tar-reġjun permezz ta' fehim aħjar u skambju tal-aħjar prattiki;

82.

Jistieden lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-acquis settorjali (bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) bil-ħsieb tal-adeżjoni futura tagħhom mal-Unjoni;

83.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi ġirien u l-komunitajiet lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' attivitajiet ekonomiċi soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali f'konformità mad-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent;

Turiżmu sostenibbli u kompetittiv

84.

Jissottolinja l-importanza kruċjali tat-turiżmu għall-ekonomija Ewropea u l-iżvilupp tal-koeżjoni soċjali fi ħdan l-UE, speċjalment għall-pajjiżi Mediterranji u għar-reġjun b'mod ġenerali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati approċċi ġodda biex b'hekk ipattu għall-istaġjonalità, filwaqt li jibqgħu koerenti mal-impatt u s-sostenibbiltà tat-turiżmu fuq l-ambjent; iħeġġeġ aktar sostenn għall-finanzjament ta' proġetti għat-turiżmu mill-FSIE u sorsi oħra;

85.

Iħeġġeġ titjib urġenti ta' konnessjonijiet stradali transfruntiera sabiex tittejjeb il-kompetittività tat-turiżmu, peress li konnettività fqira tikkawża konġestjonijiet tat-traffiku u dewmien twil; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb, għal skopijiet ta' turiżmu, l-infrastruttura tal-ajru u l-konnessjoni marittima eżistenti bejn iż-żewġ kosti tal-Baħar Adrijatiku;

86.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-użu tal-ajruporti eżistenti fil-makroreġjun bil-għan li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta' passiġġieri fi ftit ċentri tal-ajruporti, u jiġu promossi flussi turistiċi aktar bilanċjati u sostenibbli f'diversi lokalitajiet;

87.

Jirrikonoxxi l-wirt kulturali u naturali rikk (inklużi l-attivitajiet kulturali bħaċ-ċinema, it-teatru u l-mużika) tar-reġjun bħala assi b'saħħtu, li jibni fuq is-settur tat-turiżmu; jiġbed l-attenzjoni għan-numru kbir ta' siti protetti tal-UNESCO u n-Natura 2000 fil-pajjiżi parteċipanti kollha; iqis li, minkejja l-kontribut sinifikanti ta' dan is-settur għall-ekonomija, il-potenzjal tat-turiżmu mhux qed jiġi sfruttat bis-sħiħ, b'mod partikolari minħabba staġjonalità għolja, u li s-settur huwa nieqes mill-oqsma ta' innovazzjoni, mis-sostenibbiltà, l-infrastruttura tat-trasport, il-kwalità tal-offerta tat-turiżmu, il-ħiliet tal-partijiet ikkonċernati parteċipanti u minn ġestjoni responsabbli tat-turiżmu; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jadottaw politiki li jiżguraw konnessjonijiet adegwati u faċilitajiet turistiċi kemm matul kif ukoll barra l-istaġun tas-sajf, bil-għan li jiddiversifikaw il-flussi turistiċi u jiżguraw preżenza turistika kostanti f'kull staġun; jisħaq fuq l-importanza li t-turiżmu jingħaqad mal-wirt naturali, kulturali u artistiku;

88.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu soluzzjonijiet ta' mobilità sostenibbli fis-settur tat-turiżmu, biex b'hekk titjieb il-kwalità tas-servizzi turistiċi u tissaħħaħ l-firxa tagħhom;

89.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-ġonna nazzjonali u naturali u taż-żoni protetti bħala s-sisien għall-futur tal-edukazzjoni taċ-ċittadini fi kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

90.

Jisħaq li l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi hija essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tat-turiżmu fir-reġjun; iħeġġeġ il-formulazzjoni ta' strateġiji tat-turiżmu għall-baħar Adrijatiku u tal-Baħar Joniku li huma bbażati fuq is-sostenibbiltà u jippermettu lill-pajjiżi jibbenefikaw mis-sinerġiji u jindirizzaw sfidi komuni fil-livell makroreġjonali; iqis li jeħtieġ li naħdmu flimkien biex tiżdied il-viżibilità ta' destinazzjonijiet fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;

91.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-pajjiżi parteċipanti u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jieħdu miżuri li jinċentivizzaw lill-partijiet ikkonċernati biex itejbu l-infrastruttura tat-turiżmu;

92.

Jissottolinja l-importanza li jiġu appoġġati attivitajiet kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' attivitajiet tan-negozju fl-oqsma tal-mużika, it-teatru, iż-żfin u l-films; jitlob li jiġu organizzati festivals, konvenzjonijiet u avvenimenti kulturali li jippromwovu l-integrazzjoni;

93.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-SMEs jingħataw aċċess aktar faċli għal sorsi ta' sostenn u finanzjament, peress li huma strumentali għas-settur tat-turiżmu; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati fir-reġjun jieħdu sehem fin-Netwerk Enterprise Europe sabiex jaqsmu l-esperjenza, joħolqu n-netwerks u jsibu sħab transfruntiera;

94.

Jisħaq fuq l-importanza ta' proġetti ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u Komunitajiet Intelliġenti li jinvolvu l-isfruttament tal-pjattaformi ta' innovazzjoni eżistenti, bħalma huma l-ħolqien ta' żona Adrijatika-Jonika tal-kreattività;

95.

Jappoġġa l-iżvilupp ta' offerta ta' turiżmu diversifikata, li tinkludi parks u rotot turistiċi tematiċi, kif ukoll turiżmu kulturali, rurali, tas-saħħa, mediku, nawtiku, enogastronomiku, tal-konferenzi u sportiv, inklużi ċ-ċikliżmu, il-golf, l-għadis, il-ħajks, l-iskiing, l-isports tal-muntanji u dawk li jintlagħbu barra, bil-għan li jiġi promoss it-turiżmu matul is-sena u tittejjeb il-kompetittività tad-destinazzjonijiet turistiċi abbażi tas-sostenibbiltà; jappoġġa l-iżvilupp tat-turiżmu rurali sabiex titnaqqas il-pressjoni minn fuq ċentri turistiċi kbar u minn fuq iż-żona kostali dejqa, u b'hekk jikkontribwixxi għall-għalbien tal-istaġjonalità; jappoġġa l-espansjoni tal-attivitajiet turistiċi lejn iż-żoni interni tal-pajjiż permezz tal-ħolqien ta' prodotti turistiċi integrati li jinkludu l-attrazzjonijiet ewlenin tal-makroreġjun u dawk tal-bliet kapitali tiegħu;

96.

Jisħaq fuq l-importanza tal-koerenza bejn il-ġestjoni tat-turiżmu u l-infrastruttura, u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u d-diversità tas-servizzi u l-opportunitajiet, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun; jisħaq wkoll fuq l-importanza tal-promozzjoni u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet lokali u reġjonali;

97.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu esplorati rotot u mudelli ta' negozju alternattivi, u tittejjeb il-konnessjoni tal-pakketti tal-kruċieri man-nies u l-prodotti lokali, biex b'hekk tkun tista' tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konġestjoni insostenibbli u jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal sħiħ, b'benefiċċji ekonomiċi aktar dejjiema għall-ekonomiji lokali; jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp u ta' għoti ta' marka lir-rotot turistiċi makroreġjonali, permezz tal-immappjar u tal-promozzjoni ulterjuri tar-rotot eżistenti;

98.

Huwa favur l-isfruttament ta' assi aktar rappreżentattivi taż-żona għall-finijiet ta' turiżmu u għall-iżvilupp ta' programmi ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni;

99.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ġenwina għall-intermodalità tat-trasport permezz ta' netwerk integrat ta' servizzi u intersezzjonijiet bil-ħsieb li jiġi żviluppat ekoturiżmu ta' kwalità;

100.

Jitlob li titfassal Karta Adrijatika-Jonika li jkun fiha kriterji, prinċipji u linji gwida għall-promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli permezz tal-implimentazzjoni tas-Sistema pilota tal-Indikaturi tat-Turiżmu Ewropew (ETIS) għall-valutazzjoni ta' destinazzjonijiet turistiċi bil-ħsieb li jittejjeb l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;

o

o o

101.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi parteċipanti fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, is-Slovenja, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja).


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(3)  ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 1.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/37


P8_TA(2015)0384

Il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 (2014/2246(INI))

(2017/C 355/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 162, u 174 sa 178 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-istabbiliment u l-funzjonament ta' tali raggruppamenti (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (7),

wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali intitolat “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-iżvilupp u ta' governanza tajba f'reġjuni u bliet tal-UE”, tat-23 ta' Lulju 2014 (minn hawn' il quddiem “is-Sitt Rapport ta' Koeżjoni”),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (8),

wara li kkunsidra t-tmien rapport ta' progress tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali intitolat “Id-dimensjoni reġjonali u urbana tal-kriżi” tas-26 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar speċjalizzazzjoni intelliġenti: eċċellenza fin-netwerking għal Politika ta' Koeżjoni soda (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri tal-UE għal bidu effikaċi u f'waqtu tal-perjodu l-ġdid ta' Programmazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar is-seba' u t-tmien rapporti ta' progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE u r-Rapport Strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013 (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar dewmien fil-ftuħ tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 (12),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2011 intitolata “Qafas għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti finanzjarji innovattivi – il-pjattaforma tal-UE tal-ekwità u tad-dejn” (COM(2011)0662),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (13),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 intitolata 'L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-patt tal-istabbiltà u tkabbir' (COM(2015)0012),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, adottati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni) fid-19 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (14),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma intitolat “Pjan ta' Azzjoni għal strateġija Ewropa 2020 riveduta: il-kontribut tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020 tal-Kumitat tar-Reġjuni” (15),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2015 dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni tal-Kummissjoni (16),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2015 intitolata “Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2015)0100),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 intitolata 'L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir' (COM(2015)0012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0277/2015),

A.

billi l-politika ta’ koeżjoni hija l-politika ewlenija tal-UE għall-investiment, it-tkabbir u l-iżvilupp allinjata mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv u li għandha l-għan li tnaqqas id-differenzi bejn ir-reġjuni u tippromwovi l-konverġenza, b’baġit ta’ EUR 351,8 biljuni sa tmiem l-2020; billi l-UE qed tkompli tħabbat wiċċha mal-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja — livell għoli ta’ qgħad, u pass irregolari u kajman ta' rkupru ekonomiku; u billi l-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tiżgura li l-enerġiji u l-kapaċitajiet kollha jiġu mobilizzati u ffokati fuq il-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi;

B.

billi huwa kruċjali li l-inizjattivi differenti tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għall-ħarsien ambjentali u tal-klima, iżommu approċċ koerenti; billi l-inizjattivi emblematiċi tal-Istrateġija Ewropa 2020 jiżvolġu rwol ewlieni għat-titjib tal-koordinazzjoni fil-livell lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni; billi m’hemm ebda mekkaniżmu espliċitu integrat fid-dispożizzjonijiet tal-programmazzjoni jew tar-rappurtar li jiffoka b’mod espliċitu fuq l-inizjattivi emblematiċi f’termini tal-kontribut tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) għat-twettiq tagħhom; billi se jkun hemm bżonn li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jindirizza l-implimentazzjoni tal-inizjattivi emblematiċi u jimmira li jsib bilanċ bejn il-miżuri finanzjarji, fiskali u ekonomiċi fuq in-naħa l-waħda u l-aspetti soċjali, edukattivi, ambjentali u tal-ugwaljanza (speċjalment l-ugwaljanza bejn is-sessi) fuq in-naħa l-oħra;

C.

billi teżisti ħtieġa dejjem tikber għal sjieda konġunta aktar soda tal-istrateġija min-naħa tal-livelli differenti tal-governanza u tal-atturi differenti involuti, u għal responsabilità kondiviża bid-drittijiet u l-obbligi korrispondenti fil-livelli kollha ta’ implimentazzjoni; billi l-governanza u s-sħubija fuq diversi livelli jeħtieġ li jissaħħu, peress li dawn il-prinċipji għandhom il-potenzjal li jindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva;

D.

billi l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni bla dubju ta’ xejn evolvew maż-żmien biex jappoġġaw l-investiment fil-prijoritajiet ewlenin tal-UE, u wrew l-adattabilità u l-effikaċja tagħhom, filwaqt li żammew it-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni bħala l-objettiv ċentrali, saħħew il-potenzjal tar-reġjuni u ppromovew l-iżvilupp sostenibbli; billi l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) jintroduċi elementi ġodda fl-istrateġija ġenerali tal-UE mmirata lejn il-ħolqien ta' tkabbir innovattiv, sostenibbli u inklussiv u impjiegi bi kwalifiki għoljin;

E.

billi r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandu jqis l-effetti serji u inugwali li l-kriżi ekonomika u finanzjarja kellha fuq l-Istati Membri u r-reġjuni, u għandu jkun intelliġenti u bbilanċjat għal raġunijiet ta’ koerenza u effikaċja; billi jista’ madankollu jikkunsidra miżuri oħra, bħal pereżempju l-infrastruttura, is-suq intern u miżuri tal-kapaċità amministrattiva; billi għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi territorjali differenti, u tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni tal-UE msemmija fl-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE;

F.

billi r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020, għalkemm ġie postpost fl-2015, hu fuq kollox opportunità biex jiġi vvalutat (u rikonoxxut) il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni biex jinkisbu l-miri tal-istrateġija u biex jitjiebu l-interazzjonijiet u r-rabtiet eżistenti bejn diversi politiki tal-UE u mal-baġit tal-UE, bil-ħsieb li dawn jaġixxu bħala xprun effettiv għall-implimentazzjoni tal-istrateġija; billi dan l-istadju huwa essenzjali għat-tfassil tal-politika ta’ koeżjoni futura, bħala politika tal-investiment fil-livell tal-UE, filwaqt li tingħata prijorità għat-tnaqqis tad-disparitajiet tal-iżvilupp u jiġi aċċellerat mill-ġdid il-proċess ta’ konverġenza;

L-Istrateġija Ewropa 2020 u l-interrelazzjoni tagħha mal-politika ta' koeżjoni

1.

Ifakkar li l-Istrateġija Ewropa 2020 hija strateġija komprensiva u fit-tul għal “tkabbir u impjiegi” tal-Unjoni Ewropea, imsejsa fuq ħames objettivi ambizzjużi: l-impjiegi, l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija, l-edukazzjoni, u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li l-objettivi huma akkumpanjati minn seba’ inizjattivi emblematiċi u jinnota li l-isfidi identifikati fl-2010 ġew indirizzati b’mod inugwali u li l-progress fil-livell tal-UE fir-rigward tal-ilħuq ta’ wħud minnhom, bħal pereżempju l-ġlieda kontra l-qgħad, għadu moderat; jenfasizza li l-UE għandha tikkonċentra fuq it-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll fuq impjiegi deċenti sabiex jinkisbu benefiċċji fit-tul mill-investimenti tagħha;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-progress fl-ugwaljanza bejn is-sessi jista’ jikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali;

3.

Jirrimarka li qafas tal-governanza ekonomika tal-UE u l-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni tiegħu, is- “Semestru Ewropew”, ġew stabbiliti fl-2010 biex jiġu żgurati l-koordinazzjoni tal-politiki fiskali tal-Istati Membri, ir-riformi strutturali u allinjament aħjar tal-politiki baġitarji nazzjonali dwar it-tkabbir u l-impjiegi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-istrateġija; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li għad iridu jiġu indirizzati l-isfidi ta' koordinazzjoni u ta' sinkronizzazzjoni ulterjuri;

4.

Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni għall-2007-2013, allinjata mal-predeċessur tagħha, l-Istrateġija ta' Lisbona u bl-istess objettivi ewlenin, kienet diġà fil-fażi ta' implimentazzjoni meta tnediet l-Istrateġija Ewropa 2020, u li programmazzjoni mill-ġdid skont l-objettivi tal-istrateġija l-ġdida għalhekk kienet tkun diffiċli u kontroproduttiva; jirrimarka, madankollu, li, fi żmien ta’ kriżi ekonomika globali, il-politika ta’ koeżjoni ma kinitx biss l-uniku sors ta’ investiment għal ħafna Stati Membri, iżda wkoll, permezz tas-sistema ta' allokazzjoni rikjesta mill-Istrateġija ta’ Lisbona, appoġġat u kkontribwiet b’mod sostanzjali għall-politiki tal-pajjiżi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, kif juri s-sitt rapport ta’ koeżjoni u bosta komunikazzjonijiet u studji tal-Kummissjoni; ifakkar li maż-żmien l-Istrateġija ta’ Lisbona tilfet l-impenn tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet, u li governanza tal-Ewropa 2020 hija partikolarment konsistenti mal-prinċipji u l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni, li jista’ jiżgura impenn ta' sjieda konġunta fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet ex post għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, biex tipprovdi informazzjoni dwar l-output u l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati kif ukoll il-kontribut konkret tal-politika ta' koeżjoni għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza kemm hu importanti li jinftehmu r-realtajiet u l-limitazzjonijiet tal-evidenza disponibbli dwar il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-ilħuq tal-objettivi komprensivi tal-istrateġija u li jitqies it-taqlib li ġarrbu l-ekonomiji tal-UE, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-pajjiżi li ntlaqtu ħażin ħafna waqt il-kriżi; japprezza li dawk il-konklużjonijiet jafu jkunu siewja għall-implimentazzjoni attwali tal-istrateġija;

6.

Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija l-istrument ewlieni tal-UE, li jkopri r-reġjuni kollha, għal investiment fl-ekonomija reali, u sservi bħala l-espressjoni tas-solidarjetà Ewropea billi testendi t-tkabbir u l-prosperità u tnaqqas id-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali; jindika li l-politika ta’ koeżjoni hija kompletament allinjata mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tipprovdi l-qafas ta’ investiment meħtieġ, iżda mhix sempliċiment għodda għall-implimentazzjoni tagħha; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li permezz tal-konċentrazzjoni tematika, il-Fondi SIE skont l-arkitettura l-ġdida huma orjentati lejn 11-il objettiv tematiku derivati direttament mill-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, u li l-prekundizzjonijiet marbuta direttament ma’ dawn l-objettivi tematiċi ġew stabbiliti sabiex jiġi żgurat li l-investimenti jsiru b’mod li jimmassimizza l-effikaċja tagħhom; jenfasizza l-appoġġ sħiħ tiegħu għal dan l-approċċ ġdid, li se jikkontribwixxi biex tiżdied l-effikaċja tal-infiq;

7.

Jenfasizza l-fatt li l-politika ta’ koeżjoni qed tiżviluppa sinerġiji ma’ politiki oħra tal-UE bħas-suq uniku diġitali, l-unjoni tal-enerġija, is-suq uniku tal-kapital u l-politika soċjali u li, permezz tal-istrumenti u l-objettivi kollha tagħha, inklużi l-istrateġiji makroreġjonali, l-aġenda urbana, l-aġenda territorjali, l-investiment fl-SMEs, tkabbir intelliġenti u strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, qed tikkontribwixxi sostanzjalment biex jissaħħaħ is-suq uniku u biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob f’dan il-kuntest lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-Ewropa biex ifasslu strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u jisfruttaw is-sinerġiji bejn id-diversi strumenti tal-UE, nazzjonali u reġjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati;

8.

Jindika l-konnessjoni ma’ proċess ta’ governanza ekonomika usa’ permezz ta’ miżuri li jorbtu l-effikaċja tal-Fondi SIE ma’ governanza ekonomika soda; jistieden lill-Istati Membri jaġixxu b’responsabilità sħiħa sabiex safejn ikun possibbli tiġi evitata l-applikazzjoni tagħhom u sabiex ikunu prevenuti l-impatti negattivi fuq l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE u fuq l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li għandu jingħata appoġġ lill-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet baġitarji temporanji; jilqa’ l-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà fi ħdan ir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012) bil-għan li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-investiment, ir-riformi strutturali u l-użu tar-riżorsi biex ikun promoss it-tkabbir sostenibbli fit-tul u jiġi faċilitat il-progress lejn l-objettivi tal-Ewropa 2020;

9.

Jenfasizza bi tħassib id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; jirrimarka li, għalkemm maġġoranza kbira tal-programmi operazzjonali issa ġew miftiehma, l-implimentazzjoni nnifisha għadha fi stadju bikri ħafna; jenfasizza, madankollu, li jistgħu jsiru valutazzjonijiet fir-rigward tal-orjentar tar-riżorsi tal-politika lejn prijoritajiet li jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli u impjiegi; jinnota, f'dan il-kuntest, li skont l-ewwel evalwazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni, l-ammonti allokati għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-appoġġ għall-SMEs, l-ICT, l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-bini tal-kapaċità żdiedu sostanzjalment meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, filwaqt li l-livell ta' appoġġ għat-trasport u l-infrastruttura ambjentali naqas; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-mument tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE 2014-2020 jaf xorta tkun għadha nieqsa, u li, bħala riżultat, evalwazzjoni konkreta tal-kontribut ta’ dawn il-fondi biex jinkisbu l-miri tal-istrateġija jaf xorta ma tkunx possibbli f’dak l-istadju; japprezza l-fatt li l-Istati Membri ħadu azzjoni, pereżempju biex jiżguraw li 20 % tar-riżorsi tagħhom jintefqu fuq l-azzjoni klimatika;

10.

Jirrikonoxxi li t-twaqqif ta’ qafas tal-prestazzjoni u l-introduzzjoni ta' kundizzjonalitajiet ex ante u rabtiet mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 jistgħu jipprovdu ambjent ta’ investiment aħjar għall-massimizzazzjoni tal-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-kisba tal-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020;

Il-momentum tar-rieżami u l-isfidi relatati

11.

Ifakkar li l-Kummissjoni nediet il-proċess ta' rieżami tal-istrateġija fl-2014 billi ppubblikat il-komunikazzjoni tagħha intitolata “Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, u jħoss li hi ħasra li ma saritx referenza biżżejjed għall-politika ta' koeżjoni u l-istrumenti assoċjati f'dak id-dokument; japprezza l-fatt li l-proċess kompla b'konsultazzjoni pubblika li saret bejn Mejju u Ottubru 2014 bil-għan li tinġabar evidenza għall-proċess ta' rieżami, u jilqa' l-fatt li r-rilevanza tal-istrateġija u s-sinifikat tal-għanijiet u l-prijoritajiet tagħha ġew ikkonfermati;

12.

Jinnota li jitqies li l-inizjattivi emblematiċi qed iservu l-iskop tagħhom, iżda jenfasizza wkoll il-fatt li l-viżibbiltà tagħhom hi meqjusa pjuttost baxxa; jiddispjaċih li l-kriżi ekonomika u finanzjarja aggravat id-disparitajiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li ma sar biżżejjed progress fir-rigward ta' bosta mill-miri ewlenin tal-istrateġija, speċjalment dawk relatati mal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-faqar u l-esklużjoni soċjali; jilqa' l-konklużjoni magħmula dwar il-ħtieġa li jissaħħu s-sjieda u l-involviment fil-post, billi jiġu kkonsolidati s-sħubiji vertikali u orizzontali bil-ħsieb li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-istrateġija; jenfasizza li l-istrateġija għandha tinkoraġġixxi l-bidla minn orjentazzjoni tal-proċess u l-eżitu għal approċċ ta' orjentazzjoni lejn ir-riżultati reali sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza u l-effikaċja possibbli għall-politiki tal-UE marbuta magħhom;

13.

Jilqa' l-pubblikazzjoni regolari mill-Eurostat ta' indikaturi tal-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob, madankollu, ammont akbar ta' dettalji reġjonali, u li dawn ikunu aktar preċiżi, fir-rigward tad-data pprovduta fil-livelli NUTS II u NUTS III, li se tkun ta’ importanza dejjem akbar minħabba l-problemi ekonomiċi u soċjali mhux previsti f’diversi reġjuni tal-UE, irrispettivament mil-livell ta’ żvilupp tagħhom; jirrimarka, barra minn hekk, t-tliet dimensjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni: ekonomika, soċjali u territorjali — u jqis, fid-dawl ta’ dan, li m’għandux jitkejjel biss fuq il-bażi ta’ indikaturi ekonomiċi; jitlob, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu d-diskussjoni u jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni aktar effiċjenti fl-iżvilupp ta’ sett ta’ indikaturi aktar inklużivi li jikkomplementaw il-PDG, bil-ħsieb li jkunu aktar rilevanti għall-evalwazzjoni tal-progress li sar għall-ilħuq tal-objettivi prijoritarji tal-Istrateġija Ewropa 2020;

14.

Jinnota li l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 hi mistennija qabel tmiem l-2015 u jiddispjaċih dwar dan id-dewmien, peress li inizjalment kienet ipprogrammata għall-bidu tal-2015; jenfasizza li, għal darba oħra, din se sseħħ f’mument pjuttost “inopportun” fiċ-ċiklu tal-politika ta’ koeżjoni, meta jkun qed jiżvolġi l-proċess ta’ implimentazzjoni effettiva; jenfasizza, barra minn hekk, li programmazzjoni mill-ġdid bikrija tkun kompletament kontroproduttiva għall-ippjanar strateġiku fit-tul tal-politika ta' koeżjoni;

15.

Jilqa’ t-twaqqif ta’ task force għal implimentazzjoni aħjar tal-fondi tal-UE; jilqa’ wkoll it-twaqqif tas-'Servizz ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali', li uffiċjalment beda jiffunzjona fl-1 ta’ Lulju 2015 u li se jipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri bil-għan ta' implimentazzjoni aktar effettiva tar-riformi strutturali u tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

16.

Jirrikonoxxi, fl-istess ħin, li jeħtieġ titqies l-evoluzzjoni tal-perspettiva ekonomika, l-użu ta' strumenti ġodda, il-progress li jkun sar lejn l-objettivi tal-istrateġija u l-ħtieġa konsegwenti li jsiru aġġustamenti operazzjonali;

17.

Jitlob għalhekk li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020 ikun intelliġenti u bbilanċjat, u li jkun iffokat fuq titjib fl-interrelazzjonijiet bejn il-ħames objettivi tal-istrateġija u l-inizjattivi emblematiċi tagħha u fuq l-identifikazzjoni ta' metodi ta' kif jistgħu jiġu implimentati u evalwati aħjar mingħajr ma jinħolqu saffi addizzjonali ta' kumplessità u piż amministrattiv eċċessiv; jenfasizza li dan għandu jqis il-punti sodi u d-dgħjufijiet tal-ekonomija tal-UE, l-inugwaljanzi li qed jikbru (bħal pereżempju fil-ġid), il-livell għoli ta’ qgħad u l-livell għoli ta’ dejn pubbliku; jenfasizza li, b’mod parallel mal-enfasi fuq il-kriterji makroekonomiċi tal-governanza fiskali u ekonomika, għandha ssir ħidma biex jitlaħqu l-miri ewlenin kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020; iqis li għandha tingħata wkoll attenzjoni lil sostenibbiltà ambjentali u soċjali akbar, u aktar inklużjoni soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza l-importanza ta’ appoġġ kontinwu mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fit-titjib tal-kapaċità amministrattiva;

18.

Itenni t-talbiet tiegħu biex jissaħħu d-dimensjonijiet tar-responsabbiltà, tas-sjieda, tat-trasparenza u tal-parteċipazzjoni tal-istrateġija billi jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet konċernati u interessati rilevanti kollha tas-soċjetà ċivili mit-tfassil tal-miri u l-iżvilupp tal-objettivi sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija; jinsisti dwar l-importanza kruċjali ta’ struttura tal-governanza msaħħa bbażata fuq il-governanza f’diversi livelli, strutturi ta’ inċentivi, approċċ effettiv b'taħlita tal-approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, il-mudell ta’ sħubija tal-politika ta’ koeżjoni u sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat b’mod ġenerali, għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet interessati kollha, sabiex tiġi żgurata kapaċità effettiva biex jinkisbu l-għanijiet fit-tul; ifakkar li, skont l-oqfsa istituzzjonali u legali tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli wkoll għall-investiment pubbliku u għalhekk għandhom jiġu rikonoxxuti bħala atturi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

19.

Jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-partijiet konċernati fil-proġett tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandu jiġi mġedded fil-forma ta’ patt bejn dawk is-sħab, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata s-sjieda u l-parteċipazzjoni, filwaqt li għandu jiġi adottat kodiċi ta’ kondotta simili għal dak dwar is-sħubija, introdott permezz tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ ġenwinament territorjali għall-istrateġija Ewropa 2020 bil-għan li l-interventi u l-investimenti pubbliċi jiġu aġġustati skont il-karatteristiċi territorjali u l-ħtiġijiet speċifiċi differenti; iqis li huwa ta’ importanza kbira li jitqarrbu lejn xulxin l-approċċ ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-approċċ territorjali tal-Aġenda Territorjali 2020 (TA 2020); huwa tal-fehma, barra minn hekk, li miri reġjonali volontarji mfassla apposta tal-Ewropa 2020 għandhom ikunu possibbli, u għandhom jiġu diskussi fil-livell reġjonali mingħajr ma jiżdied il-piż burokratiku fil-post; jenfasizza li tali miri reġjonali speċifiċi volontarji għandhom ikunu konsistenti mal-arkitettura ġenerali tal-istrateġija u jiġu inklużi fi ħdan il-miri ddefiniti minn qabel; ifakkar ukoll, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

21.

Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti tal-bliet u ż-żoni urbani bħala xprun għat-tkabbir u l-impjiegi, u jesiġi li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jqis ukoll approċċ olistiku usa' għall-iżvilupp futur tal-bliet bħala entitajiet li jaqdu rwol attiv fl-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tqis kif jixraq id-Dikjarazzjoni ta’ Riga dwar l-Aġenda Urbana, fid-dawl tar-rwol fundamentali li jiżvolġu ż-żoni urbani, ikunu ta' liema daqs ikunu; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal strateġija li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta' żoni urbani żgħar u ta’ daqs medju fuq il-bażi ta’ approċċ li jibni sinerġiji mal-Aġenda Diġitali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar ir-rwol ta' aspetti territorjali bħala fatturi ta' tkabbir ekonomiku, ħolqien ta' impjiegi u żvilupp sostenibbli, u jesiġi li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jindirizza l-impatti territorjali u jipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati; itenni l-importanza ta’ konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan ir-rigward, minħabba li dawn għandhom irwol importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali; jenfasizza wkoll ir-rwol li l-istrateġiji makroreġjonali u l-kooperazzjoni territorjali Ewropea b’mod ġenerali jista’ jkollhom fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, peress li ħafna proġetti tal-iżvilupp jinvolvu żoni transkonfinali, inklużi bosta reġjuni u pajjiżi, u huma kapaċi jiżviluppaw reazzjonijiet ibbażati fuq il-post għall-isfidi fit-tul;

23.

Jinnota l-importanza tal-istrument tal-investiment ġdid tal-UE, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li se jappoġġa l-mobilizzazzjoni ta’ massimu ta' EUR 315 biljun f’investimenti, bil-għan li titnaqqas id-differenza fl-investiment fl-UE u li jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq pubbliku; jenfasizza li l-FEIS għandu jkun addizzjonali għall-Fondi SIE, u jikkomplementahom; jiddispjaċih dwar il-fatt li mhuwiex marbut b’mod ċar mal-Istrateġija Ewropa 2020, iżda jqis li, permezz tal-objettivi tiegħu u l-għażla ta’ proġetti sostenibbli u vijabbli għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija f’oqsma speċifiċi;

24.

Jenfasizza, barra minn hekk, li huwa essenzjali li jiġu żgurati koerenza u s-sinerġiji totali bejn l-istrumenti kollha tal-UE, billi jiġu kkunsidrati l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti bħala wieħed mill-istrumenti ta’ investiment ewlenin, sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni jew il-kontradizzjonijiet bejniethom jew bejn il-livelli differenti ta’ implimentazzjoni tal-politiki; jitlob, għaldaqstant, li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jikkonfermaha bħala l-qafas strateġiku fit-tul tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi u jindirizza din l-isfida ta' koordinazzjoni tal-istrumenti tal-politiki, inkluż l-FEIS, bil-ħsieb li r-riżorsi disponibbli kollha jintużaw b'mod effettiv u li jinkisbu r-riżultati mistennija fir-rigward tal-miri strateġiċi komprensivi;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tippromwovi l-iżvilupp armonjuż ġenerali tal-UE u fil-perspettiva tar-rwol ewlieni tal-politika ta’ koeżjoni għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, biex meta tkun qed tirrieżamina l-miri u l-għanijiet tal-istrateġija tqis il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet ta’ territorji speċifiċi, bħal dawk taż-żoni rurali, iż-żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, ir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, il-gżejjer, ir-reġjuni transkonfinali, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE, f’konformità mal-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE; jindika, f’dan il-kuntest, il-potenzjal ta' dawn ir-reġjuni f’oqsma bħall-bijoteknoloġija, l-enerġija rinnovabbli u l-bijodiversità;

26.

Jenfasizza r-riżultati mtejba li jirriżultaw meta tiżdied il-kwantità, il-kwalità u l-impatt tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, permezz tal-użu koordinat tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni u l-programm Orizzont 2020 fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex issaħħaħ l-interazzjonijiet u s-sinerġiji kollha possibbli bejn dawn iż-żewġ oqfsa politiċi importanti fir-rieżami tal-miri u l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li twaqqaf sistema ta’ rintraċċar ibbażata fuq l-internet għall-identifikazzjoni ta' każijiet ta’ taħlit ta’ finanzjament mill-Fondi SIE ma' Orizzont 2020, FEIS u programmi oħra ffinanzjati mill-Komunità; jilqa’ wkoll il-pjan li jiġi introdott “siġill ta’ eċċellenza” għal dawk l-applikanti li jiġu evalwati bħala eċċellenti iżda ma jkunux jistgħu jiksbu finanzjament minn Orizzont 2020, sabiex jgħinuhom jaċċessaw il-Fondi SIE;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi proċess kontinwu ta’ valutazzjoni koerenti sabiex jivvaluta regolarment il-progress tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jissuġġerixxi miżuri xierqa għall-kisba tagħhom, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2020; jenfasizza wkoll ir-rwol tal-PE li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni b’mod koordinat, mhux biss fi ħdan il-Parlament, iżda wkoll mal-istituzzjonijiet rilevanti kollha; jitlob, f’dan ir-rigward, l-involviment f’waqtu tal-Parlament fid-diskussjonijiet rilevanti kollha mmirati lejn it-tfassil tal-politiki koperti mill-istrateġija, it-twettiq u l-evalwazzjoni tagħhom; jindika l-importanza li f’dawn l-iskambji ta' fehmiet jiġu mobilizzati wkoll il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u reġjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-partijiet konċernati interessati oħra;

Il-politika ta' koeżjoni tal-ġejjieni — titwila aktar fit-tul

28.

Iqis li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020, li probabbilment se jsir qabel it-tnedija tal-proposta għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2014-2020, se jipprovdi l-bażi għall-arkitettura ġejjiena tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020, kif ukoll għal strumenti oħra tal-QFP; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li jiġi indirizzat b'mod effettiv it-tħassib kollu msemmi hawn fuq, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tal-approċċ strateġiku; ifakkar, barra minn hekk, il-valur miżjud ta’ politika ta’ koeżjoni mifruxa mal-UE kollha, li jeħtieġ li tibqa' wieħed mill-istrumenti prinċipali ta’ investiment tal-UE għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-protezzjoni tal-klima, filwaqt li tiżgura żvilupp bilanċjat u armonjuż fl-UE, bħala katalista għall-bidla u stimolu tal-prosperità, anke fir-reġjuni inqas żviluppati; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell sostenibbli ta’ finanzjament għall-Fondi SIE wara l-2020;

29.

Jirrimarka li kemm il-politika ta’ koeżjoni ġejjiena kif ukoll l-istrateġija fit-tul tal-UE ġejjiena għandhom jiġu abbozzati qabel it-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni, peress li se jkun hemm l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019, u li dan jimponi restrizzjonijiet ta’ żmien speċifiċi sinifikanti fuq il-koleġiżlaturi fir-rigward tal-kalendarju għan-negozjati, u fuq il-Kummissjoni l-ġdida u l-Istati Membri fir-rigward tal-preparazzjoni u l-adozzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija ġodda u l-programmi operazzjonali ġodda qabel il-bidu tal-QFP li jmiss; jinnota, fl-istess ħin, li se jkunu bdew in-negozjati dwar il-QFP ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tqis ir-restrizzjonijiet speċifiċi kollha li jinħolqu minħabba l-interkonnessjonijiet u r-rekwiżiti tal-koordinazzjoni taż-żmien u biex tiżviluppa approċċ koerenti fir-rigward tal-istrateġija ġejjiena fit-tul għat-tkabbir u impjiegi sostenibbli tal-UE, il-baġit tal-UE, il-politika ta' koeżjoni b'mod partikolari u strumenti oħra taħt il-QFP;

o

o o

30.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 303.

(6)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281.

(7)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(8)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2014)0002.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2014)0015.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2014)0132.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2014)0068.

(13)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98.

(14)  ĠU C 19, 21.1.2015, p. 9.

(15)  https://portal.cor.europa.eu/europe2020/SiteCollectionDocuments/2459-brochure-BlueprintEU2020.pdf

(16)  ĠU C 242, 23.7.2015, p. 43.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/45


P8_TA(2015)0385

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (2015/2052(INI))

(2017/C 355/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma' governanza ekonomika soda skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2014)0494) (minn hawn 'il quddiem “il-Linji gwida”),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni”),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 23, inkluża fid-Dikjarazzjonijiet marbuta mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-effetti tar-restrizzjonijiet baġitarji għall-awtoritajiet reġjonali u lokali rigward in-nefqa tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-Istati Membri (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-ksib tal-objettivi ta' Lisbona u tal-UE2020 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar is-seba' u t-tmien rapporti ta' progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE u r-Rapport Strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2014 (6),

wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bit-titolu "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-iżvilupp u govenanza tajba fir-reġjunijiet u bliet tal-UE, tat-23 ta' Lulju 2014,

wara li kkunsidra r-rapport strateġiku tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013, tat-18 ta' April 2013 (COM(2013)0210),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Frar 2015 dwar linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (FSIE) ma' governanza ekonomika soda,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament ta' Jannar 2014 bit-titolu “Il-Governanza Ekonomika Ewropea u l-Politika ta' Koeżjoni” (Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni),

wara li kkunsidra t-tgħarrif tal-Parlament ta' Diċembru 2014 bit-titolu "Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni "(Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0268/2015),

A.

billi l-politika ta' koeżjoni hi politika bbażata fuq it-TFUE, u hija espressjoni ta' solidarjetà Ewropea, intiża biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE u, b'mod partikolari, tnaqqas id-disparitajiet bejn ir-reġjuni, filwaqt li tippromwovi żvilupp soċjoekonomiku bilanċjat u armonjuż; billi hija wkoll politika ta' investiment li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

B.

billi l-qafas leġiżlattiv attwali għall-politika ta' koeżjoni, filwaqt li jistabbilixxi rabtiet mal-Istrateġija tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, is-Semestru Ewropew u l-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet relevanti speċifiċi għall-pajjiż u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, huwa madankollu soġġett għal missjonijiet, objettivi u prinċipji orizzontali speċifiċi ħafna;

C.

billi l-qafas legali attwali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) għandu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u s-sinerġiji ma' politiki u strumenti oħra tal-UE;

D.

billi teżisti evidenza li governanza tajba u istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti huma essenzjali għal tkabbir ekonomiku fit-tul u sostenibbli, għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp soċjali u territorjali, għalkemm teżisti inqas evidenza fir-rigward tal-fatturi makroekonomiċi li jolqtu l-mod ta' kif taħdem il-politika ta' koeżjoni;

E.

billi l-imprevedibilità ekonomika u finanzjarja u l-inċertezza legali jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis fil-livelli ta' investiment pubbliku u privat, u jpoġġu f'riskju l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni;

F.

billi l-Linji Gwida jirrigwardaw l-ewwel taqsima ta' miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi SIE ma' governanza ekonomika soda skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; billi dan jirreferi għal programmar mill-ġdid u sospensjoni ta' pagamenti li mhumiex obbligatorji, kontrarjament għat-tieni taqsima tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jirrikjedi s-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jieħdu azzjoni korrettiva fil-kuntest tal-proċess ta' governanza ekonomika;

G.

billi, fil-passat, il-livell ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż min-naħa tal-Istati Membri kien baxx, skont dak li jidher mill-evidenza tal-valutazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni fir-rigward ta' 279 rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż maħruġa fl-2012 u l-2013, li uri li 28 rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ġew indirizzati għalkollox jew li deher progress sostanzjali fihom (10 %) u li 136 (48,7 %) kienu kisbu xi progress, iżda għal 115 (41,2 %) ġie reġistrat progress limitat jew inkella ebda progress;

Rabta bejn l-effettività tal-Fondi SIE ma' governanza ekonomika soda

1.

Jenfasizza l-importanza tal-istrumenti u r-riżorsi tal-politika ta' koeżjoni biex jinżamm il-livell ta' investiment b'valur miżjud Ewropew fl-Istati Membri u r-reġjuni bil-għan li jissaħħaħ il-ħolqien tal-impjiegi u jittejbu l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, speċjalment fejn l-investiment naqas b'mod sinifikanti minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja;

2.

Jemmen li l-mekkaniżmi ta' governanza ekonomika m'għandhomx ixekklu l-ksib tal-objettivi u l-għanijiet tal-politika tal-Fondi ESI, u fl-istess waqt jirrikonoxxi r-rilevanza tagħhom fil-kontribut għal ambjent makroekonomiku stabbli u politika ta' koeżjoni effiċjenti, effettiva u orjentata lejn ir-riżultati;

3.

Iqis li l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għandu jintuża biss bħala l-aħħar alternattiva biex jikkontribwixxi għal implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi ESI;

4.

Jenfasizza li l-programmi u l-objettivi tal-Fondi SIE huma ta' natura pluriennali u fit-tul, għall-kuntrarju taċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew; jindika, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni ta' dan tal-aħħar, u jappella għal koordinazzjoni mill-qrib bejn dawn iż-żewġ proċessi u bejn il-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni rispettiva tagħhom;

5.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tippreżenta White Paper li tqis l-effetti tal-investiment pubbliku fit-tul u tistabbilixxi tipoloġija ta' investimenti ta' kwalità, sabiex dawk li jipproduċu l-aqwa effetti fit-tul ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar;

6.

Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni kellha rwol vitali u wriet kapaċità ta' reazzjoni sinifikanti għar-restrizzjonijiet makroekonomiċi u fiskali fil-kuntest tal-kriżi attwali, permezz tal-ipprogrammar mill-ġdid ta' aktar minn 11 % tal-baġit disponibbli bejn l-2007 u l-2012, bil-għan li tagħti sostenn lill-ħtiġijiet l-aktar urġenti u ssaħħaħ ċerti interventi; jisħaq, f'dan ir-rigward, li f'diversi Stati Membri, il-politika ta' koeżjoni rrappreżentat aktar minn 80 % tal-investiment pubbliku tul il-perjodu 2007-2013;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi aktar data analitika dwar l-impatt u l-importanza tal-mekkaniżmi makroekonomiċi għall-iżvilupp reġjonali, għall-effettività tal-politika ta' koeżjoni u għall-interazzjoni bejn il-qafas ta' governanza ekonomika Ewropea u l-politika ta' koeżjoni, kif ukoll biex tipprovdi informazzjoni speċifika dwar kif il-politika ta' koeżjoni tikkontribwixxi għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill relevanti;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-flessibilità eżistenti taħt ir-regoli tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir;

Programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

9.

Ifakkar li kwalunkwe deċiżjoni rigward l-ipprogrammar mill-ġdid jew sospensjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jeħtieġ tintuża biss f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, u trid tkun ikkunsidrata tajjeb, iġġustifikata bir-reqqa u implimentata b'mod kawt, b'indikazzjoni tal-programmi jew il-prijoritajiet ikkonċernati bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u tkun tista' ssir verifika u rieżami; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn id-deċiżjonijiet m'għandhomx iżidu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni u l-Istati Membri minħabba l-ambjent soċjoekonomiku jew il-pożizzjoni ġeografika u l-ispeċifiċitajiet tagħhom fis-sens tal-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE;

10.

Iqis li l-ftehimiet u l-programmi ta' sħubija adottati fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali kkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relevanti u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill, biex b'hekk żguraw li jkun hemm raġunijiet tajbin biex jiġi evitat kwalunkwe programmar mill-ġdid fuq perjodu ta' żmien medju, dment li l-kundizzjonijiet ekonomiċi ma jmorrux sostanzjalment għall-agħar;

11.

Jisħaq li l-ipprogrammar mill-ġdid frekwenti jkun kontroproduttiv u għandu jiġi evitat bil-għan li ma jxekkilx il-ġestjoni tal-fond jew idgħajjef l-istabilità u l-prevedibilità tal-istrateġija ta' investiment pluriennali u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv, inkluż fuq l-assorbiment tal-Fondi SIE;

12.

Jilqa' l-approċċ kawt tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ipprogrammar mill-ġdid, kif ukoll l-intenzjoni tagħha li żżommu għall-minimu meħtieġ; jitlob li jkun hemm approċċ ta' 'twissija bikrija' bil-għan li l-Istati Membri kkonċernati jiġu infurmati dwar it-tnedija tal-proċedura ta' programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u jenfasizza li kwalunkwe talba għal programmar mill-ġdid għandha tiġi ppreċeduta minn konsultazzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni twettaq, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, analiżi komprensiva tal-għażliet kollha li huma disponibbli għajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex tindirizza kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal talba għal programmar mill-ġdid;

14.

Jiddeplora kwalunkwe żieda sproporzjonata fil-piż amministrattiv u l-ispejjeż sussegwenti għal kull livell tal-amministrazzjoni kkonċernat, minħabba l-iskadenzi qosra u l-kumplessità tal-proċedura ta' programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; iwissi kontra kwalunkwe trikkib bejn il-proċeduri ta' programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u ċ-ċikli tas-Semestru Ewropew sussegwenti; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li tivvaluta mill-ġdid l-applikazzjoni tal-iskadenzi skont ir-rieżami previst fl-Artikolu 23(16) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

Il-prinċipji orizzontali skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

15.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Linji Gwida ma jagħmlux referenza espliċita għall-prinċipji ġenerali u orizzontali stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u jfakkar li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni trid tikkunsidra u tkun konformi ma' dawn il-prinċipji, b'mod partikolari mal-prinċipji ta' sħubija u governanza f'diversi livelli, u mar-Regolament u l-Qafas Strateġiku Komuni b'mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tiċċara kif dawn il-prinċipji se jitqiesu b'mod speċifiku fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

Id-dimensjoni sottonazzjonali tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

16.

Jenfasizza li ż-żieda fid-dejn pubbliku toriġina prinċipalment mill-politiki li jsegwu l-gvernijiet tal-Istati Membri, u jinsab imħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' kapaċità li kwistjonijiet makroekonomiċi jiġu indirizzati kif jixraq fil-livell nazzjonali jaf jippenalizza lill-awtoritajiet sottonazzjonali u lill-benefiċjarji u l-applikanti tal-Fondi SIE;

17.

