ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 349

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
17 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 5-8 ta’ Ottubru 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 408, 4.11.2016 .
TESTI ADOTTATI
Data tas-seduta: 14 ta’ Ottubru 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 414, 10.11.2016 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 6 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-estensjoni possibbli tal-indikazzjoni ġeografika protetta tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti mhux agrikoli (2015/2053(INI))

2

2017/C 349/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2015/2004(INI))

11

 

Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2015/2874(RSP))

20

2017/C 349/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar is-sitwazzjoni fit-Tajlandja (2015/2875(RSP))

26

2017/C 349/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispostar tal-massa tat-tfal fin-Niġerja bħala riżultat tal-attakki tal-Boko Haram (2015/2876(RSP))

30

2017/C 349/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr (2015/2883(RSP))

34

2017/C 349/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u strumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja (abbażi tal-petizzjonijiet li waslu) (2015/2740(RSP))

37

2017/C 349/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt (2015/2879(RSP))

41

2017/C 349/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar it-tagħlimiet meħuda mid-diżastru tat-tajn aħmar, ħames snin wara l-inċident fl-Ungerija (2015/2801(RSP))

45

2017/C 349/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar it-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp (2015/2754(RSP))

50

2017/C 349/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (2014/2160(INI))

56

 

L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi (2015/2112(INI))

67


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/13

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács (2014/2044(IMM))

81


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta, 6 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/14

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, tal-1930, tal-ILO fir-rigward tal-Artikoli 1 sa 4 tal-Protokoll fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (06731/2015 – C8-0078/2015 – 2014/0258(NLE))

83

2017/C 349/15

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-metilamfetammina għal miżuri ta' kontroll (10010/2015 – C8-0182/2015 – 2013/0021(NLE))

84

2017/C 349/16

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-5-(2-amminopropil)indol għal miżuri ta' kontroll (10012/2015 – C8-0186/2015 – 2013/0207(NLE))

85

2017/C 349/17

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-iodjo- 2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), it-3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), it-3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u t-2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta' kontroll (10011/2015 – C8-0185/2015 – 2014/0183(NLE))

86

2017/C 349/18

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina) (4,4'-DMAR) u l-1-ċikloesil-4-(1,2-difeniletil) piperażina (MT-45) għal miżuri ta' kontroll (10009/2015 – C8-0183/2015 – 2014/0340(NLE))

87

2017/C 349/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (diżastri fil-Bulgarija u l-Greċja fl-2015) (COM(2015)0370 – C8-0198/2015 – 2015/2151(BUD))

88

2017/C 349/20

P8_TA(2015)0332
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: miżuri speċifiċi għall-Greċja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fejn jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Greċja (COM(2015)0365 – C8-0192/2015 – 2015/0160(COD))
P8_TC1-COD(2015)0160
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja

89

2017/C 349/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/002 DE/Adam Opel, ippreżentata mill-Ġermanja) (COM(2015)0342 – C8-0249/2015 – 2015/2208(BUD))

91

2017/C 349/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/003 BE/Ford Genk, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2015)0336 – C8-0250/2015 – 2015/2209(BUD))

95

2017/C 349/23

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/004 IT/Alitalia, ippreżentata mill-Italja) (COM(2015)0397 – C8-0252/2015 – 2015/2212(BUD))

98

 

L-Erbgħa, 7 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/24

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (16160/2014 – C8-0080/2015 – 2014/0118(NLE))

101

2017/C 349/25

P8_TA(2015)0338
Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (COM(2013)0794 – C7-0414/2013 – 2013/0403(COD))
P8_TC1-COD(2013)0403
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari adottata fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea

102

2017/C 349/26

P8_TA(2015)0339
Il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni (COM(2013)0919 – C7-0003/2014 – 2013/0442(COD))
P8_TC1-COD(2013)0442
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropewfl-ewwel qari adottata fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji

103

2017/C 349/27

P8_TA(2015)0340
Kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (COM(2014)0174 – C7-0105/2014 – 2014/0096(COD))
P8_TC1-COD(2014)0096
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE

104

2017/C 349/28

P8_TA(2015)0341
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD)
P8_TC1-COD(2014)0180
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

105

 

Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/29

P8_TA(2015)0346
Servizzi ta' ħlas fis-suq intern ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD))
P8_TC1-COD(2013)0264
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

106

 

L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2015

2017/C 349/30

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (10506/2015 – C8-0193/2015 – 2015/0807(CNS))

107

2017/C 349/31

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji, Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-Azzjoni Esterna, Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (11695/2015 – C8-0278/2015 – 2015/2150(BUD))

108

2017/C 349/32

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2015)0486 – C8-0292/2015 – 2015/2253(BUD))

110

2017/C 349/33

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri baġitarji immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (12511/2015 – C8-0297/2015 – 2015/2252(BUD))

112

2017/C 349/34

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (C8-0304/2015 – 2015/0901(NLE))

115

2017/C 349/35

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (C8-0305/2015 – 2015/0902(NLE))

116


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2015–2016

Dati tas-seduti: 5-8 ta’ Ottubru 2015

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 408, 4.11.2016 .

TESTI ADOTTATI

Data tas-seduta: 14 ta’ Ottubru 2015

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 414, 10.11.2016 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta, 6 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/2


P8_TA(2015)0331

L-estensjoni possibbli tal-indikazzjoni ġeografika protetta tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti mhux agrikoli

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-estensjoni possibbli tal-indikazzjoni ġeografika protetta tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti mhux agrikoli (2015/2053(INI))

(2017/C 349/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (TRIPS),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni “Nagħmlu l-aħjar mill-kompetenzi tradizzjonali tal-Ewropa: il-possibilità li tiġi estiża l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-Unjoni Ewropea għal prodotti mhux agrikoli” (COM(2014)0469),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, “Ir-Regolament dwar il-kwalità”,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2) dwar prodotti tal-inbid, “Ir-Regolament dwar OKS unika”,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 110/2008 (3) dwar xorb spirituż,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 251/2014 (4) dwar prodotti tal-inbid aromatizzat,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta’ Frar 2015,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Frar 2015,

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

wara li kkunsidra l-Att ta’ Ġinevra għall-Ftehim ta’ Lisbona dwar il-Protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini tal-31 ta’ Ottubru 1958, rivedut fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967 u fit-28 ta’ Settembru 1979, dwar il-proprjetà intellettwali u li jiżgura l-protezzjoni tal-prodotti kummerċjalizzati internazzjonalment u magħrufin għall-karatteristiċi taż-żona ġeografika speċifika ta’ oriġini tagħhom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0259/2015),

A.

billi l-prodotti agrikoli ta’ oriġini ġeografiċi partikulari li għandhom ċerti kwalitajiet jew jiġu mmanifatturati bl-użu ta’ metodi tradizzjonali jistgħu jibbenefikaw minn indikazzjoni ġeografika protetta unitarja fuq skala tal-UE;

B.

billi d-WTO tiddefinixxi l-indikazzjonijiet ġeografiċi bħala indikazzjonijiet li jidentifikaw li oġġett joriġina f’territorju ta' Membru [tad-WTO], jew f'reġjun jew lokalità ta’ dan it-territorju, fejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikolari tal-oġġett tkun tista' tiġi attribwita essenzjalment lil din l-oriġini ġeografika;

C.

billi l-prodotti tradizzjonali Ewropej ta' kwalità għolja bbażati fuq kompetenzi u tekniki tradizzjonali jagħmlu parti mill-wirt kulturali tal-UE, u huma element essenzjali fi ħdan l-ekonomija u s-soċjetà ta’ ħafna reġjuni Ewropej li għandu jinżamm, hekk kif dawn jiġġeneraw attivitajiet li huma marbuta direttament ma’ modi ta’ ħajja lokali, speċjalment fiż-żoni rurali, u jgħinu biex iż-żona partikolari ssir aktar attraenti b’mod ġenerali, jinżammu l-identitajiet lokali u jippromwovu l-karattru distintiv tagħhom, b'benefiċċji għat-turiżmu, il-kultura, l-imjiegi u l-kummerċ;

D.

billi tali prodotti jistgħu jgħinu jiżviluppaw strateġiji ġodda li jappoġġaw l-intraprenditorija fil-livell lokali u reġjonali u jippromwovu ż-żamma tal-infrastruttura u l-iżvilupp ta' impjiegi ġodda bi kwalifiki, b'rabtiet maż-żoni lokali, b'referenza partikolari għaż-żoni rurali, għaż-żoni żvantaġġjati u l-aktar reġjuni marġinali, fejn f'ħafna minnhom l-impjiegi jiddependu minn prodotti tipiċi magħmula lokalment, u jagħtu impetu ġdid għat-taħriġ vokazzjonali u artiġjanali marbut mill-qrib mal-iżvilupp tal-lokalitajiet u ż-żoni ta' produzzjoni, filwaqt li jinżamm u jiġi promoss ukoll il-wirt uniku u differenti ta' kull reġjun;

E.

ifakkar li l-prodotti mhux agrikoli huma parti integrali mill-identità tagħna u huma element importanti tal-wirt kulturali tal-Istati Membri; jenfasizza li waħda mill-isfidi ewlenin li qed iħabbat wiċċu magħhom dan is-settur hija l-għajbien gradwali tal-ħiliet u s-snajja' tradizzjonali, u li l-indikazzjoni ġeografika protetta għall-prodotti mhux agrikoli tista' taħdem bħala inċentiv biex jinżamm dan il-wirt kulturali u l-kompetenzi tradizzjonali, kif ukoll sabiex tiggarantixxi remunerazzjoni ġusta għall-produtturi u l-oriġinalità u l-aktar disponibbiltà wiesgħa possibbli ta' dawn il-prodotti;

F.

billi r-reputazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika hija kwalità komuni intanġibbli, li jekk ma tkunx protetta tista’ tintuża b’libertà u mingħajr restrizzjonijiet, li jwassal għal tnaqqis fil-valur tagħha u saħansitra għat-telf tal-prodott innifsu;

G.

billi l-indikazzjonijiet ġeografiċi jista’ jkollhom potenzjal ekonomiku għoli u jekk jingħataw il-protezzjoni adegwata jista’ jkun hemm benefiċċji sinifikanti, speċjalment għall-SMEs u r-reġjuni tal-UE;

H.

billi r-reġjuni tal-UE għandhom bosta prodotti mhux agrikoli li jiddependu minn standard għoli ħafna ta’ ħiliet u artiġjanat tradizzjonali li għen sabiex jiffurmaw ir-reputazzjoni tagħhom, u jikkostitwixxu parti fundamentali mill-kultura reġjonali u lokali;

I.

billi l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jipproteġu, irawmu (meta mitluba mis-settur privat), u jippromwovu prodotti tradizzjonali Ewropej ta’ kwalità kif ukoll l-indikazzjoni ġeografika tagħhom;

J.

billi l-kwalità, ir-reputazzjoni u karatteristiċi oħra ta’ prodott jistgħu jiġu stabbiliti skont l-oriġini tiegħu; billi r-reputazzjoni ta’ prodott stabbilita skont l-oriġini tiegħu tista’ tiġi ppenalizzata bl-iebes minħabba ċerti prattiki li jinvolvu l-abbuż mill-isem;

K.

billi l-prodotti tradizzjonali Ewropej, għaliex huma ta’ kwalità għolja u mfittxija bħala tali, huma suġġetti għal użu abbużiv minn isimhom, b'detriment għall-konsumaturi u l-intrapriżi;

L.

billi protezzjoni xierqa fil-livell Ewropew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-użu tagħhom u l-ġlieda kontra l-frodi, tista’ tgħin biex tipprevjeni l-falsifikazzjoni, tevita l-kompetizzjoni żleali u tipprevjeni t-tqarriq bil-konsumatur;

M.

billi l-konsumaturi qed juru interess dejjem ikbar mhux biss fis-sikurezza tal-prodotti, iżda wkoll fl-oriġini, l-awtentiċità u l-metodi ta’ produzzjoni tagħhom;

N.

billi l-konsumaturi għandhom ikunu kapaċi jagħmlu għażliet infurmati meta jkunu qed jixtru l-prodotti billi jkunu kapaċi jidentifikaw l-oriġini u l-kwalità tal-prodotti;

O.

billi l-liġijiet nazzjonali li attwalment jipproteġu l-prodotti mhux agrikoli qed joħolqu livelli differenti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri, li mhijiex f’konformità mal-għanijiet tas-suq intern, u qed tikkawża diffikultajiet għall-protezzjoni effikaċi tagħhom fl-Ewropa u fl-Istati Membri fejn dawn mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u dan jindika l-ħtieġa għal sistema unika ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi madwar l-UE;

P.

billi leġiżlazzjoni Ewropea armonizzata tista’ tkun biss ta’ benefiċċju għall-UE biss f’negozjati kummerċjali internazzjonali;

Q.

billi n-nuqqas ta’ sistema unitarja tal-UE għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi relatati ma’ prodotti mhux agrikoli joħloq sitwazzjoni inadegwata u frammentata ħafna fl-Ewropa, minħabba l-fatt li xi Stati Membri ma joffru l-ebda protezzjoni speċifika u oħrajn għandhom definizzjonijiet, proċeduri u livelli ta' protezzjoni differenti fi ħdan regoli nazzjonali u lokali, settorjali jew trasversali, b'effetti li jfixklu u jostakolaw l-iżvilupp armonizzat tas-suq komuni, il-protezzjoni omoġenja u l-kompetizzjoni effikaċi fuq termini ekwi, jipprevjenu lill-konsumaturi milli jkollhom informazzjoni preċiża, veritiera u komparabbli li tippermettilhom jagħmlu deċiżjonijiet infurmati aħjar, u li huma ta’ ostakolu għall-protezzjoni tal-konsumatur;

Introduzzjoni

1.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tikkonsulta lill-partijiet interessati sabiex tiddetermina jekk l-indikazzjoni ġeografika protetta tal-UE tistax tiġi estiża għal prodotti mhux agrikoli; jilqa’ wkoll l-eżitu tal-konsultazzjoni li ġiet konkluża f’Ottubru 2014 u li wriet biċ-ċar li hija favur sistema tal-UE ta’ protezzjoni bbażata fuq indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli;

2.

Jemmen li għandu jiġi stabbilit strument ta’ protezzjoni fuq livell Ewropew, bħala parti minn strateġija usa’ għall-promozzjoni ta’ prodotti tal-UE ta' kwalità għolja, ibbażata fuq impenn aktar b’saħħtu min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex l-industriji tal-manifattura u dawk artiġjanali jiġu ttrattati bħala l-ixprun tat-tkabbir u l-ikkompletar tas-suq uniku, u b’hekk jissaħħaħ il-prestiġju tal-produzzjoni tal-manifattura u l-artiġjanat b’bażi lokali, jiġi appoġġat l-iżvilupp ekonomiku lokali u l-impjiegi fl-oqsma kkonċernati, jingħata spinta lit-turiżmu, u tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien proposta leġiżlattiva bil-għan li tiġi stabbilita sistema unika Ewropea ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli, b’segwitu għar-riżultati tal-konsultazzjoni li diġà twettqet mal-partijiet interessati kif ukoll għal analiżi ulterjuri, u filwaqt li jkun żgurat li jiġu kkunsidrati bis-sħiħ l-effetti tas-sistema l-ġdida fuq il-produtturi, il-kompetituri tagħhom, il-konsumaturi u l-Istati Membri;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-introduzzjoni ta’ tali strument tkun akkumpanjata minn kampanji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni bil-għan li l-produtturi u l-konsumaturi jsiru jafu b’dan it-tip ġdid ta’ indikazzjoni ġeografika;

5.

Jemmen bis-sħiħ li l-estensjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli jista' jkollha diversi effetti pożittivi varjati għaċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-produtturi u kif ukoll għan-nisġa ekonomika u soċjali Ewropea sħiħa;

6.

Iqis li din is-sistema tista’ tħares partikolarment lill-konsumaturi b’mod aktar effikaċi, isaħħaħ il-fiduċja tagħhom fi prodotti ttikkettati, u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati aħjar dwar ix-xiri ta' prodotti billi żżid it-trasparenza u tiġi eliminata l-konfużjoni kkawżata minn ismijiet jew deskrizzjonijiet qarrieqa, partikolarment jekk l-eżistenza ta' tali sistema hija kkomunikata b'mod effiċjenti; jemmen li tista’ tikkontribwixxi wkoll biex titjieb it-traċċabilità u biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar il-kwalità, l-oriġini u l-metodi u l-kundizzjonijiet ta' produzzjoni, mhux l-inqas minħabba l-interess dejjem jikber tal-konsumatur f'dawn il-kwistjonijiet;

Il-benefiċċji ta’ protezzjoni uniformi fil-livell tal-UE

7.

Ifakkar li huwa rrakkomandat ħafna li l-UE tadotta leġiżlazzjoni dwar indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli, sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-effetti ekonomiċi pożittivi li jitħarsu n-natura distinta u l-kwalità ta’ prodotti bħal dawn, li l-konsumaturi jkunu pprovduti b’informazzjoni affidabbli dwar il-post u l-metodu ta’ produzzjoni tagħhom u jinżammu l-kompetenzi u l-impjiegi relatati magħhom;

8.

Iqis li tali leġiżlazzjoni tista’ trawwem l-innovazzjoni fi proċessi ta' produzzjoni tradizzjonali u l-ħolqien ta' negozji ġodda li jkunu għadhom kemm jiftħu (start-ups) għall-prodotti tradizzjonali, u tikkontribwixxi wkoll għas-sostenibbiltà ta' impjiegi maħluqa f'żoni b'livell baxx ta' żvilupp, b'mod partikolari billi tipprovdi lill-intrapriżi żgħar u l-mikrointrapriżi, li huma s-sors ta' madwar 80 % tal-prodotti tipiċi magħmula lokalment li jistgħu jiġu protetti taħt is-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, kemm b'opportunità biex tingħata spinta lill-bejgħ permezz ta' operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni aktar effikaċi u kemm b’inċentiv biex jikkooperaw aktar mill-qrib, minħabba n-natura kollettiva tal-iskema;

9.

Jindika li dan jista’ jikkontribwixxi b'mod effikaċi biex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni, l-użu qarrieqi tal-ismijiet tal-oriġini ġeografika, u prattiki oħra żleali li jqarrqu bil-konsumatur finali u huma ta' ħsara speċjalment għall-mikrointrapriżi u l-SMEs li jipproduċu b'mod leġittimu l-biċċa l-kbira tal-prodotti li potenzjalment jistgħu jgawdu minn protezzjoni u li fil-preżent m’għandhomx il-mezzi legali jew finanzjarji biex jiddefendu l-interessi tagħhom, fatt li għandu wkoll impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet tagħhom;

10.

Iqis li protezzjoni bħal din tippromwovi u tiffaċilita l-aċċess għas-suq komuni u għas-swieq barra l-UE għall-prodotti artiġjanali Ewropej, li huma l-frott tal-għarfien u l-ħiliet tradizzjonali li jikkontribwixxu biex jinżammu l-kompetenzi prezzjużi li jikkaratterizzaw komunitajiet soċjali u lokali sħaħ, u li jirrappreżentaw ukoll element sinifikanti tal-wirt storiku, kulturali, ekonomiku u soċjali Ewropew;

11.

Iqis li indikazzjoni ġeografika protetta uniformi għall-prodotti mhux agrikoli għandha tistimula l-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku fil-livell reġjonali u lokali billi żżid l-għadd ta' persuni impjegati fil-produzzjoni ta' prodotti tradizzjonali;

12.

Jissottolinja li protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi uniformi tikkontribwixxi mhux biss għall-promozzjoni ta' prodotti tradizzjonali, iżda wkoll għar-rikonoxximent tal-kwalità tal-materja prima li tintuża f'dawn il-prodotti, u l-ħtieġa tal-eċċellenza fl-istadji kollha tal-proċess ta' produzzjoni;

13.

Jirrimarka li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jipprovdu garanzija tal-kwalità tal-prodott għall-konsumaturi, kif ukoll rikonoxximent tal-kompetenzi u mezz ta' protezzjoni għall-produtturi;

14.

Jenfasizza li r-rikonoxximent ta' protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli u ta' kompetenzi tradizzjonali u ta’ kwalità għolja huwa kemm interess difensiv kif ukoll offensiv fil-qafas tal-politika kummerċjali komuni, u li jista’ jkun strument effikaċi biex jappoġġja n-negozji u l-manifatturi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), fil-ġlieda kontra prodotti ta' imitazzjoni u foloz u fl-iżgurar ta' approċċ soċjalment, ekonomikament u ambjentalment aktar sostenibbli għall-iżvilupp ekonomiku fl-UE u lil hinn minnha, kif ukoll għall-kompetizzjoni ġusta u l-ħarsien tal-konsumatur, b'mod li jsir possibbli li jiġu identifikati b’mod iktar effikaċi l-awtentiċità u l-kwalità tal-prodott; iqis li r-rikonoxximent ta’ protezzjoni unitarja ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli se jikkontribwixxi wkoll għall-bini ta’ kapital soċjali fir-reġjuni tal-produzzjoni;

15.

Iqis li sistema uniformi tal-UE tista' tagħmel il-professjonijiet marbutin mal-patrimonju aktar attraenti;

16.

Jisħaq li ż-żamma tal-kompetenzi u l-produzzjoni tradizzjonali jistgħu jgħinu biex jintemmu d-depopolazzjoni u l-qerda ta' żoni rurali u l-fluss ta' żgħażagħ li qed jitilqu minn dawn iż-żoni;

17.

Jenfasizza l-importanza tal-komponenti kulturali, edukattivi, soċjali u sostenibbli tal-prodotti mhux agrikoli li se jiġu inklużi f'dan il-proċess, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħarsu, jiġu mgħoddija u żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet tradizzjonali assoċjati magħhom, u biex titrawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-industriji kreattivi, mhux l-inqas bil-għan li tiġi enfasizzata l-kwalità tal-materjali użati u tal-prodotti finali; jitlob li l-użu tal-isem jew tal-logo jkun aċċessibbli għall-produtturi kollha miż-żona partikolari li jimmanifatturaw il-prodott bil-mod preskritt;

18.

Jisħaq li l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti mhux agrikoli se tgħin jinżamm il-wirt kulturali u artistiku magħmul mit-tradizzjonijiet lokali u reġjonali Ewropej;

19.

Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-SMEs li jinvestu f’kompetenzi tradizzjonali ta' kwalità għolja u joffru impjiegi lokali u apprendistati għat-taħriġ ta' professjonisti kwalifikati li min-naħa tagħhom jaqdu rwol ewlieni fit-trażmissjoni tal-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali minn ġenerazzjoni għal oħra; jirrikonoxxi l-importanza tal-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ f'dan il-qasam, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi disponibbli tal-UE u l-programmi ta' appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali ta' speċjalisti involuti fil-produzzjoni u l-promozzjoni ta' prodotti artiġjanali u industrijali lokali u reġjonali li jirrispettaw l-ambjent;

20.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki fil-ħolqien u l-appoġġ ta' inizjattivi mmirati li jistimulaw is-settur artiġjanali tradizzjonali, li min-naħa tagħhom jistgħu jagħmlu lin-nies aktar konxji mill-wirt kulturali lokali u jistimulaw l-iżvilupp taż-żoni rurali;

21.

Jenfasizza l-fatt li indikazzjoni ġeografika magħrufa sew tista' tgħin biex jiġu promossi aħjar l-itinerarji kulturali Ewropej;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni transreġjonali u transnazzjonali u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn il-gruppi ta' prodotti mhux agrikoli u setturi relatati;

23.

Jenfasizza l-importanza ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fl-ispettru usa' ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, bħala mod kif jiġi protett il-valur ta’ dak li hu lokali, inklużi l-infrastruttura u l-impjiegi, jitjieb l-iżvilupp reġjonali u tissaħħaħ it-traċċabbiltà, it-trasparenza u l-informazzjoni għall-konsumatur;

24.

Jinnota li prodotti industrijali u artiġjanali marbuta mal-oriġini tagħhom jew li għandhom għeruq fit-territorju tagħhom huma ċentrali għall-ekonomija u s-soċjetà f’ħafna reġjuni Ewropej peress li jiġġeneraw attivitajiet li ma jistgħux jiġu rilokati u huma marbutin direttament ma' modi ta’ għajxien lokali, speċjalment f’żoni rurali; jisħaq li l-adozzjoni fil-livell Ewropew ta’ sistema li tipproteġi l-prodotti industrijali u dawk artiġjanali marbuta mal-oriġini tagħhom jew li għandhom għeruq fit-territorju tagħhom tippermetti li tinżamm l-oriġinalità tal-prodotti kemm industrijali u kemm dawk artiġjanali li għandna u tevita l-istandardizzazzjoni tal-prodotti;

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

25.

Iqis li fil-ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE ma’ pajjiżi li mhumiex Membri għandhom jiġu inkorporati listi miftuħa tal-prodotti kollha, kemm agrikoli u kemm mhux agrikoli, li huma protetti minn indikazzjonijiet ġeografiċi;

26.

Iqis li jkun hemm ukoll effetti pożittivi fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali li l-UE għandha jew li qed tinnegozja ma' pajjiżi terzi, biex b'hekk l-UE tkun tista' tikseb protezzjoni ugwali għal tali prodotti Ewropej anke fil-qafas tan-negozjati tal-kummerċ internazzjonali;

27.

Jemmen li l-estensjoni tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE għall-prodotti mhux agrikoli se tkun mod biex tistimula l-esportazzjonijiet Ewropej u jinkiseb sehem mis-suq filwaqt li jinkiseb rikonoxximent internazzjonali tal-prodotti kkonċernati u jiġu żviluppati l-immaġni u r-reputazzjoni ta’ kwalità għolja tagħhom permezz tal-kummerċ u n-negozjati kummerċjali;

28.

Jemmen li l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli fil-livell tal-UE se ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fi ħdan id-WTO meta titlob għal żieda fil-livell standard ta’ protezzjoni u tista’ ġġedded b’mod pożittiv id-diskussjonijiet dwar il-ħolqien ta’ reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi multilaterali fi ħdan l-Aġenda tal-Iżvilupp ta’ Doha, f’konformità sħiħa mal-Ftehim TRIPS;

29.

Jemmen li l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli għandha tkun akkumpanjata minn strateġija aktar effikaċi għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi, bil-ħsieb li jissaħħu l-miżuri għall-ġlieda kontra prodotti foloz jew ta’ imitazzjoni;

30.

Iqis li l-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli fl-UE tista’ tkun ta’ vantaġġ fin-negozjar ta’ ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi u, min-naħa l-oħra, jisħaq li wħud mis-sħab prinċipali tagħna, bħall-Indja u ċ-Ċina, diġà introduċew sistemi biex jipproteġu indikazzjonijiet ġeografiċi bħal dawn;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-komunikazzjoni li ġejja tagħha dwar l-istrateġija tal-UE dwar il-kummerċ u l-investiment tinkludi strateġija koerenti u mħejjija tajjeb dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha, li tassigura li jkunu rrispettati u rikonoxxuti;

32.

Huwa tal-fehma li l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema tal-indikazzjoni ġeografika protetta biex tkopri l-prodotti mhux agrikoli tista' tgħin biex tagħmel il-pożizzjoni tal-UE f'dan il-qasam aktar b'saħħitha u aktar konsistenti, kemm fin-negozjati kummerċjali bilaterali u kemm fil-fora multilaterali, bl-għan aħħari li jingħata livell għoli ta' protezzjoni barra mill-UE għall-prodotti kollha Ewropej ta' kwalità għolja; iqis, b'mod partikolari, li kemm il-prodotti agrikoli u kemm dawk mhux agrikoli protetti mill-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu kkunsidrati bis-sħiħ matul in-negozjati dwar ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE; jemmen li sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE komprensiva tista' trawwem l-espansjoni kummerċjali u tagħmilha aktar faċli li jsiru kampanji promozzjonali konġunti barra l-UE;

Prinċipji ġenerali

33.

Jisħaq fuq l-importanza ta' indikazzjonijiet ġeografiċi bħala għodda importanti biex jissaħħu t-traċċabilità, it-trasparenza u l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi u biex jissaħħaħ il-profil tar-reġjuni u l-lokalitajiet tal-UE b'approċċ aktar soċjalment u ambjentalment sostenibbli għall-iżvilupp ekonomiku, kif ukoll biex jiġi żviluppat ir-rwol ewlieni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-politika kummerċjali tal-UE;

34.

Jinsab konvint li s-sistema trid tkun ibbażata fuq l-aħjar prattiki u prinċipji trasparenti u nondiskriminatorji, u li tista' tkun għodda effettiva biex jiġu miġġielda l-imitazzjoni u l-falsifikazzjoni tal-prodotti u biex jiġi żgurat approċċ soċjalment, ekonomikament u ambjentalment aktar sostenibbli għall-iżvilupp ekonomiku ġewwa u barra mill-UE, kif ukoll biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tapplika t-tagħlimiet li nsiltu mill-esperjenza miksuba fis-setturi agrikoli u tal-ikel, bil-għan li tinħoloq sistema li hija bbażata fuq l-aħjar prattiki u prinċipji mhux diskriminatorji u li hija trasparenti, effikaċi, tagħti rispons u ħielsa minn piżijiet amministrattivi żejda u spejjeż li jiskoraġġixxu għall-produtturi li b'mod volontarju jiddeċiedu li jirreġistraw prodott taħt l-iskema tal-indikazzjoni ġeografika; huwa tal-opinjoni, barra minn hekk, li sistema bħal din għandha tiżgura kontrolli stretti u l-akbar trasparenza possibbli, u għandha tinkludi mezzi xierqa biex jiġi indirazzat il-frodi; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tapplika approċċ mhux settorjali għal kwalunkwe sistema ta' protezzjoni;

36.

Iqis li s-sistema l-ġdida, bħalma ġara fil-passat fil-każ tal-prodotti agroalimentari, għandha tirrappreżenta garanzija intuwittivament perċepibbli f'għajnejn il-konsumaturi li jfittxu prodotti b'livell għoli ta' kwalità, mil-lat tal-awtentiċità u l-oriġini li għandhom rabta qawwija maż-żona ġeografika kkonċernata, u huma appoġġati minn informazzjoni affidabbli u ċara; jemmen li l-effikaċja ta' din is-sistema unika Ewropea ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi se tiddependi minn jekk l-informazzjoni kollha meħtieġa tilħaqx il-produtturi u l-konsumaturi; jenfasizza li s-sistema jeħtieġ tkun trasparenti u jeħtieġ tiżgura protezzjoni aċċessibbli, peress li dan huwa ta' importanza kruċjali għall-fiduċja tal-konsumatur u l-produttur;

37.

Huwa tal-fehma li, fl-ambitu tal-qafas leġiżlattiv il-ġdid tal-UE dwar l-akkwist, sistema ta' ċertifikazzjoni dwar il-kwalità u l-oriġini tal-prodott tista' tkun utli għall-awtoritajiet kontraenti b'rabta mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, iċ-ċertifikazzjoni u l-kriterji tal-aġġudikazzjoni, b'mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali;

38.

Jappella biex prodotti bħal dawn isiru l-enfasi ċentrali tal-proġetti tal-iżvilupp, ir-riċerka u l-innovazzjoni reġjonali, ta’ Orizzont 2020 u l-finanzjament tal-koeżjoni;

39.

Huwa tal-fehma li sistema fil-livell tal-UE ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli li tkun koerenti, sempliċi, trasparenti u li ma fihiex ħafna piż burokratiku u finanzjarju, li b’hekk tippermetti partikolarment lill-SMEs jaċċessawha, tagħti lok sabiex l-UE tikseb protezzjoni ugwali għal prodotti Ewropej bħal dawn lil hinn mill-UE fil-qafas tan-negozjati kummerċjali internazzjonali u toħloq vantaġġ sinifikanti fin-negozjati ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles fuq livell bilaterali ma’ sħab kummerċjali tal-Unjoni u fuq livell multilaterali fi ħdan id-WTO;

40.

Huwa tal-opinjoni li l-ħolqien ta' protezzjoni unika fil-livell tal-UE ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli li tinkludi definizzjonijiet, proċeduri u spejjeż ta' reġistrazzjoni komuni, l-ambitu tal-protezzjoni u l-mezzi ta' infurzar, kif ukoll l-istabbiliment ta' awtorità affidabbli responsabbli biex tiddeċiedi dwar l-għoti ta' status ta' indikazzjoni ġeografika mhux agrikola, rikonoxxuta fil-livell tal-UE, mingħajr ma jitbaxxew l-istandards ta' protezzjoni li diġà jeżistu fil-15-il Stat Membru jkun l-aħjar mod biex ikun hemm aktar effikaċja kemm fi ħdan l-UE kif ukoll f'negozjati ma' pajjiżi terzi;

Kamp ta' applikazzjoni

41.

Itenni li r-rabta mat-territorju tal-produzzjoni hija essenzjali biex jiġu identifikati l-kompetenzi speċjali u jiġu indikati l-kwalità, l-awtentiċità u l-karatteristiċi tal-prodott;

42.

Jappoġġja definizzjoni wiesgħa li tippermetti li tiġi rikonoxxuta r-rabta bejn prodott u ż-żona koperta mill-indikazzjoni ġeografika; iqis li sistema ta’ protezzjoni fil-livell tal-UE għandu jkollha kamp ta’ applikazzjoni usa’ li jippermetti l-inklużjoni ta’ ismijiet li, għalkemm ma jkunux ġeografiċi huma assoċjati b’mod inekwivoku ma’ post partikolari;

43.

Jemmen li l-iskema ta’ protezzjoni għandha tinkludi sinjali u simboli mhux verbali assoċjati b’mod inekwivoku ma’ reġjun partikolari;

44.

Itenni li t-tikketta/sinjal ta' rikonoxximent/marka/logo għal indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli għandhom ikunu sempliċi u jintgħarfu faċilment, jirriflettu l-identità reġjonali/lokali tal-prodotti u għandhom jiġu espressi tal-anqas bil-lingwa tal-post tal-oriġini tal-prodott u b’dik tal-pajjiż li fih jiġi importat;

45.

Jindika li ċerti indikazzjonijiet, pereżempju termini ġeneriċi jew omonimi, għandhom jiġu esklużi mill-indikazzjoni ġeografika protetta; jinnota barra minn hekk li l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli jistgħu jservu bħala eżempju;

Proċess ta’ reġistrazzjoni

46.

Jemmen li għandu jkun hemm proċedura ta’ reġistrazzjoni obbligatorja, billi din tipprovdi aktar sigurtà, b’mod partikolari fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet f’każ ta’ tilwim; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-aktar mekkaniżmu effiċjenti, sempliċi, utli u aċċessibbli għar-reġistrazzjoni tal-prodotti, u biex tiżgura li s-sistema tipprovdi proċeduri ta’ reġistrazzjoni, modifikazzjoni u kanċellazzjoni finanzjarjament aċċessibbli, ċari u trasparenti, filwaqt li tipprovdi garanziji legali għall-partijiet ikkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa bil-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż tax-xogħol finanzjarju u amministrattiv għall-partijiet ikkonċernati;

47.

Jenfasizza li din is-sistema jeħtieġ tkun akkumpanjata mill-ħolqien ta' reġistru uniku Ewropew standardizzat u pubbliku għall-prodotti mhux agrikoli li jibbenefikaw mill-indikazzjoni ġeografika protetta, bil-għan li jitrawmu l-prodotti artiġjanali u jiġu infurmati u mħarsa l-konsumaturi kif ukoll il-produtturi, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv żejjed;

48.

Jenfasizza barra minn hekk li tali sistema għandha tkun ikkaratterizzata minn approċċ trasversali biex jiġi massimizzat l-impatt ekonomiku u soċjali tagħha, u li għandha ssaħħaħ b'mod sinifikanti r-rabta li teżisti bejn il-prodotti u ż-żona tal-oriġini tagħhom, u ttejjeb it-trasparenza sabiex tiżdied il-kredibilità u l-awtentiċità tal-prodott, jiġi garantit l-oriġini tiegħu u tkompli titjieb it-traċċabilità tiegħu; jindika l-ħtieġa li jsiru kontrolli regolari ladarba jkun ingħata l-istatus tal-indikazzjoni ġeografika, biex jiġi żgurat li l-kriterji li fuqhom kien ibbażat dak l-istatus ikunu għadhom qed jiġu ssodisfati;

49.

Jemmen li r-reġistrazzjoni għandha ssir fuq żewġ stadji: l-ewwel nett għandhom isiru kontrolli fuq il-post mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali biex jiġi aċċertat li mhux qed isir tbagħbis fil-karatteristiċi speċifiċi; u t-tieni, għandu jkun hemm sistema ta’ reġistrazzjoni Ewropea unika biex tkun żgurata konformità mal-kriterji komuni fil-partijiet kollha tal-UE;

50.

Jipproponi li l-Kummissjoni teżamina l-possibilità li titrasferixxi wkoll f'dan il-kuntest, ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli lill-UASI; jipproponi li s-sistema msemmija hawn fuq tkun immexxija fil-livell tal-UE mill-UASI;

51.

Isostni li s-sistema għandha tillimita l-ispiża u l-piż amministrattiv għan-negozji, filwaqt li tipprovdi garanziji adegwati lill-konsumaturi u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati aħjar dwar ix-xiri ta' prodotti;

52.

Iqis li taħt skema tat-tip deskritta hawn fuq, l-istabbiliment ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tkun kwistjoni għan-negozji kkonċernati, li b’mod partikolari għandhom jintalbu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jkollhom jissodisfaw;

53.

Jemmen li l-kriterji inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu ttrattati b’mod flessibbli sabiex ikun żgurat li l-iżviluppi fil-proċessi ta’ produzzjoni u l-innovazzjonijiet futuri altru ma jiġux evitati iżda pjuttost inkoraġġiti, sakemm ma jiġux affetwati l-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott finali;

54.

Iqis li mill-inqas il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet: il-materja prima użata, id-deskrizzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni, provi tar-rabta mat-territorju u elementi ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva;

55.

Jipproponi li l-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-kmamar tal-kummerċ għandhom ikunu l-partijiet interessati awtorizzati prinċipalment li japplikaw għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika għall-prodotti mhux agrikoli;

56.

Jenfasizza li l-produtturi jistgħu jintalbu jħallsu kontribuzzjoni sabiex jiksbu indikazzjoni ġeografika, sakemm din tkun kontribuzzjoni ta’ darba, ġusta fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba u infurzata b’mod uniformi madwar l-UE;

Miżuri ta’ kontroll

57.

Jemmen li għandhom jiġu previsti wkoll ir-riżorsi neċessarji biex il-protezzjoni li tiġi offruta minn tali strument tkun effikaċi fil-prattika, ikunu xi jkunu l-mezzi ta’ distribuzzjoni tal-prodott f’każijiet ta’ użu ħażin; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-suq diġitali;

58.

Jenfasizza r-relevanza tal-kontrolli ta’ kwalità, fid-dawl tad-differenzi sinifikanti li jeżistu bejn il-prodotti agrikoli u dawk mhux agrikoli (pereżempju l-għadd ta' produtturi);

59.

Jirrakkomanda wkoll li tiġi stabbilita skema ta’ spezzjoni, ksur u penali li timmonitorja l-indikazzjonijiet ġeografiċi fuq il-prodotti kummerċjalizzati fl-Ewropa;

60.

Iqis li, bil-għan li l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti mhux agrikoli jiġu protetti bl-aqwa mod, il-projbizzjoni tal-użu skorrett tal-indikazzjonijiet ġeografiċi m’għandhiex tapplika biss meta jkun hemm riskju li l-konsumaturi jiġu mqarrqa jew fejn ikun hemm kompetizzjoni żleali, iżda anke fil-każ fejn l-oriġini propja tal-prodott hija indikata b'mod ċar; jipproponi għalhekk li l-protezzjoni addizzjonali prevista fl-Artikolu 23 tal-Ftehim TRIPS, li fil-bidu kienet tapplika biss għall-inbejjed u l-ispirti, tiġi estiża għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti mhux agrikoli;

61.

Jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ proċedura li fiha tista’ tiġi kkontestata r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, li tkun miftuħa għall-partijiet interessati;

62.

Iqis li din tagħmilha aktar faċli li jiġu stabbiliti proċeduri ta' sorveljanza effikaċi, biex b'hekk il-konsumaturi u l-produtturi jingħataw l-opportunità jipproteġu lilhom infushom kontra l-falsifikazzjoni, l-imitazzjoni u prattiki oħra illegali;

Il-koeżistenza ma’ drittijiet preċedenti

63.

Iqis li kull indikazzjoni ġeografika futura għandha titħalla teżisti flimkien ma’ drittijiet diġà assoċjati mal-prodott, u għandha tqis l-aħjar prattiki attwali fil-livell nazzjonali u dak lokali fl-UE;

64.

Jenfasizza li r-relazzjoni bejn il-marki kummerċjali u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tkun definita b’mod ċar sabiex jiġu evitati l-kunflitti;

65.

Jissuġġerixxi li għall-indikazzjoni ġeografika protetta għall-prodotti mhux agrikoli għandhom japplikaw ir-regoli dwar ir-relazzjoni bejn il-marki kummerċjali u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

66.

