ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
6 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2017/C 335/01

Avviż tal-Kummissjoni — Manwal dwar kif toħroġ u teżegwixxi mandat ta' arrest Ewropew

1


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

6.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/1


Avviż tal-Kummissjoni — Manwal dwar kif toħroġ u teżegwixxi mandat ta' arrest Ewropew

(2017/C 335/01)

WERREJ

Lista ta' akronimi 5
DAĦLA 9
INTRODUZZJONI 10

1.

Ħarsa ġenerali lejn il-Mandat ta' Arrest Ewropew (MAE) 10

1.1.

Sfond tal-MAE 10

1.2.

Definizzjoni u karatteristiċi ewlenin tal-MAE 10

1.3.

Il-formola tal-MAE 11
PARTI I: IL-ĦRUĠ TA' MAE 12

2.

Ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' MAE 12

2.1.

Kamp ta' Applikazzjoni tal-MAE 12

2.1.1.

Prosekuzzjoni kriminali 12

2.1.2.

Eżekuzzjoni ta' sentenza jew ordni ta' detenzjoni 12

2.1.3.

Ir-rekwiżit għal deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli 13

2.2.

Il-lista ta' 32 reat li jagħtu lok għal konsenja mingħajr verifika ta' kriminalità doppja 13

2.3.

Reati aċċessorji 14

2.4.

Proporzjonalità 14

2.5.

Strumenti legali oħra tal-Unjoni dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali 15

2.5.1.

Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (OIE) 16

2.5.2.

It-trasferiment ta' priġunieri 16

2.5.3.

L-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja (ESO) 17

2.5.4.

It-trasferiment ta' deċiżjonijiet ta' probation u sanzjonijiet alternattivi 17

2.5.5.

Il-penali finanzjarji 18

2.5.6.

It-trasferiment ta' proċedimenti kriminali 18

2.6.

Ir-regola ta' speċjalità — il-possibilità ta' prosekuzzjoni għal reati oħra 18

3.

Il-proċedura għall-ħruġ ta' MAE 19

3.1.

Proċeduri kriminali pendenti oħra u MAE li jirrigwardaw l-istess persuna 19

3.1.1.

Fl-Istat Membru emittenti 19

3.1.2.

Fi Stat Membru ieħor 20

3.2.

Kif għandu jimtela l-formolarju tal-MAE 20

3.2.1.

L-informazzjoni li hija dejjem meħtieġa 20

3.2.2.

Informazzjoni addizzjonali utli mill-awtorità ġudizzjarja emittenti 20

3.3.

It-trażmissjoni tal-MAE 21

3.3.1.

Meta l-post fejn tinsab il-persuna rikjesta ma jkunx magħruf 21

3.3.2.

Jekk il-post fejn tinsab il-persuna rikjesta ikun magħruf 22

3.3.3.

It-trażmissjoni tal-MAE lill-Istati Membri li ma jużawx is-SIS 22

3.4.

It-traduzzjoni tal-MAE 22

3.5.

Wara li l-persuna rikjesta tiġi arrestata: il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju 22
PARTI II: L-EŻEKUZZJONI TA' MAE 23

4.

Il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta' MAE 23

4.1.

It-termini perentorji għat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE 23

4.2.

It-termini perentorji għall-konsenja tal-persuna rikjesta (wara d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE) 23

4.3.

It-traduzzjoni tal-MAE 24

4.4.

Il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati Membri qabel id-deċiżjoni dwar il-konsenja 24

4.4.1.

Meta għandha ssir il-komunikazzjoni 24

4.4.2.

Kif issir il-komunikazzjoni 25

4.5.

Id-dmir tal-awtorità ġudizzjarja eżekutorja biex tinforma lill-awtorità ġudizzjara emittenti wara d-deċiżjoni dwar il-konsenja 26

4.5.1.

L-informazzjoni dwar id-deċiżjoni fuq il-konsenja 26

4.5.2.

Informazzjoni dwar iż-żmien mgħoddi f'kustodja 26

4.6.

Iż-żamma tal-persuna rikjesta kustodja fl-Istat Membrueżekutorju 27

5.