Ifakkar li r-regoli dwar il-konċentrazzjoni tematika previsti fil-politika ta' koeżjoni tal-perjodu 2014-2020 jippermettu ċertu livell ta' flessibilità fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri u r-reġjuni, u jinnota li l-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni taf tillimita din il-flessibilità; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-isfidi territorjali ewlenin, kif ukoll il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

18.

Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u s-sħab kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, l-impatt u l-kosteffiċjenza fil-livelli reġjonali u lokali ta' kull miżura adottata skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

19.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b'mod attiv fi kwalunkwe programmar mill-ġdid, u huwa tal-fehma li peress li l-Fondi SIE huma marbuta ma' governanza ekonomika soda, is-Semestru Ewropew għandu jingħata dimensjoni territorjali bl-involviment ta' dawk l-awtoritajiet ukoll;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni taqra l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, billi tqis is-sitwazzjoni ta' dawk l-Istati Membri u reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet soċjoekonomiċi u fejn il-Fondi SIE jikkostitwixxu sehem sinifikanti tal-investiment, li huwa aktar evidenti fil-kuntest ta' kriżi; jisħaq li l-Istati Membri u r-reġjuni, b'mod partikolari dawk li baqgħu lura, m'għandhomx jintlaqtu ulterjorment;

Koordinazzjoni istituzzjonali, trasparenza u responsabilità

21.

Ifakkar li koordinazzjoni istituzzjonali soda hija essenzjali sabiex jiġu ggarantiti l-komplementarjetajiet u s-sinerġiji tal-politika tajba, kif ukoll interpretazzjoni xierqa u stabbli tal-qafas ta' governanza ekonomika soda u l-interazzjoni tagħha mal-politika ta' koeżjoni;

22.

Jitlob li jkun hemm fluss adegwat ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, u li jsir dibattitu pubbliku fil-livell politiku xieraq bil-għan li jiġi żgurat fehim komuni fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; ifakkar, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill iddedikata għall-politika ta' koeżjoni inkarigata mid-deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

23.

Iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabilità billi l-Parlament jingħata sorveljanza demokratika tas-sistema ta' governanza fil-kuntest tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li jintroduċi limitazzjonijiet importanti fl-approċċ minn isfel għal fuq, li huwa aspett importanti tal-politika ta' koeżjoni;

Sospensjoni tal-pagamenti

24.

Ifakkar li s-sospensjoni tal-pagamenti hija kwistjoni deċiża mill-Kunsill abbażi ta' proposta li l-Kummissjoni tista' tadotta fil-każ li l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni effettiva; jissottolinja s-salvagwardji legali importanti stabbiliti mill-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni bil-għan li tiġi żgurata l-eċċezzjonalità tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni;

25.

Jenfasizza n-natura penalizzanti ta' kwalunkwe sospensjoni tal-pagamenti, u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel użu mis-setgħa diskrezzjonali tagħha biex tipproponi s-sospensjoni tal-pagamenti bl-akbar kawtela u b'konformità stretta mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, wara li tkun ivvalutat kif jixraq l-informazzjoni u l-elementi relevanti kollha li jirriżultaw mid-djalogu strutturat, kif ukoll l-opinjonijiet espressi permezz tiegħu;

26.

Jilqa', fil-kuntest tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-programmi li għandhom jiġu sospiżi u l-livell ta' sospensjoni skont l-ewwel taqsima, l-approċċ kawt adottat fil-Linji Gwida fejn ser jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri billi jiġu kkunsidrati fatturi mitiganti simili għal dawk previsti fis-sospensjonijiet skont l-Artikolu 23(9) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi skadenza għat-tneħħija tas-sospensjoni skont l-Artikolu 23(8) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

Ir-rwol tal-Parlament fil-qafas tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

28.

Jiddispjaċih li l-Linji Gwida ma jagħmlu l-ebda referenza għar-rwol tal-Parlament, minkejja l-fatt li r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni ġie adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u minkejja l-appelli konsistenti tal-Parlament biex tissaħħaħ ir-responsabilità u l-kontroll demokratiċi fil-kuntest tal-governanza ekonomika;

29.

Iqis li l-involviment tal-Parlament, bħala l-garanti demokratiku ewlieni għall-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 23(15) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, għandu jiġi formalizzat permezz ta' proċedura ċara li tippermetti lill-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat fl-istadji kollha fir-rigward tal-adozzjoni ta' talbiet għal programmar mill-ġdid jew ta' kwalunkwe proposta jew deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti;

30.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm kollaborazzjoni kostanti, ċara u trasparenti fil-livell interistituzzjonali, u jqis li tali proċedura għandha tinkludi, minn tal-inqas, dawn il-passi li ġejjin:

il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma relevanti fil-kuntest tal-Fondi SIE, kif ukoll dwar il-programmi ta' assistenza finanzjarja, jew modifiki rispettivi, li jistgħu jwasslu għal talba għal programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament dwar kwalunkwe talba għal programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jew dwar kwalunkwe proposta għal deċiżjoni li jiġu sospiżi l-pagamenti skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, biex b'hekk tippermetti lill-Parlament jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu fil-forma ta' riżoluzzjoni qabel ma tieħu passi ulterjuri;

il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament u kwalunkwe element li jirriżulta mid-djalogu strutturat skont l-Artikolu 23(15) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jew opinjonijiet espressi permezz ta' tali djalogu;

il-Kummissjoni għandha tkun mistiedna mill-Parlament biex tispjega jekk l-opinjonijiet tal-Parlament ġewx ikkunsidrati fil-proċess, kif ukoll jekk sarx xi segwitu ieħor għad-djalogu strutturat;

il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandhom jiġu infurmati u jinstemgħu dwar talbiet għal programmar mill-ġdid;

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu djalogu fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, billi jiżguraw koordinazzjoni interistituzzjonali u fluss xieraq ta' informazzjoni, waqt li jingħata lok għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt u r-riżultati miksuba fl-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, fil-kuntest tar-rieżami tal-applikazzjoni tiegħu f'konformità mal-paragrafu 17 ta' dan l-Artikolu, fosthom billi tagħti dettalji dwar sa liema punt kull talba għal programmar mill-ġdid kienet ibbażata fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill relevanti, jew safejn saħħet l-impatt tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi SIE disponibbli għall-Istati Membri taħt programmi ta' assistenza finanzjarja, kif ukoll billi tipprovdi d-data dwar kwalunkwe ammont sospiż u l-programmi kkonċernati;

o

o o

32.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU C 375, 20.12.2013, p. 2.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0401.

(4)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2014)0132.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2014)0038.


Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru 2015

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/51


P8_TA(2015)0388

Segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljaza tal-massa elettronika ta' ċittadini tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar is-Segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljanza elettronika tal-massa taċ-ċittadini tal-UE (2015/2635(RSP))

(2017/C 355/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-qafas legali stabbilit mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 21 tiegħu, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 6, 7, 8, 10, 11, 20, 21, 42, 47, 48 u 52 tiegħu, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 8, 9, 10 u 13 tiegħu u l-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej dwar is-sigurtà, il-privatezza u l-libertà tal-espressjoni;

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern (1) (ir-Riżoluzzjoni);

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tad-19 ta' Jannar 2015 bl-isem “Dwar is-Segwitu għall-Inkjesta mill-Kumitat LIBE dwar is-Sorveljanza Elettronika tal-Massa taċ-Ċittadini tal-UE” (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari għall-Kunsill tal-Ewropa tal-21 ta' April 2015 dwar is-Sorveljanza tal-Massa;

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar is-segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-Sorveljanza tal-Massa Elettronika taċ-Ċittadini Ewropej (O-000114/2015 – B8-0769/2015 u O-000115/2015 – B8-0770/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fir-Riżoluzzjoni l-Parlament stieden lill-awtoritajiet Amerikani u lill-Istati Membri tal-UE jipprojbixxu l-attivitajiet ġenerali ta' sorveljanza tal-massa u l-ipproċessar tal-massa ta' data personali taċ-ċittadini u ddenunzja l-azzjonijiet rappurtati mis-servizzi tal-intelligence li serjament affettwaw il-fiduċja u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE; billi r-Riżoluzzjoni rrimarkat l-eżistenza possibbli ta' motivazzjonijiet oħra bħal spjunaġġ politiku u ekonomiku, meta titqies il-kapaċità tal-programmi rappurtati ta' sorveljanza tal-massa;

B.

billi r-Riżoluzzjoni nediet “Habeas Corpus diġitali Ewropew – għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-era diġitali” bi tmien azzjonijiet speċifiċi u talbet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex jindirizza lill-Parlament fi żmien sena bl-għan li jevalwa sa liema punt ġew segwiti r-rakkomandazzjonijiet;

C.

billi d-dokument ta' ħidma tad-19 ta' Jannar 2015 jirrapporta dwar l-iżviluppi sa mill-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni, filwaqt li kompla fluss ta' rivelazzjonijiet ta' attivitajiet allegati ta' sorveljanza elettronika tal-massa, u dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-“Habeas Corpus Diġitali Ewropew” propost, fejn indika r-rispons limitat tal-istituzzjonijiet, tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati li ntalbu jaġixxu;

D.

billi fir-Riżoluzzjoni tiegħu l-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-UE biex jaġixxu b'rabta mar-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 265 tat-TFUE (“nuqqas ta' aġir”);

E.

billi l-Wikileaks reċentement irrivelaw is-sorveljanza mmirata ta' komunikazzjonijiet tal-aħħar tliet Presidenti Franċiżi kif ukoll tal-ministri tal-kabinett Franċiż u tal-Ambaxxatur Franċiż fl-Istati Uniti; billi dan l-ispjunaġġ strateġiku u ekonomiku seħħ fuq skala kbira tul l-aħħar għaxar snin mill-NSA, fir-rigward tal-istrutturi statali Franċiżi kif ukoll l-akbar kumpaniji Franċiżi;

F.

billi r-rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni jiddikjara li l-kriptaġġ u l-anonimità jipprovdu l-privatezza u s-sigurtà meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni fl-era diġitali; billi r-rapport jiddikjara wkoll li kwalunkwe restrizzjoni fuq il-kriptaġġ u l-anonimità għandhom jiġu strettament limitati skont il-prinċipji tal-legalità, il-ħtieġa, il-proporzjonalità u l-leġittimità;

1.

Jilqa' l-inkjesti tal-Bundestag Ġermaniż, tal-Kunsill tal-Ewropa, tan-Nazzjonijiet Uniti u tas-Senat Brażiljan, id-dibattiti f'bosta Parlamenti nazzjonali oħra u l-ħidma ta' bosta protagonisti tas-soċjetà ċivili, li kkontribwew għas-sensibilizzazzjoni ġenerali fir-rigward tas-sorveljanza elettronika tal-massa;

2.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE sabiex jirtiraw kwalunkwe akkuża kriminali miġjuba kontra Edward Snowden, jagħtuh protezzjoni u konsegwentement jipprevjenu l-estradizzjoni jew il-konsenja minn partijiet terzi, b'rikonoxximent tal-istatus tiegħu bħala informatur u difensur internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Huwa madankollu diżappuntat ħafna min-nuqqas ġenerali ta' sens ta' urġenza u ta' rieda murija mill-parti l-kbira tal-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma fir-Riżoluzzjoni u sabiex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet konkreti li kien fiha, kif ukoll dwar in-nuqqas ta' trasparenza lejn u d-djalogu mal-Parlament Ewropew;

4.

Jinsab imħasseb dwar xi wħud mil-liġijiet riċenti f'xi Stati Membri li jestendu l-kapaċitajiet ta' sorveljanza ta' korpi ta' intelligence, inkluż, fi Franza, permezz tal-liġi l-ġdida tal-Intelligence Franċiża adottata mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża fl-24 ta' Ġunju 2015, li diversi dispożizzjonijiet tagħha, skont il-Kummissjoni, iqajmu kwistjonijiet legali importanti, fir-Renju Unit bl-adozzjoni tal-Att dwar iż-Żamma tad-Data u s-Setgħat Investigattivi (Data Retention and Investigatory Powers Act) 2014, u d-deċiżjoni sussegwenti tal-Qorti li ċerti artikoli kienu illegali u li m'għandhomx jiġu applikati, u l-proposti għal leġiżlazzjoni ġdida fin-Netherlands biex taġġorna l-Att għall-Intelligence u s-Sigurtà tal-2002; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri kollha biex jiżguraw li l-oqfsa leġiżlattivi attwali u futuri tagħhom u l-mekkaniżmi ta' sorveljanza li jirregolaw l-attivitajiet tal-aġenziji ta' intelligence ikunu konformi mal-istandards tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-leġiżlazzjoni relevanti kollha tal-Unjoni;

5.

Jilqa' l-inkjesta tal-Bundestag Ġermaniż dwar is-sorveljanza tal-massa; jinsab ferm imħasseb dwar ir-rivelazzjonijiet tas-sorveljanza tal-massa tat-telekomunikazzjonijiet u t-traffiku tal-internet fi ħdan l-Unjoni mill-aġenzija Ġermaniża tal-intelligence barranija BND, b'kooperazzjoni mal-NSA; iqis li dan huwa ksur tal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-TUE;

6.

Jitlob lill-President tiegħu biex jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa jniedi l-proċedura tal-Artikolu 52 li tipprevedi li “meta tirċievi talba mingħand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, kull Parti Għolja Kontraenti għandha tipprovdi spjegazzjoni ta' kif il-liġi interna tagħha tassigura l-implementazzjoni effettiva ta' kwalunkwe dispożizzjoni tal-Konvenzjoni”;

7.

Iqis li r-reazzjoni tal-Kummissjoni għar-Riżoluzzjoni s'issa ma kienet xejn adegwata, meta titqies il-portata tar-rivelazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq it-talbiet magħmula fir-Riżoluzzjoni sa mhux aktar tard minn Diċembru 2015; jirriżerva d-dritt li jieħu azzjoni għal nuqqas ta' aġir jew li jqiegħed ċerti riżorsi baġitarji għall-Kummissjoni f'riżerva sakemm jiġu indirizzati kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

8.

Jenfasizza s-sinifikat tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tat-8 ta' April 2014 li tiddikjara invalida d-Direttiva 2006/24/KE dwar iż-Żamma tad-Data; ifakkar li l-Qorti stipulat li l-interferenza ta' dan l-istrument mad-dritt fundamentali għall-privatezza għandha tkun limitata għal dak li hu strettament meħtieġ; jenfasizza l-fatt li din is-sentenza tippreżenta aspett ġdid sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi speċifikament għal korp partikolari ta’ ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward il-kwistjoni ta’ “programmi ġenerali ta’ sorveljanza” u issa inkorporat effettivament l-istess prinċipji, li jirriżultaw minn dik l-istess ġurisprudenza partikolari tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fid-dritt tal-UE fl-istess qasam; jenfasizza li għalhekk huwa mistenni li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġejjieni, tapplika l-istess raġunament meta teżamina l-validità, fil-qafas tal-Karta, ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-UE u tal-Istati Membri fl-istess qasam ta’ “programmi ġenerali ta’ sorveljanza”;

Pakkett dwar il-Protezzjoni tad-Data

9.

Jilqa' l-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali informali dwar l-abbozz tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-adozzjoni mill-Kunsill ta' approċċ ġenerali dwar l-abbozz tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data; itenni l-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi n-negozjati dwar il-Pakkett dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-2015;

10.

Ifakkar lill-Kunsill dwar l-impenn tiegħu li jirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fl-emendi tiegħu għall-proposti tal-Kummissjoni; itenni b'mod partikolari li l-livell ta' protezzjoni offrut m'għandux ikun aktar baxx minn dak diġà stabbilit mid-Direttiva 95/46/KE;

11.

Jenfasizza li kemm ir-Regolament għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data huma meħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-individwi, u li t-tnejn li huma għandhom għaldaqstant jiġu ttrattati bħala pakkett biex jiġu adottati fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-data fl-UE jagħtu livell għoli ta' protezzjoni fiċ-ċirkostanzi kollha; jissottolinja li l-objettiv tat-tisħiħ tad-drittijiet u l-protezzjonijiet ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom għandu jintlaħaq meta jiġi adottat il-pakkett;

Ftehim komprensiv UE-Stati Uniti

12.

Jinnota li mill-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni, in-negozjati mal-Istati Uniti dwar ftehim qafas bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-protezzjoni tad-data personali meta din tiġi trasferita u proċessata għal finijiet ta' infurzar tal-liġi (minn issa 'l quddiem il-“ftehim komprensiv”) ġew konklużi u l-abbozz ta' ftehim ġie inizjalat;

13.

Jilqa' l-isforzi mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex terġa' tinbena fiduċja permezz tal-ftehim komprensiv, u partikolarment jilqa’ l-fatt li l-Att ta' Rimedju Ġudizzjarju (“Judicial Redress Act”) tal-2015ġie adottat b’suċċess mill-Kamra tar-Rappreżentanti fl-20 ta’ Ottubru 2015, billi ġew sottolinjati l-passi sostanzjali u pożittivi meħuda mill-Istati Uniti biex iwieġbu għat-tħassib tal-UE; iqis li huwa ta' importanza fundamentali li jiġu żgurati, meta ċ-ċirkostanzi kollha jkunu identiċi, l-istess drittijiet ta' rimedju ġudizzjarju effettiv għaċ-ċittadini tal-UE jew individwi li d-data personali tagħhom hija pproċessata fl-UE u trasferita lejn l-Istati Uniti mingħajr ebda diskriminazzjoni bejn ċittadini tal-UE u dawk tal-Istati Uniti; jistieden lis-Senat tal-Istati Uniti jgħaddi leġiżlazzjoni li tiżgura dan; jissottolinja li wieħed mill-prerekwiżiti għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim komprensiv huwa l-adozzjoni tal-Att ta' Rimedju Ġudizzjarju (“Judicial Redress Act”) fil-Kungress tal-Istati Uniti;

Żona ta' Sikurezza

14.

Ifakkar li r-Riżoluzzjoni titlob sospensjoni immedjata tad-“Deċiżjoni taż-Żona ta' Sikurezza”, peress li din ma tipprovdix protezzjoni adegwata tad-data personali għaċ-ċittadini tal-UE;

15.

Ifakkar li kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż mill-UE jieħu preċedenza fuq il-liġi sekondarja tal-UE, u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ftehim komprensiv ma jirrestrinġix id-drittijiet u s-salvagwardji tas-suġġetti tad-data appplikabbli għat-trasferiment ta’ data f’konformità mad-dritt tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, teżamina fid-dettall preċiżament kif il-ftehim komprensiv jinteraġixxi mal-qafas legali għall-protezzjoni tad-data, u jkollu effett fuqu, inkluż, rispettivament, id-deċiżjoni qafas attwali tal-Kunsill, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (95/46/KE) u d-direttiva u r-regolament futuri dwar il-protezzjoni tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni legali dwar din il-kwistjoni lill-Parlament qabel ma tibda l-proċedura ta’ ratifika;

16.

Ifakkar li l-Kummissjoni indirizzat 13-il rakkomandazzjoni lill-Istati Uniti fil-Komunikazzjonijiet tagħha tas-27 ta' Novembru 2013 dwar il-funzjonament taż-“Żona ta' Sikurezza” sabiex tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni;

17.

Jilqa' li fid-deċiżjoni tagħha tas-6 ta' Ottubru 2015 il-QtĠ-UE ddikjarat invalida d-Deċiżjoni ta' Idoneità tal-Kummissjoni 2000/520/KE dwar iż-“Żona ta' Sikurezza” tal-Istati Uniti; jenfasizza li din id-deċiżjoni kkonfermat il-pożizzjoni li ilu jħaddan il-Parlament rigward in-nuqqas ta' livell adegwat ta' protezzjoni skont dan l-istrument; jistieden lill-Kummissjoni biex immedjatament tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li d-data personali kollha trasferita lejn l-Istati Uniti tkun soġġetta għal livell effettiv ta' protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak garantit fi ħdan l-UE;

18.

Joġġezzjona għall-fatt li l-Parlament ma rċieva ebda komunikazzjoni formali mill-Kummissjoni dwar l-istat ta' implimentazzjoni tat-13-il rakkomandazzjoni minkejja t-tħabbira tal-Kummissjoni li tagħmel dan sas-sajf tal-2014; jissottolinja li wara d-deċiżjoni tal-QtĠ-UE li tinvalida d-Deċiżjoni 2000/520/KE issa huwa urġenti li l-Kummissjoni tagħti aġġornament approfondit dwar in-negozjati s'issa u l-impatt tas-sentenza dwar negozjati ulterjuri li tħabbru; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti immedjatament dwar alternattivi għaż-“Żona ta' Sikurezza” u dwar l-impatt tas-sentenza dwar kwalunkwe strument ieħor għat-trasferiment ta' data personali lejn l-Istati Uniti u biex tirrapporta dwar dan sa tmiem l-2015;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt legali u l-implikazzjonijiet tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2015 fil-kawża Schrems (C-362/14) fir-rigward ta’ kwalunkwe ftehim ma’ pajjiżi terzi li jippermettu t-trasferiment ta’ data personali, bħall-Ftehim dwar il-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP) bejn l-UE u l-Istati Uniti, il-ftehimiet dwar reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR), il-ftehim komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti u strumenti oħra skont id-dritt tal-UE li jinvolvu l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali;

Sorveljanza Demokratika

20.

Filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ li l-parlamenti nazzjonali għandhom kompetenza sħiħa fis-sorveljanza ta' servizzi ta' intelligence nazzjonali, jistieden lill-parlamenti nazzjonali kollha li għadhom m'għamlux dan biex jevalwaw bir-reqqa u jinstallaw sorveljanza sinifikanti tal-attivitajiet ta' intelligence u biex jiżguraw li dawn il-kumitati/korpi ta' sorveljanza jkollhom biżżejjed riżorsi, kompetenza teknika u mezzi legali u aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha biex ikunu jistgħu b'mod effettiv u indipendenti jissorveljaw is-servizzi ta' intelligence u skambji ta' informazzjoni ma' servizzi ta' intelligence barranin oħra; jesprimi mill-ġdid l-impenn tiegħu li jikkoopera mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali biex jiżgura li mekkaniżmi effikaċi ta' sorveljanza jkunu fis-seħħ, inkluż permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u standards komuni;

21.

Bi ħsiebu jsegwi l-konferenza dwar is-Sorveljanza Demokratika ta' Servizzi ta' Intelligence fl-Unjoni Ewropea tat-28 u d-29 ta' Mejju 2015 u jissokta bl-isforzi tiegħu biex jiżgura l-qsim tal-aħjar prattiki dwar is-sorveljanza tal-intelligence, b'koordinazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali; jilqa' r-rimarki konkludenti konġunti tal-kopresidenti ta' din il-konferenza li ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jlaqqgħu konferenza ta' segwitu fi żmien sentejn;

22.

Iqis li l-għodod eżistenti ta' kooperazjoni fost il-korpi ta' sorveljanza, pereżempju n-Netwerk Ewropew tar-Reviżuri tal-Intelligence Nazzjonali (“European Network of National Intelligence Reviewers”) (ENNIR), għandhom jingħataw appoġġ u għandu jiżdied l-użu tagħhom, possibilment billi jsir użu mill-potenzjal tal-IPEX għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali, bi qbil mal-kamp ta' applikazzjoni u l-kapaċità teknika tiegħu;

23.

Itenni t-talba tiegħu għas-sospensjoni tal-Ftehim fuq il-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP);

24.

Jenfasizza li definizzjoni komuni ta' “sigurtà nazzjonali” hi meħtieġa għall-UE u l-Istati Membri tagħha biex tiġi żgurata ċertezza legali; jinnota li n-nuqqas ta' definizzjoni ċara jippermetti li jkun hemm arbitrarjetà u abbużi tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt mill-komunitajiet eżekuttivi u tal-intelligence fl-UE;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu dispożizzjonijiet ta' skadenza u ta' estensjoni fil-leġiżlazzjoni li jippermettu l-ġbir ta' data personali jew is-sorveljanza taċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet ta' skadenza u ta' estensjoni huma salvagwardji essenzjali biex jiġi żgurat li strument li jkun invażiv għall-privatezza jiġi skrutinizzat regolarment fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità tiegħu f'soċjetà demokratika;

Bini mill-ġdid tal-fiduċja

26.

Jenfasizza li relazzjoni b'saħħitha bejn l-UE u l-Istati Uniti tibqa' assolutament essenzjali għaż-żewġ sħab; jinnota li r-rivelazzjonijiet dwar is-sorveljanza affettwaw l-appoġġ pubbliku għal dik ir-relazzjoni u jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li dik il-fiduċja terġa' tinbena, b'mod partikolari fid-dawl tal-bżonn attwali urġenti għal kooperazzjoni dwar għadd kbir ta' kwistjonijiet ġeopolitiċi ta' tħassib komuni; jenfasizza f'dan il-kuntest li jeħtieġ li tinstab soluzzjoni nnegozjata bejn l-Istati Uniti u l-UE fit-totalità tagħha, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali;

27.

Jilqa' d-deċiżjonijiet leġiżlattivi u ġudizzjarji reċenti meħuda mill-Istati Uniti biex jillimitaw is-sorveljanza tal-massa mill-NSA, inkluża l-adozzjoni tal-“USA Freedom Act” fil-Kungress mingħajr ebda emenda bħala riżultat ta' kompromess bikamerali u bipartitiku, u s-sentenza tal-Qorti tal-Appell tat-Tieni Istanza (“Second Circuit Court of Appeals”) fil-programm tal-ġbir ta' rekords telefoniċi tal-NSA; jiddispjaċih, madankollu, li dawn id-deċiżjonijiet jiffukaw primarjament fuq persuni tal-Istati Uniti waqt li s-sitwazzjoni taċ-ċittadini tal-UE tibqa' l-istess;

28.

Iqis li kwalunkwe deċiżjoni biex tintuża teknoloġija ta' sorveljanza għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni approfondita tan-neċessità u l-proporzjonalità; jilqa' r-riżultati tal-proġett ta' riċerka SURVEILLE li joffri metodoloġija għal valutazzjoni ta' teknoloġiji ta' sorveljanza billi jitqiesu kunsiderazzjonijiet legali, etiċi u teknoloġiċi;

29.

Jenfasizza li l-UE għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' standards/prinċipji internazzjonali, fil-livell tan-NU, bi qbil mal-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, sabiex jinħoloq qafas globali għall-protezzjoni tad-data, inklużi limiti speċifiċi fir-rigward tal-ġbir għal skopijiet ta' sigurtà nazzjonali;

30.

Jinsab konvint li huwa biss jekk jiġu stabbiliti regoli kredibbli fil-livell globali li tista' tiġi evitata “tellieqa għall-armi ta' sorveljanza”;

Kumpaniji privati

31.

Jilqa' l-inizjattivi tas-settur privat tal-ICT biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet għas-sigurtà kriptografika u servizzi tal-Internet li jtejbu l-privatezza; iħeġġeġ l-iżvilupp kontinwu ta' parametri tal-applikazzjoni li jintużaw faċilment mill-utenti li jgħinu lill-konsumaturi jikkontrollaw liema informazzjoni jridu jaqsmu ma' min u b'liema mod; jinnota li bosta kumpaniji ħabbru wkoll pjanijiet biex jippermettu kriptaġġ “end-to-end” b'rispons għar-rivelazzjonijiet dwar is-sorveljanza tal-massa;

32.

Itenni li skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE l-Istati Membri m'għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi tat-trażmissjoni, ħżin tad-data u hosting biex jissorveljaw l-informazzjoni li jitrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali biex attivament ifittxu fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali; ifakkar b'mod partikolari li l-QtĠ-UE fis-Sentenzi tagħha C-360/10 u C-70/10 ċaħdet miżuri għas-“sorveljanza attiva” tal-utenti kważi kollha tas-servizzi konċernati (fornituri tal-aċċess għall-internet f'każ minnhom, netwerk soċjali fl-ieħor) u speċifikat li kwalunkwe inġunzjoni li tirrikjedi li l-fornitur tas-servizz tal-hosting iwettaq sorveljanza ġenerali tkun prekluża;

33.

Jilqa' l-pubblikazzjoni ta' rapporti ta' trasparenza mill-kumpaniji tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet dwar it-talbiet tal-gvern għal data tal-utenti; jistieden lill-Istati Membri biex jippubblikaw statistiċi dwar it-talbiet tagħhom lil kumpaniji privati għal informazzjoni privata tal-utenti;

Il-ftehim TFTP

34.

Huwa diżappuntat li l-Kummissjoni injorat it-talba ċara tal-Parlament għas-sospensjoni tal-Ftehim TFTP, peress li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ċara dwar jekk id-data SWIFT kinitx tkun aċċessata lilhinn mit-TFTP minn kwalunkwe korp ieħor tal-Gvern tal-Istati Uniti; biħsiebu jqis dan meta jkun qed jiddibatti jekk jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għal ftehimiet internazzjonali futuri;

Skambju ieħor ta' data personali ma' pajjiżi terzi

35.

Jenfasizza l-pożizzjoni tiegħu li l-ftehimiet, mekkaniżmi u deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza kollha għal skambji ma' pajjiżi terzi li jinvolvu d-data personali jeħtieġu monitoraġġ rigoruż u azzjoni ta' segwitu immedjata mill-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati;

36.

Jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Riga bejn l-UE u l-Istati Uniti tat-3 ta' Ġunju 2015 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transatlantika fil-qasam tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, li fiha l-firmatarji ħadu l-impenn li jtejbu l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assistenza Legali Reċiproka bejn l-Istati Uniti u l-UE (“US-EU Mutual Legal Assistance Agreement”) (MLAT), biex jikkonkludu r-rieżami tiegħu kif previst fil-Ftehim, u jmexxu workshops biex jiddiskutu l-kwistjonijiet ikkonċernati mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; jissottolinja li l-MLATs huma l-istrument li abbażi tagħhom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi; f'dan ir-rigward jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Gvern tal-Istati Uniti jaderixxu mal-impenji msemmija hawn fuq għall-konklużjoni rapida tar-rieżami tal-MLAT bejn l-Istati Uniti u l-UE;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament sa tmiem l-2015 dwar in-nuqqasijiet identifikati fid-diversi strumenti użati għat-trasferimenti internazzjonali tad-data fir-rigward tal-aċċess mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u tal-intelligence ta' pajjiżi terzi, u dwar il-mezzi biex dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-protezzjoni adegwata meħtieġa tad-data personali tal-UE trasferita lejn pajjiżi terzi;

Protezzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE/titjib tal-protezzjoni għall-informaturi u l-ġurnalisti

38.

Iqis li d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE għadhom jinsabu f'periklu, u li sar ftit wisq biex tiġi żgurata l-protezzjoni sħiħa tagħhom f'każ ta' sorveljanza elettronika tal-massa; jiddispjaċih dwar il-progress limitat biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-whistleblowers u l-ġurnalisti;

39.

Jiddeplora l-fatt li bosta programmi ta' intelligence tal-massa u fuq skala kbira jidhru motivati wkoll minn interessi ekonomiċi ta' kumpaniji li jiżviluppaw u joperaw dawn il-programmi, bħal fil-każ tat-tmiem tal-programm immirat tal-NSA “Thinthread” u s-sostituzzjoni tiegħu bi programm ta' sorveljanza fuq skala kbira, “Trailblazer”, li ġie esternalizzat lil SAIC fl-2001;

40.

Itenni t-tħassib serju tiegħu b'rabta mal-ħidma fi ħdan il-Kumitat tal-Konferenza dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tat-23 ta' Novembru 2001 (Konvenzjoni ta' Budapest) dwar l-aċċess transkonfinali għal data informatika maħżuna b'approvazzjoni jew fejn pubblikament disponibbli, u jopponi kwalunkwe konklużjoni ta' protokoll jew gwida addizzjonali maħsuba biex jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni lil hinn mir-reġim attwali stabbilit minn din il-Konvenzjoni, li diġà hija eċċezzjoni maġġuri għall-prinċipju ta' territorjalità għaliex dan jista' jwassal għal aċċess mill-bogħod mingħajr ebda xkiel mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f'servers u kompjuters li jinsabu f'ġurisdizzjonijiet oħra mingħajr rikors għal ftehimiet MLA u strumenti oħra ta' kooperazzjoni ġudizzjarja implimentati sabiex jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali tal-individwu, inkluża l-protezzjoni tad-data u l-proċess ġust; jissottolinja li l-UE eżerċitat il-kompetenza tagħha fil-qasam taċ-ċiberkriminalità u għaldaqstant għandhom jiġu rispettati il-prerogattivi kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Parlament;

41.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma weġbitx għat-talba tal-Parlament li twettaq eżami dwar programm ta' protezzjoni komprensiv Ewropew għall-whistleblowers, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa mhux iktar tard minn tmiem l-2016, komunikazzjoni dwar dan is-suġġett;

42.

Jilqa' r-Riżoluzzjoni adottata fit-23 ta' Ġunju 2015 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar “It-titjib tal-protezzjoni tal-informaturi”, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha dwar l-importanza tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta (“whistleblowing”) sabiex jiġi żgurat li l-limiti legali imposti fuq is-sorveljanza jiġu rispettati, u l-punt 10 tagħha li jistieden lill-UE tippromulga liġijiet ta' protezzjoni tal-informaturi li jkopru wkoll impjegati ta' servizzi ta' sigurtà nazzjonali jew ta' intelligence u impriżi privati li jaħdmu f'dan il-qasam, u li jingħata l-asil, sa fejn ikun possibbli skont il-liġi nazzjonali, lill-informaturi mhedda minn ritaljazzjoni fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, sakemm id-divulgazzjonijiet tagħhom ikunu jikkwalifikaw għall-protezzjoni skont il-prinċipji mħaddna mill-Assemblea;

43.

Jenfasizza li s-sorveljanza tal-massa timmina serjament il-privileġġ tal-kunfidenzjalità professjonali tal-professjonijiet regolati, inklużi t-tobba, il-ġurnalisti u l-avukati; jissottolinja b'mod partikolari d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li għandhom jiġu protetti kontra kull sorveljanza ta' komunikazzjonijiet kunfidenzjali mal-avukati tagħhom peress li dan ikun bi ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 47 u 48 tagħha, u d-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għal avukat; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet kunfidenzjali fil-professjonijiet li għandhom privileġġ professjonali legali sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tħejji linji gwida għall-Istati Membri dwar kif kull strument ta' ġbir ta' data personali għall-iskopijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati kriminali, inkluż terroriżmu, jinġiebu f'konformità mas-sentenzi tal-QtĠ-UE tat-8 ta' April 2014 dwar iż-żamma tad-data (il-kawżi C-293/12 u C-594/12) u tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Isfera ta’ Sikurezza (il-kawża C-362/14); jirrimarka b'mod partikolari għall-paragrafi 58 u 59 tas-sentenza dwar iż-żamma tad-data u għall-paragrafi 93 u 94 tas-sentenza dwar l-Isfera ta' Sikurezza, li jitlobu b'mod ċar approċċ immirat għall-ġbir tad-data, minflok ġbir ġeneralizzat (“full take”);

45.

Jenfasizza l-fatt li l-ġurisprudenza l-aktar reċenti, u b’mod partikolari s-sentenza tal-QtĠ-UE tat-8 ta’ April 2014 dwar iż-żamma tad-data, tistabbilixxi b’mod ċar bħala rekwiżit legali l-prova tan-neċessità u l-proporzjonalità għal kwalunkwe miżura li tinvolvi l-ġbir u l-użu ta’ data personali li potenzjalment tista’ tinterferixxi fid-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-data; jemmen li huwa ta’ dispjaċir li kunsiderazzjonijiet politiċi spiss jimminaw il-konformità ma’ dawn il-prinċipji ġuridiċi fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, bħala parti mill-aġenda tagħha ta’ Regolazzjoni Aħjar, li l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE tkun ta’ kwalità għolja, tkun konformi mal-istandards legali kollha u mal-ġurisprudenza, u tkun f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jirrakkomanda li l-valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri kollha ta’ infurzar tal-liġi u ta’ sigurtà li jinvolvu l-użu u l-ġbir ta’ data personali dejjem tkun tinkludi test ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità;

Strateġija Ewropea għal aktar indipendenza tal-IT

46.

Jinsab diżappuntat dwar in-nuqqas ta' azzjoni meħuda mill-Kummissjoni bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati magħmula fir-Riżoluzzjoni biex tiżdied s-sikurezza tal-IT u tal-privatezza onlajn fl-UE;

47.

Jilqa' l-passi magħmula s'issa biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-IT fil-Parlament, kif deskritt fil-pjan ta' azzjoni dwar is-Sikurezza ICT tal-PE maħruġ mid-DĠ ITEC; jitlob li jissoktaw dawn l-isforzi u li r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Riżoluzzjoni jiġu implimentati bis-sħiħ u mingħajr dewmien; jitlob li jkun hemm ideat ġodda u, jekk ikun meħtieġ, bidla leġiżlattiva fil-qasam tal-akkwist pubbliku sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-IT tal-Istituzzjonijiet tal-UE; jitlob li jkun hemm sostituzzjoni sistematika ta' software proprjetarju b'wieħed open-source verifikabbli fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE, u biex jiġu introdotti kriterji obbligatorji ta' selezzjoni tal-“open-source” fil-proċeduri kollha ta' akkwist pubbliku tal-ICT u għad-disponibilità effiċjenti tal-għodda ta' kriptaġġ;

48.

Itenni bis-saħħa t-talba tiegħu biex, fi ħdan il-qafas ta' inizjattivi ġodda bħas-Suq Uniku Diġitali, tiġi żviluppata Strateġija Ewropea għal aktar indipendenza tal-IT u privatezza onlajn li jagħtu spinta lill-industrija tal-IT fl-UE;

49.

Biħsiebu jressaq rakkomandazzjonijiet ulterjuri f'dan il-qasam wara l-konferenza tiegħu “Nipproteġu l-privatezza onlajn permezz ta' tisħiħ fis-sikurezza tal-IT u tal-awtonomija tal-IT fl-UE”, skedata għal tmiem l-2015 li se tibni fuq ir-riżultati tal-istudju STOA reċenti dwar is-sorveljanza tal-massa tal-utenti tal-IT;

Governanza tal-internet demokratika u newtrali

50.

Jilqa' l-għan tal-Kummissjoni li tagħmel mezz li l-UE tkun punt ta' riferiment f'dak li għandu x'jaqsam mal-governanza tal-internet kif ukoll il-viżjoni tagħha ta' mudell b'diversi partijiet interessati għall-governanza tal-internet, li ġiet imtennija matul il-Laqgħa Globali tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Ġejjieni tal-Governanza tal-Internet (NETMundial) li saret fil-Brażil f'April 2014; jistenna b'ħerqa r-riżultat tal-ħidma internazzjonali li għadha qed issir f'dan il-qasam, inkluż fil-kuntest tal-Forum dwar il-Governanza tal-Internet;

51.

Iwissi dwar id-deterjorament ovvju tad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali meta kull biċċa informazzjoni dwar il-komportament uman titqies bħala ta' użu potenzjali fil-ġlieda kontra atti kriminali futuri, u dan neċessarjament jirriżulta f'kultura ta' sorveljanza tal-massa fejn kull ċittadin huwa trattat bħala suspettat potenzjali, u jwassal biex jiddgħajfu l-koerenza soċjetali u l-fiduċja;

52.

Biħsiebu jqis ir-riżultati tar-riċerka profonda tal-Aġenzija tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tas-sorveljanza, u b'mod partikolari dwar is-sitwazzjoni ġuridika attwali ta' individwi fir-rigward tar-rimedji li hemm għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-prattiki kkonċernati;

Segwitu

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex jibqa' jimmonitorja l-iżviluppi f'dan il-qasam u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Riżoluzzjoni;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2014)0230.

(2)  PE546.737v 01-00


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/59


P8_TA(2015)0389

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol (2015/2820(RSP))

(2017/C 355/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2015 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol (COM(2015)0462),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (COM(2014)0902),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) tad-9 ta’ Marzu 2015 bit-titolu “L-istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi għall-2015: Gwida politika dwar politiki soċjali u dawk dwar l-impjiegi (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (3),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni”,

wara li kkunsidra l-Istudju tal-European Social Policy Network (ESPN) intitolat “Integrated support for the long-term unemployed: a study of national policies – 2015)”,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kunsill dwar l-integrazzjoni ta’ persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol (O-000121/2015 – B8-1102/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, b’riżultat tal-kriżi ekonomika u l-konsegwenzi tagħha, il-qgħad fit-tul irdoppja mill-2007 ’l hawn u jkopri nofs il-qgħad totali, jew ’il fuq minn 12-il miljun ruħ, li jirrappreżenta 5 % tal-popolazzjoni attiva tal-UE; billi fl-2014 aktar minn 60 % tal-persuni qiegħda fit-tul kienu mingħajr xogħol għal mill-anqas sentejn konsekuttivi;

B.

billi r-rata tal-qgħad fit-tul hija ferm differenti fost l-Istati Membri, u tvarja minn 1,5 % fl-Awstrija għal 19,5 % fil-Greċja; billi l-Istati Membri bl-ogħla rati ta’ qgħad fit-tul huma l-Italja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Kroazja, Spanja u l-Greċja; billi jeħtieġ li l-irkupru ekonomiku jżid ir-ritmu, peress li bħalissa mhuwiex qed jagħti biżżejjed spinta biex jonqsu b’mod sinifikanti r-rati għolja tal-qgħad strutturali;

C.

billi n-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta' proporzjon kbir tal-persuni qiegħda fit-tul u n-nuqqasijiet metodoloġiċi relatati mal-ġbir tad-data jfissru li l-istatistiċi uffiċjali jissottovalutaw is-sitwazzjoni;

D.

billi l-qgħad fit-tul spiss iwassal għall-faqar, l-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali u jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġjata fis-suq tax-xogħol;

E.

billi l-qgħad fit-tul progressivament ibiegħed lill-persuni mis-suq tax-xogħol minħabba t-tnaqqis tal-ħiliet u tan-netwerks professjonali u t-telf ta’ ritmu tax-xogħol, u jista' jwassal għal spiral ta’ rtirar mis-soċjetà, tensjonijiet domestiċi u sentimenti ta’ aljenazzjoni; billi kull sena wieħed minn kull ħames persuni qiegħda fit-tul jaqtgħu qalbhom u jsiru inattivi bħala riżultat tal-isforzi ta’ tfittxija ta’ impjieg li ma jkunux irnexxew;

F.

billi l-konsegwenzi tal-qgħad fit-tul huma partikolarment gravi f'familji mingħajr xogħol u sikwit iwasslu għal riżultati edukattivi baxxi, qtugħ mid-“dinja tax-xogħol”, iktar problemi mentali u tas-saħħa, l-esklużjoni soċjali u, fl-agħar każijiet, il-faqar li jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra;

G.

billi l-perjodi ta’ qgħad fit-tul ħafna drabi jkollhom konsegwenzi negattivi fit-tul għall-prospetti ta’ impjieg, il-progress fil-karriera, il-profili tal-pagi u l-pensjonijiet (“scarring effect”);

H.

billi l-qgħad fit-tul għandu spejjeż enormi għas-soċjetà minħabba l-ħela tal-ħiliet u ż-żieda fl-ispiża soċjali, minbarra l-prezz mhux monetarju kkawżat mill-fatt li persuni jitilfu l-fiduċja fihom infushom u ma jilħqux il-potenzjal personali tagħhom, u t-telf tal-koeżjoni soċjali;

I.

billi l-livelli għoljin kontinwi tal-qgħad fit-tul qed jipperikolaw il-kisba tal-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020, jiġifieri li 75 % ta’ dawk bejn l-20 u l-64 sena jkunu impjegati, u li jkun hawn tal-anqas 20 miljun ruħ inqas li jgħixu fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali;

J.

billi ż-żamma tal-kompetenzi fl-eventwalità tat-telf tal-impjieg, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid li jantiċipaw il-ħtiġijiet ta' ħiliet fil-ġejjieni, huma element importanti biex jiġi evitat u rimedjat il-qgħad fit-tul;

K.

billi din ir-rakkomandazzjoni għandha xebh mal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; billi għandhom jittieħdu lezzjonijiet mill-ewwel esperjenzi bl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

1.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li, kieku l-proposta ġiet rilaxxata aktar kmieni u ntlaħaq qbil fil-Kunsill, setgħet ġiet evitata parti mill-qgħad fit-tul osservat illum; jesprimi tħassib dwar il-fatt li rakkomandazzjoni tal-Kunsill tista’ ma tkunx biżżejjed biex tirrimedja b'ħeffa s-sitwazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiksbu riżultati konkreti;

2.

Jappoġġja t-tliet komponenti ewlenin tal-proposta: (i) żieda b’mod ambizzjuż fir-reġistrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul permezz ta’ servizz tal-impjiegi bl-objettiv ta’ kopertura sħiħa; (ii) valutazzjoni tal-potenzjal, il-ħtiġijiet u l-preferenzi ta’ impjieg individwali tal-persuni qiegħda fit-tul qabel ma jilħqu t-18-il xahar qiegħda; u (iii) offerta ta’ “ftehim dwar l-integrazzjoni professjonali” li jkun imfassal apposta, ibbilanċjat u komprensibbli bejn il-persuni qiegħda fit-tul u s-servizzi involuti, mhux aktar minn meta l-persuna kkonċernata tilħaq 18-il xahar ta’ impjieg; jenfasizza, madankollu, li valutazzjoni individwali għandha ssir qabel ma l-persuna tilħaq it-12-il xahar ta’ qgħad, sabiex jiġi żgurat li l-ftehim dwar l-integrazzjoni professjonali jkun jista' jsir qabel ma dawn jilħqu t-18-il xahar ta’ qgħad; jinsisti li, fejn applikabbli, l-approċċ fi tliet stadji għandu jintegra lill-atturi mhux statali, bħall-NGOs soċjali li jaħdmu mal-persuni qiegħda fit-tul, fil-proċess kollu;

3.

Jenfasizza l-ħtieġa li jintlaħqu dawk kollha qiegħda fit-tul, inklużi dawk li mhumiex reġistrati, u mhux biss lill-persuni li jkunu qiegħda għal 18-il xahar jew aktar; iqis li huwa ta’ importanza fundamentali li l-politiki tal-Istati Membri mmirati lejn il-qgħad fuq perjodu qasir (< 12-il xahar) u lejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ (inkluża l-Garanzija għaż-Żgħażagħ) ikunu perfettament konformi mal-politiki bl-objettiv li jindirizzaw il-qgħad fit-tul;

4.