Jipproponi li dawk l-Istati Membri li diġà jipprovdu protezzjoni għandhom jingħataw ħin biżżejjed biex jiżguraw il-konformità, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu li jiġu applikati arranġamenti tranżizzjonali, li jipprevedu l-koeżistenza taż-żewġ sistemi qabel isir il-pass lejn mekkaniżmu tal-UE;

o

o o

67.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)  ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/11


P8_TA(2015)0336

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2015/2004(INI))

(2017/C 349/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000,

wara li kkunsidra r-rapport adottat f'Lulju 2014 mill-Grupp ta' Ħidma Miftuħ tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (1),

wara li kkunsidra r-rapport adottat fit-8 ta' Awwissu 2014 mill-Kumitat Intergovernattiv ta' Esperti dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, ta' Lulju 2014,

wara li kkunsidra r-“Rapport dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju għall-2014” tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra d-dokument finali tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tas-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp (GPEDC) li saret fil-Belt tal-Messiku, ta' April 2014,

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Dialogue on localizing the Post-2015 Development Agenda” (Djalogu dwar il-lokalizzazzjoni tal-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015) imħejji mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), mill-Global Taskforce (2) u mill-UN-HABITAT, tal-31 ta' Ottubru 2014,

wara li kkunsidra r-rapport 2014 tal-Grupp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp (UNDG) bit-titolu “Delivering the Post-2015 Development Agenda: opportunities at the national and local levels” (Realizzazzjoni tal-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015: opportunitajiet fil-livelli nazzjonali u lokali),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2014 dwar l-Iżvilupp Uman tal-UNDP bit-titolu “Sustaining Human Progress: Reducing Vulnerabilities and Building Resilience” (Sostenn għall-progress uman: innaqqsu l-vulnerabbiltajiet u nibnu r-reżiljenza),

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Aġenda għal wara l-2015,

wara li kkunsidra l-“Gender Chart 2012” tan-NU, li tkejjel it-titjib fl-aspetti tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru tat-tmien Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs),

wara li kkunsidra l-eżitu tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992 u r-rapport tal-Konferenza ta' segwitu tiegħu dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil, mill-20 sat-22 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra r-rapport ta' Mejju 2013 tal-Grupp ta' Livell Għoli tan-NU ta' Persuni Eminenti dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015,

wara li kkunsidra r-rapport ta' Ġunju 2012 tas-System Task Team tan-NU dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015 tan-NU lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, bit-titolu, “Realising the future we want for all” (Realizzazzjoni tal-futur li rridu għal kulħadd),

wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni ta' Istanbul għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati għad-Deċennju 2011-2020,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u l-pjan ta' azzjoni adottati fil-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f'Busan, il-Korea t'Isfel, f'Diċembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-qafas ġuridiku tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta' Akkra għall-Azzjoni,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp (3) u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika dwar l-Iżvilupp (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2013 bit-titolu “Responsabbilizzazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali fil-pajjiżi msieħba għal governanza aħjar u iktar effettiva tal-eżiti tal-iżvilupp” (COM(2013)0280),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili: l-involviment tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli (5) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jerġa' jafferma li l-UE “għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-TFUE, li jistabblixxi li “l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2015 bit-titolu “Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015” (COM(2015)0044),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 bit-titolu, “Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva” (COM(2014)0335),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2014, bit-titolu “Rwol Aktar b'Saħħtu tas-Settur Privat fil-Kisba ta' Tkabbir Inklużiv u Sostenibbli fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw” (COM(2014)0263),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2014, ġabra ta' għodda bit-titolu, “A right-based approach, encompassing all human rights for EU development Cooperation” (Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE) (SWD(2014)0152),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-27 ta' Frar 2013 bit-titolu, “Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli” (COM(2013)0092),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2012 bit-titolu, “L-għeruq ta' demokrazija u żvilupp sostenibbli: il-kooperazzjoni tal-Ewropa mas-Soċjetà Ċivili fir-relazzjonijiet esterni” (COM(2012)0492),

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija ta' pożizzjoni tal-UE bit-titolu “Lejn Qafas tal-iżvilupp wara l-2015”, li saru mill-15 ta' Ġunju sal-15 ta' Settembru 2012,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2008, bit-titolu “L-Awtoritajiet Lokali: Atturi għall-iżvilupp” (SEC(2008)2570),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp bit-titolu “Il-Kunsens Ewropew” (6),

wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar kooperazzjoni għall-iżvilupp f'appoġġ għal governanza lokali mnedija matul il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp fis-16 ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2005 bit-titolu, “Il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp” (COM(2005)0134), u l-konklużjonijiet tat-3166 laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-14 ta' Mejju 2012 bit-titolu “Żieda fl-impatt tal-Politika tal-Iżvilupp tal-UE: Aġenda għall-Bidla”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta' Frar 2015 bit-titolu “Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2013 bit-titolu “Responsabbilizzazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali fil-pajjiżi msieħba għal governanza aħjar u iktar effettiva tal-eżiti tal-iżvilupp”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ġunju 2010 bit-titolu “Il-Pakkett tar-Rebbiegħa: Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex jitwettqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' April 2009 bit-titolu “L-Awtoritajiet Lokali: Atturi għall-Iżvilupp”,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (7),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015) (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju – definizzjoni tal-qafas wara l-2015 (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-19 ta' Mejju 2014 dwar approċċ għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp ibbażat fuq id-drittijiet, li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem kollha,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli wara l-2015,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta AKP-UE dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp wara l-2015 tal-20 ta' Ġunju 2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0232/2015),

A.

billi l-awtoritajiet lokali (AL), inkwantu huma l-atturi statali u istituzzjonali essenzjali għall-finijiet tal-governanza lokali, tal-affermazzjoni tad-demokrazija ta' bażi, ta' żvilupp sostenibbli bbażat fuq il-parteċipazzjoni tal-popolazzjonijiet lokali u l-espressjoni demokratika tagħhom, se jkollhom rwol essenzjali x'jiżvolġu fl-implimentazzjoni tal-objettivi ta' wara l-2015;

B.

billi l-AL jiżvolġu rwol fundamentali fid-definizzjoni, fl-organizzazzjoni u fil-ksib tal-objettivi tal-iżvilupp;

C.

billi l-AL jirrappreżentaw ħolqa b'saħħitha bejn il-komunità u l-objettivi nazzjonali u lokali fl-aġenda għal wara l-2015;

D.

billi l-AL jiżvolġu rwol fundamentali fis-salvagwardja tal-popolazzjonijiet vulnerabbli fl-Istati fraġli fi kriżi u fil-pajjiżi b'introjtu intermedju;

E.

billi l-qafas tal-iżvilupp sostenibbli globali l-ġdid joffri opportunità biex ikun żgurat l-involviment wiesa' tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), tal-awtoritajiet lokali u tal-parlamenti nazzjonali; billi r-responsabbilizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali u tal-OSĊ hija assolutament essenzjali biex tkun garantita governanza korretta, trasparenti u responsabbli;

F.

billi l-UE kienet ferm involuta fis-sostenn favur l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li tagħti kontribut fit-tnaqqis tal-faqar u fil-ksib tal-MDGs iżda anki tintegra l-governanza demokratika fil-livell lokali;

G.

billi r-rappreżentanti tal-gvernijiet sottonazzjonali u tal-awtoritajiet lokali taw il-kontribut tagħhom fis-sessjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ (OWG) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u t-Taskforce Globali mexxa konġuntament mal-UNDP u l-UN-Habitat il-konsulatazzjonijiet fi ħdan in-NU dwar il-“Lokalizzazzjoni tal-Aġenda għal wara l-2015”;

H.

billi r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015 tenna l-bżonn li l-aġenda għall-iżvilupp il-ġdida tkun trasformattiva, universali, inċentrata fuq in-nies u mibnija fuq il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; billi s-Segretarju Ġenerali għamel appell biex is-sħubijiet innovattivi, li jinkludu lill-awtoritajiet lokali, ikunu l-atturi ewlenin li jimplimentaw din l-aġenda fl-eqreb livell taċ-ċittadini;

I.

billi l-aktar objettivi u sfidi kritiċi fl-aġenda għall-iżvilupp globali għal wara l-2015 se jiddependu mill-azzjoni lokali u minn sħubijiet b'saħħithom;

J.

billi, skont il-projezzjonijiet, il-popolazzjoni dinjija se tikber minn madwar 7 biljun ruħ sa 9,3 biljuni sal-2050, u l-maġġor parti ta' dan it-tkabbir mistenni jsir fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, partikolarment fiż-żoni urbani; billi l-urbanizzazzjoni eċċessiva qiegħda tgħarraq is-sostenibbiltà tal-iżvilupp fid-dimensjonijiet kollha tagħha;

K.

billi żewġ biljun u nofs abitanti urbani ġodda se jkollhom bżonn aċċess għall-edukazzjoni, għas-servizzi tas-saħħa, għall-impjiegi, għall-ikel, għas-sanità, għat-trasport, għall-alloġġi u għall-elettriku; billi dan jagħti lok għal sfidi kruċjali għal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-muniċipalitajiet inkarigati mill-forniment ta' dawn is-servizzi;

L.

billi d-Dikjarazzjoni ta' Rio tenfasizza li l-popli indiġeni u l-komunitajiet tagħhom jiżvolġu rwol vitali fil-ġestjoni ambjentali u fl-iżvilupp; billi l-gvernijiet imisshom jirrikonoxxu u jsostnu debitament l-identità, il-kultura u l-interessi tagħhom, u jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-kisba tal-iżvilupp sostenibbli;

M.

billi t-tnaqqis tal-faqar mhuwiex omoġenju u l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u fi ħdanhom, li żdiedu kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk li qed jiżviluppaw, jirrappreżentaw sfida importanti għall-iżvilupp;

N.

billi l-kunflitti vjolenti u l-kriżijiet umanitarji għadhom jfixklu l-isforzi tal-iżvilupp; billi l-kategoriji vulnerabbli, bħan-nisa, it-tfal u l-anzjani, ibatu aktar il-konsegwenzi tal-kunflitti militari u tal-kriżijiet u l-awtoritajiet lokali huma l-atturi fundamentali li jinsabu quddiem nett fil-prevenzjoni u fil-ġestjoni tal-kunflitti;

O.

billi għadhom meħtieġa aktar sforzi sabiex il-perċentwal ta' persuni li qed ibatu l-ġuħ jonqos bin-nofs, peress li 162 miljun tifel u tifla huma f'riskju ta' nutrizzjoni ħażina; billi l-ġuħ moħbi jista' jiġi definit bħala nuqqas ta' mikronutrijenti, li jista' jikkawża effetti irreversibbli fuq is-saħħa u konsegwenzi soċjoekonomiċi marbuta mat-tnaqqis fil-produttività tal-persuni;

P.

billi t-tibdil fil-klima u d-degrad ambjentali jpoġġu f'riskju t-tnaqqis tal-faqar u jirrappreżentaw sfida ċentrali għall-awtoritajiet lokali peress li jinħassu l-ewwel nett fost il-popolazzjonijiet lokali

Q.

billi jeħtieġ li jinħolqu aktar impjiegi ġodda u dinjitużi sabiex jiġi indirizzat it-tkabbir demografiku fuq skala globali; billi s-settur privat jikkostitwixxi ġeneratur importanti ta' impjiegi, kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk li qed jiżviluppaw, u b'hekk jista' jkun sieħeb essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar;

R.

billi l-għajnuna għadha tiżvolġi rwol fundamentali fit-tnaqqis tal-faqar u tirrappreżenta fattur ta' tibdil fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi trid tiġi mmirata aħjar biex tissodisfa l-esiġenzi tal-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli; billi l-għajnuna waħedha mhijiex biżżejjed u għalhekk jeħtieġ li jintużaw finanzjamenti innovativi;

S.

billi l-mobilizzazzjoni ta' finanzi internazzjonali, pubbliċi u privati se tkun kruċjali għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli lokali;

T.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, inkwantu l-akbar donaturi uffiċjali ta' għajnuna għall-iżvilupp, iżda wkoll l-entitajiet ewlenin li jiddefinixxu l-politiki u l-atturi fil-qasam tal-kooperazzjoni deċentralizzata, għandhom għalhekk jibqgħu l-forza li tixpruna matul il-fażi li jmiss tan-negozjati fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

U.

billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jistabbilixxi li l-qerda tal-faqar hija l-objettiv primarju tal-politika tal-UE għall-iżvilupp u jistabbilixxi l-koerenza fil-politiki għall-iżvilupp;

I.    L-awtoritajiet lokali bħala atturi tal-iżvilupp u r-rwol tal-Unjoni Ewropea

1.

Ifakkar li s-Sħubija ta' Busan toffri forum f'espansjoni għall-atturi l-ġodda fil-qasam tal-iżvilupp bħall-atturi lokali u reġjonali;

2.

Jenfasizza li l-linji gwida l-ġodda tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtoritajiet lokali u r-rikonoxximent tar-rwol tagħhom bħala partijiet statali interessati jirrappreżentaw pass 'il quddiem importanti fl-aġenda ta' żvilupp il-ġdida tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jevidenzja n-neċessità li dawn il-linji gwida l-ġodda jissarrfu b'mod konkret fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea kemm f'termini tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FES) kif ukoll tal-Istrument tal-tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;

4.

Jenfasizza li l-ippjanar strateġiku fil-livell nazzjonali u lokali huwa assolutament fundamentali għall-promozzjoni u għall-integrazzjoni tat-tliet dimensjonijiet ewlenin tal-iżvilupp: id-dimensjoni soċjali, dik ekonomika u dik ambjentali;

5.

Jilqa' pożittivament is-sostenn mogħti lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali permezz tal-linja tematika tal-awtoritajiet lokali u partikolarment is-sostenn lit-tisħiħ tal-istrutturi tal-koordinament tal-awtoritajiet lokali f'livell nazzjonali, reġjonali u kontinentali u t-twaqqif ta' sħubija f'livell tal-UE;

6.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' ftehimiet ta' sħubija bejn l-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri tal-UE u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'oqsma bħat-taħriġ u l-kapaċità umana biex jinħolqu aktar benefiċċji u ppjanar ambjentali aħjar;

7.

Iqis li dawn l-istrutturi ta' koordinament jiżvolġu rwol essenzjali f'termini ta' sostenn tekniku u metodoloġiku għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet lokali billi jkun faċilitat l-iskambju ta' kompetenzi bil-għan li jiġi aġevolat il-proċess ta' deċentralizzazzjoni u l-forniment ta' servizzi bażiċi; jirrappreżentaw ukoll l-interfaċċja adegwata għad-djalogu politiku u biex isemma' leħen l-awtoritajiet lokali fil-livelli kollha tal-governanza;

8.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tippromwovi l-kooperazzjoni deċentralizzata bħala mezz biex timplimenta l-qafas ta' żvilupp ta' wara l-2015; jitlob, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tibddel lid-deċentralizzazzjoni f'settur ta' konċentrazzjoni finanzjarja tal-istrumenti finanzjarji tagħha ta' għajnuna esterna, l-ewwel nett dwar fl-ambitu tal-istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-FEŻ, u ssaħħaħ l-interventi tagħha intiżi li jinkludu lill-awtoritajiet lokali bħala atturi sħaħ fl-implimentazzjoni tal-11-il FEŻ fil-livell tal-pajjiżi sħab, tar-reġjuni jew tal-għajnuna settorjali u baġitarja; jistieden lill-Istati Membri jħallu fil-programmi ta' żvilupp tagħhom spazju xieraq lill-awtoritajiet lokali, billi jikkoordinaw azzjonijiethom ma' dawk tal-Kummissjoni u ta' Stati Membri oħrajn;

II.    Djalogu politiku, mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u rendikont

9.

Jissottolinja l-bżonn li jkun żgurat trasferiment aktar ġust ta' riżorsi finanzjarji f'livell nazzjonali lejn dak subreġjonali, tal-bliet u muniċipali;

10.

Jissottolinja l-bżonn, fil-kuntest tal-proċess ta' deċentralizzazzjoni ta' bħalissa, li l-Istati nazzjonali jiġu inkoraġġiti jittrasferixxu parti mir-riżorsi tal-baġit nazzjonali lejn livelli tal-gvernijiet reġjonali u lokali; iqis, għal dan il-għan, li għandu jingħata sostenn akbar fil-qasam tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet finanzjarji u tal-baġit tal-awtoritajiet lokali, partikolarment permezz tal-għaqdiet tagħhom;

11.

iqis bħala essenzjali li parti mis-sostenn tal-baġit Ewropew tkun allokata għall-finanzjament tal-awtoritajiet lokali;

12.

Jinsisti fuq il-varar ta' djalogu politiku effettiv mal-awtoritajiet lokali fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewropea, b'tali mod li titħalla l-valutazzjoni tal-progress attwali, tad-diffikultajiet u tal-prospettivi ta' tisħiħ tal-effikaċja tal-għajnuna f'livell lokali;

13.

Jitlob li dan id-djalogu jkun istituzzjonalizzat billi jsir riferiment għall-istrutturi ta' koordinament eżistenti fid-diversi oqfsa ta' kooperazzjoni;

III.    Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-MDGs: lezzjonijiet meħudin

14.

Jissottolinja li l-MDGs urew ir-rwol fundamentali li jiżvolġu l-awtoritajiet lokali fil-ġlieda kontra l-faqar u fl-għoti tas-servizzi tal-komunità, bħall-ilma u s-sanità, l-assistenza sanitarja primarja u l-edukazzjoni;

15.

Jilqa' favorevolment it-tixrid tal-inizjattivi deċentralizzati ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u għall-użu tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn il-bliet;

16.

Jissottolinja l-bżonn li jiġu allokati riżorsi addizzjonali lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet deċentralizzati bil-għan li jkunu jistgħu joffru servizzi pubbliċi ta' kwalità, jiggarantixxu opportunitajiet indaqs u jibnu l-koeżjoni soċjali;

17.

Jiddispjaċih li l-MDGs ma tawx biżżejjed kas tal-importanza tad-dimensjoni lokali tal-iżvilupp, kif ukoll li l-programmi ta' żvilupp ma jħaddnux biżżejjed id-dimensjoni kulturali, li tirrappreżenta komponent indispensabbli għall-fehim tal-kuntest lokali; jitlob li jittieħed kont tad-dimensjoni kulturali fl-istrateġiji lokali, nazzjonali u internazzjonali mmirati lejn it-tnaqqis tal-faqar;

18.

Jiddispjaċih li l-MDGs attwali huma nieqsa minn ċarezza f'dak li għandu x'jaqsam mal-adegwament tal-objettivi globali għad-dinamika nazzjonali u lokali;

IV.    Id-definizzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015: sfidi u opportunitajiet

19.

Iqis li l-proċedura għal wara l-2015 għandha toffri viżjoni ċara għal implimentazzjoni tal-eżiti ta' Rio+20 li tirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali;

20.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu definiti objettivi u indikaturi affidabbli għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli li jkunu jaqblu mal-kuntesti, mal-esiġenzi u mat-tħassib tal-popolazzjonijiet lokali; jistieden lill-UE ssaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u tieħu f'kunsiderazzjoni l-kompetenzi tagħhom f'SDGs oħrajn;

21.

Jistieden lill-UE tkompli tagħti attenzjoni partilolari lill-awtoritajiet lokali fl-ippjanar, fl-implimentazzjoni u fil-flussi finanzjarji tal-iżvilupp; jenfasizza li dan ikun jesiġi proċess ta' parteċipazzjoni reali, imwettaq fil-fażijiet inizjali tal-iżvilupp u għalhekk jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u msaħħa l-għajnuna pubblika deċentralizzata; jissottolinja l-bżonn li l-parteċipazzjoni aktar intensiva tiġi żgurata fid-definizzjoni tal-istrateġiji ta' żvilupp;

22.

Jitlob lill-Unjoni tiżgura li l-awtoritajiet lokali jkunu rappreżentati aħjar fin-negozjati internazzjonali għall-adozzjoni tal-aġenda ta' wara l-2015, fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp u fil-konferenza internazzjonali dwar il-klima COP21;

23.

Jistieden lill-UE tkompli tappoġġa objettiv awtonomu għall-bliet u għall-insedjamenti umani;

V.    Il-bżonn ta' sħubija globali effikaċi mġedda (mal-OSĊ, mas-settur privat, eċċ.)

24.

Jistieden lill-UE tagħti l-kontribut tagħha biex issaħħaħ is-sħubijiet b'diversi partijiet interessati u tillokalizza l-implimentazzjoni tal-aġenda għal wara l-2015;

25.

Jagħmel appell għal definizzjoni u qsim ċari tar-responsabbiltajiet fost is-sħab;

VI.    Sħubijiet mas-settur privat

26.

Ifakkar li s-settur pubbliku se jkun attur fundamentali biex jagħmel possibbli u biex jimplimenta l-aġenda ta' żvilupp il-ġdida u jissottolinja li l-mobilizzazzjoni tad-dħul pubbliku u t-tisħiħ tas-sistema fiskali bbażata fuq il-kapaċità kontributtiva f'termini ta' taxxi miċ-ċittadini u fuq rimunerazzjoni ġusta ta' ġestjoni trasparenti tar-riżorsi naturali se jkunu elementi essenzjali għall-finijiet tal-effikaċja;

27.

Itenni l-bżonn li jiġi appoġġat it-tinbit ta' klassi medja permezz tal-promozzjoni tal-imprenditorija privata, speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nisa;

28.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu responsabbilizzati l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju lokali fil-ħolqien tal-impjiegi u jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, partikolarment bis-saħħa ta' politiki pubbliċi-privati;

29.

Itenni l-bżonn li jiġu implimentati mekkaniżmi ta' responsabbiltà effikaċi u definiti salvagwardji soċjali u ambjentali obbligatorji;

VII.    Sħubija mas-soċjetà ċivili

30.

Iqis li l-aġenda għall-iżvilupp għall wara l-2015 għandha bżonn tbiddel ir-rwol u l-impatt tal-OSĊ; jemmen li l-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-OSĊ billi jistitwixxu mekkaniżmi ta' djalogu regolari, bil-għan li jkunu biżżejjed effikaċi ħalli jirċievu rispons pożittiv mingħand is-soċjetà ċivili;

VIII.    Sostenn għar-responsabbiltà nazzjonali u għall-konsolidament tal-kapaċitajiet

31.

Jenfasizza li l-gvernijiet għandhom ikunu responsabbli kemm quddiem il-partijiet interessati nazzjonali kif ukoll quddiem il-komunità internazzjonali;

32.

Jissottolinja l-importanza tat-trasparenza u tal-promozzjoni tad-djalogi bejn diversi partijiet interessati bil-għan li jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-kulturi lokali, tal-popli indiġeni, tal-migranti u tal-minoranzi;

33.

Iqis li jeħtieġ isir sforz qawwi biex tittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali biex jagħtu servizzi pubbliċi;

34.

Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-governanza tajba f'livell lokali permezz tal-promozzjoni tal-prinċipji ta' responsabbilizzazzjoni, ġestjoni tajba, trasparenza, parteċipazzjoni, reattività u preminenza tal-liġi;

35.

Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' pjattaformi ta' konsultazzjoni lokali fil-qafas tal-ippjanar tal-baġit;

36.

Jisħaq fuq il-bżonn urġenti ta' riforma tas-servizzi uffiċjali inkarigati mill-ġbir tad-data;

IX.    Popli indiġeni u ppjanar tal-iżvilupp

37.

Jissottolinja li l-popolazzjonijiet indiġeni għandhom ikunu involuti mill-qrib fit-tħejjija tal-pjani ta' żvilupp u ta' investiment lokali u territorjali;

38.

Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali u lill-awtoritajiet lokali: (a) isaħħu l-leġiżlazzjoni lokali bil-għan li jistabbilixxu r-rikonoxximent tal-arranġamenti tradizzjonali fil-qasam tal-pussess tal-art; (b) jikkooperaw mal-awtoritajiet tradizzjonali fil-ġestjoni tar-riżorsi naturali; (c) jaffrontaw il-kwistjonijiet ta' ġeneru u interġenerazzjonali li jeżistu fost il-popli indiġeni; (d) jipproteġu l-konoxxenzi indiġeni; (e) isaħħu l-kapaċità tal-popli indiġeni biex jipparteċipaw fl-ippjanar tal-iżvilupp;

X.    Trasferiment tat-teknoloġija

39.

Jenfasizza li l-gvernijiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali għandhom joħolqu ambjenti favorevoli għat-trasferiment tat-teknoloġiji;

40.

Iqis li tali kooperazzjoni għandha wkoll tinkludi investimenti fuq terminu itwal;

XI.    Bliet u insedjamenti umani

41.

Jilqa' favorevolment il-mobilizzazzjoni u l-impenn tal-bliet Afrikani fil-qafas tat-tħejjjia tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Alloġġ u l-Iżvilupp Sostenibbli Habitat III; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssostni dawn il-proċessi ta' mobilizzazzjoni u tipprevedi fil-pjani ta' sħubija tagħha sostenn għall-ġestjoni ta' proċessi ta' urbanizzazzjoni sostenibbli;

42.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-OWG biex jinkludi għan indipendenti rigward l-iżvilupp urban sostenibbli;

43.

Jissottolinja l-importanza li jkun adottat approċċ territorjali biex jiġu affrontati kwistjonijiet bħall-immaniġġjar tal-iskart u l-faqar urban, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, l-azzjoni awtonoma taċ-ċittadini, il-governanza inklużiva u parteċipattiva, id-disinn ta' infrastrutturi innovattivi, il-forniment ta' servizzi, il-ġestjoni tal-art, il-kontribut tal-bliet lit-tibdil ambjentali globali, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri naturali u l-impatt tal-bliet stess fuq l-ekosistemi, l-użu tal-enerġija, eċċ.;

44.

Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk l-anqas żviluppati, anki permezz ta' assistenza finanzjarja u teknika;

XII.    Governanza tajba u ġlieda kontra l-korruzzjoni

45.

Jenfasizza li biex jiġu garantiti kundizzjonijiet uniformi fit-tassazzjoni tal-kumpaniji lokali u internazzjonali għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu mvinċija l-flussi finanzjarji illeċiti;

46.

Jenfasizza li d-deċentralizzazzjoni tal-poter hija strument effikaċi biex tkun miġġielda l-korruzzjoni, li toriġina mill-kumpaniji multinazzjonali, u biex tgħin fil-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u twieġeb għall-esiġenzi tan-nies permezz tar-riformi ekonomiċi u soċjali;

XIII.    Tisħiħ tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi

47.

Jenfasizza li jeħtieġ jiġu eżaminati mekkaniżmi ta' finanzjament kreattivi u ekwi;

48.

Jisħaq fuq l-importanza kapitali tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali f'livell lokali għas-suċċess tal-aġenda ta' wara l-2015, bħala element essenzjali fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji u tal-politiki ta' żvilupp f'livell kemm lokali kif ukoll nazzjonali; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-bżonn urġenti li jiġu kkonsolidati l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi sħab fil-qasam tat-tassazzjoni muniċipali u tal-ippjanar tal-baġit; japprezza l-introduzzjoni progressiva ta' osservatorji tal-finanzi lokali li jistħoqqilhom aktar sostenn min-naħa tal-Unjoni Ewropea;

49.

Iqis li jirriżulta aktar effikaċi li dak li jkun jopera fuq livell lokali bil-għan li jtejjeb il-kundizzjonijiet ta' ħajja tal-popolazzjonijiet, speċjalment fiż-żoni rurali, u waħda mill-isfidi importanti għall-awtoritajiet lokali u nazzjonali tikkonsisti mit-tħeġġiġ tar-reintegrazzjoni progressiva tas-settur informali mingħajr ma tkun skoraġġita l-innovazzjoni;

50.

Jistieden lill-Bank Dinji u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jaġġornaw il-politiki ta' salvagwardja ambjentali u soċjali;

51.

Ifakkar li l-gvernijiet lokali jinsabu fuq quddiem nett biex isibu tarf in-numru dejjem ogħla ta' kriżijiet, iżda fil-maġġoranza tad-drabi tonqsilhom il-kapaċità, kif ukoll il-mezzi, biex jiżviluppaw risposta effikaċi;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-mobilizzazzjoni ta' għejun innovattivi ta' finanzjament għall-kooperazzjoni deċentralizzata, anki permezz ta' strumenti ta' finanzjament imħallat self-għoti, li għadhom mhumiex adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-awtoritajiet lokali;

53.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea ssaħħaħ għalhekk il-baġits tal-finanzjament deċentralizzat indispensabbli għall-iżvilupp lokali;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2014)0059.

(2)  It-Taskforce Globali tal-Gvernijiet Lokali u Reġjonali għall-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015 lejn HABITAT III.

(3)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(4)  Konklużjonijiet tal-Kunsill 9558/07, 15.5.2007.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0432.

(6)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2014)0269.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0283.


Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/20


P8_TA(2015)0342

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2015/2874(RSP))

(2017/C 349/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (1)

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (CAR) tad-19 ta' Ġunju 2013, id-19 ta' Marzu 2014 u s-17 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, partikolarment dik tat-13 ta' Ottubru 2014,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-kelliem għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar il-vjolenza fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tat-28 ta' Settembru 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tad-9 ta' Frar 2015 u tal-20 ta' Lulju 2015,

wara li kkunsidra l-kummenti magħmula minn Marie-Therese Keita Bocoum, l-espert indipendenti tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, fl-1 ta' Ottubru 2015,

wara li kkunsidra s-sejħa mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon u tal-Kunsill ta' Sigurtà tat-28 ta' Settembru 2015, għal tmiem immedjat tal-vjolenza li faqqgħet għall-għarrieda fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru. 2217(2015) tan-NU tat-28 ta' April 2015, li ġġedded il-mandat tal-MINUSCA sat-30 ta' April 2016, fuq l-istess livelli ta' truppi awtorizzati attwalwent, u li ġiet adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tul is-7434 laqgħa tiegħu,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru. 2196(2015) tan-NU li ġġedded ir-reġim tas-sanzjonijiet kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana sad-29 ta' Jannar 2016 u l-mandat tal-Bord ta' Esperti li qiegħed jassisti il-Kumitat tas-Sanzjonijiet 2127 Repubblika Ċentru-Afrikana sad-29 ta' Frar 2016,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Evalwazzjoni tan-NU dwar l-Infurzar u l-Isforzi ta' Għajnuna għal Rimedju għal Sfruttament u Abbuż Sesswali tal-15 ta' Mejju 2015 tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Persunal Relatat f'Operazzjonijiet ta' Żamma ta' Paċi,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Indipendenti ta' Livell Għoli dwar Operazzjonijiet ta' Paċi, tal-11 ta' Settembru 2015,

wara li kkunsidra ir-Rapport Finali tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana tad-19 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali ta' Livell Għoli dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, intitolata “From humanitarian aid to resilience” (Minn għajnuna umanitarja għal reżiljenza) li saret fi Brussell fis-26 ta' Mejju 2015,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Diżarm, Demobilizzazzjoni, Ripatrijazzjoni u Reintegrazzjoni (DDRR) iffirmat fl-10 ta' Mejju 2015 minn numru kbir ta' gruppi armati tul il-Forum ta' Bangui,

wara li kkunsidra l-Ftehim rivedut ta' Cotonou,

wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Libreville (il-Gabon) tal-11 ta’ Jannar 2013 dwar ir-riżoluzzjoni tal-kriżi politika-militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iffirmat taħt l-awspiċi tal-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tmiem tal-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidrat is-summits straordinarji tal-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), li saru fi N’Djamena (iċ-Ċhad) fil-21 ta' Diċembru 2012, fit-3 ta’ April 2013 u fit-18 ta’ April 2013, u d-deċiżjonijiet tagħhom li jistabbilixxu Kunsill Nazzjonali Tranżizzjonali (CNT) b’poteri leġiżlattivi u kostituttivi u li jadottaw pjan direzzjonali għall-proċess tat-tranżizzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Grupp ta’ Kuntatt Internazzjonali tat-3 ta’ Mejju 2013 fi Brazzaville (ir-Repubblika tal-Kongo), li vvalidat il-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni u stabbilixxiet Fond Speċjali ta' assistenza għar-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ġlied iffirmat f'Lulju 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-seba' laqgħa tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, li saret fi Brazzaville fis-16 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-komunikati maħruġa mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana fis-17 ta’ Settembru 2014 u s-26 ta’ Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċentru-Afrikana li ġiet adottata mill-Kunsill Transizzjonali fl-aħħar ta' Awwissu 2015,

wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tal-1998, ratifikat mir-Repubblika Ċentru-Afrikana fl-2001,

wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-involviment tat-tfal f’kunflitti armati, li tiegħu r-Repubblika Ċentru-Afrikana hi firmatarja,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fi tmiem Settembru 2015, faqqaw kunflitti ġodda li ħallew 42 persuna mejta u li wasslu biex madwar 37 000 persuna ħarbu minn djarhom;

B.

billi fl-aħħar ta' Settembru 2015, 'il fuq minn 500 priġunier ħarbu mill-ħabs ta' Ngaragba f'Bangui u minn Bouar, inkluż awturi magħrufa ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; billi din toħloq theddida serja għall-persuni ċivili u għall-protezzjoni tal-vittmi u tax-xhieda; billi l-ħarba mill-ħabs tirrappreżenta intopp għaż-żamma tal-liġi u tal-ordni, u għall-ġlieda kontra l-impunità fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

C.

billi skont l-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji l-kondizzjonijiet tal-aġenziji tal-għajnuna f'Bangui qed imorru għall-agħar; billi bosta uffiċċji u residenzi ta' organizzazzjonijiet ta' sokkors ġew sakkeġġati u l-libertà ta' moviment tal-ħaddiema ġiet imxekkla, speċjalment il-ħaddiema tas-saħħa fl-isptarijiet;

D.

billi l-għajnuna umanitarja qed issir diffiċli minħabba l-ġlied u l-bosta barrikati ta' kontroll (roadblocks) li qed ifixklu l-kapaċità tal-awtoritajiet li jiksbu aċċess għall-eluf ta' persuni spustati internament u jivverifikaw il-bżonnijiet tagħhom; billi t-tħassib dwar l-aċċess sikur għal viċinati ta' Bangui kien ikkonfermat mill-Médecins sans Frontières (MSF), li qalu li f'ħafna każijiet il-persuni midruba kienu qegħdin jaslu bil-mixi u l-ambulanzi tal-gruppi kellhom problemi biex jiċċirkolaw peress li kapitali saret perikoluża wisq;

E.

billi n-NU ddeċidiet li testendi l-mandat tal-MINUSCA sat-30 ta' April 2016, b'limitu massimu awtorizzat ta' truppi ta' 10 750 persunal militari, inkluż 480 osservatur militari u uffiċjali ta' persunal militari u 2 080 persunal tal-pulizija, inkluż 400 uffiċjal tal-pulizija u 40 uffiċjal korrettiv;

F.

billi skont l-missjoni għaż-żamma ta' paċi tan-NU fil-pajjiż (MINUSCA), għalkemm is-sitwazzjoni tas-sigurtà kkalmat dan l-aħħar, għad hemm tensjonijiet f'Bangui, li kienet teatru ta' attakki kontra l-persuni ċivili, vjolenza bejn il-komunitajiet u attakki kontra l-persunal umanitarju;

G.

billi l-Kap Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, Fatou Bensouda, appella lil dawk involuti fil-ġlied sabiex “jieqfu u jibqgħu lura mill-użu tal-vjolenza b'mod immedjat”, u żied ukoll li kwalunkwe delitt ta' gwerra kien ser jiġi kkastigat; billi fl-24 ta' Settembru 2014, infetħet it-tieni investigazzjoni fil-kunflitt fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

H.

billi l-ġlied reċenti qed jipperikola proċess ta' paċi li għadu fil-bidu tiegħu uu li jista' jixħet il-pajjiż lura għall-perjodu ikraħ fi tmiem l-2013 u fl-2014 meta nqatlu eluf u għexieren ta' eluf kellhom jaħarbu minn djarhom; billi l-kriminalità tibqa’ theddida ewlenija; billi s-sitwazzjoni tan-nisa fir-Repubblika Ċentru-Afrikana hi gravi ħafna, u billi l-istupru ħafna drabi jintuża bħala arma ta’ gwerra mill-partijiet kollha involuti;

I.

billi l-kolp ta' stat tal-2013 u t-tkeċċija mill-poter tal-Kap ta' Stat Tranżizzjonali, Michel Djotodia u tal-Prim Ministru Tranżizzjonali, Nicolas Tiangaye, kien akkumpanjat minn ksur massiċċ u qawwi tad-drittijiet tal-bniedem b'riskju ċar ta' ġenoċidju, inkluż qtil extraġudizzjarju, tortura, serq, atti ta' stupru u abbuż sesswali fuq skala kbira, il-ħtif ta' nisa u tfal u r-reklutaġġ furzat ta' suldati tfal;

J.

billi fl-4 ta' Ottubru 2015, iċ-Ċentru-Afrikani kellhom jiddeċiedu permezz ta' referendum dwar l-adozzjoni ta' kostituzzjoni ġdida u biex fl-istess ħin jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom tul l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi li oriġinarjament kienu skedati għat-18 ta' Ottubru 2015 (l-ewwel ċiklu) u t-22 ta' Novembru 2015 (it-tieni ċiklu); billi l-awtoritajiet ta' tranżizzjoni ilhom għal ftit ġimgħat jaħdmu biex jipposponu l-votazzjonijiet, iżda l-Aġenzija Nazzjonali għall-Elezzjonijiet (NSA) kienet għadha ma ħabbritx skeda ġdida, il-listi tal-votazzjonijiet ma kinux stabbiliti u l-iskedi elettorali kienu għadhom ma tqassmux;

K.

billi l-pajjiż qed iħabbat wiċċu mal-agħar kriżi umanitarja mindu kiseb l-indipendenza fl-1960, li qed tolqot il-popolazzjoni sħiħa ta’ 4,6 miljun ruħ, li nofshom huma tfal; billi 2,7 miljun ruħ jeħtieġu l-assistenza, inkluża l-għajnuna għall-ikel, il-protezzjoni, u l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-ilma tajjeb għax-xorb, il-miżuri sanitarji u l-akkomodazzjoni; billi, skont l-istimi, aktar minn 100 000 tifel u tifla ħabbtu wiċċhom ma’ abbuż sesswali u ġew reklutati fi gruppi armati fil-pajjiż, u billi l-istmi juru wkoll li l-kriżi ħalliet miljun tifel u tifla mingħajr skola;

L.

billi, fil-5 ta’ Mejju 2015, xi gruppi armati fir-Repubblika Ċentru-Afrikana laħqu ftehim biex jeħilsu bejn 6 000 u 10 000 suldati tfal;

M.

billi l-operazzjoni għaż-żamma tal-paċi ttebbgħet minħabba allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali fuq tfal u bniet minn suldati tan-NU u ħaddiema għaż-żamma tal-paċi Franċiżi;

N.

billi, kemm il-grupp armat tas-Seleka kif ukoll dak anti-Balaka jagħmlu qligħ mill-kummerċ tal-injam u d-djamanti billi jikkontrollaw is-siti u “jimponu t-taxxi” jew permezz tal-estorsjoni ta’ flus minn dawk li jaħdmu fil-minjieri u l-kummerċjanti biex jingħataw “protezzjoni”, u billi l-kummerċjanti tar-Repubblika Ċentru-Afrikana xtraw djamanti li jiswew diversi miljuni ta’ dollari mingħajr ma investigaw adegwatament jekk kinux qed jiffinanzjaw lill-gruppi armati;

O.

billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jirrappreżenta element essenzjali tal-Ftehim ta’ Cotonou, b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu;

P.

billi l-ġustizzja u l-prosekuzzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem huma fost l-aktar kompiti kritiċi meħtieġa biex jintemmu l-abbużi u tinbena mill-ġdid r-Repubblika Ċentru-Afrikana;

Q.

billi l-impunità tibqa’ karatteristika tal-vjolenza, minkejja l-fatt li l-Kunsill Tranżizzjonali u l-President interim kienu protagonisti fl-adozzjoni u l-introduzzjoni fil-liġi ta’ Qorti Kriminali Speċjali magħmula kemm minn imħallfin u prosekuturi nazzjonali kif ukoll internazzjonali, li se jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja lil min wettaq ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Ċentru-Afrikana mill-2003 ’l hawn;

R.

billi, f’Settembru 2014, l-UE nediet l-ewwel tliet proġetti għall-iżvilupp mill-fond fiduċjarju multidonatur tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana fl-oqsma tas-saħħa, il-ħolqien tal-impjieg, ir-riabilitazzjoni tal-infrastruttura li ġġarfet f’Bangui, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa kif ukoll l-inklużjoni ekonomika tagħhom;

S.

billi, f’Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew skjera l-missjoni konsultattiva militari tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) intiża biex tappoġġa l-awtoritajiet Ċentru-Afrikani fit-tħejjija ta’ riforma tas-settur tas-sigurtà fir-rigward tal-forzi armati;

T.

billi minn Mejju 2015 ’l hawn l-UE żiedet l-għajnuna tagħha għar-Repubblika Ċentru-Afrikana b’total ta’ EUR 72 miljun, inklużi riżorsi għall-għajnuna umanitarja (b’EUR 10 miljuni f’finanzjament ġdid), appoġġ baġitarju (b’EUR 40 miljun addizzjonali) u kontribuzzjoni ġdida lill-Fond Fiduċjarju tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUR 22 miljun);

U.

billi, fil-15 ta’ Lulju 2014, l-UE nediet l-ewwel fond fiduċjarju multidonatur tagħha b’sostenn għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, intiż biex jippermetti t-tranżizzjoni minn reazzjoni għal emerġenza għal għajnuna għall-iżvilupp fit-tul;

1.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, li tista’ twassal lill-pajjiż f’xifer gwerra ċivili jekk ma tiġix ikkontrollata l-aktar vjolenza reċenti; jiddeplora t-telf ta’ ħajjiet u jesprimi s-simpatija tiegħu lill-familji tal-vittmi u lill-popolazzjoni sħiħa tar-Repubblika Ċentru-Afrikana;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra l-organizzazzjonijiet umanitarji u r-residenzi waqt l-aħħar episodji ta’ vjolenza; jappella biex ikun possibbli l-moviment liberu tal-ħaddiema umanitarji biex ikunu jistgħu jilħqu persuni ċivili fil-bżonn, speċjalment il-popolazzjoni spostata; ifakkar li kważi nofs miljun ruħ spostati internament jeħtieġu ikel, kura tas-saħħa, ilma, miżuri sanitarji u iġjene, kenn u oġġetti domestiċi bażiċi b’urġenza;

3.

Jappella lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana sabiex jiffokaw fuq il-ġlieda kontra l-impunità u fuq l-istabbiliment mill-ġdid tal-istat tad-dritt, anki billi jżommu responsabbli quddiem il-ġustizzja lil min hemm wara din il-vjolenza; jilqa’ l-ħolqien ta’ Qorti Kriminali Speċjali biex tinvestiga u tressaq quddiem il-liġi lil min wettaq ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż mill-2003 ’l hawn, u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti biex din tibda ħidmietha; jisħaq li l-appoġġ finanzjarju u tekniku huma essenzjali għall-funzjonament tagħha; jitlob li ssir laqgħa tad-donaturi internazzjonali mill-aktar fis possibbli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana sabiex jadottaw proċedura ta’ reklutaġġ trasparenti u effiċjenti għall-persunal tal-Qorti;

4.

Ifaħħar lill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali għar-rwol kruċjali tagħha fl-istabbiliment tal-proċess ta’ tranżizzjoni u għall-pożizzjoni soda li ħadet waqt il-konsultazzjonijiet f'Addis Ababa fil-31 ta’ Jannar 2015 fir-rigward ta’ kull inizjattiva parallela li tista’ tikkomprometti l-isforzi attwali tal-komunità internazzjonali biex jerġa' jkun hemm il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

5.

Jilqa’ l-isforzi li saru s’issa mill-Gvern tranżizzjonali, iżda jitlob lill-awtoritajiet ta’ tranżizzjoni tar-Repubblika Ċentru-Afrikana u lill-komunità internazzjonali biex jindirizzaw il-kawżi ewlenin li wasslu għall-kriżi, bħal pereżempju l-faqar mifrux, id-disparitajiet u l-inugwaljanzi ekonomiċi, il-qgħad li dejjem jiżdied, u n-nuqqas ta’ ridistribuzzjoni tal-ġid mir-riżorsi naturali tal-pajjiż permezz tal-baġit tal-istat; jitlob li jsir approċċ komprensiv li jiffoka fuq is-sigurtà, l-għajnuna umanitarja, l-istabbilizzazzjoni u l-irkupru ekonomiku;

6.