Deċiżjoni dwar il-konsenja 28

5.1.

Id-dmir ġenerali ta' eżekuzzjoni tal-MAE 28

5.2.

Il-lista ta' 32 reat li jagħtu lok għal konsenja mingħajr verifika ta' kriminalità doppja 28

5.3.

Reati aċċessorji 28

5.4.

Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni (rifjut) 29

5.4.1.

Raġunijet obbligatorji għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni: 29

5.4.2.

Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' eżekuzzjoni fakultattiva 30

5.5.

Proċessi in absentia 31

5.6.

Il-kunsiderazzjonijiet tal-awtorità ġudizzjara eżekutorja dwar id-drittijiet fundamentali mill-awtorità 33

5.7.

Il-proporzjonalità — ir-rwol tal-Istat Membru eżekutorju 34

5.8.

Il-garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru emittenti 34

5.8.1

Ir-rieżami tas-sentenza ta' għomor il-ħabs jew ta' ordni ta' detenzjoni għal għomor 35

5.8.2

Ir-ritorn taċ-ċittadini u residenti 35

5.9.

Il-posponiment jew konsenja temporanja 35

5.9.1.

Raġunijiet umanitarji serji 35

5.9.2.

Il-proċedura kriminali li għadha għaddejja jew l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija 36

5.9.3

Il-konsenja temporanja minflok il-postponiment 36

5.9.4

Il-posponiment tal-MAE minħabba l-identifikazzjoni ta' riskju reali li l-persuna rikjesta tingħata trattament degradanti u inuman 36

5.10.

MAE multipli għall-istess persuna 36

5.10.1.

Kif tiddeċiedi liema MAE teżegwixxi 36

5.10.2.

“Proċedimenti paralleli” 37

6.

Tnaqqis fil-perjodu ta' detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni 37

7.

Il-konsenja sussegwenti 38

7.1.

Lil Stat Membru ieħor 38

7.2.

Lil Stat terz 39

8.

Obbligi fir-rigward ta' pajjiżi terzi 39

8.1.

MAEs simultanji u talbiet ta' estradizzjoni għall-istess persuna 39

8.1.1.

Talbiet minn pajjiżi terzi 39

8.1.2.

Talbiet mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) 40

8.2.

Estradizzjoni preċedenti minn Stat terz u r-regola ta' speċjalità 40

9.

Tranżitu 40

9.1.

Tranżitu minn Stat Membru ieħor 40

9.2.

Ċittadini u residenti tal-Istat Membru li fih isir it-tranżitu 41

9.3.

Estradizzjoni minn Stat terz lejn Stat Membru 41

10.

MAE mhux eżegwiti 41

10.1.

Iċ-ċertezza li l-persuna ma terġax tiġi arrestata fl-istess Stat Membru 41

10.2.

Komunikazzjoni lill-Istat Membru emittenti 41

10.3.

L-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti iqisu jekk iżommux il-MAE 41

10.4.

Reviżjoni ta' MAE li jkunu ilhom fis-SIS 41

11.

Id-drittijiet proċedurali tal-persuna rikjesta 42

11.1.

Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni 42

11.2.

Id-dritt għall-informazzjoni 42

11.3.

Id-dritt ta' aċċess għal avukat 43

11.4.

Id-dritt li terza persuna tiġi infurmata biċ-ċaħda mil-libertà 43

11.5.

Id-dritt ta' komunikazzjonijiet ma' terzi persuni 43

11.6.

Id-dritt ta' komunikazzjoni mal-awtoritajiet konsulari 43

11.7.

Drittijiet speċifiċi għat-tfal 44

11.8.