Japprova l-appell għal kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet kollha involuti fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni qiegħda fit-tul (inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fejn applikabbli), kif ukoll il-koordinazzjoni effettiva tagħhom, u sabiex jiġu stabbiliti punti uniċi ta' servizz fejn il-persuna qiegħda jkollha amministratur tal-każ professjonali wieħed (“punt ta’ kuntatt uniku”), u fejn dan l-isforz ta’ integrazzjoni mill-ġdid ma jiġix imfixkel f’każ ta’ bidla fir-reġim ta’ benefiċċju għall-persuna qiegħda;

5.

Jenfasizza l-bżonn ta’ approċċ individwali biex jiġu vvalutati l-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tal-persuni qiegħda fit-tul rigward l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol – approċċ li għandu jirrispetta d-drittijiet eżistenti tagħhom u li jqis is-sitwazzjoni personali usa’ tagħhom u kwalunkwe ħtieġa relatata oħra; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm biżżejjed persunal bi kwalifiki suffiċjenti u għoljin u li jkunu kapaċi joffru approċċ individwali lill-persuni qiegħda fit-tul, li jiffurmaw grupp eteroġenju;

6.

Jinnota r-rakkomandazzjoni li jiġi introdott “ftehim dwar l-integrazzjoni professjonali” komprensibbli u bil-miktub li jispjega d-drittijiet u r-responsabilitajiet rispettivi kemm tal-persuna qiegħda kif ukoll tal-awtoritajiet kif rappreżentati mill-amministratur tal-każ, u b’hekk jistabbilixxi aspettattivi ċari għall-partijiet kollha involuti, ikun ġust mal-persuna qiegħda u jirrispetta l-kwalifiki personali u d-drittijiet ta’ ħaddiem tagħha; iħeġġeġ li dan il-ftehim jiġi aġġornat regolarment;

7.

Iqis li huwa kruċjali li kwalunkwe programm li jintegra mill-ġdid lill-persuni qiegħda fit-tul ikun immirat lejn il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jitfassal f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali; jistieden lill-Istati Membri jimmotivaw lil dawk li jimpjegaw il-ħaddiema, anke fl-ispirtu ta’ responsabilità soċjali korporattiva, biex jimpenjaw ruħhom b’mod attiv billi joffru opportunitajiet tax-xogħol lill-persuni qiegħda fit-tul, u, fejn meħtieġ, biex jaħtru konsulenti biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni mill-ġdid bla xkiel ta’ persuni qiegħda fit-tul fil-post tax-xogħol; jitlob lis-servizzi tal-impjiegi tal-Istati Membri jgħinu lill-SMEs fl-iffaċilitar ta' tali konsulenza; ifakkar li l-persuni qiegħda fit-tul għandhom bżonn mhux biss ta’ impjiegi iżda wkoll ta’ konsulenza komprensiva u t-tħejjija għal riintegrazzjoni b’suċċess fis-suq tax-xogħol;

8.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jissupplimentaw il-finanzjament tal-UE – b’mod partikolari permezz tal-Fond Soċjali Ewropew – tal-politiki nazzjonali tagħhom biex jindirizzaw il-qgħad fit-tul permezz ta’ finanzjament nazzjonali adegwat ta’ ammont simili; jenfasizza li l-limitazzjonijiet baġitarji ffaċċjati minn xi Stati Membri (speċjalment dawk li għaddejjin minn Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku) jeħtieġ li ma jostakolawx l-implimentazzjoni rapida tar-rakkomandazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora għażliet għal aċċess rapidu għall-finanzjament tal-UE u timmobilizza riżorsi addizzjonali fejn possibbli, kif sar fil-każ tal-Inizjattiva tal-Impjiegi taż-Żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa, f’għadd ta’ Stati Membri, li jiġu allokati fondi adegwati għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tas-servizzi tal-impjiegi;

9.

Jitlob, b'mod partikolari, li jsir titjib fil-kapaċitajiet finanzjarji u amministrattivi tas-servizzi ta' akkwist pubbliku biex ikun żgurat li jistgħu jiżvolġu rwol fundamentali fl-implimentazzjoni ta' din il-proposta;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jivvalutaw kif jistgħu jagħtu appoġġ għal programmi speċifiċi ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll l-iżvilupp tan-negozju u pjanijiet ta’ investiment li ħolqu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għall-persuni qiegħda fit-tul;

11.

Jenfasizza li għal implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjoni huwa kruċjali li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u, fil-livell nazzjonali, bejn is-sħab soċjali (settorjali), l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni qiegħda, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-servizzi pubbliċi u privati tal-impjieg, il-fornituri ta’ servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa, u l-istituti lokali u reġjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif inhuwa wkoll l-involviment attiv ta’ dawk li jimpjegaw il-ħaddiema sabiex jifhmu aħjar ir-rekwiżiti u l-ħtiġijiet tan-negozju;

12.

Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri li tinsisti fuq miżuri speċifiċi biex il-persuni qiegħda fit-tul jitħarsu mill-esklużjoni soċjali u biex jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, bir-rispett dovut tat-Trattati;

13.

Jistieden lill-Istati Membri jqisu d-differenzi reġjonali, inklużi d-differenzi bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, meta jkunu qed ifasslu l-approċċ nazzjonali tagħhom biex jindirizzaw il-qgħad fit-tul;

14.

Jilqa’ s-suġġeriment tal-Kummissjoni li tiġi stabbilita, permezz tas-Semestru Ewropew u l-Kumitat għall-Impjiegi, sorveljanza multilaterali tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni; jinsisti li din is-sorveljanza jeħtieġ li ssir bir-reqqa u, jekk ikun meħtieġ, tkun segwita b’istruzzjonijiet fir-rakkomandazzjonijiet tal-Istati Membri speċifiċi għall-pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita proċessi ta’ tagħlim reċiproċi li jlaqqgħu flimkien lil dawk l-Istati Membri b’rati għolja ta’ qgħad fit-tul u dawk li kellhom suċċess fir-riintegrazzjoni rapida tal-persuni qiegħda (fit-tul) fis-swieq tax-xogħol tagħhom;

15.

Jistieden lill-ministri tal-impjieg u l-affarijiet soċjali jqisu l-kontribut tal-Parlament qabel ma jilħqu ftehim dwar ir-rakkomandazzjoni;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0068.

(2)  Dokument tal-Kunsill 6147/15.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0261.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/63


P8_TA(2015)0390

L-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS) fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar l-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS), komunement magħrufa bħala inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (2014/2243(INI))

(2017/C 355/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2014 intitolata “Era ġdida għall-avjazzjoni – Il-ftuħ tas-suq tal-avjazzjoni għall-użu ċivili ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod b'mod sikur u sostenibbli” (COM(2014)0207),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4(2)(g) u 16 u Titolu VI tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari tal-Artikoli 7 u 8 tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni lill-Parlament u lill-Kunsill intitolata “Era ġdida għall-avjazzjoni – Il-ftuħ tas-suq tal-avjazzjoni għall-użu ċivili ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod b'mod sikur u sostenibbli”,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta' Tmexxija Ewropew tal-RPAS intitolat “Roadmap for the integration of civil Remotely-Piloted Aircraft Systems into the European Aviation System” (Pjan direzzjonali għall-integrazzjoni ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod fis-Sistema Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Riga dwar l-inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (drones) intitolata “Framing the future of aviation” (Tfassil tal-futur tal-avjazzjoni),

wara li kkunsidra r-rapport tal-House of Lords intitolat “Civilian Use of Drones in the EU” (L-Użu Ċivili ta' Drones fir-Renju Unit),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) intitolata “Concept of Operations for Drones – A risk based approach to regulation of unmanned aircraft” (Il-kunċett ta’ operazzjonijiet għad-drones – approċċ ibbażat fuq ir-riskju għar-regolazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ)”.

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Chicago tas-7 ta' Diċembru 1944,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0261/2015),

A.

billi mudelli tal-inġenji tal-ajru żgħar, ikkontrollati bir-radju, ilhom jittajru minn dilettanti għal bosta għexieren ta' snin; billi f'dawn l-aħħar 15-il sena kien hemm tkabbir rapidu fl-użu tal-RPAS, magħrufa aħjar bħala UAVs jew drones; billi b'mod partikolari l-RPAS żgħar, iddisinnjati kemm għal skopijiet ta' delizzju kif ukoll ta' rikreazzjoni saru dejjem aktar popolari;

B.

billi t-teknoloġija żviluppata primarjament għal skopijiet militari issa qed tiġi applikata b'mod kummerċjali, u dan qed iwessa' l-limiti leġiżlattivi; billi llum l-RPAS użati f’kuntest professjonali jipprovdu wkoll benefiċċji sinifikanti għal użi ċivili differenti, li l-valur miżjud tagħhom jiżdied mad-distanza bejn l-inġenju tal-ajru u l-pilota mill-bogħod (operazzjoni BVLOS (lil hinn mil-linja tal-vista)); billi l-applikazzjonijiet RPAS, li huma varjati ħafna u li jistgħu jiġu estiżi għal ħafna aktar oqsma fil-ġejjieni, jistgħu jintużaw, pereżempju, għal spezzjonijiet tas-sikurezza u l-monitoraġġ tal-infrastruttura (linji tal-ferrovija, digi, u faċilitajiet tal-enerġija), għall-valutazzjoni ta’ diżastri naturali, għal operazzjonijiet tal-biedja bi preċiżjoni (ambjentalment responsabbli) u l-produzzjoni tal-midja, termografija tal-ajru, jew il-konsenja ta’ pakketti f’reġjuni iżolati; billi l-iżvilup rapidu ta’ applikazzjonijiet ġodda jista’ jiġi previst fil-futur qrib, li jiddimostra n-natura innovattiva u dinamika tal-industrija tal-RPAS;

C.

billi t-tekonoloġija tal-RPAS tista' tieħu post intervent uman dirett f’ċirkostanzi perikolużi;

D.

billi hemm żewġ tipi ta' applikazzjonijiet tal-RPAS, applikazzjonijiet tal-RPAS professjonali u applikazzjonijiet tal-RPAS rikreattivi; billi dawn iż-żewġ kategoriji, li huma intrinsikament differenti minn xulxin, għandhom jiġu regolati minn rekwiżiti differenti fi ħdan l-istess qafas regolatorju tal-UE;

E.

billi l-leġiżlazzjoni tal-UE attwali tistipula li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) hija, fil-prinċipju, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għall-RPAS b'piż massimu fit-tluq ta' iżjed minn 150 kg; billi l-RPAS ta' 150 kg jew inqas jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru;

F.

billi r-regolamenti tal-RPAS jeżistu jew qed jiġu żviluppati fl-Awstrija, id-Danimarka, Franza (1), il-Ġermanja, l-Italja, l-Irlanda, Spanja u r-Renju Unit (2); billi hemm skejjel tat-titjir approvati fid-Danimarka, fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi, u aktar minn 500 pilota tal-RPAS liċenzjati fil-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit li diġà qed joperaw;

G.

billi r-regoli kollha tal-RPAS fis-seħħ fl-Ewropa huma mfassla biex jivvalutaw ir-riskju tal-operazzjoni; billi tali regoli tal-RPAS huma “ċentrati fuq l-operatur” u mhumiex “ċentrati fuq l-inġenju tal-ajru” kif isir fl-avjazzjoni bl-ekwipaġġ; billi r-riskju jiddependi mhux biss fuq it-tip ta' magna u l-karatteristiċi tagħha (il-piż, il-veloċità, eċċ.), iżda wkoll fuq fatturi addizzjonali, bħaż-żona fejn issir it-titjira, l-altitudini, l-għarfien espert tal-operatur u t-tip partikolari ta' operazzjoni u l-abilità tal-operatur li jirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti;

H.

billi l-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku f'din l-industrija, mill-manifattur sal-utent aħħari huwa enormi, kemm għall-intrapriżi l-kbar u għall-katina tal-provvista magħmula minn eluf ta' SMEs kif ukoll minn negozji innovattivi li għadhom jibdew; billi huwa essenzjali li jinżammu standards ta’ livell mondjali ta’ manifattura u ta’ operazzjonijiet filwaqt li ssir promozzjoni ta’ pożizzjoni fuq quddiem tal-Ewropa f’din l-industrija;

I.

billi b'rikonoxximent tal-iżvilupp rapidu ta' dan is-suq, l-RPAS ġustament qed jiġu inkorporati fi programmi eżistenti tal-avjazzjoni, bħal pereżempju l-Impriża Konġunta għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) u Orizzont 2020; billi l-industrija diġà investiet riżorsi finanzjarji sinifikanti u tkun imħeġġa tirdoppja l-investiment tagħha kieku l-SMEs, li jiffurmaw il-maġġorparti tagħha, kienu kapaċi jiksbu finanzjament aktar faċilment; billi finanzjament addizzjonali għal aktar riċerka u żvilupp se jkun kruċjali biex din l-industrija ġdida tiġi appoġġjata u għall-integrazzjoni sikura tal-RPAS fl-ispazju tal-ajru;

J.

billi anke f'dan l-istadju bikri l-Istati Membri, l-industrija u l-Kummissjoni lkoll irrikonoxxew il-potenzjal ta' dan is-suq u huma ħerqana li jenfasizzaw li kwalunkwe qafas ta' politika għandu jippermetti lill-industrija Ewropea tikber sabiex tkun tista' tikkompeti globalment;

K.

billi s-suq emerġenti joffri opportunitajiet sinifikanti għall-investiment, l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ impjiegi matul il-katina ta’ provvista, u għall-benefiċċju tas-soċjetà, filwaqt li jirrikonoxxi fl-istess ħin li l-interess pubbliku jeħtieġ li jiġi ssalvagwardat, inkluż b’mod partikolari il-kwistjonijiet relatati mal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabilità li wieħed iwieġeb għal għemilu u r-responsabilità ċivili;

L.

billi, minkejja l-potenzjal ekonomiku tal-RPAS, l-iżvilupp tal-RPAS se jkun wieħed mill-isfidi l-aktar importanti tal-ġejjieni fir-rigward tas-sikurezza tal-industrija tal-avjazzjoni u sikurezza u s-sigurtà tal-persuni u l-kumpaniji;

M.

billi l-UE għandha, malajr kemm jista’ jkun, tipproduċi qafas leġiżlattiv purament għall-użu ċivili tal-RPAS;

N.

billi minn naħa waħda jeħtieġ li l-qafas leġiżlattiv Ewropew jippermetti lill-industrija tkompli tagħmel innovazzjonijiet u tkompli tiżviluppa taħt kundizzjonijiet ottimi u, min-naħa l-oħra, jagħti lill-pubbliku l-assikurazzjoni li d-data rigward il-ħajja u l-proprjetà kif ukoll id-data personali u l-privatezza, jiġu protetti b’mod effettiv;

Id-dimensjoni internazzjonali

1.

Jinnota li l-Istati Uniti huma meqjusa minn ħafna bħala s-suq ewlieni għall-użu tal-RPAS, għalkemm għal operazzjonijiet militari; jenfasizza, madankollu, li l-Ewropa hija minn ta’ quddiem fis-settur ċivili b’2 500 operatur (400 fir-Renju Unit, 300 fil-Ġermanja, 1 500 fi Franza, 250 fl-Iżvezja, eċċ.) meta mqabbel ma’ 2 342 operatur fil-bqija tad-dinja, u għandha tagħmel ħilitha kollha biex tagħti spinta lill-pożizzjoni b’saħħitha tagħha;

2.

Jinnota li l-Ġappun għandu għadd kbir ta' operaturi tal-RPAS u żewġ deċennji esperjenza, l-aktar f'operazzjonijiet ta' preċiżjoni tal-RPAS fil-qasam tal-biedja, bħall-bexx tal-uċuħ tar-raba'; ifakkar li dan kien l-ewwel pajjiż li ppermetta li t-teknoloġija tal-RPAS tintuża f'attivitajiet tal-biedja matul nofs is-snin disgħin u n-numru ta' operaturi mmultiplikaw fi ftit snin;

3.

Jinnota li l-Iżrael għandu industrija tal-manifattura attiva ħafna, iżda b'konċentrazzjoni diretta fuq l-RPAS militari; jenfasizza l-fatt li s-servizz ta' navigazzjoni tal-ajru ċivili-militari integrat issa jagħmilha aktar faċli li l-RPAS jiġu integrati fl-ispazju tal-ajru Iżraeljan;

4.

Jinnota li l-Awstralja, iċ-Ċina (fejn jiġu manifatturati bosta mill-RPAS żgħar ħafna) u l-Afrika t'Isfel huma fost il-50 pajjiż ieħor li attwalment qed jiżviluppaw RPAS;

5.

Jenfasizza li d-dimensjoni globali tal-RPAS għandha tiġi rikonoxxuta u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu kont sħiħ ta' dan;

Is-sitwazzjoni attwali fl-Istati Membri tal-UE

6.

Jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom xi attivitajiet tal-RPAS, fil-manifattura u/jew attivitajiet operazzjonali;

7.

Jenfasizza l-fatt li sakemm ma tingħatax eżenzjoni, l-attivitajiet operazzjonali huma legali biss jekk ikun hemm leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ; ifakkar li din hija bbażata fuq ir-regola tal-ICAO li l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ għandhom jiksbu awtorizzazzjoni speċifika (3);

8.

Jinnota li minħabba li m’hemmx regoli armonizzati fil-livell tal-UE, l-iżvilupp ta’ suq tad-drones Ewropew jista’ jixxekkel, peress li l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali mhumiex ġeneralment rikonoxxuti reċiprokament fost l-Istati Membri;

Kwistjonijiet ewlenin

9.

Jikkunsidra li s-settur tal-RPAS jitlob b'mod urġenti regoli Ewropej u globali sabiex jiġi żgurat żvilupp transkonfinali tal-RPAS; iqis li hemm bżonn ta’ qafas legali Ewropew ċar sabiex ikun żgurat investiment u żvilupp ta’ settur tal-RPAS Ewropew kompetittiv; jissottolinja l-fatt li jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-pront, hemm riskju li l-potenzjal ekonomiku u l-effetti pożittivi tal-RPAS ma jiġux realizzati bis-sħiħ;

10.

Ifakkar fl-importanza ekonomika ta’ dan is-settur, u jenfasizza l-ħtieġa ta' politiki xierqa biex tiġi protetta l-privatezza u jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u s-sikurezza, li huma proporzjonati għall-għan tagħhom mingħajr ma fl-istess ħin jiġi impost piż żejjed fuq l-SMEs;

11.

Jemmen li qafas Ewropew, jekk ikun ċar, effettiv, affidabbli, u li jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien, jista’ jgħin id-diskussjonijiet dwar tfassil ta’ regoli globali għall-użu ta’ drones;

12.

Iqis li l-leġiżlazzjoni futura ta’ dan it-tip jeħtieġ li tistabbilixxi distinzjoni ċara bejn l-użu professjonali u dak rikreattiv ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

13.

Jissottolinja l-fatt li s-sikurezza u s-sigurtà huma importanti ħafna għal kwalunkwe operazzjoni u regola tal-RPAS u li dawn għandhom ikunu proporzjonati mar-riskji; iqis li l-qafas regolatorju Ewropew tal-ġejjieni għandu jiġi adattat għar-riskji speċifiċi assoċjati ma’ titjiriet BVLOS mingħajr, madankollu, ma jservi ta’ deterrent għal titjiriet bħal dawn;

14.

Jenfasizza l-fatt li s-suġġett tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza huwa essenzjali sabiex jiġi promoss appoġġ pubbliku wiesa’ għall-użu tal-RPAS ċivili, u għalhekk huwa wkoll kruċjali sabiex jiġu ffaċilitati t-tkabbir u l-integrazzjoni sikura tal-RPAS fl-avjazzjoni ċivili, filwaqt li tiġi rispettata strettament id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-protezzjoni tal-ħajja privata, stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (KDF), id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li, fl-iżvilupp ta’ kwalunkwe politika tal-UE dwar l-RPAS, il-garanziji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data jkunu inkorporati f’konformità mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-iżvilupp ta’ standards dwar il-kunċetti ta’ privatezza bid-disinn u privatezza b’mod awtomatiku;

15.

Jaqbel ma' u jappoġġja bis-sħiħ il-ħames prinċipji essenzjali għall-iżvilupp futur tal-RPAS stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Riga:

l-RPAS jeħtieġ li jiġu trattati bħala tipi ġodda ta' inġenji tal-ajru b'regoli proporzjonati bbażati fuq ir-riskju ta' kull operazzjoni;

jeħtieġ li jiġu żviluppati regoli tal-UE għall-forniment sikur ta' servizzi tal-RPAS biex l-industrija tkun tista' tinvesti;

jeħtieġ li jiġu żviluppati t-teknoloġija u l-istandards għal integrazzjoni sħiħa tal-RPAS fl-ispazju tal-ajru Ewropew;

l-aċċettazzjoni mill-pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir tas-servizzi tal-RPAS;

l-operatur ta' RPAS huwa responsabbli għall-użu tas-sistema;

16.

Jenfasizza li f'perjodu qasir, mill-perspettiva tal-ATM, proċeduri operazzjonali huma diġà fis-seħħ biex jippermettu lill-RPAS itiru 'l barra miż-żoni speċifiċi u ristretti; ifakkar li bosta RPAS ċivili u militari jittajru bl-użu ta' kurituri dedikati permezz taż-żieda fil-kriterji ta' separazzjoni standard normalment użati għall-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ;

17.

Jenfasizza l-importanza ta’ titjiriet “barra mill-vista” (“out-of-sight” flights) għall-iżvilupp tas-settur; iqis li l-leġiżlazzjoni Ewropea għandha tiffavorixxi dan il-modus operandi;

18.

Jirrikonoxxi li l-impatt tal-RPAS fuq it-traffiku bl-ekwipaġġ huwa limitat minħabba l-proporzjon żgħir tal-RPAS meta mqabbel mal-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; jinnota, madankollu, li l-pressonijiet tal-ATM jistgħu jiżdiedu minħabba t-tkabbir tal-RPAS għall-isport jew għar-rikreazzjoni, li ntlaqa’ tajjeb, u li jista’ f’ċerti ċirkostanzi jkun ta’ theddida għas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru, u jitlob li l-awtoritajiet rilevanti u r-regoli futuri tal-UE jieħdu kont ta' dan il-fattur sabiex jiġi żgurat standard effiċjenti kontinwu tal-ATM madwar l-Istati Membri;

19.

Jenfasizza l-fatt li fit-terminu twil, is-soluzzjonijiet tekniċi u regolatorji preferibbilment għandhom jippermettu lill-RPAS jużaw l-ispazju tal-ajru flimkien ma' utenti oħra tal-spazju tal-ajru mingħajr ma jimponu rekwiżiti ta' tagħmir ġodda fuq dawn tal-aħħar; jinnota li hemm għadd kbir ta' RPAS żgħar li joperaw taħt il-500 pied, flimkien mal-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; jenfasizza li għalkemm il-Fornituri ta’ Servizz tan-Navigazzjoni bl-Ajru (l-ANSPs) ma jipprovdux servizzi tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) f'dawn l-altitudnijiet, dawn xorta għandhom responsabilità li jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għaż-żewġ tipi ta' inġenji tal-ajru biex jikkoeżistu fl-istess spazju tal-ajru; jinnota li l-EUROCONTROL qed jappoġġja stati biex joħolqu fehim komuni tal-kwistjonijiet involuti u biex jippromwovu l-armonizzazzjoni kemm jista' jkun;

20.

iqis li l-kwistjoni ta’ identifikazzjoni ta’ drones, ta’ kwalunkwe daqs, hija waħda kruċjali; jissottolija li għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jqisu l-użu rikreattiv jew kummerċjali tad-drones;

Soluzzjonijiet għall-futur

21.

Jemmen li għandu jiġi żviluppat qafas regolatorju Ewropew u globali ċar, armonizzat u proporzjonat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li jevita regolamenti sproporzjonati għan-negozji li jiskoraġġixxu l-investiment u l-innovazzjoni fl-industrija tal-RPAS, filwaqt li jħares b’mod adegwat liċ-ċittadini u joħloq impjiegi sostenibbli u innovattivi; iqis li valutazzjoni rigoruża tar-riskji għandha tkun ibbażata fuq “il-kunċett ta’ operazzjonijiet” stabbilit mill-EASA u għandha tqis il-karatteristiċi tal-RPAS (il-piż, l-ambitu tal-operazzjoni, il-veloċità) u n-natura tal-użu tagħhom (rikreattiv jew professjonali); jemmen li dan il-qafas għandu jkun parti minn perspettiva fit-tul, li tieħu kont tal-iżviluppi futuri possibbli u aspetti oħra ta’ dawn it-teknoloġiji;

22.

Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-limitu minimu ta’ 150 kg u li tissostitwih b’qafas regolatorju tal-UE koerenti u komprensiv li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, lill-korpi jew l-assoċjazzjonijiet kwalifikati jieħdu f’idejhom attivitajiet ta’ validazzjoni u ta’ sorveljanza; iqis li l-proporzjonalità tar-regoli għandha tiġi kkumplimentata bil-flessibilità neċessarja fil-proċessi u l-proċeduri;

23.

Iqis li l-iżvilupp tal-kompetenzi tal-EASA fil-qasam tal-RPAS għandu jiġi kkunsidrat fil-baġit tal-Aġenzija sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ twettaq il-missjonijiet li ġew assenjati lilha;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fl-iżvilupp ta' kwalunkwe politika tal-UE dwar l-RPAS jiġu integrati l-garanziji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data billi, bħala rekwiżit minimu, il-valutazzjonijiet tal-impatt kif ukoll il-privatezza jsiru obbligatorji fid-disinn u b’mod awtomatiku;

25.

Jinsab imħasseb dwar l-użi illegali u mhux sikuri tal-RPAS (jiġifieri, li l-RPAS jiġu trasformati minn għodda ċivili f’arma li tintuża għal skopijiet militari jew oħrajn, jew l-RPAS jintużaw biex jimblukkaw sistemi ta’ navigazzjoni jew ta’ komunikazzjoni); jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp tat-teknoloġija meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza, is-sigurtà u l-privatezza fl-operazzjoni tal-RPAS, inkluż permezz ta’ fondi ta’ Orizzont 2020 diretti primarjament lejn ir-riċerka u l-iżvilupp f’sistemi, teknoloġiji, eċċ. li jistgħu jintużaw biex isaħħu l-privatezza bid-disinn u b’mod awtomatiku, u tappoġġja l-iżvilupp ta’ teknoloġiji bħall-“identifikazzjoni u l-evitar” (“detect and avoid”), il-konfini ġeografiċi virtuali (geo-fencing), is-sistemi kontra l-imblukkar u anti-hijacking, kif ukoll il-privatezza bid-disinn u b’mod awtomatiku li jippermettu l-użu sikur tal-RPAS ċivili;

26.

Jinkoraġġixxi teknoloġiji innovattivi fil-qasam tal-RPAS li għandhom potenzjal enormi għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari l-impjiegi “ekoloġiċi”, minħabba li dan jinkludi professjonijiet minn spettru wiesa’; jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-esplorazzjoni tal-potenzjal kbir li jiġu involuti l-SMEs fir-rigward tas-servizzi kkonċernati bil-produzzjoni ta’ partijiet u materjali speċjalizzati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu organizzati u promossi ċentri għall-kwalifiki u t-taħriġ;

27.

Jikkunsidra li r-regoli fil-livell tal-UE u nazzjonali għandhom jindikaw b’mod ċar id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-RPAS fir-rigward tas-suq intern u l-kummerċ internazzjonali (il-produzzjoni, il-bejgħ, ix-xiri, il-kummerċ u l-użu tal-RPAS) u d-drittijiet fundamentali tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-data; jemmen ukoll li dawn ir-regoli għandhom jikkontribwixxu għall-infurzar korrett tal-protezzjoni tal-privatezza, tad-data u kwalunkwe liġi oħra relatata mar-riskji u r-responsabilitajiet differenti assoċjati ma’ titjir tal-RPAS, bħalma huma l-liġi kriminali, il-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tal-avjazzjoni u l-liġi tal-ambjent; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe persuna li topera RPAS għandha tkun konxja tar-regoli bażiċi applikabbli għall-użu tal-RPAS, u li dawk ir-regoli għandhom jiġu speċifikati f’avviż għax-xerrejja;

28.

Jikkunsidra li l-industrija, ir-regolaturi u l-operaturi kummerċjali għandhom jingħaqdu flimkien sabiex jiggarantixxu ċertezza legali biex jiffavorixxu l-investiment u biex tiġi evitata l-problema “tal-bajda u t-tiġieġa”', fejn l-industrija ssibha bi tqila tinvesti fl-iżvilupp ta' teknoloġiji meħtieġa mingħajr ma jkollha ċ-ċertezza dwar il-mod li bih se jiġu regolati, filwaqt li r-regolaturi jsibuha bi tqila jiżviluppaw standards qabel ma l-industrija tipproponi teknoloġiji għall-awtorizzazzjoni; jenfasizza li l-SMEs għandhom ikunu marbuta ma’ dan il-proċess ta’ standardizzazzjoni b’mod ġenwin;

29.

Iqis li “approċċ ibbażat fuq ir-riskju” f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Riga u l-kunċett ta’ operazzjonijiet kif żviluppati mill-EASA, huwa bażi solida biex tiġi żgurata l-operazzjoni sikura tal-RPAS, u li r-rekwiżiti regolatorji Ewropej jeħtieġ li jkunu bbażati fuq approċċi ta’ każ b’każ jew approċċ ibbażat fuq it-tip/il-klassi, skont kif xieraq, u li jiżgura livell għoli ta’ sikurezza u interoperabilità; iqis li sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-manifatturi u l-operaturi tal-RPAS, huwa essenzjali li r-rekwiżiti ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Ewropea għal Tagħmir tal-Avjazzjoni Ċivili (EUROCAE) jiġu validati mill-korp regolatorju rilevanti;

30.

Jikkunsidra li r-regoli futuri Ewropej u globali tal-RPAS għandhom jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma':

l-ajrunavigabiltà;

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;

l-użu kummerċjali u rikreattiv;

l-identità tad-drone u s-sid/l-operatur;

l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għall-piloti;

it-taħriġ u l-liċenzji tal-piloti;

l-operazzjonijiet;

ir-responsabilità u l-assigurazzjoni

il-protezzjoni tad-data u l-privatezza

il-“geofencing”;

iż-żoni ta’ projbizzjoni għat-titjir (ta’ esklużjoni);

31.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li meta jiġi provdut taħriġ għall-utenti professjonali u s-sidien tal-RPAS, dan jinkludi taħriġ speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u li l-utenti professjonali tal-RPAS jiġu soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri bil-għan li tiġi eliminata kwalunkwe restrizzjoni tas-suq;

32.

Jenfasizza li l-RPAS li jtiru lil hinn mil-linja tal-vista (BVLOS) għandhom ikunu mgħammra b'teknoloġija “identifika u evita” (“detect and avoid”) sabiex jiġu skoperti inġenji tal-ajru li jużaw l-istess spazju tal-ajru, li jiżgura li l-RPAS ma jpoġġux fir-riskju l-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ, u barra minn hekk, jittieħed kont taż-żoni b’densità qawwija ta’ popolazzjoni, żoni fejn it-titjir huwa pprojbit, bħall-ajruporti, impjanti tal-enerġija, impjanti nukleari u kimiċi, u infrastrutturi kritiċi oħra; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi għal baġits ta’ riċerka u żvilupp meħtieġa permezz tal-Impriża Konġunta SESAR;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-korpi u l-kumpaniji kkonċernati jagħtu spinta lill-programmi tagħhom ta’ riċerka u żvilupp; iqis li, meta jittieħed kont tal-effetti ekonomiċi indiretti mistennija minn dan is-settur, l-UE għandha tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji Ewropej, pereżempju permezz ta’ Orizzont 2020; jitlob li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ skoperta u qbid ta’ drones fil-programmi ta’ riċerka;

34.

Ifakkar li l-programm Ewropew GNSS EGNOS li żied is-sinjal tal-GPS ġie ċċertifikat għall-avjazzjoni ċivili fl-2011 u li Galileo fis-snin li ġejjin se jidħol fil-fażi ta’ esplojtazzjoni gradwalment; jemmen f’dan ir-rigward li sistema avvanzata ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif ukoll applikazzjonijiet għall-RPAS ibbażati fuq programmi GNSS Ewropej se jikkontribwixxu b’mod pożittiv għal operazzjoni sikura tal-RPAS;

35.

Jinnota li l-RPAS f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandhom ikunu mgħammra b’ċippa ta’ identità u jkunu rreġistrati biex jiġu żgurati t-traċċabilità, ir-responsabilità u l-implimentazzjoni xierqa ta’ regoli ta’ responsabilità ċivili;

36.

Jappoġġja l-kunċett ta’ operazzjonijiet għal drones żviluppati mill-EASA li jiddefinixxi tliet kategoriji differenti ta’ RPAS u r-regoli korrispondenti;

37.

Jinnota li l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni tal-RPAS huwa essenzjali għall-integrazzjoni sikura tal-RPAS u s-suċċess tagħhom fl-ispazju tal-ajru Ewropew;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm biżżejjed mezzi ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-RPAS;

39.

Jenfasizza li l-Awtoritajiet Konġunti għat-Tfassil tar-Regoli dwar Sistemi mingħajr Ekwipaġġ (JARUS) huwa korp ta' sħubija volontarja internazzjonali magħmul minn awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili minn 22 pajjiż tal-UE, pajjiżi mhux tal-UE u aġenziji/korpi regolatorji; ifakkar li JARUS huwa mmexxi minn rappreżentant tal-EASA, l-Aġenzija li se tittratta r-regolazzjoni futura tal-RPAS; ifakkar li l-għan ta’ JARUS huwa li jiżviluppa rekwiżiti tekniċi, ta' sigurtà u operattivi għaċ-ċertifikazzjoni u l-integrazzjoni sikura tal-RPAS kbar u żgħar fl-ispazju tal-ajru u fl-ajrudromi;

40.

Iqis li JARUS jista’ jiżgura li kwalunkwe regola futura tal-UE tkun ikkoordinata ma' arranġamenti internazzjonali f'pajjiżi oħra, permezz ta' proċess ta' rikonoxximent reċiproku;

41.

Iqis li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex jaqsmu data u l-aħjar prattiki, u jiżguraw konformità ma’ gwidi u regolamenti eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data, bħad-Direttiva 95/46/KE;

42.

Jenfasizza l-fatt li l-użu tal-RPAS mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u s-servizzi ta’ intelligence għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data, il-libertà ta’ moviment u l-libertà ta’ espressjoni, u li r-riskji potenzjali marbuta ma’ dan l-użu tal-RPAS, kemm rigward is-sorveljanza ta’ individwi u gruppi u kemm rigward il-monitoraġġ ta’ spazji pubbliċi bħalma huma l-fruntieri, jeħtieġ li jiġu indirizzati;

43.

Jemmen li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri għandhom jaqsmu l-gwidi speċifiċi eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data għall-RPAS kummerċjali, u jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data b'tali mod li din tindirizza bis-sħiħ it-tħassib tal-pubbliku dwar il-privatezza kif ukoll ma twassalx għal piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-operaturi tal-RPAS;

44.

Jirrakkomanda bil-qawwa li d-diskussjonijiet attwali bejn l-UE u dawk li jfasslu l-politika u r-regolaturi nazzjonali, l-industrija, l-SMEs u l-operazzjonijiet kummerċjali għandhom isiru aktar miftuħa, u li hemm bżonn li jinbeda dibattitu politiku bil-parteċipazzjoni ta’ ċittadini u partijiet interessati rilevanti oħra, bħalma huma NGOs (inklużi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet ċivili) u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, sabiex jiġu kkunsidrati u indirizzati l-preokkupazzjonijiet rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u r-responsabilitajiet u l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-atturi differenti fis-salvagwardja ta’ dawn id-drittijiet u tiġi protetta s-sigurtà taċ-ċittadini meta jintużaw l-RPAS;

45.

Huwa tal-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-pożizzjoni tiegħu qabel l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-pakkett tal-avjazzjoni tagħha, u b'hekk iwieġeb għat-talba tal-industrija għal gwida ċara;

46.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' qafas ġuridiku ċar ibbażat fuq kriterji rilevanti rigward l-użu ta’ kameras u sensuri, b’mod speċjali minn RPAS kummerċjali u privati, li se jiżgura l-protezzjoni effettiva tad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data kif ukoll biex tiġi salvagwardata s-sigurtà taċ-ċittadini, filwaqt li jitqies id-daqs tal-komponenti tal-RPAS li kulma jmur qed jiċkienu, li jwassal għal apparati aktar mobbli u li ma jistgħux jiġu skoperti;

47.

Jappella lill-Kumitati TRAN u LIBE jorganizzaw sessjoni ta’ smigħ konġunta b’rappreżentanti tal-industrija, l-organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ protezzjoni tal-privatezza, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kummissjoni u NGOs li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mekkaniżmu ta’ rappurtar regolari li jqis l-iżviluppi tekniċi kif ukoll l-iżviluppi tal-politika u l-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, u li jindirizza wkoll l-inċidenti tal-RPAS, u biex tippreżenta deskrizzjoni ġenerali u analiżi tal-approċċi regolatorji fil-livell tal-Istati Membri, sabiex tippermetti li jsir tqabbil u jiġu identifikati l-aħjar prattiki.

o

o o

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  http://www.developpement-durable.gouv.fr/Quelle-place-pour-les-drones-dans.html

(2)  http://www.caa.co.uk/default.aspx?catid=1995&pageid=16012

(3)  http://www.icao.int/Meetings/UAS/Documents/Circular%20328_en.pdf


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/71


P8_TA(2015)0391

Sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa (2014/2241(INI))

(2017/C 355/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu 'L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew' (COM(2010)0352),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali” (COM(2014)0086),

Wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Is-Sikurezza tas-Servizzi tal-Akkomodazzjoni Turistika” (COM(2014)0464),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE (“Better regulation for better results – An EU aġenda”) (COM(2015)0215),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar l-aċċessibilità tal-infrastruttura kulturali u tal-attivitajiet kulturali għall-persuni b’diżabilità (3),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 195 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0258/2015),

A.

billi l-miżuri meħuda fil-livell tal-UE taħt l-Artikolu 195 tat-TFUE għandhom jikkumplementaw l-azzjoni tal-Istati Membri fis-settur tat-turiżmu, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet;

B.

billi t-turiżmu huwa qasam ta' tkabbi potenzjali ewlieni tal-ekonomija Ewropea, li jiġġenera 'l fuq minn 10 % tal-PDG tal-UE jekk wieħed iqis ukoll is-setturi marbuta mat-turiżmu; billi t-turiżmu huwa wkoll xprun ta’ għadd sostanzjali ta’ impjiegi, peress li jimpjega b’mod dirett 13-il miljun ħaddiem u konsegwentement huwa responsabbli għal mill-inqas 12 % tal-impjiegi fl-UE;

C.

billi l-Ewropa hija d-destinazzjoni turistika numru wieħed fid-dinja fejn għandha sehem tas-suq ta' 52 %; billi l-istatistika turi li l-maġġoranza tal-vjaġġi barra l-pajjiż minn residenti tal-UE għadhom qed ikunu lejn destinazzjonijiet fi ħdan l-UE, u billi l-għadd ta’ turisti internazzjonali li jaslu fl-UE huwa previst li se jiżdied b’140 miljun kull sena sal-2025;

D.

barra minn hekk it-turiżmu jirrappreżenta attività soċjoekonomika maġġuri fl-UE, b'impatt mifrux ħafna fuq it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-iżvilupp soċjali, u billi jista' jkun għalhekk għodda importanti fl-indirizzar tal-kriżi ekonomiku u tal-impjiegi li għaddejja bħalissa;

E.

billi t-turiżmu kostali u marittimu huwa l-akbar attività marittima fl-Ewropa, u billi jirrappreżenta aktar minn terz tal-ekonomija marittima, fejn jaffettwa b'mod dirett ħafna setturi oħra tal-ekonomija tal-UE u jimpjega 3,2 miljun ruħ, l-aktar bejn l-etajiet ta’ 16 u 35 sena; billi għandu jiġi nnutat ukoll li dan is-settur kien ta' xprun għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, partikolarment fir-reġjuni tal-Atlantiku u l-Mediterran;

F.

billi l-prijoritajiet tal-politika tat-turiżmu jikkontribwixxu għal mill-inqas tliet prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker, jiġifieri tkabbir u impjiegi sostenibbli, suq uniku diġitali konness, u suq intern aktar profond u ġust;

G.

billi l-azzjonijiet imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 bit-titolu “L-Ewropa, id-destinazzjoni turistika Nru 1 fid-dinja” jinkoraġġixxu l-objettiv ambizzjuż li tibqa' tinżamm il-pożizzjoni dominanti tal-Ewropa fid-dinja bħala destinazzjoni turistika;

H.

billi ma hemm l-ebda linja ddedikata għat-turiżmu fil-baġit tal-UE, u billi l-azzjonijiet f’dan il-qasam jaqgħu taħt diversi fondi, proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji;

I.

billi l-industrija tat-turiżmu fl-Ewropa tħabbat wiċċha ma’ għadd ta’ sfidi ġodda, fosthom id-diġitalizzazzjoni tal-kanali ta’ distribuzzjoni, l-iżvilupp tas-settur ġdid tal-ekonomija kollaborattiva, iż-żieda fil-kompetizzjoni minn destinazzjonijiet ta' suq terz inqas għalja li qed jitfaċċaw, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, it-tranżizzjoni għal ekonomija ta' esperjenzi, id-domanda għal servizz tal-klijent ta' kwalità, il-ħtieġa li jiġi attirat u miżmum persunal ikkwalifikat, il-bidliet demografiċi, u l-istaġjonalità;

J.

billi dawk li jfasslu l-politika tat-turiżmu jistgħu jindirizzaw sfidi bħalma huma t-tibdil demografiku u l-istaġjonalità fit-turiżmu billi jiżviluppaw prodotti u servizzi li jirrispondu għall-bżonnijiet speċifiċi tal-għadd dejjem jikber ta’ anzjani li jistgħu jivvjaġġaw waqt l-istaġun baxx;

K.

billi l-SMEs fis-settur tat-turiżmu jiffaċċjaw diffikultajiet konsiderevoli bħala riżultat ta’ piż regolatorju kbir;

L.

billi l-promozzjoni tal-Ewropa permezz tal-promozzjoni tad-destinazzjoni turistika tagħha stess u l-istrateġija tal-marka tagħha sservi bħala għodda importanti biex jissaħħu d-dehra, il-profil u l-kompetittività tagħha bħala sett ta’ destinazzjonijiet turistiċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja, tippermetti lid-destinazzjonijiet Ewropej jiddistingwu lilhom infushom minn destinazzjonijiet internazzjonali oħra u tgħin biex jinġibdu t-turisti internazzjonali, b'mod partikolari mis-swieq terzi emerġenti;

M.

billi l-konflitti qrib il-fruntieri tal-UE, pereżempju fl-Ukraina u fil-Lvant Nofsani, flimkien mat-theddidiet terroristiċi, għandhom impatt negattiv fuq is-settur tat-turiżmu u għalhekk jeħtieġu kontromiżuri kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew;

N.

billi t-turiżmu sostenibbli, aċċessibbli u responsabbli li jkun f’armonija man-natura u l-pajsaġġ u mad-destinazzjonijiet urbani, u li jiddependi mill-effiċjenza tar-riżorsi, il-mobilità sostenibbli u l-protezzjoni tal-klima, jgħin biex jiġu ppreservati l-ambjent lokali, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-muntanji u dawk tal-kostali u fil-gżejjer, u biex jinkisbu riżultati dejjiema f’dak li hu tkabbir reġjonali, jakkomoda d-domandi dejjem akbar tal-vjaġġaturi għall-kwalità u jgħin lill-kumpaniji jikkompetu;

O.

billi t-turiżmu kulturali Ewropew jaqdi rwol importanti fil-promozzjoni tad-diversità kulturali rikka tal-Ewropa, isaħħaħ l-identità Ewropea u jippromwovi l-iskambji transkulturali u l-fehim multikulturali;

P.

billi r-reġjuni jaqdu rwol fundamentali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki relatati mat-turiżmu fil-livell reġjonali;

Q.

billi l-ekonomija kollaborattiva tirrappreżenta bidla lejn mudelli ta’ negozju ġodda bħala riżultat tat-tibdil rapidu tat-teknoloġija ġdida, u billi bosta mill-atturi fl-ekonomija kollaborattiva jiffurmaw parti mill-ekonomija tas-servizz tal-ivvjaġġar;

R.

billi, għalkemm l-informazzjoni hija mxerrda u konsegwentement huwa diffiċli li wieħed jasal għal konklużjonijiet sodi, huwa probabbli ħafna li l-impatt ekonomiku tal-ekonomija kollaborattiva għandu effett pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku u l-benesseri ekonomiku;

S.

billi l-offerta ta' servizzi ta’ standard għoli u l-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi għandhom ikunu l-ogħla prijorità għal dawk kollha li jipprovdu servizzi marbuta mat-turiżmu, inkluż fis-settur li jinvolvi l-kondiviżjoni u l-użu tat-teknoloġiji tal-Internet l-aktar riċenti;

T.

billi l-ivvjaġġar u t-turiżmu huwa wieħed mis-setturi l-iktar affettwati mid-diġitalizzazzjoni, u billi dan jiftaħ għadd ta’ opportunitajiet għal-kumpaniji tal-ivvjaġġar mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fid-dinja;

Il-qafas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2010 msemmija hawn fuq u dwar l-użu tal-allokazzjonijiet tal-baġit taħt il-Fondi Strutturali u l-programmi rilevanti tal-UE, b’mod partikolari l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u l-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME), u l-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji rispettivi, fil-forma ta’ rieżami fattwali li jkun jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-azzjonijiet għall-promozzjoni tat-turiżmu u l-ikkonsolidament tal-kompetittività tas-settur tat-turiżmu tal-UE;

2.

Jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li l-allokazzjoni futura tar-riżorsi mid-diversi fondi promozzjonali għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-kumpaniji fis-settur turistiku tal-UE tibqa’ possibbli;

3.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill- Kummissjoni teżamina l- possibilità li tinħoloq taqsima fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li tkun iddedikata esklussivament għat- turiżmu, fuq il-bażi li t-turiżmu għandu jiġi rikonoxxut aħjar bħala attività ekonomika individwali f’dawk li huma baġit u azzjonijiet, minflok ma jiġi ffinanzjat mill-baġits ta’ oqsma oħra ta’ politika;

4.