Jistieden lill-komunità internazzjonali tappoġġa l-proċess politiku fir-Repubblika Ċentru-Afrikana f’dan iż-żmien kritiku u ttejjeb l-isforzi komuni sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu politiku, tinbena l-fiduċja u tiġi żgurata koeżistenza paċifika bejn il-komunitajiet reliġjużi fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex iqis bħala prijorità r-rikostruzzjoni tas-sistema edukattiva, bil-għan li jiffaċilita koeżistenza paċifika fit-tul;

7.

Jiddeplora l-fatt li minkejja li n-NU ddikjarat embargo fuq l-armi, it-tisħiħ tal-milizzji għadu għaddej; jistieden lill-partijiet kollha jirrispettaw il-ftehim dwar id-diżarm kif iffirmat fl-10 ta’ Mejju 2015; jisħaq li d-diżarm tal-gruppi armati jrid ikun prijorità assoluta, speċjalment qabel l-elezzjonijiet presidenzjali u ġenerali li għandhom isiru fir-Repubblika Ċentru-Afrikana qabel tmiem din is-sena;

8.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Afrikana u lill-Unjoni Ewropea biex jużaw il-miżuri u l-għodod xierqa kollha biex jgħinu lill-Gvern tranżizzjonali jegħleb l-implożjoni ta’ stat li diġà huwa fraġli, l-eskalazzjoni interetnika u l-qawwa kontinwa tal-milizzji rivali, u jagħmel it-tranżizzjoni lejn stat li jiffunzjona u li hu wkoll inklużiv u demokratiku, b’mod partikolari permezz tal-Istrument għall-Istabbiltà u l-Paċi u l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika u l-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront;

9.

Jilqa’ t-twaqqif tal-Forum ta’ Bangui għar-rikonċiljazzjoni u l-paċi, u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni mingħajr kundizzjonijiet tal-mexxejja politiċi, militari u reliġjużi kollha kif ukoll tal-komunitajiet lokali u s-soċjetà ċivili; jinsisti li l-elezzjonijiet demokratiċi jridu jseħħu;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u l-atturi internazzjonali oħra biex jagħmlu ħilithom biex jappoġġaw l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet kif previst fil-pjan direzzjonali ta’ tranżizzjoni, b’mod partikolari billi jikkontribwixxu għall-programm ta’ assistenza elettorali immexxi mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), b’tali mod li l-elezzjonijiet ikunu jistgħu jsiru qabel tmiem din is-sena, u b’hekk jissodisfaw element ewlieni tal-pjan direzzjonali ta’ tranżizzjoni;

11.

Ittenni l-appoġġ tiegħu għall-indipendenza, l-unità u l-integrità territorjali tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; ifakkar fl-importanza tad-dritt tal-popli għall-awtodeterminazzjoni mingħajr indħil minn barra;

12.

Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu lin-NU, lill-forza għaż-żamma tal-paċi “MINUSCA”, u lill-kontinġent militari Franċiż “Sangaris” qabel l-elezzjonijiet li għandhom isiru qabel tmiem din is-sena; jikkundanna bil-qawwa kull tentattiv li jiskoraġġixxi l-isforzi li għaddejjin lejn l-istabbiltà;

13.

Ifakkar li l-perijodu ta’ tranżizzjoni ser jintemm fit-30 ta’ Diċembru 2015; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, bl-appoġġ tal-MINUSCA u l-forzi Sangaris, biex jerġgħu jġibu l-kalma fil-pajjiż, u b’mod aktar partikolari f’Bangui, bil-għan li jiġi rrispettat bl-aħjar mod possibbli l-kalendarju elettorali;

14.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-missjoni konsultattiva militari tal-UE (EUMAM RCA), u t-tnedija ta’ proġetti li jimmiraw li jistabbilixxu mill-ġdid il-kapaċitajiet tal-pulizija u l-ġendarmerija għas-sorveljanza tal-komunità u l-kontroll tal-irvellijiet, jistabbilixxu mill-ġdid iċ-ċentru tal-kmand operattiv konġunt, isaħħu l-ġudikatura, u jirriabilitaw il-faċilitajiet tal-ħabs;

15.

Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kollha kontra t-tfal u n-nisa, u jħeġġeġ lill-milizzji u l-gruppi armati mhux statali biex iċedu l-armi tagħhom, iwaqqfu kull forma ta’ vjolenza u jeħilsu minnufih lit-tfal minn taħt idejhom; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jimpenjaw ruħhom biex iħarsu d-drittijiet tat-tfal u jipprevjenu ksur u abbużi ulterjuri fuq it-tfal; iħeġġeġ li l-bniet u n-nisa li huma vittmi ta’ stupru fil-kuntest ta’ kunflitt armat għandhom jiġu offruti firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva;

16.

Iħeġġeġ lill-kummerċjanti tad-djamanti tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex juru diliġenza, u lill-kumpaniji internazzjonali tad-djamanti biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-Proċess ta' Kimberley fil-katina tal-provvista tad-djamanti mir-Repubblika Ċentru-Afrikana; jappella lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-kumpaniji barranin biex jgħinu fit-tisħiħ tal-governanza fis-settur tal-estrazzjoni billi jirrispettaw l-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi;

17.

Jistieden lill-kumpaniji tad-djamanti internazzjonali jħarsu mill-qrib lejn l-oriġini tad-djamanti sabiex jevitaw milli jkebbsu l-kunflitt billi jixtru djamanti mir-Repubblika Ċentru-Afrikana li jkunu ġew estratti u nbiegħu b’mod illeċitu; iħeġġeġ lill-kumpaniji Ewropej li jkunu qed jinnegozjaw ma’ kumpaniji li jaqtgħu s-siġar tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex jirrispettaw ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam, u jistieden lill-UE tinforza b’mod qawwi r-Regolament tagħha dwar l-Injam fir-rigward tal-importaturi tal-injam mir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

18.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana jiżviluppaw strateġija b’responsbilità nazzjonali bil-għan li jindirizzaw l-isfruttament u n-netwerks illegali tat-traffikar ta’ riżorsi naturali;

19.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi li s-suldati tagħhom huma responsabbli għall-abbuż sesswali waqt li kienu fuq missjonijiet għaż-żamma tal-paċi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana biex iżommuhom responsabbli u jressquhom quddiem il-ġustizzja, peress li l-impunità ma tistax tiġi ttollerata; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti għal riforma tal-istrutturi għaż-żamma tal-paċi billi jiġi stabbilit mekkaniżmu trasparenti u li jiffunzjona għas-sorveljanza u l-obbligu ta' rendikont; huwa konvint li delitti gravi bħal dawn jistgħu jitnaqqsu u jiġu evitati wkoll permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni;

20.

Iħeġġeġ lir-Repubblika Ċentru-Afrikana, l-istati ġirien tagħha u stati membri oħra tal-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR) biex jikkooperaw fil-livell reġjonali sabiex jinvestigaw u jiġġieldu kontra n-netwerks kriminali u l-gruppi armati reġjonali involuti fil-kuntrabandu u l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali, inkluż id-deheb u d-djamanti kif ukoll il-kaċċa illegali u t-traffikar tal-annimali u l-pjanti slavaġ;

21.

Jistieden lill-UE tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex tipprovdi assistenza kkoordinata aħjar u aktar effikaċi lin-nies tar-Repubblika Ċentru-Afrikana; jilqa’, fl-istess ħin, iż-żieda fl-impenn umanitarju tal-UE u tal-Istati Membri mar-Repubblika Ċentru-Afrikana fid-dawl tal-ħtiġijiet li dejjem qed jevolvu; jisħaq li l-għajnuna għas-salvataġġ għandha tingħata lil dawk fil-bżonn fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, kif ukoll lir-rifuġjati fil-pajjiżi ġirien;

22.

Jiddeplora l-qerda tal-arkivji u r-reġistri pubbliċi min-naħa tal-milizzji; iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġa l-istabbiliment mill-ġdid tar-reġistru pubbliku tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, kif ukoll tipprevjeni kwalunkwe irregolarità elettorali;

23.

Jistieden lill-Istati Membri, kif ukoll lil donaturi oħra, biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Fond tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-fond fiduċjarju għal Bêkou, li l-għan tiegħu hu li jippromwovi l-istabbilizzazzjoni u r-rikostruzzjoni tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, b’kont meħud tal-ħtieġa li l-programmi ta’ rikostruzzjoni/żvilupp ikunu kkollegati aħjar mar-rispons umanitarju;

24.

Jistieden lill-UE, l-Unjoni Afrikana u l-komunità internazzjonali biex jagħtu sostenn lil dawk li sabu rifuġju fil-pajjiżi ġirien mir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-awtoritajiet tal-Gvern tranżizzjonali tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Federica Mogherini, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0035.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/26


P8_TA(2015)0343

Is-sitwazzjoni fit-Tajlandja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar is-sitwazzjoni fit-Tajlandja (2015/2875(RSP))

(2017/C 349/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tajlandja, b'mod partikulari dawk tal-20 ta' Mejju 2010 (1), tas-6 ta' Frar 2014 (2) u tal-21 ta' Mejju 2015 (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tat-2 ta' April 2015 dwar l-iżviluppi fit-Tajlandja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mid-Delegazzjoni tal-UE fit-Tajlandja, bi qbil mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-UE fit-Tajlandja, fl-14 ta' Novembru 2014, fit-30 ta' Ġunju 2015 u fl-24 ta' Settembru 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tajlandja tat-23 ta' Ġunju 2014,

wara li kkunsidrat t-tweġiba tal-15 ta' Mejju 2013 minn dik li kienet Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, f'isem il-Kummissjoni, dwar ir-reazzjoni ta' Andy Hall,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-istampa maħruġa fl-1 ta' April 2015 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni,

wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali tat-Tajlandja li tressaq quddiem il-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, tal-5 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, li t-Tajlandja hi parti firmatarja tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fl-20 ta' Mejju 2014, il-militar tal-istat waqqa' l-Gvern tat-Tajlandja u impona liġi marzjali madwar in-nazzjon, u bhekk sforza l-isfaxxar tas-Centre for Administration of Peace and Order (Ċentru għall-Aministrazzjoni tal-Paċi u l-Ordni);

B.

billi l-forzi militari ħolqu l-Kunsill Nazzjonali għall-Paċi u l-Ordni (NCPO – National Council for Peace and Order), li l-mexxej tiegħu, il-Ġeneral Prayuth Chan-ocha, se jeżerċita s-setgħat kollha u awtorità illimitata biex jinħarġu ordnijiet u tiġi istitwita riforma kostituzzjonali;

C.

billi l-korpi kostituzzjonali ewlenin imwaqqfa mill-NCPO huma kkontrollati mill-persunal militari, u billi l-membri tal-NCPO igawdu minn immunità sħiħa għal kwalunkwe azzjoni mhux korretta, responsabilità jew affidabilità meta jkunu impjegati abbażi tat-Taqsimiet 44 u 47 tal-kostituzzjoni interim;

D.

billi fid-29 ta' Awwissu 2015 il-Kumitat tal-Kostitwenti kkumpletaw l-abbozz tal-kostituzzjoni l-ġdida, li ġie rrifjutat mill-Kunsill Nazzjonali għar-Riforma fis-6 ta' Settembru 2015; billi l-kumitat ġdid tal-kostitwenti għandu jerġa' jfassal il-kostituzzjoni fi żmien 180 jum, u billi l-aħħar rifjut jista' jtawwal l-iggvernar militari fil-pajjiż;

E.

billi l-websajts ewlenin dwar is-sitwazzjoni politika u tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tajlandja ġew inkarigati mill-NCPO jheddu s-sigurtà nazzjonali skont it-Taqsima 44 tal-kostituzzjoni interim, u billi hemm ċensura severa ta' kanali tat-televixin u l-istazzjonijiet tar-radju komunitarji assoċjati mal-fazzjonijiet politiċi nazzjonali kollha;

F.

billi l-Att dwar Assemblej Pubbliċi adottat reċentement, li daħal fis-seħħ fl-14 ta' Awwissu 2015, jirrestrinġi serjament id-dritt tal-assemblea u jimponi sentenzi iebsa ta' massimu ta' 10 snin ħabs għal delitti bħall-ostakolar tas-servizzi pubbliċi, pereżempju;

G.

billi l-persunal militari ġew maħtura bħala 'uffiċjali għall-paċi u ż-żamma tal-ordni' sabiex iżommu persuni b'mod arbitrarju, iwettqu inkjesti u jeżegwixxu tiftix mingħajr mandat;

H.

billi l-parteċipanti fi protesti paċifiċi ripetutament ġew akkużati b'sedizzjoni u ksur tal-liġi, u billi ġew arrestati 14-il attivista mill-NDM (Neo-Democracy Movement – Moviment Neo-Demokratiku);

I.

billi l-piena tal-mewt għadha qed tiġi applikata fit-Tajlandja, u billi leġiżlazzjoni ġdida wessgħet iċ-ċirkostanzi li fihom din tista' tiġi imposta;

J.

billi kien hemm żieda fl-arresti skont il-liġi ta' lèse-majesté minn meta twettaq il-kolp ta' stat;

K.

billi l-NHRC (National Human Rights Commission – Kunsill Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem) iċċaħħadlu l-aċċess għal individwi torturati jew trattati ħażin miżmuma f'arrest permanenti mingħajr akkuża jew proċess, taħt l-awtorità tal-qrati militari;

L.

billi kien hemm peġġorament fis-sigurtà tal-attivisti lokali komunitarji u tad-drittijiet tal-proprjetà sa mill-kolp;

M.

billi t-Tajlandja mhijiex parti firmatarja għall-Konvenzjoni tar-Refuġjati 1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967, u m'għandhiex qafas nazzjonali formali dwar l-asil; billi l-awtoritajiet Tajlandiżi għadhom qed jirritornaw ir-rifuġjati u lil min ifittex l-asil lejn pajjiżi fejn dawn jistgħu jiffaċċjaw persekuzzjoni;

N.

billi t-Tajlandja hija obbligata taħt it-trattati internazzjonali li hija firmatarja għalihom li tinvestiga u tagħmel prosekuzzjoni adegwata ta' tortura, imwiet fil-ħabsijiet u ksur ieħor serju allegat tad-drittijiet tal-bniedem;

O.

billi l-każ ta' diffamazzjoni kriminali kontra d-difensur tad-drittijiet tal-ħaddiema Andy Hall, ċittadin tal-UE, ġie skartat, iżda billi huwa għadu jiffaċċja akkużi ta' kriminalità tal-kompjuter u każijiet ta' diffamazzjoni u żewġ każijiet ta' diffamazzjoni ċivili, li jistgħu jirriżultaw f'sentenza ta' ħabs ta' seba' snin u miżati ta' bosta miljuni ta' dollari, wara li kkontribwixxa f'rapport ta' Finnwatch li jallega abbużi tax-xogħol minn bejjiegħ bl-ingrossa tal-pineapple Tajlandiż, minkejja l-fatt li ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema mill-kumpanija ġie kkonfermat mill-Ministeru Tajlandiż tax-Xogħol u minn impjegat tal-kumpanija matul seduti preċedenti fil-qrati; billi l-kż tiegħu se jinstema' fid-19 ta' Ottubru 2015;

P.

billi, minkejja t-Tajlandja rratifikat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Organizzazzjoni tax-Xogħol Nru 29, il-ħaddiema migranti igawdu minn ftit li xejn protezzjoni; billi t-traffikar tal-ħaddiema jikkostitwixxi problema kbira; billi s-sitwazzjoni fis-settur tas-sajd hija partikolarment inkwetanti;

Q.

billi l-UE iffriżat negozjati li kienu qed isiru mat-Tajlandja għal Ftehim Kummerċjali Liberu (FTA) bilaterali, li bdew fl-2013, u billi hija tirrifjuta li tiffirma l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), finalizzat f'Novembru 2013 sakemm ikun hemm stabbilit gvern demokratiku; billi l-UE hija t-tielet l-akbar sieħba kummerċjali tat-Tajlandja;

1.

Jilqa' l-impenn qawwi tal-UE lejn il-poplu Tajlandiż, li miegħu l-UE għandha rabtiet b'saħħithom u dejjiema politiċi, ekonomiċi u kulturali; jenfasizza li l-UE, bħala ħabiba u sieħba tat-Tajlandja, ripetutament talbet biex jiġi stabbilit mill-ġdid il-proċess demokratiku;

2.

Jinsab imħasseb ħafna madankollu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tajlandja wara l-kolp illegali ta' Mejju 2014;

3.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Tajlandiżi biex jissospendu r-restrizzjonijiet ripressivi fuq id-dritt għal-libertà u l-eżerċizzju paċifiku ta' drittijiet tal-bniedem oħra, b'mod partikolari dwak b'rabta mal-involviment paċifiku fl-attivitajiet politiċi;

4.

Jitlob lill-awtoritajiet Tajlandiżi biex jirrevokaw kundanni u sentenzi, jirtiraw akkużi u jilliberaw individwi u operaturi tal-midja li ġew sentenzjati jew akkużati talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom għal libertà tal-espressjoni jew assemblea; jitlob lill-gvern biex jirrevoka immedjatament it-Taqsima 44 tal-kostituzzjoni interim u dispożizzjonijiet relatati li jservu bħala bażi biex l-awtoritajiet Tajlandiżi jirreprimu libertajiet fundamentali u jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem b'impunità;

5.

Jitlob lill-awtoritajiet Tajlandiżi jgħinu biex jiġi pprevenut theddid għas-sigurtà li jaffettwa lill-popolazzjoni b'mod ġenerali, u jindirizzaw aħjar it-tħassib ta' membri tal-komunità u ta' attivisti tad-drittijiet tal-proprjetà;

6.

Jitlob lill-awtoritajiet Tajlandiżi jibdew mill-iktar fis it-trasferiment politiku tas-setgħat mill-awtoritajiet militari għal dawk ċivili; jieħu nota tal-pjan ċar għal elezzjonijiet liberi u ġusti u jitlob biex l-iskeda taż-żmien tiġi rispettata;

7.

Iġeġġeġ it-trasferiment ta' kull ġurisdizzjoni ġudizzjarja fuq iċ-ċivili mill-qrati militari għal dawk ċivili, u biex jintemm l-arrest arbitrarju taħt il-liġi marzjali, u miżuri li jirrestrinġu minflok isaħħu s-setgħat tal-armata li jarrestaw ċivili;

8.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iqisu mill-ġdid il-liġi tal-lèse-majesté sabiex tiġi pprevenuta penalizzazzjoni tal-eżerċizzju paċifiku tal-espressjoni politika, u jissospendu l-użu estensiv ta' din il-liġi fir-rigward ta' kwistjonijiet mhux konnessi;

9.

Jitlob li d-dritt għas-sigurtà, inkluż dak tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, jiġi rispettat u protett, u li kull ksur tad-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiġi investigat malajr, b'mod effettiv u indipendenti;

10.

Jieħu nota tal-ħatra mill-Gvern Tajlandiż tal-Kumitat għall-Abbozzar tal-Kostituzzjoni il-ġdid biex titfassal kostituzzjoni ġdida mill-iktar fis; jitlob li jkun hemm kostituzzjoni ibbażata fuq prinċipji demokratiċi bħall-ugwaljanza, il-libertà, ir-rappreżentanza ġusta, it-trasparenza, ir-responsabilità, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-aċċess pubbliku għar-riżorsi;

11.

Jitlob lill-Gvern Tajlandiż jissokta bl-obbligi kostituzzjonali u internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-indipendenza tas-settur ġudizzjarju, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, l-assoċjazzjoni u l-assemblea paċifika, u l-pluraliżmu politiku, speċjalment fid-dawl tas-severità dejjem ikbar tal-liġijiet tiegħy kontra d-diffamazzjoni;

12.

Jieħu nota mill-miżuri meħuda mill-Gvern Tajlandiż biex ikun konformi mal-istandards minimi għall-qirda tat-traffikar u biex tintemm l-iskjavitù endemika taż-żminijiet moderni fil-katina tal-provvista tas-settur tiegħu tas-sajd; iħeġġeġ lill-gvern biex jimplimenta dawn il-miżuri bħala kwistjoni ta' urġenza, u biex iżid l-isforzi tiegħu;

13.

Jitlob lit-Tajlandja tiffirma u tirratifika l-Konvenzjoni tar-Refuġjati tal-1951 jew il-Protokoll tagħha tal-1967;

14.

Iħeġġeġ lit-Tajlandja tieħu passi konkreti lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

15.

Jilqa' bis-saħħa l-approvazzjoni tal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tat-Tajlandja, li jagħti sinjali ta' ġejjieni iktar inklużiv għat-trattament, min-naħa tal-pajjiż skont il-liġi, tal-persuni lesbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru (LGBT);

16.

Jilqa' d-deċiżjoni li jiġi rrifjutat il-każ ta' diffamazzjoni kriminali kontra Andy Hall, u dwar ir-rilaxx sussegwenti tiegħu; jitlob biex il-każijiet ta' kriminalità tal-kompjuter u ta' diffamazzjoni kriminali mibdija kontrih fil-Qorti Kriminali tan-Nofsinhar ta' Bangkok jitwaqqgħu wkoll, billi l-azzjonijiet tiegħu bħala difensur tad-drittijiet tal-bniedem kienu immirati biex jesponu każijiet ta' traffikar tal-bnedmin u biex tittejjeb is-sitwazzjoni legali tal-ħaddiema migranti fit-Tajlandja, li jikkonferma d-dritt tiegħu li jwettaq riċerka u appoġġ mingħajr biża' ta' tpattija; jesprimi t-tħassib tiegħu, fir-rigward tal-każijiet ta' diffamazzjoni ċivili, li l-proċess tiegħu jista' ma jkunx kompletament imparzjali, billi kien hemm rapporti dwar konnessjonijiet ta' sjieda bejn il-kumpanija li qed tħarrek u politiċi Tajlandiżi ta' livell għoli; jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE biex tibqa' ssegwi s-sitwazzjoni legali tiegħu mill-qrib u tattendi l-proċess tiegħu;

17.

Jilqa' l-liberazzjoni fl-1 ta' Settembru 2015 mill-Qorti Provinċjali ta' Phuket tal-ġurnalisti Chutima “Oi” Sidasathian u Alan Morison;

18.

Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, u lill-UE b'mod partikolari, biex jivestu l-isforzi tagħhom kollha fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-ħidma taħt skjavitù u l-migrazzjoni furzata permezz ta' appoġġ tal-kollaborazzjoni internazzjonali dwar il-monitoraġġ u l-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem b'rabta ma' kwistjonijiet ta' xogħol;

19.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Gvern Tajlandiż jagħtu bidu għal djalogu kostruttiv dwar kwistjonijiet relatati mal-proċessi ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u demokratizzazzjoni fit-Tajlandja u fir-reġjun; itenni l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' demokratizzazzjoni fit-Tajlandja;

20.

Jappoġġa lill-Kummissjoni u lis-SEAE fiż-żamma ta' pressjoni ekonomika u politika sabiex jiġi żgurat ir-ritorn tat-Tajlandja lejn governanza demokratika; ifakkar lill-Gvern Tajlandiż, b'rabta ma' dan, li ma jista' jsir ebda progress dwar l-FTA u l-FSK bejn l-UE u t-Tajlandja sakemm il-ġunta militari tibqa' fil-poter;

21.

Jilqa' r-rwol ġdid tat-Tajlandja bħala koordinatur tal-pajjiżi għar-relazzjonijiet ASEAN-UE għall-2015-2018; jirrimarka dwar il-benefiċċji reċiproċi li kemm l-ASEA kif ukoll l-UE igawdu minnhom permezz tal-kooperazzjoni ta' bejniethom;

22.

Jitlob lis-SEAE u lid-Delegazzjoni tal-UE, kif ukoll lid-delegazzjonijiet tal-Istati Membri, biex jagħmlu użu mill-istrumenti kollha disponibbli biex jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fit-Tajlandja, b'mod partikolari billi jibqgħu josservaw investigazzjonijiet u seduti ta' smigħ fi proċessi ta' mexxejja tal-oppożizzjoni;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tajlandja, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN.


(1)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 152.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0107.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0211.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/30


P8_TA(2015)0344

L-ispostar tal-massa tat-tfal fin-Niġerja bħala riżultat tal-attakki tal-Boko Haram

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispostar tal-massa tat-tfal fin-Niġerja bħala riżultat tal-attakki tal-Boko Haram (2015/2876(RSP))

(2017/C 349/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Niġerja, b’mod partikolari dawk tas-17 ta’ Lulju 2014 (1) u t-30 ta’ April 2015 (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, inklużi dawk tat-8 ta' Jannar, tad-19 ta' Jannar, tal-31 ta' Marzu, tal-14 u l-15 ta' April, u tat-3 ta’ Lulju 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-28 ta’ Lulju 2015,

wara li kkunsidra d-diskors tal-President Muhammadu Buhari lill-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-28 ta’ Settembru 2015, u lis-summit tan-NU għall-ġlieda kontra t-terroriżmu,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, adottata fil-31 ta’ Ottubru 2000,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana (OAU) dwar id-Drittijiet u l-Benesseri tat-Tfal tal-1990,

wara li kkunsidra l-Att dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-2003, iffirmat bħala liġi mill-Gvern Federali tan-Niġerja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, ratifikata min-Niġerja fis-16 ta' Mejju 2003, u l-Protokoll Addizzjonali, ratifikat min-Niġerja fit-22 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Fond Fiduċjarju tal-UE ta’ Emerġenza għall-istabbiltà u l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati fl-Afrika,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-ksur u l-abbużi mwettqa mill-Boko Haram u l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi milquta, tad-29 ta’ Settembru 2015; wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-possibbiltà li membri tal-Boko Haram jistgħu jiġu akkużati b’delitti tal-gwerra,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi n-Niġerja, li għandha l-akbar popolazzjoni u l-ikbar ekonomija fl-Afrika, hija kkaratterizzata minn diversità etnika u diviżjonijiet reġjonali u reliġjużi u maqsuma bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar b’inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali gravi, mill-2009 saret il-kamp tal-battalja tal-grupp terroristiku Iżlamiku Boko Haram leali lejn id-Da’esh; billi l-grupp terroristiku sar theddida dejjem akbar għall-istabbiltà tan-Niġerja u r-reġjun tal-Punent tal-Afrika; billi l-forzi tas-sigurtà Niġerjani sikwit użaw forza eċċessiva u wettqu abbużi waqt l-operazzjonijiet militari ta’ kontra s-sedizzjoni;

B.

billi mill-inqas 1 600 ċivil inqatlu mill-Boko Haram f’dawn l-aħħar erba’ xhur, biex b’hekk l-għadd ta’ mwiet ta’ ċivili fl-2015 biss s’issa tela’ għal mill-inqas 3 500;

C.

billi minn mindu bdiet is-sedizzjoni tal-Boko Haram, l-azzjonijiet immirati ta’ dan il-grupp kontra t-tfal tal-iskola fiż-żona ħallew lit-tfal mingħajr aċċess għall-edukazzjoni: 10,5 miljun tifel u tifla tal-età tal-iskola primarja fin-Niġerja ma jmorrux l-iskola; skont il-UNESCO, din hi l-ogħla ċifra ta’ tfal barra mill-iskola fid-dinja; bħall-Al Shabaab fis-Somalja, AQIM, MUJAO u Ansar Dine fit-Tramuntana tal-Mali u t-Taliban fl-Afganistan u l-Pakistan, il-Boko Haram jattakka lit-tfal u n-nisa li qegħdin jedukaw ruħhom;

D.

billi minkejja avvanzi mill-forzi armati Niġerjani u reġjonali, l-attakki u l-attakki bil-bombi suwiċida, li qegħdin jiżdiedu u li jestendu lil hinn mill-fruntiera tal-pajjiż f'pajjiżi ġirien, qegħdin jheddu l-istabbiltà u l-għajxien ta' miljuni ta' nies fir-reġjun kollu; billi t-tfal jinsabu f’periklu kritiku minħabba s-sitwazzjoni umanitarja li qiegħda teħżien, b’insigurtà tal-ikel li qiegħda tiggrava u aċċess fqir għall-edukazzjoni, ilma tajjeb għax-xorb u servizzi tas-saħħa;

E.

billi skont in-NU, il-vjolenza fl-istati ta’ Borno, Yobe u Adamawa dan l-aħħar wasslet biex l-għadd ta’ persuni spostati internament żdied drammatikament għal 2,1 miljuni, li 58 % minnhom huma tfal, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni; billi aktar minn 3 miljun ruħ intlaqtu mis-sedizzjoni, u 5,5 miljuni għandhom bżonn ta’ assistenza umanitarja fil-Baċin tal-Lag taċ-Chad;

F.

billi n-Niġerja rnexxielha torganizza elezzjonijiet presidenzjali u governattivi li fil-parti l-kbira kienu paċifiċi, minkejja li l-Boko Haram hedded li se jostakola l-votazzjoni; billi n-Niġerja u l-pajjiżi ġirien tagħha ħolqu Task Force Konġunta Multinazzjonali (MNJTF) fil-11 ta' Ġunju 2015 f’Abuja, fid-dawl tad-deċiżjonijiet meħuda f'Niamey f’Jannar 2015 dwar il-ġlieda kontra Boko Haram;

G.

billi mill-2009 ’l hawn il-Boko Haram ħataf aktar minn 2 000 mara u tifla fin-Niġerja, fosthom 276 tifla tal-iskola minn Chibok fil-Grigal tal-pajjiż fl-14 ta’ April 2014, att li kexkex lid-dinja kollha u wassal għal kampanja internazzjonali (“Bring Back Our Girls”) biex jiġu salvati; billi aktar minn sena u nofs wara, ’il fuq minn 200 minnhom għadhom ma nstabux;

H.

billi minn dakinhar ’l hawn ħafna aktar tfal ġew irrappurtati nieqsa, jew inkella nħatfu jew ġew reklutati biex iservu bħala ġellieda jew ħaddiema domestiċi, waqt li l-bniet ikunu soġġetti għall-istupru u ż-żwieġ furzat jew imġiegħla jsiru Musulmani; billi minn April tal-2015, xi 300 tifla oħra li ġew salvati mill-forzi tas-sigurtà Niġerjani minn fortizzi tat-terroristi u madwar 60 oħra li rnexxielhom jaħarbu lil min kien qiegħed iżommhom iddeskrivew il-ħajja tagħhom lill-organizzazzjoni Human Rights Watch bħala esperjenza ta’ vjolenza u terrur ta’ kuljum, apparti l-abbużi fiżiċi u psikoloġiċi; billi skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitt Armat, il-kunflitt armat fil-Grigal tan-Niġerja tul is-sena li għaddiet kien wieħed mill-aktar qattiela fid-dinja fir-rigward tat-tfal, b’każijiet ta’ qtil, għadd jiżdied ta’ każijiet ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal, u ħafna każijiet ta’ ħtif u vjolenza sesswali kontra l-bniet; billi l-UNICEF tgħid li aktar minn 23 000 tifel u tifla kellhom iħallu lill-ġenituri tagħhom u djarhom minħabba l-vjolenza, u jaħarbu biex isalvaw ħajjithom, jew lejn partijiet oħra tan-Niġerja stess jew inkella lejn il-Kamerun, iċ-Chad u n-Niġer;

I.

billi l-parti l-kbira tat-tfal li jgħixu fil-kampijiet għal persuni spostati internament u f’kampijiet tar-rifuġjati tilfu lil ġenitur wieħed jew it-tnejn li huma (maqtula jew mitlufa), kif ukoll lil ħuthom jew qraba oħra; billi minkejja li għadd ta’ organizzazzjonijiet umanitarji nazzjonali u internazzjonali qegħdin joperaw fil-kampijiet, l-aċċess għad-drittijiet bażiċi għal ħafna minn dawn it-tfal – bħan-nutrizzjoni, il-kenn (iffollat iżżejjed u kundizzjonijiet sanitarji ħżiena), is-saħħa u l-edukazzjoni – għadu verament fqir;

J.

billi fis-subreġjun (in-Niġerja, il-Kamerun, iċ-Chad u n-Niġer), hemm mill-inqas 208 000 tifel u tifla mingħajr aċċess għall-edukazzjoni, waqt li 83 000 m’għandhomx aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb, u 23 000 tifel u tifla fil-Grigal tan-Niġerja spiċċaw mifruda minn qrabathom;

K.

billi żdiedu l-attakki mill-Boko Haram fin-Niġerja, kif ukoll fil-pajjiżi ġirien tal-Kamerun, iċ-Chad u n-Niġer; billi l-Boko Haram għadu qiegħed jaħtaf it-tfal u n-nisa biex iġorru tagħmir splussiv, u jużawhom, mingħajr ma jgħarrfuhom, biex iwettqu attakki suwiċida bil-bombi; billi xi wħud minn dawk li fittxew rifuġju man-naħa Chadjana tal-Lag taċ-Chad kienu għal darb’ oħra fil-mira tal-istess terroristi fiċ-Ċad;

L.

billi f’Ġunju 2015 l-UE pprovdiet EUR 21 miljun f’għajnuna umanitarja għall-persuni spostati fin-Niġerja u f’pajjiżi ġirien milquta mill-vjolenza ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi;

M.

billi l-UNICEF, flimkien mal-gvernijiet u s-sħab fin-Niġerja, il-Kamerun, iċ-Chad u n-Niġer, qiegħda żżid l-operazzjonijiet tagħha biex tassisti eluf ta' tfal u l-familji tagħhom fir-reġjun billi tipprovdi aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb, edukazzjoni, servizzi ta' konsulenza’ u appoġġ psikoloġiku kif ukoll tilqim u trattament għall-malnutrizzjoni akuta gravi; billi l-UNICEF din is-sena irċeviet 32 % biss tal-USD 50,3 miljun meħtieġa għar-rispons umanitarju tagħha fir-reġjun tal-Lag Chad;

N.

billi numru ta' nisa u tfal maħtufa li ħarbu jew ġew salvati jew meħlusa rritornaw id-dar tqal jew fi bżonn urġenti ta' kura tas-saħħa riproduttiva u materna, u oħrajn għandhom nuqqas ta' aċċess għal skrinjar tas-saħħa ta' wara l-istupru, kura post-trawmatika, appoġġ soċjali u konsulenza relatat mal-istupru, skont il-Human Rights Watch; billi l-Kummissjoni ddikjarat li meta t-tqala tikkawża tbatija insopportabbli lin-nisa huma għandhom ikollhom aċċess għall-firxa sħiħa ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva bbażati fuq il-kundizzjoni medika tagħhom, u b'hekk affermat li d-dritt internazzjonali umanitarju għandu jipprevali fi kwalunkwe każ;

1.

Jikkundanna bil-qawwa d-delitti ta' Boko Haram, inklużi attakki terroristiċi u attakki bil-bombi suwiċida fiċ-Chad, fil-Kamerun u fin-Niġer; jappoġġa lill-vittmi u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji kollha li tilfu l-għeżież tagħhom; jiddenunzja l-vjolenza bla waqfien li għaddejja fl-istati Niġerjani ta’ Borno, Yobe u Adamawa u fi bliet oħra fil-pajjiż;

2.

Jikkundanna l-atti li wasslu għall-ispostament tal-massa ta' tfal innoċenti u jappella għal azzjoni internazzjonali koordinata immedjata biex tassisti l-ħidma tal-aġenziji tan-NU u tal-NGOs biex tipprevjeni li tfal u żgħażagħ spostati jkunu soġġetti għal skjavitù sesswali, forom oħra ta' vjolenza sesswali u ħtif u milli jkunu sfurzati f'kunflitt armat kontra miri ċivili, governattivi u militari fin-Niġerja mis-setta terroristika Boko Haram; jenfasizza l-ħtieġa fundamentali li jiġu protetti kif xieraq id-drittijiet tat-tfal fin-Niġerja, pajjiż li 40 % tat-total tal-popolazzjoni hija ta' taħt l-14-il sena;

3.

Jemmen li fil-każijiet ta' tfal li preċedentement kienu assoċjati mal-Boko Haram jew gruppi armati oħra, għandhom jitqiesu miżuri mhux ġudizzjarji bħala alternattivi għall-prosekuzzjoni u d-detenzjoni;

4.

Jilqa' t-tħabbira reċenti mill-Kummissjoni ta’ fondi addizzjoni sabiex jagħtu spinta lill-għajnuna umanitarja urġenti lir-reġjun; jesprimi, madankollu, tħassib serju dwar id-disparità bejn l-impenji u l-pagamenti mill-komunità internazzjoni b'mod ġenerali għall-operazzjonijiet tal-UNICEF fir-reġjun; jistieden lid-donaturi jonoraw l-impenji tagħhom mingħajr dewmien sabiex jindirizzaw il-bżonn kroniku għall-aċċess għall-fornimenti bażiċi bħall-ilma għax-xorb, il-kura tas-saħħa bażika u l-edukazzjoni;

5.

Jistieden lill-President tan-Niġerja u lill-Gvern Federali tiegħu, li ġie maħtur reċentement, jadottaw miżuri sodi sabiex jipproteġu l-popolazzjoni ċivili, jpoġġu enfasi speċjali fuq il-protezzjoni tan-nisa u t-tfal, u jpoġġu d-drittijiet tan-nisa u t-tfal bħala prijorità fil-ġlieda kontra l-estremiżmu, jipprovdu għajnuna lill-vittmi u jipproċedu kontra dawk li jiksrul-liġi, u jiżguraw il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

6.

Jistieden lill-Gvern Niġerjan iniedi, kif imwiegħed mill-President Buhari, investigazzjoni urġenti, indipendenti u b’reqqa tad-delitti skont id-dritt internazzjonali u ta' ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem mill-parijiet kollha fil-kunflitt;

7.

Jilqa' l-bidla fit-tmexxija tal-militar u jitlob li l-abbużi kollha tad-drittijiet tal-bniedem u tad-delitti mwettqa kemm mit-terroristi u mill-forzi tas-sigurtà Niġerjani jkunu investigati sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' responsabbiltà osservata taħt il-presidenza preċedenti; jilqa' l-wegħda tal-President Buhari li jinvestiga evidenza li l-forzi militari Niġerjani wettqu ksur sejru tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra u atti li jistgħu jikkostitwixxi delitti kontra l-umanità;

8.

Iħeġġeġ lill-President tar-Repubblika Federali jindirizza l-isfidi involuti biex jirrispetta l-wegħdiet tal-kampanja kollha u d-dikjarazzjonijiet reċenti, l-aktar importanti fosthom hija dik li jegħleb it-theddida terroristika, li jagħmel ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju pilastru ċentrali tal-operazzjonijiet militari, li jġib lura l-bniet ta’ Chibok u n-nisa u t-tfal l-oħra kollha maħtufa ħajjin u mhux imweġġgħin, jindirizza l-problema li dejjem qiegħda tiżdied ta' malnutrizzjoni, u jiġġieled il-korruzzjoni u l-impunità sabiex jiskoraġġixxi abbużi fil-ġejjieni u jaħdem għall-ġustizzja għal kull vittma;

9.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerjani u lill-komunità internazzjonali taħdem flimkien mill-qrib u żżid l-isforsi sabiex treġġa' lura x-xejra kontinwa lejn aktar spostament ta' persuni; jilqa' d-determinazzjoni espressa fis-Summit Reġjonali ta' Niamey fl-20 u l-21 ta' Jannar 2015 mit-13-il pajjiż parteċipanti, b'mod partikolari l-impenn taċ-Ċad, flimkien mal-Kamerun u n-Niġer, fil-ġlieda kontra t-theddid terroristiku tal-Boko Haram; jistieden lit-Task Force Konġunta Multinazzjonali (MNJTF) tosserva d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali bir-reqqa fl-operazzjonijiet tagħha kontra l-Boko Haram; itenni li approċċ militari waħdu mhuwiex biżżejjed biex jiġġieled s-sedizzjoni mill-Boko Haram;

10.

Ifakkar li l-oriġini tal-Boko Haram għandhom l-għeruq tagħhom f'ilmenti dwar governanza fqira, korruzzjoni estensiva u inugwaljanza qawwija fis-soċjetà Niġerjana; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerjani jeliminaw il-korruzzjoni, il-ġestjoni ħażina u l-ineffiċjenzi fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fl-armata, u jippromwovu tassazzjoni ġusta; jappella għall-adozzjoni ta' miżuri li jaqtgħu s-sorsi tal-introjtu illegali tal-Boko Haram, permezz ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, b'mod partikolari fir-rigward tal-kuntrabandu u t-traffikar;

11.

Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tgħin lin-Niġerja u l-pajjiżi ġirien li jospitaw ir-refuġjati (il-Kamerun, iċ-Chad u n-Niġer) biex jipprovdu l-assistenza kollha medika u psikoloġika meħtieġa lil dawk fil-bżonn; jappella lill-awtoritajiet fis-subreġjun jiżguraw li jiffaċilitaw l-aċċess għall-firxa sħiħa ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva lin-nisa u lill-bniet li ġew stuprati, skont l-Artikolu 3 komuni tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra; jenfasizza l-bżonn li jiġi implimentat standard universali għat-trattament ta' vittmi ta' stupru waqt gwerra u żgurata is-supremazija tad-dritt umanitarju f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat; jesprimi s-simpatija kollha tiegħu man-nisa u t-tfal li ssopravivew it-terroriżmu għami mwettaq mill-Boko Haram; jappella għall-istabbiliment ta' programmi edukattivi speċjalizzati mmirati għan-nisa u tfal li huma vittmi ta' gwerra u għas-soċjetà b'mod globali, sabiex jgħinuhom jegħlbu t-terrur li esperjenzaw, jagħtuhom informazzjoni xierqa u komprensiva, li jiġġieldu kontra l-istigmi u l-esklużjoni soċjali u li jgħinhuom isiru membri denji tas-soċjetà;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-assistenza għat-tfal u żgħażagħ spostati fin-Niġerja, il-Kamerun, iċ-Chad u n-Niġer, b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni minn kull forma ta' vjolenza ħarxa u relatata mal-ġeneru u dwar l-aċċess għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għall-ilma tajjeb għax-xorb fi ħdan il-qafas tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-istabbiltà u li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u persuni spostati fl-Afrika;

13.