Dritt għall-għajnuna legali 44

ANNESS I —

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, konsolidazzjoni mhux uffiċjali 45

ANNESS II —

IL-FORMOLA TAL-MAE, li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE 60

ANNESS III —

LINJI GWIDA DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA TAL-MAE 65

ANNESS IV —

LINGWI AĊĊETTATI MILL-ISTATI MEMBRI META JIRĊIEVU MAE 74

ANNESS V —

LISTA TA' SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA LI JIRRIGWARDAW ID-DEĊIŻJONI KWADRU DWAR IL-MAE 76

ANNESS VI —

SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA LI JIRRIGWARDAW IL-PRINĊIPJU NE BIS IN IDEM 77

ANNESS VII —

FORMOLA STANDARD TA' DEĊIŻJONI DWAR MAE 80

ANNESS VIII —

LISTA TA' STATI MEMBRI LI S-SISTEMA LEGALI TAGĦHOM TISTA' TIPPERMETTI L-KONSENJA GĦAL REATI PUNIBBLI B'SANZJONI AKTAR BAXXA MIL-LIMITU STABBILIT FL-ARTIKOLU 2(1) TAD-DEĊIŻJONI KWADRU DWAR IL-MAE, META DAWK IR-REATI JKUNU AĊĊESSORJI GĦAR-REAT(I) PRINĊIPALI FIL-MAE 82

ANNESS IX —

MUDELL INDIKATTIV TA' ITTRA TAD-DRITTIJIET GĦAL PERSUNI ARRESTATI FUQ IL-BAŻI TA' MAE 83

Lista ta' akronimi

CISA

Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen

Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

KtE

Il-Kunsill tal-Ewropa

MAE

Il-Mandat ta' Arrest Ewropew

OIE

Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea

NĠE

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew

ESO

L-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja

Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri

Kwadru

Kwadru

SIRENE

Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali

SIS

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen

TFUE

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà:

Dan il-manwal la huwa legalment vinkolanti u lanqas eżawrjenti. Dan il-Manwal huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi eżistenti tal-Unjoni u għall-iżvilupp tagħha fil-ġejjieni. Huwa wkoll mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni awtoritattiva tal-liġi tal-Unjoni li tista' tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-ĦRUĠ TA' MANDAT TA' ARREST EWROPEW

Passi prinċipali

(AĠ = Awtorità ġudizzjarja)

Image

L-EŻEKUZZJONI TA' MANDAT TA' ARREST EWROPEW

Passi prinċipali

(AĠ = Awtorità ġudizzjarja)

Image

DAĦLA

Dan il-manwal huwa verżjoni riveduta tal-manwal Ewropew dwar kif jinħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew maħruġ mill-Kunsill fl-2008 (1) u rivedut fl-2010 (2). Wara t-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin skont it-Trattat ta' Lisbona dwar l-hekk imsejħa strumenti legali tal-eks-tielet pilastru (3), inkluża d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (4) (“id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE”), il-Kummissjoni ħadet fuqha l-kompitu li temenda u tirrevedi l-manwal.

Dan il-manwal iqis l-esperjenza miksuba fl-aħħar 13-il sena mill-applikazzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew fl-Unjoni. L-għan ta' din ir-reviżjoni huwa li jiġi aġġornat il-manwal u jsir aktar komprensiv u faċli għall-utent. Biex tipprepara din l-aħħar verżjoni tal-manwal, il-Kummissjoni kkonsultat ma' diversi persuni kkonċernati u esperti, inklużi l-Eurojust, is-Segretarjat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, u l-esperti governattivi u l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri.

Dan il-manwal jinsab fuq l-Internet fil-paġna: https://e-justice.europa.eu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

INTRODUZZJONI

1.   ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-MANDAT TA' ARREST EWROPEW (MAE)

1.1.   Sfond tal-MAE

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE ġiet adottata mill-Kunsill fit-13 ta' Ġunju 2002 u kien meħtieġ mill-Istati Membri kollha li jikkonformaw magħha sal-31 ta' Diċembru 2003. Mill-1 ta' Jannar 2004, din is-sistema ħadet post, b'xi ftit eċċezzjonijiet, l-arranġamenti ta' estradizzjoni bir-reġim il-ġdid ta' konsenja. F'dak li jirrigwarda l-konsenja bejn l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin ġew mibdulin:

(a)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957 (ETS Nru 024), il-protokoll addizzjonali tagħha tal-15 ta' Ottubru 1975 (ETS Nru 086), it-tieni protokoll addizzjonali tagħha tas-17 ta' Marzu 1978 (ETS Nru 098), u l-Konvenzjoni Ewropea fuq l-Eliminazzjoni tat-Terroriżmu tas-27 ta' Jannar 1977 (ETS Nru 090) sa fejn hi involuta l-estradizzjoni;

(b)

il-Ftehim bejn it-12-il Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej fuq is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni ta' metodi tat-trasmissjoni ta' talbiet ta' estradizzjoni tas-26 ta' Mejju 1989;

(c)

il-Konvenzjoni tal-10 ta' Marzu 1995 fuq proċedura simplifikata ta' estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (5);

(d)

il-Konvenzjoni tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (6);

(e)

It-Titolu III, Kapitolu 4 tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li jimplimenta l-Ftehim Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 fuq it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fi fruntieri komuni (7).

1.2.   Definizzjoni u karatteristiċi ewlenin tal-MAE

L-MAE hija deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Unjoni li tinħareġ minn Stat Membru u hija eżegwita fi Stat Membru ieħor abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Kif ġie nnotat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-452/16 PPU Poltorak  (8) u C-477/16 PPU Kovalkovas  (9), jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE li l-MAE jikkostitwixxi “deċiżjoni ġudizzjarja”, li trid tinħareġ minn “awtorità ġudizzjarja”, fil-kuntest tal-Artikolu 6(1) tagħha. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kliem “awtorità ġustizzjarja”, li jinsabu fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE, mhumiex limitati sabiex jirreferu biss għall-imħallfin jew għall-qrati ta' Stat Membru, iżda huma estiżi wkoll, b'mod usa', għall-awtoritajiet mitluba jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fis-sistema legali kkonċernata. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li t-terminu “awtorità ġudizzjarja”, imsemmi f'dik id-dispożizzjoni, ma jistax jiġi interpretat ukoll bħala li jkopri s-servizz tal-pulizija jew organu eżekuttiv ta' Stat Membru, bħal ministeru, u li l-atti maħruġa minn awtoritajiet bħal dawk ma jistgħux jitqiesu bħala “deċiżjonijiet ġudizzjarji”.

L-MAE ħa post is-sistema tradizzjonali ta' estradizzjoni b'mekkaniżmu sempliċi u aktar mgħaġġel ta' konsenja ta' persuni rikjesti għall-għanijiet ta' prosekuzzjoni kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni. Mandat jista' jinħareġ għal wieħed mill-iskopijiet li ġejjin jew għat-tnejn li huma:

(a)

prosekuzzjoni kriminali fir-rigward ta' atti punibblli skont il-liġi domestika b'sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar (matul il-fażijiet ta' investigazzjoni, eżami u tal-proċess, sal-kundanna finali);

(b)

eżekuzzjoni ta' sentenza jew ordni ta' detenzjoni ta' mill-inqas erba' xhur.

Biex it-talbiet ikunu aktar sempliċi u faċli biex wieħed jikkonforma magħhom, issa qed jinħarġu b'mod uniformi billi timtela formola tal-MAE. Madankollu, jibqa' dejjem meħtieġ li tingħata sentenza nazzjonali eżegwibbli jew jinħareġ mandat ta' arrest nazzjonali jew deċiżjoni ġudizzjarja simili qabel u b'mod separat mill-MAE (ara t-Taqsima 2.1.3.).

L-awtoritajiet ċentrali, li kellhom rwol sinifikanti fil-proċess ta' estradizzjoni, huma esklużi mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi proċeduri ta' MAE. Madankollu, l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jaħtru awtoritajiet ċentrali biex jassistu lill-awtoritajiet ġudizzjarji, b'mod partikolari biex jirċievu u jittrażmettu l-MAE.

Fl-Istati Membri fejn is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) hija operattiva (fil-mument tal-publikazzjni ta' dan il-Manwal, l-Istati Membri kollha barra l-Irlanda u Ċipru) l-Uffiċċji SIRENE nazzjonali għandhom rwol importanti fil-proċess ta' MAE meta jinħoloq allert ekwivalenti fis-SIS. Ir-regoli u l-proċeduri għall-koperazzjoni tal-Istati Membri dwar allerti għal arrest ibbażati fuq l-MAE huma stipulati fl-Artikoli 24 sa 31 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 (“Id-Deċiżjoni SIS II”) (10) u l-Punt 3 tal-Manwal SIRENE (11).