Ifakkar li l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) għadhom l-akbar għajn ta’ finanzjament estern għall-attivitajiet maħsuba biex jistimulaw is-settur tat-turiżmu f’ċerti Stati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżgura trasparenza akbar fil-mod li bih il-fondi strutturali jintużaw mill-amministrazzjonijiet lokali;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-awtoritajiet responsabbli għat-turiżmu, flimkien mal-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, jagħmlu l-aktar użu sħiħ possibbli tal-opportunitajiet ġodda ta’ finanzjament taħt il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, speċjalment permezz tal-banek ta’ investiment nazzjonali u reġjonali, sabiex jagħtu qabża kwalitattiva lill-azzjoni tal-UE b’appoġġ għat-turiżmu;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ xenarji pilota relatati mat-turiżmu taħt il-programm Orizzont 2020;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tittraduċi l-gwida tal-appoġġ finanzjarju fil-24 lingwa uffiċjali tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari għall-SMEs, peress li l-aċċess għall-finanzjament huwa wieħed mill- ostakoli ffaċċjati f’dan is-settur;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni taħtar esperti indipendenti biex jivvalutaw l-impatt ta’ politiki oħra tal-UE dwar it-turiżmu u janalizzaw it-theddidiet reali u potenzjali għat-turiżmu bħala riżultat tal-konflitti li hemm fil-pajjiżi u r-reġjuni ġirien tal-UE, u tirrapporta lura lill-Parlament bi proposti għal miżuri biex jissaħħaħ l-impatt pożittiv fuq it-turiżmu u jitnaqqas l-impatt negattiv;

9.

Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta ħarsa ġenerali ta’ data aġġornata abbażi tar-Regolament il-ġdid dwar l-Istatistika tat-Turiżmu;

10.

Jinnota li hemm bżonn ta’ aktar sforz biex jiġi żviluppat approċċ integrat għat-turiżmu, li jiżgura li l-interessi u l-ħtiġijiet ta’ dan is-settur jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu fformulati u implimentati politiki oħra tal-UE (eż. it-trasport, il-politika rurali);

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġdida għat-turiżmu tal-UE biex tissostitwixxu jew taġġorna l-Komunikazzjoni tal-2010;

12.

Jistenna lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri implimentattivi dettaljati għall-ġabra l-ġdida ta’ azzjonijiet komuni fil-kuntest tal-Forum Ewropew dwar it-Turiżmu li jmiss;

13.

Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Kummissjoni tittrasferixxi riżorsi umani suffiċjenti għall-politika tat-turiżmu tagħha, minħabba l-importanza tat-turiżmu bħala fattur essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa; jikkritika l-fatt li s-suġġett tat-turiżmu mhuwiex elenkat b’mod viżibbli biżżejjed fuq il-websajt tad-DĠ GROW il-ġdid; jirrakkomanda wkoll li din il-websajt issir multilingwi;

14.

Jenfasizza l-importanza tal-koordinazzjoni fost is-servizzi u d-dipartimenti tal-Kummissjoni;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra tnaqqasx il-piż regolatorju sproporzjonat, li għandu impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-SMEs fis-settur tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu, u mhux iżidu, il-piż regolatorju eżistenti;

16.

Ifakkar lill-Kummissjoni li t-turiżmu huwa settur ewlieni tal-ekonomija Ewropea, u li konsegwentement huwa meħtieġ li tittejjeb b’mod konsiderevoli l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-istituzzjonijiet finanzjarji u li tinħoloq sinerġija bejn is-settur pubbliku u dak privat tat-turiżmu; Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha biex isibu mekkaniżmu għal koordinazzjoni u kooperazzjoni effettivi f’dan is-settur;

17.

Iqis li, fil-qafas ta’ kooperazzjoni u relazzjonijiet kordjali tajba ta’bejn il-ġirien, l-UE għandha tiżviluppa azzjonijiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tat-turiżmu f’pajjiżi terzi bil-ħsieb li jkun jista' jsir żvilupp ibbilanċjat tal-ekonomiji tagħhom, ħaġa li se tgħin ukoll biex jittaffew it-tensjonijiet fil-qasam tar-relazzjonijiet kordjali ta' bejn il-ġirien u biex jittejbu l-attrattiva tar-reġjun u l-fluss tat-turisti li jżuru l-pajjiż;

18.

Iqis li l-indikazzjoni ta’ Sena Ewropea tat-Turiżmu se tgħin sabiex tiġi promossa d-diversità tat-turiżmu Ewropew u jitgħolla l-profil tad-diversi partijiet interessati attivi fis-settur tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra inizjattiva bħal din;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq analiżi tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi li titwaqqaf Aġenzija Ewropea għat-Turiżmu;

L-immarkar/il-promozzjoni konġunta tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika

20.

Jinkoraġġixxi b’mod qawwi lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu (ETC), li jgħaqqad flimkien l-organizzazzjonijiet nazzjonali tat-turiżmu, tkompli u tapprofondixxi l-promozzjoni tal-Ewropa bħala l-aqwa destinazzjoni turistika fid-dinja taħt l-umbrella ta’ approċċ Ewropew komuni; jitlob b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-strateġija fit-tul varata mill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu fi Frar 2014, “Destinazzjoni Ewropa 2020”, li tinkludi ġabra ta’ azzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, immarkar u promozzjoni għall-Ewropa bħala destinazzjoni turistika;

21.

Jitlob b'mod partikolari għall-ħolqien ta' marka “Destinazzjoni(jiet) Ewropa” bil-għan li jiġu kkumplementati u mtejba l-attivitajiet promozzjonali tal-organizzazzjonijiet tat-turiżmu li joperaw fil-livell nazzjonali, reġjonali, transfruntier u dak lokali, u tal-industrija Ewropea tat-turiżmu, għall-benefiċċju tal-viżibilità u l-kompetittività tad-destinazzjonijiet turistiċi Ewropej, speċjalment fis-swieq l-aktar imbiegħda; Jenfasizza li l-marka “Destinazzjoni(jiet) Ewropa” teħtieġ approċċ inklużiv li jiġġenera vantaġġi kemm għad-destinazzjonijiet Ewropej stabbiliti u kemm għal dawk inqas magħrufa filwaqt li tiġi ppreservata d-diversità inerenti ta’ reġjuni Ewropej differenti peress li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-marka territorjali tagħhom stess, u li din trid tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri skont l- Artikolu 195 TFUE;

22.

Jirrikonoxxi li jeħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar objettivi komuni u li jiġu analizzati l-potenzjal u l-valur miżjud ta' marka “Destinazzjoni(jiet) Ewropa”, skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti speċifiċi espressi mill-Istati Membri; huwa tal-fehma li, biex jinkisbu dawn ir-riżultati, jeħtieġ li jitmexxew aktar konsultazzjonijiet profondi mal-industrija, l-organizzazzjonijiet tat-turiżmu u l-awtoritajiet reġjonali u lokali; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ manwal tal-marka, li għandu jispeċifika l-modalitajiet ta’ promozzjoni li jkun sar qbil dwarhom;

23.

Jirrakkomanda li tingħata kunsiderazzjoni lill-kwestjoni ta' kif is-settur privat jista' jsir involut fl-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni tal-marka “Destinazzjoni(jiet) Ewropa”, u kif jista' jikkontribwixxi finanzjarjament għall-iżvilupp u l-għanijiet tal-istrateġija; jenfasizza l-importanza tas-sħubijiet pubbliċi-privati u konsegwentement jissuġġerixxi li jiġi żviluppat programm ta’ Sħubija Pubblika Privata Speċjali tat-Turiżmu (Special Public-Private Partnership of Tourism – SPOT); jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali rispettivi tagħhom f’dan il-proċess, u jikkooperaw b’mod kostruttiv mal-industrija sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi;

24.

Jitlob għat-tisħiħ tal-marka “Destinazzjoni(jiet) Ewropa” bħala l-aktar reġjun tal-vaganzi fid-dinja li hu tajjeb għall-familji, għat-tfal u għall-ġenerazzjonijiet;

25.

Iqis li huwa essenzjali li wieħed mill-elementi ewlenin tal-marka “Destinazzjoni Ewropa” tkun is-sigurtà tat-turisti; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, biex jimplimentaw strateġiji (inklużi kampanji ta’ informazzjoni turistika) bl-objettiv li t-turisti jingħataw l-esperjenza l-aktar sikura possibbli fid-destinazzjonijiet turistiċi Ewropej;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kuxjenza politika dwar il-fatt li l-promozzjoni tal-Ewropa f’pajjiżi terzi sservi bħala għodda ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-objettiv li jiżdied il-għadd ta’ turisti li jiġu l-Ewropa, u b’hekk tgħin biex iġġib benefiċċju ekonomiku mhux biss lid-destinazzjonijiet inqas magħrufa u lill-pajjiżi li qed jesperjenzaw diffikultajiet ekonomiċi, iżda wkoll lill-UE kollha kemm hi; iqis li politika tal-viża stretta hija ostaklu għat-turiżmu lejn l-Ewropa minn pajjiżi terzi; jilqa’ l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fl-2014 bil-ħsieb li jinħarġu viżi turistiċi ġodda u tiġi ffaċilitata l-mogħdija tat-turisti miż-żona ta’ Schengen; iħeġġeġ lill-Kunsill, f’dan ir-rigward, jilħaq qbil rapidu mal-Parlament sabiex l-UE tkun tista’ tibbenefika minn influss ikbar ta’ turisti minn ċerti pajjiżi terzi b’livell għoli ta’ interess potenzjali li jżuru l-UE;

27.

Ifakkar li l-UE għandha tibda tinvesti bil-għan li tkun lesta biex tisfrutta l-potenzjal ta’ pajjiżi terzi b’popolazzjoni kbira u ekonomiji emerġenti, b'mod partikolari l-pajjiżi BRIC, fejn il-għadd ta' turisti li jsiefru barra minn pajjiżhom qed jiżdied; jindika l-ħtieġa ta' inizjattivi mmirati lejn il-promozzjoni tat-turiżmu u l-ħtieġa ta' flessibilità u konsistenza akbar fir-rigward tal-arranġamenti tal-viża turistika u l-qsim minn naħa għal oħra tal-fruntieri; jenfasizza li l-promozzjoni ta’ għadd akbar ta’ pjattaformi tat-Turiżmu bil-Viża, flimkien ma’ approċċ kawt lejn is-semplifikazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi, hija komponent importanti biex jikber il-għadd ta’ turisti minn barra l-Ewropa u tiżdied il-viżibilità tad-destinazzjonijiet turistiċi Ewropej; jenfasizza l-potenzjal ta' viżi itineranti għal gruppi ta' turisti li jkunu diġà ġew fil-pajjiż, u l-importanza tal-implimentazzjoni ta' aktar ftehimiet ta' eżenzjoni mill-viża sabiex isir l-aħjar użu mill-wasliet ta' turisti internazzjonali; jikkunsidra li huwa rakkomandabbli, bir-rispett dovut għad-dritt u l-obbligu tal-Istati Membri li jikkontrollaw id-dħul mill-fruntieri tagħhom stess, li l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jiżviluppaw, fil-kuntest tal-politika komuni dwar il-viżi, strateġija fit-tul għal proċeduri tal-viża koordinati u semplifikati aħjar;

Il-prodotti turistiċi pan-Ewropej u transnazzjonali

28.

Huwa tal-fehma li l-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw prodotti turistiċi Ewropej transnazzjonali ġodda, filwaqt li jqisu b’mod sħiħ ir-rwol tal-istrateġiji makroreġjonali fl-iżvilupp tagħhom; jinnota li l-makroreġjuni bħalma hu l-makroreġjun Adrijatiku-Joniku joffru bażijiet naturali, kulturali u storiċi distintivi għall-iżvilupp ta’ prodotti bħal dawn; jistieden lill-partijiet pubbliċi u privati ikkonċernati fl-istrateġiji makroreġjonali tal-UE għall-Baltiku, għad-Danubju, għall-Adrijatiku-Joniku u għall-Alpi jfasslu, kull waħda fiż-żona tagħha stess, strateġiji konġunti għall-iżvilupp tat-turiżmu;

29.

Jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni internazzjonali fil-ħolqien ta’ itinerarji tematiċi transnazzjonali (fil-livell ta’ għadd akbar ta’ pajjiżi Ewropej) sabiex jiġu amplifikati l-elementi sperimentali li jimmotivaw iż-żjarat lejn ċerti destinazzjonijiet (definiti fil-livell tal-Istat), tiżdied il-mobilità ta' dawk li jmorru għal vaganza, jinkiseb livell medja ogħla ta’ nfiq u titwessa’ l-pjattaforma promozzjonali (b’mod partikolari fir-rigward tal-viżitaturi minn swieq imbiegħda lejn l-Ewropa);

30.

Jenfasizza ż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali mal-feġġ ta’ destinazzjonijiet barra mill-Ewropa; Iqis li huwa essenzjali, għalhekk, li tiġi mrawma kooperazzjoni akbar bejn id-destinazzjonijiet Ewropej permezz tar-raggruppamenti u n-netwerks tat-turiżmu fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonal u fi ħdan il-baċiri marittimi;

31.

Jirrikonoxxi l-importanza ta’ prodotti turistiċi transnazzjonali fil-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali; jinsab konvint, għalhekk, li l-inizjattivi implimentati fi ħdan l-oqfsa ta’ kooperazzjoni istituzzjonalizzati għandhom jiġu appoġġjati permezz ta’ inċentivi adegwati;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu rotot turistiċi ġodda billi jiġġeneraw mill-ġdid iż-żoni li m’għadhomx jintużaw, toroq, rotot ferrovjarji, mogħdijiet abbandunati u rotot antikwati;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-membri tal-Kumissjoni Ewropea għat-Turiżmu jappoġġjaw il-mandat eżistenti tagħha biex tgħin fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' prodotti u servizzi tat-turiżmu transnazzjonali u pan-Ewropej b'mira speċifika, flimkien mat-turiżmu kostali u marittimu, permezz ta’ portal visiteurope.com avvanzat, imtejjeb u għalkollox aċċessibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-portal visiteurope.com ikun jista’ jsir aċċess għalih ukoll minn fuq it-terminals komuni kollha mobbli u li jistgħu jinġarru permezz ta’ applikazzjoniu (app) li tkun ipprogrammata apposta;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tagħti spinta lill-kooperazzjoni tagħha mal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu u l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-NU, flimkien ma’ sħab internazzjonali oħra, sabiex jissaħħu l-isforzi biex jiġu żviluppati prodotti tat-turiżmu transnazzjonali u pan-Ewropej ġodda;

35.

Jenfasizza, filwaqt li jikkunsidra l-fatt li llum il-ġurnata l-konsumaturi għandhom it-tendenza li jfittxu esperjenza turistika pjuttost milli sempliċement destinazzjoni, li strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni li tkun ta' suċċess għall-promozzjoni tal-prodotti turistiċi Ewropej jeħtieġ li tikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta’ segmenti u swieq differenti tal-ivvjaġġar f’pajjiżi terzi;

36.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi jippromwovu n-numru ta’ emerġenza Ewropew 112 fuq is-siti elettroniċi rilevanti u fuq il-biljetti elettroniċi, u fid-destinazzjonijiet turistiċi ewlenin tagħna;

37.

Jilqa’ l-inizjattiva tat-turiżmu soċjali Calypso, li jippermetti li l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-persuni bi dħul iktar baxx u l-persuni b’diżabilità jmorru fuq btala barra mill-istaġun għoli; Jenfasizza li din l-inizjattiva għandha l-potenzjal li tegħleb il-problema tal-istaġjonalità, b’mod partikolari fid-destinazzjonijiet inqas magħrufa;

38.

Jemmen, madankollu, li biex tiġi miġġielda l-istaġjonalità fl-Ewropa hemm bżonn li jkun hemm enfasi akbar fuq l-iżvilupp ta' prodotti tat-turiżmu b'mira speċifika li joffru lill-vjaġġaturi esperjenza turistika speċifika u jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-Istati Membri u l-industrija tat-turiżmu fil-ħolqien ta’ aktar prodotti diversifikati u b'miri speċifiċi madwar temi speċifiċi bħalma huma l-wirt rurali, kulturali u industrijali, l-istorja, ir-reliġjon, is-saħħa, l-esperjenzi ta’ spa u wellness, l-isport, l-inbid u l-ikel, il-mużika u l-arti bħala forom ta’ turiżmu alternattiv li jgħinu biex jinġieb valur miżjud lejn iż-żona kkonċernata permezz tad-diversifikazzjoni tal-ekonomija tagħha u billi l-impjiegi jsiru inqas staġjonali; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, għal dan l-għan, biex jagħmlu użu xieraq tal-fondi tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni testendi l-objettivi għall-azzjoni taħt il-programm COSME kif xieraq; jikkunsidra li l-festivals tal-isport, il-mużika u l-arti għandhom potenzjal qawwi li jimmobilizzaw turisti mill-Ewropa u minn pajjiżi barranin;

39.

Jenfasizza li d-diversità u l-multikulturaliżmu tal-Ewropa joffru potenzjal kbir għall-iżvilupp tat-turiżmu tematiku, u jippermettu l-promozzjoni kkoordinata ta' skambji turistiċi u kulturali alternattivi u sostenibbli; iħeġġeġ inizjattivi biex tinħoloq rabta bejn l-attrazzjonijiet turistiċi bil-għan li jiġu stabbiliti prodotti u itinerarji tat-turiżmu tematiċi fuq skala Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali, u dan billi jiġu sfruttati l-komplementarjetà u l-ispeċifiċitajiet tad-diversi attrazzjonijiet turistiċi Ewropej sabiex tiġi provduta l-aqwa esperjenza possibbli għat-turisti;

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa u enfasizzata r-rikkezza tal-wirt kulturali Ewropew, bl-użu bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO bħala propożizzjoni ta’ bejgħ uniku iżda wkoll inklużi s-siti li jistgħu jkunu anqas magħrufa jew mhux faċilment aċċessibbli, speċjalment peress li t-turiżmu kulturali jammonta għal madwar 40 % tat-turiżmu Ewropew u b’hekk jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, l-innovazzjoni soċjali u l-iżvilupp lokali, reġjonali, urban u rurali, filwaqt li jnaqqas l-impatt tal-istaġjonalità; jenfasizza wkoll, f’dan il-kuntest, ir-rwol ewlieni li jaqdu l-garanziji fil-preservazzjoni tal-wirt tal-Ewropa u fil-għajnuna mogħtija lill-Istati Membri biex jerfgħu l-piż tal-ispejjeż;

41.

Jenfasizza li l-promozzjoni tal-avvenimenti kulturali fuq diversi livelli tista' tikkontribwixxi għall-ġibda tad-destinazzjonijiet turistiċi, u għalhekk jissuġġerixxi li tiġi mistħarrġa l-possibilità li jinħoloq kalendarju ta’ avvenimenti madwar l-Ewropa, li jiġi ppubblikat fuq il-portal visiteurope.com, sabiex jittejbu s-servizzi ta’ informazzjoni turistika;

42.

Jistieden lill-organizzazzjonijiet nazzjonali tat-turiżmu jagħtu viżibilità adegwata fuq l-internet lill-inizjattivi u premjijiet li jenfasizzaw il-wirt kulturali Ewropew, u jrawmu inizjattivi u attivitajiet ta’ promozzjoni relatati (bħalma hu ċ-ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u r-Rotot Kulturali Ewropej);

43.

Itenni l-importanza tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali kontra l-effetti ta’ ħsara possibbli tal-bidliet strutturali kkawżati mill-attivitajiet turistiċi, u kontra r-riskji kkawżati mit-turiżmu tal-massa, speċjalment matul l-eqqel tal-istaġun turistiku; jagħti prijorità lill-kwalità tax-xogħol imwettaq u mhux lill-kost tiegħu; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq ir-rwol li jista' jaqdi l-patroċinju fil-għajnuna li jagħti għall-konservazzjoni tal-wirt Ewropew u l-kumpens tiegħu għat-tnaqqis fil-baġits pubbliċi allokati għal dan l-iskop;

44.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw l-azzjoni intiża biex tipproteġi l-monumenti u s-siti Ewropej li jinsabu f'periklu bil-għan li jiġi salvagwardjat u promoss il-wirt kulturali u, b'hekk, jiġi mħeġġeġ it-turiżmu kulturali;

45.

Jenfasizza r-rwol importanti li jaqdi t-turiżmu kulturali Ewropew fl-iżvilupp u l-għarfien personali ulterjuri, speċjalment fost iż-żgħażagħ, billi jippromwovi r-rikkezza tad-diversità kulturali u tal-wirt kulturali nazzjonali u lokali, jagħti kontribut lit-tagħlim interkulturali, jipprovdi opportunità għan-netwerking, isaħħaħ l-identità Ewropea u jesprimi valuri Ewropej;

46.

Jisħaq fuq il-potenzjal tat-turiżmu kulturali biex jittaffa l-faqar; jappella, f'dan ir-rigward, għat-trawwim tal-industriji kreattivi tal-Istati Membr u tat-turiżmu rurali bil-għan li tiġi promossa r-rikkezza kulturali straordinarja tal-Ewropa u jiġu miġġielda l-faqar u l-qgħad;

47.

Jenfasizza li l-akkwist konġunt ta’ passes u biljetti tal-ivjaġġar għandu jiġi ssimplifikat bħala forma ta’ appoġġ għall-kampanji kulturali;

48.

Jenfasizza li l-firxa wiesgħa ta' lingwi tal-Ewropa – uffiċjali, kouffiċjali, il-lingwi minoritarji u dawk inqas magħrufa – jiffurmaw il-pedament tal-wirt kulturali tagħha u huma wkoll kruċjali għal turiżmu sostenibbli u responsabbli;

49.

Jinnota l-opportunitajiet offruti mill-avvenimenti u s-siti storiċi sinifikanti, bħalma huma s-Siti tal-Kuxjenza, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kontemporanji permezz ta' interpretazzjoni sensittiva u programmi edukattivi; iħeġġeġ l-użu tal-wirt kulturali u t-turiżmu sabiex jitrawwem id-djalogu interkulturali u jqarreb lin-nies tal-Ewropa aktar lejn xulxin;

50.

Jisħaq fuq il-potenzjal tat-turiżmu sportiv, li fil-ġejjieni jista' jsir wieħed mis-setturi l-aktar dinamiċi fl-industrija Ewropea tal-ivvjaġġar li qed tiżviluppa, u jitlob li jiġu introdotti politiki speċifiċi għall-promozzjoni u s-sostenn tal-iżvilupp tiegħu; ifakkar fir-rwol importanti tal-attivitajiet sportivi biex jiġbdu t-turisti lejn ir-reġjuni tal-Ewropa; jenfasizza l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-ivvjaġġar tal-atleti u l-ispettaturi fit-tħejjija għall-avvenimenti sportivi u waqt dawn l-avvenimenti, li jistgħu jattiraw lit-turisti anke lejn l-aktar żoni mbiegħda; jenfasizza li l-potenzjal tat-turiżmu sportiv għadu mhux sfruttat biżżejjed;

Il-kwalità

51.

Jinsab konvint li t-turiżmu għandu jagħmel tranżizzjoni minn mudell ta’ tkabbir kwantitattiv għal mudell kwalitattiv li jwassal għal żvilupp stabbli u sostenibbli, u li hemm, fil-fatt, il-ħtieġa li tinbena industrija tat-turiżmu li tippermetti l-ħolqien ta’ aktar impjiegi kwalifikati li huma remunerati b’mod xieraq; jemmen li d-diversifikazzjoni ekonomika tat-turiżmu fiż-żoni rurali u kostali toffri opportunitajiet għal impjiegi ġodda u sostenibbli;

52.

Jirrikonoxxi d-differenza fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi fis-settur tat-turiżmu, u huwa tal-fehma li l-istandards tal-kwalità huma importanti bħala mezz ta' ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi u ta' żieda tat-trasparenza għall-konsumatur, u b’hekk jgħinu biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-partijiet kollha; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jiżvolġu aktar id-diskussjoni dwar kif l-UE tista’ tippromwovi standards tal-kwalità li jkun sar qbil dwarhom għas-servizzi tat-turiżmu;

53.

Jitlob lill-Kummissjoni tvara Marka Ewropea ta' Turiżmu ta' Kwalità sabiex tippremja l-isforzi rigorużi min-naħa tal-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu fis-sostenn tal-kwalità tas-servizzi tat-turiżmu bbażati fuq l-ogħla rispett għall-wirt kulturali u naturali, fit-titjib tal-kwalità tal-impjiegi fis-settur tat-turiżmu, fit-tisħiħ tal-aċċessibilità għal kulħadd u fil-promozzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali tal-komunitajiet lokali;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti spinta lill-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tittejjeb il-kwalità tal-prodott billi tiġi protetta l-marka “magħmul fi” (made in);

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkollaboraw mal-assoċjazzjonijiet tat-turiżmu, u flimkien jiddefinixxu sistema Ewropea komuni għall-klassifikazzjoni tal-infrastruttura tat-turiżmu (lukandi, ristoranti, eċċ.); Iqis li l-inizjattiva Hotelstars Union immirata biex b'mod gradwali tarrmonizza s-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa kollha għandha tingħata aktar promozzjoni, biex b'hekk ikun jista' jsir paragun aħjar tal-offerta tal-akkomodazzjoni fl-Ewropa u jingħata kontribut għall-kriterji komuni tal-kwalità tas-servizzi;

56.

Jemmen li ż-żamma ta’ standards ta’ sikurezza fis-servizzi tat-turiżmu fl-UE huwa ingredjent essenzjali tal-kwalità tajba; jilqa’, għalhekk, il-Green Paper tal-Kummissjoni intitolata “Is-Sikurezza tas-Servizzi tal-Akkomodazzjoni Turistika”; jinnota s-sottomissjonijiet minn ħafna gruppi tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet tas-sikurezza ta' kontra n-nirien u organizzazzjonijiet tas-settur tat-turiżmu li jappoġġjaw l-azzjoni fil-livell tal-UE dwar is-sikurezza tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tressaq proposti għal standards minimi għas-sikurezza tat-turiżmu fl-UE, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza ta' kontra n-nirien u s-sikurezza ta' kontra l-monossidu tal-karbonju fl-akkomodazzjoni turistika; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir ġbir sistematiku tad-data dwar is-sikurezza tal-akkomodazzjoni;

57.

Jenfasizza l-fatt li s-servizzi tat-turiżmu ta’ kwalità għolja huma ggarantiti jekk ikunu kkombinati ma’taħriġ xieraq u kondizzjonijiet tax-xogħol deċenti, u li jekk il-ħiliet rekwiżiti u l-kisbiet soċjali fis-settur jiġu injorati, u mdgħajfa, dan ikun kontroproduċenti;

58.

Huwa tal-fehma li l-investiment fit-taħriġ u l-edukazzjoni huwa element essenzjali fil-provvediment ta’ servizzi ta’ kwalità f’settur li jimpjega l-aktar persuni żgħażagħ, tipikament bejn l-etajiet ta’ 16 u 35 sena; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni taħdem ma’ entitajiet privati u korpi pubbliċi oħra biex jinħolqu programmi ta’ apprendistat u ta’ taħriġ fl-istaġun baxx sabiex is-settur isir aktar attraenti u inqas staġjonali; iqis li dan it-taħriġ għandu jenfasizza kwalifiki ogħla u l-iżvilupp tal-ħiliet personali, li jwasslu għal prospetti aħjar ta’ xogħol fis-settur kollu; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tappoġġja l-isforzi tas-settur tat-turiżmu biex itejjeb il-ħiliet u l-kompetenzi ta’ min iħaddem u tal-impjegati sabiex jantiċipa x-xejriet u l-ħiliet meħtieġa tal-ġejjieni; huwa tal-fehma li l-istatistika dwar l-impjiegi fis-settur turistiku għandha tiġi mtejba;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tappoġġja l-industrija tat-turiżmu billi telimina l-lakuni li hemm fil-ħiliet u tagħti spinta lir-relevanza tas-suq tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni toħroġ u tqassam gwida dwar l-aħjar prattika u l-opportunitajiet ta’ taħriġ disponibbli fl-UE, biex b’hekk tippermettu livell ogħla ta’ professjonaliżmu u mobilità volontarja akbar fost il-professjonisti fi ħdan l-UE;

60.

Jenfasizza l-importanza li jittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku min-naħa tal-Istati Membri tal-kwalifiki professjonali fl-industrija tat-turiżmu sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jidentifikaw l-aħjar prospetti ta' karriera possibbli, u b'hekk tiġi mħeġġa l-mobilità tagħhom;

61.

Jilqa' l-għodod tal-mobilità, kif ukoll il-proġetti ta' kooperazzjoni bħalma huma l-Alleanzi tal-Għarfien u l-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali taħt l-Erasmus+ u l-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, bħala mezzi effiċjenti biex il-ħaddiema tas-settur tat-turiżmu involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha jiskambjaw l-aħjar prattiki, itejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom u jiksbu għarfien prattiku tat-turiżmu kulturali; jinsab imħasseb, madankollu, minħabba li fost iż-żgħażagħ hemm nuqqas ta' interess li jibdew karriera f'ċerti setturi tat-turiżmu; jisħaq fuq il-vantaġġi ta' sistema ta' “edukazzjoni doppja” fis-settur tat-turiżmu u l-importanza li t-tagħlim jiġi kkombinat mal-esperjenza prattika tax-xogħol, biex b'hekk jittejbu kemm l-għarfien teoretiku kif ukoll il-ħiliet prattiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-Fond Soċjali Ewropew u minn fondi oħra tal-UE, nazzjonali u reġjonali biex jippromwovu t-taħriġ vokazzjonali.

62.

Jistieden lill-Istati Membri jinvestu f’taħriġ ta’ kwalità għolja għall-gwidi turistiċi u jinkoraġġixxu approċċ multilingwistiku sabiex is-siti ta’ interess jippromwovuhom aħjar għat-turisti barranin; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddefinixxu l-istandards Ewropej tal-kwalità għall-gwidi turistiċi, u hekk jiżguraw ir-rispett tar-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-impatt li għandhom fuq il-kompetittività tal-Ewropa bħala destinazzjoni t-taxxi u l-imposti miġbura minn fuq prodotti u servizzi tat-turiżmu fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak Ewropew; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza li jnaqqsu r-rati tal-VAT minn fuq is-servizzi tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu sabiex jgħinu biex jiġu żviluppati l-ekonomiji lokali u biex jiġu sostnuti t-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll l-importanza li l-Ewropa tiġi megħjuna tibqa’ kompetittiva fis-suq globali;

L-isfruttar tal-potenzjal tat-turiżmu kostali u marittimu

64.

Jirrikonoxxi l-importanza li għandha għaż-żoni kostali u tal-ġżejjer l-Istrateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Kostali u Marittimu (skont l-istrateġija tat-Tkabbir Blu u l-Istrateġija Ewropa 2020), li tippreżenta ġabra ta’ tweġibiet komuni għall-ħafna sfidi li huma jiffaċċjaw;

65.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ azzjoni biex jakkumpanja l-14-il azzjoni deskritti fl-imsemmija Strateġija tat-turiżmu kostali u marittimu, b’għanijiet u skedi ta’ żmien konkreti, u tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress miksub fir-rigward ta’ dawk l-azzjonijiet;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi seminar annwali, bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kostali u tal-baħar u r-reġjuni rispettivi, bil-għan li jiġi promoss djalogu pan-Ewropew u tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-implimentazzjoni ta’ strateġija fit-tul;

67.

Ifakkar fl-importanza tal-konnettività u l-aċċessibilità, u jinnota li dawn ivarjaw bejn l-istaġun għoli u dak baxx fir-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer, li jiddependu fil-biċċa l-kbira mit-trasport bil-baħar u bl-ajru; jenfasizza wkoll l-importanza li jinħolqu pjani reġjonali li jippromwovu l-mobilità fi ħdan id-destinazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni li l-Azzjoni 12 tal-istrateġija tat-turiżmu kostali u marittimu msemmija hawn fuq tqis l-effiċjenza tal-għajnuna mill-Istat fir-reġjuni kostali u dawk marittimi;

68.

Iħeġġeġ bis-saħħa lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċċernati fis-settur tat-turiżmu nawtiku u marittimu, tivvaluta l-ħtieġa li jinħolqu strateġiji intelliġenti u innovattivi bħala soluzzjoni biex tiġi miġġielda l-istaġjonalità li hija adattata kemm għall-istaġun għoli u kemm għal dak baxx u tieħu kont tal-gruppi varji li jkunu fil-mira; Jitlob lill-partijiet ikkonċernati jagħmlu sforzi biex jinħolqu esperjenzi, prodotti u servizzi kumplementari li jkunu integrati mal-prodotti lokali, partikolarment b’rabta mal-wirt marittimu u l-kultura, l-isports akkwatiku, in-navigazzjoni għar-rikreazzjoni, l-osservazzjoni tal-ħajja u n-natura tal-baħar, ix-xemx u l-attivitajiet relatati mal-baħar, is-sajd artiġjanali, l-ikel u s-saħħa;

69.

Jenfasizza l-importanza tat-turiżmu tal-kruċieri għat-tkabbir tas-settur tat-turiżmu fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, flimkien mal-Istati Membri, tivvaluta r-riżorsi meħtieġa u l-infrastruttura tal-port u dik nawtika eżistenti, u jistandardizzaw is-separazzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ, sabiex jinħolqu azzjonijiet innovattivi ta’ ppjanar għal dawn l-oqsma billi jiġi żviluppat il-kunċett tal-belt portwarja intelliġenti;

70.

Jenfasizza li l-ippjanar konġunt u l-azzjoni konġunta huma meħtieġa għall-aċċettazzjoni tat-turiżmu mill-popolazzjoni daqs kemm huma meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tiegħu;

It-turiżmu sostenibbli, responsabbli u soċjali

71.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi t-turiżmu sostenibbli, responsabbli u ekoloġiku b’kooperazzjoni ma’ sħab strateġiċi bħalma hi l-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu u partijiet ikkonċernati oħra permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti speċifiċi ġodda u l-promozzjoni ta’ dawk eżistenti, u jissuġġerixxi t-twaqqif ta’ pjattaforma tal-internet madwar l-Ewropa kollha li tkun aċċessibbli għalkollox u li tiġbor flimkien l-informazzjoni eżistenti dwar prodotti ċċertifikati, forom ġodda ta’ turiżmu, destinazzjonijiet u rotot, u dwar servizzi speċifiċi bħalma huma l-mezzi tat-trasport u gwidi turistiċi, f’database waħda b’aċċess permezz tal-portal visiteurope.com;

72.

Jemmen li għandha tiġi allokata żieda fil-(ko)finanzjament għall-proġetti tat-turiżmu sostenibbli taħt il-programm COSME;

73.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinalizza l-Karta Ewropea għal Turiżmu Sostenibbli u Responsabbli u tkompli tagħti appoġġ finanzjarju lil inizjattivi u netwerks importanti bħalma huma EDEN (Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza) u l-itinerarji kulturali Ewropej;

74.

Jinkoraġġixxi l-organizzazzjonijiet nazzjonali tat-turiżmu, fuq il-bażi ta’ standards proposti mill-Kummissjoni, jistabbilixxu portal uniku speċifiku fil-livell nazzjonali dwar it-turiżmu sostenibbli u responsabbli sabiex jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata bejn prodotti u destinazzjonijiet nazzjonali u transnazzjonali b'miri speċifiċi;

75.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli, responsabbli u aċċessibbli, fejn il-kunċett ta’ “destinazzjon intelliġenti” għandu jkun ċentrali għall-iżvilupp tad-destinazzjoni, u li għandu jgħaqqad flimkien l-aspetti tas-sostenibilità, t-turiżmu tal-esperjenzi u l-użu xieraq tar-riżorsi naturali, flimkien mat-teknoloġiji ġodda, inklużi l-aspetti tal-aċċessibilità fiżika u tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni; jinsab konvint li n-netwerks tal-informazzjoni dwar proġetti tat-turiżmu mhux aggressiv joffru opportunitajiet tajba biex jingħata sostenn lill-SMEs, lill-iżvilupp sostenibbli lokali, lill-impjiegi sostenibbli u lill-ekonomiji stabbli;

76.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dwar iċ-ċertifikati ta' sostenibbiltà għas-servizzi tat-turiżmu mhux aggressiv, inkluża analiżi tal-istrumenti volontarji li jindikaw liema strumenti kienu ta’ suċċess;

77.

Jitlob għall-promozzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' għażliet li jkunu jiffavorixxu lit-tfal u lill-familji fis-settur tat-turiżmu, pereżempju permezz tal-ħolqien ta’ siġill Ewropew tat-turiżmu li jiffavorixxu l-familja;

78.

Jenfasizza l-importanza li jiġu promossi programmi biex faċilitajiet ta' lukandi li żmienhom ikun għadda jiġu rriġenerati skont il-kriterji tat-turiżmu ekosostenibbli;

79.

Jenfasizza r-rwol kruċjali li jaqdi t-turiżmu Ewropew fir-riġenerazzjoni taż-żoni rurali u urbani, bil-għan li jinkiseb żvilupp lokali u reġjonali sostenibbli;

80.

Jitlob għall-iżvilupp ta’ servizzi tat-turiżmu sostenibbli f’dawk ir-reġjuni li, minkejja li għandhom potenzjal turistiku u kulturali kbir, sofrew dannu lill-immaġini tagħhom bħala riżultat ta’ konċentrazzjoni akbar fuq setturi oħra u l-iżvilupp tagħhom, inkluż is-settur industrijali;

81.

Jenfasizza l-importanza tal-għarfien li t-turiżmu ma għandux ikollu impatt negattiv fuq il-ħajja ta’ kuljum tar-residenti; iqis li, għall-kuntrarju, il-popolazzjoni residenti għandha tiġi integrata b’mod pożittiv mal-fenomenu tat-turiżmu u għandha tkun tista' tipparteċipa fih;

82.

Jenfasizza li l-wirt naturali u kulturali u l-protezzjoni tal-bijodiversità jikkostitwixxu kapital prezzjuż għas-settur tat-turiżmu, u għalhekk jappoġġja lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lin-negozji tat-turiżmu fil-promozzjoni tal-ekoturiżmu u fir-rispett tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE meta jkunu qed jiddeċiedu dwar proġetti ta’ infrastruttura u jeżegwixxuhom; jistieden lill-Istati Membri jintegraw inizjattivi tal-wirt naturali fl-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tagħhom tat-turiżmu;

83.

Jenfasizza l-importanza ta’ turiżmu sostenibbli u responsabbli għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt naturali u kulturali reġjonali; Jinsab konvint, għalhekk, li l-prodotti tat-turiżmu reġjonali u żjajjar qosra għandhom jiġu appoġġjati u promossi permezz ta’ miżuri xierqa;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw netwerks ta’ rotot ekoloġiċi li jinkorporaw żoni rurali u żoni msaġġra u siti naturali minuri, permezz tal-integrazzjoni tan-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti ma' soluzzjonijiet ekosostenibbli ġodda;

85.

Jenfasizza li t-turiżmu tas-sajd sostenibbli jista' jagħti kontribut importanti lill-ekonomija taż-żoni rurali fl-Ewropa; jenfasizza li din il-forma ta’ turiżmu tista’ tibqa’ teżisti biss jekk l-ispeċijiet tal-ħut li ninsabu fil-periklu tal-estinzjoni jiġu ġestiti b’mod aktar sostenibbli fl-ilmijiet interni Ewropej;

86.

Jinnota li l-agroturiżmu huwa wieħed mill-forom l-aktar bażiċi ta’ turiżmu alternattiv fl-UE u jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tappoġġa l-azzjonijiet imfassla biex jipprovdu inċentivi biex jiġu żviluppati ulterjorament l-infrastruttura u l-aċċessibbiltà ta’ dan is-settur;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ulterjorment tippromwovi żoni lokali u speċjalitajiet billi tinkoraġġixxi t-turija, u tiżgura l-protezzjoni, tal-prodotti lokali bħalma huma l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) agrikoli u dawk mhux agrikoli;

88.

Iqis li r-reġjuni sensittivi bħalma huma l-gżejjer, il-kosti u l-muntanji, u b'mod partikolari r-reġjuni mbiegħda u ultraperiferiċi, spiss jiddependu ferm min-negozju tat-turiżmu u huma l-ewwel li jiġu affettwati mit-tibdil fil-klima; Jinsab konvint, għalhekk, li l-ħarsien tal-klima għandu jkun prijorità u għandu jiġi integrat b’aktar saħħa fil-politiki tat-turiżmu u t-trasport Ewropej, nazzjonali u reġjonali, inkluż permezz ta’ konċentrazzjoni fuq l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, it-trasport sostenibbli u l-ġestjoni tal-iskart; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar kif it-tibdil fil-klima jaffettwa t-turiżmu f’dawn ir-reġjuni sensittivi – ekonomikament, ambjentalment u soċjalment – u tal-influwenza li se jkollu fil-ġejjieni;

89.

Jissottolinja l-bżonn ta’ promozzjoni tal-potenzjali tat-turiżmu rurali remot, daj tak-ġżejjer, dak tal-kosta u dak taż-żoni muntanjużi, iħeġġeġ l-iżvilupp tat-turiżmu marittimu u tal-baħar sostenibbli fl-UE, u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw infrastruttura sostenibbli u jtejbu l-konnettività transfruntiera bħala mezz biex jissaħħu l-ġibda u l-aċċessibilità tagħhom;

90.

Jenfasizza l-fatt li l-gżejjer għandhom il-problemi partikolari tagħhom, speċjalment f'dawk li huma konnessjonijiet bejn il-gżejjer iżgħar u t-territorju prinċipali, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tingħata spinta lill-investiment f'dak il-qasam;

91.

Iqis li l-introduzzjoni ta’ “kontrolli ambjentali” volontarji bil-għan li tittejjeb il-kwalità ambjentali fl-industrija tat-turiżmu huma kontribut utli min-naħa tal-industrija, u jirrakkomanda li l-kumpaniji li juru impenn partikolari jiġu rikonoxxuti;

92.

Jistieden lill-awtoritajiet u l-operaturi responsabbli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jagħmlu sforz akbar biex jippromwovu n-netwerks ta' mingħajr vetturi bħalma huma l-mogħdijiet Ewropej għaż-żwiemel, ir-rotot tal-mixi, ir-rotot tal-pellegrinaġġi u l-passaġġi taċ-ċikliżmu, flimkien mas-servizzi ferrovjarji transfruntieri kollha, inklużi dawk ta’ veloċità għolja u l-ferroviji ta’ billejl; Ifakkar li l-interoperabbiltà tat-trasport ma' modi oħra għandha dejjem tiġi esplorata wkoll; jirrakkomanda l-eliminazzjoni taż-żidiet fit-tariffi fuq il-meded tal-fruntieri, li huma wieħed mill-ostakoli għall-użu iktar mifrux tal-ferroviji mit-turisti fiż-żoni tal-fruntieri;

93.

Jirrikonoxxi li t-turiżmu urban sostenibbli huwa negozju li qed jikber b’rata mgħaġġla u li l-politika tal-mobilità u tat-trasport fiċ-ċentri urbani turistiċi għandha tkun effiċjenti u sostenibbli u li twassal għal sitwazzjonijiet fejn jirbħu kemm il-viżitaturi u kemm dawk li jkunu laqgħuhom;

94.

Jappoġġja l-iżvilupp ta’ forom ta’ trasport multimodali integrati għat-turisti permezz tal-ħolqien ta’ biljetti li jippermettu li jintużaw mezzi tat-trasport differenti skont rekwiżiti differenti; jenfasizza li l-progress fis-servizzi integrati tal-ħruġ ta’ biljetti ikun inċentiv qawwi għat-turiżmu transfruntier;

95.

Jenfasizza li l-vetturi elettriċi joffru soluzzjoni dejjem aktar attraenti kemm għat-turiżmu rurali u kemm għal dak urban f’dik li hi l-mobilità flessibbli ġdida, u li din l-għażla ta' mobilità għandha tiġi offruta dejjem aktar fil-postijiet ta’ villeġġjatura;

96.

Jenfasizza kemm hu importanti li jiġi ffaċilitat l-użu tat-trasport pubbliku mill-utenti tar-roti;

97.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tagħmel is-Sistema Ewropea ta’ Indikaturi tat-Turiżmu strument tal-UE biex tgħin lid-destinazzjonijiet turistiċi jikkontrollaw, jimmaniġġjaw, jivvalutaw u jtejbu l-prestazzjoni tagħhom f'dik li hi sostenibilità;

98.

Jistieden lill-Istati Membri jgħaddu l-esperjenzi pożittivi ta’ ġestjoni ta' turiżmu sostenibbli fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali barra l-pajjiż;

99.

Huwa tal-fehma li l-aċċessibilità sħiħa u l-affordabilità fit-turiżmu huma parti integrali mis-sostenibilità tas-settur; jafferma li l-prinċipju tat-“turiżmu għal kulħadd” jippermetti u jagħti s-setgħa lin-nies, partikolarment lil dawk bi bżonnijiet speċifiċi (bħalma huma l-persuni b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-familji bi dħul baxx, u familji bit-tfal), igawdu d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini, u li konsegwentement jeħtieġ li jkun ir-referenza għal kwalunkwe azzjoni nazzjonali, reġjonali, lokali jew Ewropea relatata mat-turiżmu; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu enfasi partikolari fuq l-użu ta’ teknoloġiji ġodda meta jkunu qed jiżviluppaw kunċetti tat-turiżmu għall-anzjani u għall-persuni b’xi diżabilità speċifika;

100.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw sistema ta’ identifikazzjoni uniformi u trasparenti fl-Ewropa kollha għal għażliet aċċessibbli u jistabbilixxu pjattaformi tal-internet korrispondenti; jistieden lill-Kummissjoni tressaq suġġerimenti skont dawn il-linji;

101.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu l-istabbiliment tal-aċċessibilità bħala kriterju ta’ eliġibilità għall-industrija tat-turiżmu fil-kuntest tal-programmi ta’ żvilupp ekonomiku;

102.

Jenfasizza li l-fiduċja tal-konsumatur fil-kumpaniji li jipprovdu servizzi fis-settur tat-turiżmu tiddependi wkoll mill-ħila tal-kumpaniji li joffru lill-konsumaturi mezzi alternattivi sempliċi, effikaċi u rapidi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwimiet tal-konsumaturi, u minn kemm il-kumpaniji jipproteġu d-data personali u finanzjarja tal-konsumaturi;

103.

Huwa tal-fehma li, bil-għan li t-turiżmu Ewropew isir aċċessibbli, il-linji tal-ajru għandhom jieqfu jwettqu l-prattika mgħawġa u spiss mifruxa ħafna li jallokaw aktar spazju għall-“business class” milli għall-“economy class”;

104.

Jisħaq fuq il-kontribut tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni ta' forom ġodda ta' turiżmu permezz tan-netwerks soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat, l-assoċjazzjonijiet kulturali u sportivi, il-gruppi ta' azzjoni taċ-ċittadini, u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ, in-nisa u l-komunitajiet espatrijati;

105.

Jitlob biex ikun hemm rikonoxximent akbar tar-rwol vitali li jwettaq is-settur tal-volontarjat fl-iżvilupp u s-sostenn tas-settur tat-turiżmu permezz tal-volontarjat kulturali;

106.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni u appoġġ lill-potenzjal tal-ekonomija soċjali għall-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli u responsabbli;

107.