Jistieden lill-Gvern Niġerjan jieħu l-miżuri biex jiffaċilita r-ritorn ta' persuni spostani, speċjalment tfal, jiġġarantixxi s-sigurtà tagħhom, u jassisti lill-NGOs fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet fil-kampijiet għall-persuni spostati mill-kunflitt, fost oħrajn, billi jipprovdi iġene u sanità biex jipprevjeni l-possibbiltà ta' tixrid ta' mard;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, l lil-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Federali tan-Niġerja, u lir-rappreżentanti tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) u l-Unjoni Afrikana.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2014)0008.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0185.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/34


P8_TA(2015)0345

Il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr (2015/2883(RSP))

(2017/C 349/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċendenti tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-każ tas-Sur Raif Badawi, mill-Arabja Sawdija (1) u tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq (2);

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, adottati f'Ġunju 1998, u l-verżjoni riveduta u aġġornata ta' April 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari dik tat-18 ta’ Diċembru 2014 dwar il-moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt fid-dinja (A/RES/69/186),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-22 ta' Settembru 2015 mill-esperti tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jiddikkjara d-dritt ta' kulħadd għal-libertà tal-espressjoni, u l-Artikolu 4 li jipprojbixxi t-tortura,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem adottati f'Ġunju 2004 u riveduti f'Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tagħha l-Arabja Sawdija hija parti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħha l-Arabja Sawdija hi parti, b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tagħha, li tiggarantixxi d-dritt għall-informazzjoni u l-libertà ta' opinjoni u tal-espressjoni u l-Artikolu 8 tagħha, li jipprojbixxi tortura fiżika jew psikoloġika u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor,

wara li kkunsidra l-każ addizzjonali reċenti ta' kundanna għall-qtugħ ir-ras tat-tieni minorenni, Dawoud al-Marhoon, li, fl-età ta' 17-il sena, allegatament kien ittorturat u mġiegħel jiffirma konfessjoni li l-uffiċjali użaw biex jikkundannawh wara li kien arrestat matul protesti fil-Provinċja tal-Lvant tal-Arabja Sawdija f'Mejju 2012;

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Ali Mohammed al-Nimr, ta' 21 sena u neputi ta' dissident prominenti tal-gvern, kien ikkundannat għall-piena kapitali f'Mejju 2015, skont kif rappurtat għal qtugħ ir-ras segwit minn kruċifissjoni mill-Qorti Suprema tal-Arabja Sawdija fuq akkużi kriminali inklużi sedizzjoni, irvell, protesti, serq u li jagħmel parti minn ċellula terroristika f'Mejju 2015; billi Ali al-Nimr kien għad ma kellux 18-il sena – u għalhekk minorenni – meta kien arrestat waqt li kien qed jipprotesta għad-demokrazija u d-drittijiet ugwali fl-Arabja Sawdija; billi hu kien ikkundannat għall-mewt waqt protesti fil-Provinċja prinċipalment Xiita tal-Lvant tal-Arabja Sawdija; billi kien allegat minn sorsi affidabbli li Ali al-Nimr kien ittorturat u mġiegħel jiffirma l-konfessjoni tiegħu; billi hu ġie mċaħħad minn kull garanzija ta' proċess sikur u proċess legali xieraq f'konformità mad-dritt internazzjonali;

B.

billi l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt fuq xi ħadd li kien għadu minorenni meta saret l-offiża u dan wara allegazzjonijiet ta' tortura hi inkompatibbli mal-obbligi internazzjonali tal-Arabja Sawdija;

C.

billi l-projbizzjoni ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti hi inkluża fl-istrumenti internazzjonali u reġjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem, u tikkostitwixxi regola tad-dritt konswetudinarju internazzjonali, li hi għalhekk vinkolanti fuq l-istati kollha, indipendentement minn jekk ikunux irratifikaw il-ftehimiet internazzjonali relevanti;

D.

billi ż-żieda fl-għadd ta' sentenzi tal-mewt hi marbuta sew mas-sentenzi tal-Qorti Kriminali Speċjalizzat tal-Arabja Sawdija fi proċessi bħala rispons għal offiżi relatati mat-terroriżmu; billi skont l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-inqas 175 eżekuzzjoni twettqu bejn Awwissu 2014 u Ġunju 2015 fl-Arabja Sawdija;

E.

billi dan il-każ hu wieħed minn ħafna li fih sentenzi kiefra kif ukoll fastidju intużaw kontra attivisti Saudi li ġew ippersegwitati għaliex esprimew il-fehmiet tagħhom, diversi minnhom ġew ikkundannati, skont proċeduri li huma 'l bogħod minn standards internazzjonali dwar proċessi ġusti, kif ġie kkonfermat mill-Kummissarji Għoli preċedenti tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Lulju 2014;

F.

billi l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikkjara li kull bniedem għandu dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline; billi dan id-dritt jinkludi l-libertà għall-opinjoni mingħajr xkiel u li wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta’ kwalunkwe midja u irrispettivament mill-fruntieri;

G.

billi l-Ambaxxatur tal-Arabja Sawdija għan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra, l-E.T. Faisal bin Hassan Trad, kien maħtur President ta' panel ta' esperti indipendenti fuq il-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

H.

billi l-ftuħ tad-djalogu bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija (KSA) u l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jista' jkun pass kostruttiv biex jissaħħaħ il-fehim reċiproku u jiġu promossi riformi fil-pajjiż inkluża r-riforma tal-ġudikatura;

I.

billi l-Arabja Sawdija hi attur politiku u ekonomiku influenti u importanti fil-Lvant Nofsani u r-reġjun tal-Afrika ta' Fuq;

1.

Jikkundanna bil-qawwa s-sentenza ta' Ali Mohammed al-Nimr għall-piena tal-mewt; itenni l-kundanna tiegħu kontra l-użu tal-piena tal-mewt u jappoġġa bis-sħiħ l-introduzzjoni ta' moratorju fir-rigward tal-piena tal-mewt, bħala pass favur it-tneħħija tagħha;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija u b'mod partikolari l-Majestà Tiegħu r-Re tal-Arabja Sawdija Salman bin Abdulaziz Al Saud biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni ta' Ali Mohammed al-Nimr u jagħti maħfra jew ibiddel is-sentenza; jistieden lis-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri jużaw l-għodda diplomatika kollha tagħhom u l-isforzi tagħhom biex immedjatament iwaqqfu din l-eżekuzzjoni;

3.

Ifakkar lir-Renju tal-Arabja Sawdija li hi parti statali għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tipprojbixxi b'mod strett l-użu tal-piena tal-mewt għal reati li jsiru minn persuna taħt it-18-il sena;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jabolixxu l-Qorti Kriminali Speċjalizzata, li ġiet stabbilita fl-2008 biex tipproċessa l-każijiet tat-terroriżmu iżda kulma jmur aktar bdiet tħarrek lil dissidenti paċifiċi fuq akkużi li apparentement kienu politikament motivati u fi proċedimenti li jiksru d-dritt fundamentali għal proċess ġust;

5.

Jistieden lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jiżgura investigazzjoni immedjata u imparzjali fl-allegati atti ta' tortura u biex jiżgura li Ali Mohammed al-Nimr jingħata attenzjoni medika li jeħtieġ, kif ukoll aċċess regolari għall-familja tiegħu u għal avukat;

6.

Ifakkar lill-Arabja Sawdija fl-impenji tagħha bħala membru tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota li l-Arabja Sawdija reċentement inħatret president fuq panel ta' esperti indipendenti fil-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet tas-Sawdi jiżguraw li l-istandards tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiż tagħhom ikunu konsistenti mar-rwol internazzjonali tagħhom;

7.

Jitlob għal mekkaniżmu msaħħaħ għal djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u skambju ta' għarfien espert dwar kwistjonijiet ta' ġustizzja u dawk legali sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet individwali fir-Renju bi qbil mal-proċess ta' riforma ġudizzjarja li ħa r-Renju tal-Arabja Sawdija; jistieden lill-awtoritajiet tal-KSA isegwu r-riformi meħtieġa dwar id-drittijiet tal-bniedem u partikolarment dawk li jirrigwardaw il-limitazzjoni fuq il-piena tal-mewt u l-piena kapitali;

8.

Jinkoraġġixxi lill-Arabja Sawdija tiffirma u tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li daħal fis-seħħ fl-1976, li l-Artikolu 6 tiegħu jiddikjara li 'kull bniedem għandu dritt inerenti għall-ħajja';

9.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda rappurtata fl-għadd ta' sentenzi ta' mewt fir-Renju tal-Arabja Sawdija fl-2014 u r-rata allarmanti li biha s-sentenzi tal-qorti qed jordnaw il-piena tal-mewt fl-2015;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlament u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Majestà Tiegħu ir-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija, lill-Kummissarju Għġoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  Testi Adottati, P8_TA(2015)0037.

(2)  Testi Adottati, P7_TA(2014)0207.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/37


P8_TA(2015)0347

Il-leġiżlazzjoni ipotekarja u strumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u strumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja (abbażi tal-petizzjonijiet li waslu) (2015/2740(RSP))

(2017/C 349/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Petizzjoni 626/2011 u 15-il petizzjoni oħra dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja fi Spanja (179/2012, 644/2012, 783/2012, 1669/2012, 0996/2013, 1345/2013, 1249/2013, 1436/2013, 1705/2013, 1736/2013, 2120/2013, 2159/2013, 2440/2013, 2563/2013 u 2610/2013),

wara li kkunsidra l-Petizzjoni 513/2012 u 21petizzjoni oħra dwar strumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja (548/2012, 676/2012, 677/2012, 785/2012, 788/2012, 949/2012, 1044/2012, 1247/2012, 1343/2012, 1498/2012, 1662/2012, 1761/2012, 1851/2012, 1864/2012, 169/2013, 171/2013, 2206/2013, 2215/2013, 2228/2013, 2243/2013 u 2274/2013),

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet mal-petizzjonanti kkonċernati, l-aktar reċenti fis-16 ta’ April 2015,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni – fid-dibattitu konġunt tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza – dwar ir-reviżjoni u l-estensjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2014 fir-rigward ta' approċċ ġdid għall-falliment u l-insolvenza tan-negozji, fir-rigward tal-insolvenza tal-familji u ta' opportunitajiet ġodda għal individwi u unitajiet domestiċi,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-mistoqsija tiegħu lill-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u strumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja (abbażi tal-petizzjonijiet li waslu) (O-000088/2015 – B8-0755/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-għadd kbir ta’ petizzjonijiet li waslu xeħtu dawl fuq eluf ta’ każijiet personali traġiċi fejn iċ-ċittadini esperjenzaw telf parzjali jew komplet tal-flus li faddlu f'ħajjithom u billi dawn il-petizzjonijiet jenfasizzaw l-ostakli li l-konsumaturi jiffaċċjaw meta jippruvaw jiksbu informazzjoni preċiża u essenzjali dwar l-istrumenti finanzjarji;

B.

billi fi Spanja organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qegħdin ikomplu jipprotestaw kontra mijiet ta’ eluf ta’ żgumbramenti, termini abbużivi f’kuntratti ipotekarji u n-nuqqas ta’ protezzjoni għal dawk li jissellfu; billi, skont waħda minn dawk l-organizzazzjonijiet, il-Pjattaforma għall-Vittmi tas-Self Ipotekarju (Plataforma de Afectados por la Hipoteca – PAH), kien hemm 19,261 żgumbrament fi Spanja matul l-ewwel kwart tal-2015 (6 % aktar meta mqabbel mal-istess kwart tal-2014); billi l-organizzazzjoni PAH tikkalkula li mill-2008 ‘l hawn kien hemm aktar minn 397,954 żgumbrament fi Spanja; billi aktar minn 100,000 unità domestika tilfu djarhom;

C.

billi l-impatt tal-kriżi aggrava s-sitwazzjoni tal-familji żgumbrati, li xorta jridu jħallsu d-dejn ipotekarju tagħhom u l-interessi li dejjem jiżdiedu fuqu; billi l-Gvern Spanjol introduċa l-possibbiltà ta' “datio in solutum” bħala miżura eċċezzjonali skont il-Liġi 6/2012; ifakkar li skont id-dejta uffiċjali mit-tieni kwart tal-2014, “datio in solutum” ġie approvat biss għal 1,467 każ minn 11,407 applikazzjoni, jew 12,86 % tat-total;

D.

billi ġew identifikati għadd ta’ klawsoli u prattiki abbużivi fis-settur ipotekarju fi Spanja minn qrati nazzjonali u Ewropej (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja C-243/08, Pannon-GSM; C-618/10, Banco Español de Crédito; u C-415/11 Catalunyacaixa) u dawn kellhom ikunu prevenuti mid-Direttivi 93/13/KEE, 2004/39/KE u 2005/29/KE li kieku dawk id-direttivi kienu kollha trasposti u implimentati għalkollox fi Spanja;

E.

billi d-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali (id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju) se tkun applikabbli għal kuntratti ta' kreditu ipotekarju magħmulawara l-21 ta’ Marzu 2016, u se tesiġi li l-kredituri jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt ta' kreditu;

F.

billi bħala konsegwenza tas-sentenza Aziz (Kawża C-415/11), l-awtoritajiet Spanjoli adottaw, skont proċedura aċċellerata, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-protezzjoni għad-debituri ta’ ipoteki, ir-ristrutturar tad-dejn u l-kera soċjali (Ley 1/2013de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de la deuda y alquiler social);

G.

billi, bħala riżultat tas-sentenza tal-Kawża C-169/14, l-awtoritajiet Spanjoli emendaw is-sistema tal-appell tas-self ipotekarju nazzjonali permezz ta’ dispożizzjoni finali fil-Liġi 9/2015 tal-25 ta’ Mejju 2015, dwar miżuri urġenti fi kwistjonijiet ta’ falliment (Ley 9/2015 de medidas urgentes en material concursal) biex tinġieb konformi mad-Direttiva 93/13/KEE;

H.

billi l-Parlament Spanjol adotta “Kodiċi ta’ prattika tajba għal ristrutturazzjoni viabbli ta' djun li għandhom x’jaqsmu ma’ ipoteki fuq ir-residenzi abitwali” li b’mod ġenerali ġie injorat mill-korpi finanzjarji minħabba l-istatus volontarju tiegħu u li kellu riżultati limitati ħafna biex ikunu evitati l-iżgumbramenti jew li jippromovi “datio in solutum”, minħabba li r-rekwiżiti ta' eliġibbiltà jiskwalifikaw aktar minn 80 % ta' dawk affettwati;

I.

billi f'ħafna każijiet il-konsumaturi ma kinux infurmati sew mill-banek dwar il-firxa tar-riskji assoċjati mal-investimenti proposti, u billi f'tali każijiet il-banek naqsu wkoll milli jwettqu testijiet ta' adegwatezza biex jistabbilixxu jekk il-klijenti kellhomx tagħrif biżżejjed biex jagħrfu r-riskji finanzjarji li kienu qegħdin jesponu lilhom infushom għalihom; billi bosta miċ-ċittadini milquta huma persuni anzjani li investew it-tfaddil li għamlu f'ħajjithom f'investimenti li ntqalilhom li huma mingħajr ebda riskju;

J.

billi matul dawn l-aħħar ftit snin, huwa stmat li 700,000 ċittadin Spanjol sfaw vittmi ta’ frodi finanzjarja għaliex il-banek tagħhom bigħulhom b'mod qarrieq strumenti finanzjarji riskjużi mingħajr ma infurmawhom b'mod xieraq dwar il-livell tar-riskji u l-implikazzjonijiet reali tal-fatt li ma kienx se jkollhom aċċess għat-tfaddil tagħhom;

K.

billi l-mekkaniżmu ta' arbitraġġ implimentat mill-awtoritajiet Spanjoli ġie rrifjutat minn bosta mill-vittmi tal-frodi finanzjarja;

L.

billi d-Direttiva dwar is-Swieq fi Strumenti Finanzjarji (MiFID) (id-Direttiva 2004/39/KE) tirregola l-forniment ta’ servizzi ta’ investiment minn ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, inklużi ishma preferenzjali ('preferentes') billi l-Artikolu 19 tal-MiFID ifassal obbligi kummerċjali għal dawk li jipprovdu servizzi ta’ investiment lill-klijenti;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawża C-415 (Aziz) u tad-Direttiva 93/13/KEE dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja fl-Istati Membri kollha sabiex tiżgura konformità sħiħa mill-awtoritajiet nazzjonali;

2.

Jistieden lill-entitatjiet finanzjarji madwar l-Unjoni biex jieqfu jġibu ruħhom b'mod abbużiv mal-klijenti fil-qasam tal-ipoteki, ta' prodotti finanzjarji sofistikati u tal-karti ta' kreditu, inkluża l-impożizzjoni ta' rati ta' interess eċċessivi u l-kanċellazzjoni arbitrarja tas-servizz;

3.

Jitlob lill-entitajiet finanzjarji madwar l-Unjoni jevitaw li jirrikorru għall-iżgumbrament ta' familji li jgħixu fir-residenza unika tagħhom, u minflok jinvolvu ruħhom f'ristrutturar tad-dejn;

4.

Jistieden lill-Gvern Spanjol jagħmel użu mill-għodda li għandu sabiex isib soluzzjoni komprensiva biex inaqqas drastikament l-għadd insopportabbli ta' sgrumbramenti;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib it-traspożizzjoni fl-Istati Membri kollha tad-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali (Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju);

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi l-aqwa prattika dwar l-applikazzjoni f'ċerti Stati Membri ta' “datio in solutum” u tivvaluta l-impatt tiegħu fuq il-konsumaturi u n-negozju;

7.

Iwissi lill-Kummissjoni dwar id-dubji espressi mill-Avukat Ġenerali tal-UE dwar il-legalità tal-miżuri adottati mill-Gvern Spanjol sabiex jirriżolvi l-ksur iddenunzjat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta' Marzu 2013 u biex jimpedixxi prattiki abbużivi fis-settur tal-ipoteki;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ġodda adottati mill-Gvern Spanjol sabiex isolvi l-problemi eżistenti u biex jimpedixxi l-prattiki bankarji u tan-negozju abbużivi;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi kampanji ta' informazzjoni dwar prodotti finanzjarji u ttejjeb il-litteriżmu finanzjarju permezz tal-edukazzjoni, sabiex tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu informati aħjar dwar ir-riskji involuti meta jissottoskrivu fi prodotti finanzjarji;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi l-aqwa prattiki li jtejbu l-protezzjoni taċ-ċittadini f'diffikultà finanzjarja; jemmen li edukazzjoni finanzjarja bażika għandha titqies bħala benefiċċju komplimentari biex jiġu evitati l-konsegwenzi tal-insolvenza;

11.

Jistieden lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jistabbilixxu kampanja tal-aqwa prattika sabiex jinkoraġġixxu lill-banek u lill-persunal tagħhom jipprovdu informazzjoni ċara, li tiftiehem u korretta; jenfasizza li l-konsumaturi jeħtieġ jieħdu deċiżjoni informata ibbażata fuq fehim sħiħ tar-riskji li qed jieħdu, u li n-negozjanti u l-banek m'għandhomx jiżgwidaw lill-konsumaturi;

12.

Jistieden lill-EBA u lill-BĊE, sabiex tiġi ppreservata s-saħħa tas-settur finanzjarju tal-UE, jieħdu passi ulterjuri li jesiġu lill-banek jisseparaw in-negozju potenzjalment riskjuż min-negozju ta' teħid ta’ depożiti tagħhom fejn l-eżerċizzju ta' tali attivitajiet jikkomprometti l-istabbiltà finanzjarja;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BĊE jevalwaw il-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ Spanjol implimentat għal ċittadini li huma vittmi ta’ frodi finanzjarja;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja t- traspożizzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE min-naħa ta’ Spanja fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, inklużi ishma preferenzjali;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-ilmenti li rċeviet u twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-insolvenza tal-familji;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern Spanjol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34.

(2)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(3)  ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0246.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/41


P8_TA(2015)0348

Il-piena tal-mewt

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt (2015/2879(RSP))

(2017/C 349/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, b'mod partikolari dik tas-7 ta' Ottubru 2010 (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Ottubru 2014 minn Federica Mogherini, Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u Thorbjørn Jagland, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, dwar il-Jum Ewropew u Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt,

wara li kkunsidra l-Protokolli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,

wara li kkunsidra r-reġim ta' kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE rigward prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena tal-mewt, li bħalissa qiegħed jiġi aġġornat,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u t-Tieni Protokoll Fakoltattiv tiegħu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra,

wara li kkunsidra l-Istudju dwar l-impatt tal-problema dinjija tad-droga fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, maħruġ mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Settembru 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari dik tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt (A/RES/69/186),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mill-5 Kungress Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt li sar f'Madrid mit-12 sal-15 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-Jum Dinji u l-Jum Ewropew Kontra l-Piena tal-Mewt, li jokkorri fl-10 ta' Ottubru kull sena,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt madwar id-dinja hija waħda mill-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi l-Jum Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru 2015 għandu l-għan li “jqajjem kuxjenza dwar l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga”;

C.

billi, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, aktar minn 160 stat membru tan-NU, li għandhom varjetà ta' sistemi ġuridiċi, tradizzjonijiet, kulturi u reliġjonijiet, jew abolixxew il-piena tal-mewt jew inkella ma japplikawhiex;

D.

billi l-aħħar ċifri juru li huwa magħruf li tal-anqas 2 466 persuna f'55 pajjiż ġew ikkundannati għall-mewt fl-2014 – żieda ta' kważi 23 % fuq iċ-ċifra għall-2013; billi twettqu mill-anqas 607 eżekuzzjonijiet madwar id-dinja fl-2014; billi dawn iċ-ċifri ma jinkludux l-għadd ta' persuni li huwa mifhum li ġew iġġustizzjati fiċ-Ċina, pajjiż li baqa' jwettaq aktar eżekuzzjonijiet mill-bqija tad-dinja kollha kemm hi, filwaqt li baqa' jgħaddi eluf ta' kundanni ta' mewt; billi l-kundanni ta' mewt u l-eżekuzzjonijiet qed ikomplu b'rata allarmanti fl-2015; billi ż-żieda fil-kundanni ta' mewt għandha rabta mill-qrib ma' deċiżjonijiet tal-qrati fi proċessi tal-massa b'reazzjoni għal reati marbuta mat-terroriżmu f'pajjiżi bħall-Eġittu u n-Niġerja; billi ċ-Chad u t-Tuneżija qed jikkunsidraw il-possibbiltà li jerġgħu jintroduċu l-piena tal-mewt; billi l-kundanni ta' mewt għadhom jingħataw u jiġu eżegwiti f'uħud mill-Istati Uniti tal-Amerika;

E.

billi huwa rrappurtat li xi persuni ġew ikkundannati għall-mewt bit-tħaġġir fil-Pakistan, in-Niġerja, l-Afganistan, l-Iran, l-Iraq, is-Sudan, is-Somalja u l-Arabja Sawdija, u billi f'dawn l-aħħar snin mijiet ta' nisa sfaw imħaġġra għall-mewt minħabba l-adulterju; billi t-tħaġġir bħala metodu tat-twettiq tal-piena tal-mewt jitqies bħala forma ta' tortura;

F.

billi tmien Stati għandhom il-piena tal-mewt għall-omosesswalità fil-leġiżlazzjoni tagħhom (il-Mauritania, is-Sudan, l-Iran, l-Arabja Sawdija, il-Jemen, il-Pakistan, l-Afganistan u l-Qatar) u billi provinċji fin-Niġerja u fis-Somalja uffiċjalment jimplimentaw il-piena tal-mewt għal atti sesswali bejn persuni tal-istess sess;

G.

billi l-piena tal-mewt ħafna drabi tintuża kontra persuni żvantaġġati u nies b'mard mentali, u b'mod partikolari kontra membri ta' minoranzi nazzjonali u kulturali;

H.

billi 33 stat japplikaw il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-drogi, bir-riżultat li kull sena jitwettqu madwar 1 000 eżekuzzjoni; billi huwa magħruf li fl-2015 twettqu eżekuzzjonijiet għal reati ta' dan it-tip fiċ-Ċina, l-Iran, l-Indoneżja u l-Arabja Sawdija; billi fl-2015 baqgħu jiġu imposti kundanni ta' mewt għal reati relatati mad-droga fiċ-Ċina, l-Indoneżja, l-Iran, il-Kuwajt, il-Malasja, l-Arabja Sawdija, is-Sri Lanka, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Vjetnam; billi dawn ir-reati jistgħu jinkludu diversi akkużi relatati mat-traffikar jew il-pussess tad-droga;

I.

billi fl-aħħar 12-il xahar kien hemm mewġa globali tal-użu tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-drogi, b'tali mod li għadd ta' stati ġġustizzjaw individwi għal reati relatati mad-droga b'rata kunsiderevolment ogħla, filwaqt li oħrajn fittxew li jintroduċu l-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, jew inkella temmew moratorji fuq il-piena tal-mewt li kienu ilhom fis-seħħ żmien twil;

J.

billi, skont kif ġie rrappurtat, l-Iran iġġustizzja 394 persuna ħatja ta' reati relatati mad-droga fl-ewwel sitt xhur tal-2015, meta mqabbel ma' 367 persuna tul l-2014 kollha kemm hi; billi nofs l-eżekuzzjonijiet kollha li twettqu fl-Arabja Sawdija din is-sena kienu jirrigwardaw reati marbuta mad-droga, meta mqabbel mal-4 % biss tal-għadd totali fl-2010; billi tal-anqas 112-il persuna ħatja ta' reati marbuta mad-droga qegħdin jistennew li jiġu ġġustizzjati fil-Pakistan;

K.

billi għadd ta' ċittadini ta' Stati Membri tal-UE jew sfaw iġġustizzjati jew inkella qed jistennew li jiġu ġġustizzjati f'pajjiżi terzi għal reati relatati mad-droga;

L.

billi l-Artikolu 6(2) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi jistipula li l-piena tal-mewt tista' tiġi applikata biss għad-“delitti l-aktar gravi”; billi l-Kumitat tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar l-Eżekuzzjonijiet Extraġudizzjarji, Sommarji u Arbitrarji u dwar it-Tortura ddikjaraw li l-piena tal-mewt ma għandhiex tiġi imposta għal reati relatati mad-droga; billi l-piena tal-mewt obbligatorja u l-użu tagħha għal reati relatati mad-droga huma kontra d-dritt u l-istandards internazzjonali;

M.

billi l-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi ħeġġeġ lil dawk l-istati li jimponu l-piena tal-mewt biex jabolixxuha kompletament għal reati relatati mad-droga;

N.

billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw tal-anqas EUR 60 miljun lill-programmi għall-ġlieda kontra n-narkotiċi tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), li jikkonċentraw fuq l-infurzar kontra d-droga f'pajjiżi li japplikaw b'mod attiv il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga; billi rapporti reċenti minn NGOs esprimew tħassib dwar il-fatt li programmi ffinanzjati mill-Ewropa għall-ġlieda kontra n-narkotiċi fi stati li għad għandhom il-piena tal-mewt jista' jkun li qed jinkoraġġixxu l-kundanni ta' mewt u l-eżekuzzjonijiet, u billi jeħtieġ li dawn ir-rapporti jiġu vvalutati;

O.

billi, fil-qafas tal-Istrument tal-UE li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) u l-predeċessur tiegħu, l-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), il-Kummissjoni tat bidu għal żewġ miżuri ta' skala kbira kontra n-narkotiċi fuq livell reġjonali – il-programmi tar-rotot tal-kokaina u tal-eroina, li l-ambitu tagħhom jinkludi pajjiżi li japplikaw il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga; billi, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament IcSP, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tuża linji gwida operazzjonali għall-konformità mad-dritt umanitarju u ma' dak tad-drittijiet tal-bniedem rigward miżuri kontra l-kriminalità organizzata;

1.

Itenni l-kundanna tiegħu għall-użu tal-piena tal-mewt u jappoġġja bil-qawwa l-introduzzjoni ta' moratorju fuq il-piena tal-mewt, bħala pass favur it-tneħħija tagħha; jenfasizza għal darb'oħra li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità umana, u li l-għan aħħari tal-UE huwa l-abolizzjoni universali;

2.

Jikkundanna l-eżekuzzjonijiet kollha, iseħħu fejn iseħħu; jibqa' mħasseb ħafna dwar l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt fuq il-minorenni u fuq il-persuni b'diżabilità mentali jew intellettwali, u jitlob li prattiki bħal dawn, li jiksru standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jinqatgħu b'mod immedjat u definittiv; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar proċessi tal-massa reċenti li wasslu għal għadd enormi ta' kundanni ta' mewt;

3.

Jesprimi il-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-prattika tat-tħaġġir, li għadha tintuża f'bosta pajjiżi, u lill-gvernijiet tal-pajjiżi konċernati jħeġġiġhom jadottaw minnufih leġiżlazzjoni li tipprojbixxi t-tħaġġir;

4.

Iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jissuktaw jikkumbattu l-użu tal-piena tal-mewt u jappoġġjaw bil-qawwa l-moratorju bħala pass lejn l-abolizzjoni, ikomplu jagħmlu pressjoni għall-abolizzjoni mad-dinja kollha, iħeġġu bil-qawwa lill-pajjiżi li għadhom iwettqu l-piena tal-mewt biex jikkonformaw mal-istandards minimi internazzjonali, inaqqsu l-kamp ta' applikazzjoni u l-użu tal-piena tal-mewt, u jippubblikaw ċifri ċari u preċiżi dwar l-għadd ta' kundanni ta' mewt u ta' eżekuzzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE jibqa' viġilanti rigward żviluppi fil-pajjiżi kollha, b'mod partikolari fil-Belarussja bħala l-uniku pajjiż Ewropew li għad għandu l-piena tal-mewt, u jħeġġu juża kull mezz ta' influwenza li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu;

5.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt f'uħud mill-Istati Uniti tal-Amerika, u jħeġġeġ lill-UE tissokta d-djalogu tagħha mal-Istati Uniti tal-Amerika bil-għan li sseħħ abolizzjoni totali, ħalli nkunu nistgħu naħdmu flimkien biex nindirizzaw il-piena kapitali madwar id-dinja;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari, f'dak li jirrigwarda l-għajnuna u l-appoġġ politiku, lil pajjiżi li jimxu 'l quddiem lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt jew li jinkoraġġixxu moratorju universali fuq il-piena kapitali; jinkoraġġixxi inizjattivi bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri, l-UE, in-NU, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali oħra dwar kwistjonijiet relatati mal-piena tal-mewt;

7.

Ifakkar li l-piena tal-mewt mhijiex kompatibbli ma' valuri bħar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, li fuqhom tissejjes l-Unjoni, u li għalhekk kwalunkwe Stat Membru li jerġa' jintroduċi l-piena tal-mewt ikun qed jikser it-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

8.

Huwa mħasseb b'mod partikolari dwar il-fatt li l-piena tal-mewt qed tintuża aktar fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu f'għadd ta' pajjiżi, u dwar il-possibbiltà li l-piena tal-mewt terġa' tiġi introdotta f'pajjiżi oħra;

9.

Jikkundanna b'mod partikolari l-użu tal-kundanna ta' mewt bħala għodda għas-soppressjoni tal-oppożizzjoni, jew inkella fuq il-bażi tat-twemmin reliġjuż, tal-omosesswalità jew tal-adulterju, jew fuq akkużi oħra li jitqiesu trivjali jew inkella li saħansitra lanqas biss jitqiesu li huma reati; jappella lil dawk l-istati li jikkriminalizzaw l-omosesswalità, għaldaqstant, biex ma japplikawx il-piena tal-mewt għaliha;

10.

Jibqa' konvint għalkollox li l-kundanni ta' mewt ma jiskoraġġixxux it-traffikar tad-droga, u lanqas ma jżommu lill-individwi milli jisfaw vittmi tal-abbuż tad-droga; jappella lill-pajjiżi li jridu jżommu l-piena tal-mewt biex, fil-każ ta' reati relatati mad-droga, jintroduċu alternattivi li jikkonċentraw, b'mod partikolari, fuq programmi għall-prevenzjoni tad-droga u għat-tnaqqis tad-danni;

11.

Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga għandha ssir prekundizzjoni għall-assistenza politika, l-assistenza teknika, il-bini ta' kapaċitajiet u appoġġ ieħor għall-politika tal-infurzar tal-liġijiet dwar id-droga;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid il-prinċipju kategoriku li l-għajnuna u l-assistenza mill-Ewropa, inkluża dik lil programmi tal-UNODOC kontra n-narkotiċi, ma jistgħux jiffaċilitaw operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġijiet li jwasslu għal kundanni ta' mewt u għall-eżekuzzjoni ta' dawk arrestati;

13.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena tal-mewt;

14.

Huwa mħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' trasparenza rigward l-għajnuna u l-assistenza kontra n-narkotiċi mogħtija mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġijiet dwar id-droga f'pajjiżi li japplikaw attivament il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga; jitlob li l-Kummissjoni tippubblika rendikont annwali dwar il-finanzjament tagħha għal programmi kontra n-narkotiċi f'pajjiżi li għad għandhom il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, li fih tiddeskrivi liema salvagwardji tad-drittijiet tal-bniedem tkun ħaddmet biex tiżgura li dak il-finanzjament ma jkunx ta lok għal kundanni ta' mewt;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta, bla aktar dewmien, il-linji gwida operazzjonali stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament IcSP u tapplikahom strettament għall-programmi dwar ir-rotot tal-kokaina u l-eroina;

16.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonforma mar-rakkomandazzjoni fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2013-2016) li għandha tiġi żviluppata u implimentata “għodda ta' gwida u valutazzjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem” biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem “ikunu integrati b'mod effikaċi fl-Azzjoni Esterna tal-UE dwar id-Drogi”;

17.

Iħeġġeġ lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu gwida għal politika Ewropea komprensiva u effikaċi dwar il-piena tal-mewt fir-rigward ta' tużżani ta' ċittadini Ewropej li qed jiffaċċjaw l-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, li għandha tinkludi mekkaniżmi sodi u msaħħa f'dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni, l-għoti ta' assistenza legali u r-rappreżentanza diplomatika;

18.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li s-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-Problema Dinjija tad-Droga, f'April 2016, tindirizza l-użu tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, u tikkundanna l-applikazzjoni tagħha;

19.

Jappoġġja lill-aġenziji tan-NU, lill-korpi reġjonali intergovernattivi u lill-NGOs kollha fl-isforzi ma jaqtgħu xejn tagħhom biex jinkoraġġixxu lill-istati jabolixxu l-piena tal-mewt; jitlob li l-Kummissjoni tibqa' tiffinanzja proġetti f'dan il-qasam permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifiki reċenti tat-Tieni Protokoll Fakoltattiv għall-ICCPR li għandu l-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt, li żiedu l-għadd ta' stati partijiet għal 81; jistieden lill-istati kollha li mhumiex partijiet ta' dan il-Protokoll biex jirratifikawh minnufih;

21.

Jistieden lill-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa li għadhom ma rratifikawx il-Protokolli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex ifittxu jirratifikawhom, b'tali mod li jkun żgurat li l-piena tal-mewt tkun abolita effettivament fir-reġjun kollu tal-Kunsill tal-Ewropa;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU.


(1)  ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 5.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/45


P8_TA(2015)0349

It-tagħlimiet meħuda mid-diżastru tat-tajn aħmar, ħames snin wara l-inċident fl-Ungerija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar it-tagħlimiet meħuda mid-diżastru tat-tajn aħmar, ħames snin wara l-inċident fl-Ungerija (2015/2801(RSP))

(2017/C 349/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-prinċipji tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent kif stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva u li min iniġġes għandu jħallas,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta' Barċellona) u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 fuq skart perikoluż (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE fuq skart perikoluż (2) (Lista Ewropea tal-Iskart),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Motivata mibgħuta mill-Kummissjoni f'Ġunju 2015 lill-Ungerija fejn talbitha ttejjeb l-istandards ambjentali f'sit ieħor ta' tailings tat-tajn aħmar (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (5) (id-Direttiva dwar l-Iskart tal-Minjieri),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 li tipprevedi kriterji minimi ta' spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 dwar ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE li tipprevedi kriterji minimi ta' spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (7),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (8) (is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (9) (id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE tal-20 ta' April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni (10),

wara li kkunsidra l-istudju ta' fattibbiltà tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kunċett ta' faċilità għall-kondiviżjoni tar-riskji ta' diżastri industrijali fl-UE kollha (11),

wara li kkunsidra r-rapport intitolat “L-isfidi u l-ostakoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali” (rapport finali mħejji għall-Kummissjoni – DĠ Ambjent, 2013),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-tagħlimiet meħuda mid-diżastru tat-tajn aħmar, ħames snin wara l-inċident fl-Ungerija (O-000096/2015 – B8-0757/2015 u O-000097/2015 – B8-0758/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fl-4 ta' Ottubru 2010, il-kollass ta' ġibjun tal-iskart fl-Ungerija rrilaxxa madwar miljun metru kubu ta' tajn aħmar b'livell għoli ta' alkalina, għarraq diversi rħula, ħalla għaxar persuni mejta u kważi 150 midruba, u niġġes żoni kbar ta' art, inklużi erba' siti ta' Natura 2000;

B.

billi t-tajn aħmar f'dan il-ġibjun tal-iskart kien skart perikoluż skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE;

C.

billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tindika b'mod ċar li t-tajn aħmar għandu jiġu kklassifikat bħala skart perikoluż fin-nuqqas ta' prova għal kuntrarju; billi din id-Deċiżjoni ilha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2015;

D.

billi hemm riskju li, fil-passat, it-tajn aħmar seta' ġie kklassifikat b'mod żbaljat bħala skart mhux perikoluż anke fi Stati Membri oħra, u b'hekk ta lok għal permessi difettużi;

E.

billi t-tajn aħmar huwa skart tal-estrazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Iskart tal-Minjieri, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza dwar l-immaniġġar tal-iskart tal-estrazzjoni, inter alia fuq il-bażi tal-aħjar tekniki disponibbli;

F.

billi hemm ukoll problemi serji ta' tniġġis ambjentali minħabba attivitajiet ta' estrazzjoni oħrajn (pereżempju l-użu taċ-ċjanur fit-tħaffir għad-deheb) jew skart perikoluż trattat b'mod mhux xieraq f'diversi Stati Membri;

G.

billi r-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE hija mmirata li ssaħħaħ il-konformità u tikkontribwixxi għal implimentazzjoni u infurzar aktar konsistenti tal-liġi ambjentali tal-UE;

H.

billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008, il-Parlament iddeskriva l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali fl-Istati Membri bħala mhux kompluta u inkonsistenti, u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-ispezzjonijiet ambjentali qabel l-aħħar tal-2009;

I.

billi s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali jiddikjara li l-UE se testendi r-rekwiżiti dwar l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza għall-ġabra usa' ta' liġi ambjentali, u tiżviluppa ulterjorment il-kapaċità ta' appoġġ għall-ispezzjoni fil-livell tal-UE;

J.

billi d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (DRA) hija mmirata li tistabbilixxi qafas ta' responsabbiltà ambjentali bbażat fuq il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, u tesiġi li l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' strumenti u swieq ta' sigurtà finanzjarja mill-operaturi ekonomiċi u finanzjarji xierqa; billi l-Artikolu 18(2) obbliga lill-Kummissjoni tissottometti rapport lill-Parlament u lill-Kunsill qabel it-30 ta' April 2014, li sa issa għadu ma ġiex sottomess;

K.

billi r-rapport tal-2013 imħejji mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali kkonkluda li “it-traspożizzjoni tad-DRA fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri ma rriżultatx f'kundizzjonijiet ekwi” iżda “f'mużajk ta' sistemi ta' responsabbiltà biex tiġi evitata u rimedjata l-ħsara ambjentali madwar l-UE”;

L.

billi fl-2010, b'reazzjoni għad-diżastru tat-tajn aħmar, il-Kummissjoni ddikkjarat li se terġa' tikkunsidra l-introduzzjoni ta' sigurtà finanzjarja obbligatorja armonizzata anki qabel ir-rieżami tad-DRA li għandu jsir sal-2014;

1.

Jinnota li d-diżastru tat-tajn aħmar tal-2010 kien l-agħar katastrofi industrijali tal-Ungerija, u jfakkar il-vittimi fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju minn dan l-avveniment traġiku;

2.

Jirrikonoxxi l-interventi rapidi u effikaċi tal-awtoritajiet nazzjonali fil-fażi tar-rispons għall-kriżi u l-isforzi kbar magħmula mis-soċjetà ċivili waqt id-diżastru bla preċedent;

3.

Ifakkar li l-Ungerija skattat il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u ospitat tim Ewropew ta' esperti inkarigati biex joħorġu b'rakkomandazzjonijiet, inter alia dwar kif għandhom jitfasslu l-aqwa soluzzjonijiet sabiex jiġu evitati u jittaffew id-danni;

4.

Jinnota li d-diżastru tat-tajn aħmar jista' jiġi marbut mal-implimentazzjoni fqira tal-liġijiet tal-UE, in-nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet, id-disparitajiet fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u l-prestazzjoni tal-operatur tas-sit;

5.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li jidher li kważi ma tgħallimna ebda lezzjoni fl-aħħar ħames snin, peress li implimentazzjoni fqira tal-liġijiet tal-UE rilevanti u tal-konvenzjonijiet internazzjonali kif ukoll nuqqasijiet fl-ispezzjoni jibqgħu jippersistu u kważi ebda lakuna ma ngħalqet fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;

6.

Jidentifika d-Direttiva dwar l-Iskart tal-Minjieri u l-Lista Ewropea tal-Iskart bħala oqsma ta' tħassib partikolari;

7.

Huwa mħasseb li jeżistu siti simili f'bosta Stati Membri; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jitwettqu l-ispezzjonijiet xierqa;

8.

Jistieden lill-Istati Membri kollha li għandhom għadajjar tat-tajn aħmar jagħmlu analiżi dwar jekk it-tajn aħmar ġiex korrettament ikklassifikat bħala perikoluż u jirrevedu kwalunkwe permess ibbażat fuq klassifikazzjonijiet żbaljati mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jieħdu azzjoni u jirrappurtaw lill-Kummissjoni kif xieraq, u jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sal-aħħar tal-2016;

9.

Iqis li huwa essenzjali li titqiegħed enfasi akbar fuq il-prevenzjoni tad-diżastri, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li seħħew ukoll xi inċidenti ambjentali simili fi Stati Membri oħra;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE u tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti kollha fir-rigward mhux biss tal-produzzjoni tal-aluminju u tal-immaniġġar ambjentalment korrett tat-tajn aħmar, iżda wkoll għall-immaniġġar ambjentalment korrett ta' skart perikoluż b'mod ġenerali;

11.

Jenfasizza li l-aħjar tekniki disponibbli fil-ġestjoni tal-iskart tal-estrazzjoni għandhom jiġu applikati b'mod strett, u jitlob li jkun hemm bidla sħiħa għall-użu tat-teknoloġiji tar-rimi niexef sal-aħħar tal-2016, filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jwassalx għal tniġġis fl-arja jew fl-ilma;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aktar enfasi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fil-prevenzjoni u t-trattament tal-iskart perikoluż;

13.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq linji gwida għat-twettiq ta' testijiet tal-istress fuq minjieri eżistenti b'għadajjar ta' tailings kbar;

14.