Iqis li t-turiżmu għandu valur soċjali importanti għaż-żgħażagħ, dawk li jaqilgħu paga u l-persuni rtirati, u jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi tal-UE għall-iżvilupp ta' turiżmu relatat mas-saħħa u rikreattiv;

108.

Jenfasizza li l-kriżi tal-immigrazzjoni li għadha għaddejja fl-Ewropa taffettwa b’mod partikolari ż-żoni kostali, fejn it-turiżmu huwa element importanti tad-dħul tar-residenti; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dwar l-impatt li qed ikollu l-influss mhux ikkontrollat ta’ immigranti għal ġol-UE fuq is-settur tat-turiżmu;

L-ekonomija kollaborattiva

109.

Jilqa’ l-opportunitajiet maħluqa mill-ekonomija kollaborattiva għall-intrapriżi li jkunu għadhom qed jibdew u għall-kumpaniji innovattivi fis-settur tat-turiżmu; jirrikonoxxi l-komplementarjetà ta’ dawn is-servizzi ma’ offerti oħra tat-turiżmu rigward il-lok fejn jinsabu u l-persuni li huma jimmiraw għalihom;

110.

Ifakkar li l-ekonomija kollaborattiva, jew il-konsum kollaborattiv, huwa mudell soċjo-ekonomiku ġdid li rnexxielu jibda jseħħ bis-saħħa tar-rivoluzzjoni teknoloġika, u l-internet li jgħaqqad lin-nies permezz ta’ pjattaformi onlajn li fuqhom jistgħu jitmexxew b'mod sigur u trasparenti transazzjonijiet li jinvolvu oġġetti u servizzi;

111.

Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni attwali mhijiex adattata għall-ekonomija kollaborattiva, u li għal din ir-raġuni l-gvernijiet lokali u nazzjonali bdew janalizzaw tali pjattaformi onlajn u qed jippruvaw jirregolaw l-effetti tagħhom, spiss billi japplikaw miżuri sproporzjonati li huma ftit jew wisq spariġġati fi ħdan l-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tanalizza l-aħjar inizjattivi possibbli li għandhom jittieħdu fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; jirrakkomanda li tingħata konsiderazzjoni lill-istabbiliment ta' qafas regolatorju xieraq fi ħdan ġenerali l-istrateġija komprensiva tas-suq uniku diġitali tal-UE;

112.

Jenfasizza li t-tweġiba għall-qawmien tal-“ekonomija kollaborattiva” għandha l-ewwel tiġi analizzata qabel ma jittieħdu miżuri regolatorji; iqis, madankollu, li kwalunkwe azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġ li tkun proporzjonali u flessibbli sabiex tippermetti qafas regolatorju li jassigura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji, u b’mod partikolari ambjent tan-negozju pożittiv li jkun ta' appoġġ għall-SMEs u għall-innovazzjoni fl-industrija; iqis, barra minn hekk, li għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur, ir-regolamenti tas-sigurtà, is-sikurezza u s-saħħa applikabbli għas-settur tat-turiżmu tradizzjonali għandhom japplikaw ukoll għas-servizzi turistiċi pprovduti fuq bażi kummerċjali fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva;

113.

Jenfasizza li l-attivitajiet tal-fornituri jeħtieġ li jiġu kkategorizzati b’mod korrett bil-għan li ssir distinzjoni ċara bejn servizzi tan-negozju ta' kondiviżjoni u professjonali ad hoc jew permanenti, li għalihom għandhom japplikaw regolamenti xierqa;

114.

Jenfasizza wkoll li l-pjattaformi jeħtieġ li jkunu għalkollox aċċessibbli u li l-konsumaturi li jużaw tali siti għandhom jiġu infurmati b'mod korrett u mhux imqarrqa, u li l-privatezza tad-data tagħhom għandha tiġi protetta; jenfasizza l-importanza ta’ sistema vijabbli u trasparenti ta’ reċensjonijiet, u li jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux penalizzati mill-fornituri tas-servizzi talli jħallu reċensjonijiet negattivi;

115.

Jenfasizza li l-kumpaniji tat-teknoloġija li jaġixxu bħala intermedjarji jeħtieġ li l-fornituri jinfurmaw lill-fornituri bl-obbligi tagħhom, partikolarment fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur, u li jipprovdi informazzjoni affidabbli u aċċessibbli dwar it-tariffi kollha u l-kosti moħbija kollha assoċjati mat-tmexxija tan-negozju, u dwar kif għandhom jibqgħu josservaw kompletament il-liġijiet lokali, b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi fiskali u l-osservanza tan-normi li jirrigwardaw is-sikurezza tal-konsumatur u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk li jipprovdu servizzi turistiċi;

116.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ekonomiku u soċjali tal-ekonomija kollaborattiva u l-implikazzjonijiet tagħha għall-industrija tat-turiżmu, il-konsumaturi, il-kumpaniji tat-teknoloġija u l-awtoritajiet pubbliċi, u tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-eżitu tal-inizjattivi li ħadet sa issa, inkluża l-ħidma tat-task force imwaqqfa mid-DĠ GROW;

Id-diġitalizzazzjoni

117.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b’mod konġunt mal-industrija u mal-assoċjazzjonijiet tat-turiżmu pjan direzzjonali intelliġenti ta’ inizjattivi li jiffukaw fuq il-firxa usa’ tal-innovazzjoni (il-proċess, l-ICT, ir-riċerka) u fuq il-ħiliet meħtieġa, sabiex tinkoraġġixxi lill-kumpaniji tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu jadottaw l-għodod diġitali u jużawhom b’mod aktar effiċjenti; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni tista’ tagħmel sforz ikkonċentrat biex ixxerred l-aħjar prattiki f’dan il-qasam;

118.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjattaforma tat-Turiżmu Diġitali tal-Kummissjoni u l-objettivi tagħha li (i) issaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni u diġitizzazzjoni tal-SMEs relatati mat-turiżmu bl-iskop li jiġi attivat is-settur tat-turiżmu, u (ii) tiġġenera proposti dwar kif għandhom jiġu adattati u msawra politiki sostenibbli, kompetittivi u ffukati fuq il-konsumatur bl-għan li jiżviluppaw aktar is-settur tat-turiżmu; jinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-approfondiment tal-kooperazzjoni fil-livell reġjonali bil-għan li s-settur tat-turiżmu Ewropew isir iktar attraenti u kompetittiv; iqis li l-promozzjoni tat-tagħlim elettroniku u żieda fl-użu tat-teknoloġiji diġitali jkomplu jmexxu dan l-għan 'il quddiem;

119.

Jinsab konxju li l-SMEs (li l-biċċa l-kbira tagħhom huma mikrointrapriżi) u l-kumpaniji li għadhomqed jibdew fis-settur tat-turiżmu jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet konsiderevoli biex jippromwovu s-servizzi tagħhom barra mill-pajjiż u biex jadattaw għall-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu malajr; jinnota li l-għodod il-ġodda tal-IT bħalma hu l-Portal għan-Negozji tat-Turiżmu żviluppat mill-Kummissjoni, flimkien ma’ webinars, jistgħu jgħinuhom jisfruttaw l-opportunitajiet diġitali; jenfasizza li jekk il-Portal għan-Negozji tat-Turiżmu jsir disponibbli bil-lingwi kollha tal-Istati Membri dan se jkompli jippromwovi aktar benefiċċji territorjali ta’ dawn l-azzjonijiet; iħeġġeġ li jittieħdu inizjattivi simili fuq livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

120.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli trawwem il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet pubbliċi u privati kkonċernati fl-ivvjaġġar u t-turiżmu sabiex tiġi ffaċilitata r-riċerka u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali minn kumpaniji Ewropej; jenfasizza, b’mod partikolari, l-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tat-turiżmu fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak lokali, l-operaturi turistiċi, is-settur tal-ospitalità u n-negozji diġitali;

121.

Jistieden lill-Kummissjoni tassisti s-settur fil-kostruzzjoni ta’ għodod li se jagħmluha possibbli li jiġu mmonitorjati d-destinazzjonijiet tal-viżitaturi, jinbena l-profil tagħhom u tiġi ttraċċata l-mobilità tagħhom, sabiex jiġu identifikati l-interessi tagħhom u jiġu żviluppati prodotti xierqa, u toħloq għodod li joffru destinazzjonijiet à la carte jew il-monitoraġġ ta’ netwerks bil-għan li jiġu aċċertati l-opinjonijiet tal-viżitaturi tagħna;

122.

Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta rapport komprensiv li jiġbor fih valutazzjoni tal-qagħda attwali fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni fis-suq tat-turiżmu tal-UE, bil-għan li jiġu identifikati u indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet għad-diversi atturi pubbliċi u privati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; iqis li tali rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet xierqa bil-għan li jiġu żgurati l-kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha u biex jiġu protetti l-konsumaturi billi jsir provvediment għat-trasparenza, in-newtralità u l-aċċessibbiltà;

123.

Jinnota ż-żieda fil-prenotar onlajn ta’ servizzi turistiċi direttament mill-utent u r-riskji li dan jista’ joħloq għall-konsumaturi, li ħafna drabi mhumiex konxji tad-drittijiet tagħhom u tal-leġiżlazzjoni applikabbli; jitlob li l-Kummissjoni ssegwi fid-dettall kwalunkwe abbuż li jista' jinħoloq f’dan il-qasam, b’mod partikulari li jkun jinvolvi x-xiri kombinat mingħand diversi fornituri tas-servizzi (biljetti tal-ajru u kiri ta’ karozza, pereżempju), u tadatta u tiżviluppa dawn il-modi ġodda ta’ servizzi ta’ prenotazzjoni fiż-żmien tar-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż;

124.

Jilqa' l-konklużjoni riċenti tan-negozjati tat-trilogu dwar Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż riveduta; jitlob li din tiġi trasposta u applikata meta jkun il-waqt u b'mod effikaċi bil-għan li tittrasforma s-settur u tipproteġi l-konsumaturi fl-ambjent diġitali;

125.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka mill-ġdid fondi u programmi bil-għan li tappoġġja aħjar id-diġitazzjoni tal-kumpaniji tat-turiżmu Ewropej;

126.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jingħataw aċċess ġust u ugwali għad-data rilevanti mill-operaturi tal-ivvjaġġar u tat-trasport sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tas-servizzi multimodali diġitali ta’ informazzjoni u ta’ ħruġ ta' biljetti; jinnota l-importanza tas-sistemi tat-trasport intelliġenti (ITS) fil-fatt li jipprovdu data eżatta u fil-ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar għall-iżvilupp ta’ servizzi integrati ta’ mobilità li se jkunu ta' ġid għall-iżvilupp tat-turiżmu Ewropew;

127.

Jistieden lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jappoġġjaw inizjattivi madwar l-UE kollha li jrawmu l-użu tal-infrastruttura diġitali u l-interoperabilità fost il-pjattaformi differenti; jistieden lill-Istati Membri, f’dan il-kuntest, jipprovdu servizz ta' Wi-Fi bla ħlas fiż-żoni turistiċi u jabolixxu l-ħlasijiet tar-roaming sal-15 ta’ Ġunju 2017, kif ġie deċiżi, kif ukoll l-imblukkar ġeografiku;

128.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jiżguraw li l-istazzjonijiet kollha kif ukoll il-pjattaformi kollha ta' usil, tluq u trasferiment ikunu mgħammra b'uffiċċji tal-informazzjoni li jkunu jinkorporaw persunal imħarreġ li kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar destinazzjonijiet ewlenin, il-mezzi ta’ trasport u faċilitajiet turistiċi, flimkien ma’ sistemi ta’ informazzjoni diġitali multilingwi li joffru aċċess b'xejn u mingħajr limiti għal netwerks tal-Wi-Fi li jistgħu jintużaw ukoll minn persuni b’diżabilità;

129.

Jenfasizza li l-vjaġġaturi xorta għadhom iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet, termini u kundizzjonijiet differenti meta jkunu qed jagħmlu prenotazzjoni ta' akkomodazzjoni jew ta' mezz ta' trasport online; jilqa', għalhekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa”; jistieden lill-Kummissjoni tadotta proposta komprensiva biex jintemm l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat tal-aċċess għal prodotti, servizzi u l-aħjar rata disponibbli abbażi tal-lok ġeografiku jew il-pajjiż ta' residenza;

130.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-aċċess għall-broadband ta' veloċità għolja bħala prijorità għaż-żoni turistiċi remoti u ultraperiferiċi bħalma huma l-gżejjer u ż-żoni kostali, tal-muntanji u żoni rurali sabiex isaħħu t-tkabbir tan-negozji tat-turiżmu u jnaqqsu d-distakk diġitali fl-UE;

131.

Jistieden lill-Istati Membri u l-atturi involuti jiżviluppa mezzi effettivi jiġġieldu lin-nuqqas ta’ ħiliet fil-partijiet kollha fl-industrija tat-turiżmu, b’mod partikolari fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni;

132.

Jinsab inkwetat li ħafna mill-benefiċċji ekonomiċi ta’ distribuzzjoni onlajn mhumiex qed jiġu sfruttati fl-Ewropa; huwa tal-fehma li l-gvernijiet Ewropej għandhom jagħmlu aktar biex jagħtu s-setgħa lill-intraprenditorija u, b'mod partikolari, lis-soluzzjonijiet orjentati lejn it-teknoloġija fl-Ewropa;

o

o o

133.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 41.

(2)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.

(3)  ĠU C 134, 7.6.2003, p. 7.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/86


P8_TA(2015)0392

L-iżvilupp ta' teknoloġija satellitari għall-implimentazzjoni ta' sistemi globali ta' rintraċċar tat-titjiriet

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar l-allokazzjoni mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni, li se ssir f'Ġinevra mit-2 sas-27 ta' Novembru 2015 (WRC-15), tal-banda tal-ispettru tar-radju meħtieġa biex tappoġġa l-iżvilupp futur ta' teknoloġija satellitari għall-implimentazzjoni ta' sistemi globali ta' rintraċċar tat-titjiriet (2015/2857(RSP))

(2017/C 355/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-punt il-ġdid dwar ir-rintraċċar waqt it-titjira fl-aġenda tal-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni (WRC-15) li jmiss tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), li se ssir f'Ġinevra mit-2 sas-27 ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma intitolat 'Aircraft Tracking and Localisation Options', ippreżentat mill-UE lil-Laqgħa Multidixxiplinari tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) rigward ir-Rintraċċar Globali tat-12 u t-13 ta' Mejju 2014,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li saru mil-Laqgħa Multidixxiplinari tal-ICAO msemmija hawn fuq rigward ir-Rintraċċar Globali,

wara li kkunsidra l-Opinjoni 01/2014 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-5 ta' Mejju 2014, intitolata “Amendment of requirements for flight recorders and underwater locating devices”,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza maħruġa minn diversi awtoritajiet nazzjonali ta' investigazzjoni dwar is-sikurezza bl-għan li tiżdied is-sikurezza billi jiġi ffaċilitat l-irkupru ta' informazzjoni għall-finijiet ta' investigazzjonijiet dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u billi jittejbu l-prestazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistraturi tat-titjira kif ukoll il-lokalizzazzjoni ta' ajruplani wara inċident fuq l-ilma (1),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-reġistraturi tat-titjira, l-apparat ta' lokalizzazzjoni taħt l-ilma u s-sistemi ta' rintraċċar tal-ajruplani (2),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-allokazzjoni mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni, li se ssir f'Ġinevra mit-2 sas-27 ta' Novembru 2015 (WRC-15), tal-banda tal-ispettru tar-radju meħtieġa biex tappoġġa l-iżvilupp futur ta' teknoloġija satellitari għall-implimentazzjoni ta' sistemi globali ta' rintraċċar tat-titjiriet (O-000118/2015 – B8-1101/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-traġedji tat-titjira AF447 tal-Air France (1 ta' Ġunju 2009) u t-titjira MH370 tal-Malaysia Airlines (8 ta' Marzu 2014) enfasizzaw il-ħtieġa li jiddaħħlu fis-seħħ sistemi ġodda biex tiġi determinata l-pożizzjoni ta' ajruplani tal-passiġġieri f'kull ħin, anke f'postijiet remoti;

B.

billi tali sistemi ta' sorveljanza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) jagħmluha aktar faċli biex tiġi determinata l-pożizzjoni ta' ajruplan f'każ ta' mġiba mhux tas-soltu, emerġenza jew inċident;

C.

billi, fid-dawl tat-traġedji tat-titjiriet AF447 u MH370, tali sistemi m'għandhomx jiġu affettwati mit-telf ta' enerġija elettrika normali abbord u m'għandu jkun hemm ebda possibbiltà li dawn jiġu diżattivati matul it-titjira;

D.

billi tali sistemi jtejbu l-effikaċja ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ u ta' investigazzjonijiet, peress li s-sistemi attwali ta' rintraċċar tat-titjiriet ikopru d-dinja b'mod parzjali biss;

E.

billi dawn is-sistemi jistgħu jkunu wkoll għodda importanti biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-kapaċità tal-ATM filwaqt li tittejjeb b'mod sinifikanti s-sikurezza tal-avjazzjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż infrastrutturali;

F.

billi l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u l-partijiet ikkonċernati, bdiet tistudja diversi opzjonijiet tekniċi, abbażi tal-prestazzjoni tagħhom, u pproponiet regoli dwar ir-rintraċċar tal-ajruplani b'implimentazzjoni gradwali;

G.

billi fost l-opzjonijiet possibbli li qed jitħaddmu u/jew jiġu studjati attwalment (pereżempju, is-Sorveljanza Dipendenti Awtomatika – Kuntratt (ADS-C), is-Sistema fl-Ajruplani ta' Komunikazzjoni, ta' Indirizzar u ta' Rapportar (ACARS), il-Link ta' Data bi Frekwenza Għolja), jidher li t-teknoloġija ta' Sorveljenza Dipendenti Awtomatika – Xandir (ADS-B), appoġġata minn komunikazzjonijiet satellitari, hija promettenti ħafna;

H.

billi t-teknoloġija ADS-B tista' tassisti s-sorveljanza tal-ATM barra ż-żoni bl-aktar densità għolja ta' popolazzjoni, fejn il-kopertura tar-radar hija limitata, impossibbli jew estremament għalja (inklużi l-oċeani u żoni terrestri mhux abitati);

I.

billi t-teknoloġija ADS-B b'appoġġ satellitari tiddependi fuq komunikazzjonijiet bejn l-ajruplani u kostellazzjoni ta' satelliti biex tingħata kapaċità ta' sorveljanza lill-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, u billi għal dan il-fini tista' teħtieġ l-allokazzjoni ta' banda tal-ispettru tar-radju speċifika protetta mill-interferenza;

J.

billi l-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni (WRC-15), skedata għal Novembru tal-2015 u organizzata mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), hija l-forum biex jiġi determinat liema servizzi tar-radju huma allokati lil baned tal-ispettru tar-radju speċifiċi;

K.

billi għandha tittieħed azzjoni biex ikun żgurat li l-iżvilupp tat-teknoloġija ADS-B ma jiġix ostakolat minn nuqqas ta' allokazzjoni f'waqtha ta' banda tal-ispettru tar-radju adatta;

1.

Jappoġġa l-azzjoni tal-Kummissjoni bl-għan li tiżviluppa malajr sistema globali ta' rintraċċar tat-titjiriet ibbażata fuq il-prestazzjoni li tagħti lill-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru l-possibbiltà li jiddeterminaw il-pożizzjoni ta' ajruplani tal-passiġġieri f'kull ħin, anke f'postijiet remoti;

2.

Jenfasizza li tali sistema għandha tibqa' effikaċi anke f'każ ta' telf tal-enerġija elettrika normali abbord, u m'għandu jkun hemm ebda possibbiltà li din tiġi diżattivata matul it-titjira;

3.

Jemmen li l-iżvilupp ta' tali sistema għandu jinkiseb permezz ta' kooperazzjoni b'saħħitha bejn il-partijiet ikkonċernati kollha (eż. l-industrija, il-linji tal-ajru, il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, is-servizzi tas-sikurezza u s-salvataġġ, l-awtoritajiet ta' investigazzjoni dwar is-sikurezza u organizzazzjonijiet internazzjonali);

4.

Jinnota li t-teknoloġija ADS-B b'appoġġ satellitari, ibbażata fuq komunikazzjonijiet bejn l-ajruplani u s-satelliti, hija waħda mill-opzjonijiet promettenti għall-iżvilupp ta' sistema globali ta' sorveljanza tal-ATM;

5.

Jenfasizza li meta tiġi implimentata t-teknoloġija ADS-B huwa essenzjali li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru u li tiġi żgurata l-interoperabilità bejn teknoloġiji alternattivi sabiex jiġi evitat ksur tas-sikurezza u s-sigurtà;

6.

Jinnota li l-iżvilupp ta' teknoloġija ADS-B b'appoġġ satellitari jista' jeħtieġ l-allokazzjoni ta' banda tal-ispettru tar-radju adatta sabiex tiġi evitata kwalunkwe interferenza;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa – fid-dawl tal-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni li jmiss (WRC-15), li se ssir f'Ġinevra f'Novembru 2015 – rigward l-allokazzjoni tal-banda tal-ispettru tar-radju meħtieġa biex tappoġġa l-iżvilupp futur ta' sistema globali bbażata fuq is-satelliti ta' rintraċċar tat-titjiriet;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Opinjoni 01/2014 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-5 ta' Mejju 2014, p. 1, “Referenza”.

(2)  Dokument tal-Kummissjoni RPS COM-AC DRC(2015) D040413/02 u l-Anness tiegħu.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 27 ta’ Ottubru 2015

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/89


P8_TA(2015)0360

Il-Politika Agrikola Komuni: tħassir ta' atti li ma għadhomx validi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva 76/621/KEE tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0174),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0101/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2015 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-7 ta' Settembru 2015 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0255/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2015)0090

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2284.)


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/91


P8_TA(2015)0361

Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (08266/1/2015 – C8-0169/2015 – 2015/0076(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 355/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08266/1/2015),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (08297/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 u kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0169/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0271/2015),

1.

Japprova l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kif emendat u japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim;

2.

Jiddispjaċih li ma jista' jsir l-ebda titjib, b'mod partikolari rigward l-informazzjoni pprovduta u n-natura awtomatika, vinkolanti u mhux ristretta tal-iskambji ta' informazzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat f'każ ta' bidla jew żvilupp ġdid fl-aħħar stadji tal-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim;

4.

Ifakkar lill-Kunsill dwar l-obbligu tiegħu li jikkonsulta mal-Parlament kemm-il darba jimmodifika l-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu;

5.

Jenfasizza l-importanza li tittieħed azzjoni effikaċi kontra l-frodi u l-evitar tat-taxxa u b'mod partikolari l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa minn persuni fiżiċi u ġuridiċi bbażati fl-Unjoni bl-involviment ta' istituzzjonijiet finanzjarji bbażati f'pajjiżi terzi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim, l-applikazzjoni tal-Ftehim u l-eżitu tiegħu, u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq bi proposti għar-rieżami tagħha;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

Emenda 1

Abbozz ta' deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Abbozz ta' deċiżjoni

Emenda

1.   Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju (4).

1.   Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Emendatorju (4) sabiex jiġi żgurat li r-regoli dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet rapportabbli qed jiġu segwiti u li l-kollaborazzjoni dwar il-konformità u l-infurzar hi permessa .

Emenda 2

Abbozz ta' deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2

Abbozz ta' deċiżjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-Istati Membri dwar in-notifikazzjonijiet mogħtija skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali kif tirriżulta mill-Protokoll Emendatorju.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-Istati Membri dwar in-notifikazzjonijiet mogħtija skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali f'konformità mal-Protokoll Emendatorju.


(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/93


P8_TA(2015)0362

Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta’ interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2015)0129 – C8-0086/2015 – 2015/0065(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2017/C 355/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0129),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0086/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0299/2015),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

B’mod ġenerali, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE għandha kamp ta’ applikazzjoni usa’ minn dak tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE, u hija tistipula li, f’każijiet fejn il-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom jidħol f’xulxin, hija għandha tieħu prevalenza. Għad hemm każijiet residwi li fihom kieku tapplika biss id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Dawn il-każijiet residwi ġejjin minn differenzi żgħar fl-approċċ li jieħdu ż-żewġ Direttivi u minn eżenzjonijiet speċifiċi differenti. F’dawk il-każijiet limitati li fihom il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw, u dan iwassal għal żewġ standards tar-rappurtar fl-Unjoni. Il-benefiċċji ż-żgħar li jkun hemm jekk wieħed iżomm it-tali rappurtar doppju jingħelbu mill-ispejjeż li dan iġib miegħu.

(5)

B’mod ġenerali, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE għandha kamp ta’ applikazzjoni usa’ minn dak tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE, u hija tistipula li, f’każijiet fejn il-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom jidħol f’xulxin, hija għandha tieħu prevalenza. Għad hemm każijiet residwi li fihom kieku tapplika biss id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Dawn il-każijiet residwi ġejjin minn differenzi żgħar fl-approċċ li jieħdu ż-żewġ Direttivi u minn eżenzjonijiet speċifiċi differenti. F’dawk il-każijiet limitati li fihom il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw, u dan iwassal għal żewġ standards tar-rappurtar fl-Unjoni. Għalkemm ma saret l-ebda analiżi speċifika tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta' sistema ta' rappurtar doppju, lanqas għal perjodu ta' tranżizzjoni temporanju bejn iż-żewġ standards, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-benefiċċji ż-żgħar li jkun hemm jekk wieħed iżomm it-tali rappurtar doppju jingħelbu mill-ispejjeż li dan iġib miegħu.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fid-Direttiva 2003/48/KE huma attwalment applikati permezz ta' ftehimiet bilaterali separati bejn l-Unjoni u ħames pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni (il-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipat ta' Monaco u l-Prinċipat ta' Andorra) kif ukoll bejn kull wieħed mill-Istati Membri u 12-il territorju dipendenti jew assoċjat (iċ-Channel Islands, l-Isle of Man u t-territorji dipendenti jew assoċjati fil-Karibew). Huwa importanti li dawn il-ftehimiet bilaterali kollha jkunu adattati għall-Istandard Globali tal-OECD l-ġdid u għad-Direttiva 2014/107/UE. Huwa wkoll kruċjali li ma jinħolqu l-ebda lakuna jew nuqqas ieħor fil-proċess ta' ċaqliq mill-istandard eżistenti għal dak ġdid. Filwaqt li jkollha mandat ċar għan-negozjar tal-bidliet għall-ftehimiet ma' dawk il-ħames pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, fil-qafas tal-kompetenza tagħha, tieħu wkoll rwol attiv fl-iffaċilitar u l-promozzjoni tar-reviżjoni tal-ftehimiet tal-Istati Membri mat-12-il territorju dipendenti jew assoċjati. Sabiex jiġu ffaċilitati l-ħeffa u l-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, u bla ħsara għall-kunsens espliċitu tal-Istat Membru, tieħu inkarigu ta' dawn in-negozjati.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Lulju 2016, tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tranżizzjoni ta' ċaqliq mill-istandard ta' rappurtar applikat skont id-Direttiva 2003/48/KE għall-istandard ġdid ta' rappurtar stabbilit bid-Direttiva 2014/107/UE. Ir-rapport għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat għal, kwalunkwe riskju ta' ħolqien ta' lakuni jew ineżattezzi oħra fir-rappurtar li setgħu wittew it-triq għal frodi u evażjoni tat-taxxa transfruntieri. Ir-rapport għandu wkoll ikopri l-proċess relatat tar-reviżjoni tal-ftehimiet bilaterali separati bejn l-Unjoni u ħames pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni (il-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipat ta' Monaco u l-Prinċipat ta' Andorra) kif ukoll bejn kull wieħed mill-Istati Membri u 12-il territorju dipendenti jew assoċjat (iċ-Channel Islands, l-Isle of Man u t-territorji dipendenti jew assoċjati fil-Karibew). Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Ottubru 2017, tissottometti rapport ta' segwitu bl-għan li tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni. Ir-rapporti għandhom jiġu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi, jekk dan ikun xieraq.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/96


P8_TA(2015)0363

Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja (10027/2015 – C8-0197/2015 – 2015/0804(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 355/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10027/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0197/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0304/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0419.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/97


P8_TA(2015)0364

Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju (10029/2015 – C8-0196/2015 – 2015/0805(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 355/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10029/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0196/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0303/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0419.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/98


P8_TA(2015)0365

Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja (09989/2015 – C8-0195/2015 – 2015/0806(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 355/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09989/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0195/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0302/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0419.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/99


P8_TA(2015)0366

Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (09173/3/2015 – C8-0281/2015 – 2013/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2017/C 355/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09173/3/2015 – C8-0281/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0512),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0297/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif xieraq, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 73.

(2)  Testi adottati tat-12.3.2014, P7_TA(2014)0222.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Meta tirrevedi d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2009, bit-titolu “Gwida dwar l-implimentazzjoni/l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali”, il-Kummissjoni se tindirizza wkoll il-kwistjoni ta' prattiki kummerċjali fejn fornituri ta' servizzi tal-ivvjaġġar li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom onlajn joffru servizzi addizzjonali b'mod li jkun moħbi, mhux ċar jew ambigwu, bħal pereżempju jaħbu l-għażla li ma tibbukkja ebda servizz ulterjuri. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament dwar kif tqiesu l-fehmiet tagħha meta ġiet adottata l-Gwida riveduta.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/100


P8_TA(2015)0367

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (10788/2/2015 – C8-0294/2015 – 2013/0309(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2017/C 355/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10788/2/2015 – C8-0294/2015),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentata mill-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti, il-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0627),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0300/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 177, 11.6.2014, p. 64.

(2)  ĠU C 126, 26.4.2014, p. 53.

(3)  Testi adottati tat-3.4.2014, P7_TA(2014)0281.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/101


P8_TA(2015)0368

Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (COM(2014)0001 – C7-0014/2014 – 2014/0005(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/20)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur jeħtieġ li jesporta prodotti mediċinali kkontrollati mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim legalment vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali.

(8)

L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur jeħtieġ li jesporta prodotti mediċinali kkontrollati mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim legalment vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali , għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ senserija fir-rigward ta' oġġetti li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħhom huma pprojbiti minħabba li dawn l-oġġetti ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta’ tali servizzi sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi.

(12)

Huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ senserija fir-rigward ta' oġġetti li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħhom huma pprojbiti minħabba li dawn l-oġġetti ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta' tali servizzi sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi u jiġu rispettati l-prinċipji ta' dinjità umana li huma ta' bażi għall-valuri Ewropej, kif inkorporati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Klawsola mmirata tal-użu aħħari għandha tiġi introdotta għall-Istati Membri biex jissospendu jew iwaqqfu t-trasferiment ta' oġġetti relatati mas-sigurtà mhux elenkati fl-Annessi II u III li, b'mod ċar, m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-finijiet tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jew li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-trasferiment ta' dawn l-oġġetti jwassal li jiffaċilitaw jew jwettqu l-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Is-setgħat mogħtija taħt il-klawsola mmirata tal-użu aħħari ma għandhomx jiġu estiżi għall-prodotti mediċinali li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt f

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

Punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f)

“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

 

(f)

“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar, l-użu, il-prattiki jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt k – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-dispożizzjoni unika ta’ servizzi anċillari hija eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-dispożizzjoni ta' servizzi anċillari hija inkluża f'din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigrazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali, inkluż permezz tal-internet ;

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)

“sensar” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k), mill-Unjoni lejn it-territorju ta’ pajjiż terz ;

(l)

“sensar” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi, jew ċittadina ta', Stat Membru tal-Unjoni, jew sussidjarja ta' persuna ġuridika jew sħubija, li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k);

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)

“fornitur tal-assistenza teknika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f) , mill-Unjoni lejn it-territorju ta’ pajjiż terz ;

(m)

“fornitur tal-assistenza teknika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f);

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)

“esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija li f'isimha ssir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, tintrabat b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollha s-setgħa li tibgħat l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta’ esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-“esportatur” tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa meħtieġa li tibgħat l-oġġett ikkonċernat 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta’ dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra mill-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti stabbilita fl-Unjoni;

(n)

“esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija li f'isimha ssir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, tintrabat b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollha s-setgħa li tibgħat l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta' esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-“esportatur” tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa meħtieġa li tibgħat l-oġġett ikkonċernat 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta' dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra mill-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti residenti jew stabbilita fl-Unjoni;

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt ra (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ra)

“transitu” tfisser it-trasport ta' oġġetti mhux tal-Unjoni, elenkati fl-Annessi, li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni barra mill-Unjoni;

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4b.

Projbizzjoni ta' transitu

1.    Kwalunkwe transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandu jkun ipprojbit, irrispettivament mill-oriġini tal-oġġetti.

2.    B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II, jekk jintwera li, fil-pajjiż li lejh se jiġu esportati l-oġġetti, tali oġġetti se jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.”

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 4 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4c

Il-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni kummerċjali

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-attivitajiet ta' promozzjoni online u offline fl-Unjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija, għall-fini tat-trasferiment tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti.”

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa , fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b’mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta’ qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta’ devjazzjoni.

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa , fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1a.     L-awtorità kompetenti, filwaqt li tieħu kont tal-evidenza kollha rilevanti, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-kumpaniji kollha li jikkummerċjalizzaw tagħmir tas-sigurtà u li jorganizzaw fieri u avvenimenti oħra fejn tali tagħmir huwa kkummerċjalizzat, ikunu konxji tal-fatt li tali tagħmir jista' jintuża għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li din il-kummerċjalizzazzjoni ta' tali tagħmir tista' tiġi pprojbita u jistgħu jiġu rtirati awtorizzazzjonijiet fir-rigward tagħha.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test preżenti

Emenda

 

(5b)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Annessi III jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.

 

2.   L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':

 

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':

sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,

 

sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,

sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

 

sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II u III applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.

 

Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II, III u IIIa applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal transitu

1.    Awtorizzazzjoni għandha tkun meħtieġa għat-transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III jew IIIa jekk l-operatur ekonomiku kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-transitu li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

2.    Jekk operatur ekonomiku huwa konxju li l-oġġetti fi transitu elenkati fl-Anness III jew IIIa huma intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti li jagħmlu t-transitu kkonċernat soġġett għall-awtorizzazzjoni.

3.    Stat Membru li jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, dwar it-transitu ta' oġġett li mhuwiex elenkat fl-Anness III jew IIIa, għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.”

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Huwa pprojbit li sensar jipprovdi servizzi ta’ senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f’pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III , irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk is-sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi parti mill-kunsinna bil-baħar ta' tali oġġetti hija jew tista' tkun maħsuba biex tintuża għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f’pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

1.   Huwa pprojbit li sensar jipprovdi servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa , irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk is-sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi parti mill-kunsinna bil-baħar ta' tali oġġetti hija jew tista' tkun maħsuba biex tintuża għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f’pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III , irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f’pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.”

2.   Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa , irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fornitur ta' assistenza teknika għandu wkoll ikun ipprojbit milli jagħti struzzjoni, parir, taħriġ jew jittrasmetti tagħrif prattiku jew ħiliet li jistgħu jgħinu t-twettiq ta' piena kapitali, it-tortura jew trattament jew piena krudili, inumani jew degradanti oħra.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 7aa

Skambju tal-aħjar prattiki

L-Istati Membri huma mħeġġa jippromwovu l-aħjar prattiki bejn il-fornituri tal-assistenza tekniku biex jiżguraw li din l-assistenza tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.”

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7c – paragrafu 3 – punt 3.3 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

“3.3.

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi fejn xieraq, għandha tadotta linji gwida dwar l-aħjar prattika dwar il-verifika tal-użu aħħari.”

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Kapitolu III b (ġdid) – Artikolu 7e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

“Kapitolu III b

Oġġetti mhux elenkati

Artikolu 7e

Klawsola onnikomprensiva

1.    Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti mhux elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

2.    Jekk esportatur huwa konxju li l-oġġetti li huwa jipproponi li jesporta, li mhumiex elenkati fl-Anness II, III jew IIIa, huma intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit, li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti li l-esportazzjoni kkonċernata tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni.

3.    Stat Membru li jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, għall-esportazzjoni ta' oġġett li mhuwiex elenkat fl-Anness II, III jew IIIa, għandu jinforma immedjatament dwar dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jindika raġunijiet preċiżi għall-impożizzjoni ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe modifika għall-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2.

4.    L-Istati Membri l-oħra għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta kollha lil din l-informazzjoni u għandhom jinformaw lill-amministrazzjoni doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom.

5.    Meta jkun meħtieġ minn raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex iżżid oġġetti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-Anness II, III jew IIIa. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 15b għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu.

6.    Prodotti mediċinali, kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan l-Artikolu.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti.

6.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli, fuq talba, lil korp indipendenti ta' sorveljanza rilevanti bħall-Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, jew istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fi Stat Membru.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test prezenti

Emenda

 

(8a)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II jew III , u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiża, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-oġġetti ddikjarati u jiġbdu l-attenzjoni għall-possibbiltà tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk fi żmien sitt xhur minn wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli."

 

“2.   Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II, III jew IIIa, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiża, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-oġġetti ddikjarati u jiġbdu l-attenzjoni għall-possibbiltà tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk fi żmien sitt xhur minn wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli.”

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 12a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tista’, fi żmien tliet xhur, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari.

2.    Meta tirċievi talba skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri kollha u tiċċirkola l-informazzjoni li tirċievi mill-Istat Membru rikjedenti. Sakemm tingħata deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jissospendu immedjatament it-trasferimenti tal-oġġetti inklużi fit-talba. Il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 12a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.”

3.   Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.”

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12a)

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 , il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u  jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

 

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u  jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati, kif ukoll fir-rigward ta' miżuri meħuda skont il-klawsola mmirata tal-użu aħħari. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.”

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali li jkun magħmul mir-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 3. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.”

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Article 15a

imħassar

Eżerċizzju tad-delega

 

1.    Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn …. Il-Kummissjoni tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dejjem sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

 

5.    Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artiku 15c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 15c

Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura

1.    Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dan il-Grupp. Huwa għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tista' titqajjem mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.

2.    Il-Grupp ta' Koordinament għandu, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħu miżuri xierqa biex jistabbilixxi kooperazzjoni diretta u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari biex jelimina r-riskju ta' disparitajiet possibbli fl-applikazzjoni ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li jistgħu jwasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ.

3.    Il-President tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandu, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jikkonsulta mal-esportaturi, mas-sensara u ma' partijiet interessati rilevanti oħra, inkluż mill-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili b'għarfien espert rilevanti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

4.    Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali bil-miktub lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15d

1.    Minn…  (*1) , u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-preparazzjoni tar-rapport.

2.    Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jitrattaw:

(a)

il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura u l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu. L-informazzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi dwar l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandha tiġi trattata b'kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-informazzjoni għandha, f'kull każ, titqies bħala kunfidenzjali jekk id-divulgazzjoni tagħha x'aktarx ikollha effett negattiv sinifikanti fuq min jipprovdiha jew fuq is-sors ta' din l-informazzjoni.

(b)

informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet nazzjonali ta' liċenzjar mill-Istati Membri, ir-rapportar lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, il-mekkaniżmi ta' notifika u ta' konsultazzjoni fost l-Istati Membri, il-promulgazzjoni u l-infurzar.

(c)

informazzjoni komprensiva dwar in-natura u l-effett ta' miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17, inkluż it-tħaddim tas-sistemi penali introdotti mill-Istati Membri, u valutazzjoni dwar jekk tali sistemi humiex effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c)

Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri huma ta' natura u effett simili.”

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15 – punt (-a) (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness III – kolonna 2 – punti 1 u 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)

Fl-Anness III, fit-tieni kolonna, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti mis-segwenti:

1.

Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

“1.

Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

1.1.

Qajd u ktajjen tal-gruppi

1.1.

Qajd u ktajjen tal-gruppi

Noti:

Noti:

1.

Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmuli jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom

1.

Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmuli jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom

2.

Din il-partita ma tikkontrollax l-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partita 2.3 tal-Anness II.

2.

Din il-partita ma tikkontrollax l-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partita 2.3 tal-Anness II.

3.

Dan il-punt ma jikkontrollax “manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

3.

Dan il-punt ma jikkontrollax ‘manetti ordinarji’. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;

 

id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;

 

iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;

 

iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;

 

iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija minimu ta' 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll

 

iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija minimu ta' 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll

 

il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

 

il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

1.2.

Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza li taqbeż il-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar

1.2.

Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza li taqbeż il-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar

Nota:

Nota:

Dan il-partita tinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

Dan il-partita tinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

1.3.

Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq

1.3.

Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq

Nota: Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

Nota: Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

 

1.3.a

Siġġijiet, twavel u sodod mgħammra b'ċineg

2.

Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

2.

Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

2.1.

Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet

2.1.

Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet

Noti:

Noti:

1.

Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi skont il-partita 2.1 tal-Anness II.

1.

Dan il-punt ma jikkontrollax liċ-ċinturini tax-xokk elettriku kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.

2.

Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess

2.

Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess

2.2.

Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1

2.2.

Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1

Nota:

Nota:

L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:

L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:

l-unità li tipproduċi xokk elettriku,

l-unità li tipproduċi xokk elettriku,

l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u

l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u

l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi

l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi

2.3.

Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi

2.3.

Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi

 

2.3a.

Strumenti akustiċi għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet/tal-folla

 

2.3b.

Armi li jaħdmu bil-mewġa millimetrika”

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt 6 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7d, il-punt 7 tal-Artikolu 1, jibda japplika mill- 1 ta’ Jannar 2015 .

Il-punt 6 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7d, il-punt 7 tal-Artikolu 1, jibda japplika mill- 1 ta' Frar 2016 .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Benin

imħassar

Emenda 34

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Gabon

Emenda 35

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Liberja

imħassar

Emenda 36

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Madagaskar

imħassar

Emenda 37

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Mongolja

imħassar

Emenda 38

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sao Tomé u Principe

imħassar


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0267/2015).


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/122


P8_TA(2015)0369

Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2015)0135 – C8-0085/2015 – 2015/0068(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2017/C 355/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0135),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0085/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0306/2015),

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari r-rispett għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-libertà ta' intrapriża,

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa, ippjanar aggressiv tat-taxxa, u kompetizzjoni dannuża ta' taxxa transfruntiera żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali. It-tnaqqir tal-bażijiet tat-taxxa qiegħed inaqqas id-dħul nazzjonali mit-taxxi b'mod konsiderevoli, u dan ifixkel lill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' politiki fiskali li jgħinu t-tkabbir. B'mod partikolari , id-deċiżjonijiet dwar l-istrutturi xprunati mit-taxxa jwasslu għal livell baxx ta' tassazzjoni ta' ammonti għoljin b'mod artifiċjali ta' dħul fil-pajjiż li jagħti d-deċiżjoni antiċipata u  jistgħu jħallu ammonti baxxi b'mod artifiċjali ta' dħul biex jiġu ntaxxati f'xi pajjiżi oħra involuti. Għalhekk, hija meħtieġa żieda fit-trasparenza b'mod urġenti. Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li jissaħħu l-għodod u l-mekkaniżmi stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (13).

(1)

L-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa, ippjanar aggressiv tat-taxxa, u kompetizzjoni dannuża ta' taxxa transfruntiera żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali. It-tnaqqir tal-bażijiet tat-taxxa qiegħed inaqqas id-dħul nazzjonali mit-taxxi b'mod konsiderevoli, u dan ifixkel lill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' politiki fiskali li jgħinu t-tkabbir , joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi – b'mod partikolari l-SMEs – li jħallsu l-ammont ġust ta' taxxa u jitfa' t-tassazzjoni lejn fatturi inqas mobbli bħax-xogħol u l-konsum . Madankollu, f'każijiet speċifiċi , id-deċiżjonijiet dwar l-istrutturi xprunati mit-taxxa wasslu għal livell baxx ta' tassazzjoni ta' ammonti għoljin b'mod artifiċjali ta' dħul fil-pajjiż li jagħti d-deċiżjoni antiċipata u  ħallew ammonti baxxi b'mod artifiċjali ta' dħul biex jiġu ntaxxati f'xi pajjiżi oħra involuti , biex b'hekk titnaqqas il-bażi tat-taxxa f'dawk l-Istati Membri . Hija meħtieġa żieda fit-trasparenza immirata u fl-iskambju ta' informazzjoni b'mod urġenti għallinqas bi qbil mal-istandards tal-OECD . Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li jissaħħu l-għodod u l-mekkaniżmi stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (13).

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Wara l-iskandlu ta' LuxLeaks u permezz ta' dan ir-rappport, il-Parlament Ewropew jesprimi d-determinazzjoni qawwija tiegħu li ma jittollerax il-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa kif ukoll li jippromwovi distribuzzjoni ġusta tal-piż tat-taxxa bejn iċ-ċittadini u l-kumpaniji.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti biex isir progress fl-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kemm fil-livell globali u kif ukoll f'dak tal-Unjoni . Filwaqt li enfasizza l-importanza tat-trasparenza, il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa fl-Unjoni.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti biex isir progress fl-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kemm fil-livell globali u kif ukoll f'dak Ewropew . Filwaqt li enfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-iskambju ta' informazzjoni korrispondenti , il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa fl-Unjoni.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Madankollu, l-iskambju effiċjenti u spontanju ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u mal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet huwa mxekkel minn diversi diffikultajiet prattiċi u importanti bħad-diskrezzjoni permessa lill-Istat Membru emittenti li jiddeċiedi liema mill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati.

(4)

Madankollu, l-iskambju effiċjenti u spontanju ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u mal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet huwa mxekkel minn diversi diffikultajiet prattiċi u importanti bħad-diskrezzjoni permessa lill-Istat Membru emittenti li jiddeċiedi liema mill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati u s-sistema ta' monitoraġġ dgħajfa li tagħmilha diffiċli għall-Kummissjoni li tidentifika kwalunkwe ksur tar-rekwiżit tal-iskambju ta' informazzjoni .

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Skambju u pproċessar effiċjenti tal-informazzjoni tat-taxxa u l-pressjoni mill-pari li tirriżulta jkollhom effett ta' deterrent qawwi kontra l-introduzzjoni ta' prattiki tat-taxxa dannużi u jippermettu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jieħdu azzjoni kontra tali prattiki.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-possibbiltà li l-għoti ta' informazzjoni tista' tiġi rrifjutata jekk din tkun se tirriżulta fl-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika m'għandux japplika għad-dispożizzjonijiet ta' skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet sabiex ma tonqosx l-effettività ta' dawn l-iskambji. In-natura limitata tal-informazzjoni li hemm bżonn li tiġi kondiviża mal-Istati Membri kollha għandha tiżgura protezzjoni suffiċjenti ta' dawk l-interessi kummerċjali.