Jemmen li prevenzjoni tat-tniġġis effikaċi teħtieġ regoli stretti għall-ispezzjonijiet ambjentali u azzjoni xierqa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tagħhom;

15.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-korpi ta' spezzjoni ambjentali nazzjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jwettqu kontrolli trasparenti, regolari u sistematiċi tas-siti industrijali, inter alia billi jiżguraw indipendenza, jipprovdu riżorsi xierqa u jiddefinixxu responsabbiltajiet ċari, u billi jippromwovu kooperazzjoni msaħħa u azzjonijiet koordinati;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu s-sorveljanza, jibnu fuq strumenti eżistenti vinkolanti u mhux vinkolanti, filwaqt li jevitaw piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;

17.

Itenni mill-ġdid it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-ispezzjonijiet ambjentali li ma tpoġġix piż finanzjarju addizzjonali fuq l-industrija;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni testendi l-kriterji vinkolanti għall-ispezzjonijiet tal-Istati Membri biex ikopru ġabra usa' tal-acquis ambjentali tal-UE, u biex jiżviluppaw kapaċità ta' appoġġ ta' spezzjoni ambjentali fil-livell tal-UE;

19.

Huwa mħasseb li differenzi sinifikanti bejn is-sistemi ta' responsabbiltà jistgħu jfixklu l-istandards komuni tal-UE u jesponu lil xi Stati Membri u reġjuni għal riskju akbar ta' diżastri ambjentali u l-konsegwenzi finanzjarji tagħhom;

20.

Iqis li hu ta' dispjaċir li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx ir-rapport tagħha skont id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan qabel tmiem l-2015;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, waqt ir-rieżami kontinwu tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, li l-proposta għal reviżjoni timplimenta bis-sħiħ il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

22.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga kif id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/335/KE ġiet implimentata fl-Istati Membri u jekk il-limiti għall-istrumenti ta' sigurtà finanzjarja stabbiliti humiex suffiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi sigurtà finanzjarja obbligatorja armonizzata;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw trasparenza fl-aspetti finanzjarji tar-rimedju tad-diżastru ambjentali, inkluż il-kumpens finanzjarju lill-vittmi;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan qabel tmiem l-2016;

25.

Jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali, iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ir-rimi tal-iskart perikoluż, u fl-ippjanar ta' miżuri tal-ġestjoni tar-riskju;

26.

Jistieden lill-awtoritajiet responsabbli biex b'mod regolari jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-istat ta' tniġġis u l-impatti possibbli fuq il-fawna u l-flora, kif ukoll fuq is-saħħa tal-popolazzjonijiet lokali;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni telabora aktar il-kunċett ta' faċilità għall-kondiviżjoni tar-riskji ta' diżastri industrijali madwar l-UE kollha, b'rispett sħiħ lejn il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, sabiex ikopri l-ispejjeż possibbli lil hinn minn livell għoli ta' garanziji finanzjarji obbligatorji;

28.

Iqis li tali faċilità speċjalizzata għall-kondiviżjoni tar-riskji ta' diżastri industrijali bbażata fl-UE għandha tkopri wkoll ir-rimedju ta' piżijiet ambjentali antiki li għadhom jikkostitwixxu perikli għas-soċjetà u li għalihom, minħabba l-qafas ġuridiku eżistenti, ma hemm ebda waħda oġġettivament responsabbli li tista' tkopri l-ispejjeż tar-riabilitazzjoni;

29.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u tas-solidarjetà fil-livell tal-UE f'każ ta' diżastri ambjentali u industrijali;

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(2)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(3)  ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44.

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea – Skeda Informattiva: Il-pakkett ta' proċeduri ta' ksur għax-xahar ta' Ġunju: id-deċiżjonijiet ewlenin; http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-15-5162_mt.htm

(5)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(6)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.

(7)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 67.

(8)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.

(9)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(10)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 25.

(11)  Study to explore the feasibility of creating a fund to cover environmental liability and losses occurring from industrial accidents. Rapport finali. Kummissjoni Ewropea, DĠ ENV, 17 ta' April 2013; http://ec.europa.eu/environment/archives/liability/eld/eldfund/pdf/Final%20report%20ELD%20Fund%20BIO%20for%20web2.pdf


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/50


P8_TA(2015)0350

It-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar it-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp (2015/2754(RSP))

(2017/C 349/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jistabbilixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin li fuqhom tissejjes l-UE;

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi l-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, li jirrikjedi li l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp jitqiesu fil-politiki li aktarx jaffettwaw pajjiżi li qed jiżviluppaw,

wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, li saret f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing kif ukoll id-dokumenti sussegwenti li ħarġu mis-Sessjonijiet Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing + 5, + 10, + 15 u + 20 dwar azzjonijiet u inizjattivi ulterjuri għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, adottati fid-9 ta' Ġunju 2000, fil-11 ta' Marzu 2005, fit-2 ta' Marzu 2010 u fid-9 ta' Marzu 2015 rispettivament;

wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fil-Kajr fl-1994, fejn il-komunità dinjija rrikonoxxiet u tenniet li s-saħħa sesswali u riproduttiva kif ukoll id-drittijiet riproduttivi huma fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli;

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (COM(2010)0491);

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tan-Nisa fl-Iżvilupp (2010-2015), ir-Rapport ta' Implimentazzjoni tal-2013 (SWD(2013)0509), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2014 dwaru u r-Rapport ta' Implimentazzjoni tal-2014 (SWD(2015)0011);

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2015 dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Iżvilupp u dwar Sħubija Globali Ġdida għall-Qerda tal-Faqar u għall-Iżvilupp Sostenibbli;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (1),

wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni tal-Appoġġ tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fil-Pajjiżi Sħab (2);

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 (2000) u 1820 (2008) dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tan-Nisa fl-Iżvilupp (O-000109/2015 – B8-0762/2015 u O-000110/2015 – B8-0763/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea (UE) hija impenjata li tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjonijiet kollha tagħha; billi l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa hija prekundizzjoni għall-ilħiq tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli wara l-2015 kif ukoll kwistjoni awtonoma tad-drittijiet tal-bniedem li għandha tkun segwita irrispettivament mill-benefiċċji tagħha għall-iżvilupp u t-tkabbir; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u ma għandha qatt tiġi ġġustifikata b'raġunijiet ta' reliġjon, kultura jew tradizzjoni;

B.

billi r-rieżami ta' 20 sena tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing sab li l-progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa (GEWE) kien mexa b'pass kajman u b'mod mhux uniformi, u li l-ebda pajjiż fid-dinja ma kien għeleb għalkollox id-disparità bejn is-sessi; billi r-rieżami sab li dan in-nuqqas ta' progress kien ġie aggravat min-nuqqas persistenti u kroniku ta' investiment fil-GEWE;

C.

billi tnejn mill-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) li espliċitament jindirizzaw id-drittijiet tan-nisa, jiġifieri l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa (MDG 3) kif ukoll it-titjib tas-saħħa tal-ommijiet (MDG 5), fil-parti l-kbira baqgħu ma ntlaħqux; billi stimi juru li ta' kuljum imutu 800 mara fid-dinja minħabba kumplikazzjonijiet waqt it-tqala jew il-ħlas; billi madwar 222 miljun mara fil-partijiet tad-dinja li qed jiżviluppaw m'għandhomx aċċess għal metodi sikuri u moderni tal-ippjanar tal-familja, filwaqt li l-proporzjon ta' għajnuna għall-iżvilupp intiż għall-ippjanar tal-familji qed jonqos meta mqabbel mal-għajnuna globali għall-iżvilupp b'rabta mas-saħħa;

D.

billi l-maġġoranza tal-foqra fid-dinja huma nisa u unitajiet domestiċi mmexxija min-nisa; billi l-vulnerabbiltà ta' nisa marġinalizzati qed tiżdied; billi 62 miljun tifla fid-dinja ma jmorrux l-iskola;

E.

billi mara minn kull tlieta fid-dinja aktarx tesperjenza vjolenza fiżika u sesswali f'xi mument matul ħajjitha; billi kull sena 14-il miljun tifla jiġu mġiegħla jiżżewġu; billi l-UE hija impenjata favur id-dritt ta' kull individwu li jkollu kontroll sħiħ fuq kwistjonijiet marbutin mas-sesswalità u s-saħħa sesswali u riproduttiva tiegħu, u li jiddeċiedi b'mod liberu dwar dawn il-kwistjonijiet, filwaqt li jkun ħieles mid-diskriminazzjoni, il-koerċizzjoni u l-vjolenza;

F.

billi l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) rrappurtat (3) li l-investimenti huma “insuffiċjenti ferm biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi” minkejja li l-għajnuna mmirata għal dak l-iskop mill-membri tagħha ttriplikat b'tali mod li laħqet is-somma ta' USD 28 biljun fl-2012; billi l-finanzjament abbażi tal-ġeneru huwa kkonċentrat l-aktar f'setturi soċjali, b'tali mod li s-setturi ekonomiċi u produttivi jitħallew f'qagħda ta' sottinvestiment, filwaqt li l-analiżi tal-OECD turi li, minn kull tip ta' investiment għall-iżvilupp, l-investimenti fl-ugwaljanza bejn is-sessi jagħtu l-ogħla redditi;

G.

billi 2,5 biljun ruħ, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa u żgħażagħ, għadhom esklużi mis-settur finanzjarju formali;

Intensifikazzjoni tal-isforzi fil-GAP2

1.

Jemmen li l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tal-GAP1 juru l-bżonn ċar għal intensifikazzjoni tal-isforzi fl-azzjoni tal-UE dwar il-GEWE u li għandna bżonn impenn politiku mġedded mis-SEAE u mill-Kummissjoni biex il-prestazzjonijiet jittejbu; jenfasizza l-importanza li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni jiġu implimentati fis-suċċessur għall-GAP tal-lum, ibda minn rispons komplut ta' ġestjoni;

2.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal bidla trasformattiva bil-GAP il-ġdid, u għalhekk jemmen li l-GAP2 għandu jieħu s-sura ta' Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jiddispjaċih li l-GAP 2 ġie prodott bħala Dokument Konġunt ta' Ħidma tal-Persunal mhux Komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jibdew l-implimentazzjoni tal-pjan il-ġdid mill-aktar fis possibbli sabiex ir-riżultati konkreti jistgħu jintlaħqu, bħala parti mill-impenn aktar wiesa' tal-UE għal GEWE fl-SDGs, u biex jinvolvu lill-Parlament f'konsultazzjoni matul dan il-proċess;

3.

Jemmen li l-GAP2 għandu jiffoka fuq l-aspetti kollha tal-politika esterna tal-UE – il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja, il-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem u l-affarijiet barranin, il-migrazzjoni u l-asil – bi qbil mal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, u għandu japplika bl-istess mod għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għal dawk tal-viċinat u għal dawk tat-tkabbir;

4.

Jemmen li l-GEWE għandu jkun fil-qofol tal-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE, b'responsabbiltajiet ta' ġestjoni ċari kemm fl-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet tal-UE; jissottolinja li jeħtieġ li l-Kapijiet ta' delegazzjoni, il-kapijiet ta' unità u l-maniġment superjuri jkunu responsabbli għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki dwar il-GEWE, li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tiġi inkorporata fid-deskrizzjonijiet tax-xogħol fil-karigi differenti u li jingħata taħriġ lill-persunal kollu;

5.

Jemmen li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) għandha tiżgura li l-Kummissarji kollha responsabbli għall-azzjoni esterna juru l-kapaċità ta' tmexxija meħtieġa biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-GAP2 tirnexxi; jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2015, li jissottolinjaw l-impenn tal-Istati Membri favur aġenda trasformattiva dwar id-drittijiet tan-nisa u tal-bniet; jenfasizza l-ħtieġa ta' komplementarjetà bejn l-azzjonijiet tal-Kummissjoni/SEAE u dawk tal-Istati Membri;

6.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru mhumiex indirizzati fir-Rapport Annwali 2014 tad-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DEVCO) u jitlob li, fil-futur, kwistjonijiet tal-GEWE jiġu inklużi fir-rapporti annwali tad-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni involuti fl-azzjoni esterna u tas-SEAE; jistieden lid-delegazzjonijiet kollha tal-UE biex jippreżentaw rapport annwali dwar il-GAP kif ukoll sommarju tal-prestazzjoni fir-rigward tal-GEWE fir-rapporti annwali, ir-rieżamijiet ta' nofs it-termini u l-evalwazzjonijiet fil-livell tal-pajjiżi tagħhom; jemmen li r-riżultati għandhom jiġu integrati f'monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati (MOR);

7.

Jinnota li r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-2017 tad-dokumenti ta' programmazzjoni tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) jippreżenta opportunità tajba biex jiġu vvalutati l-impatti ta' programmi ffinanzjati mid-DCI dwar in-nisa u l-bniet, jiġi identifikat b'mod ċar is-sehem ta' programmi li huma ta' benefiċċju għan-nisa u l-bniet, u jsiru riallokazzjonijiet jekk ikunu meħtieġa;

8.

Ifakkar il-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u jenfasizza l-importanza tal-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tal-politika bejn il-GAP il-ġdid u l-pjan ta' azzjoni li jmiss dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jissottolinja li l-ġeneru jeħtieġ li jkun parti sistematika u integrali mid-djalogi kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u pajjiżi terzi; jistieden lis-SEAE biex jistabbilixxi djalogi dwar il-ġeneru flimkien ma' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi;

9.

Itenni li koordinazzjoni sħiħa bejn id-dipartimenti ċentrali, id-delegazzjonijiet u l-ambaxxati tal-Istati Membri hija essenzjali għal implimentazzjoni b'suċċess tal-GAP2, bl-użu tal-profili tal-pajjiżi fir-rigward tal-ġeneri u għodod oħra; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-rieżami tal-programmazzjoni tal-pajjiżi tal-programm tal-FEŻ jipprovdi opportunità biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni sħiħa tal-GAP2 tkun miexja fid-direzzjoni t-tajba u biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa;

Ġbir ta' data u miri

10.

Jitlob li jitfasslu strateġiji ta' implimentazzjoni aktar effikaċi u jinsisti fuq l-użu ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi sensittivi għall-perspettiva tal-ġeneri, u fuq il-ġbir sistematiku u f'waqtu ta' data diżaggregata skont il-ġeneru fir-rigward tal-benefiċjarji u l-parteċipanti fl-azzjonijiet kollha, bħala parti mill-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni; jinsisti li d-data għandha tkun disponibbli għall-pubbliku sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà finanzjarja u t-trasparenza; jemmen li r-rappurtar għandu jkun allinjat u integrat f'sistemi stabbiliti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni bħall-Qafas tar-Riżultati tad-DEVCO fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fi statistiki nazzjonali u jistieden lill-Istati Membri kollha biex jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ sensittivi għall-perspettiva tal-ġeneri;

11.

Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri biex jipprijoritizzaw u jinvestu f'analiżi tal-ġeneru b'livell għoli ta' kwalità bħala l-bażi għall-istrateġija u l-programmazzjoni fil-livell tal-pajjiżi; iqis li l-UE għandha tirrevedi l-pjanijiet indikattivi nazzjonali mill-perspettiva tal-GAP il-ġdid;

12.

Jagħraf li l-bniet u n-nisa żgħażagħ huma partikolarment żvantaġġati u f'sitwazzjoni ta' riskju, u li jinħtieġ fokus speċifiku biex jiġi żgurat li l-bniet ikollhom aċċess għall-edukazzjoni u jitħallew jgħixu ħajja ħielsa mill-vjolenza, li jitneħħew il-leġiżlazzjoni u l-prattiki diskriminatorji u li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bniet u n-nisa żgħażagħ globalment;

13.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' miri u indikaturi ċari, imkejla u diżaggregati skont is-sess, l-età, id-diżabilità u fatturi oħra kif ukoll titjib tas-segwitu tal-allokazzjonijiet baġitarji; jissottolinja li l-miri u l-metodoloġija ta' monitoraġġ għandhom jiġu allinjati mal-qafas tal-iżvilupp globali ta' wara l-2015 u ma' oqfsa internazzjonali relevanti oħra;

14.

Jisħaq li l-UE jeħtiġilha tindika u tiżgura riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti biex twettaq l-impenji tagħha favur il-GEWE; jissottolinja l-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-finanzi pubbliċi permezz ta' bbaġitjar li jkun sensittiv għall-perspettiva tal-ġeneri u jindirizza l-inugwaljanzi;

Aspetti ewlenin għall-GAP il-ġdid

15.

Jemmen li l-GAP jeħtieġ li jindirizza l-ostakli għall-implimentazzjoni sħiħa tal-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet (VAWG) u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza; jitlob strateġija komprensiva tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa b'iktar sforzi u riżorsi għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-prattiki kollha li jiddiskriminaw kontra n-nisa kif ukoll biex jiġu miġġielda u pproċessati fil-qrati l-forom kollha ta' traffikar tal-bnedmin, mutilazzjoni ġenitali femminili, sterilizzazzjoni furzata, tqala furzata, ġeneriċidju, vjolenza domestika u stupru konjugali, żwieġ tat-tfal, żwieġ bikri u żwieġ furzat u vjolenza abbażi tal-ġeneru f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' wara l-kunflitt; jitlob li jiġu żviluppati azzjonijiet speċifiċi tal-UE biex isaħħu d-drittijiet ta' gruppi differenti ta' nisa, b'attenzjoni speċjali fuq iż-żgħażagħ, il-migranti, in-nisa bl-HIV, persuni LGBTI u persuni b'diżabilitajiet;

16.

Jenfasizza l-importanza li jittejjeb l-aċċess tal-bniet għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u li jitneħħew l-ostakoli relatati mal-ġeneru fil-qasam tat-tagħlim;

17.

Jenfasizza l-fatt li l-użu tal-istupru bħala arma tal-gwerra u l-oppressjoni jeħtieġ jiġi eliminat, u li l-UE jeħtieġ li tagħmel pressjoni fuq il-gvernijiet ta' pajjiżi terzi u l-partijiet konċernati kollha involuti f'reġjuni fejn isseħħ din il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, sabiex il-prattika tintemm, l-awturi tagħha jitressqu quddiem il-ġustizzja u ssir ħidma mas-superstiti, man-nisa u mal-komunitajiet milquta biex tgħinhom ifiqu u jirkupraw;

18.

Jissottolinja l-vulnerabbiltà tan-nisa migranti, rifuġjati u li qed ifittxu asil, u l-ħtieġa ta' ħarsien speċifiku għalihom; jitlob miżuri speċifiċi li jsaħħu u jiggarantixxu bis-sħiħ id-drittijiet tan-nisa li jfittxu asil; jitlob li tittieħed azzjoni kuraġġuża fil-livell Ewropew biex tindirizza l-kriżi tal-migranti u r-rifuġjati li għaddejja bħalissa, inkluż approċċ għall-migrazzjoni u l-asil li jkun olistiku u sensittiv għall-perspettiva tal-ġeneri kif ukoll konsistenti fl-Istati Membri kollha;

19.

Jirrikonoxxi s-saħħa bħala dritt tal-bniedem; jenfasizza l-importanza ta' aċċess universali għall-kura u l-kopertura tas-saħħa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi kif miftiehem skont il-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing; jitlob, f'dan ir-rigward, li jsiru aktar sforzi biex jiżdied l-aċċess tan-nisa għas-saħħa u għall-edukazzjoni dwar is-saħħa, għall-ippjanar tal-familja, għall-kura ta' qabel it-twelid u s-saħħa sesswali u riproduttiva, partikolarment biex jiġi indirizzat l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju 5 dwar is-saħħa materna, inkluża l-mortalità infantili u tat-tfal, li fil-parti l-kbira ma ntlaħaqx; jirrimarka li l-aċċess jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-għanijiet ta' żvilupp kollha li huma relatati mas-saħħa; jilqa' b'mod partikolari, f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2015;

20.

Jissottolinja l-ħtieġa li jinħoloq ambjent favorevoli, b'mod partikolari billi jitneħħew l-ostakoli soċjali u legali għall-aċċess tan-nisa għall-beni tal-produzzjoni, inklużi l-art u r-riżorsi naturali u ekonomiċi, il-promozzjoni tal-inklużjoni finanzjarja, standards tax-xogħol diċenti, ħarsien soċjali sensittiv għall-perspettiva tal-ġeneri u paga ugwali għal xogħol ugwali;

21.

Jemmen li n-negozji għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta' azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa u tad-drittijiet ekonomiċi tan-nisa, bħall-iżgurar li n-nisa jkollhom xogħol deċenti, pagi ndaqs, aċċess għall-finanzi u s-servizzi bankarji u opportunitajiet biex jipparteċipaw fit-tmexxija u t-teħid tad-deċiżjonijiet, u li jħarsuhom kontra d-diskriminazzjoni u l-abbuż fuq il-post tax-xogħol, u permezz ta' responsabbiltà soċjali korporattiva sensittiva għall-perspettiva tal-ġeneri; f'dan il-kuntest jappella għal aktar appoġġ għall-SMEs lokali, speċjalment għall-imprendituri nisa, sabiex ikunu jistgħu jiggwadanjaw mit-tkabbir immexxi mis-settur privat; jenfasizza r-rwol pożittiv li l-mikrofinanzjament, l-intraprenditorija soċjali u l-mudelli tan-negozju alternattivi – bħall-impriżi mutwi u l-kooperattivi, qed ikomplu jkollhom fil-qasam tat-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa u tal-inklużjoni tagħhom fl-ekonomija;

22.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' prevenzjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa għal raġunijiet ta' żwieġ jew maternità, u li jkun żgurat id-dritt effettiv tagħhom li jaħdmu;

23.

Jinnota li t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u s-sigurtà tal-ikel isostnu lil xulxin; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-pożizzjoni tan-nisa rurali tissaħħaħ billi tkun indirizzata d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-art, l-ilma, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-swieq u s-servizzi finanzjarji; jitlob li l-investiment pubbliku fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali jiżdied b'mod sostanzjali b'enfasi fuq proprjetarji żgħar, kooperattivi agrikoli u netwerks tal-bdiewa;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkunu inklużi u rrappreżentati f'oqsma ekonomiċi emerġenti li huma importanti għall-iżvilupp sostenibbli, inklużi s-setturi tal-ekonomija ekoloġika u ċirkolari, l-enerġija li tiġġedded u l-ICT;

25.

Itenni r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni formali u informali fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet fl-isfera soċjali, ekonomika, kulturali u politika; jenfasizza l-ħtieġa li strateġija tal-UE dwar l-edukazzjoni fl-iżvilupp tinkludi perspettiva qawwija tas-sessi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni għas-sostenibilità, ir-rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitti, l-edukazzjoni matul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali, il-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u r-rwol tal-arti fl-iskambji interkulturali;

26.

Jissottolinja kemm hu importanti li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' wara l-2015; jitlob aktar appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, miżuri tal-politika u tal-bini tal-kapaċità mmirati biex jinvolvu u jżidu l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet f'livell lokali tas-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari tal-organizzazzjonijiet tan-nisa, fil-konsultazzjonijiet tal-partijiet konċernati f'kull waqt u fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

27.

Jinnota li l-GAP irid jindirizza l-qagħda ta' persuni LGBTI fi stati terzi, u jrid jinkludi l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni LGBTI;

28.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tad-drittijiet legali tan-nisa u tal-aċċess tagħhom għall-ġustizzja permezz ta' riforma tal-liġijiet li tkun sensittiva għall-perspettiva tal-ġeneri; jemmen li finanzjament immirat għall-ugwaljanza tal-ġeneri fl-għajnuna ġuridika jgħin it-tisħiħ tal-istat tad-dritt;

29.

Jistieden lill-UE biex tippromwovi parteċipazzjoni ikbar tan-nisa fiż-żamma tal-paċi, fil-proċessi tal-bini tal-paċi u fil-missjoniiet militari u tal-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili tal-UE; itenni, f'dan il-kuntest, l-istedina tiegħu lill-UE biex tippromwovi r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u jitlob li l-perspettivi tal-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa jiġu inkorporati fl-inizjattivi kollha għall-paċi u s-sigurtà;

30.

Jistieden lill-UE tippromwovi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tan-nisa u l-bniet kif iggarantiti permezz tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; f'dan il-kuntest jinsisti fuq il-ħtieġa li tkun żgurata l-protezzjoni tad-dritt tal-ħajja u d-dinjità tan-nisa u l-bniet kollha permezz tat-taqbida attiva kontra prattiki dannużi bħall-ġeneriċidju;

31.

Jissottolinja l-importanza ta' miżuri li jsaħħu t-tmexxija u l-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fl-isferi pubbliċi kif ukoll f'dawk privati; jitlob li jsiru aktar sforzi biex il-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fil-ħajja politika tiżdied, notevolment permezz tal-integrazzjoni ta' dan it-tip ta' sforzi fil-programmi kollha ta' appoġġ għad-demokrazija, inkluż l-approċċ komprensiv ta' appoġġ għad-demokrazija (CDSA) tal-Parlament;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-involviment tal-irġiel u s-subien u l-promozzjoni tal-impenn attiv u r-responsabilità tagħhom fl-indirizzar ta' normi soċjali diskriminatorji u l-ġlieda kontra l-isterjotipi tal-ġeneru u l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-UN WOMEN.


(1)  Testi Adottati, P8_TA(2014)0059.

(2)  https://ec.europa.eu/europeaid/evaluation-eu-support-gender-equality-and-womens-empowerment-partner-countries-final-report_en

(3)  https://europa.eu/eyd2015/sites/default/files/users/Madara.Silina/from_commitment_to_action_financing_for_gewe_in_sdgs_oecd.pdf


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/56


P8_TA(2015)0351

Opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (2014/2160(INI))

(2017/C 349/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 10, 19 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (1) (tfassil mill-ġdid),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2014 dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta’ paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta’ trasparenza (C(2014) 1405),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2013 bit-titolu “Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)” (COM(2013)0861),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2010 bit-titolu “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Impenn Imsaħħaħ għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f’Isem il-Mara” (COM(2010)0078),

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) adottat mill-Kunsill fis-7 ta’ Marzu 2011;

wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE), ibbażata fuq l-Artikolu 157 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-'Gender Equality Index Report' tal-'European Institute for Gender Equality',

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1994 dwar Xogħol Part Time tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li jeżiġu li l-pajjiżi jinkorporaw fil-kuntratti tal-akkwisti pubbliċi tagħhom klawżola dwar ix-xogħol li tinkludi l-kwistjoni ta’ pagi indaqs,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1951 tal-ILO dwar Remunerazzjoni Ugwali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1)(d) tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa adottata fir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 34/180 tat-18 ta’ Diċembru 1979,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Diċembru 2014 bit-titolu “Being Trans in the European Union”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għall-istess xogħol jew għal xogħol ta’ valur ugwali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għall-istess xogħol jew għal xogħol ta’ valur ugwali (3),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni dwar l-Implimentazzjoni Ewropea tad-Direttiva 2006/54/KE prodotta mid-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0213/2015),

A.

billi t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tad-Dritt tal-UE;

B.

billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali hija pprojbita mid-Dritt tal-UE;

C.

billi l-indipendenza ekonomika hija prerekwiżit biex iċ-ċittadini Ewropej, irġiel u nisa, jeżerċitaw kontroll u jagħmlu għażliet ġenwini f’ħajjithom;

D.

billi d-Direttiva 2006/54/KE tirreferi għall-każistika tal-QtĠ-UE, li tipprevedi li l-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa ma jistax jiġi ristrett għall-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tal-fatt li persuna tkun ta’ sess wieħed jew l-ieħor, iżda li tapplika wkoll għad-diskriminazzjoni li tirriżulta minħabba bidla fis-sess ta' persuna;

E.

billi l-prinċipju ta’ paga ugwali ilu mniżżel fit-Trattati sa mill-bidu nett fl-1957; billi l-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali issa huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 157 tat-TFUE u inkorporat fid-Direttiva 2006/54/KE mfassla mill-ġdid (minn hawn 'il quddiem id-“Direttiva mfassla mill-ġdid”);

F.

billi d-“Direttiva mfassla mill-ġdid” kienet maħsuba biex tagħmel il-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam aktar koerenti u ġġibha f’konformità mal-każistika tal-QtĠ-UE u sabiex ikun hemm simplifikazzjoni u modernizzazzjoni tal-liġijiet rilevanti dwar l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali, u b’hekk jingħata kontribut biex is-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol titjieb; billi l-proporzjon ta’ nisa fl-ogħla karigi ta’ maniġment f’kumpaniji li joperaw fl-UE kien għadu taħt it-18 % fl-2014;

G.

billi d-“Direttiva mfassla mill-ġdid” introduċiet punti ġodda, bħall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u d-definizzjoni tal-kunċett ta’ diskriminazzjoni indiretta, il-protezzjoni mid-diskriminazzjoni li ġejja minħabba bidla fis-sess ta' persuna, u għamlet referenza espliċita għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-ħajja privata u tal-familja; billi l-isfida ewlenija għall-Istati Membri kollha hija l-applikazzjoni u l-infurzar korretti tar-regoli dwar paga ugwali, kif stabbilit bid-Direttiva 2006/54/KE, u billi l-impatt ta’ dawn il-punti ġodda fl-Istati Membri għadu limitat; billi, minkejja l-korp ta’ leġiżlazzjoni sinifikanti li ilu fis-seħħ għal kważi 40 sena u l-azzjonijiet meħuda u r-riżorsi li ntefqu, il-progress f’dan il-qasam huwa estremament lent u d-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa għadha teżisti, b’medja ta’ 16,4 % madwar l-UE, iżda b’differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri;

H.

billi, fost fatturi oħra, is-salarji qegħdin dejjem iżjed jiġu nnegozjati fuq bażi individwali, u dan jikkontribwixxi għal nuqqas ta’ informazzjoni u trasparenza tal-istruttura tal-pagi tal-impjegati, filwaqt li jinħoloq ambjent fejn il-preġudizzju fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u diskriminazzjoni fl-istrutturi tal-pagi jibqgħu moħbija mill-impjegati u/jew ir-rappreżentanti tagħhom u għalhekk huma estremament diffiċli li jiġu ppruvati, u dan ixekkel l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ paga indaqs għal xogħol indaqs, li hija ostakolata wkoll minn nuqqas ta’ ċertezza legali dwar il-kunċett ta’ xogħol ta’ valur ugwali, u minn ostakli proċedurali;

I.

billi ugwaljanza akbar bejn l-irġiel u n-nisa tkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija u għas-soċjetà b’mod ġenerali, u l-fatt li jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn is-sessi jgħin biex jitnaqqsu l-livelli tal-faqar u biex jiżdied il-qligħ tul il-ħajja tan-nisa u billi dan huwa vitali għat-tkabbir fl-impjiegi, il-kompetittività u l-irkupru ekonomiku; billi d-differenza fil-pagi tidher aktar qawwija fost in-nisa bi żvantaġġi multipli, bħal nisa b’diżabilità, nisa minn minoranzi u nisa bla kwalifiki; billi l-familji b’ġenitur wieħed jinsabu dejjem aktar fost l-ifqar persuni li jaħdmu, u l-proporzjon ta’ familji b’ġenitur wieħed huwa ogħla għan-nisa milli għall-irġiel; billi d-differenza fil-pagi bejn is-sessi għalhekk għandha impatt serju fuq il-kondizzjonijiet tal-għixien u fuq l-opportunitajiet tal-ħajja ta’ ħafna familji Ewropej;

J.

billi r-rati ta' impjieg huma ġeneralment aktar baxxi fost in-nisa meta mqabbla mal-irġiel: billi fl-2013, ir-rata ta' impjieg għall-irġiel kienet ta' 69,4 % fl-UE-28, imqabbla mat-58,8 % għan-nisa (4),

K.

billi sar progress limitat fir-rigward tar-rati ta’ mpjieg tan-nisa u billi l-livell ta’ segregazzjoni settorjali u tax-xogħol tan-nisa u l-irġiel f’tipi differenti ta’ impjiegi jibqa’ relattivament għoli, b’xi kategoriji vokazzjonali jkunu prinċipalment okkupati minn nisa kif ukoll dawk is-setturi u l-professjonijiet li għandhom tendenza li jiġu mħallsa inqas jew huma ta' valur inqas, minkejja l-qafas legali eżistenti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; billi din is-sitwazzjoni għandha impatt ukoll fuq id-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa matul il-ħajja kollha; billi s-segregazzjoni vertikali, li permezz tagħha n-nisa jidhru b’mod predominanti f'impjiegi l-inqas imħallsa jew li huma fil-pożizzjonijiet tal-livell l-aktar baxx fil-ġerarkija, tikkontribwixxi wkoll għad-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa; billi s-segregazzjoni orizzontali u vertikali huma ostaklu għall-iżvilupp professjonali tan-nisa u jirriżultaw f’livelli aktar baxxi ta’ viżibbiltà u ta' rappreżentanza tan-nisa fl-ambjent soċjali u dak pubbliku, u bħala tali jikkontribwixxu b’mod aktar wiesa’ għal inugwaljanzi akbar, u billi li dawn jingħelbu u li jkun hemm aktar nisa f’pożizzjonijiet għolja fil-ġerarkija tal-organizzazzjonijiet jipprovdi mudelli pożittivi għaż-żgħażagħ nisa u bniet;

L.

billi r-rati ta’ impjieg huma iktar baxxi fiż-żoni rurali, u barra minn hekk, kwantità kbira ta’ nisa ma jidhrux b’mod uffiċjali fis-suq tax-xogħol, u għaldaqstant mhumiex irreġistrati la bħala qegħda u lanqas ma huma inklużi fl-istatistiċi dwar il-qgħad, u dan joħloq problemi finanzjarji u legali speċifiċi f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-maternità u l-liv tal-mard, il-kisba ta’ drittijiet għall-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll problemi fil-każ ta’ divorzju; billi ż-żoni rurali huma żvantaġġati minħabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità għolja;

M.

billi l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet permezz tal-edukazzjoni, speċjalment fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, kif ukoll li n-nisa jkunu inkoraġġiti jipparteċipaw fit-taħriġ vokazzjonali u programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja fost id-diversi setturi, huma elementi importanti li jippromwovu t-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs fl-impjieg; billi l-ħiliet u l-kompetenzi tan-nisa ħafna drabi huma sottovalutati, bħalma huma sottovalutati l-professjonijiet u x-xogħlijiet li fihom jippredominaw in-nisa, minkejja li dan mhux neċessarjament ġustifikat permezz ta’ xi kriterju oġġettiv;

N.

billi d-Direttiva 2006/54/KE tistipula li l-Istati Membri jistgħu, bil-ħsieb li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, iżommu jew jadottaw miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat li jfittex attività professjonali jew li dan jimpedixxi jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali (5);

O.

billi l-maternità u l-kura tat-tfal, l-anzjani, il-morda jew membri tal-familja b’diżabilità u dipendenti oħra jirrappreżentaw xogħol addizzjonali jew xi kultant xogħol full-time li kważi esklussivament jitwettaq min-nisa; billi dan ix-xogħol rarament jitħallas u mhuwiex stmat kif xieraq mis-soċjetà, anki jekk għandu importanza soċjali enormi u jikkontribwixxi għall-benessri soċjali u jista’ jitkejjel bl-indikaturi ekonomiċi bħall-PDG; billi dan jirriżulta fit-twessigħ tad-differenzi fl-introjtu li jeżistu bejn in-nisa u l-irġiel u għandu impatt detrimentali fuq il-karriera tan-nisa minħabba l-“kost” ta’ snin li wieħed iqatta’ barra mis-suq tax-xogħol jew ta’ sigħat imnaqqsa minħabba arranġamenti ta’ xogħol part-time, u konsegwentement iżid ukoll id-differenza fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa; billi l-impatt ta’ dawn l-elementi fuq id-dħul tul il-ħajja jvarja madwar l-Istati Membri skont il-livell ta’ appoġġ offrut lill-ġenituri, inkluż il-provvediment ta' kura tat-tfal, jew permezz ta’ miżuri leġiżlattivi jew ftehimiet kollettivi;

P.

billi d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel tikber wara l-irtirar, u konsegwentement id-differenza fil-pensjoni tkun kunsiderevolment ogħla mid-differenzi fil-pagi; billi n-nisa jirċievu pensjoni medja ta’ 39 % inqas mill-irġiel; billi din is-sitwazzjoni hija kkawżata minn fatturi soċjali u ekonomiċi bħal swieq tax-xogħol segregati ħafna, filwaqt li x-xogħol tan-nisa hu sottovalutat, l-ogħla proporzjon ta’ nisa jaħdmu part-time, b'pagi fis-siegħa aktar baxxi, u anqas snin fl-impjieg; billi dan iżid ir-riskju ta’ faqar għan-nisa rtirati; billi aktar minn terz tan-nisa ta' età akbar fl-UE ma għandhom ebda pensjoni;

Q.

billi ċerti kategoriji ta’ nisa jinsabu f’riskju ta’ diskriminazzjoni multipla fl-impjieg u fix-xogħol, fosthom in-nisa li jappartjenu għal minoranzi etniċi, nisa leżbjani, bisesswali, nisa transġeneru, nisa waħidhom, nisa b’diżabilitajiet u nisa anzjani;

R.

billi d-“Direttiva mfassla mill-ġdid” tindika b’mod ċar li kwalunkwe forma ta’ trattament inqas favorevoli fir-rigward tat-tqala jew il-liv tal-maternità tikkostitwixxi diskriminazzjoni; billi d-“Direttiva mfassla mill-ġdid” tipprovdi wkoll b’mod ċar garanzija tar-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-maternità għall-istess impjieg jew għal impjieg ekwivalenti u protezzjoni mit-tkeċċija għall-irġiel u n-nisa meta dawn jeżerċitaw id-dritt għal-liv parentali u/jew għall-adozzjoni;

S.

billi l-imsieħba soċjali (it-trade unions u min iħaddem) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti ħafna biex ikun inkoraġġit it-trattament ugwali u jiġi promoss il-kunċett ta’ xogħol ibbażat fuq paga ugwali;

T.

billi l-korpi tal-ugwaljanza huma preżenti fl-Istati Membri kollha, iżda l-ħidma tagħhom u l-impatt ivarja ħafna skont il-livell ta’ indipendenza tagħhom u l-kompetenzi u r-riżorsi tagħhom; billi dawn il-korpi għandhom jiġu appoġġjati u msaħħa b’mod adegwat fil-qadi ta’ dmirijiethom fir-rigward tal-promozzjoni, il-monitoraġġ u l-appoġġ ta’ trattament ugwali b’mod indipendenti u effettiv;

U.

billi l-Parlament ripetutament talab lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex tiġi indirizzata d-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa; billi l-għeluq ta’ dan id-distakk jirrappreżenta mezz li permezz tiegħu jiżdiedu r-rati tal-impjieg fost in-nisa, titjieb is-sitwazzjoni ta’ ħafna familji Ewropej u jitnaqqas ir-riskju ta’ faqar għan-nisa, speċjalment fl-età tal-pensjoni;

V.

billi l-għeluq tad-differenza bejn il-ġeneru tirrappreżenta mezz li bih jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 f’termini ta’ impjiegi u tnaqqis tal-faqar kif ukoll l-iżgurar tal-moviment ħieles tal-ħaddiema bħala libertà fundamentali Ewropea; billi skont il-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew (6) , tnaqqis ta’ punt perċentwali wieħed fid-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa se jżid it-tkabbir ekonomiku b’0,1 %;

W.

billi r-rwoli tradizzjonali tas-sessi u l-istereotipi għadhom jeżerċitaw influwenza kbira ħafna fuq id-diviżjoni tax-xogħol fid-dar, fl-edukazzjoni, fil-karrieri, fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà b'mod ġenerali;

Valutazzjoni ġenerali

1.

Jinnota li, b’mod ġenerali, l-Istati Membri ġabu l-liġijiet nazzjonali tagħhom f’konformità mad-Dritt tal-UE (7); jirrimarka li sempliċiment it-traspożizzjoni b’mod korrett tad-dispożizzjonijiet tad-'Direttiva mfassla mill-ġdid' fil-liġi nazzjonali ma kenitx biżżejjed biex jintlaħqu l-applikazzjoni sħiħa u l-infurzar effettiv tagħhom, u li d-differenzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel għadhom jeżistu;

2.

Jiddispjaċih li għalkemm l-Istati Membri kienu obbligati li jittrasponu biss dawk 'it-tibdiliet sostantivi' li ġabet id-'direttiva mfassla mill-ġdid', it-traspożizzjoni tad-Direttiva kienet ta’ natura suffiċjentement ċara u korretta f’żewġ Stati Membri biss, bi kwistjonijiet pendenti fis-26 Stat Membru l-oħra; jirrimarka, madankollu, li dawn il-bidliet ma kinux ġew identifikati b’mod ċar; jenfasizza l-fatt li l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni kienu limitati fl-impatt tagħhom fejn jirrigwarda l-fatt li jkun żgurat approċċ koerenti kif ukoll gwida meħtieġa sabiex tista' ssir implimentazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali;

3.

Jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri ma ħatfux l-opportunità biex jissimplifikaw u jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol; jirrimarka li l-Istati Membri mhux biss huma mistennija li jittrasponu d-Direttiva iżda wkoll li jiżguraw sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali u l-infurzar tar-rimedji kollha disponibbli għal diskriminazzjoni fil-pagi;

4.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma adottatx l-inizjattiva leġiżlattiva li hija kienet impenjat ruħha li tippreżenta s-sena l-oħra sabiex tippromwovi u tiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ paga ugwali fil-prattika; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tidentifika l-punti dgħajfa tad-'Direttiva mfassla mill-ġdid' u li tħejji, bħala kwistjoni ta’ urġenza, proposta leġiżlattiva li tista’ tibdilha, u f’din il-proposta tipprovdi għal aktar mezzi effettivi li jissorveljaw l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva fl-Istati Membri;

5.

Jirrimarka, barra minn hekk, li l-biża' li persuna titlef l-impjieg tagħha wasslet biex ħafna nisa jabbandunaw il-possibbiltà ta' rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja permezz tal-użu ta’ jum iqsar ta’ xogħol jew ta' formoli simili, b’hekk dan għamel il-bilanċ ħajja tal-familja diffiċli, u wassal biex tkompli tonqos ir-rata ta’ twelid f'uħud mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta din it-tendenza u miżuri li ħadu gvernijiet differenti biex jiġi miġġieled il-fenomenu, u biex tressaq miżuri ħalli jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi fuq it-trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol kif ukoll il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ paga ugwali

6.