(5)

Il-possibbiltà li l-għoti ta' informazzjoni tista' tiġi rrifjutata jekk din tkun se tirriżulta fl-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika ma jridx japplika għad-dispożizzjonijiet ta' skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet sabiex ma tonqosx l-effikaċja ta' dawn l-iskambji. In-natura limitata tal-informazzjoni li hemm bżonn li tiġi kondiviża mal-Istati Membri kollha tiżgura protezzjoni suffiċjenti ta' dawk l-interessi kummerċjali.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Deċiżjonijiet antiċipati dwar it-taxxa u arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet jista' jkollhom dimensjoni transfruntiera minkejja li jirrelataw ma' tranżazzjonijiet purament nazzjonali. Dan huwa partikolarment minnu għat-tranżazzjonijiet kaskata, fejn id-deċiżjonijiet antiċipati dwar it-taxxa jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet jikkonċernaw l-ewwel tranżazzjonijiet nazzjonali, mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet (transfruntieri) sussegwenti.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Sabiex jiġu evitati distinzjonijiet arbitrarji bejn arranġamenti tat-taxxa li jirriżultaw fil-kuntest ta' prattiki amministrattivi nazzjonali differenti, id-definizzjonijiet ta' deċiżjonijiet antiċipati u ta' arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet għandhom ikopru l-arranġamenti tat-taxxa irrispettivament mill-mod formali jew informali li bih inħarġu, u irrispettivament min-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħhom.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Deċiżjonijiet tat-taxxa antiċipati jiffaċilitaw l-implimentazzjoni konsistenti u trasparenti tal-liġi.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)

Regoli fiskali trasparenti jipprovdu ċertezza ġuridika għall-kontribwenti u n-negozji u jiġġeneraw investiment.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet, l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata minnufih wara li jinħarġu u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti intervalli regolari għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni .

(6)

Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet, l-informazzjoni li tikkonċernahom għandha tiġi kkomunikata b'mod immedjat wara li jinħarġu. Penali effiċjenti u effikaċi jistgħu jiġu żviluppati f'każijiet ta' nonkonformità.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet għandhom f'kull każ jinkludu komunikazzjoni ta' sett stabbilit ta' informazzjoni bażika għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura li hemm bżonn biex tistandardizza l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ta' dan it-tip skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 2011/16/UE għall-istabbiliment ta' formola standard li għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni. Dik il-proċedura għandha tintuża wkoll fl-adozzjoni ta' kull miżura li hemm bżonn u tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni.

(7)

L-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet għandhom f'kull każ jinkludu komunikazzjoni ta' sett stabbilit ta' informazzjoni bażika għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura li hemm bżonn biex tistandardizza l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ta' dan it-tip skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 2011/16/UE għall-istabbiliment ta' formola standard li għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni. Dik il-proċedura għandha tintuża wkoll fl-adozzjoni ta’ kull miżura li hemm bżonn u tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bażika li trid tiġi kkomunikata wkoll lill-Kummissjoni. Dan jippermetti lill-Kummissjoni biex f'kull ħin tkun tista' tissorvelja u tevalwa l-applikazzjoni effettiva tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet. Komunikazzjoni ta' dan it-tip mhijiex se teżonera lill-ebda Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

(8)

L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bażika li trid tiġi kkomunikata wkoll lill-Kummissjoni , peress li l-Kummissjoni trid tkun tista' tivvaluta indipendentement jekk din l-informazzjoni hijiex rilevanti għall-identifikazzjoni ta' għajnuna mill-istat illegali . Din l-informazzjoni bażika għandha tippermetti lill-Kummissjoni biex f'kull ħin tkun tista' tissorvelja u tevalwa b'mod effiċjenti l-applikazzjoni effikaċi tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet u tiżgura li d-deċiżjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-suq intern . Komunikazzjoni ta' dan it-tip mhijiex se teżonera lill-ebda Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Qabel l-1 ta' Ottubru 2018, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni analiżi ex post tal-effikaċja ta' din id-Direttiva.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Il-feedback mingħand l-Istat Membru li jkun qed jirċievi l-informazzjoni lill-Istat Membru li jibgħatha huwa element bżonjuż tat-tħaddim ta' sistema effettiva ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-miżuri li jippermettu l-għoti ta' feedback f'każijiet fejn l-informazzjoni tkun ġiet użata u fejn l-ebda feedback ma jkun jista' jingħata skont dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2011/16/UE.

(9)

Il-feedback mingħand l-Istat Membru li jkun qed jirċievi l-informazzjoni lill-Istat Membru li jibgħatha huwa element meħtieġ tat-tħaddim ta' sistema effikaċi ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni , peress li jħeġġeġ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri . Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-miżuri li jippermettu l-għoti ta' feedback f'każijiet fejn l-informazzjoni tkun ġiet użata u fejn l-ebda feedback ma jkun jista' jingħata skont dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2011/16/UE. B'dak il-mod, ikun aktar diffiċli li l-informazzjoni tiġi injorata għal skopijiet ta' frodi.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Stat Membru għandu jkun jista' jiddependi fuq l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar talba biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet mill-Istat Membru li jkunu ħarġu deċiżjonijiet jew arranġamenti ta' dan it-tip.

(10)

Stat Membru għandu jkun jista' jiddependi fuq l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni dwar talba biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjonijiet antiċipati jew tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet mill-Istat Membru li jkunu ħarġu deċiżjonijiet jew arranġamenti ta' dan it-tip u kwalunkwe testi li jaffettwaw bidliet sussegwenti .

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

L-espressjoni “informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti” kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tiġi ċċarata sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet bi skopijiet ta' evitar ta' taxxa.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwarrbu kull ostaklu li jista' jfixkel l-iskambju awtomatiku obbligatorju effettiv u l-aktar wiesgħa possibbli ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.

(11)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwarrbu kull ostaklu li jista' jfixkel l-iskambju awtomatiku obbligatorju effikaċi u l-aktar wiesgħa possibbli ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Sabiex tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tad-deċiżjonijiet tat-taxxa ewlenin miftiehma fis-sena preċedenti, abbażi ta' informazzjoni fid-direttorju ċentrali sigur. Dan ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas deskrizzjoni tal-kwistjonijiet indirizzati fid-deċiżjoni tat-taxxa, deskrizzjoni tal-kriterji użati biex jiġi determinat arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet u jiġi identifikat l-Istat Membru jew l-Istati Membri l-aktar li jistgħu jiġu affettwati. B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Huwa opportun li l-Istati Membri jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jallokaw riżorsi umani mill-persunal eżistenti tagħhom biex jiġbru u janalizzaw tali informazzjoni.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)

Sas-26 ta' Ġunju 2017, għandu jkun operattiv reġistru madwar l-UE kollha għas-sjieda benefiċjarja, li se jgħin fit-traċċar ta' evitar tat-taxxa u trasferiment tal-profitt possibbli. Il-ħolqien ta' reġistru ċentrali għall-iskambju awtomatiku ta' deċiżjonijiet tat-taxxa antiċipati jew arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet bejn l-Istati Membri, li jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa u l-amministrazzjonijiet responsabbli fl-Istati Membri u l-Kummissjoni huwa ferm importanti.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kunfidenzjalità għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u għall-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.

(15)

Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kunfidenzjalità għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet antiċipati u għall-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Huwa essenzjali li jinżamm il-prinċipju fundamentali tas-sovranità tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' taxxa meta jkunu kkonċernati taxxi diretti u li l-proposta attwali ma għandhiex tipperikola l-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiggarantixxi rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju.

(16)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiggarantixxi rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju. Id-dejta personali trid tiġi pproċessata għal raġunijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u biss jekk xierqa, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-iskopijiet. Kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawk id-drittijiet għandhom jiġu imposti biss bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet biss jekk ikunu jilħqu l-objettivi neċessarji u ġenwini ta' interess ġenerali rikonoxxuti mil-liġi, jew il-ħtieġa li jkunu mħarsin il-jeddijiet u l-libertajiet tal-oħrajn.

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda x'aktarx jista', minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni , din tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(17)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda x'aktarx jista', minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa jintlaħaq aħjar fil-livell Ewropew , din tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 9 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), referenza għal informazzjoni disponibbli għandha x'taqsam mal informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jkun qed jikkomunika l-informazzjoni, li tista' tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f'dak l-Istat Membru.

(a)

għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, li, skont l-Artikolu 8(1), issir f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), referenza għal informazzjoni disponibbli għandha x'taqsam mal-informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jkun qed jikkomunika l-informazzjoni, li tista' tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f'dak l-Istat Membru.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 14 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.

“deċiżjoni antiċipata transfruntiera ” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, li:

14.

“deċiżjoni antiċipata” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa u irrispettivament min-natura formali, informali, legalment vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħha , li:

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 14 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tingħata mill-gvern jew f'ismu jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru, jew kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, lil xi persuna;

(a)

tingħata jew tiġi ppubblikata mill-gvern jew f'ismu jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru, jew kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, li persuna waħda jew aktar jistgħu jiddependu fuqhom ;

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 14 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

għandha x'taqsam ma' tranżazzjoni transfruntiera jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna ġuridika fi Stat Membru ieħor joħolqux stabbiliment permanenti jew le, u;

(c)

għandha x'taqsam ma' tranżazzjoni jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna ġuridika fi Stat Membru ieħor joħolqux stabbiliment permanenti jew le, u;

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 14 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tranżazzjonijiet transfruntiera jistgħu jinvolvu t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhumiex ristretti għal dawn biss u jistgħu ma jinvolvux direttament lill-persuna li tirċievi deċiżjoni antiċipata transfruntiera ;

It-tranżazzjonijiet jistgħu jinvolvu t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhumiex ristretti għal dawn biss u jistgħu ma jinvolvux direttament lill-persuna li tirċievi deċiżjoni antiċipata;

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 15 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15.

“arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluż wieħed maħruġ fil-kuntest ta' awditu fiskali, mogħti mill-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew f'isimhom, inkluż kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, lil kull persuna li tistabbilixxi minn qabel it-tranżazzjonijiet transfruntieri bejn intrapriżi assoċjati, sett xieraq ta' kriterji għall-istabbiliment tal-ipprezzar ta' trasferiment għal dawk it-tranżazzjonijiet jew tistabbilixxi l-attribuzzjoni tal-profitti għal stabbiliment permanenti.

15.

“arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet” tfisser kull ftehim, komunikazzjoni jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluż wieħed maħruġ fil-kuntest ta' awditu fiskali, mogħti jew ippubblikat mill-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew f'isimhom, inkluż kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, li persuna waħda jew aktar jistgħu jiddependu fuqhom, li tistabbilixxi minn qabel it-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi assoċjati, sett xieraq ta' kriterji għall-istabbiliment tal-ipprezzar ta' trasferiment għal dawk it-tranżazzjonijiet jew tistabbilixxi l-attribuzzjoni tal-profitti għal stabbiliment permanenti.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.

Għall-fini tal-punt 14 “tranżazzjoni transfruntiera” tfisser tranżazzjoni jew sensiela ta' tranżazzjonijiet fejn:

imħassar

 

(a)

mhux il-partijiet kollha fit-tranżazzjoni jew fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet huma residenti għal finijiet ta' taxxa fl-Istat Membru li jagħti d-deċiżjonijiet antiċipata transfruntiera, jew;

 

 

(b)

kull waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni jew fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet huwa simultanjament residenti għal skopijiet ta' taxxa f'aktar minn territorju wieħed, jew;

 

 

(c)

waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni jew is-sensiela ta' tranżazzjonijiet topera negozju fi Stat Membru ieħor permezz ta' stabbiliment permanenti u t-tranżazzjoni jew is-sensiela ta' tranżazzjonijiet jifformaw parti jew it-totalità tan-negozju tal-istabbiliment permanenti. Tranżazzjoni transfruntiera jew serje ta' tranżazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll arranġamenti magħmula minn persuna ġuridika waħda fir-rigward ta' attivitajiet ta' negozju fi Stat Membru ieħor li dik il-persuna twettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.

 

 

Għall-fini tal-paragrafu 15 “tranżazzjoni transfruntiera” tfisser tranżazzjoni jew serje ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu intrapriżi assoċjati li mhux kollha huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju ta' Stat Membru wieħed.

 

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li joħroġ jew li jemenda deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandha, permezz tal-iskambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.

1.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li joħroġ jew li jemenda deċiżjoni antiċipata jew arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandha, permezz tal-iskambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha wkoll tikkomunika informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet maħruġa fi żmien perjodu li jibda għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ iżda li għadhom validi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

2.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha wkoll tikkomunika informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjonijiet antiċipati jew arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ iżda li għadhom validi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika f'każ fejn deċiżjoni antiċipata transfruntiera tikkonċerna esklussivament persuna fiżika waħda jew aktar u tinvolvi l-affarijiet tat-taxxa.

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika f'każ fejn deċiżjoni antiċipata tikkonċerna esklussivament persuna fiżika waħda jew aktar u tinvolvi l-affarijiet tat-taxxa.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-paragrafu 1 għandu wkoll japplika meta t-talba għal deċiżjoni antiċipata tikkonċerna struttura ġuridika mingħajr personalità ġuridika. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li toħroġ id-deċiżjoni antiċipata għandha tikkomunika l-informazzjoni li għandha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha u għandha tara li l-memorandum ta' inkorporazzjoni jiġi trasferit lill-Istat Membru ta' residenza ta' kull inkorporatur u ta' kull benefiċjarju.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1: fi żmien xahar wara tmiem il-perjodu ta' tliet xhur li matulu d-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet ġew maħruġa jew ġew emendati.

(a)

f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1: immedjatament u mhux aktar tard minn xahar wara d-deċiżjonijiet antiċipati jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet ġew maħruġa jew ġew emendati.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2: qabel il-31 ta' Diċembru 2016;

(b)

f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2: fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ;

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-kontenut tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew l-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet rilevanti tan-negozju jew it-tranżazzjonijiet jew is-sensiela ta’ tranżazzjonijiet;

(b)

il-kontenut tad-deċiżjoni antiċipata jew l-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet rilevanti tan-negozju jew it-tranżazzjonijiet jew is-sensiela ta' tranżazzjonijiet;

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

il-kriterji użati biex tiġi determinata d-deċiżjoni antiċipata jew l-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, kif ukoll il-limitazzjoni fiż-żmien tagħhom, jekk ikun il-każ, jew iċ-ċirkustanzi li permezz tagħhom id-deċiżjoni tista' tiġi revokata;

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-identifikazzjoni tal-Istati Membri oħra li x'aktarx ikunu kkonċernati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata transfruntiera u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet;

(d)

l-identifikazzjoni tal-Istati Membri oħra li x'aktarx ikunu kkonċernati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet;

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-identifikazzjoni ta' kull persuna, għajr persuna naturali, fl-Istati Membri l-oħra li x'aktarx ikunu affettwati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata transfruntiera u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet (fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stat Membru il-persuni milquta huma marbuta).

(e)

l-identifikazzjoni ta' kull persuna, għajr persuna naturali, fl-Istati Membri l-oħra li x'aktarx ikunu affettwati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet (fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stat Membru il-persuni milquta huma marbuta).

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

malli jkun disponibbli, in-Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Ewropew (NIT) kif deskritt fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa tal-2012;

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati u tal-arranġamenti applikabbli fejn, permezz ta' mekkaniżmu de jure jew de facto, il-bażi taxxabbli tal-kontribwent titnaqqas b'deroga mir-regoli standard tal-Istat Membru li joħroġ l-opinjoni, pereżempju, l-awtorizzazzjoni għal rata ta' ammortizzament aktar rapida mis-soltu jew it-tnaqqis tal-ispejjeż mhux imġarrba direttament jew mhux realment imġarrba mill-kontribwent;

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)

deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati u tal-arranġamenti applikabbli meta kontribwent jingħata rata ta' tassazzjoni li tkun inqas mir-rata standard fl-Istat Membru li joħroġ l-opinjoni;

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)

deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati u tal-mekkaniżmu applikat meta parti għal dak il-mekkaniżmu tiġi stabbilita f'pajjiż terz li fih it-tassazzjoni jew ma teżistix jew hija ferm aktar favorevoli.

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju, il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura u arranġament prattiku meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex jiġu standardizzati l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

6.   Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju, il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura u arranġament prattiku meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex jiġu standardizzati l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5). Il-Kummissjoni għandha tassisti Stati Membri li għandhom korpi territorjali jew amministrattivi deċentralizzati b'kompetenzi relatati mat-taxxa f'li jiżguraw li huma jilħqu r-responsabbiltà tagħhom li jipprovdu t-taħriġ u s-sostenn lil dawn il-korpi.

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-awtorità kompetenti li lilha tiġi kkomunikata l-informazzjoni skont l-Artikolu 1 għandha tikkonferma b'mod immedjat, jekk possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, il-wasla tal-informazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet l-informazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem ta' ħidma wara l-wasla.

7.   L-awtorità kompetenti li lilha tiġi kkomunikata l-informazzjoni skont l-Artikolu 1 għandha tikkonferma b'mod immedjat, jekk possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, il-wasla tal-informazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet l-informazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem ta' ħidma wara l-wasla , biex b'hekk jiġi ffaċilitat it-tħaddim ta' sistema effikaċi ta' skambju ta' informazzjoni awtomatiku .

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   L-Istati Membri jistgħu, skont l-Artikolu 5, jitolbu informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew tal-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, mill-Istat Membru li jkun ħariġhom.

8.   L-Istati Membri – jew il-korpi territorjali jew amministrattivi tagħhom, inklużi l-awtoritajiet lokali jekk applikabbli – jistgħu, skont l-Artikolu 5, jitolbu informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjoni antiċipata jew tal-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, mill-Istat Membru li jkun ħariġhom.

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi stadju bikri rigward kwalunkwe bidla rilevanti fil-prattika tagħhom tad-deċiżjonijiet tat-taxxa (formalitajiet tal-applikazzjoni, proċess ta' teħid ta' deċiżjoni, eċċ.).

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8a – paragrafu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9b.     L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe bidla rilevanti fil-liġi tagħhom ta' taxxa fuq il-kumpaniji (introduzzjoni ta' allowance, relief, eċċezzjoni, inċentiv jew miżura simili ġodda, eċċ.) li jista' jkollha impatt fuq ir-rati ta' taxxa effikaċi tagħhom jew fuq id-dħul mit-taxxa ta' xi Stat Membru ieħor;

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8 u 8a u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu seħħew u kull bidla potenzjali oħra, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għall-partijiet terzi.

1.   Qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8 u 8a , it-tipi ta' deċiżjonijiet mogħtija, u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu seħħew u kull bidla potenzjali oħra, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għall-partijiet terzi;

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8b – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Qabel l-1 ta' Ottubru 2017, u fuq bażi annwali minn dik id-data 'l quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jiġbor fil-qosor il-każijiet ewlenin li jinsabu fid-direttorju ċentrali sigur riferut fl-Artikolu 21(5). B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 23a.

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta Stat Membru jagħmel użu minn xi informazzjoni kkomunikata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 8a, huwa għandu jibgħat feedback dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-eżitu tal-użu tal-informazzjoni mitluba jkun magħruf, għajr jekk il-feedback ikun diġà ngħata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-arranġamenti prattiċi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

3.   Meta Stat Membru jagħmel użu minn xi informazzjoni kkomunikata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 8a, huwa għandu jibgħat feedback dwar dan lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-eżitu tal-użu tal-informazzjoni mitluba jkun magħruf, għajr jekk il-feedback ikun diġà ngħata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-arranġamenti prattiċi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet skont l-Artikolu 8a għandu jsir bl-użu ta' formola standard ladarba dik il-forma tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

5.   L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet skont l-Artikolu 8a għandu jsir bl-użu ta' formola standard ladarba dik il-forma tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sistema sigura ta' direttorju ċentrali fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a ta' din id-Direttiva tista' tiġi rreġistrata sabiex tissodisfa l-iskambju awtomatiku previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dan id-direttorju. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

5.    Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sistema sigura ta' direttorju ċentrali fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a ta' din id-Direttiva trid tiġi rreġistrata sabiex tissodisfa l-iskambju awtomatiku previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha komunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a waqt il-perjodu tranżizzjonali fejn id-direttorju ċentrali sigur għadu mhux żviluppat tiġi mtella' fid-direttorju ċentrali sigur sal-1 ta' April 2017. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dan id-direttorju. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva trid tibqa' kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni.

1.   L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva trid tibqa' kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni , kif minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea .

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kull rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni bl-użu ta' tali informazzjoni, jistgħu jiġu trasmessi lil Stati Membri oħrajn. Tali informazzjoni trasmessa għandha tkun koperta bl-obbligu ta' segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun irċeviha.

2.   Informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru tal-UE jew taż-ŻEE skont l-Artikolu 23, kif ukoll kull rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni bl-użu ta' tali informazzjoni, jistgħu jiġu trasmessi lil Stati Membri oħrajn tal-UE (u fil-każ ta' reċiproċità anke lil Stati Membri taż-ŻEE) . Tali informazzjoni trasmessa għandha tkun koperta mill-obbligu ta' segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE (u fil-każ ta' reċiproċità anke ta' Stat Membru taż-ŻEE) li jkun irċeviha.

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni msemmijin fl-ewwel subparagarafu jistgħu jintużaw biss mill-Istati Membri għal skopijiet analitiċi, iżda m'għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal kull persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.

Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni msemmijin fl-ewwel subparagarafu jistgħu jintużaw biss mill-Istati Membri tal-UE jew taż-ŻEE għal skopijiet analitiċi, iżda m'għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal kull persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 23b

Penali

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-penali kollha li għandhom jiġu stabbiliti f'każ ta' rifjut jew ommissjoni ta' skambju ta' informazzjoni.”

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

L-iżviluppi fl-OECD

Din id-Direttiva għandha tkun kompatibbli mal-iżviluppi fl-OECD u għandha tqis il-ġabra ta' regoli komprensiva tal-OECD li jinsabu fl-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji.”

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 25b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25b

Azzjoni ulterjuri tal-Istati Membri

Din id-Direttiva ma għandhiex teskludi l-Istati Membri milli jieħdu azzjoni ulterjuri għall-iżvilupp ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq il-ftehim għal prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa.”

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9c (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 27

Rapportar

Kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”


(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).


L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/146


P8_TA(2015)0376

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 – it-taqsimiet kollha

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (11706/2015 – C8-0274/2015 – 2015/2132(BUD))

(2017/C 355/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (ir-Regolament QFP),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4) ('FII'),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit, Taqsima III – Il-Kummissjoni (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (6),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 (COM(2015)0300),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2015 u mibgħuta lill-Parlament fis-17 ta' Settembru 2015 (11706/2015 – C8-0274/2015),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2016 (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2015 dwar il-ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)0490),

wara li kkunsidra l-Ittri Emendatorji Nri 1/2016 (COM(2015)0317) u 2/2016 (COM(2015)0513) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016,

wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0298/2015),

Taqsima III

Ħarsa Ġenerali

1.

Jenfasizza li l-qari tal-baġit 2016 min-naħa tal-Parlament jirrifletti bis-sħiħ il-prijoritajiet politiċi adottati b'maġġoranza kbira fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida ġenerali u tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu; ifakkar li dawn jikkonsistu fis-solidarjetà interna u esterna, b'mod partikolari l-indirizzar effettiv tal-kriżi ta' migrazzjoni u tar-refuġjati, kif ukoll biex tisaħħaħ il-kompetittività permezz tal-ħolqien ta' impjiegi deċenti u ta' kwalità u l-iżvilupp tal-impriżi u l-imprenditorija madwar l-Unjoni (“it-tliet I”);

2.

Jenfasizza li l-Unjoni bħalissa qed tiffaċċja għadd ta' emerġenzi serji, b'mod partikolari kriżi ta' migrazzjoni u rifuġjati mingħajr preċedent; jinsab konvint li r-riżorsi finanzjarji neċessarji jeħtieġ li jiġu allokati fil-baġit tal-Unjoni, sabiex jindirizzaw l-isfidi politiċi u jippermettu lill-Unjoni tipprovdi u twieġeb b'mod effikaċi għal dawk il-kriżijiet, bħala kwistjoni tal-akbar urġenza u prijorità; jifhem li l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati ma jistgħux jiġu solvuti b'riżorsi finanzjarji biss u li hemm bżonn ta' approċċ komprensiv li jindirizza kemm id-dimensjoni interna kif ukoll dik esterna tagħha; iqis li perjodi straordinarji jirrikjedu miżuri straordinarji, u li hemm bżonn impenn politiku qawwi biex jiġu żgurati approprjazzjonijiet ġodda għal dan il-għan; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li s-solidarjetà hija prinċipju fundamentali tal-baġit tal-UE; huwa mħasseb bin-nuqqas ta' uniformità fis-solidarjetà murija mill-Istati Membri rigward il-kriżi tar-rifuġjati; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar il-mod li bih il-baġit tal-UE jista' jħajjar lill-Istati Membri jadottaw approċċ aktar ibbilanċjat favur is-solidarjetà;

3.

Jinnota li l-Parlament, sa mill-bidu, enfasizza b'mod partikolari l-migrazzjoni u r-rifuġjati fil-baġit 2016; ifakkar fid-dikjarazzjonijiet preċedenti tiegħu li l-immaniġġjar tal-flussi ta' migrazzjoni jinsab f'punt kritiku ta' għażla bejn is-solidarjetà interna u dik esterna, u li l-istrumenti ta' finanzjament estern għandhom jiġu mobilizzati b'approċċ integrat, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-problemi li qed tiffaċċja l-Unjoni; ifakkar fit-trattati u l-ftehimiet komuni bħal l-Acquis ta' Schengen u r-Regolament ta' Dublin (8) u l-proposta tal-Kummissjoni dwar mekkaniżmu ta' kriżi vinkolanti għar-rilokazzjoni (COM(2015)0450);

4.

Jiddeċiedi, għalhekk, li jressaq immedjatament pakkett komprensiv ta' emendi biex l-Abbozz ta' Baġit (AB) jiżdied b'EUR 1 161 miljun kemm fl-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u kemm fl-Intestatura 4 (Ewropa Globali), sabiex jingħata rispons inizjali għall-kriżi tal-migrazzjoni; jenfasizza li, fir-rigward tad-dimensjoni interna ta' din il-kriżi, l-emendi tal-Parlament diġà jintegraw bis-sħiħ u jallinjaw iż-żewġ pakketti dwar ir-rilokazzjoni ta' dawk li jfittxu asil, filwaqt li jipproponu miżuri addizzjonali għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-aġenziji tal-Unjoni f'dan il-qasam; jenfasizza, fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-ħtieġa li jkun hemm għadd ta' żidiet addizzjonali għal ċerti programmi speċifiċi fl-Intestatura 4, bħal pereżempju l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Għajnuna Umanitarja u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni;

5.

Jissottolinja, madankollu, li dawk l-emendi għandhom jiġu kkunsidrati flimkien mal-Ittra emendatorja Nru 2/2016 tal-Kummissjoni, li, minbarra t-tieni pakkett ta' rilokazzjoni, tinkludi l-miżuri addizzjonali stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2015 imsemmija hawn fuq; jiddispjaċih li l-Parlament u l-Kunsill ma għandhomx iktar żmien biex jeżaminaw l-adegwatezza ta' dik l-Ittra emendatorja, iżda jifhem il-ħtieġa ta' rispons immedjat u pressjoni konsiderevoli ta' żmien; jisħaq li l-Parlament jappoġġja bis-sħiħ dawn il-miżuri l-ġodda u għandu l-intenzjoni li jiddefendi l-finanzjament tagħhom permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda saħansitra f'livell ogħla minn dak propost fil-pożizzjoni tiegħu stess dwar il-baġit 2016;

6.

jiddeċiedi wkoll li jieħu azzjoni rigward il-kriżi attwali li qed taffettwa l-bdiewa Ewropej, b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib, u biex jintegra diġà fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-baġit 2016 il-EUR 500 miljun f'miżuri ta' appoġġ f'emerġenza mħabbra mill-Kummissjoni; jistenna li fl-Ittra emendatorja Nru 2/2016, il-Kummissjoni se tippermetti li jiġu determinati l-linji baġitarji preċiżi li se jiżdiedu f'dan il-kuntest; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni mill-Kummissjoni biex tirriporta approprjazzjonijiet mhux użati mir-riżerva għall-kriżijiet mill-baġit tal-2015 għall-baġit tal-2016 u jinnota li dawn il-fondi mhux minfuqa se jintużaw għal rimborżi lill-benefiċjarji ta' pagamenti diretti kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

7.

Jirrikonoxxi li jeħtieġ isir ħafna aktar sforz biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-ekonomija tal-Unjoni billi tingħata spinta lill-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi ta' kwalità; jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u intrapriżi soċjali f'dan ir-rigward; isaħħaħ, għaldaqstant, il-programm COSME b'EUR 16,5 miljun; jiddeċiedi wkoll li jipproponi impenji ġodda fl-2016 għat-tkomplija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), li l-pakkett finanzjarju tagħha kien kollu kkonċentrat fil-bidu fis-snin 2014-2015; jirrikonoxxi l-kontribut sinifikanti ta' dan il-programm fil-ġlieda kontra l-qgħad u jinsab determinat li jiżgura li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jsiru disponibbli sabiex jiġi evitat li jkun hemm distakk ta' finanzjament fl-implimentazzjoni tiegħu; jadotta, għalhekk, żieda ta' EUR 473,2 miljun għall-2016, li tikkorrispondi għall-ħlas parzjali oriġinali li kien previst għall-YEI fuq bażi annwali;

8.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-baġit tal-Unjoni ma għandux jiffinanzja inizjattivi ġodda għad-detriment ta' programmi u politiki eżistenti tal-Unjoni filwaqt li jinjora impenji politiċi li diġà saru; filwaqt li jirrikonoxxi u jikkonferma bis-sħiħ l-appoġġ kbir politiku u finanzjarju tiegħu għat-tnedija ta' Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), beħsiebu jwettaq l-impenn li ħa matul in-negozjati tal-FEIS, jiġifieri li jimminimizza l-iżjed possibbli l-impatt fuq l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; jipproponi, għalhekk, li jiġi kkumpensat kompletament it-tnaqqis f'dawn iż-żewġ programmi – minħabba l-provvedimenti tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS – fl-2016 (EUR 1 326 miljun), sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu kompletament l-objettivi miftiehma biss sentejn ilu bl-adozzjoni tal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom;

9.

Jenfasizza l-importanza li tiġi rispettata bis-sħiħ id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament 2015-2016 li ntlaħaq qbil dwaru bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, wara l-impenn komuni biex titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' talbiet għall-pagament pendenti għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013 għal madwar EUR 2 biljun sa tmiem l-2016; jikkritika, f'dan ir-rigward, il-fatt li t-tnaqqis propost mill-Kunsill huwa f'kontradizzjoni diretta ma' dan il-pjan ta' ħlas; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe akkumulazzjoni futura ta' arretrati mhux sostenibbli bħal dawn, u jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ bi proposti konkreti għal dan il-għan; iqis, għal din ir-raġuni, li l-ħtiġijiet mhux previsti ta' pagament, għandhom jiġu ffinanzjati b'approprjazzjonijiet ġodda u li l-finanzjament disponibbli bil-quddiem ta' biljun Euro fl-2016 għall-Greċja għandu, għalhekk, jingħata permezz ta' limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP disponibbli; jenfasizza l-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin mill-impenji mobilizzati skont l-Istrument ta' Flessibbiltà jitqiesu lil hinn minn dak il-limitu massimu;

10.

Jerġa' jġib kif kien kull tnaqqis propost mill-Kunsill fl-AB (EUR 563,6 miljun f'impenji u EUR 1 421,8 miljun f'pagamenti); ma jistax jifhem ir-raġunament wara t-tnaqqis propost, pereżempju għall-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, żewġ programmi li diġà huma affettwati minn riallokazzjonijiet għall-FEIS u għall-politiki dwar l-iżvilupp u l-viċinat, speċjalment fid-dawl tal-avvenimenti reċenti; huwa mħasseb li, billi jiġi propost tnaqqis tant importanti fl-AB, il-Kunsill fil-biċċa l-kbira qed jinjora l-valur miżjud indiskutibbli tal-baġit tal-Unjoni; jikkontesta, f'kull każ, l-intenzjoni ddikjarata tal-Kunsill li jiffoka fuq linji baġitarji b'rata ta' eżekuzzjoni jew kapaċità ta' assorbiment baxxi, peress li din mhijiex sostanzjata minn ċifri ta' implimentazzjoni attwali u tinjora x-xejriet ta' implimentazzjoni differenti ta' ċerti programmi;

11.

Jiddispjaċiħ li l-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni jkomplu jonqsu mill-bilanċ peress li huma ddominati b'mod eċċessiv minn interessi korporattivi;

12.

Jikkonkludi li, bil-għan li dawn il-ħtiġijiet urġenti jiġu finanzjati b'mod adegwat, u meta jitqiesu l-marġnijiet stretti ħafna tal-QFP fl-2016, se jkun hemm bżonn li jiġu utilizzati l-mezzi kollha disponibbli fir-Regolament dwar il-QFP f'termini ta' flessibbiltà, inkluż l-użu sħiħ tal-Istrument ta' Flessibbiltà; jistenna li l-Kunsill jikkondividi dan l-approċċ u li ftehim ikun faċli jintlaħaq fil-konċiljazzjoni, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' taħtaf l-opportunità u tirrispondi b'mod effikaċi għall-isfidi li ġejjin; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li marġni globali tal-QFP għall-impenji mill-2015 għandu jiġi mobilizzat malli jiġu sodisfati l-kundizzjonijiet legali; jistenna li jilħaq ftehim minn qabel mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni;

13.

Ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tat-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni, fil-kuntest tal-ftehim politiku fuq il-QFP, li l-proċeduri baġitarji annwali jintegraw, kif xieraq, elementi sensittivi għall-kwistjoni tal-ġeneru; jenfasizza li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha sservi ta' bażi, bħala prinċipju orizzontali, il-politiki tal-Unjoni u jappella għal implimentazzjoni komprensiva tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru; barra minn hekk, jilqa' b'sodisfazzjon l-ewwel passi ta' ekoloġizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li dan il-proċess ikompli javvanza sabiex jintlaħqu l-miri miftehma b'infiq li ma jagħmilx ħsara lill-klima u l-ambjent;

14.

Jistabbilixxi l-livell globali tal-approprjazzjonijiet għall-2016 għal EUR 157 427,3 miljun u EUR 146 459,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

15.

Jikkritika li, għal darb'oħra din is-sena, is-subintestatura 1a hija affettwata serjament mit-tnaqqis tal-Kunsill, bi tnaqqis ta' EUR 140,9 miljun f'impenji u EUR 435,4 miljun f'pagamenti meta mqabbla mal-AB; jenfasizza li madwar nofs dan it-tnaqqis huwa mmirat lejn l-Orizzont 2020, fattur li jissarraf fi tnaqqis ulterjuri għal dan il-programm fl-2016 wara li parti mill-approprjazzjonijiet tiegħu kienet ġiet riallokata lill-FEIS;

16.

Jenfasizza li, fl-interess ta' approċċ koerenti, ħafna mit-tnaqqis applikat mill-Kunsill fuq il-bażi ta' kapaċità ta' assorbiment baxx f'ħafna programmi tas-subintestatura 1a f'Ġunju 2015 issa reġa' lura għal dak li kien qabel minħabba aċċelerazzjoni b'saħħitha fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi f'Settembru 2015; jinnota li din hija xejra ġenerali, f'konformità maċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawn il-programmi; jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib il-livell tal-AB fir-rigward tal-linji mnaqqsa mill-Kunsill lura għal li kien, kemm fl-impenji u kemm fil-pagamenti;

17.

F'konformità mal-prijoritajiet tiegħu għall-2016, Impjiegi, Impriżi, Imprenditorija, u wara valutazzjoni bir-reqqa tal-kapaċità ta' assorbiment tagħhom sa issa, jiddeċiedi li jipproponi, minbarra l-kumpens sħiħ tat-tnaqqis b'rabta mal-FEIS għall-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, xi żidiet selettivi lil hinn mil-livell tal-AB għall-programmi COSME, Orizzont 2020, EaSI u Erasmus+;

18.

Jenfasizza, b'mod partikolari, li l-konċentrazzjoni fil-bidu ta' approprjazzjonijiet għall-programm COSME għas-snin 2014-2015 uriet li kienet verament ta' benefiċċju fid-dawl taż-żieda kostanti fid-domanda tal-SMEs għall-appoġġ fl-aċċess għas-swieq u l-finanzjament f'dawn l-aħħar snin; jopponi, għaldaqstant, it-tnaqqis tal-programm COSME fl-AB meta mqabbel mal-2015 u jiddeċiedi li għal dan il-programm iżid l-approprjazzjonijiet lil hinn mill-AB; ifakkar li l-Kummissjoni diġà indikat nuqqas fl-istrumenti finanzjarji tal-programm COSME għall-2015, l-2016 u l-2017, li juri d-distakk bejn l-impenji disponibbli u d-domanda mistennija; jitlob sabiex fi ħdan il-programm COSME jkun hemm żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet għal Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, fid-dawl tal-fatt li r-riżorsi disponibbli mhumiex biżżejjed biex ikopru d-domanda sostanzjali fil-parteċipazzjoni;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-piż finanzjarju kkawżat minn miżati u ħlasijiet dovuti skont proċeduri ta' ċertifikazzjoni u liċenzjar obbligatorji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi evalwazzjoni xierqa tal-impatt ta' dawk l-ispejjeż fuq il-kompetittività tal-kumpaniji industrijali u l-SMEs;

20.

Jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet, lil hinn mill-AB, għat-tliet aġenziji superviżorji (EBA, EIOPA u ESMA) kif ukoll għall-aġenzija ACER sabiex jingħataw riżorsi adegwati ħalli jiffaċċjaw il-kompiti dejjem jiżdiedu li għandhom;

21.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-programm ITER u jimpenja ruħu li jiżgura l-finanzjament xieraq tiegħu; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-possibbiltà ta' aktar dewmien u spejjeż addizzjonali għal dan il-programm kif ukoll ir-riperkussjonijiet potenzjali relatati fuq il-baġit tal-Unjoni; jiddispjaċih, għalhekk, li ma kienx f'qagħda li jivvaluta l-livell tal-approprjazzjonijiet tal-ITER tal-2016 fir-rigward tal-pjan u l-iskeda ta' pagament aġġornati, li mistennija jiġu ppreżentati fil-Kunsill tal-ITER f'Novembru 2015; jistenna, madankollu, li dan il-pjan rivedut jipprovdi biżżejjed evidenza li r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, kif stabbiliti fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza rilevanti tal-2013 (9), ġew ikkunsidrati kif xieraq u li l-istabbiltà finanzjarja u l-effiċjenza tal-infiq ikunu żgurati; għandu l-ħsieb iqajjem din il-kwistjoni fil-konċiljazzjoni baġitarja tal-2016; barra minn hekk, jinsisti dwar il-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa rigward l-użu ta' kontribuzzjonijiet tal-Fużjoni għall-Enerġija, għall-programm ITER; jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta' responsabbiltà xierqa li tagħti stampa ċara tal-ammont ta' riżorsi finanzjarji pprovduti għall-proġett internazzjonali u li jevalwa l-użu effiċjenti tagħhom;

22.

Jirriżerva parti mill-approprjazzjonijiet għall-istandardizzazzjoni tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar u jappella għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Maystadt li jirreferu għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), u b'hekk tissaħħaħ l-influwenza tal-Unjoni fl-istipular tal-kontabilità internazzjonali; jinsab imħasseb ukoll dwar il-finanzjament sinifikanti tal-UE mogħti lill-fondazzjoni IFRS li ma jaqbilx mat-titjib meħtieġ fir-rigward tar-responsabbiltà, it-trasparenza u d-demokrazija;

23.

B'riżultat ta' dan, iżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għas-subintestatura 1a lil hinn mill-AB b'EUR 1 405,5 miljun u EUR 491,5 miljun rispettivament (inklużi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji), u b'hekk jaqbeż il-limitu massimu għall-impenji b'EUR 1 316,9 miljun, li għandhom jiġu ffinanzjati bil-mezzi kollha disponibbli għal dak li għandu x'jaqsam mal-flessibbiltà fir-Regolament QFP wara li jiġu eżawriti l-marġnijiet disponibbli;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

24.

Ma jaqbilx mat-tnaqqis propost mill-Kunsill ta' EUR 3,1 miljun f'impenji u, aktar importanti minn hekk, ta' EUR 220,1 miljun f'pagamenti taħt is-subintestatura 1b, inkluż fil-linji tat-tlestija; jitlob lill-Kunsill jispjega kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mal-għan, minn naħa waħda, li titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa u, min-naħa l-oħra, li jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi u dewmien mhux meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020; ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tirrappreżenta l-politika ewlenija tal-Unjoni rigward l-investiment u hi mmirata lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni Ewropej permezz tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jissottolinja l-fatt li strumenti bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma strumentali fit-trawwim tal-konverġenza, it-tnaqqis tad-distakk fl-iżvilupp u l-appoġġ għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u sostenibbli;

25.

Jinnota l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-aħħar tbassir tal-Istati Membri, li l-implimentazzjoni tal-programm fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni x'aktarx tiġi deferita fl-2016; jinsab allarmat dwar il-fatt li kull nuqqas ta' nfiq sinifikanti fit-tielet sena tal-implimentazzjoni taċ-ċiklu l-ġdid tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, fi żmien meta l-programmi mistennijin ikunu fl-aqwa tagħhom, mhux biss se jkollu effett ħażin fuq il-kisba f'waqtha ta' riżultati fuq il-post, iżda jista' jwassal ukoll għal pressjoni serja fuq il-pagamenti fi snin sussegwenti, bil-possibbiltà li terġa' tifforma akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa; iħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati biex jagħmlu progress mgħaġġel fl-indirizzar tal-kawżi sottostanti ta' dan id-dewmien fl-implimentazzjoni, bħal permezz tal-ħatra fil-pront tal-awtoritajiet tal-programm u n-non-multiplikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali; f'konformità mal-pjan ta' pagament, jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-pagamenti taħt is-subintestatura 1b relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, inkluż permezz ta' tbassir dettaljat u aġġornat b'mod regolari biex jiġu diskussi f'laqgħat interistituzzjonali ad hoc, u tagħmel proposti adatti kif meħtieġ;

26.

Ifakkar li l-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda approprjazzjoni ta' impenn għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2016, minħabba l-antiċipazzjoni tagħhom fis-snin 2014-2015; jiddeċiedi, f'konformità mar-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew (10) li jipprevedi l-possibbiltà ta' tali kontinwazzjoni, li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiġi pprovduta b'EUR 473,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, jiġifieri ammont li jikkorrispondi għall-ħlas parzjali annwali inizjali previst għal dan il-programm; jinsab konvint li l-finanzjament għal dan il-programm importanti, li jindirizza waħda mill-aktar sfidi urġenti tal-Unjoni, m'għandux jieqaf fl-2015; jissottolinja li l-finanzjament addizzjonali għandu jintuża biex il-programm jinfirex iżjed, biex b'hekk jiġu megħjuna numru akbar ta' żgħażagħ fit-tfittxija tagħhom għal xogħol deċenti u permanenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex iħaffu l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva fuq il-post, għall-benefiċċju dirett taż-żgħażagħ Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar miżuri ffinanzjati mill-Unjoni għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u dwar ir-riżultati li nkisbu permezz tagħhom;

27.

Filwaqt li jqis il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, iżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1b b'EUR 482,7 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 1 164 miljun lil hinn mill-AB, u b'hekk jaqbeż il-limitu massimu għall-impenji b'EUR 467,3 miljun biex jiġu ffinanzjati bi kwalunkwe mezz disponibbli għal dak li jirrigwarda l-flessibbiltà fir-Regolament tal-QFP;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

28.

Jinnota li l-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet anke fl-Intestatura 2 b'EUR 199,9 miljun f'impenji u EUR 251,1 miljun f'pagamenti, inklużi l-iżvilupp rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-programm LIFE; iqis li l-Ittra emendatorja Nru 2/2016 għandha tibqa' l-bażi għal kwalunkwe reviżjoni affidabbli tal-approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikulturali Ewropew ta' Garanzija (FAEG); jerġa' jġib il-livelli tal-AB lura għal li kienu b'mod korrispondenti;

29.

Jilqa' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' pakkett komprensiv ta' EUR 500 miljun għal miżuri ta' emerġenza biex jappoġġaw il-bdiewa Ewropej prinċipalment fis-settur tal-ħalib, u dan fid-dawl ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u produzzjoni akbar tal-ħalib; jisħaq li l-effetti huma l-aktar gravi f'żoni remoti, fejn m'hemm l-ebda dubju dwar l-importanza soċjo-ekonomika tas-settur tal-ħalib; jinkorpora dan l-ammont fil-qari tiegħu bħala turija ta' appoġġ għal dak li ħabbret il-Kummissjoni, u jistenna bil-ħerqa l-inklużjoni sħiħa tiegħu matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni abbażi tal-Ittra emendatorja Nru 2/2016; jissottolinja li dan il-pakkett għandu jkompli jżid mal-firxa ta' miżuri mmirati li jindirizzaw it-telf u l-effetti fit-tul fuq il-bdiewa Ewropej tal-embargo Russu fuq il-prodotti agrikoli, billi r-Russja s'issa hija t-tieni l-aktar destinazzjoni importanti għall-esportazzjonijiet agrikoli tal-Unjoni;

30.

Iqis ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala distorsjonijiet tal-kummerċ u f’kuntradizzjoni għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-UE; għaldaqstant jappoġġja l-eliminazzjoni totali tagħhom;

31.

Itenni li la l-approprjazzjonijiet tal-PAK, u lanqas approprjazzjonijiet baġitarji oħrajn, ma għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw korridi letali; ifakkar li tali finanzjamenti jikkostitwixxu ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li Jinżammu għal Skopijiet ta' Biedja (Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE) (11);

32.

Jenfasizza ż-żieda fil-kompiti assenjati lill-Unjoni bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd; għaldaqstant, jerġa' jġib il-livell tal-approprjazzjonijiet lura għal li kienu fil-baġit 2015 fir-rigward tal-pariri u l-għarfien xjentifiċi fis-settur tas-sajd minħabba l-importanza tal-ġbir tad-data fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u jsaħħaħ il-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) biex jappoġġa r-rwol tagħha fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;

33.

Iżid, għalhekk, l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 510,4 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 520,6 miljun (inklużi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji), u b'hekk iħalli marġni ta' EUR 647,2 miljun taħt il-limitu masssimu għall-impenji fl-Intestatura 2;

Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza

34.

Ifakkar li l-AB ippreveda żidiet fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni, inkluża skema ta' EUR 150 miljun għar-rilokazzjoni ta' 40 000 persuna li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, u li dan wassal biex il-Kummissjoni qabżet il-limitu massimu għal din l-intestatura b'EUR 124 miljun u pproponiet il-mobilizzazzjoni korrispondenti tal-Istrument ta' Flessibilità; Jilqa' l-fatt li l-Kunsill qabel mal-prinċipju li jimmobilizza l-Istrument ta' Flessibilità għal dan l-għan; jinnota madankollu li pjan finanzjarju fit-tul biex wieħed jirrispondi għall-kriżi tar-refuġjati huwa meħtieġ u jikkunsidra li dan għandu jiġi indirizzat ukoll permezz ta' reviżjoni tal-QFP;

35.