Jenfasizza li, filwaqt li d-differenzi bejn ir-rati ta' impjieg u l-livelli tal-paga tal-irġiel u n-nisa setgħu tnaqqsu kemmxejn f'dawn l-aħħar snin, dan mhuwiex ir-riżultat ta' titjib fil-pożizzjoni tan-nisa, iżda konsegwenza tat-tnaqqis fir-rati ta' impjieg u fil-livelli ta' pagi tal-irġiel minħabba l-kriżi ekonomika;

7.

Jenfasizza l-fatt li skont il-każistika tal-QtĠ-UE, għandu jiġi osservat il-prinċipju ta’ paga ugwali fir-rigward ta’ kull wieħed mill-elementi tar-remunerazzjoni mogħtija lill-irġiel u n-nisa;

8.

Itenni l-ħtieġa li jkun hemm definizzjonijiet armonizzati, għat-tqabbil fil-livell tal-UE, ta’ termini bħal id-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa, id-differenza fil-pensjoni tal-anzjani nisa u rġiel, ir-remunerazzjoni, id-diskriminazzjoni diretta u indiretta fil-pagi, u, speċjalment, xogħol trattat bħala “ugwali” u xogħol tal-istess valur; iqis li, f’konformità mal-każistika tal-QtĠ-UE, il-valur tax-xogħol għandu jkun ivvalutat u mqabbel skont kriterji oġġettivi, bħal rekwiżiti edukattivi, professjonali u dawk ta’ taħriġ, ħiliet, sforz u responsabbiltà, ix-xogħol li wieħed ikun għamel u n-natura tal-kompiti involuti; jirrimarka li minħabba d-diversi tipi ta’ kuntratti tax-xogħol li jeżistu, kemm statutorji kif ukoll kuntrattwali, il-kalkolu attwali tad-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa jista’ jwassal għal fehim mhux preċiż tal-problema ta’ paga ugwali; jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza dawn id-distorsjonijiet possibbli u biex tipproponi soluzzjonijiet adegwati, inkluża l-introduzzjoni ta’ verifiki tal-ħlas obbligatorji għal kumpaniji elenkati fil-boroż tal-Istati Membri tal-UE, ħlief għal kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u l-possibbiltà ta’ sanzjonijiet f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippjanaw l-applikazzjoni tas-sistemi eżistenti ta’ evalwazzjoni u ta’ klassifikazzjoni tal-impjiegi li jvarjaw b’mod konsiderevoli; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi linji gwida għal sistemi newtrali ta’ evalwazzjoni u ta’ klassifikazzjoni tal-impjiegi, inklużi miżuri speċifiċi, bħar-rappreżentanza proporzjonali tan-nisa u l-irġiel fil-kumitati ta’ evalwazzjoni, l-iżvilupp ta’ deskrizzjonijiet tax-xogħol newtrali u tal-grids tal-ippeżar, u d-definizzjoni ta’ kriterji ċari għall-valutazzjoni tal-valur tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu u jużaw sistemi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol ċari u newtrali fir-rigward tal-ġeneru, abbażi tal-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni, b’tali mod li jkunu jistgħu jindunaw b'diskriminazzjoni indiretta fil-pagi relatata mas-sottovalutazzjoni ta’ impjiegi tipikament magħmula min-nisa;

10.

Hu tal-fehma li sistemi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol għandhom preferibbilment ikunu bbażati fuq in-negozjar kollettiv;

11.

Jirrimarka li sistema ċara u armonizzata ta’ klassifikazzjoni tal-impjiegi u t-trasparenza fil-pagi se jtejbu l-aċċess għall-ġustizzja; jinnota li diversi Stati Membri diġà ħadu miżuri speċifiċi ta’ trasparenza fil-pagi; jenfasizza d-differenza li teżisti bejn dawn il-miżuri, u jieħu nota tar-Rakkomandazzjoni tal-2014 tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza tal-pagi, għalkemm jiddispjaċih dwar in-natura mhux vinkolanti tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw b’mod attiv dawk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni permezz ta' leġiżlazzjoni li twassal għal azzjoni trasparenti u pożittiva kontinwa, peress li ntwera li dan kien ta’ suċċess, kif ukoll bl-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ trasparenza fil-pagi rakkomandati u mfassla apposta; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt reali ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, inkluż ir-rekwiżit għall-kumpaniji li jirrapportaw regolarment dwar ir-remunerazzjoni medja skont il-kategorija ta’ impjegat jew il-pożizzjoni, imqassma skont il-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-proposta leġiżlattiva l-ġdida tagħha l-miżuri msemmija fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-2014 dwar it-trasparenza fil-pagi, id-differenza fil-pagi tal-irġiel u tan-nisa, u l-korpi tal-ugwaljanza; jistieden lill-Istati Membri biex jeżerċitaw pressjoni dwar prattiki ta' paga inugwali u biex jippromwovu t-trasparenza tal-pagi kif mitlub mit-trade unions u l-korpi tal-ugwaljanza bejn is-sessi, fost partijiet interessati oħra;

Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar trattament ugwali

12.

Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni indiretta fl-iskemi tal-pensjonijiet, mhux biss fl-iskemi tax-xogħol iżda wkoll fil-prattiki tal-iskemi tal-pensjonijiet statutorji; jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li l-iskemi ta' pensjonijiet tax-xogħol għandhom jiġu meqjusa bħala paga u li b'hekk, il-prinċipju tat-trattament ugwali japplika għal dawn l-iskemi ukoll, minkejja l-fatt li d-distinzjoni bejn l-iskemi tal-pensjonijiet statutorji u dawk tax-xogħol hija problematika f'ċerti Stati Membri u li l-kunċett tal-iskemi tal-pensjonijiet tax-xogħol mhuwiex magħruf f'xi Stati Membri, u dan jista' jwassal għal diskriminazzjoni indiretta fis-suq tax-xogħol; jirrikonoxxi li l-aċċess tan-nisa għal skemi ta’ pensjoni tax-xogħol hija aktar ristretta, minħabba ħinijiet tax-xogħol iqsar, inqas anzjanità u segregazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol, u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi, u li skemi bbażati fuq il-kontribuzzjoni rarament jikkunsidraw waqfiet relatati mal-kura u xogħol part-time involontarju; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-impatt tal-bidla minn pensjonijiet tal-Istat statutorji lejn skemi tax-xogħol u skemi privati fuq id-differenza fil-pensjoni tal-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju, peress li t-traspożizzjoni ma tantx dehret li kienet ċara f’xi Stati Membri;

13.

Jitlob lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-maternità tagħhom u jieħdu miżuri biex jimpedixxu t-tkeċċija inġusta tal-impjegati matul it-tqala u meta dawn jirritoraw lura wara l-liv tal-maternità; jistieden lill-Kunsill biex finalment jadotta pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-promozzjoni tat-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal, ħaddiema li welldu reċentament, u nisa li qed ireddgħu (id-“Direttiva dwar il-liv tal-Maternità”); jistieden lill-Kunsill biex jadotta malajr kemm jista’ jkun pożizzjoni komuni dwar il-proposta għal direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża u miżuri relatati;

14.

Jinnota li fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-liv tal-maternità u tal-paternità u/jew il-liv għall-adozzjoni, hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati b’mod koerenti fil-livell nazzjonali l-isfidi partikolari li jeżistu, inklużi d-differenzi settorjali (pubbliku-privat) u ta’ natura organizzattiva (dawn tal-aħħar kemm bejn l-intrapriżi u kemm bejn l-intrapriżi kbar, żgħar u dawk ta’ daqs medju), is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ kuntratti part-time u atipiċi, u l-prattiki ta’ kuntratti għal żmien determinat li jtemmu l-perjodu ta’ protezzjoni u jwasslu għal riżenji volontarji mix-xogħol;

15.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu miżuri biex jiġġieldu l-forom kollha ta' diskriminazzjoni multipla, biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol u fl-aċċess għall-impjieg, inkluż diskriminazzjoni kontra minoranzi etniċi u persuni b'diżabilità u diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, u b'mod partikolari biex jadottaw miżuri ta' protezzjoni soċjali ħalli jiżguraw li l-pagi tan-nisa u l-benefiċċji soċjali, inklużi l-pensjonijiet, ikunu ugwal għal tal-irġiel bl-istess esperjenza jew esperjenza simili li jagħmlu l-istess xogħol, jew xogħol ta' valur ugwali;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, billi joħolqu sistemi ta’ monitoraġġ effettivi, sabiex jieħdu miżuri superviżorji u ta' kontroll biex itejbu l-ġbir tad-data dwar każijiet ta’ fastidju u diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, inkluż fir-rigward ta’ diskriminazzjoni relatata mat-tqala u l-maternità u forom oħrajn ta’ liv; jemmen li f’dawn il-każijiet għandha ssir ukoll dispożizzjoni għal sistema ta’ pieni, iżda li fuq kollox għandhom isiru sforzi f’termini ta’ prevenzjoni, sabiex is-servizzi jsiru aċċessibbli għal nisa tqal jew nisa li għadhom kif saru ommijiet li jistgħu jgħinuhom jiksbu bilanċ bejn tqala jew maternità u l-professjoni tagħhom, mingħajr ma jiġu obbligati li jagħżlu bejn ix-xogħol u l-familja, kif għadu ta’ sikwit jiġri; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 26 (dwar il-fastidju sesswali) fir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ċari biex jiġi miġġieled il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol b'mod aktar effiċjenti; jiddispjaċih mill-fatt li minkejja d-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tal-individwi mid-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjieg, 30 % tal-persuni transġeneru li jfittxu impjieg esperjenzaw diskriminazzjoni huma u jfittxu xogħol u n-nisa transġeneru x'aktarx kienu dawk li l-aktar ħassewhom iddiskriminati fis-sena ta' qabel l-istħarriġ dwar l-LGBT tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jirrimarka li dan huwa ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-effikaċja tal-entitajiet nazzjonali responsabbli u l-proċeduri fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-rigward tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-bidla fis-sess; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'għarfin espert dwar kif għandhom jipproċedu biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjieg għal raġunijiet ta' “karatteristiċi tas-sess”; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-persuni transġeneru u intersesswali fit-taħriġ dwar id-diversità, u biex jaħdmu ma' min iħaddem fuq miżuri li għandhom jittieħdu fuq il-post tax-xogħol, pereżempju l-proċeduri għal reklutaġġ anonimu; jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex jindirizzaw b’mod attiv id-diskriminazzjoni kontra l-persuni transġeneru f’konformità mal-każistika tal-QtĠ-UE;

18.

Iqis li huwa spjaċevoli li bosta Stati Membri ma rnexxielhomx jintroduċu protezzjoni speċifika kontra d-diskriminazzjoni b'rabta mal-assenzjazzjoni mill-ġdid tal-ġeneru meta kienu qed jittrasponu d-Direttiva, u jitlob lill-Kummissjoni biex tirresponsabbilizza lill-Istati Membri; itenni l-importanza li l-Istati Membri jinkludu b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-bidla fis-sess; jemmen li l-protezzjoni legali attwali mogħtija bid-direttiva lil dawk li biħsiebhom jagħmlu, qed jagħmlu jew għamlu assenzjazzjoni mill-ġdid tal-ġeneru għandha tiġi estiża għall-persuni transġeneru kollha; jitlob b'rabta ma' dan għal inklużjoni espliċita fi kwalunkwe riformulazzjoni futura ta' projbizzjoni ta' diskriminazzjoni abbażi tal-identità sesswali;

19.

Jiġbed l-attenzjoni li l-aċċess għall-ġustizzja f’dan il-qasam huwa limitat minħabba għadd ta’ raġunijiet, bħalma huma t-tul u l-ispejjeż tal-proċeduri, l-isfidi ffaċċjati mill-korpi għall-ugwaljanza f’ċerti Stati Membri, in-nuqqas ta’ trasparenza fil-pagi, in-nuqqas ta’ għajnuna legali mingħajr ħlas, il-biża’ tal-istigmatizzazzjoni jew it-tbatija tat-tpattija jekk il-vittmi jitkellmu dwar id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza l-fatt li l-applikazzjoni tar-regola tal-obbligu tal-provi toħloq ukoll problemi f’bosta Stati Membri, u b’hekk tagħmel il-ħarsien tal-ħaddiema nisa diffiċli peress li dawn ta’ spiss ma jkollhomx aċċess għall-informazzjoni rilevanti jew ikollhom biss aċċess limitat u, barra minn hekk, jibżgħu li jitilfu x-xogħol tagħhom; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jieħdu rwol attiv billi jipprovdu assistenza lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni, direttament jew permezz ta’ appoġġ għal korpi ta’ ugwaljanza, it-trade unions, l-organizzazzjonijiet komunitarji u NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam; jirrimarka li soluzzjoni rilevanti biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’dan il-qasam tista' tkun l-għoti tas-setgħa lill-korpi għall-ugwaljanza indipendenti biex jipprovdu assistenza lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni, inkluża għajnuna legali bla ħlas, kif ukoll id-dritt li jirrappreżentaw l-individwi f’kawżi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li jiġu introdotti sistemi ta’ rappurtar kunfidenzjali fl-Istati Membri li jippermettu lin-nisa jirrappurtaw każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament fuq il-post tax-xogħol;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, tiskambja u tqabbel l-aħjar prattiki eżistenti u tiddisemina r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni fir-rigward tal-miżuri effettivi li l-Istati Membri jistgħu jieħdu sabiex iħeġġu lil min iħaddem u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ vokazzjonali jimpedixxu l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, b’mod partikolari fir-rigward tal-fastidju u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, billi jtejbu l-aċċess għall-impjiegi, billi joffru aktar taħriġ vokazzjonali u jippromwovu l-aħjar prattiki;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw u jtejbu l-aċċess tan-nisa għal tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ vokazzjonali, u n-netwerks ta’ mentoring madwar l-Ewropa, speċjalment f’setturi ddominati mill-irġiel, u biex jiddisseminaw l-aħjar prattika;

Promozzjoni ta’ trattament ugwali u ta' djalogu soċjali

22.

Itenni li l-korpi ta’ ugwaljanza għandu jkollhom il-kompetenzi u r-riżorsi adegwati u l-persunal biex jimmonitorjaw u jirrappurtaw b’mod effettiv u indipendenti dwar il-leġiżlazzjoni li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jenfasizza li l-indipendenza tal-korpi ta’ ugwaljanza trid tiġi żgurata fl-Istati Membri kollha, u li l-forma istituzzjonali preċiża ta’ dawn il-korpi hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinkorraġixxu l-imsieħba soċjali (it-trade unions u min iħaddem), is-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza bejn is-sessi biex jippromwovu l-monitoraġġ ta’ prattiki ta’ ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol, inklużi arranġamenti ta’ xogħol flessibbli, bil-għan li tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata u jkun hemm aktar skrutinju ta’ ftehimiet kollettivi u skali tal-pagi applikabbli u skemi ta’ klasssifikazzjoni tax-xogħol sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta kontra n-nisa; jenfasizza wkoll l-importanza ta’ strumenti oħra bħal kodiċi ta’ kondotta, ir-riċerka, u l-iskambji ta’ esperjenza u prattika tajba fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni aħjar kontra d-diskriminazzjoni;

24.

Huwa tal-fehma li l-protezzjoni tad-data ma tistax tiġi invokata bħala skuża biex ma jiġux ippubblikati r-rapporti annwali tal-pagi fil-livell tal-post tax-xogħol;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-obbligi għall-intrapriżi kbar u ta’ daqs medju biex jiżguraw il-promozzjoni sistematika ta’ trattament ugwali u biex jipprovdu l-informazzjoni xierqa fuq bażi regolari lill-impjegati tagħhom, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ paga ugwali; itenni li l-introduzzjoni ta’ penali finanzjarji għal dawk li jħaddmu li ma jirrispettawx l-ugwaljanza salarjali x’aktarx tkun mezz rilevanti biex tiġi eliminata d-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, pereżempju, billi jiżguraw li, sa fejn ikun ikkonċernat il-prinċipju tal-pagi ugwali, l-aġenziji tal-ispezzjoni u l-infurzar ikollhom ir-riżorsi tekniċi, umani u finanzjarji meħtieġa, u biex tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali jkejlu d-dimensjoni tal-ugwaljanza ta’ ftehimiet kollettivi;

27.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jissaħħu l-arranġamenti ta’ spezzjoni tax-xogħol pubbliċi u biex jiġu adottati metodi li jkejlu l-valur tax-xogħol u, pereżempju jiġu identifikati impjiegi fejn is-salarji huma baxxi u l-impjegati huma prinċipalment femminili u li b'hekk timplika forma ta’ diskriminazzjoni indiretta tal-paga;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-vittmi ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess; jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati, inklużi l-korpi tal-ugwaljanza, l-imsieħba soċjali (it-trade unions u min iħaddem) u l-NGOs, sabiex jiġu miġġielda l-isterjotipi dwar ix-xogħol tan-nisa u l-irġiel u kif dawn iħallu impatt fuq il-valur tax-xogħol u l-paga baxxa, inkluż fl-aċċess għall-impjiegi, u li l-kumpaniji jagħżlu l-aktar kandidati kwalifikati fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki billi jiġu applikati kriterji stabbiliti minn qabel, ċari, ifformulati b’mod newtrali, mhux diskriminatorji u mhux ambigwi;

29.

Jindika li waħda min-novitajiet introdotti mid-“Direttiva mfassla mill-ġdid” hija r-referenza għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-ħajja privata u tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni biex, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali (it-trade unions u min iħaddem), biex jiżviluppaw miżuri speċifiċi li jiżguraw drittijiet aktar b’saħħithom għall-irġiel u n-nisa f’dan il-qasam; jenfasizza li l-iżvilupp ta’ faċilitajiet pubbliċi għall-indukrar tat-tfal skont l-objettivi ta’ Barċellona huwa partikolarment meħtieġ f’dan ir-rigward;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jifirxu u jżidu s-sensibilizzazzjoni pubblika li tirrigwarda l-pagi ugwali bejn l-irġiel u n-nisa u d-differenza fil-pensjonijiet, u dwar diskriminazzjoni diretta u indiretta tan-nisa fuq il-post tax-xogħol fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Sena Ewropea għall-ġlieda kontra d-differenza fil-pagi bejn is-sessi;

31.

Josserva b’interess li ħafna nisa jagħżlu li jaħdmu għal rashom minħabba li dan huwa l-uniku mod ta’ ħidma tagħhom li jippermettilhom li jikkombinaw il-ħajja tal-familja u tax-xogħol; jinnota, madankollu, li f’bosta Stati Membri l-benefiċċji ta’ protezzjoni tal-benesseri u l-benefiċċji għal dawk li jaħdmu għal rashom ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk ta’ ħaddiema impjegati;

Rakkomandazzjonijiet

32.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri biex jimplimentaw u jinfurzaw id-Direttiva mfassla mill-ġdid 2006/54/KE b’mod konsistenti, u jinkoraġġixxu lill-imsieħba soċjali biex jieħdu rwol aktar attiv biex jitħeġġeġ trattament ugwali, inkluż permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni li jindirizzaw kwalunkwe inugwaljanzi fil-pagi tal-irġiel u n-nisa, b’azzjonijiet konkreti u monitoraġġ tal-eżitu, fil-livell tal-kumpanija, dak settorjali, nazzjonali u tal-UE;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni, wara r-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-“Direttiva mfassla mill-ġdid” u din ir-riżoluzzjoni, biex tirrevedi d-Direttiva 2006/54/KE mfassla mill-ġdid, kif diġà ġie mitlub mill-Parlament, b’mod partikulari fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 li fiha rakkomandazzjonijiet speċifiċi u ċari;

34.

Jenfasizza l-fatt li l-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni newtrali mil-lat tal-ġeneru tal-impjiegi, kif ukoll it-trasparenza fil-pagi, huma miżuri indispensabbli sabiex jiġi mħeġġeġ trattament ugwali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, sabiex tinkludi dawn il-miżuri fil-proposta tagħha għal Direttiva ġdida li tissostitwixxi d-“Direttiva mfassla mill-ġdid”; jirrimarka li approċċ armonizzat biss huwa kompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema bħala libertà bażika Ewropea;

35.

Jindika l-ħtieġa li jinstab metodu ta’ evalwazzjoni tax-xogħol ħieles mill-preġudizzju bejn is-sessi, li jippermetti li l-impjiegi jitqabblu fuq il-bażi tal-iskala u l-kumplessità tagħhom sabiex tiġi determinata l-pożizzjoni ta’ impjieg wieħed meta mqabbel ma’ impjieg ieħor fi ħdan settur partikolari jew organizzazzjoni, jekk l-impjiegi inkwistjoni ikun fihom nisa jew irġiel;

36.

Isejjaħ għal rappreżentanza bilanċjata tas-sessi fil-bordijiet tat-tmexxija tagħhom;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi fid-Direttiva l-ġdida l-awditjar tal-pagi b'mod obbligatorju għal kumpaniji elenkati fil-boroż tal-Istati Membri tal-UE, ħlief għal kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) biex tiġi enfasizzata d-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa, u jiġu introdotti sanzjonijiet fil-livell tal-UE li jeskludu kumpaniji li jonqsu milli jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi mill-akkwist pubbliku ta’ oġġetti u servizzi ffinanzjati mill-baġit tal-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess ma’ kumpaniji ffinanzjati b’sussidji pubbliċi;

38.

Jitlob lill-Istati Membri jkunu huma stess ta' eżempju fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fil-pagi għan-nisa f’karigi governattivi, istituzzjonijiet u kumpaniji pubbliċi b’mod ġenerali;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi standards u kontrolli komuni li jiżguraw l-indipendenza u l-effikaċja tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza;

40.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-vittmi ta’ trattament inugwali u ta' diskriminazzjoni, partikolarment dawk li jkunu vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, ikunu intitolati għal kumpens proporzjonat skont id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ;

41.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jinvertu l-oneru tal-prova, billi jiġi żgurat li jkun dejjem min iħaddem li għandu jipprova li dawn id-differenzi fit-trattament li jistgħu jkunu ġew ikkonstatati ma rriżultawx f'xi diskriminazzjoni;

42.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-livell nazzjonali u tal-UE biex tiġi miġġielda l-persistenza ta’ sterjotipi, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-livelli kollha tas-soċjetà, b'involviment akbar tal-midja, bi strateġiji li jħeġġu lin-nisa biex jagħżlu karrieri u professjonijiet fejn huma anqas rappreżentati, u bl-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

43.

Jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali biss twassal għal titjib reali tas-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u li din teħtieġ rieda politika vera u kooperazzjoni strateġika bejn l-atturi differenti fil-livell Ewropew, nazzjonali, settorjali u organizzativ; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija attiva, flimkien ma’ punti ta’ referenza, għanijiet u miri bi skadenza, biex titnaqqas l-inugwaljanza fil-qasam tal-impjiegi u l-qgħad, kif sar b’suċċess f’oqsma oħra bħal, pereżempju, it-tnaqqas tal-għadd ta’ aċċidenti stradali fl-UE;

44.

Jistieden lill-Istati Membri japplikaw b'mod attiv ibbaġitjar tal-ġeneru sabiex jippromwovu t-titjib tas-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tippromovi l-iskambju ta’ eżempji tal-aħjar prattiki rigward l-ibbaġitjar tal-ġeneru;

45.

Jenfasizza l-importanza li jittieħdu miżuri pożittivi li jippromwovu l-involviment tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi; jirrimarka li kwoti vinkolanti wrew li huma fost l-aħjar modi biex jinkiseb dan l-objettiv;

46.

Jindika li miżuri pożittivi huma wkoll meħtieġa biex jiġi inċentivat il-ġeneru l-inqas rappreżentat biex jidħol f’ċerti professjonijiet fejn ikun hemm is-segregazzjoni orizzontali ċara tal-ġeneru;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni tħares lejn il-fatturi li jwasslu għal differenzi fil-pensjonijiet u biex tivvaluta l-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi li jnaqqsu din id-differenza fil-livell tal-UE u nazzjonali, inkluż permezz ta’ miżuri leġiżlattivi u/jew mhux leġiżlattivi;

48.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jieħdu l-miżuri adegwati biex titnaqqas id-differenza fil-pensjonijiet bejn is-sessi li hija konsegwenza diretta tad-differenza fil-pagi bejn is-sessi u jevalwaw l-impatt tas-sistemi ġodda tal-pensjoni fuq diversi kategoriji ta’ nisa, b’attenzjoni partikolari fuq il-kuntratti part-time u l-kuntratti mhux standard,

49.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jopponu l-inugwaljanzi fil-pagi bejn is-sessi fil-politiki tal-Unjoni u l-programmi nazzjonali relevanti kollha, b'mod partikulari dawk maħsuba għall-ġlieda kontra l-faqar;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju li jista' jqabbel is-sitwazzjonijiet rispettivi ta’ ommijiet li jaħdmu, l-ommijiet li jagħżlu li jibqgħu d-dar, u nisa bla tfal, sabiex jitfa' aktar dawl fuq il-pożizzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-gruppi ta’ nisa fis-suq tax-xogħol, waqt li speċifikament iħares lejn il-livelli ta’ impjieg, il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa, u l-iżvilupp tal-karriera;

51.

Jenfasizza r-rilevanza ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi affidabbli, komparabbli u disponibbli, kif ukoll statistika msejsa fuq is-sessi, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tad-Direttiva u segwitu għaliha, u jfakkar f’dan ir-rigward fl-irwol tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Eurostat bi statistika annwali ta’ kwalità għolja dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati żviluppi madwar l-UE kollha;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar kif il-proċeduri relatati ma’ rikonoxximent uffiċjali ta’ bidla fis-sess ta’ persuna, jew fin-nuqqas ta’ tali proċeduri, jaffettwaw il-pożizzjoni tal-persuni transġeneru fis-suq tax-xogħol, partikolarment l-aċċess tagħhom għall-impjiegi, il-livell ta' remunerazzjoni, l-iżvilupp tal-karriera u l-pensjonijiet;

53.

Jirrimarka li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qafas tas-Semestru Ewropew għandhom jinkludi miri biex titnaqqas id-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet bejn is-sessi, id-diskriminazzjoni u r-riskju tal-faqar fost in-nisa anzjani, u biex jiġu implimentati b’mod effikaċi l-prinċipji ta’ trattament ugwali;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja bir-reqqa l-qagħda tal-impjiegi tan-nisa fit-tielet settur, l-ekonomija soċjali u l-ekonomija kollaborattiva, u biex tipproponi, malajr kemm jista’ jkun, strateġija li tippromwovi u tipproteġi l-impjiegi u l-qagħda tan-nisa f’dawn is-setturi;

55.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex tiġi miġġielda l-prattika ta' impjiegi mhux iddikjarati u prekarji; jenfasizza l-livelli għoljin ta' xogħol mhux iddikjarat imwettaq min-nisa li jolqot b'mod negattiv l-introjtu, is-sigurtà soċjali, il-kopertura u l-protezzjoni tan-nisa, u li għandu effett ħażin fuq il-livelli tal-PDG tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat b'mod partikolari x-xogħol domestiku, li jsir l-aktar min-nisa, bħala sfida speċjali, peress li dan ix-xogħol jaqa' fis-settur informali, huwa singularizzat u fin-natura tiegħu inviżibbli, u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu żviluppati miżuri strutturati sabiex jiġi indirizzat b'mod effiċjenti; jiddeplora, barra minn hekk, l-abbuż ta' forom ta' kuntratt atipiċi, inklużi l-kuntratti ta' żero sigħat, sabiex tiġi evitata l-ħtieġa ta' konformità mal-obbligi b'rabta mal-impjiegi u mal-protezzjoni soċjali; jiddispjaċih mill-fatt li kien hemm żieda fin-numru ta' nisa maqbuda fil-faqar fost dawk li jaħdmu;

56.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tipproponi azzjonijiet biex: (a) titnaqqas id-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa; (b) tiżdied l-indipendenza ekonomika tan-nisa; (ċ) jitjiebu l-aċċessibilità u l-progress fil-karriera fis-suq tax-xogħol għan-nisa; (d) tiżdied b'mod fundamentali l-ugwaljanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet; u (e) jitneħħew strutturi u prattiki diskriminatorji relatati mas-sessi;

o

o o

57.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0375.

(3)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.

(4)  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Employment_statistics

(5)  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/54/KE u l-Artikolu 157(4) tat-TFUE

(6)  Valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew “Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa għal xogħol ugwali ta’ valur ugwali”, prodotta mill-Parlament fl-2013

(7)  Skont ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva mfassla mill-ġdid (COM(2013)0861),


L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/67


P8_TA(2015)0359

Lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi (2015/2112(INI))

(2017/C 349/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto tagħha,

wara li kkunsidra l-15-il Konferenza tal-Partijiet (COP 15) tal-UNFCCC u l-ħames Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP5) li saru f'Kopenħagen, id-Danimarka, mis-7 sat-18 ta' Diċembru 2009, u l-Qbil ta' Kopenħagen,

wara li kkunsidra s-16-il Konferenza tal-Partijiet (COP 16) tal-UNFCCC u s-sitt Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP6) li saru f'Cancún, il-Messiku, mid-29 ta' Novembru sal-10 ta' Diċembru 2010, u l-Ftehimiet ta' Cancún,

wara li kkunsidra s-17-il Konferenza tal-Partijiet (COP 17) tal-UNFCCC u s-seba' Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP7) li saru f'Durban, l-Afrika t'Isfel, mit-28 ta' Novembru sad-9 ta' Diċembru 2011 u, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa,

wara li kkunsidra t-18-il Konferenza tal-Partijiet (COP 18) tal-UNFCCC u t-tmien Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto (CMP8) li saru f'Doha, il-Qatar, mis-26 ta' Novembru sat-8 ta' Diċembru 2012, u l-adozzjoni tal-Portal ta' Doha dwar il-Klima,

wara li kkunsidra d-19-il Konferenza tal-Partijiet (COP 19) tal-UNFCCC u d-disa' Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP9) li saru f'Varsavja, il-Polonja, mill-11 sat-23 ta' Novembru 2013 u l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Internazzjoanli ta' Varsavja għal Telf u Ħsara,

wara li kkunsidra l-20 Konferenza tal-Partijiet (COP 20) tal-UNFCCC u l-għaxar Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP10) li saru f'Lima, il-Perù, mill-1 sat-12 ta' Diċembru 2014, u l-appell ta' Lima għal azzjoni dwar il-klima,

wara li kkunsidra l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) tal-UNFCCC u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li se sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP11) li se jsiru f'Pariġi, Franza, mit-30 sal-11 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 15) (1), tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tal-COP 15 (2), tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Cancún (COP 16) (3), tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima f'Durban (COP 17) (4), tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima f'Doha, il-Qatar (COP 18) (5), tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f'Varsavja, il-Polonja (COP 19) (6), u tas-26 ta' Novembru 2014 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Lima, Perù (COP 20) (7),

wara li kkunsidra l-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 bit-titolu “Qafas għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija sal-2030” (COM(2013)0169),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 bit-titolu “l-2050: Il-ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-klima” (9), tal-15 ta' Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (10) u tal-5 ta' Frar 2014 dwar qafas għall-politika tal-klima u tal-enerġija sal-2030 (11),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015, bħala parti mill-pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija, bit-titolu “Pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima globali wara l-2020” (COM(2015)0081),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima ta’ April 2013 u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jmur magħha,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) ta' Novembru 2014 bit-titolu “The Emissions Gap Report 2014” u l-“Adaptation Gap Report 2014” tal-UNEP;

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja adottata fis-Summit tal-G7 fix-Schloss Elmau, il-Ġermanja, mis-7 sat-8 ta' Ġunju 2015 bit-titolu “Think ahead. Act together”, li fih tennew l-intenzjoni tagħhom li jżommu mal-impenn li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'40 % sa 70 % sal-2050 meta mqabbel mal-2010, u dan hu neċessarju biex jiġi żgurat li t-tnaqqis ikun eqreb lejn is-70 % milli l-40 %;

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bank Dinji intitolati “Turn Down the Heat: Why a 4 oC Warmer World Must be Avoided”, “Turn Down the Heat: Climate Extremes, Regional Impacts, and the Case for Resilience” u “Climate Smart Development: Adding up the Benefits of Climate Action”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Globali dwar l-Ekonomija u l-Klima bit-titolu “Better Growth, Better Climate: The New Climate Economy Report”,

wara li kkunsidra l-enċiklika “Laudato Si'”;

wara li kkunsidra l-ħames Rapport ta' Valutazzjoni (AR5) tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) u r-Rapport ta' Sinteżi tiegħu,

wara li kkunsidra t-tressiq fis-6 ta' Marzu 2015 mil-Latvja u l-Kummissjoni Ewropea lill-UNFCCC tal-Kontributi Maħsubin Determinati fil-Livell Nazzjonali (INDCs) tal-UE u l-Istati Membri tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti fis-Summit dwar il-Klima tan-NU f'Settembru 2014;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Nindirizzaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità (COM(2008)0645,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta' Ottubru 2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0275/2015),

A.

billi t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida globali urġenti u potenzjalment irreversibbli għas-soċjetajiet umani u għall-bijosfera u għalhekk irid jiġi indirizzat fil-livell internazzjonali mill-Partijiet kollha;

B.

billi skont il-provi xjentifiċi ppreżentati fl-AR5 tal-IPCC tal-2014, it-tisħin tas-sistema klimatika huwa inekwivokabbli; it-tibdil fil-klima qiegħed tabilħaqq iseħħ u l-attivitajiet tal-bniedem huma l-kaġun dominanti tat-tisħin li ġie osservat sa minn nofs is-seklu XX; l-impatti mifruxa u sostanzjali tat-tibdil fil-klima huma diġà evidenti fis-sistemi naturali u umani fil-kontinenti u fl-oċeani kollha;

C.

billi l-UE naqset l-emissjonijiet tagħha bi 19 % bejn l-1990 u l-2013 fi ħdan l-ambitu tal-Protokoll ta' Kjoto, filwaqt li l-PDG tagħha żdied b'aktar minn 45 %; billi l-emissjonijiet globali żdiedu b'aktar minn 50 % bejn l-1990 u l-2013;

D.

billi, skont l-aħħar riżultati tal-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Atmosfera u l-Oċeani (NOAA), għall-ewwel darba minn meta bdiet titkejjel, il-konċentrazzjoni medja globali ta' kull xahar tad-diossidu tal-karbonju fl-atmosfera qabżet l-400 parti għal kull miljun f'Marzu 2015;

E.

billi l-“Adaptation Gap Report 2014” tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) jenfasizza l-kostijiet enormi tan-nuqqas ta' azzjoni u jikkonkludi li hemm probabilità li l-kost ta' adattament għat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun darbtejn jew tliet darbiet aktar l-istimi ta' qabel ta' USD 70-100 biljun kull sena sal-2050, li jwassal għal differenza sinifikanti fil-finanzjament ta' adattament wara l-2020 sakemm ikunu disponibbli finanzi ġodda u addizzjonali għall-adattament;

F.

billi l-isfida tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija inseparabbli mill-isfidi usa' ta' finanzjament għall-iżvilupp sostenibbli globali;

G.

billi t-tibdil fil-klima jista' jtejjeb il-kompetizzjoni għar-riżorsi, bħall-ikel, l-ilma, il-mergħat, u aktarx jista' jsir l-akbar mutur ta' spostamenti tal-popolazzjonijiet, kemm ġewwa kif ukoll bejn il-fruntieri nazzjonali fil-futur mhux daqshekk imbiegħed;

H.

billi fil-Konferenza dwar it-Tibidl fil-Klima ta' Doha li saret f'Diċembru 2012, il-Partijiet adottaw emenda għall-Protokoll li jistabbilixxi t-tieni perjodu ta' impenn skont il-Protokoll ta' Kjoto li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2020, b'impenji ġuridikament vinkolanti dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-inklużjoni ta' gass ġdid (trifluworur tan-nitroġenu), “mekkaniżmu ta' ambizzjoni” li jipprovdi proċedura semplifikata li tippermetti lil Parti tadegwa l-impenn tagħha billi żżid l-ambizzjoni tagħha matul il-perjodu ta' impenn u finalment, dispożizzjoni li tadegwa awtomatikament l-objettiv ta' Parti biex tipprevjeni żieda fl-emissjonijiet tagħha għall-perjodu 2013 sa 2020 lil hinn mill-emissjonijiet medji tagħha għas-snin 2008 sa 2010;

I.

billi fil-COP 18 (Deċiżjoni 23/CP.18) il-Partijiet tal-UNFCCC iddeċidew li jadottaw għan ta' bilanċ bejn is-sessi fil-korpi stabbiliti skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll ta' Kjoto, sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa u jinfurmaw politika aktar effikaċi dwar it-tibdil fil-klima li tindirizza l-bżonnijiet tan-nisa u l-irġiel bl-istess mod u li jirreġistraw il-progress li jsir fit-triq lejn l-għan ta' bilanċ bejn is-sessi sabiex tkun avvanzata l-politika dwar il-klima sensittiva għas-sessi;

J.

billi l-isforzi li jittaffa t-tisħin globali m'għandhomx jitqiesu bħala ostakolu għall-kisba tat-tkabbir ekonomiku, iżda, għall-kuntrarju, għandhom jitqiesu bħala forza ewlenija fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg ġodda u sostenibbli;

K.

billi l-UE s'issa żvolġiet rwol ewlieni fl-isforzi biex jittaffa t-tisħin globali u tkompli tagħmel dan fit-tħejjijiet ta' ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi fl-aħħar tal-2015; jitlob li din l-ambizzjoni tkun appoġġata minn emittenti kbar oħra;

Urġenza biex tittieħed azzjoni fil-livell globali

1.

Jirrikonoxxi l-iskala straordinarja u l-gravità tat-theddid ikkawżat mit-tibdil fil-klima, u huwa estremament imħasseb dwar il-fatt li d-dinja għadha 'l bogħod milli twettaq l-għan li tillimita t-tisħin globali għal taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali; jistieden lill-gvernijiet jieħdu, mingħajr dewmien, miżuri vinkolanti u konkreti kontra t-tibdil fil-klima u favur ftehim globali ambizzjuż u ġuridikament vinkolanti f'Pariġi fl-2015 sabiex jilħqu dan l-objettiv;

2.

Jinnota li, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-AR5 tal-IPCC, il-baġit globali tal-karbonju disponibbli wara l-2011, bil-possibilità li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, huwa ta' 1 010 ġigatunnellati ta' CO2; jenfasizza li l-pajjiżi kollha jeħtieġ li jikkontribwixxu u li jekk idumu biex jieħdu azzjoni se jiżdiedu l-ispejjeż u jitnaqqsu l-alternattivi; jenfasizza l-konklużjonijiet tar-rapport “New Climate Economy”“Better Growth, Better Climate” skont liema l-pajjiżi fil-livelli kollha ta' introjtu għandhom l-opportunità li jibnu tkabbir ekonomiku dejjiemi fl-istess ħin li jnaqqsu r-riskji enormi tat-tibdil fil-klima; jirrakkomanda li l-ftehimiet u l-konvenzjonijiet għandhom jimmiraw lejn l-involviment tal-pajjiżi tal-adeżjoni mal-UE fil-programmi dwar il-klima tal-UE;

3.

Ifakkar li l-limitazzjoni taż-żieda tat-temperatura globali għal medja ta' 2 oC ma tiggarantixxix li se jiġu evitati l-impatti klimatiċi negattivi sinifikanti; jistieden lill-Konferenza tal-Partijiet tivvaluta l-possibilità li tiġi limitata ż-żieda tat-temperatura globali għal medja ta' 1,5 oC;

4.

Jinnota l-konklużjonijiet tal-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC jikkonkludu li anki l-waqfien totali tal-emissjonijiet tal-karbonju mill-pajjiżi industrijalizzati ma jiżgurax il-kisba tal-objettiv anqas minn 2 oC mingħajr impenji ġodda sinifikanti min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

5.

Iqis essenzjali li l-pajjiżi kollha li jippreżentaw l-INDCs tagħhom mill-aktar fis, sabiex jinħolqu konsegwenzi sostanzjali u jintwera li l-pajjiżi kollha qegħdin jimxu fl-istess direzzjoni, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom; iqis li dawn l-INDCs jistgħu jinkludu wkoll azzjonijiet ta' adattament billi dawn huma prijorità għal ħafna pajjiżi;

6.

Jirrikonoxxi l-importanza fundamentali ta' sistema klimatika stabbli għas-sigurtà tal-ikel, għall-produzzjoni tal-enerġija, għall-ilma u s-sanità, għall-infrastruttura, għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi terrestri u tal-baħar, u għall-paċi u l-prosperità fuq livell globali; ifakkar li t-tibdil fil-klima jaċċelera t-telf tal-bijodiversità; jilqa' pożittivament galhekk l-enċiklika “Laudato Si”;

7.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-G7 għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija globali matul il-kors ta' dan is-seklu u għat-trasformazzjoni tas-settur enerġetiku sal-2050; ifakkar madankollu li d-dekarbonizzazzjoni hija meħtieġa ħafna f'fażi inizjali sabiex tkun konformi mal-konstatazzjonijiet xjentifiċi u jkollha probabbiltajiet akbar li tibqa' anqas minn 2 oC; jistieden lill-Partijiet f'pożizzjoni li jagħmlu hekk jaħdmu għall-implimentazzjoni ta' objettivi u strateġiji nazzjonali ta' dekarbonizzazzjoni permezz tal-prijoritizzazzjoni tat-eliminazzjoni gradwali tal-emissjonijiet mill-faħam li huwa l-aktar sors ta' enerġija li jniġġes;

8.

Jindika li l-pajjiżi li m'għandhomx il-kapaċitajiet neċessarji sabiex jelaboraw il-kontributi nazzjonali tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta' appoġġ bħall-Fond għall-Ambjent Dinji, il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima, kif ukoll minn appoġġ Ewropew;

Ftehim ambizzjuż, globali u ġuridikament vinkolanti

9.

Jenfasizza li l-Protokoll tal-2015 irid ikun ġuridikament vinkolanti u ambizzjuż sa minn meta jiġi adottat f'Pariġi, u għandu jimmira lejn l-eliminazzjoni gradwali, sal-2050 jew sa ftit żmien wara tali sena, tal-emissjonijiet globali tal-karbonju, sabiex id-dinja tinżamm fuq perkors kosteffettiv għat-tnaqqis ta' emissjonijiet kompatibbli mal-objettiv ta' “anqas minn 2 oC” u li tintlaħaq il-quċċata globali ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-UE taħdem mas-sħab internazzjonali tagħha għal dan l-għan u turi eżempji ta' prattika tajba; jenfasizza li l-ftehim irid joffri qafas prevedibbli li jinkoraġġixxi l-investimenti u tnaqqis effiċjenti tal-karbonju u l-adozzjoni ta' teknoloġiji ta' adattament min-naħa tal-impriżi;

10.