Jiddeċiedi, fid-dawl tal-flussi attwali eċċezzjonali ta' migranti u rifuġjati, li jikkonċentra ż-żidiet tiegħu biex jissaħħaħ l-AMIF; jappoġġa bil-qawwa f'dan il-kuntest, it-tieni pakkett ta' EUR 780 miljun għar-rilokazzjoni ta' 120 000 persuna addizzjonali; jiddeċiedi li jinkorpora l-fondi neċessarji fil-qari tiegħu, u biex jallinja l-ewwel pakkett ta' rilokazzjoni mat-tieni wieħed billi jżid EUR 20 miljun biex jiffinanzja l-ispejjeż ta' trasport (EUR 500 għal kull migrant lill-Italja u l-Greċja); japprova żieda addizzjonali ta' EUR 79 miljun għal żieda ġenerali fl-AMIF; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati wkoll il-possibilitajiet ta' finanzjament suffiċjenti tal-AMIF għas-snin li ġejjin; ifakkar li l-punt 17 tat-IIA jippermetti żieda ta' aktar minn 10 % fl-ammont previst għat-tul kollu ta' programm meta jinqalgħu ċ-ċirkustanzi ġodda, oġġettivi u dejjiema;

36.

Jinnota li tali miżuri huma biss l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' solidarjetà li fuqu hi bbażata l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimplimentaw b'mod sħiħ il-pjanijiet proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2015 imsemmija hawn fuq u juru impenn ċar lejn ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament xieraq ta' operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mal-Karta u l-prinċipju ta' “non-refoulment” sabiex tinkiseb politika effettiva ta' ritorn, li tipprevjeni u tnaqqas il-migrazzjoni irregolari; jenfasizza l-importanza ta' appoġġ għar-refuġjati qrib pajjiżhom u jiffaċilitaw il-proċeduri tal-ażil fl-Istati Membri;

37.

Fl-aħħar nett jiddeċiedi li jsaħħaħ l-aġenziji b'kompiti relatati mal-migrazzjoni għal total ta' EUR 26 miljun mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) li jirċievu l-akbar żieda ta' EUR 12 miljun lil hinn mill-AB; ifakkar li din l-aġenzija għandha rwol ċentrali ta' koordinatur fl-implimentazzjoni tal-miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali u hija dejjem aktar tiġi msejħa tassisti l-Istati Membri kkonċernati;

38.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2015 u l-miżuri korrispondenti riflessi fl-Ittra emendatorja Nru 2/2016, b'mod partikolari EUR 600 miljun f'finanzjament ta' emerġenza addizzjonali għall-Istati Membri l-aktar milquta; jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni qed tieħu rwol ta' tmexxija f'dan il-qasam u, b'dan il-mod tikkonferma l-approċċ meħud mill-Parlament fil-qari tiegħu; jinsab lest li jikkunsidra aktar żidiet matul il-konċiljazzjoni;

39.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 25,1 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 33,6 miljun meta mqabbla mal-AB; jemmen li dan it-tnaqqis jipperikola l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi u l-azzjonijiet taħt l-Intestatura 3; ifakkar, f'dan il-kuntest, li għalkemm xi ftit mit-tnaqqis propost jista' jidher ċkejken, wieħed irid iżomm f'moħħu d-daqs relattivament żgħir ta' diversi programmi importanti u ta' valur, li jagħmilhom partikolarment vulnerabbli għat-tnaqqis; jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib il-livell tal-AB lura għal li kien;

40.

Iqis neċessarju, barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra r-rwol importanti tagħhom fl-appoġġ għall-industriji kulturali u kreattivi li jirrappreżentaw valuri Ewropej ewlenin, li s-sottoprogrammi għall-kultura u l-midja jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 10,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn lil hinn mill-AB, inklużi l-Azzjonijiet Multimedjatiċi u l-Faċilità ta' Garanzija għas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCSGF) ippjanati għall-2016 u maħsuba biex jindirizzaw il-kwistjoni kritika tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi;

41.

Iqis ukoll ta' prijorità li l-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” jissaħħaħ b'EUR 1,5 miljun, kif ukoll li n-nomenklatura baġitarja tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” tiġi mmodifikata, billi tiġi ddedikata linja separata għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej;

42.

Jinnota li l-qari tiegħu (inklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji) jaqbeż il-limitu massimu tal-Intestatura 3 b'EUR 1 055,1 miljun f'impenji, b'ammont ta' EUR 931,1 miljun lil hinn mill-AB, filwaqt li jżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 586,5 miljun; jipproponi, għalhekk, li jiġi mobilizzat kull mezz disponibbli fil-QFP biex jiġi ffinanzjat il-pakkett ta' żidiet marbuta mal-migrazzjoni;

Titolu 4 – Ewropa Globali

43.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fost l-intestaturi kollha, l-Intestatura 4 hija dik li ġarrbet l-aktar tnaqqis mill-Kunsill kemm f'impenji (- EUR 163,4 miljun) u kemm f'pagamenti (- EUR 450,4 miljun); jinnota b'sorpriża li l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (b'mod partikolari l-faqar u s-sigurtà fil-pajjiżi tal-Mediterran), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (inkluż objettiv tematiku tal-migrazzjoni u l-asil) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (minkejja li l-pajjiżi kandidati jospitaw għadd kunsiderevoli ta' rifuġjati jew jinsabu fuq ir-rotot migratorji ewlenin) huma fost dawk l-aktar affettwati; jissottolinja li dan l-approċċ imur biċ-ċar kontra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew dwar l-aġenda tal-migrazzjoni, dwar il-kriżi tar-rifuġjati u dwar il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu;

44.

Jiddeċiedi, f'dan l-isfond, li jerġa' jġib il-livell tal-approprjazzjonijiet previsti mill-AB lura għal li kien; jinnota li din is-sitwazzjoni ta' pagament tal-Intestatura 4 għadha kwistjoni ta' tħassib partikolari minħabba d-differiment ta' akkumulazzjoni sinifikanti ta' kontijiet mhux imħallsa u l-posponiment artifiċjali ta' impenji kuntrattwali biex jiġu ffaċċjati n-nuqqas ta' bbaġitjar persistenti fil-pagamenti; jerġa' jafferma, għalhekk, li ż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' pagament proposti mill-Kummissjoni kienu sempliċement meħtieġa, minkejja l-fatt li l-kriżi mingħajr preċedent tal-migrazzjoni u r-rifuġjati sadanittant imponiet sfidi addizzjonali fuq l-azzjoni esterna tal-Unjoni;

45.

Jikkumplimenta l-pakkett ta' emendi dwar il-migrazzjoni u l-kriżi tar-rifuġjati billi jadotta żidiet immirati fl-approprjazzjonijiet ta' impenn l-ewwel u qabel kollox fi ħdan l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (+ EUR 178,1 miljun) iżda wkoll fl-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (+ EUR 26,6 miljun), l-Għajnuna Umanitarja (+ EUR 26 miljun), l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (+ EUR 11,2 miljun), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (+ EUR 12,6 miljun) u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (+ EUR 1 miljun); filwaqt li jappoġġa, fejn ikun meħtieġ, il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid fi ħdan dawk il-programmi li jindirizzaw l-aktar l-isfidi attwali, jenfasizza li dan m'għandux iwassal għal inqas sforzi relatati mal-objettivi inizjali tal-bażi legali rispettivi, u b'hekk jinħoloq ir-riskju ta' destabbilizzazzjoni tal-Viċinat Ewropew jew reġjuni oħra kkonċernati; itenni l-bżonn ta' adozzjoni ta' approċċ komprensiv ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u li jorbot il-migrazzjoni mal-iżvilupp u ħidma lejn l-integrazzjoni ta' migranti legali, dawk li jfittxu l-asil u r-refuġjati; jenfasizza l-ħtieġa biex tiġi msaħħa l-kooperazzjoni u l-impenn mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu sabiex tiġi ttrattata b'mod effettiv il-kriżi preżenti ta' migrazzjoni, u b'mod partikolari l-ħtiġijiet ta' persuni spostati f'pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni; iqis, għalhekk, tali żidiet bħala indispensabbli għall-finanzjament ta' inizjattivi addizzjonali, apparti l-objettivi inizjali tal-bażijiet ġuridiċi rispettivi;

46.

Jinnota li l-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana u l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Istabbiltà u l-ġlieda kontra l-kawżi fundamentali tal-imigrazzjoni irregolari u tal-persuni spostati fl-Afrika ġew maħluqa minħabba li l-baġit tal-Unjoni m'għandux kemm il-flessibbiltà u l-finanzjament neċessarji biex jippermettu reazzjoni rapida u komprensiva għall-kriżi; jenfasizza li jeħtieġ li tinstab soluzzjoni globali fir-rieżami/reviżjoni tal-QFP dwar kif l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni għal għajnuna umanitarja u żvilupp ikun aktar effettiv u disponibbli b'mod aktar faċli, u kif jiġi amalgamat mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-għajnuna bilaterali mogħtija mill-Istati Membri; jitlob biex l-approprjazzjonijiet addizzjonali għal programmi taħt l-Intestatura 4 jintużaw b'mod partikolari biex jiżdied il-finanzjament għaż-żewġ Fondi Fiduċjarji kif ukoll għal assistenza immedjata permezz tal-UNHCR u l-Programm Dinji tal-Ikel; jistieden lill-Istati Membri individwali biex mill-kliem jaslu għall-fatti u jagħtu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali meħtieġa biex jibbilanċjaw il-finanzjament tal-Unjoni marbut mal-Fondi Fiduċjarji u biex jingħalaq id-distakk ta' finanzjament tal-aġenziji tan-NU mingħajr aktar dewmien; jinnota li l-għadd ta' proġetti potenzjalment iffinanzjati mill-Fondi Fiduċjarji jkompli jdgħajjef l-argument tal-Kunsill dwar allegat nuqqas ta' kapaċità ta' assorbiment fl-Intestatura 4;

47.

Isaħħaħ b'EUR 40 miljun il-linja baġitarja għal appoġġ għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA); jinnota li l-UNRWA tiżvolġi rwol effikaċi biex tappoġġa l-għadd dejjem jikber ta' rifuġjati Palestinjani li qed isofru direttament mill-kriżi Sirjana, sitwazzjoni li qed titfa' piż addizzjonali fuq l-aġenzija; jinsab imħasseb dwar il-lakuni fil-finanzjament li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UNRWA, u jitlob li dawk l-approprjazzjonijiet addizzjonali jgħaddu għall-Fond Ġenerali tagħha li jappoġġa l-edukazzjoni bażika u s-servizzi soċjali u tas-saħħa;

48.

Ifakkar li sabiex jittaffew l-effetti ta' ħsara fit-tul li jirriżultaw minn kriżijiet umanitarji, huwa essenzjali li jiġi żgurat li t-tfal affettwati jkomplu jirċievu edukazzjoni; għalhekk iżid il-finanzjament għal appoġġ tal-edukazzjoni fil-baġit għall-Għajnuna Umanitarja sabiex ikun jammonta għal 3 % minflok 1 %, bil-għan li jintlaħaq il-limitu ta' 4 % sal-2019;

49.

Japprova żieda simbolika tal-baġit tal-PESK biex tiġi appoġġata kwalunkwe inizjattiva li għandha l-għan li tagħmel il-migrazzjoni komponent speċifiku tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK, filwaqt li jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-missjoni militari EUNAVFOR Med, immirata lejn il-ġlieda kontra l-persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali u t-traffikanti tal-bnedmin;

50.

Japprezza l-proċess ta' riflessjoni kontinwu li qiegħed isir fis-SEAE dwar il-futur tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u r-relazzjoni tagħhom mas-SEAE; iqis li kwalunkwe tibdil fil-linja baġitarja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għandu jseħħ biss wara li jiġi konkluż il-proċess ta' riflessjoni attwali;

51.

Iqis neċessarju li jiġu miżjuda l-approprjazzjonijiet għal-linja tal-baġit tal-Komunità Turko-Ċiprijotta (+ EUR 2 miljun) għall-finijiet li ssir kontribuzzjoni deċiżiva għall-kontinwazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru u għall-appoġġ għall-Kumitat Tekniku bikomunali għall-Wirt Kulturali, u b'hekk jiġu promossi l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ komunitajiet;

52.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ li ntlaħaq waqt id-Disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO se tirrikjedi żieda fis-sostenn finanzjarju għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u għall-pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa ta' sforzi koordinati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali sabiex jiġi evitat tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-Għajnuna għall-Kummerċ u l-inizjattivi multilaterali kif ukoll irregolaritajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ma' ċerti sħab li jwasslu għal anqas effikaċja tal-infiq, u sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ jaħdem favur l-iżvilupp;

53.

Jiddeċiedi, flimkien ma' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, li jisfrutta l-marġni ta' EUR 261,3 miljun li tħalla mill-AB taħt il-limitu massimu għall-Intestatura 4 f'impenji u biex f'dan l-istadju ma jmurx aktar lil hinn; iżid ukoll l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 132,5 miljun; jistenna bil-ħerqa li jkun hemm konċiljazzjoni produttiva abbażi ta' dawn l-emendi, filwaqt li jqis ukoll l-Ittra emendatorja Nru 2/2016; jenfasizza, madankollu, li dan il-limitu massimu jista' ma jkunx biżżejjed meta wieħed iqis li dan kien ġie ffissat qabel żviluppi kbar fl-Ukrajna, is-Sirja, it-Tuneżija u b'mod aktar ġenerali fil-pajjiżi ġirien, il-Lvant Nofsani u l-Afrika; jitlob, għalhekk, li jsir użu sħiħ mill-potenzjal tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u huwa lest għal aktar mobilizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà previsti fil-QFP biex tiġi indirizzata d-dimensjoni esterna tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati;

Intestatura 5 – Amministrazzjoni; Intestaturi oħra – nefqa amministrattiva u tal-appoġġ tar-riċerka

54.

Jinnota li t-tnaqqis tal-Kunsill f'din l-intestatura jammonta għal EUR 31,2 miljun, li minnhom EUR 19,3 miljun jirrigwardaw il-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni b'mod partikolari għal bini, tagħmir, u fuq kollox għall-persunal tagħha b'konsegwenza taż-żieda fit-tnaqqis b'rata fissa standard għal 4,3 %; ma jara l-ebda ġustifikazzjoni għall-qari tal-Kunsill u jfakkar li, wara trażżin kostanti fl-aħħar snin, in-nefqa amministrattiva proposta mill-Kummissjoni għall-2016 inżammet viċin il-livell mistenni ta' inflazzjoni, jiġifieri stabbli f'termini reali u li l-Kummissjoni timplimenta tnaqqis kontinwu fil-persunal tagħha;

55.

Iqis, barra minn hekk, li dan it-tnaqqis huwa arbitrarju fid-dawl tal-kapaċità ta' previżjoni ta' din it-tip ta' nefqa bbażata fil-biċċa l-kbira fuq obbligi kuntrattwali, u anke minħabba implimentazzjoni għolja ħafna tagħha, kif irrapportat mill-Kummissjoni; jinnota b'mod partikolari li l-okkupazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni laħqet rekord għoli fl-1 ta' April 2015, b'okkupazzjoni tal-karigi li tlaħħaq 97,8 %; jiddispjaċih, barra minn hekk, li f'intestaturi oħrajn barra l-Intestatura 5, il-Kunsill naqqas l-ispejjeż amministrattivi u tal-appoġġ tar-riċerka b'total ta' EUR 28 miljun, minkejja li dawn huma essenzjali biex ikun żgurat is-suċċess tal-programmi fl-oqsma politiċi differenti tal-Unjoni;

56.

Jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib l-AB lura għal li kien fil-linji kollha tan-nefqa amministrattiva u tal-appoġġ tar-riċerka fl-oqsma ta' politika u fil-linji kollha tal-Intestatura 5 mnaqqsa mill-Kunsill, kif ukoll li japprova xi żidiet żgħar fuq bażi limitata;

57.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-baġit kombinat tal-Kumitat Superviżorju OLAF u s-Segretarjat tiegħu jiġi speċifikat f'linja separata tal-baġit tal-OLAF għall-2016;

L-aġenziji

58.

Jaqbel, bħala regola ġenerali, mal-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; josserva li l-Kummissjoni diġà naqqset b'mod konsiderevoli t-talbiet inizjali tal-biċċa l-kbira tal-aġenziji;

59.

Iqis, għalhekk, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri propost mill-Kunsill jipperikola l-funzjonament korrett tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mill-awtorità leġiżlattiva;

60.

Jiddeċiedi li jżid, fi ħdan il-pakkett globali dwar il-migrazzjoni, l-approprjazzjonijiet għall-aġenziji ewlenin li jaħdmu f'dan il-qasam: l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, il-Frontex, il-Europol, il-Eurojust, l-eu.LISA, is-CEPOL u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għal ammont totali ta' EUR 26 miljun, peress li dawn l-aġenziji huma vitali biex jindirizzaw il-problema urġenti attwali tal-flussi migratorji b'mod effikaċi; jilqa' b'sodisfazzjon l-approprjazzjonijiet addizzjonali u ż-żieda proposta ta' 120 pożizzjoni fil-pjanijiet ta' stabbiliment tal-aġenziji fil-Baġit Emendatorju Nru 7/2015 u jistenna li din id-deċiżjoni jkollha impatt ukoll fuq il-baġit tal-2016 kif ukoll fuq il-baġits għas-snin li ġejjin; jenfasizza s-sitwazzjoni ta' kriżi li qed tiddeterjora malajr u żieda enormi fil-flussi migratorji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni aġġornata u konsolidata dwar il-ħtiġijiet tal-aġenziji qabel il-konċiljazzjoni baġitarja; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi strateġija fuq żmien medju u fuq żmien twil għall-azzjonijiet tal-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni: l-għanijiet, il-missjonijiet, il-koordinazzjoni, l-iżvilupp taż-żoni sensittivi u r-riżorsi finanzjarji;

61.

Jiddeċiedi wkoll li jżid l-approprjazzjonijiet tal-baġit 2016 għat-tliet aġenziji ta' superviżjoni finanzjarja minħabba kompiti addizzjonali u żieda fl-ammont ta' xogħol tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sal-2017 proposta ta' finanzjament għal kunċett ta' finanzjament ibbażat fuq it-tariffi li jissostitwixxi kompletament il-kontribuzzjonijiet attwali mill-Istati Membri, bħala mezz kif tiġi garantita l-indipendenza tal-awtoritajiet Ewropej mill-awtoritajiet nazzjonali tal-membri tagħhom;

62.

Jiddeċiedi wkoll li jżid l-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga sabiex ikun hemm qbil aħjar bejn ir-riżorsi disponibbli u l-kompiti tal-aġenziji;

63.

Ma jistax jaċċetta, madankollu, l-approċċ tal-Kummissjoni u l-Kunsill fir-rigward tal-persunal tal-aġenziji, u għalhekk jimmodifika għadd sostanzjali ta' pjanijiet ta' stabbiliment; jenfasizza għal darb'oħra li kull aġenzija għandha tnaqqas 5 % tal-karigi tul 5 snin, kif miftiehem fil-FII, iżda li l-karigi l-ġodda meħtieġa biex jitwettqu kompiti addizzjonali minħabba żviluppi ġodda ta' politika u leġiżlazzjoni ġdida mill-2013 iridu jiġu akkumpanjati minn riżorsi addizzjonali u ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-mira ta' tnaqqis fil-persunal tal-FII;

64.

Għalhekk, jenfasizza għal darb'oħra l-oppożizzjoni tiegħu għall-kunċett ta' akkomunament ta' riassenjazzjoni fost l-aġenziji, iżda jafferma mill-ġdid id-disponibilità tiegħu li jiġu lliberati karigi permezz tal-kisba ta' effiċjenza bejn l-aġenziji permezz ta' aktar kooperazzjoni amministrattiva jew saħansitra jiġu analizzati l-possibiltajiet ta' fużjonijiet fejn xieraq u permezz tal-akkomunament ta' ċerti funzjonijiet jew mal-Kummissjoni jew ma' xi aġenzija oħra;

65.

Jenfasizza għal darb' oħra li kariġi ffinanzjati mill-industrija ma għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni u għalhekk m'għandhomx ikunu soġġetti għal tnaqqis fil-persunal; jenfasizza li dan għandu jitħalla f'idejn l-aġenzija kkonċernata biex tibbilanċja l-ammont ta' xogħol varjabbli billi ma jintlewx il-karigi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom;

66.

Jimmodifika, għaldaqstant, l-għadd ta' pjanijiet ta' stabbiliment tal-aġenziji f'konformità mal-prijoritajiet deskritti hawn fuq biex il-persunal jiġi allinjat ma' kompiti addizzjonali; jimmodifika oħrajn biex jinġiebu aktar f'konformità ma' tnaqqis ġenwin ta' 5 % fuq 5 snin u biex il-karigi ffinanzjati minn tariffi jiġu ttrattati b'mod differenti; ifakkar li t-tnaqqis ta' 5 % fuq 5 snin ġie introdott sabiex jonqsu l-ispejjeż tal-amministrazzjoni; jenfasizza f'dan il-kuntest li aktar karigi fil-pjan ta' stabbiliment ma jkollhomx impatt finanzjarju awtomatiku fuq il-baġit tal-Unjoni peress li l-aġenziji jimlew il-pożizzjonijiet vakanti tagħhom skont il-ħtiġijiet tagħhom u l-aġenziji għalhekk mhux dejjem ikollhom il-karigi kollha fil-pjan tagħhom ta' stabbiliment mimlija;

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)

67.

Wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji mressqa – fir-rigward tar-rata ta' suċċess ta' dawk għaddejjin bħalissa u eskluda l-inizjattivi diġà koperti minn bażijiet ġuridiċi eżistenti, u filwaqt li qies bis-sħiħ il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' implimentazzjoni tal-proġetti, jiddeċiedi li jadotta pakkett ta' kompromess magħmul minn għadd limitat ta' PP-AP, anke fid-dawl tal-marġnijiet limitati disponibbli;

Pagamenti

68.

Jenfasizza għal darb' oħra l-importanza tal-pjan ta' pagament konġunt 2015-2016 miftiehem, qabel il-proċedura baġitarja, mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, li jirrifletti l-impenn tat-tliet istituzzjonijiet biex titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' arretrati; jinnota li t-tliet istituzzjonijiet qablu li jikkooperaw bis-sħiħ sabiex jawtorizzaw livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2016 li jippermetti li jintlaħaq tali għan, u li l-approprjazzjonijiet ta' pagament mitluba għall-2016 ġew ikkalkulati mill-Kummissjoni b'mod korrispondenti; iqis li kwalunkwe azzjoni biex jiġi ġestit ir-riskju ta' akkumulazzjoni mhux sostenibbli għandha tkun kumplimentata bi sforzi biex jiġi żgurat skambju aktar produttiv ta' opinjonijiet u biex jittejjeb l-ispirtu ta' kooperazzjoni bejn il-Kunsill fuq naħa, u l-Parlament u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra; ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, id-dħul u l-infiq murija fil-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu f'bilanċ;

69.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja ż-żidiet moderati li rriżultaw u l-marġnijiet wesgħin proposti mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 1,4 biljun, immirati kemm għal-linji tat-tlestija u kemm għall-programmi li qegħdin fl-aqwa tagħhom, u b'hekk ipperikola t-tneħħija gradwali tal-akkumulazzjoni anormali; ifakkar li, għal programmi taħt ġestjoni diretta, nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux biss huwa rifless fl-evoluzzjoni tal-akkumulazzjoni iżda anke f'dewmien artifiċjali fl-implimentazzjoni tal-programmi, pereżempju dewmien fis-sejħiet għal proposti u/jew l-iffirmar ta' kuntratti ġodda;

70.

Jiddeċiedi li jerġa' jġib l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-pagamenti fil-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill, fuq is-suppożizzjoni li l-livelli ta' pagament proposti mill-Kummissjoni fl-AB tagħha huma dawk meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta' pagament;

71.

Isaħħaħ, permezz ta' proporzjon adegwat, l-approprjazzjonijiet ta' pagament f'dawk il-linji kollha li huma emendati fl-approprjazzjonijiet ta' impenn, filwaqt li jqis oqsma bi profil ta' żborż rapidu jew grad għoli ta' urġenza, jiġifieri Erasmus +, iż-żewġ skemi ta' rilokazzjoni, il-UNRWA u l-għajnuna umanitarja; iżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 1 biljun oħra sabiex il-konċentrazzjoni fil-bidu tal-pagamenti għall-Greċja tkun koperta kompletament b'approprjazzjonijiet ġodda; jiddeċiedi wkoll, fid-dawl tal-implimentazzjoni fl-imgħoddi, li jżid il-pagamenti għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

Taqsimiet oħra

Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

72.

Ifakkar li l-estimi tal-Parlament għall-2016 ġew stabbiliti għal EUR 1 823 648 600, li jikkorrispondu għal żieda ta' 1,6 % fuq il-baġit 2015; ifakkar, barra minn hekk, li ġew allokati EUR 15-il miljun għal investimenti urġenti fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, u b'hekk il-livell ġenerali tal-baġit tiegħu għall-2016 huwa ta' EUR 1 838 648 600;

73.

Jindika li, mill-15 ta' Ġunju 2015, wara li ġew adottati l-estimi tal-Parlament għall-2016, inħoloq grupp politiku ġdid, u li minħabba dawn il-bidliet fl-organizzazzjoni tal-Parlament hemm bżonn ta' approprjazzjonijiet supplimentari biex ikun żgurat li l-gruppi politiċi kollha jiġu trattati bl-istess mod;

74.

Jikkumpensa bis-sħiħ dawn iż-żidiet billi jnaqqas l-approprjazzjonijiet fil-linji baġitarji għar-riżerva ta' kontinġenza, l-allowance ġenerali tal-Membri, aktar taħriġ, l-armar tal-bini, il-konsum tal-enerġija, l-informatika u t-telekomunikazzjonijiet u l-investiment fi proġetti u għamara;

75.

Jinnota l-konklużjonijiet tal-Bureau tas-7 ta' Settembru 2015, fid-dawl tal-qari tal-Parlament dwar il-baġit 2016, li jipproponi li d-deċiżjonijiet u l-aġġustamenti tekniċi reċenti tiegħu jiġu trasposti fil-baġit; japprova dawn it-tibdiliet tekniċi limitati proposti mill-Bureau, li jinvolvu aġġustamenti, mingħajr effetti fuq il-baġit, għall-approprjazzjonijiet u l-pjan ta' stabbiliment, u aġġornamenti għal ċerti aspetti tan-nomenklatura tal-baġit;

76.

Iżomm, għaldaqstant, il-livell kumplessiv tal-baġit tiegħu għall-2016, kif adottat mill-plenarja fid-29 ta' April 2015, li huwa ta' EUR 1 838 648 600;

77.

Jenfasizza li l-attivitajiet tal-gruppi politiċi ma jikkorrispondux għall-ħidma amministrattiva; jikkonferma li, għal din ir-raġuni, il-livell totali tal-persunal fil-gruppi politiċi għandu jiġi eżentat mill-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 %, f'konformità mad-deċiżjonijiet meħuda minnha fir-rigward tas-snin finanzjarji 2014 (12), 2015 (13) u l-estimi għall-2016 (14);

78.

Ifakkar li l-gruppi politiċi kellhom iffriżar fir-reklutaġġ li kien ilu fis-seħħ mill-2012, u li ħtiġijiethom kienu koperti biss parzjalment fis-snin baġitarji preċedenti;

79.

Itenni l-impenn tiegħu li jimplimenta l-punt 27 tal-FII u li jnaqqas il-persunal tiegħu b'1 %;

80.

Jenfasizza li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jindirizzaw il-ħtieġa ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif mitluba minn maġġoranza kbira f'dan il-Parlament f'diversi riżoluzzjonijiet, sabiex jiġu ffrankati l-flus fuq żmien twil fil-baġit tal-Unjoni;

Bidliet għall-pjan ta' stabbiliment

81.

Inaqqas il-pjan ta' stabbiliment tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2016 b'57 kariga (mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 1 %) kif ġej: 4 AD14, 13 AD13, 2 AD12, 1 AD9, 2 AD8, 1 AD5, 2 AST11, 1 AST10, 3 AST9, 8 AST8, 7 AST7, 4 AST6, 3 AST5, 2 AST4, 1 AST3, 1 AST1 (karigi permanenti) u 2 karigi temporanji fil-grad ta' AST4; ifakkar li l-impatt baġitarju ta' din il-miżura kien diġà ttieħed inkunsiderazzjoni fl-estimi;

82.

Ibiddel, skont ir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, 80 kariga permanenti fil-grad AST (25 AST11, 10 AST10, 5 AST8, 15 AST7, 5 AST6, 5 AST5, 5 AST4, 5 AST3 u 5 AST2) fi 80 kariga AST/SC1;

83.

Jipproċedi għall-korrezzjonijiet tekniċi li ġejjin: iħassar tliet karigi ta' AST7 u tliet karigi ta' AST6 u jżid sitt karigi ta' AST5 u jħassar in-nota Nru 1 f'qiegħ il-paġna għall-pjan ta' stabbiliment, peress li l-proċedura rilevanti dan l-aħħar ma ntużatx;

84.

Jawtorizza l-ħolqien ta' 43 kariga temporanja ġdida (2 AD7, 19 AD5, 5 AST5, 5 AST3 u 12 AST1) u l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' kariga temporanja waħda mill-grad ta' AD10 għall-grad AD14 għall-ħtiġijiet supplimentari fir-rigward tal-ħolqien ta' grupp politiku ġdid;

Tnaqqis fil-persunal ta' 5 %

85.

Ifakkar li l-Parlament qed jimplimenta l-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 % għat-tielet sena konsekuttiva b'rispett xieraq għall-ittra u l-ispirtu tal-FII; jenfasizza li, għal dan il-għan, mill-2014 'l hawn tneħħew 171 kariga permanenti mill-pjan ta' stabbiliment tiegħu (15); jenfasizza li, sabiex ikun hemm konformità sħiħa mal-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 %, sal-2018 għandu jsir tnaqqis annwali mill-ġdid darbtejn oħra ta' 57 kariga (16);

86.

Jissottolinja li, f'konformità mal-punt 27 tal-FII, il-mira ta' tnaqqis ta' 5 % hija kumpens f'termini ta' persunal, b'relazzjoni ma' żieda fis-sigħat tax-xogħol minn 37,5 għal 40 fil-ġimgħa meta mqabbla mal-pjan ta' stabbiliment tal-1 ta' Jannar 2013; iqis li dan it-tnaqqis għandu japplika għal ammont ta' xogħol kostanti u li, konsegwentement, ir-responsabbiltajiet il-ġodda u l-missjonijiet għandhom jiġu eżentati minn dan il-kalkolu;

87.

Jinnota li, f'konformità mat-tisħiħ tal-prerogattivi tiegħu u l-kompiti ġodda li ngħataw lill-Parlament mill-2013 'l hawn, bidliet strutturali importanti, bħal proċessi ta' internalizzazzjoni li l-persunal tagħhom ġie allokat kemm jista' jkun permezz ta' riassenjazzjonijiet interni, il-karigi l-ġodda nħolqu biss fejn kien strettament neċessarju; jiddeċiedi li jeskludi dawn il-karigi addizzjonali mill-isforz biex jitnaqqas l-għadd ta' persunal b'5 %;

88.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, hija u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-persunal mill-Parlament, tqis il-kunsiderazzjonijiet addizzjonali ġodda bħal ammont ta' xogħol kostanti, l-eżenzjoni ta' gruppi politiċi, l-internalizzazzjonijiet ibbilanċjati minn tnaqqis fil-linji baġitarji għas-servizzi esterni u prerogattivi u kompiti ġodda;

89.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal ta' 5 % m'għandhiex tipperikola l-funzjonament tajjeb tal-Parlament u t-tħaddim mill-Parlament tas-setgħat ewlenin tiegħu, u lanqas m'għandha tbiddel l-eċċellenza leġiżlattiva tiegħu jew il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Membri u l-persunal;

90.

Ifakkar li l-ebda ftehim ma jista' jċaħħad lill-Parlament u lill-Kunsill mil-libertà sovrana tagħhom ta' evalwazzjoni u mid-dritt li għandhom li kull sena jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-baġit;

Kwistjonijiet oħrajn relatati mal-persunal

91.

Ifakkar li l-ħtieġa ta karigi ġodda fis-Segretarjat għandhom ikunu koperti minn trasferimenti interni, sakemm il-ħtieġa li jinħolqu pożizzjonijiet ġodda ma tkunx debitament ġustifikata u ppruvata;

92.

Ifakkar li kwalunkwe riorganizzazzjoni tal-ħidma parlamentari jew ta' proċeduri m'għandhiex twassal għal deterjorazzjoni fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħhom;

93.

Itenni li, b'mod li jiġi żgurat sostenn adegwat għal Membri fit-twettiq tal-attivitajiet parlamentari tagħhom, hemm bżonn li jinstab bilanċ ġdid bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali; jieħu nota tal-fatt li s-Segretarju Ġenerali għamel proposta lill-Bureau sabiex jintlaħaq dan l-għan; jinnota l-ftehim milħuq mill-Bureau li jikkorrispondi essenzjalment mat-talba magħmula mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 msemmija hawn fuq dwar l-estimi tal-Parlament; jilqa' d-deċiżjoni li dan il-ftehim jiġi implimentat immedjatament;

94.

Itenni l-impenn tiegħu li jappoġġa l-multilingwiżmu fix-xogħol parlamentari permezz ta' standards għoljin ta' interpretazzjoni u traduzzjoni; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits r-riżultati tal-analiżi u l-valutazzjoni li nieda wara li ma ntlaħaqx ftehim dwar kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol għal interpreti (Rebbiegħa 2015); jistenna li s-Segretarju Ġenerali juża kull flessibilità meħtieġa biex jiġu żgurati servizzi ta' kwalità għolja ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni għall-Membri;

95.

Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi ħarsa ġenerali ddettaljata tal-karigi kollha fil-Parlament fis-snin 2014-2016, inkluża d-distribuzzjoni ta' karigi skont is-servizz, il-kategorija u t-tip ta' kuntratt;

Politika tal-proprjetà immobbli

96.

Ifakkar li l-Kumitat għall-Baġits għandu jiġi infurmat fuq bażi regolari dwar l-iżviluppi l-ġodda fil-politika tal-bini tal-Parlament u għandu jiġi kkonsultat fi żmien xieraq, jiġifieri qabel kuntratt huwa miksub, fuq kull proġett ta' bini li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji; jikkonferma li l-impatt finanzjarju tal-proġetti kollha ta' bini ser jiġi eżaminati bir-reqqa;

97.

Jemmen li d-deċiżjonijiet relatati ma' proġetti ta' bini għandhom ikunu soġġetti għal proċess trasparenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

98.

Itenni għal darb' oħra l-appell tiegħu biex l-istrateġija ġdida tal-bini ta' nofs it-terminu tiġi ppreżentata lill-Kumitat għall-Baġits mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2016, fil-ħin għat-tħejjija tal-estimi tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits strateġija fit-tul sal-2025 kmieni kemm jista' jkun bil-quddiem qabel l-ewwel qari fil-Parlament tal-baġit fil-Ħarifa 2016;

99.

Jinnota li mill-2014, ma ġiet prevista l-ebda approprjazzjoni għall-investiment fil-kostruzzjoni tal-bini Konrad Adenauer (KAD) fil-Lussemburgu; ifakkar li l-estimi tal-2016 inkludew biss approprjazzjonijiet li jkopru xogħlijiet u servizzi li għandhom jitħallsu direttament mill-Parlament, prinċipalment għall-ġestjoni tal-proġett, l-għarfien espert tekniku u l-konsulenza; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jevalwa qabel tmiem din is-sena l-fondi li ma jkunux intużaw fil-baġit 2015 u jimpenjahom għall-proġett KAD, u dan permezz ta' talba ta' trasferiment fi tmiem l-2015, bil-ħsieb li fil-futur jiġu evitati kemm jista' jkun il-pagamenti ta' imgħax relatati mal-bini;

L-ispejjeż tal-Membri

100.

Itenni l-appell għal aktar trasparenza dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali għall-Membri; jistieden lill-Bureau tal-Parlament jaħdem fuq definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltà tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

101.

Jitlob valutazzjoni tar-riżultati tal-approċċ volontarju magħżul mill-Grupp ta' Ħidma Konġunt għal-limitazzjoni tat-titjiriet fil-business class minn Membri u mill-persunal kif ukoll dwar modi possibbli biex jiksbu aktar tariffi vantaġġużi bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri u tal-persunal.

Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja

102.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja ż-żieda kontinwa fil-volum ta' attività ġudizzjarja u r-riforma ppjanata tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni naqqset il-persunal b'20 kariga, u b'hekk qed toħloq riskju ta' konġestjoni u tipperikola l-funzjonament xieraq tal-Qorti u l-iżvolġiment tal-ġustizzja fil-pront; jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jdaħħal l-20 kariga inizjalment mitluba mill-Qorti;

103.

Jiddispjaċih li l-Kunsill żied ir-rata ta' tnaqqis standard applikata għall-approprjazzjonijiet għar-remunerazzjoni tal-persunal minn 2,5 % għal 3,2 %, li hija ekwivalenti għal tnaqqis ta' EUR 1,55 miljun u tmur kontra r-rata estremament għolja ta' okkupazzjoni ta' karigi tal-Qorti (98 % fi tmiem l-2014) u r-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit (99 % fl-2014); għalhekk, jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell tal-abbozz tal-baġit u jikkanċella t-tnaqqis relatat fl-approprjazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Qorti tkun tista' taffronta b'mod adegwat iż-żieda sostanzjali fin-numru ta' kawżi u tagħmel użu sħiħ mill-karigi li jingħatawlha;

104.

Jiddeċiedi, barra minn hekk, li jerġa' jdaħħal is-seba' karigi inizjalment mitluba mill-Qorti sabiex tkun tista' tissodisfa l-ħtieġa doppja li ssaħħaħ it-Taqsima tas-Sigurtà u s-Sikurezza tal-Qorti biex tipproteġi aħjar lill-persunal, il-viżitaturi u d-dokumenti, u fl-istess ħin li timplimenta l-Artikolu 105 l-ġdid tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti Ġenerali li jitlob li jiġi stabbilit livell għoli ta' sigurtà sabiex il-partijiet involuti f'ċerti kawżi jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni u materjal li jikkonċerna s-sigurtà tal-Unjoni, l-Istati Membri jew l-iżvolġiment tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom;

105.

Jenfasizza f'dan il-kuntest il-ħtieġa ta' riżorsi għas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini tal-Qorti, u jiddeċiedi għalhekk li jerġa' jġib it-tnaqqis propost mill-Kunsill f'dan il-qasam lura għal-livell tal-abbozz ta' baġit;

106.

Ineħħi r-riżerva eżistenti dwar il-missjonijiet u jibdilha b'oħra ġdida, li għandha tiġi mħabbra meta l-Qorti tippubblika informazzjoni dwar l-attivitajiet esterni tal-Imħallfin, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-2013 b'rabta mal-Qorti (17);

Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri

107.

Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali ta' 2,76 %, bil-għan li l-Qorti tal-Awdituri tkun tista' tissodisfa ħtiġijietha fir-rigward tal-pjan ta' stabbiliment;

108.

Jerġa' jġib il-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill għall-Qorti tal-Awdituri lura għal li kienu biex din timplimenta l-programm ta' ħidma tagħha u tippreżenta r-Rapporti tal-Awditjar ippjanati;

Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

109.

Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali tagħha ta' 4,5 %, bil-għan li l-Kumitat ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu u jlaħħaq mat-tnaqqis kontinwu tal-persunal fil-kuntest tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat;

110.

Jiddeċiedi wkoll li, fir-rigward tal-allowances tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, jerġa' jġib l-AB lura għal li kien;

Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni

111.

Inaqqas minn naħa r-remunerazzjoni u l-allowances b'ammont li jikkorrispondi għal 66 promozzjoni u erba' karigi addizzjonali li mhumiex meqjusa fl-abbozz ta' baġit biex jirrifletti t-trasferiment ta' dawk il-karigi lill-Parlament;

112.

Iżid min-naħa l-oħra numru ta' linji (l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, partijiet terzi, il-komunikazzjoni, l-ispejjeż ta' rappreżentanza, il-komunikazzjoni tal-gruppi politiċi, il-missjonijiet u t-tindif u l-manutenzjoni), b'mod aktar konformi mal-estimi proprji tal-Kumitat sabiex dan ikun jista' jwettaq il-ħidma politika tiegħu u jissodisfa l-obbligi tiegħu;

113.

Fl-aħħar nett, jerġa' jġib it-tnaqqis mill-Kunsill fir-rigward tas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini tal-Kumitat lura għal li kien, biex ikun żgurat biżżejjed finanzjament għal miżuri ta' sigurtà f'każ ta' żieda fil-livell ta' theddid għas-sigurtà (“isfar”) matul l-2016;

Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

114.

Jinnota b'dispjaċir li l-Kunsill naqqas l-abbozz ta' baġit tal-Ombudsman b'EUR 135 000; jissottolinja li tali tnaqqis se jimponi piż sproporzjonat fuq il-baġit limitat ħafna tal-Ombudsman, u jista' jkollu impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li taqdi liċ-ċittadini tal-Unjoni b'mod effikaċi; għaldaqstant, jerġa' jġib lura għal li kienu l-linji baġitarji mnaqqsa mill-Kunsill biex l-Ombudsman tkun tista' taqdi l-mandat tagħha u tonora l-impenji tagħha;

Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

115.

Jinnota b'dispjaċir li l-Kunsill naqqas l-abbozz ta' baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data b'EUR 135 000; jissottolinja li tali tnaqqis se jimponi piż sproporzjonat fuq il-baġit limitat ħafna tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u jista' jkollu impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li taqdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni b'mod effikaċi; għaldaqstant, jerġa' jġib il-linji baġitarji kollha li tnaqqsu mill-Kunsill lura għal li kienu biex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista' jissodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu;

TAQSIMA X – IS-SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA

116.

Jemmen li, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi li ġġib magħha l-inċertezza ġeopolitika u biex ikun żgurat ir-rwol tal-Unjoni fid-dinja kollha, għandu jiġi żgurat finanzjament xieraq tas-SEAE; b'hekk jerġa' jġib l-abbozz ta' baġit lura għal li kien fil-linji kollha u jneħħi r-riżervi adottati mill-Kunsill relatati mal-fluttwazzjoni tar-rata tal-kambju tal-Euro;

o

o o

117.

Jinsab konvint li l-baġit tal-Unjoni jista' jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi mhux biss il-konsegwenzi iżda wkoll il-kawżi ewlenin tal-kriżijiet li qed tiffaċċja l-Unjoni bħalissa; huwa tal-fehma, madankollu, li avvenimenti mhux previsti b'dimensjoni tal-Unjoni għandhom jiġu ttrattati billi l-isforzi jinġabru flimkien u billi jitpoġġew mezzi addizzjonali fil-livell tal-Unjoni aktar milli jiġu ddubitati l-impenji mgħoddija jew li jkun hemm l-illużjoni ta' soluzzjonijiet li jkunu purament nazzjonali; jenfasizza, għalhekk, li d-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà qegħdin hemm biex jippermettu tali rispons rapidu u konġunt u għandhom jintużaw bis-sħiħ biex ipattu għar-restrizzjonijiet ibsin tal-limiti massimi tal-QFP;

118.

Jenfasizza li, bilkemm kienu għaddew sentejn mill-bidu tal-MFF attwali, il-Kummissjoni kellha darbtejn titlob il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità, kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, biex tkopri l-ħtiġijiet urġenti u mhux previsti li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi tal-MFF attwali; jinnota wkoll li l-Marġini Globali għall-Impenji fl-2015, l-ewwel sena tal-operat tagħha, kien intuża immedjatament kollu kemm hu filwaqt li r-riżorsi ta' żewġ programmi importanti tal-Unjoni kellhom jitnaqqsu biex ikun possibbli l-finanzjament ta' inizjattivi ġodda; jenfasizza li, minħabba l-antiċipazzjoni fl-2014-15, diversi programmi tal-Unjoni jkollhom inqas, jew saħansitra l-ebda impenji disponibbli mill-2016; għalhekk, jara b'mod ċar, li l-limiti massimi tal-QFP huma stretti wisq f'bosta intestaturi u jipparalizzaw l-Unjoni f'oqsma li l-aktar għandhom bżonn, filwaqt li l-mekkaniżmi ta' flessibilità disponibbli tal-MFF diġà laħqu l-limiti tagħhom; iqis li dawn l-iżviluppi jagħmlu l-possibbiltà ta' reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP ġenwina; jistenna bil-ħerqa l-proposti ambizzjużi tal-Kummissjoni għal dak l-għan fl-2016;

119.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għall-abbozz ta' baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2015)0061.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0172.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0263.

(8)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(9)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013 (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 395).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).

(11)  Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

(12)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (Testi adottati, P7_TA(2013)0437).

(13)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (Testi adottati, P8_TA(2014)0036).

(14)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (Testi adottati, P8_TA(2015)0172).

(15)  67 kariga fl-2014, - 47 kariga fl-2015, u - 57 kariga fl-2016.

(16)  Peress li ttieħdet deċiżjoni politika dwar l-esklużjoni tal-gruppi politiċi minn dan il-kalkolu, dan it-tnaqqis qed ikun applikat lill-parti tal-pjan ta' stabbiliment tas-Segretarjat (in-numru ta' referenza ta' karigi (1 %): - 57)

(17)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 118).


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/163


P8_TA(2015)0377

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (09375/1/2015 – C8-0166/2015 – 2011/0901B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2017/C 355/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09375/1/2015 – C8-0166/2015),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja mressqa lill-Parlament u lill-Kunsill (02074/2011),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0296/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati tal-15.4.2014, P7_TA(2014)0358.


P8_TC2-COD(2011)0901B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2422.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Fi tmiem il-proċess ta' riforma, il-Qorti Ġenerali se tikkonsisti minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li huwa l-objettiv tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3 tat-TUE, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, fil-proċess tal-ħatra tal-kandidati bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 254 tat-TFUE, jiżguraw preżenza ugwali ta' nisa u rġiel.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/164


P8_TA(2015)0378

Dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (08806/1/2015 – C8-0260/2015 – 2014/0213(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2017/C 355/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08806/1/2015– C8-0260/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2014)0457),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0295/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dan, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 12, 15.1.2015, p. 116.

(2)  Test adottat, 13.1.2015, P8_TA(2015)0005.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' derogi għall-użu ta' xbieki tat-tkarkir u għeżula fis-sajd fil-Baħar l-Iswed

“Il-Parlament Ewropew jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011, rigward derogi għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' ċertu rkaptu fl-ilmijiet tal-kosta tal-Baħar l-Iswed, huma ta' natura eċċezzjonali. Dawn iqisu s-sitwazzjoni prevalenti fir-reġjun, fejn l-Istati Membri stabbilixxew miżuri biex jippermettu l-użu tal-irkaptu konċernat skont ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM. Dik l-informazzjoni diġà kienet disponibbli għall-Parlament qabel it-tressiq tal-proposta attwali tal-Kummissjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament jaċċetta, fil-kuntest attwali, l-arranġament li jawtorizza lill-Istati Membri konċernati jikkonċedu d-derogi inkwistjoni. Jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jittieħdu jew jintużaw bħala preċedent f'atti legali ġejjiena.”


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/165


P8_TA(2015)0379

L-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom (COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0177),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0107/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Parlament Spanjol, il-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands u l-Kunsill Federali Awstrijak, fejn jiddikjaraw li l-abozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2015 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Ottubru 2015 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0305/2015),

1.

Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tissottometti waħda ġdida;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadu mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Għadu mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/166


P8_TA(2015)0380

Ikel ġdid ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (COM(2013)0894 – C7-0487/2013 – 2013/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0894),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0487/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet kemm tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2011, meta falliet il-konċiljazzjoni dwar l-ikel ġdid;

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża u s-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ April 2014 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0046/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 311, 12.9.2014, p. 73


P8_TC1-COD(2013)0435

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2283.)


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/167


P8_TA(2015)0381

Emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013)0920 – C7-0004/2014 – 2013/0443(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/27)

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (18) jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil rigward il-politika dwar l-arja, li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi fuq u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa f’oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u sinerġiji msaħħa bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni stipulati b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità.

(2)

Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (18) jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil rigward il-politika dwar l-arja, li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi fuq u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa f’oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u sinerġiji msaħħa bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni stipulati b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità. Il-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu 2014-2020 toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-arja b'miżuri speċifiċi. Evalwazzjoni fil-ġejjieni tkun tista' tipprovdi fehim aħjar tal-effetti ta' dawn il-miżuri.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

L-Istati Membri u l-Unjoni huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju tal-2013, li għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-merkurju minn sorsi eżistenti u ġodda. Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-merkurju fl-Unjoni kif mitlub mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 2005 dwar Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju u mill-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Għaldaqstant, il-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE għandu jiġi rivedut sabiex jinġieb konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(6)

Għaldaqstant, il-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE għandu jiġi rivedut sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll lejn il-ksib tal-għanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , lejn il-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira kif ukoll lejn it-titjib fil-kwalità tal-arja fuq livell globali.

(8)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll għall-ksib, b'mod kosteffikaċi, tal-għanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għall-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira , minbarra għat-titjib fil-kwalità tal-arja fuq livell globali , u billi ttejjeb is-sinerġiji mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija u tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni . B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tiġi allinjata mal-evoluzzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-azzjoni internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, inkluż, iżda mhux biss, mal-qafas ta' politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija u ma' ftehim globali komprensiv u vinkolanti dwar it-tibdil fil-klima .

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja relatati mas-saħħa fl-Unjoni billi ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE kif ukoll tiffavorixxi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika .

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport marittimu, jeħtieġ tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-limiti stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u infurzar strett tad-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) . Tinħtieġ ukoll azzjoni ulterjuri biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet mit-trasport marittimu. Huwa xieraq li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw li jiddefinixxu oqsma ġodda ta' kontroll tal-emissjonijiet u jkomplu jaħdmu fi ħdan l-OMI biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

L-Istati Membri għandhom jiġu konformi mal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għall-2020 u l-2030. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm progress li jista’ jintwera favur l-ilħiq tal-ipenji għall-2030, l-Istati Membri għandhom jilħqu livelli ta’ emissjonijiet intermedji fl-2025, stabbiliti fuq il-bażi ta’ perkors lineari bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u dawk definiti mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, sakemm dan ma jinvolvix spejjeż sproporzjonati. Meta l-emissjonijiet għall-2025 ma jkunux jistgħu jiġu limitati b'dan il-mod, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fir-rapporti tagħhom ippreżentati skont din id-Direttiva .

(9)

Sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet atmosferiċi tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u sabiex jingħata kontribut effettiv għall-għan tal-Unjoni li tikseb kwalità tal-arja li ma tkunx ta' impatt negattiv sinifikanti jew ta' riskju għas-saħħa, u sabiex id-depożizzjoni ta' livelli ta' sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu jitbaxxew taħt tagħbijiet u livelli kritiċi, f'din id-Direttiva hemm stabbiliti impenji nazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020, għall-2025 u għall-2030 .

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Sabiex jippromwovu l-kisba b'mod kosteffikaċi tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet , l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jikkunsidraw tnaqqis ta' emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali jekk l-emissjonijiet minn dak is-settur ikunu aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li kieku jirriżultaw minn konformità mal-istandards tal-liġijiet tal-Unjoni, inklużi l-limiti tal-kubrit għall-fjuwils stabbiliti fid-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill.  (21) L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jilħqu l-impenji tagħhom u l-livelli intermedji ta' emissjoni rigward il-metanu (CH4) b'mod konġunt, u li jagħmlu użu mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jagħmlu hekk. (22) Għall-iskop tal-verifika tal-konformità mal-livelli nazzjonali massimi tagħhom tal-emissjonijiet, mal-impenji tagħhom għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet u mal-livelli intermedji ta' emissjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-inventarji nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u metodoloġiji mtejba dwar l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona kontra l-użu minn Stat Membru ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-flessibilitajiet jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati.

(11)

Sabiex jippromwovu l-kisba b'mod kosteffikaċi tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet , l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jilħqu l-impenji tagħhom rigward il-metan (CH4) b'mod konġunt, u li jagħmlu użu mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jagħmlu hekk. (22) Għall-iskop tal-verifika tal-konformità mal-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet tagħhom , mal-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u mal-livelli ta' emissjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet tagħhom fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u metodoloġiji mtejba dwar l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona kontra l-użu ta’ dawn il-flessibbiltajiet min-naħa ta' Stat Membru jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħqu r-rekwiżiti tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u  l-livelli intermedji ta' emissjoni tagħhom, u biex jagħtu kontribut effettiv lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet f’żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessiv ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u/jew f’dawk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f’pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ppromulgati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

(12)

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħqu r-rekwiżiti tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jagħtu kontribut effettiv lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet f’żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessiv ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u/jew f’dawk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f’pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ppromulgati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-arja ta' NH3 u PM2,5 mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-settur agrikolu. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stipulati f’din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni ambjentali minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

(13)

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' NH3 , CH4 u PM2,5 mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-settur agrikolu. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kosteffikaċi u bbażati fuq informazzjoni u data speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-progress xjentifiku u l-miżuri preċedenti meħuda mill-Istati Membri. Fi sforz biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ikun tajjeb ukoll li jiġu żviluppati linji gwida, li jiġu skambjati fil-livell tal-Unjoni. dwar prattika agrikola tajba għall-użu tal-NH3. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stipulati f’din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni ambjentali minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-setturi rilevanti kollha, inklużi l-agrikoltura, l-industrija, it-trasport bit-triq, il-makkinarju mobbli mhux tat-triq, it-tbaħħir intern u domestiku, it-tisħin domestiku u s-solventi. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta' prestazzjoni ambjentali fid-dawl taċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Fil-miżuri li jieħdu biex jiddaħħlu fil-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-arja u li jkunu applikabbli għas-settur agrikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impatti fuq azjendi agrikoli ta' daqs żgħir u medju jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ u li dawn l-impatti ma jinvolvux spejjeż addizzjonali sinifikanti li ma jistgħux jiġu sostnuti minn dawn l-azjendi. It-titjib fil-kwalità tal-arja għandu jinkiseb permezz ta' miżuri proporzjonati li jissalvagwardjaw il-futur tal-azjendi agrikoli. Il-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jipprovdu bilanċ bejn it-trobbija tal-annimali u l-kontroll tat-tniġġis.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)

Il-miżuri meħuda fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet ta' NH3, CH4 u PM2,5 fis-settur agrikolu għandhom ikunu eleġibbli għal appoġġ finanzjarju, fost l-oħrajn fil-qafas tal-Fond għall-Iżvilupp Rurali, b'mod partikolari l-miżuri meħuda minn azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju li jeħtieġu tibdil sinifikanti ta' prattiki jew investimenti sinifikanti bħal ragħha estensiv, agroekoloġija, diġestjoni anaerobika għall-produzzjoni tal-bijogass bl-użu tal-iskart tal-irziezet, u sistemi ta' stalel b'emissjonijiet baxxi.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja, b'mod partikolari fiż-żoni urbani, il-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu u materja partikulata f'dawk iż-żoni.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u bil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-pubbliku għandu jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' din id-Direttiva u jingħata kontribut għall-protezzjoni tad-dritt għall-għajxien f'ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benessri tal-persuni.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

L-ispezzjonijiet ambjentali u s-sorveljanza tas-suq huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-objettivi tagħha.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 15c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c)

Fil-valutazzjoni tas-sinerġiji bejn il-politiki tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u dwar il-klima u l-enerġija, il-Kummissjoni għandha tqis il-Valutazzjoni tal-Impatt Komplementari tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-interazzjonijiet bejn il-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u dik dwar il-klima u l-enerġija bit-titolu “Air Quality – Complementary Impact Assessment on interactions between EU air quality policy and climate and energy policy”.

Emenda 123

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jeħtieġ li d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) tiġi emendata sabiexi tiġi żgurata l-konsistenza ta’ din id-Direttiva mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent.

(20)

Jeħtieġ li d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) tiġi emendata sabiexi tiġi żgurata l-konsistenza ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva 2008/50/KE mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-linji gwida dwar ir-rappurtar stabbiliti fl-Anness I, fil-Parti 1 tal-Anness III u fl-Annessi IV u V, sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegat, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għal perjodu definit fir-rigward tal-emendar tal-linji gwida dwar ir-rappurtar stabbiliti fl-Anness I, fil-Parti 1 tal-Anness III u fl-Annessi IV u V, sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegat, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Kemm jista' jkun, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għandhom jallinjaw ir-regolamenti nazzjonali tagħhom ma' din id-Direttiva.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva għandha l-għan li tillimita l-emissjonijiet atmosferiċi ta' sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu, prekursuri tal-ożonu, materja partikulata primarja, prekursuri ta' materja partikulata sekondarja u sustanzi oħrajn li jniġġsu l-arja, biex b'hekk tikkontribwixxi għal dawn li ġejjin:

 

(a)

l-objettiv fit-tul tal-Unjoni li tilħaq livelli ta' kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi sinifikanti u riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, f'konformità mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

 

(b)

il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi billi l-livelli u d-depożizzjoni ta' sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu, u sustanzi oħra li jniġġsu, inkluż l-ożonu troposferiku, jitbaxxew taħt it-tagħbijiet u l-livelli kritiċi;

 

(c)

il-kisba tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni;

 

(d)

il-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira u billi jittejbu s-sinerġiji mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija.

 

Din id-Direttiva għandha tiġi allinjata, b'mod partikolari, mal-evoluzzjoni tal-azzjoni internazzjonali u tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, inkluż, iżda mhux biss, mal-qafas ta' politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija u ma' ftehim globali komprensiv u vinkolanti dwar it-tibdil fil-klima.

Emenda 131

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

“prekursuri tal-ożonu” tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi , metan u monossidu tal-karbonju;

2.

“prekursuri tal-ożonu” tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi u monossidu tal-karbonju;

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.

“tagħbija kritika” tfisser stima kwantitattiva ta' esponiment għal xi sustanza jew sustanzi niġġiesa li taħtu, skont l-informazzjoni eżistenti, ma jkunx hemm effetti ħżiena sinifikanti fuq elementi sensittivi speċifiċi tal-ambjent;

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.

“livell kritiku” tfisser il-konċentrazzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fl-atmosfera jew flussi għal riċevituri li fuqha, skont l-informazzjoni eżistenti, jista' jkun hemm effetti ħżiena fuq ir-riċevituri, bħalma huma l-bnedmin, il-pjanti, l-ekosistemi jew il-materjali;

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.

“ożonu troposferiku” tfisser l-ożonu fil-parti l-aktar baxxa tat-troposfera;

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.

“komposti organiċi volatili” (VOCs) tfisser il-komposti organiċi kollha li jirriżultaw minn attivitajiet umani, minbarra l-metan, li huma kapaċi li jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta' reazzjonijiet ma' ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.

“limitu nazzjonali ta' emissjoni” tfisser l-ammont massimu ta' xi sustanza, espress f'kilotunellati, li jista' jiġi emess fi Stat Membru f'sena kalendarja;

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.

“'traffiku marittimu internazzjonali” tfisser vjaġġi fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali ta' bastimenti tal-bnadar kollha, għajr bastimenti tas-sajd, li jitilqu mit-territorju ta’ pajjiż wieħed u li jaslu fit-territorju ta’ pajjiż ieħor;

imħassar

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a.

“politiki tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mis-sors” tfisser Regolamenti jew Direttivi li, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti f'dawk ir-Regolament jew Direttivi, ikollhom bħala għan, kemm jekk parzjalment jew le, li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx), komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), ammonijaka (NH3), materja partikulata (PM2,5 ) u metan (CH4), billi jwettqu miżuri ta' mitigazzjoni fis-sors, inklużi mill-inqas, iżda mhux esklużivament, it-tnaqqis ta' emissjonijiet miksub permezz ta' dawn li ġejjin:

 

id-Direttiva 94/63/KE  (1a) ;

 

id-Direttiva 97/68/KE  (1b) ;

 

id-Direttiva 98/70/KE  (1c) ;

 

id-Direttiva 1999/32/KE  (1d) ;

 

id-Direttiva 2009/126/KE  (1e) ;

 

id-Direttiva 2004/42/KE  (1f) ;

 

id-Direttiva 2007/46/KE  (1 g) , inkluż ir-Regolament (KE) Nru 715/2007  (1h) ,

 

ir-Regolament (KE) Nru 79/2009  (1i) ,

 

ir-Regolament (KE) Nru 595/2009  (1j) u r-Regolament (KE) Nru 661/2009  (1k) ,

 

id-Direttiva 2010/75/UE  (1l) ;

 

ir-Regolament (UE) Nru 167/2013  (1m) ,

 

ir-Regolament (UE) Nru 168/2013  (1n) ;

 

id-Direttiva 2014/94/UE  (1o) ;

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12b.

“il-pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx jiġi affettwat mill-emissjonijiet tat-tniġġis tal-arja fl-atmosfera, jew li għandu interess fihom; għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' popolazzjonijiet vulnerabbli u korpi tal-kura tas-saħħa rilevanti oħrajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili għajr il-metan (NMVOC), ta' ammonja (NH3), ta' materja partikulata (PM 2,5 ) u ta' metan (CH4 ) b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020 u l-2030, kif stabbilit fl-Anness II.

1.   Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), ta' ammonijaka (NH3), ta' materja partikulata (PM 2,5 ) b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020 , l-2025 u l-2030, kif stabbilit fl-Anness II.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' metan (CH4) minbarra emissjonijiet ta' metan enteriku prodott mill-bhejjem li jixtarru b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2030, kif stabbilit fl-Anness II.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 annwali tagħhom ta' SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5 u CH4. Il-livelli ta’ dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta’ fjuwils mibjugħin, permezz ta' perkors ta' tnaqqis lineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u l-livelli ta’ emissjonijiet definiti mill-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-2030 .

2.    Fir-rapporti tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aġġornamenti dwar il-progress lejn il-kisba tal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet .

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-emissjonijiet li ġejjin mhumiex meqjusa għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafi 1 u 2 :

3.   L-emissjonijiet li ġejjin ma jitqisux għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafu  1:

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali , mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(1) .

(d)

emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.     Sabiex jiġu konformi mal-livelli intermedji ta' emissjoni iddeterminati għall-2025 skont l-Artikolu 4, paragrafu 2, u skont l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II applikabbli mill-2030 'il quddiem għal NOx, SO2 u PM2,5 , l-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw tnaqqis fl-emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 miksub mit-traffiku marittimu internazzjonali kontra emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 rilaxxati minn sorsi oħra fl-istess sena, bil-kundizzjoni li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

imħassar

(a)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jseħħ f’żoni tal-baħar li huma parti mill-ibħra territorjali, miż-żoni ekonomiċi esklużivi jew miż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, jekk dawn iż-żoni jkunu ġew stabbiliti;

 

(b)

ikunu adottaw u implimentaw miżuri effettivi ta’ monitoraġġ u spezzjoni li jiżguraw it-tħaddim tajjeb ta’ din il-flessibbiltà;

 

(c)

ikunu implimentaw miżuri biex jinkisbu emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5 minn traffiku marittimu internazzjonali li huma aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li kieku jinkisbu permezz tal-konformità mal-istandards tal-Unjoni applikabbli għal emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5 , u li jkunu wrew kwantifikazzjoni adegwata tat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet li jirriżulta minn dawn il-miżuri;

 

(d)

ma jkunux ikkumpensaw għal aktar minn 20 % tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 ikkalkulati skont il-punt (c), sakemm il-kumpens ma jirriżultax f'nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 stabbiliti fl-Anness II.

 

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-livelli tal-emissjonijiet tal-metan u tal-livelli intermedji ta' emissjoni tal-metan imsemmija fl-Anness II, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.   L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-livelli tal-emissjonijiet tal-metan imsemmija fl-Anness II, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għal SO2, NOx, NH3, NMVOC u PM 2,5 , b'konformità mal-Anness IV meta n-nuqqas ta’ konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jew mal-livelli intermedji tagħhom ta' emissjoni jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ metodi ta' inventarji ta' emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.

3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għal SO2, NOx, NH3, NMVOC u PM 2,5 , b'konformità mal-Anness IV meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodi ta' inventarji ta' emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri li beħsiebhom japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta' qabel is-sena ta’ rappurtar ikkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-sustanzi li jniġġsu u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.

4.   L-Istati Membri li beħsiebhom japplikaw l-flessibbiltajiet fil-qafas ta' din id-Direttiva għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena ta' rappurtar ikkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-sustanzi li jniġġsu u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta’ kwalunkwe mill-flessibbiltajiet għal sena partikolari jissodisfax ir-rekwiżiti u l-kriterji rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta' flessibbiltà jew aġġustament għal sena partikolari jissodisfax ir-rekwiżiti u l-kriterji rilevanti.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li l-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 7, paragrafi 4, 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu tal-flessibbiltà applikata bħala aċċettat u validu għal dik is-sena. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta’ flessibbiltà mhuwiex skont ir-rekwiżiti u l-kriterji applikabbli, għandha tadotta Deċiżjoni u tinforma lill-Istat Membru li din ma tistax tiġi aċċettata.

F'każ li l-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 7, paragrafi 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu tal-flessibbiltà applikata bħala aċċettat u validu għal dik is-sena. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta’ flessibbiltà ma jkunx skont ir-rekwiżiti u l-kriterji applikabbli, fi żmien disa' xhur mid-data tar-riċeviment tar-rapport rilevanti għandha tadotta Deċiżjoni u tinforma lill-Istat Membru li din ma tistax tiġi aċċettata. Id-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni .

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu tal-flessibbiltajiet kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 , b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu ta' flessibbiltà kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 , b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom iħejju u jadottaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont il-Parti 2 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom skont l-Artikolu 4.

1.   L-Istati Membri għandhom iħejju u jadottaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont il-Parti 2 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet annwali tagħhom skont l-Artikolu 4 , u biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 1 .

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

iqisu l-kosteffikaċja tal-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jikkunsidraw it-tnaqqis ta' emissjonijiet li jkun sar jew, jekk l-Istat Membru jipprijoritizza l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tiegħu, it-tnaqqis li jista' jsir bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni;

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

jipprijoritizzaw il-miżuri politiċi speċifiċi li jkollhom l-għan li jnaqqsu r-riskji għas-saħħa ta' gruppi ta' nies vulnerabbli u jiżguraw konformità mal-mira għat-tnaqqis tal-esponiment stabbilita skont it-Taqsima B tal-Anness XIV mad- Direttiva 2008/50/KE;

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-għanijiet relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien;

(b)

inaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-għanijiet relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom, b'mod partikolari l-valuri ta' limitu skont id-Direttiva 2008/50/KE, u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien;

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jikkwantifikaw it-tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet meħtieġ biex sal-2030 jissodisfaw il-livelli ta' kwalità tal-arja fl-ambjent ugwali jew inferjuri għal dawk rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

jikkwantifikaw it-tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-livelli u t-tagħbijiet kritiċi għall-ħarsien tal-ambjent sal-2030;

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)

jidentifikaw miżuri rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (ba) u (bb).

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jappoġġjaw il-bidla lejn investimenti f'teknoloġiji nodfa u effiċjenti u produzzjoni sostenibbli bl-għajnuna ta' inċentivi fiskali;

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

jivvalutaw kemm ir-reġjuni ġeografiċi nazzjonali differenti għandhom esiġenzi u diffikultajiet distinti meta jittrattaw it-tniġġis tal-arja;

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jissorveljaw l-effikaċja tal-miżuri mdaħħla fis-seħħ mill-Istati Membri sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, ikollhom is-setgħa jieħdu azzjoni.

Emenda 124

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-politiki kollha tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mis-sors huma xierqa għall-iskop u jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqblu minnufih dwar il-proposta għal regolament ġdid dwar l-Emissjonijiet Reali tas-Sewqan li qed tiġi kkunsidrata bħalissa.

Il-metodu tat-test tal-approvazzjoni tat-tip il-ġdid għandu japplika mhux aktar tard mill-2017 u għandu jiżgura li sustanzi li jniġġsu bħalma huma l-NOx, u materja partikulata (PM2,5 u PM10) ikunu effettivament limitati skont fatturi ta' konformità li huma meħtieġa biex jiġu rappreżentati l-kundizzjonijiet reali tas-sewqan. It-testijiet il-ġodda għandhom ikunu indipendenti u trasparenti.

Dawn il-fatturi ta' konformità għandhom ikunu stretti u kwantifikati biex jirrappreżentaw biss l-inċertezza tal-proċedura tat-test tal-emissjonijiet reali tas-sewqan.

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ambjentali ta' rutina u mhux ta' rutina u s-sorveljanza tas-suq u rappurtar pubbliku ta' sorsi mobbli u wieqfa biex jiġu żgurati li l-politiki u l-miżuri jkunu effettivi biex twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet taħt kundizzjonijiet ta' operat reali.

 

Sa …  (*1) , il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għal sistema valida madwar l-UE ta' ttestjar ta' sorveljanza waqt l-użu u ta' rappurtar pubbliku ta' standards ta' emissjonijiet għal vetturi ħfief, amministrati mill-awtorità kompetenti rilevanti, sabiex tivverifika li l-vetturi u l-magni jkunu konformi ma' Euro 6 tul il-ħajja utli kollha tagħhom.

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istati Membri jistgħu jappoġġjaw l-eliminazzjoni gradwali ta' sorsi ta' emissjonijiet ta' livell baxx billi jħeġġuli, fis-settur tat-trasport u fis-settur tal-provvista tal-fjuwil, pajpijiet porużi jiġu sostitwiti b'teknoloġiji tal-pajpijiet mingħajr emissjonijiet.

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn kwalunkwe mill-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

(b)

l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn xi flessibbiltà stabbilita fl-Artikolu 5.

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jindikaw jekk l-Istati Membri humiex beħsiebhom jużaw xi flessibbiltà stabbilita fl-Artikolu 5.

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x’aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll tat-tniġġis tal-arja, fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja u  kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti qabel dawn jiġu finalizzati. Fejn xieraq, għandhom jiġu żgurati konsultazzjonijiet transkonfinali b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni .

5.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x’aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, u  l-aġġornamenti kollha, qabel dawn jiġu finalizzati. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' politiki ta' tnaqqis tal-emissjonijiet f'żoni u/jew agglomerazzjonijiet speċifiċi, u ma għandhomx jeskludu żoni u/jew agglomerazzjonijiet li jinsabu f'mill-inqas żewġ Stati Membri .

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, li l-membri tal-pubbliku kkonċernati jkunu kkonsultati fi stadju bikri fit-tfassil u r-rieżami ta' abbozzi ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti ta' dawk il-programmi qabel dawn jiġu finalizzati. Fejn xieraq, għandhom jiġu żgurati konsultazzjonijiet transkonfinali b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2008/50/KE.

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-Istati Membri għandhom jaħtru l-korp indipendenti espert tagħhom li jwettaq rieżami tal-abbozz ta' programmi nazzjonali dwar it-tniġġis tal-arja biex jivvaluta l-eżattezza tal-informazzjoni u l-adegwatezza tal-politika u tal-miżuri stabbiliti f'dawk il-programmi. Ir-riżultati ta' dak ir-rieżami għandhom ikunu magħmula disponibbli pubblikament, qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-pubbliku.

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għal miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li mhumiex inklużi fil-Parti 1 tal-Anness III, fosthom it-tisħin domestiku u t-trasport bit-triq, li l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

8.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika wkoll il-format u l-informazzjoni meħtieġa rigward il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.

9.   Il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll il-format u l-informazzjoni meħtieġa rigward il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja fil-għamla ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

Fond għal Arja Nadifa

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-appoġġ finanzjarju biex jiġi megħjun l-iżgurar li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri xierqa biex ikun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva.

Dan għandu jinkludi finanzjament disponibbli, fost l-oħrajn, fil-qafas ta' dawn li ġejjin:

(a)

il-fondi agrikoli, inklużi dawk disponibbli fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni 2014-2020, kif emendata fir-rieżami ta' nofs il-perjodu għall-2017 li tinkludi l-kwalità tal-arja bħala ġid pubbliku b'referenza partikolari għall-ammonijaka jew il-metan, jew it-tnejn li huma, b'tali mod li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti jingħataw l-opportunità li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta' miżuri speċifiċi, u l-assistenza biex jagħmlu dan;

(b)

il-programmi ta' ħidma futuri ta' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;

(c)

il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

(d)

l-istrumenti ta' finanzjament għall-ambjent u l-azzjoni klimatika bħal LIFE;

(e)

kwalunkwe taħlita tal-elementi msemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proċeduri ta' finanzjament ikunu sempliċi, trasparenti u aċċessibbli għal-livelli governattivi differenti.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li jinħoloq one-stop shop, fejn l-entitajiet ikunu jistgħu jsibu faċilment l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-fondi u l-proċeduri relatati biex jiksbu aċċess għal proġetti li jindirizzaw it-tħassib dwar it-tniġġis tal-arja.

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     L-Istati Membri li japplikaw il-flessibilità skont l-Artikolu 5(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tal-inventarju informattiv tas-sena kkonċernata:

imħassar

(a)

il-kwantità tal-emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 li kieku kienu jseħħu fin-nuqqas ta' żona ta' kontroll ta' emissjoni;

 

(b)

il-livell tat-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub fil-parti taż-żona ta' kontroll ta' emissjoni tal-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1)(c);

 

(c)

il-punt safejn japplikaw din il-flessibbiltà;

 

(d)

kwalunkwe data addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala xierqa biex il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tkun tista' twettaq valutazzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet implimentata l-flessibbiltà.

 

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inkluż inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u r-rapport tal-inventarju informattiv skont l-Anness IV.

7.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inklużi, jekk xieraq, inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u r-rapport tal-inventarju informattiv skont l-Anness IV.

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, jekk ikun prattikabbli, il-monitoraġġ tal-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom , fejn xieraq, jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja ma' programmi ta’ monitoraġġ oħra stabbiliti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).

2.   L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja ma' programmi ta’ monitoraġġ oħra stabbiliti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-programm nazzjonali taghħom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni [fi żmien tliet xhur mid-data msemmija fl-Artikolu 17, id-data għad għandha tiddaħħal mill-OPOCE] , u għandhom ukoll jipprovdu l-aġġornamenti kull sentejn wara dan.

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-programm nazzjonali taghħom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni sa …  (*2), u għandhom ukoll jipprovdu l-aġġornamenti kull sentejn wara dan.

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahrejn.

Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika l-programm aġġornat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn.

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Mill-2017, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet, l-inventarji tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji u r-rapporti tas-sorsi lokalizzati kbar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 7 (4), (5) u (6), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont d-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.

2.   Mill-2017, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet, l-inventarji tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji u r-rapporti tas-sorsi lokalizzati kbar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 7(5) u (6), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont d-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.

Emenda 134

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar il-CH4 b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

imħassar

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari d-data rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet. Din il-verifika għandha tinvolvi dan li ġej:

4.   Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari d-data rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet u l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja . Dan ir-rieżami għandu jinvolvi dan li ġej:

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

kontrolli biex jiġi vverifikat li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jissodisfaw ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 6.

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-riżultati tar-rieżami tal-Kummissjoni għandhom ikunu ppubblikati, f'konformità mal-Artikolu 11.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Mill-inqas kull ħames snin , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva , u għandha tinkludi valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tagħha lejn il-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva .

1.   Kull tletin xahar minn …  (*3), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:

 

(a)

il-kontribuzzjoni tagħha u l-isforzi tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva;

 

(b)

il-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja sal-2025 u l-2030;

 

(c)

il-progress lejn il-kisba tal-objettivi fit-tul tal-miri tal-kwalità tal-arja stabbiliti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali;

 

(d)

jekk it-tagħbijiet u l-livelli kritiċi u l-valuri gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-tniġġis tal-arja nqabżux; u

 

(e)

x'użu jkunu għamlu l-Istati Membri mill-fondi disponibbli tal-UE, meta tali fondi jkunu ntużaw għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta tirrapporta dwar it-tnaqqis tal-emmissjonijiet min-naħa tal-Istati Membri għas-snin 2020, 2025 u 2030, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunijiet għaliex il-miri ma jkunux intlaħqu, fejn applikabbli.

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn ir-rapport jindika li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u l-valuri ta' limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, il-Kummissjoni għandha:

 

(a)

tivvaluta jekk in-nuqqas huwiex ir-riżultat ta' politika tal-UE ineffikaċi fir-rigward tat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mis-sors, inkluża l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-Istati Membri,

 

(b)

tikkonsulta mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 u tidentifika fejn hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sorsi u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miri ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe proposta bħal din għandha tkun sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt robusta u tirrifletti l-aħħar data xjentifika.

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tirrapporta skont kif imsemmi hawn fuq għas-sena 2025, u għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kisba ta’ livelli ta’ emissjonijiet intermedji msemmija fl-Artikolu 4, paragrafu 2 u r-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta’ ksib . Għandha wkoll tidentifika l-ħtieġa għal aktar azzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni.

Abbażi ta' dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tidentifika l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ulterjuri, inkluż fil-livell nazzjonali, filwaqt li tikkunsidra l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni.

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u soċjo-ekonomiċi ta’ din id-Direttiva.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-impatti ta' din id-Direttiva mil-lat ambjentali, soċjoekonomiku u ta' saħħa , inkluż l-impatt fuq is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri u l-ispiża ta' nuqqas ta' implimentazzjoni . Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti li jkunu disponibbli pubblikament.

Emenda 152

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar il-Merkurju (Hg) qabel ma jiġi determinat impenn nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposta leġiżlattiva ġdida.

Emenda 82

Proposta għal direttiva

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tal-Programm għall-Arja Nadifa u tiġbor flimkien kull sentejn l-atturi rilevanti kollha inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-livelli rilevanti kollha, il-Kummissjoni, l-industrija, is-soċjetà ċivili, u l-komunità xjentifika. Il-Forum dwar l-Arja Nadifa għandu jissorvelja t-tfassil ta' gwida dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-evoluzzjoni tal-perkorsi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluża l-valutazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar.

Emenda 83

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

il-progress tal-Istati Membri fil-kisba tal-miri vinkolanti speċifiċi tal-pajjiżi għall-2025 u l-2030 dwar it-tniġġis tal-arja għal kull sustanza li tniġġes.

Emenda 84

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

ir-riżultati tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 9(4).

Emenda 85

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat ikollu aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji biex jikkontesta atti u omissjonijiet minn awtoritajiet kompetenti jew persuni privati li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva.

Tali proċeduri għandhom jipprovdu rimedji adegwati u effikaċi, inkluż rimedju interim kif xieraq, u jkunu ġusti, ekwi, f'waqthom u mhux għaljin b'mod projbittiv.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aċċess għal tali proċeduri tkun disponibbli pubblikament u għandhom jikkunsidraw it-twaqqif ta' mekkaniżmi ta' assistenza xierqa sabiex jitneħħew jew jitnaqqsu ostakoli finanzjarji jew oħrajn għall-aċċess għall-ġustizzja.

Emenda 127

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha, fir-rigward tal-NH3, tivvaluta l-impenji nazzjonali legalment vinkolanti eżistenti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika, filwaqt li tqis il-kisbiet tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2001/81/KE u l-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila sabiex titnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku.

Sal-2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress lejn l-impenji skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu, inter alia:

(a)

l-Guidance Document for Preventing and Abating Ammonia Emissions tal-UNECE, il-Framework Code for Good Agricultural Practice for Reducing Ammonia Emissions tal-UNECE, kif rivedut fl-2014, u l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif definiti fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)

miżuri agroambjentali skont il-Politika Agrikola Komuni;

(c)

reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar il-kwalità tal-arja, inkluża, inter alia, dik imsemmija fl-Artikolu 3 (12a) ta’ din id-Direttiva.

Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi għal miri għall-perjodu wara l- 2030 biex jittejbu l-istandards tal-kwalità tal-arja.

Emenda 86

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

Abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-2025 bil-ħsieb li jiġi salvagwardjat il-progress lejn il-kisba tal-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kwalità tal-arja u l-viżjoni għat-tul kif stabbilita fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, u filwaqt li tikkunsidra l-progress xjentifiku u teknoloġiku, tipproponi bidliet fl-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Anness II;

Abbażi tar-rapporti regolari msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport marittimu internazzjonali, b'mod partikolari fl-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-Istati Membri u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva.

Emenda 87

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, isegwu kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi, u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, isegwu kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi, u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) , l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-Istati Membri għandhom iwettqu konsultazzjonijiet transkonfinali dwar theddidiet reċiproċi ġġenerati minn reġjuni industrijali kontigwi f'dawk il-pajjiżi u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżviluppaw pjani konġunti biex jeliminaw jew inaqqsu dawk l-emissjonijiet.

Emenda 88

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

2.    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin minn … (*4). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda 89

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri mhux aktar tard minn …  (*5) , u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti għalihom.

Emenda 90

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx jgħaddu l-piż tal-konformità fuq awtoritajiet li m'għandhomx setgħat strateġiċi biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda 125

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiżdied il-punt (g) li ġej :

Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE, għandhom jiżdiedu l-punti (g)  u (h) li ġejjin :

Emenda 126

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

“(h)

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.”

Emenda 135

Proposta għal direttiva

Anness I – tabella A – kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi

CH4

Annwali, mill-2005 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2)

15.2.****

Emenda

imħassar

Emenda 91

Proposta għal direttiva

Anness I – tabella A – filliera 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emissjonijiet nazzjonali preliminari skont l-NFR aggregata(2)

SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM 2,5

Annwali, għas-sena ta' rappurtar nieqes 1 (X-1)

30/09

Emenda

Emissjonijiet nazzjonali preliminari skont l-NFR aggregata(2)

SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM 2,5

kull sentejn, għas-sena ta' rappurtar nieqes 1 (X-1)

31/12

Emenda 136

Proposta għal direttiva

Anness I – tabella C – kolonna 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emissjonijiet proġettati skont il-kategorija tas-sorsi aggregati

CH4

Rappurtar bijennali l jkopri kull sena mis-sena X sal-2030 u, fejn disponibbli, 2040 u 2050

15.3.

Emenda

imħassar

Emenda 95

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

immaniġjar tan-nitroġenu, li jieħu in konsiderazzjoni ċ-ċiklu sħiħ tan-nitroġenu;

(a)

immaniġjar tan-nitroġenu, li jieħu in konsiderazzjoni ċ-ċiklu sħiħ tan-nitroġenu, u l-istabbiliment ta' pjani ta' immaniġjar tal-ħamrija u n-nutrijenti ;

Emenda 96

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

approċċi ta' emissjonijiet baxxi għat-tixrid tad-demel;

(c)

approċċi u tekniki ta' emissjonijiet baxxi għat-tixrid tad-demel inkluża s-separazzjoni f'likwidi u solidi ;

Emenda 97

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-ipproċessar u l-kompostjar tad-demel;

(e)

sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-ipproċessar u l-kompostjar tad-demel inkluża s-separazzjoni f'likwidi u solidi ;

Emenda 98

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

promozzjoni ta' ragħa u biedja estensiva u titjib fil-bijodiversità tal-mergħat permezz ta' pjanti b'livell għoli ta' amminoaċidi bħal xnien, alfalfa u ċereali;

Emenda 99

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

promozzjoni ta' newba tal-għelejjel li jinkludu l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu;

Emenda 100

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc)

promozzjoni ta' biedja agroekoloġika li twassal għal sistemi agrikoli b'bijodiversità għolja, effiċjenza fir-riżorsi u dipendenza mnaqqsa jew, idealment, l-ebda dipendenza fuq l-inputs artifiċjali.

Emenda 101

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

fertilizzanti inorganiċi għandhom jitferrxu skont il-ħtiġijiet previsti tal-għalla jew il-bur li fuqhom qed jiġu applikati b’rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kontenut eżistenti tan-nutrijenti tal-ħamrija u n-nutrijenti mill-fertilizzanti oħrajn.

(d)

fertilizzanti inorganiċi għandhom , kemm jista' jkun, jiġu sostitwiti b'fertilizzanti organiċi . Fejn għadhom qegħdin jiġu applikati fertilizzanti inorganiċi, dawn għandhom jitferrxu skont il-ħtiġijiet previsti tal-għalla jew il-bur li fuqhom qed jiġu applikati b'rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kontenut eżistenti tan-nutrijenti tal-ħamrija u n-nutrijenti minn fertilizzanti oħrajn.

Emenda 108

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima Aa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Aa.

Miżuri biex jiġu kontrollati l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu u materja partikulata f'żoni urbani

 

F'konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miżuri li ġejjin:

 

pjani ta' mobilità urbana sostenibbli inklużi miżuri bħal żoni b'emissjonijiet baxxi, ipprezzar tal-konġestjoni, kontrolli tal-parkeġġ, limiti tal-veloċità, skemi ta' kondiviżjoni tal-karozzi u l-introduzzjoni ta' infrastruttura ta' ċċarġjar alternattiva;

 

il-promozzjoni ta' bidla modali lejn żieda fl-użu tar-roti, il-mixi u t-trasport pubbliku;

 

pjani ta' trasport urban tal-merkanzija bħall-introduzzjoni ta' ċentri ta' konsolidazzjoni kif ukoll miżuri biex titħeġġeġ bidla fit-trasport tal-merkanzija reġjonali minn fuq it-triq għal fuq il-ferrovija elettrika u l-ilma;

 

l-użu tas-sistema ta' ppjanar biex jiġu indirizzati emissjonijiet minn żviluppi ġodda u sistemi ta' bojlers; l-introduzzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija f'bini eżistenti;

 

skemi ta' modifika biex tiġi promossa s-sostituzzjoni ta' installazzjonijiet tal-kombustjoni domestiċi qodma b'iżolament tad-djar aħjar, pompi tas-sħana, żejt tal-fjuwil ħafif, installazzjonijiet ta' pellets tal-injam ġodda, tisħin distrettwali jew gass;

 

inċentivi ekonomiċi u fiskali biex jitħeġġeġ l-użu ta' apparat ta' tisħin b'emissjonijiet baxxi;

 

il-projbizzjoni ta' ħruq ta' fjuwils solidi f'żoni residenzjali u oħrajn sensittivi biex tiġi protetta s-saħħa ta' gruppi vulnerabbli inklużi t-tfal;

 

jiġi żgurat li l-emissjonijiet mill-kostruzzjoni jkunu minimizzati billi jiġu introdotti u infurzati politiki biex jitnaqqas u jiġi mmonitorjat it-trab mill-kostruzzjoni, u jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet għal makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq (NRMM);

 

reviżjoni tar-rati tat-tassazzjoni tal-vetturi bħala rikonoxximent lejn l-emissjonijiet ogħla fid-dinja reali minn karozzi li jaħdmu bid-diżil u vetturi b'injezzjoni diretta tal-petrol biex jitħeġġeġ il-bejgħ ta' vetturi li jniġġsu inqas;

 

inċentivi fiskali u ta' akkwist pubbliku biex jitħeġġeġ l-użu minn kmieni ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi ħafna;

 

appoġġ għall-modifika ta' filtri tal-partikuli tal-Klassi IV UNECE REC fuq magni, trakkijiet, xarabanks u taksis li jaħdmu bid-diżil;

 

jiġu regolati l-emissjonijiet mill-magni ta' kostruzzjoni u makkinarju mobbli ieħor mhux maħsub biex jintuża fit-triq f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni (inkluż permezz ta' modifika);

 

kampanji ta' sensibilizzazzjoni u twissijiet.

Emenda 109

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 1 – taqsima Ca (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ca.

Miżuri għat-tnaqqis fl-emissjonijiet biex jiġu restritti l-emissjonijiet ta' idrokarburi

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC) billi jippromwovu l-użu ta' teknoloġiji moderni ta' tubi bla emissjonijiet li jintużaw f'diversi setturi.

Emenda 110

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-prijoritajiet politiċi u r-relazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet stabbiliti f’oqsma politiċi rilevanti oħra, inkluż it-tibdil fil-klima;

(i)

il-prijoritajiet politiċi u r-relazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet stabbiliti f’oqsma politiċi rilevanti oħra, inklużi l-agrikoltura, l-ekonomija rurali, l-industrija, il-mobilità u t-trasport, il-konservazzjoni tan-natura u t-tibdil fil-klima;

Emenda 111

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-alternattivi ta' politika meqjusa bħala li jissodisfaw l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 u għall-2030 'il quddiem u l-livelli intermedji ta' emissjonijiet iddeterminati għall-2025 , u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar l-kwalità tal-arja, u l-analiżi tagħha, inkluż l-metodu tal-analiżi; l-impatti individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent; u l-inċertezzi assoċjati;

(b)

l-alternattivi ta' politika meqjusa bħala li jissodisfaw l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 , l-2025 u l-2030, u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar il-kwalità tal-arja, u l-analiżi tagħha, inkluż il-metodu tal-analiżi; l-impatti individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent; u l-inċertezzi assoċjati;

Emenda 112

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

fejn rilevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn il-livelli intermedji ta' emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu milħuqa mingħajr ma l-miżuri jinvolvu spejjeż sproporzjonati ;

(d)

spjegazzjoni tal-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ;

Emenda 113

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

spjegazzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġi żgurat li l-miżuri biex jintlaħqu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' PM2,5 jipprijoritizzaw it-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju iswed;

Emenda 114

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

valutazzjoni ta’ kif il-politiki u l-miżuri magħżula jiżguraw koerenza mal-pjanijiet u l-programmi stabbiliti f’oqsma oħra ta’ politika rilevanti.

(e)

valutazzjoni ta’ kif il-politiki u l-miżuri magħżula jiżguraw koerenza mal-pjanijiet u l-programmi stabbiliti f’oqsma oħra ta’ politika rilevanti , b'mod partikolari, iżda mhux biss, il-pjani dwar il-kwalità tal-arja skont id-Direttiva 2008/50/KE, il-pjani nazzjonali tranżitorji u l-pjani ta' spezzjoni skont id-Direttiva 2010/75/UE, il-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika skont id-Direttiva 2012/27/UE, il-pjani ta' azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE, u l-pjani jew il-programmi rilevanti soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42/KE jew għal dispożizzjonijiet ekwivalenti f'leġiżlazzjonijiet suċċessivi .

Emenda 115

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

valutazzjoni tal-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-programm, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet;

(a)

valutazzjoni tal-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-programm, it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet u l-benefiċċji assoċjati mil-lat ambjentali, tas-saħħa pubblika u soċjoekonomiku ;

Emenda 116

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kull tibdil sinifikanti fil-kuntest tal-politika, il-valutazzjonijiet, il-programm jew l-iskeda ta' żmien tal-implimentazzjoni.

(b)

kull tibdil sinifikanti fil-kuntest tal-politika, il-valutazzjonijiet (inklużi r-riżultati tal-ispezzjonijiet u s-sorveljanza tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 6) , il-programm jew l-iskeda ta' żmien tal-implimentazzjoni.

Emenda 117

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

valutazzjoni tal-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Unjoni dwar l-ambjent u s-saħħa, fid-dawl ta' kwalunkwe aġġornament meħtieġ ta' dawk l-objettivi, inklużi linji gwida ġodda dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

Emenda 118

Proposta għal direttiva

Anness III – parti 2 – punt 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

Meta progamm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 6(4), dan jeħtieġ jinkludi informazzjoni dwar il-miżuri kollha addizzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li ġew ikkunsidrati fil-livelli lokali, reġjonali jew nazzjonali xierqa għall-implimentazzjoni b'rabta mal-kisba tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-objettivi dwar il-kwalità tal-arja, inklużi dawk imsemmija fl-Anness III ta' din id-Direttiva u l-paragrafu 3 tal-Anness XV (B) tad-Direttiva 2008/50/KE.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0249/2015).

(18)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”, COM(2012)0710, 29.11.2012.

(18)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”, COM(2012)0710, 29.11.2012.

(1a)   Id-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1).

(21)   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit f′ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).

(22)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(22)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(23)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(23)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(26)  Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

(26)  Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

(1a)   Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24).

(1b)   Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).

(1c)   Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).

(1d)   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).

(1e)   Id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36).

(1f)   Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

(1 g)   Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(1h)   Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(1i)   Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32).

(1j)   Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

(1k)   Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.)

(1l)   Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(1m)   Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(1n)   Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(1o)   Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(*1)   Sentejn mid-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(30)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

(30)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

(*2)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(31)   Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

(*3)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*4)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(*5)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru 2015

20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/209


P8_TA(2015)0386

Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (Cepol), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (COM(2014)0465 – C8-0110/2014 – 2014/0217(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0465),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0110/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2015 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0048/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea u dwar fejn tali kooperazzjoni tkun tista’ toħloq sinerġiji fil-futur;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P8_TC1-COD(2014)0217

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2219.)


20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/210


P8_TA(2015)0387

It-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (COM(2014)0040 – C7-0023/2014 – 2014/0017(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0040),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0023/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Lulju 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2014 (2),

wara li kkunsidra [l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0120/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 56.

(2)  ĠU C 271, 19.8.2014, p. 87.


P8_TC1-COD(2014)0017

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2365.)