Iwissi kontra perkors ta' tnaqqis tal-emissjonijiet globali li jippermetti emissjonijiet tal-karbonju sinifikanti fl-2050 u lil hinn, peress li dan iġib miegħu riskji kbar u li jobbliga dipendenza minn teknoloġiji għaljin, mhux sperimentati u b'intensità enerġetika għolja biex jitneħħa mill-atmosfera u jinħażen is-CO2; skont il-livell tal-eċċess ta' emissjonijiet, il-kapaċità ta' dawn it-tendenzi biex iżommu t-tibdil fil-klima taħt iż-2 oC se jiddependi mid-disponibilità u mill-firxa wiesgħa tal-bijomassa għall-użu enerġetiku bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju (BECCS) u afforestazzjoni mingħajr disponibilità plawżibbli tal-art, kif ukoll l-użu ta' teknoloġiji oħrajn għat-tneħħija tad-diossidu tal-karbonju (CDR) li għadhom mhux magħrufa u li għad iridu jiġu żviluppati;

11.

Jemmen li ftehim internazzjonali ambizzjuż u ġuridikament vinkolanti jgħin biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar ir-rilokalizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u dwar il-kompetittività tas-setturi rilevanti u, b'mod partikolari s-setturi b'intensità enerġetika għolja;

12.

Iqis li f'każ ta' diskrepanza bejn il-livell ta' ambizzjoni tal-effett aggregat tal-INDCs ippreżentati qabel Pariġi u l-livell meħtieġ ta' tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra, meħtieġ biex it-temperaturi jibqgħu taħt iż-2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, se jkun meħtieġ li jiġi elaborat programm ta' ħidma li jibda fl-2016 bil-għan li jiffissa l-miżuri addizzjonali tat-tnaqqis; jitlob li jsir proċess ta' rieżami komprensiv, li se jitwettaq kull ħames snin, u li se jiżgura id-dinamiżmu tal-mekkaniżmu implimentat u se jgħolli l-livell ta' ambizzjoni tal-impenji ta' tnaqqis skont id-data xjentifika l-aktar reċenti; jistieden lill-Partijiet jappoġġaw l-perjodi ta' impenn ta' ħames snin bħala l-aktar għażla xierqa sabiex jevitaw li jintrabtu f'livell baxx ta' ambizzjoni, iżidu r-responsabilità politika u jippermettu r-rieżami tal-objettivi biex jaqbel mal-adegwatezza xjentifika jew mal-progess tekniku ġdid li jista' jippermetti livell ogħla ta' ambizzjoni;

13.

Huwa mħasseb li l-analiżi bikrija tal-impatt kumplessiv tal-INDCs sottomessi sal-lum ikkonkludiet li l-INDCs attwali mhux riveduti jirriżultaw f'żieda tat-temperatura medja globali b'bejn 2,7 oC u 3,5 oC; jitlob lill-Partijiet jaqblu fil-COP21 f'Pariġi li jirrevedu l-INDCs attwali qabel l-2020 sabiex isiru konformi mal-aħħar valutazzjonijiet xjentifiċi u ma' baġit globali tal-karbonju sikur kompatibbli maż-2 oC;

14.

Jitlob tiġdid ġenerali tal-politika tal-UE dwar il-klima li jgħin biex tingħata spinta lid-diskussjonijiet internazzjonali dwar il-klima u jkun konformi mal-limitu massimu tal-impenn min-naħa tal-UE li tnaqqas, sal-2050, l-emissjonijiet tagħha ta' gassijiet serra bi 80-95 % taħt il-livelli tal-1990; josserva l-objettiv vinkolanti tal-UE ta' tnaqqis sal-2030 tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra b'almenu 40 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw impenji komplementari li jibnu fuq l-objettiv maqbul tal-2030, inkluża l-azzjoni barra mill-UE, bil-għan li d-dinja tkun tista' tilħaq l-objettiv ta' “inqas minn 2 oC”;

15.

Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 li tindika tliet objettivi vinkolanti: objettiv ta' 40 % għall-effiċjenza enerġetika, objettiv ta' mill-inqas 30 % għas-sorsi rinnovabbli u objettiv ta' tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' sera ta' mill-inqas 40 %, u jerġa' jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jadottaw u jimplimentaw, bħala parti mill-qafas 2030 tal-UE għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija, approċċ multidimensjonali bbażat fuq it-tisħiħ reċiproku, objettivi koordinati u koerenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, l-espansjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika; josserva li l-objettivi għall-effiċjenza enerġetika u għall-enerġiji rinnovabbli kif invokati mill-Parlament jafu jwasslu għal tnaqqis konsiderevolment ogħla minn 40 % sal-2030 tal-gassijiet b'effett ta' serra;

16.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' reġim ta' konformità effikaċi li japplika għall-Partijiet kollha fil-qafas tal-Ftehim tal-2015; jenfasizza li l-ftehim tal-2015 irid jippromwovi t-trasparenza u r-responsabilità permezz ta' reġim ibbażat fuq regoli komuni li jinkludi regoli ta' kontabilizzazzjoni u arranġamenti ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika; iqis li l-evoluzzjoni tas-sistema ta' trasparenza u responsabilità għandha ssir fil-qafas ta' approċċ progressiv ta' konverġenza;

17.

Jisħaq fuq l-importanza li d-drittijiet tal-bniedem jinżammu fil-qalba tal-azzjoni dwar il-klima, u jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-Ftehim ta' Pariġi jkun fih id-dispożizzjonijiet neċessarji biex tiġi ttrattata d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tat-tibdil fil-klima u joffri sostenn għall-pajjiżi l-aktar fqar li l-kapaċitajiet tagħhom huma limitati mill-impatti tat-tibdil fil-klima; jinsisti, f'dan il-kuntest, fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-komunitajiet lokali u tal-popli indiġeni partikolarment dawk vulnerabbli għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima;

18.

Jistieden b'insistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Ftehim ta' Pariġi jirrikonoxxi li r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tan-nisa, u l-promozzjoni attiva ta' tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol biex jinħoloq ix-xogħol diċenti u impjiegi ta' kwalità għal kulħadd, huma prerekwiżit għal azzjoni effettiva globali dwar il-klima;

Ambizzjoni ta' qabel l-2020 u l-Protokoll ta' Kjoto

19.

Jisħaq b'mod partikolari fuq il-ħtieġa urġenti għal progress biex jitħassar il-“gigatonne gap” li hemm bejn l-analiżi xjentifika u l-impenji attwali tal-Partijiet għall-perjodu sal-2020; jenfasizza r-rwol importanti ta' miżuri politiċi oħrajn, li lilhom ta' min jiġi ddedikat sforz kollettiv, inklużi l-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar sostanzjali tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-eliminazzjoni gradwali tal-idrofluworokarburi (HFCs), produzzjoni u konsum sostenibbli, l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili inkluż il-finanzjament tal-esportazzjoni għat-teknoloġija tal-impjant tal-faħam u t-tisħiħ tar-rwol ta' pprezzar mifrux tal-karbonju, biex jikkontribwixxu għall-għeluq tal-“gigatonne gap”;

20.

Josserva li l-UE qiegħda issa fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi fissati fl-2020 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u għall-enerġiji rinnovabbli u li sar titjib sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-intensità enerġetika grazzi għal binjiet, prodotti, proċessi industrijali u vetturi aktar effiċjenti, filwaqt li l-ekonomija Ewropea kibret b'45 % mill-1990; jenfasizza li l-objettivi 20/20/20 għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, għall-enerġiji rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija żvolġew rwol fundamentali biex dan il-progress jingħata spinta u biex ikunu sostnuti l-impjiegi ta' aktar minn 4,2 miljun persuna f'diversi ekoindustriji (12), bi tkabbir kontinwu matul il-kriżi ekonomika;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreżentaw lill-UNFCCC l-aħħar projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE għall-perjodu sal-2020 u jħabbru li l-UE se taqbeż l-objettiv tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2020 mill-anqas b'2 ġigatunnellati;

22.

Jiċċara li, għalkemm it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto se jkun limitat fil-kobor tiegħu, għandu jitqies bħala pass intermedju importanti ħafna, u għalhekk jistieden lill-Partijiet, inklużi l-Istati Membri tal-UE, ilestu l-proċess ta' ratifika malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ qabel Diċembru 2015; josserva li l-Parlament lesta l-parti tiegħu billi ta l-approvazzjoni tiegħu, u li l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili u tat-trasparenza hija neċessarja biex in-negozjati jkunu jistgħu jinftiehmu u biex tinbena l-fiduċja fost il-Partijiet qabel il-Konferenza ta' Pariġi;

Aġenda tas-soluzzjonijiet

23.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jaħdmu mal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili (l-istituzzjonijiet, is-settur privat, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-komunitajiet lokali) sabiex jiżviluppaw inizjattivi ta' tnaqqis f'setturi ewlenin (enerġija, teknoloġiji, bliet, trasport, eċċ.), kif ukoll inizjattivi dwar l-adattament u r-reżiljenza sabiex jirreaġixxu għall-problemi ta' adattament, partikolarment rigward l-aċċess għall-ilma, għall-ikel, għas-sigurtà u għall-prevenzjoni tar-riskji; jistieden lill-gvernijiet kollha u lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili jappoġġaw u jsaħħu din l-aġenda tal-azzjoni;

24.

Jenfasizza li firxa dejjem usa' ta' atturi mhux statali qed jieħdu azzjoni biex jeliminaw il-karbonju u jsiru aktar adattabbli għat-tibdil fil-klima; jenfasizza għaldaqstant l-importanza ta' djalogu strutturat u kostruttiv bejn il-gvernijiet, il-komunità tan-negozju, l-ibliet, ir-reġjuni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet akkademiċi sabiex tiġi mobilizzata azzjoni globali b'saħħitha lejn emissjonijiet baxxi ta' karbonju u soċjetajiet reżiljenti; jenfasizza r-rwol tagħhom fil-ħolqien ta' momentum qabel Pariġi u għall-“Aġenda ta' Azzjoni Lima-Pariġi”; jindika, f'dan ir-rigward, li l-Pjan ta' Azzjoni ta' Lima-Pariġi jħeġġeġ lil dawk li qegħdin jorganizzaw inizjattivi biex iħaffu xogħlijiethom u jieħdu sehem fil-Konferenza ta' Pariġi biex iressqu l-ewwel riżultati tagħhom;

25.

Iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li se jinkoraġġixxu din id-dinamika ta' soluzzjonijiet, bħall-attribuzzjoni ta' tikketti ta' kwalità lill-proġetti innovattivi tas-soċjetà ċivili;

26.

Jinnota li l-bijoekonomija għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi sostanzjalment għar-reindustrijalizzazzjoni u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda fl-UE u fil-bqija tad-dinja;

27.

Jenfasizza li l-isforzi sabiex tinħoloq ekonomija ċirkolari jistgħu jiżvolġu parti notevoli fil-kisba tal-objettivi, billi jiskoraġġixxu l-ħela tal-ikel u jirriċiklaw il-materja prima;

28.

Ifakkar lill-Partijiet u lin-Nazzjonijiet Uniti stess li l-azzjoni individwali hija importanti daqs l-azzjoni tal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet; jappella għaldaqstant għal sforzi f'kampanji u f'azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni tal-opinjoni pubblika dwar il-ġesti żgħar u kbar li jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-pajjiżi żviluppati u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

29.

Jistieden ukoll lill-impriżi jaċċettaw u jeżerċitaw b'mod attiv ir-responsabbiltajiet tagħhom u jappoġġaw b'mod attiv il-ftehim dwar il-klima, anki minn qabel;

Sforz komprensiv fis-setturi kollha

30.

Jilqa' pożittivament l-iżvilupp globali ta' skema għan-negozjar ta' emissjonijiet, inklużi 17-il skema għan-negozjar ta' emissjonijiet operanti fl-erba' kontinenti, li jammontaw għal 40 % tal-PDG globali u jgħinu biex jonqsu l-emissjonijiet globali b'manjiera kosteffettiva; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi rabtiet bejn l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet u skemi analogi oħrajn bil-għan li jinħolqu mekkaniżmi internazzjonali tas-suq tal-karbonju biex tiżdied l-ambizzjoni fil-qasam tal-klima u kontemporanjament jgħinu biex jonqos ir-riskju tar-rilokalizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju bis-saħħa tal-introduzzjoni ta' kundizzjonijiet ta' parità; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi salvagwardji biex jiġi żgurat li l-irbit tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet ma' skemi oħrajn ma jikkompromettix l-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-importanza tal-iskema tagħha; jappella biex ikunu elaborati regoli biex tali salvagwardji jiġu stabbiliti, inklużi regoli għall-kontabilizzazzjoni u li jiżguraw li s-swieq internazzjonali u r-rabtiet bejn is-swieq nazzjonali tal-karbonju jipproduċu kontributi ta' mitigazzjoni permamenti u ma jimminawx l-objettivi nazzjonali ta' tnaqqis fl-UE;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat ambjent regolatorju prevedibbli li jidderieġi l-investimenti lejn miżuri maħsuba biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u jippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

32.

Jitlob li jintlaħaq ftehim li jkopri s-setturi u l-emissjonijiet b'mod komprensiv u li jistabbilixxi objettivi assoluti fl-ekonomija kollha, flimkien mal-baġits tal-emissjonijiet li għandhom jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta' ambizzjoni; jenfasizza li, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-IPCC, l-użu tal-art (użu agrikolu, għat-trobbija tal-bhejjem, għall-foresti u ieħor) għandu potenzjal kosteffettiv sinifikanti għall-mitigazzjoni u għat-tisħiħ tar-reżiljenza, u li l-kooperazzjoni internazzjonali teħtieġ li tissaħħaħ biex tottimizza l-potenzjal tal-qbid tal-karbonju tal-foresti u tal-artijiet mistagħdra; jenfasizza li l-ftehim għandu jistabbilixxi qafas ta' kontabilizzazzjoni komprensiv għall-emissjonijiet u t-tneħħija mill-art (LULUCF); jissottolinja partikolarment li l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta' adattament fl-allokazzjoni tal-artijiet iridu jagħmlu minn kollox biex isegwu objettivi komuni u ma jagħmlux ħsara lill-objettivi l-oħra fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli;

33.

Josserva li d-deforestazzjoni u d-degrad forestali huma responsabbli mill-20 % tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra, u jenfasizza r-rwol tal-foresti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet adattivi u r-reżistenza tal-foresti għat-tibdil fil-klima; jistieden lill-UE ssegwi l-objettiv tagħha li twaqqaf it-telf globali tal-foresti sal-2030 u mill-anqas tnaqqas bin-nofs id-deforestazzjoni tropikali sal-2020, meta mqabbla mal-livelli tal-2008; jenfasizza li l-ksib ta' dawn l-impenji flimkien mat-tibdil għal li kienu ta' 350 miljun ettaru ta' foresti kif mitlub fid-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti, jistgħu aktarx inaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 b'4,5-8,8 biljun tunnellata fis-sena sal-2030; jenfasizza li mingħajr sforzi sinifikanti ta' mitigazzjoni ġodda ffukati fuq is-settur tal-foresti tropikali (REDD+) il-ksib tal-objettiv “inqas minn 2 oC” x'aktarx huwa impossibbli; jistieden barra minn hekk lill-UE ssaħħaħ il-finanzjament internazzjonali għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

34.

Josserva l-effikaċja tal-mekkaniżmu REDD+ eżistenti għall-mitigazzjoni u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkluduh fl-eventwali sforzi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Istati Membri jidħlu fi sħubijiet volontarji ta' mitigazzjoni internazzjonali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw partikolarment milquta minn din id-deforestazzjoni tropikali, bil-għan li tingħata assistenza finanzjarja jew teknika biex titwaqqaf id-deforestazzjoni permezz tal-politiki sostenibbli dwar l-użu tal-art jew ir-riformi ta' governanza; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tipproponi miżuri b'saħħithom biex jitwaqqfu l-importazzjonijiet fl-UE ta' oġġetti derivati mid-deforestazzjoni illegali; jissottolinja r-rwol tal-impriżi fl-eliminazzjoni tad-domanda tal-prodotti bażiċi li jirriżultaw mid-deforestazzjoni illegali;

35.

Ifakkar li t-trasport huwa t-tieni l-aktar settur li jarmi emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, u jinsisti fuq il-bżonn li titqiegħed fis-seħħ firxa ta' politiki li timmira lejn t-tnaqqis tal-emissjonijiet minn dan is-settur; itenni l-ħtieġa li l-Partijiet tal-UNFCCC jaġixxu biex jirregolaw u jaqbdu b'mod effikaċi l-emissjonijiet min-naħa tal-avjazzjoni u tat-tbaħħir internazzjonali, f'konformità mal-adegwatezza u mal-urġenza meħtieġa; jitlob lill-Partijiet kollha jaħdmu permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) biex jiżviluppaw qafas ta' politika globali biex jippermettu reazzjoni effikaċi, u biex jieħdu miżuri biex jilħqu l-objettivi adegwati qabel tmiem l-2016 biex jinkiseb it-tnaqqis neċessarju fid-dawl tal-objettiv taż-2 oC;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni toffri l-appoġġ u l-għarfien espert tagħha lill-Konferenza COP21 biex jistabbilixxu l-kontributi nazzjonali tagħhom, filwaqt li tissensibilizza dwar ir-rwol tas-settur tat-trasport fl-adozzjoni ta' strateġiji komprensivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

37.

Jirrimarka li kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, huma meħtieġa strateġiji ta' mitigazzjoni tat-trasport biex jinkisbu l-ambizzjonijiet ta' tnaqqis tal-emissjonijiet b'effett ta' serra;

38.

jenfasizza l-importanza li jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jiġi żgurat li r-rendiment ambjentali ma jolqotx il-mobilità u l-aċċessibilità f'dawn ir-reġjuni b'mod partikolari;

39.

Jemmen li mingħajr enfasi akbar fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur tat-trasport, l-objettivi globali tal-klima se jkun impossibbli li jintlaħqu, peress li t-trasport huwa l-uniku settur li fih l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra komplew jiżdiedu (bi 30 % f'dawn l-aħħar 25 sena); jenfasizza li dan jista' jinkiseb biss bis-saħħa ta' objettivi vinkolanti għat-tnaqqis tal-gassijiet serra, flimkien mal-integrazzjoni sħiħa tas-sorsi rinnovabbli fis-suq, approċċ teknoloġikament newtrali għad-dekarbonizzazzjoni, u politika tat-trasport u tal-investimenti aktar integrata bis-sħiħ li tinkorpora politiki ta' trasferiment modali flimkien ma' avvanzi teknoloġiċi kif ukoll l-evitar tat-trasport (eż. permezz ta' loġistika sostenibbli, ippjanar urban intelliġenti u ġestjoni integrata tal-mobilità);

40.

Jirrimarka li aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja issa tgħix fl-ibliet u li t-trasport urban huwa kontributur ewlieni tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mis-settur tat-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jissensibilizzaw biex b'mod attiv dwar ir-rwol tal-mobilità urbana sostenibbli biex jiġu onorati l-impenji ta' mitigazzjoni; jenfasizza li użu u ppjanar responsabbli tal-art u soluzzjonijiet sostenibbli ta' trasport fiż-żoni urbani jikkontribwixxu b'mod effiċjenti għall-għan ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2;

41.

Jenfasizza li hija meħtieġa taħlita tajba tal-enerġija fis-settur tat-trasport u din tista' tinkiseb billi jiġu promossi vetturi alternattivi li jaħdmu bil-gass naturali u bil-bijogass u l-politiki kollha mmirati lejn it-tisħiħ tal-modi sostenibbli tat-trasport, inkluża l-elettrifikazzjoni tat-trasport u l-użu ta' sistemi ta' trasport intelliġenti; Jenfasizza l-bżonn li titpoġġa enfasi fuq il-ferroviji, it-trammijiet, il-karozzi tal-linja elettrifikati, il-karozzi elettriċi u r-roti elettriċi, li jinkorporaw perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja kollu, u li wieħed jimmira għall-isfruttament sħiħ tas-sorsi enerġetiċi rinnovabbli; Jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-awtoritajiet tat-trasport pubbliku lokali u lill-operaturi tat-trasport biex ikunu minn ta' quddiem fl-introduzzjoni ta' flotot u teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet ta'

42.

Jenfasizza l-potenzjal enormi li jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' żieda fl-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija nadifa; iqis li l-massimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fid-dinja kollha huwa l-ewwel pass lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet relatati mal-enerġija li jikkontribwixxi wkoll għall-isfida li jittaffa l-faqar enerġetiku;

43.

Jissottolinja l-konsegwenzi negattivi serji – u sikwit irreversibbli – ta' nuqqas ta' azzjoni, filwaqt li jfakkar li t-tibdil fil-klima jaffettwa lir-reġjuni kollha tad-dinja b'modi differenti, iżda lkoll dannużi ħafna, li jirriżultaw fi flussi migratorji u mwiet kif ukoll telf mil-lat ekonomiku, ekoloġiku u soċjali; jenfasizza l-importanza tal-provi xjentifiċi bħala mutur fir-rigward ta' deċiżjonijiet politiċi fit-tul u li l-ambizzjoni għandha tkun ibbażata fuq rakkomandazzjonijiet xjentifiċi solidi; jisħaq fuq il-fatt li spinta politika u finanzjarja globali miftiehma favur l-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tal-enerġiji rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika hija fundamentali biex jinkisbu l-objettivi tal-klima u biex jiġi aġevolat it-tkabbir;

44.

Jistieden lill-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tirregola t-tnaqqis gradwali globali tal-HFCs skont il-Protokoll ta' Montreal; ifakkar li l-UE adottat leġiżlazzjoni ambizzjuża biex telimina gradwalment l-HFCs b'79 % sal-2030 peress li l-alternattivi li jirrispettaw il-klima huma disponibbli b'mod mifrux u l-potenzjal tagħhom għandu jiġi sfruttat b'mod sħiħ; jinnota li l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-HFCs tirrappreżenta objettiv faċli biex jinkiseb għall-azzjonijiet ta' mitigazzjoni ġewwa u barra l-UE u jistieden lill-UE timpenja ruħha b'mod attiv biex tiffaċilita l-azzjoni globali dwar l-HFCs;

Riċerka xjentifika, żvilupp teknoloġiku u innovazzjoni

45.

Jemmen li ż-żieda fl-użu ta' teknoloġiji tal-enerġija nadifa fejn ikollhom l-akbar impatt tiddependi mill-bini u ż-żamma ta' kapaċità ta' innovazzjoni b'saħħitha kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk emerġenti;

46.

Jissottolinja li l-istimolu tal-innovazzjoni fit-teknoloġiji u fil-mudelli kummerċjali jista' jixpruna kemm it-tkabbir ekonomiku kif ukoll it-tnaqqis fl-emissjonijiet; jenfasizza li t-teknoloġija mhix se tavvanza b'mod awtomatiku f'direzzjoni ta' livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, iżda teħtieġ sinjali ċari mil-lat ta' politika, inkluż it-tnaqqis tal-ostakoli regolatorji u tas-suq għal teknoloġiji u mudelli kummerċjali ġodda, u nefqa pubblika mmirata tajjeb; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp pubbliċi fis-settur tal-enerġija biex jgħinu joħolqu l-mewġa li jmiss ta' teknoloġiji effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

47.

Jagħraf l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jistieden lill-Partijiet jagħmlu kull sforz sabiex jappoġġaw lir-riċerkaturi u jippromwovu t-teknoloġiji ġodda li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ta' tnaqqis li jistgħu jiġu stabbiliti, kif ukoll il-miżuri ta' mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima;

48.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tieħu aktar vantaġġ mill-fatt li l-programm Orizzont 2020 huwa miftuħ kompletament għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi, speċjalment fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima;

49.

Iqis li l-politika spazjali tal-UE u l-investiment fiha, inkluż il-varar ta' satelliti, li jiżvolġu rwol importanti fil-monitoraġġ ta' inċidenti industrijali, deforestazzjoni, deżertifikazzjoni, eċċ., kif ukoll il-kollaborazzjoni mas-sħab f'pajjiżi terzi, jistgħu jkollhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ u l-indirizzar tal-effetti tat-tibdil fil-klima madwar id-dinja kollha;

50.

Jenfasizza li l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha fir-rigward tat-trasferiment ta' teknoloġiji għall-benefiċċju tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, filwaqt li tirrispetta d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali eżistenti;

51.

Jitlob li r-rwoli taċ-Ċentru u Netwerk ta' Teknoloġiji għall-Klima (CTCN) u tal-Kumitat Eżekuttiv għat-Teknoloġija fil-faċilitazzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament jirċievu rikonoxximent u appoġġ sħiħ;

52.

Jilqa' l-isforzi li saru favur il-kooperazzjoni bejn l-UE u d-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti, partikolarment f'termini ta' riċerka dwar it-teknoloġija marbuta mat-tibdil fil-klima; iqis li hemm potenzjal kbir għal aktar kooperazzjoni fir-riċerka bejn l-UE u ekonomiji kbar oħrajn; jenfasizza li r-riżultati ta' riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi għandhom ikunu disponibbli liberament;

53.

Jirrimarka li l-użu ta' assi spazjali għandu jiġi kkunsidrat fl-implimentazzjoni tal-miżuri mmirati lejn il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari permezz tal-monitoraġġ u tas-sorveljanza tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkontribwixxi b'mod attiv għal sistema ta' monitoraġġ globali ta' CO2 u CH4; Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-isforzi biex tiġi żviluppata sistema tal-UE ta' kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'mod awtonomu u mhux dipendenti, bl-użu u l-espansjoni ta' missjonijiet tal-programm Copernicus;

Tibdil fil-klima: il-pedament tal-Ftehim ta' Pariġi

54.

Iqis li l-mezzi ta' implimentazzjoni – inkluż il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasferiment ta' teknoloġija u l-bini tal-kapaċitajiet – ser jaqdu rwol essenzjali biex jintlaħaq ftehim fil-Konferenza ta' Pariġi, u jħeġġeġ għalhekk lill-UE u lill-pajjiżi l-oħrajn iħejju “pakkett finanzjarju” kredibbli, li jkopri l-perjodi kemm qabel kif ukoll wara l-2020, sabiex jappoġġa aktar l-isforzi għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra, il-ħarsien tal-foresti u l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima; jitlob li l-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jiġi inkluż fil-ftehim bħala element dinamiku li jirrifletti r-realtajiet ambjentali u ekonomiċi li qed jinbidlu u jappoġġa l-ambizzjoni msaħħa ta' azzjonijiet ta' kontribut ta' mitigazzjoni u ta' adattament; jistieden għaldaqstant lill-Partijiet kollha li jinsabu f'qagħda li jagħmlu hekk biex jikkontribwixxu fil-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

55.

Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jaqblu dwar pjan direzzjonali biex iżidu l-finanzjamenti prevedibbli, ġodda u addizzjonali, f'konformità mal-impenji eżistenti, biex b'hekk jagħtu l-kontribut ġust lill-objettiv kumplessiv ta' USD 100 biljun kull sena sal-2020 minn sensiela ta' sorsi pubbliċi u privati u jaffrontaw l-iżbilanċ bejn ir-riżorsi ddestinati għall-mitigazzjoni u għall-adattament; jistieden lill-UE tinkoraġġixxi lill-pajjiżi kollha jagħtu l-kontribut ġust tagħhom fil-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jitlob li jkun hemm qafas ta' monitoraġġ u responsabilità b'saħħtu għal segwitu effikaċi tal-implimentazzjoni tal-impenji fil-qasam tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tal-objettivi; ifakkar li, hekk kif il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mill-baġits għall-għajnuna jiżdied, il-baġit globali ta' għajnuna għandu jiżdied ukoll, bħala l-ewwel pass lejn addizzjonalità sħiħa;

56.

Jitlob li l-impenji konkreti tal-UE u internazzjonali biex jiġu offruti sorsi addizzjonali ta' finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluż id-destinazzjoni ta' xi kwoti ta' emissjonijiet tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet tal-UE fil-perjodu 2021-2030 u l-allokazzjoni ta' dħul mill-UE u miżuri internazzjonali dwar l-emissjonijiet mill-avjazzjoni u mit-tbaħħir għall-finanzjament internazzjonali tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-Fond Ekoloġiku għall-Klima, fost ħwejjeġ oħra, proġetti ta' innovazzjoni teknoloġika;

57.

Jappella għall-ipprezzar tal-karbonju wiesa' bħala strument applikabbli globalment għall-ġestjoni tal-emissjonijiet u l-allokazzjoni ta' dħul ta' kwoti tal-emissjonijiet għal investimenti relatati mal-klima, kif ukoll id-dħul mill-ipprezzar tal-karbonju tal-karburanti tat-trasport internazzjonali; jitlob barra minn hekk għal użu parzjali tas-sussidji tal-biedja biex ikunu garantiti l-investimenti għall-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-azjendi agrikoli; jenfasizza l-importanza tal-mobilizzazzjoni ta' kapital mis-settur privat u tal-ftuħ tal-investiment meħtieġ fit-teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jagħmel appell għal impenn ambizzjuż min-naħa tal-gvernijiet u tal-istituzzonijiet finanzjarji pubbliċi u privati, fosthom il-banek, il-fondi tal-pensjonijiet u ditti tal-assigurazzjoni, favur l-allinjament tal-prattiki ta' self u ta' investimenti mal-objettiv “inqas minn 2 oC” u ċ-ċessjoni mill-fjuwils fossili, inkluża l-eliminazzjoni gradwali tal-krediti għall-esportazzjoni għall-investimenti fil-qasam tal-fjuwils fossili; jappella għal garanziji pubbliċi speċifiċi favur l-investimenti ekoloġiċi, it-tikketti ta' kwalità u l-vantaġġi fiskali għall-fondi tal-investimenti ekoloġiċi u għall-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi;

58.

Iqis li s-sistema finanzjarja għandha tintegra r-riskju tal-klima fid-deċiżjonijiet fil-qasam tal-investimenti tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-UE u lill-Partijiet kollha tal-UNFCCC jużaw il-lievi kollha disponibbli sabiex iħeġġu lill-atturi finanzjarji jidderieġu l-investimenti tagħhom lejn l-iskala neċessarja għall-finanzjament ta' tranżizzjoni xierqa lejn ekonomiji reżiljenti u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;

59.

Jitlob li jittieħdu passi konkreti, inkluż kalendarju, barra mill-impenn min-naħa tal-pajjiżi tal-G-20 tal-2009, għall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji tal-fjuwils fossili kollha sal-2020;

60.

Iħeġġeġ lill-atturi l-aktar progressivi jieħdu impenji volontarji favur it-tranżizzjoni lejn l-ekonomija b'użu baxx ta' karbonju billi jippromwovu l-prattiki tajbin implimentati diġà mis-settur; jittama li din il-mobilizzazzjoni tiżdied u li l-impenji fil-futur ikunu aktar strutturati, partikolarment permezz ta' pjattaformi ta' reġistrazzjoni integrati mal-għodda tal-Konvenzjoni dwar il-Klima;

61.

Jieħu nota tar-rabtiet mill-qrib bejn il-Konferenza tal-Finanzjament għall-Iżvilupp, il-Summit tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-21 Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC fl-2015; jirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima se jimminaw b'mod serju t-tentattivi biex jinkiseb il-qafas ta' żvilupp sostenibbli ppjanat wara l-2015, u li l-qafas ġenerali finanzjament għall-iżvilupp se jeħtieġ li jiġi allinjat ma' u jkun kapaċi jappoġġa dinja b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għall-klima;

62.

Iħeġġeġ il-promozzjoni ta' inizjattivi privati tas-settur finanzjarju partikolarment fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-G-20 f'Novembru 2015, iżda wkoll b'mod ġenerali fil-bosta avvenimenti speċifiċi għall-finanzjament tal-preparazzjoni tal-Konferenza ta' Pariġi fl-2015;

Ksib tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima bis-saħħa tal-adattament

63.

Jenfasizza li l-azzjoni ta' adattament hija neċessità inevitabbli għall-pajjiżi kollha jekk iridu jimminimalizzaw l-effetti negattivi u jisfruttaw sal-massimu l-opportunitajiet tat-tkabbir u tal-iżvilupp sostenibbli reżiljenti għall-klima, u teħtieġ tiżvolġi rwol ċentrali fil-ftehim il-ġdid; jitlob li jkun hemm objettivi ta' adattament fit-tul biex jiġi stabbilit kif suppost; jenfasizza li l-azzjoni fil-preżent għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra se tiswa anqas lill-ekonomiji globali u nazzjonali, u se tnaqqas l-ispejjeż għall-azzjonijiet ta' adattament; jirrikonoxxi li l-adattament huwa neċessarju, partikolarment fil-pajjiżi li huma vulnerabbli ħafna għal dawn l-impatti, u speċjalment biex ikun żgurat li l-produzzjoni tal-ikel u l-iżvilupp ekonomiku jkunu jistgħu jipproċedu b'mod reżiljenti għall-klima; jitlob appoġġ attiv għall-elaborazzjoni ta' pjanijiet ta' adattament komprensivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'kont meħuda tal-prattiki tal-atturi lokali u tal-għarfien tal-popli indiġeni;

64.

Jirrikonoxxi li l-ambizzjoni ta' mitigazzjoni miksuba mill-Kontributi Maħsuba Determinati fil-livell Nazzjonali (INDCs) għandha influwenza qawwija fuq l-isforzi ta' adattament meħtieġa; jappella għal għan globali għall-adattament u l-finanzi ta' adattament fil-Ftehim ta' Pariġi flimkien mal-impenji biex jiżviluppaw approċċi ulterjuri biex jindirizzaw b'mod effikaċi t-telf u l-ħsara;

65.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-koordinament u l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fil-livell tal-UE u li tinħoloq strateġija ta' adattament ċara għall-UE; jitlob l-implimentazzjoni ta' strateġiji reġjonali ta' adattament;

66.

Ifakkar li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati gżejjer iż-żgħar li qed jiżviluppaw, huma l-anqas li kkontribwew għat-tibdil fil-klima, huma l-aktar vulnerabbli għall-effetti negattivi tiegħu u huma l-anqas kapaċi li jadattaw; jitlob li l-appoġġ għal adattament u telf u ħsara jkunu elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Pariġi, u li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jirċievu assistenza tanġibbli fit-tranżizzjoni tagħhom lejn forom ta' enerġija sostenibbli, rinnovabbli u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, biex b'hekk jiggarantixxu li l-ħtiġijiet tagħhom ta' adattament se jiġu sodisfatti kemm fi żmien qasir kif ukoll fit-tul; jitlob rikonoxximent serju tal-kwistjoni tar-rifuġjati minħabba l-klima u l-ambitu tagħha, li tirriżulta minn diżastri tal-klima kkawżati mit-tisħin globali;

67.

Jenfasizza li dan il-ftehim għandu jkun flessibbli sabiex iqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali, il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet rispettivi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ispeċifiċitajiet ta' ċerti pajjiżi, partikolarment dawk l-anqas avvanzati u l-gżejjer iż-żgħar;

68.

Jistieden lill-ekonomiji żviluppati l-kbar jagħmlu użu mill-infrastruttura avvanzata eżistenti tagħhom sabiex jippromwovu, itejbu u jiżviluppaw it-tkabbir sostenibbli u jintrabtu li jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità tagħhom stess, biex jiżguraw li t-tkabbir ekonomiku futur fil-partijiet kollha tad-dinja jinkiseb mingħajr ebda impatt ulterjuri fuq l-ambjent;

69.

Jenfasizza l-importanza tar-rwol li għandhom jiżvolġu l-komunità għall-iżvilupp, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAK) tal-OECD f'ħidma mill-qrib mal-partijiet interessati u l-organizzazzjonijiet rilevanti biex jevalwaw u jimmitigaw l-agħar effetti tat-tibdil fil-klima fuq il-bniedem, li huma mistennija li se jirrappreżentaw sfida anki taħt il-livell ta' tisħin ta' 2 oC;

70.

Jafferma li l-indirizzar effikaċi tal-kwistjoni tal-klima għandu jkun prijorità strateġika għall-UE u għal atturi oħra fix-xena internazzjonali, u li dan jirrikjedi li l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki rilevanti kollha u li jitfittex li jkun hemm koerenza politika; jikkunsidra li huwa importanti li l-UE tippromwovi perkorsi ta' żvilupp b'livell baxx ta' karbonju fl-oqsma u s-setturi rilevanti kollha, u jistieden lill-UE tipproponi mudelli ta' produzzjoni u konsum sostenibbli, inklużi indikazzjonijiet tal-modi kif l-UE qed tippjana li tnaqqas il-konsum u tifred l-attività ekonomika mid-degrad ambjentali;

71.

Jinnota bi tħassib li, bejn l-2008 u l-2013, 166 miljun ruħ kellhom iħallu djarhom minħabba għargħar, maltempati tar-riħ, terremoti jew diżastri oħrajn; jiġbed attenzjoni partikolari għall-fatt li l-iżviluppi relatati mal-klima f'partijiet tal-Afrika jistgħu jikkontribwixxu għal intensifikazzjoni tal-kriżi tar-rifuġjati fil-Mediterran; jiddeplora l-fatt li l-istatus ta' “rifuġjat tal-klima” għadu mhux rikonoxxut u jħalli lakuna ġuridika li tolqot lill-vittmi li ma jistgħux jibbenefikaw mill-istatus ta' rifuġjat;

72.

Jinsisti li sforzi msaħħa biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima globali għandhom jitwettqu b'mod konġunt mill-pajjiżi żviluppati u minn dawk li qed jiżviluppaw, skont il-prinċipju tar-responsabilità komuni iżda differenzjata (CBDR);

73.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-għan tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja huwa li tikkontribwixxi għas-solidarjetà u l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali; josserva li, skont l-Artikolu 191(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika ambjentali tal-UE għandha tippromwovi miżuri fil-livell internazzjonali sabiex tiġi miġġielda l-bidla fil-klima;

Intensifikazzjoni tad-diplomazija klimatika

74.

Jenfasizza l-bżonn li d-diplomazija klimatika tkun parti minn approċċ komprensiv għall-azzjoni esterna tal-UE u, f'dan il-kuntest, l-importanza li l-UE taqdi rwol ċentrali u ambizzjuż fil-Konferenza, titkellem b'“vuċi waħda” fl-isforzi tagħha biex tikseb progress lejn ftehim internazzjonali u li tibqa' magħquda f'dak ir-rigward;

75.

Jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward ma' dawk tal-UE; jissottolinja l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom kapaċità enormi ta' politika estera, u għandhom juru sens ta' tmexxija fil-qasam tad-diplomazija klimatika u jimmobilizzaw dan in-netwerk sabiex isibu bażi komuni għall-qbil dwar is-suġġetti prinċipali f'Pariġi, fosthom il-mitigazzjoni, l-adattament, il-finanzjament, l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, it-trasparenza tal-azzjoni u tal-appoġġ, u l-bini tal-kapaċitajiet;

76.

Jilqa' pożittivament il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għad-Diplomazija dwar il-Klima, kif approvat mill-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fid-19 ta' Jannar 2015; jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tassumi rwol proattiv fin-negozjati; jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha ċara li l-isfida tal-klima hija l-prijorità strateġika assoluta ta' din il-Kummissjoni u biex torganizza ruħha b'tali mod li tirrifletti dan, fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-politika;

77.

Jenfasizza r-rwol ta' tmexxija tal-UE fil-politika dwar it-tibdil fil-klima u jisħaq fuq il-bżonn ta' koordinament u l-istabbiliment ta' pożizzjoni komuni fost l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jkomplu u jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi tagħhom qabel u matul il-Konferenza, bil-għan li jtejbu l-fehim tagħhom tal-pożizzjonijiet tas-sħab tagħha kif ukoll iħeġġu lill-Partijiet l-oħra jieħdu miżuri effikaċi biex jibqgħu konformi mal-objettiv taż-2 oC u jaslu għal ftehimiet u impenji, b'mod partikolari min-naħa tal-Istati Uniti, immirati li jallinjaw l-aktar emissjonijiet sinifikanti ma' dawk taċ-ċittadini tal-UE, li diġà għamlu bosta sforzi sabiex jikkonċiljaw l-iżvilupp ekonomiku u r-rispett tal-ambjent u tal-klima; jistieden lill-UE tuża l-pożizzjoni tagħha biex tikseb kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar il-kwistjonijiet tal-klima mal-pajjiżi ġirien u mal-pajjiżi ta' adeżjoni mal-UE;

78.

Jenfasizza li huma meħtieġa sforzi diplomatiċi akbar qabel u waqt il-Konferenza partikolarment biex isibu qbil fuq in-natura ta' differenzjazzjoni fl-obbligi tal-Partijiet fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom u dwar ir-rwol ta' telf u ħsara fil-ftehim;

79.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tiżviluppa prijoritajiet strateġiċi għall-politika esterna dwar il-klima minquxa fl-objettivi ġenerali tal-politika estera, u tiżgura li d-delegazzjonijiet tal-UE jiffukaw b'mod aktar intensiv fuq il-politiki dwar il-klima u fuq il-monitoraġġ tal-isforzi tal-pajjiżi sabiex jimmitigaw jew jadattaw għat-tibdil fil-klima, kif ukoll fuq l-għoti ta' appoġġ f'termini ta' bini ta' kapaċità, u li huma għandhom il-mezzi neċessarji sabiex iwettqu azzjonijiet fuq kwistjonijiet ta' monitoraġġ dwar il-klima; jistieden lill-UE tikkoopera aktar mill-qrib mal-pajjiżi ġirien u mal-pajjiżi kandidati fuq kwistjonijiet dwar il-klima, billi tħeġġeġ l-allinjament tal-politiki tagħhom mal-objettivi tal-UE fir-rigward tal-klima; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jistabbilixxu punti ta' kuntatt iffukati fuq it-tibdil fil-klima fid-delegazzjonijiet tal-UE u fl-ambaxxati tal-Istati Membri;

80.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe miżura adottata minn Parti għall-Ftehim ta' Pariġi relatata mal-objettiv tal-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera f'livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika, jew relatata ma' xi wieħed mill-prinċipji jew mill-impenji inklużi fl-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, ma tkunx soġġetta għal xi trattat eżistenti jew futur ta' Parti sal-punt li tippermetti soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-istati;

81.

Jirrikonoxxi l-importanza ta' azzjoni kontra t-tibdil fil-klima u t-theddida potenzjali li hija toħloq għall-istabilità u għas-sigurtà, kif ukoll l-importanza tad-diplomazija dwar il-klima, qabel il-Konferenza ta' Pariġi dwar il-Klima;

Il-Parlament Ewropew

82.

Jilqa' favorevolment il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni u l-objettivi tal-kontribut tal-UE għall-Konferenza dwar il-Klima tal-COP21 li għandha ssir f'Pariġi f'Diċembru 2015;

83.

Jimpenja ruħu li juża r-rwol internazzjonali tiegħu u l-appartenenza tiegħu għal netwerks parlamentari internazzjonali sabiex ifittex konsistentement progress lejn ftehim ġuridikament vinkolanti u ambizzjuż dwar il-klima internazzjonali f'Pariġi;

84.

Jirrimarka li l-attivitajiet ta' lobbying qabel u matul in-negozjati COP21 jista' jkollhom influwenza fuq ir-riżultati tan-negozjati; jenfasizza għalhekk li attivitajiet bħal dawn għandhom ikunu trasparenti, jiġu indikati b'mod ċar fl-aġenda ta' kuljum tal-UNFCCC tal-COP 21 u li l-Konferenza għandha tippermetti aċċess ekwu għall-partijiet interessati rilevanti kollha;

85.

Jemmen, peress li se jkollu bżonn jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal kull ftehim internazzjonali, li jeħtieġ ikun integrat sew fid-delegazzjoni tal-UE; jistenna għalhekk li jitħalla jattendi l-laqgħat ta' koordinament tal-UE f'Pariġi;

o

o o

86.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-UNFCCC, bit-talba li r-riżoluzzjoni tkun iċċirkolata lill-Partijiet Kontraenti kollha li mhumiex membri tal-UE.


(1)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 25.

(3)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 77.

(4)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 83.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2012)0452.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0443.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2014)0063.

(8)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.

(9)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 44.

(10)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2014)0094.

(12)  Data tal-Eurostat dwar is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali msemmija fil-“Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030” (COM(2014)0015).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/81


P8_TA(2015)0356

It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács (2014/2044(IMM))

(2017/C 349/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Béla KOVÁCS b'rabta ma' investigazzjoni li għandha titwettaq mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekuzzjoni Għolja tal-Ungerija, mibgħuta fit-12 ta' Mejju 2014 minn Dr Péter Polt, il-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-3 ta' Lulju 2014; wara li kkunsidra l-ispjegazzjonijiet ulterjuri mogħtijin minn Dr Polt fl-ittri tiegħu tas-16 ta' Ottubru 2014 u tat-23 ta' Marzu 2015, kif ukoll l-iskambju ta' fehmiet ma' Dr Polt fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-14 ta' Lulju 2015,

wara li sema' lil Béla Kovács skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, it-Taqsimiet 10(2) u 12(1) tal-Att LVII tal-2004 dwar l-Istatus tal-Membri Ungeriżi tal-Parlament Ewropew, u t-Taqsima 74(1) u (3) tal-Att XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali tal-Ungerija,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0291/2015),

A.

billi l-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija talab it-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Béla Kovács, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet, abbażi ta' suspetti raġonevoli, ħalli jiġi stabbilit jekk għandux jitqiegħed taħt akkuża kwantu għar-reat ta' spjunaġġ fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea skont it-termini tat-Taqsima 261/A tal-Att C tal-2012 tal-Kodiċi Kriminali Ungeriż; billi, skont dik it-Taqsima, kull persuna li twettaq attivitajiet ta' intelligence għal pajjiż li ma jkunx membru tal-Unjoni Ewropea kontra l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea jew il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jkun punibbli skont it-termini tat-Taqsima 261; billi, skont il-paragrafu (1) tat-Taqsima 261, kwalunkwe persuna li twettaq attivitajiet ta' intelligence għal forza barranija jew organizzazzjoni barranija kontra l-Ungerija tkun ħatja ta' reat punibbli bi priġunerija ta' bejn sentejn u tmien snin;

B.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' dak l-Istat Membru;

C.

billi, skont l- Artikolu 4(2) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, il-Membri tal-Parlament nazzjonali huma intitolati għall-immunità; billi, skont it-Taqsima 10(2) tal-Att LVII tal-2004 dwar l-Istatus tal-Membri Ungeriżi tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew huma intitolati għal immunità li tkun daqs l-immunità tal-Membri tal-Parlament Ungeriż; billi, skont it-Taqsima 74(1) tal-Att XXXVI tal-2012 dwar l-Assemblea Nazzjonali, proċediment kriminali jista' jiġi istitwit jew imwettaq u miżura ta' koerċizzjoni skont proċedura kriminali tista' tiġi applikata kontra Membru biss bil-kunsens minn qabel tal-Assemblea Nazzjonali; billi skont it-Taqsima 74(3) tal-istess Att, it-talba għat-tneħħija tal-immunità għandu jagħmilha l-Prosekutur-Ġenerali bil-għan li titnieda l-investigazzjoni;

D.

billi fil-kawża Bf.I.2782/2002, il-Qorti Suprema tal-Ungerija ddikjarat li l-immunità parlamentari hija limitata għall-proċedimenti kriminali u ma testendix għal miżuri mhux regolati mill-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali li għandhom l-għan tal-prevenzjoni, il-kxif jew id-dimostrazzjoni ta' reat;

E.

billi, skont it-Taqsima 261/A tal-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali Ungeriż, ir-reat li l-investigazzjonijiet dwaru jistgħu jitwettqu fil-konfront ta' Béla Kovács huwa punibbli mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem;

F.

billi, għaldaqstant, l-investigazzjoni u kwalunkwe akkuża sussegwenti li għalihom qed tintalab it-tneħħija tal-immunità huma limitati għal ġrajjiet li jkunu seħħew wara l-1 ta' Jannar 2014;

G.

billi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tal-Ungerija, il-ġbir ta' provi skont l-Att CXXV tal-1995 dwar is-Servizzi tas-Sigurtà Nazzjonali qabel dik id-data kien legali u ma kienx jirrikjedi tneħħija tal-immunità;

H.

billi l-investigazzjoni kriminali se ssir mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekuzzjoni Għolja tal-Investigazzjonijiet; billi skont l-Artikolu 29(1) tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, il-Prosekutur Ġenerali u s-Servizz tal-Prosekuzzjoni huma indipendenti, iwettqu l-kompiti kostituzzjonali tagħhom b'mod indipendenti minn organizzazzjonijiet esterni, u jipproċedu f'konformità mal-preżunzjoni ta' innoċenza;

I.

billi t-tneħħija tal-immunità ta' Béla Kovács għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura;

J.

billi, fil-każ preżenti, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li t-talba għat-tneħħija tal-immunità ġiet imressqa fil-kuntest ta' proċedimenti mibdijin bl-intenzjoni li jikkawżaw ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Béla Kovács;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Ungerija u lil Béla Kovács.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.)


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta, 6 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/83


P8_TA(2015)0325

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-ILO: kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, tal-1930, tal-ILO fir-rigward tal-Artikoli 1 sa 4 tal-Protokoll fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (06731/2015 – C8-0078/2015 – 2014/0258(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 349/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06731/2015),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 82(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0078/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0226/2015),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/84


P8_TA(2015)0326

Is-sottomissjoni tal-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-metilamfetammina għal miżuri ta' kontroll (10010/2015 – C8-0182/2015 – 2013/0021(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 349/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10010/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0182/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0265/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/85


P8_TA(2015)0327

Is-sottomissjoni tal-5-(2-amminopropil)indol għal miżuri ta' kontroll *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-5-(2-amminopropil)indol għal miżuri ta' kontroll (10012/2015 – C8-0186/2015 – 2013/0207(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 349/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10012/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0186/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0263/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/86


P8_TA(2015)0328

Is-sottomissjoni ta' 25I-NBOMe, AH-7921, MDPV u metossetamina għal miżuri ta' kontroll *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-iodjo- 2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), it-3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), it-3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u t-2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta' kontroll (10011/2015 – C8-0185/2015 – 2014/0183(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 349/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10011/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0185/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0264/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/87


P8_TA(2015)0329

Is-sottomissjoni ta' 4,4'-DMAR u MT-45 għal miżuri ta’ kontroll *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina) (4,4'-DMAR) u l-1-ċikloesil-4-(1,2-difeniletil) piperażina (MT-45) għal miżuri ta' kontroll (10009/2015 – C8-0183/2015 – 2014/0340(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 349/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10009/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0183/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0262/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/88


P8_TA(2015)0330

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: katastrofijiet fil-Bulgarija u l-Greċja fl-2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (diżastri fil-Bulgarija u l-Greċja fl-2015) (COM(2015)0370 – C8-0198/2015 – 2015/2151(BUD))

(2017/C 349/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0370 – C8-0198/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0253/2015),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni Deċiżjoni (UE) 2015/1872.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/89


P8_TA(2015)0332

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: miżuri speċifiċi għall-Greċja ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fejn jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Greċja (COM(2015)0365 – C8-0192/2015 – 2015/0160(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0365),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Settembru 2015, li approva l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59, l-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 41 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0260/2015),

A.

Billi r-Regolament emendatorju propost huwa miżura eċċezzjonali, bl-għan li jipprovdi appoġġ immedjat lill-Greċja billi jippermettilha aċċess u użu qabel it-tmiem tal-2015 għall-fondi tal-Unjoni għall-politika ta' koeżjoni li jkun għad hemm disponibbli mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, u għaldaqstant l-adozzjoni tiegħu hija urġenti;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P8_TC1-COD(2015)0160

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1839.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/91


P8_TA(2015)0333

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2015/002 DE/Adam Opel – Ġermanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/002 DE/Adam Opel, ippreżentata mill-Ġermanja) (COM(2015)0342 – C8-0249/2015 – 2015/2208(BUD))

(2017/C 349/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0342 – C8-0249/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0273/2015),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex toffri appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.

billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.

billi l-Ġermanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2015/002 DE/Adam Opel għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-2 881 sensja f'Adam Opel AG, li topera fid-diviżjoni 29 ta' NACE Rev. 2 (“Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers”) (4) u fornitur 1;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eleġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, il-Ġermanja għandha d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 6 958 623 skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fis-26 ta' Frar 2015, u li l-valutazzjoni tagħha tlestliet mill-Kummissjoni fl-14 ta' Lulju 2015 u notifikata lill-Parlament fl-1 ta' Settembru 2015; jilqa' pożittivament il-valutazzjoni rapida f'perjodu ta' inqas minn ħames xhur;

3.

Josserva li, fl-Ewropa tal-Punent, il-bejgħ ta' karozzi naqas drastikament u laħaq l-aktar punt baxx f'dawn l-aħħar 20 sena (5) u jenfasizza li n-numru ta' karozzi mibjugħa fl-Ewropa huwa fl-aktar livell baxx mill-1997; jikkonkludi li dawn il-ġrajjiet huma direttament marbutin mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali ttrattata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); jissottolinja wkoll il-fatt li l-manifatturi tal-vetturi żgħar u ta' daqs medju tal-faxxa tal-prezzijiet medja ntlaqtu b'mod partikolarment iebes u li Adam Opel AG, inkwantu wieħed mill-atturi ewlenin fil-faxxa tal-prezzijiet medja ta' vetturi żgħar u ta' daqs medju, intlaqtet b'mod partikolarment iebes mill-kriżi, filwaqt li l-bejgħ ta' karozzi ekonomiċi u dak ta' karozzi ta' faxxa għolja jew ta' lussu ma tantx intlaqtu mill-kriżi;

4.

Josserva li n-numru ta' karozzi rreġistrati ġodda fl-Istati Membri tal-UE u tal-EFTA niżel b'25 % bejn l-2007 u l-2013 (minn 'il fuq minn 16-il miljun karozza rreġistrata ġdida għal 12-il miljun, skont l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Ewropej ta' Karozzi); jevidenzja f'dan ir-rigward li l-bejgħ ta' karozzi tal-marka Opel/Vauxhall fl-Ewropa niżel drastikament u waqa' b'39 % bejn l-2007 u l-2013;

5.

Josserva barra minn hekk li Adam Opel AG sofriet żvantaġġ min-naħa tal-impriża proprjetarja, General Motors, li ppermettiet lil Opel tbigħ esklużivament fl-Ewropa, b'hekk eskludiet lil Opel mis-swieq emerġenti f'kontinenti oħrajn; huwa tal-fehma li l-politiki ta' awsterità imposti fil-pajjiżi Ewropej ikkontribwew lit-tnaqqis drastiku fil-bejgħ min-naħa ta' Opel/Vauxhall;

6.

Josserva li dawn is-sensji se jħallu impatt negattiv notevoli fuq l-ekonomija lokali ta' Bochum; ifakkar li Bochum hija belt fiż-żona tar-Ruhr, li hija żona industrijali urbanizzata ħafna fl-Istat Federali tal-Ġermanja Nordrhein-Westfalen, li, bħar-reġjuni l-oħrajn tradizzjonalment speċjalizzati fl-estrazzjoni tal-faħam u fil-produzzjoni tal-azzar, ilha mis-snin Sittin tħabbat wiċċha ma' diffikultajiet strutturali kbar; jissottolinja li r-rata ta' qgħad fir-Ruhr diġà turi livelli ferm ogħla mill-medja tal-Ġermanja;

7.

Ifakkar li Bochum diġà tibbenefika mill-għajnuna tal-FEG wara li l-impriża Nokia waqfet il-produzzjoni tat-telefons ċellulari u ntilfu aktar minn 1 300 impjieg; jissottolinja li Outukumpu biħsiebha tissospendi l-produzzjoni tal-azzar inossidabbli f'Bochum fi tmiem l-2015, u dan se jsarraf f'aktar deżindustrijalizzazzjoni tal-belt u f'deterjorament tas-suq tax-xogħol fil-livelli lokali u reġjonali;

8.

Jinnota li, sal-lum, is-settur tad-diviżjoni 29 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) kien is-suġġett ta' 21 applikazzjoni tal-FEG, li minnhom 11 kienu bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u 10 fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; ifakkar f'dan ir-rigward l-applikazzjoni EGF/2010/031 BE/Generals Motors Belgium li kienet il-konsegwenza tal-għeluq tal-impjant ta' produzzjoni tagħha ta' Opel f'Antwerp (il-Belġju);

9.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Ġermaniżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Jannar 2015, ferm qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost u saħansitra qabel l-applikazzjoni għal tali appoġġ;

10.

Jinnota li l-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jistgħu jibbenefikaw minn firxa ta' miżuri intenzjonati biex jintegrawhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jikkunsidra li n-numru stmat ta' parteċipanti f'servizz ta' konsulenza biex jinbeda negozju huwa baxx, peress li hu stmat li l-benefiċjarji huma biss 25;

11.

Jilqa' l-fatt li l-ġestjoni u l-kontroll ta' din l-applikazzjoni se jiġu amministrati mill-istess korpi li jamministraw il-Fond Soċjali Ewropew fi ħdan il-Ministeru Federali għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u li kienu jamministraw ukoll il-kontribuzzjonijiet preċedenti mill-FEG;

12.

Jinnota li l-Ġermanja qiegħda tippjana l-miżuri segwenti għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: miżuri ta' taħriġ vokazzjonali (Qualifizierungen), gwida dwar il-karriera (Berufsorientierung), gruppi ta' pari/gruppi ta' ħidma, servizz ta' konsulenza biex jinbeda negozju (Existenzgründerberatung), tfittxija ta' xogħol (Stellenakquise)/fieri tax-xogħol (Jobmessen), servizzi ta' mentoring u ta' konsulenza ta' segwitu (Nachbetreuung und – beratung) u benefiċċju għat-taħriġ (Transferkurzarbeitergeld);

13.

Josserva li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali permezz tal-ħolqien ta' kumpaniji tat-trasferiment;

14.

Jinnota li l-awtoritajiet qed jippjanaw li jutilizzaw il-limitu massimu permess ta' 35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati dwar benefiċċji u inċentivi fil-forma ta' benefiċċju għat-taħriġ (Transferkurzarbeitergeld) li jkun jikkostitwixxi 60 % jew 67 % tal-introjtu nett preċedenti tal-ħaddiem, skont is-sitwazzjoni familjari tal-benefiċjarju;

15.

Jenfasizza li jeħtieġ li l-finanzjament ipprovdut għall-benefiċċji għat-taħriġ (f'dan il-każ, it-Transferkurzarbeitergeld) ma jiħux post l-obbligu ġuridiku tal-Istat Membru jew l-impjegatur preċedenti; jappella kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-Istati Membri biex jipprovdu tagħrif ċar u koerenti li jispeċifika sa liema punt it-Transferkurzarbeitergeld jikkostitwixxi obbligu ġuridiku ladarba jkun ġie stabbilit it-Transfergesellschaft; jitlob koerenza kemm fil-prattika ta' finanzjament u kemm fl-informazzjoni li tingħata lill-Parlament; jistenna għaldaqstant li l-Kummissjoni tipprovdi analiżi komprensiva u koerenti u d-dettalji tal-elementi li jmorru lil hinn mill-obbligi ġuridiċi tal-Istati Membri; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-finanzjament mill-FEG għandu jintużaa għat-Transferkurzarbeitergeld sabiex il-kumpanija ta' trasferiment tkun tista' tmur oltre dak li tista' tagħmel normalment għall-ħaddiema, billi tipprovdi miżuri iktar personalizzati u fil-fond milli kieku jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-FEG; jenfasizza li l-Parlament se jkompli jimmonitorja li l-FEG mhux qed jintuża biex jissostitwixxi l-obbligi minn Stat Membru jew kumpanija;

16.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi approċċ konsistenti fil-każ tal-applikazzjonijiet li jinkludu l-miżura “Transferkurzarbeitergeld”, billi tiddefiniha b'mod konsistenti f'kull applikazzjoni u billi tivverifika bir-reqqa u tikkwota l-evidenza li l-miżura speċifika hija tassew eleġibbli għal finanzjament mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG u bl-ebda mod ma tkun qed tissostitwixxi miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali, u li r-riskju ta' finanzjament doppju huwa eskluż;

17.

Jinnota li s-sħab soċjali qablu fuq il-ħolqien ta' tliet kumpaniji ta' trasferiment sabiex iwettqu l-miżuri għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, li hu konformi mal-prattika fil-Ġermanja; jilqa' l-fatt li l-ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-kumpanija fornitriċi (Johnson Controls Objekt Bochum GmbHCo. KG) se jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-miżuri mwettqa mill-kumpaniji ta' trasferiment;

18.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adatt u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali ta' ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

19.

Ifakkar li, bi qbil mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jkun imfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-kapaċitajiet meħtieġa, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

20.

Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

21.

Japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni ta' ħin li jimplika l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-fajls;

22.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Ewropej ta' Karozzi (ACEA), The Automobile Industry Pocket Guide 2014-2015, p. 57f.

(6)  Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Applikazzjoni GF/2015/002 DE/Adam Opel ippreżentata mill-Ġermanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/1871.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/95


P8_TA(2015)0334

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2015/003 BE/Ford Genk – Belġju

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/003 BE/Ford Genk, ippreżentata mill-Belġju) (COM(2015)0336 – C8-0250/2015 – 2015/2209(BUD))

(2017/C 349/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0336 – C8-0250/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0272/2015),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex toffri appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.

billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.

billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2015/003 BE/Ford Genk għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal 5 111-il sensja, 3 701 minnhom minn Ford Genk, li joperaw fid-diviżjoni 29 tar-reviżjoni 2 tan-NACE (“Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers”) (4) u 1 180 minn 11-il fornitur u produttur downstream, u billi huwa stmat li 4 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eleġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, il-Belġju għandu dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 6 268 564 mill-ispejjeż totali ta' EUR 10 447 607 skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fl-24 ta' Marzu 2015, u li l-valutazzjoni tagħha tlestliet mill-Kummissjoni fl-14 ta' Lulju 2015 u ġiet notifikata lill-Parlament fl-1 ta' Settembru 2015; jilqa' pożittivament il-valutazzjoni rapida f'perjodu ta' inqas minn ħames xhur;

3.

Jinnota li l-produzzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri naqset b'14,6 % fl-UE-27 bejn l-2007 u l-2012 u li fl-istess perjodu ċ-Ċina aktar milli rduppjat sehemha fis-suq tal-produzzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri; jikkonkludi li dawn l-avvenimenti huma marbuta direttament ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni;

4.

Ifakkar li l-ewwel mewġa ta' sensji f'Ford Genk fl-2013 tat lok għall-ewwel applikazzjoni għall-FEG ukoll abbażi tal-globalizzazzjoni, li attwalment qiegħda tiġi implimentata (5), u li din it-tieni applikazzjoni tirrigwarda s-sensji fl-impjant tal-Ford Genk li kien hemm fl-2014 sal-għeluq finali tal-impjant f'Diċembru 2014;

5.

Jinnota li l-industrija tal-karozzi Belġjana sofriet tnaqqis fil-produzzjoni ta' 15,58 % filwaqt li l-produzzjoni globali żdiedet bi 18,9 %;

6.

Ifakkar li Ford Genk kien l-impjant li l-aktar kien iħaddem nies fil-provinċja ta' Limburg; jinnota li s-sensji kkaġunaw ħsara notevoli lill-ekonomija ta' Limburg b'telf totali ta' aktar minn 8 000 impjieg (inkluż it-telf indirett ta' impjiegi), li l-parti l-kbira minnhum huma ħaddiema ċittadini tal-Unjoni bejn it-30 u l-54 sena, żieda fir-rata ta' qgħad ta' bejn 1,8 u 2 punti perċentwali, (żieda ta' massimu ta' 29,4 % fir-rata ta' qgħad tar-reġjun minn bejn 6,8 % u 8,8 %), tnaqqis fil-PDG ta' bejn 2,6 % u 2,9 % u waqgħa potenzjali fil-produttività tax-xogħol ta' 10,9 % minħabba l-importanza kbira tal-industrija awtomobilistika għall-produttività tax-xogħol fir-reġjun;

7.

Jinnota li, sal-lum, is-settur tad-diviżjoni 29 tar-reviżjoni 2 tan-NACE (Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) kien is-suġġett ta' 22 applikazzjoni għall-FEG, li 12 minnhom kienu bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u 10 fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; jirrakkomanda għalhekk li l-Kummissjoni tagħmel studju dwar is-swieq Asjatiċi u tal-Amerika t’Isfel sabiex il-manifatturi tal-UE jitgħallmu aktar dwar rekwiżiti ġodda ta' liċenzji tal-importazzjoni u kif ikunu aktar preżenti u kompetittivi f'dawn is-swieq;

8.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Belġjani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Jannar 2015, ferm qabel id-deċiżjoni u saħansitra l-applikazzjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

9.

Jinnota li l-Belġju qiegħed jippjana tliet tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) għajnuna individwali għat-tiftix ta' impjieg, ġestjoni tal-każijiet u servizzi ta' informazzjoni ġenerali, (ii) taħriġ u taħriġ mill-ġdid u (iii) benefiċċji u inċentivi;

10.

Jilqa' l-fatt li l-ħaddiema li ngħataw is-sensja jistgħu jibbenefikaw minn varjazzjoni kbira ta' miżuri proposti, li jinkludu numru ta' azzjonijiet ta' għajnuna individwali għat-tiftix ta' impjieg, ġestjoni tal-każijiet u servizzi ta' informazzjoni ġenerali; taħriġ u taħriġ mill-ġdid, anke minn min kien iħaddimhom qabel;

11.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal f'konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, mar-rappreżentanti tagħhom, mas-sħab soċjali, mal-korpi pubbliċi tal-impjiegi lokali, reġjonali u nazzjonali u mal-istituzzjonijiet tat-taħriġ kif ukoll mal-kumpanija;

12.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adatt u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

13.

Jenfasizza li l-miżuri ta' taħriġ vokazzjonali għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-impjegabilità tal-ħaddiema, u għandhom jiġu adattati għat-talbiet tas-suq tax-xogħol attwali; jinnota fl-istess ħin li l-miżuri ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid għandhom jirrikonoxxu u anke jibnu fuq il-ħiliet u l-kompetenzi speċifiċi li l-ħaddiema milquta jkunu kisbu fl-industrija awtomobilistika u fl-industrija fornitriċi tagħha;

14.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jkun imfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-kapaċitajiet meħtieġa, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

15.

Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Belġjani jikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

16.

Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet qed jippjanaw li jużaw l-maġġorparti tal-fondi disponibbli għas-servizzi personalizzati u li 4,94 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati biss se jintużaw għal benefiċċji u inċentivi, li jibqa' ferm taħt il-limitu massimu permess ta' 35 %;

17.

Japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, wara t-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni ta' ħin li jġib miegħu l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-fajls;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  EGF/2013/012 BE/Ford Genk (COM(2014)0532).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2015/003 BE/Ford Genk, ippreżentata mill-Belġju)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/1869.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/98


P8_TA(2015)0335

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2015/004 IT/Alitalia – Italja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/004 IT/Alitalia, ippreżentata mill-Italja) (COM(2015)0397 – C8-0252/2015 – 2015/2212(BUD))

(2017/C 349/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0397 – C8-0252/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b' mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0274/2015),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex toffri appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.

billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex tiġi ffissata l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eleġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu finanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.

billi l-Italja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2015/004 IT/Alitalia għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-1 249 sensja fil-Gruppo Alitalia, li jopera fid-diviżjoni 51 ta' NACE Rev. 2 (“Trasport bl-ajru”) (4) fir-reġjun ta' livell 2 ta' NUTS (5) tal-Lazjo, u billi hu mistenni li madwar 184 ħaddiem li ngħataw is-sensja se jipparteċipaw fil-miżuri;

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eleġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, l-Italja għandha d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 414 848 skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fl-24 ta' Marzu 2015, u li l-valutazzjoni tagħha tlestliet mill-Kummissjoni fis-7 ta' Awwissu 2015 u ġiet notifikata lill-Parlament fl-1 ta' Settembru 2015; jilqa' pożittivament il-valutazzjoni rapida f'perjodu ta' inqas minn ħames xhur;

3.

Josserva li t-trasport internazzjonali bl-ajru għadda minn taqlib ekonomiku serju, b'mod partikolari tnaqqis mis-sehem tas-suq tal-UE u ż-żieda enormi fin-numru ta' passiġġieri li nġarru mit-trasportaturi tal-Golf u Torok li sar a skapitu tal-kumpaniji Ewropej bħal Alitalia;

4.

Ifakkar li, għalkemm l-impjiegi fil-Lazjo ġew affettwati mill-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja f'livell inqas mill-impjiegi fil-livell nazzjonali, kull żieda addizzjonali fil-qgħad tpoġġi taħt pressjoni s-sistema ta' benefiċċji tal-CIG (6);

5.

Josserva li, sal-lum, is-settur tad-diviżjoni 51 tan-NACE Rev. 2 (Trasport bl-ajru) kien is-suġġett ta' applikazzjoni għall-FEG oħra (7) li wkoll kienet ibbażata fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ;

6.

Jilqa' pożittivament l-enfasi fuq il-miżuri fil-qasam tat-tiftix ta' impjiegi u tat-taħriġ proposti mill-awtoritajiet Taljani, inkluża l-iskema tal-impjieg mill-ġdid speċifika għall-ħaddiema ssensjati ta' età ta' 50 sena jew aktar;

7.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' April 2015, ferm qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

8.

Jinnota li l-azzjonijiet fl-ambitu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament dwar il-FEG – l-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ – jirrappreżentaw sehem relattivament għoli tal-ispejjeż totali (3,99 %);

9.

Jiddispjaċih li minn 1 249 benefiċjarju eleġibbli 184 biss (14,7 %) huma fil-mira tal-miżuri proposti – li jirrapreżenta proporzjon baxx ħafna tat-totalità tal-impjegati ssensjati;

10.

Japprezza li l-184 benefiċjarju kollha fil-mira mistennija jibbenefikaw mis-servizzi personalizzati;

11.

Jinnota li l-Italja qiegħda tippjana ħames tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) reklutaġġ u valutazzjoni tal-ħiliet, (ii) appoġġ attiv għat-tiftix ta' impjieg, (iii) taħriġ, (iv) rimborż tal-ispejjeż għall-mobilità, u (v) benefiċċji ta' reklutaġġ ta' persuni li għandhom iktar minn 50 sena;

12.

Jinnota li l-allowances u l-inċentivi huma limitati għall-ispejjeż ta' mobilità u għall-benefiċċji ta' reklutaġġ u se jibqgħu taħt l-ammont massimu permess ta' 35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG;

13.

Jilqa' favorevolment il-benefiċċji ta' reklutaġġ għall-ħaddiema li għandhom aktar minn 50 sena; iqis li l-mod li bih il-benefiċċji ta' pagament huma differenzjati se jinċentiva r-reklutaġġ tal-ħaddiema kkonċernati b'kundizzjonijiet aħjar;

14.

Josserva li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, mal-aġenziji akkreditati li joffru appoġġ għat-tiftix ta' impjieg kif ukoll mal-ħaddiema;

15.

Jilqa' pożittivament il-fatt li l-aġenziji akkreditati li jfornu lill-ħaddiema appoġġ attiv għat-tiftix ta' impjieg jitħallsu fuq il-bażi tar-riżultati li jiksbu;

16.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-kapaċitajiet meħtieġa fil-ġejjieni tas-suq tax-xogħol, u għandu jkun jaqbel mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

17.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adatt u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

18.

Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jenfasizza li l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkunx tista' tokkorri duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

19.

Japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, wara t-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni ta' ħin li jimplika l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-fajls;

20.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).

(6)  Il-Cassa Integrazione Guadagno (CIG) hija benefiċċju maħsub biex jiżgura ċertu livell ta' dħul lill-ħaddiema li ma jkunux tħallew jwettqu l-kompiti tagħhom. Il-CIG tiġi attivata fil-każ tat-tnaqqis ta' attivitajiet ta' produzzjoni jew it-twaqqif tagħhom, minħabba ristrutturar, riorganizzazzjoni ta' impriża, kriżi korporattiva jew proċeduri ta' likwidazzjoni li għandhom konsegwenzi serji fuq is-suq tax-xogħol fil-livell lokali. Il-CIG hija għodda li tipprevjeni lill-ħaddiema milli jingħataw is-sensja billi tħalli lill-impriżi jaħarbu mill-kost lavorattiv temporanjament mhux meħtieġ, filwaqt li jistennew li jissoktaw l-attivitajiet tal-produzzjoni normali. Madankollu, il-CIG ħafna drabi hija preludju għall-mobilità.

(7)  EGF/2013/014 FR Air France (COM(2014)0701).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Applikazzjoni EGF/2015/004 IT/Alitalia)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/1870.)


L-Erbgħa, 7 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/101


P8_TA(2015)0337

Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazjzoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (16160/2014 – C8-0080/2015 – 2014/0118(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 349/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16160/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (16159/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0080/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0254/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Tuneżija.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/102


P8_TA(2015)0338

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (COM(2013)0794 – C7-0414/2013 – 2013/0403(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0794),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0414/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ marzu 2014 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2015 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0140/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 43.


P8_TC1-COD(2013)0403

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari adottata fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2421.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/103


P8_TA(2015)0339

Il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni (COM(2013)0919 – C7-0003/2014 – 2013/0442(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0919),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0003/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-30 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0160/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 134.

(2)  ĠU C 415, 20.11.2014, p. 23.


P8_TC1-COD(2013)0442

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropewfl-ewwel qari adottata fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/2193.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/104


P8_TA(2015)0340

Kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (COM(2014)0174 – C7-0105/2014 – 2014/0096(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0174),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0105/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Ġunju 2014 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-24 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0042/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 424, 26.11.2014, p. 72.


P8_TC1-COD(2014)0096

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/2203.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/105


P8_TA(2015)0341

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0358),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0029/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2015 (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kontollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-3 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-30 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0049/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2015, p. 1.


P8_TC1-COD(2014)0180

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929.)


Il-Ħamis, 8 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/106


P8_TA(2015)0346

Servizzi ta' ħlas fis-suq intern ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0547),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0230/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Ġunju 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunisdra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0169/2014),

wara li kkunsidra l-emendi li adotta fis-seduta tiegħu tat-3 ta' April 2014 (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura,

wara li kkunisdra r-rapport supplimentari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0266/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 224, 15.7.2014, p. 1.

(2)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 78.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0280.


P8_TC1-COD(2013)0264

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/2366.)


L-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2015

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/107


P8_TA(2015)0352

Aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (10506/2015 – C8-0193/2015 – 2015/0807(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2017/C 349/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10506/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0193/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tagħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0287/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/108


P8_TA(2015)0353

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015: Riżorsi proprji, Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-Azzjoni Esterna, Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji, Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-Azzjoni Esterna, Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (11695/2015 – C8-0278/2015 – 2015/2150(BUD))

(2017/C 349/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (3),

wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b'mod definittiv fis-7 ta' Lulju 2015 (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (7),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (8),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Lulju 2015 (COM(2015)0351),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess ġurnata (11695/2015 – C8-0278/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0280/2015),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 jirrigwarda reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, il-bażijiet tal-VAT u tal-ING, l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll il-finanzjament tagħhom, li se tirriżulta f'bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-Unjoni;

B.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 ikopri wkoll il-ħolqien ta' żewġ partiti tal-baġit ġodda għan-nefqa ta' appoġġ għall-fondi fiduċjarji ġestiti mill-Kummissjoni, fl-oqsma ta' politika “Żvilupp u Kooperazzjoni” u “Tkabbir”, it-tnejn b'annotazzjoni pro memoria (p.m.);

C.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015 jipprevedi wkoll modifika għall-pjan ta' stabbiliment tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi mingħajr ebda tibdil fl-għadd totali ta' karigi jew għall-baġit tiegħu;

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.

Jinnota li, meta mqabbla mal-baġit inizjali tal-2015, il-kontribuzzjonijiet nazzjonali lill-baġit abbażi tal-ING jistgħu jitnaqqsu bi EUR 2,26 biljun minħabba dħul ogħla minn dak mistenni mir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor) ta' EUR 1 133,5 miljun u l-ibbaġitjar tal-bilanċ eċċessiv tal-2014 permezz tal-baġit emendatorju Nru 3/2015;

3.

Iqis li dan l-aġġustament tekniku fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni għandu bażi soda fl-aħħar żviluppi statistiċi u jikkonforma mad-distribuzzjoni miftiehma bejn l-Istati Membri;

4.

Jinnota li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2015, fl-elementi kollha tiegħu, ma għandu l-ebda impatt fuq in-naħa tal-infiq tal-baġit tal-2015 u li l-impatt tiegħu fuq in-naħa tad-dħul huwa bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom biss;

5.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6/2015;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 6/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 261, 7.10.2015.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(6)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(7)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(8)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/110


P8_TA(2015)0354

Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2015)0486 – C8-0292/2015 – 2015/2253(BUD))

(2017/C 349/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0486 – C8-0292/2015),

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, kif adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (2),

wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b'mod definittiv fis-7 ta' Lulju 2015 (3),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2015 (COM(2015)0485),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4) (ir-Regolament dwar il-QFP), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0290/2015),

A.

billi, wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3, jidher li tinħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.

billi l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà, lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2015 b'EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġu ffinanzjati miżuri għall-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni;

1.

Jinnota li l-limitu massimu tal-2015 għall-intestatura 3 ma jippermettix finanzjament adegwat ta' prijoritajiet politiċi importanti u urġenti tal-Unjoni;

2.

Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.

Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti ta' EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017;

4.

Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli;

5.

Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal linji baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

6.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 261, 7.10.2015.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/2248.)


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/112


P8_TA(2015)0355

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015: Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri baġitarji immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri baġitarji immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (12511/2015 – C8-0297/2015 – 2015/2252(BUD))

(2017/C 349/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, kif adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (3),

wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b'mod definittiv fis-7 ta' Lulju 2015 (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (7),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (8),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2015 (COM(2015)0485),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Ottubru 2015 u mibgħuta lill-Parlament fl-istess jum (12511/2015 – C8-0297/2015),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni” (COM(2015)0490),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0289/2015),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 għandu l-għan li jsaħħaħ ir-riżorsi tal-Unjoni biex jifilħu għall-kriżi attwali tar-refuġjati u tal-migranti, u b'hekk jindirizzaw in-nuqqas ta' fondi taħt l-intestaturi 3 u 4;

B.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 jipprovdi tisħiħ tal-assistenza ta' emerġenza prevista taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna għal ammont totali ta' EUR 100 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, filwaqt li jinżammu r-riżorsi neċessarji u programmi oħra ffinanzjati mill-AMIF;

C.

billi, barra minn hekk, l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 jipprevedi żieda totali ta' 120 fin-numru ta' pożizzjonijiet fi ħdan il-Frontex, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil u l-Europol (EASO), kif ukoll fl-approprjazzjonijiet relatati għas-salarji sal-aħħar tas-sena ta' EUR 1,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament;

D.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 jipprevedi wkoll finanzjament addizzjonali għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat għal ammont totali ta' EUR 300 miljun;

E.

billi, barra minn hekk, l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 jżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Għajnuna Umanitarja għal ammont ta' EUR 55,7 miljun permezz ta' riallokazzjoni;

F.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 hu akkumpanjat minn proposta għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)0486) għal ammont ta' EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

G.

billi ż-żieda fin-numru ta' refuġjati u migranti ma kinitx prevedibbli meta kien qed jiġi adottat il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali għall-perjodu 2014-2020, u ma jistax jitqies bħala fenomenu temporanju u b'hekk jeħtieġ soluzzjonijiet aktar fit-tul li jridu jiġu indirizzati fil-proċeduri baġitarji annwali li jmiss u r-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.

Jilqa' r-rispons rapidu mill-Kummissjoni fit-trattament tal-kriżi attwali tar-refuġjati; itenni r-rieda tal-Parlament Ewropew li jaġixxi fil-ħin b'konformità mar-responsabbiltajiet baġitarji tiegħu; jirrimarka li l-miżuri proposti għandhom ikunu marbutin ma' inizjattivi maħsuba biex jindirizzaw il-kawżi primarji li wasslu għall-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati;

3.

Huwa konvint li l-Unjoni jeħtiġilha tagħmel aktar biex tindirizza l-kriżi attwali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati u biex tgħin fl-istabbilizzar tal-pajjiżi ta' oriġini u l-pajjiżi ta' tranżitu, billi l-miżuri proposti żgur mhux se jkunu biżżejjed, meta wieħed iqis l-għadd kumplessiv ta' persuni li qed ifittxu protezzjoni fl-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan finanzjarju fit-tul ħalli tirrispondi għall-kriżi attwali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, inklużi operazzjonijiet ta' tiftix u ta' salvataġġ, u tipproponi reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif meħtieġ;

4.

Jilqa' r-rieda tal-istituzzjonijiet kollha biex iżidu l-approprjazzjonijiet tal-baġit marbuta mal-migrazzjoni u l-asil, minħabba l-bżonn ċar u urġenti, kif ukoll biex jirrikorru għall-istrumenti ta' politika barranija biex jindirizzaw il-kawżi primarji li wasslu għall-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati;

5.

Jilqa' l-impenn meħud mill-Istati Membri waqt il-Kunsill Ewropew informali tat-23 ta' Settembru 2015 biex jimmobilizzaw EUR 1 biljun b'rispons għas-sitwazzjoni umanitarja tal-migranti u tar-refuġjati; jistieden lill-Istati Membri jestendu u jżidu l-impenn tagħhom biex jipprovdu l-fondi meħtieġa wkoll fis-snin li ġejjin;

6.

Ifakkar li din il-kwistjoni għandha bżonn tiġi indirizzata primarjament fil-baġit 2016 u jistieden lill-Kunsill isegwi l-kliem bil-fatti permezz ta' fondi korrispondenti fil-Konċiljazzjoni;

7.

Iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill biex jaqbel mill-bidu nett fuq baġit adegwat għall-2016, inkluż għall-intestaturi 3 u 4, li se jipprovdu approprjazzjonijiet suffiċjenti għall-ġestjoni tal-kriżi attwali tar-refuġjati u l-migrazzjoni;

8.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fil-ftehim reċenti għal pjan ta' pagamenti maħsub biex il-baġit tal-Unjoni jerġa' jsir wieħed sostenibbli; jinnota li l-Kummissjoni ma pproponietx approprjazzjonijiet ta' pagament kumplessivi addizzjonali fil-baġit 2015 iżda marret lura għar-riallokazzjoni ta' riżorsi eżistenti; jenfasizza li dan jista' jżid il-piż fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2016 li jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali ta' programmi finanzjarji bejn l-intestaturi;

9.

Jistenna, għalhekk, li, fl-Ittra Emendatorja 2/2016 tagħha, il-Kummissjoni tipproponi żieda adegwata fl-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-impenji meħuda;

10.

Jenfasizza li jekk ikun hemm bżonn rinforzi addizzjonali matul is-sena kurrenti sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, il-Parlament se jkun lest jaċċetta aktar mobilizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà previsti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda proposta ta' 120 pożizzjoni fil-pjanijiet ta' stabbiliment tal-aġenziji u jistenna li din id-deċiżjoni se jkollha impatt ukoll fuq il-baġit 2016 kif ukoll fuq il-baġits għas-snin li ġejjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni aġġornata u konsolidata dwar il-ħtiġijiet tal-aġenziji qabel il-Konċiljazzjoni baġitarja; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strateġija fuq perjodu medju u twil għall-azzjonijiet tal-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni: l-għanijiet, il-missjonijiet, il-koordinazzjoni, l-iżvilupp taż-żoni sensittivi u r-riżorsi finanzjarji.

12.

Jemmen li l-EASO għandu jiġi allokat aktar persunal milli qed tipproponi l-Kummissjoni bħalissa, peress li ngħata l-inkarigu li jassumi rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, pereżempju billi jassisti fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-asil u fl-isforzi ta' rilokazzjoni;

13.

Jafferma r-rieda tiegħu li jadotta l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015 kif ippreżentat mill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr, minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni; jirrimarka li minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, il-Parlament kellu ħin limitat fil-formazzjoni tal-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-baġit emendatorju;

14.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 7/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 261, 7.10.2015.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(6)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(7)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(8)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/115


P8_TA(2015)0357

Il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (C8-0304/2015 – 2015/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 349/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) tat-2 ta' Ottubru 2015 għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0304/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (1),

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0292/2015),

A.

billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.

billi, fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.

billi, fit-13 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Wilhelm Molterer, il-kandidat propost għall-kariga ta' Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta dan għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.

Japprova l-ħatra ta' Wilhelm Molterer għall-pożizzjoni ta' Direttur Amministrattiv tal-FEIS;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/116


P8_TA(2015)0358

Il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (C8-0305/2015 – 2015/0902(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 349/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) tat-2 ta' Ottubru 2015 għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0305/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (1),

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0293/2015),

A.

billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.

billi, fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.

billi, fit-13 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Iliyana Tsanova, il-kandidat propost għall-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta din għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.

Japprova l-ħatra ta' Iliyana Tsanova għall-pożizzjoni ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.