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE tirrifletti filosofija ta' integrazzjoni f'żona ġudizzjarja komuni. Hija l-ewwel strument legali li jinvolvi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Id-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti trid tiġi rikonoxxuta mingħajr formalitajiet ulterjuri u biss fuq il-bażi ta' kriterji ġudizzjarji.

Il-konsenja ta' ċittadini huwa prinċipju u regola ġenerali, bi ftit eċċezzjonijiet. Dawn l-eċċezzjonijiet jikkonċernaw l-infurzar ta' sentenzi ta' kustodja fil-pajjiż ta' oriġini ta' persuna u japplikaw b'mod ugwali għar-residenti. Il-prattika wriet li madwar wieħed minn kull ħames persuni kkonsenjati fl-Unjoni jikkonċernaw iċ-ċittadini tal-pajjiż stess.

Ir-raġunijiet li għalihom tinċaħad l-eżekuzzjoni huma limitati u elenkati b'mod eżawrjenti fl-Artikoli 3, 4 u 4a tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE. Ma ssir l-ebda verifika ta' kriminalità doppja bħala raġuni għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni u n-nuqqas ta' konsenja fir-rigward ta' 32 kategorija ta' reati elenkati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE, definiti mill-Istat Membru emittenti meta dawk ir-reati jkunu punibbli fl-Istat Membru emittenti b'sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin.

Għalkemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti ma tqisx li r-reati kkonċernati jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE, il-kriminalità doppja tista' xorta waħda tkun applikabbli. Ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Grundza  (12), li meta tiġi evalwata kriminalità doppja, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru eżekutur hija mitluba li tivverifika jekk l-elementi fattwali li jagħmlu parti mir-reat ikunux, per se, suġġetti ta' penali kriminali fl-Istat Membru eżekutur kieku dawk kienu preżenti f'dak l-Istat (ara t-Taqsima 5.2.).

Mit-28 ta' Marzu 2011, id-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE ġiet emendata permezz tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2009/299/ĠAI (13), li tħassar l-Artikolu 5(1) u ddaħħal l-Artikolu 4a ġdid dwar deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata għas-smigħ (smigħ in absentia).

1.3.   Il-formola tal-MAE

L-MAE huwa deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa fil-forma stipulata f'anness għad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE. Il-formula hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Biss din il-formula tista' tintuża u ma tistax tiġi mibdula. L-intenzjoni tal-Kunsill kienet li tinħoloq għodda ta' ħidma li tista' timtela faċilment mill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u li tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet ġudizzjarji eżekuturi.

Bl-użu tal-formola jiġu evitati t-traduzzjonijiet twal u għaljin u li tiġi ffaċilitata l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. Minħabba li fil-prinċipju il-formola tikkostitwixxi l-uniku bażi għall-arrest u l-konsenja sussegwenti tal-persuna rikjesta, din għandha timtela b'attenzjoni kbira sabiex jiġu evitati talbiet bla bżonn għal informazzjoni supplimentari.

Il-formola tista' timtela direttament onlajn billi tintuża l-għodda elettronika tal-Kompendju tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) disponibbli fuq is-sit web tal-NĠE, jew fil-forma ta' format word li tista' tinkiseb mit-taqsima tal-Librerija Ġudizzjarja fuq is-sit web tan-NĠE (http://www.ejn-crimjust.europa.eu).

L-użu tal-għodda elettronika huwa faċli bħal meta timtela formula f'format word, iżda għandha diversi fatturi moderni, utli u faċli għall-utent, bħal:

(a)

il-possibbiltà tal-importazzjoni diretta tal-awtorità eżekuttiva mill-għodda tal-Atlas Ġudizzjarju tan-NĠE;

(b)

il-kisba tal-formula fil-lingwa/i aċċettata/i mill-Istat Membru eżekuttiv; u

(c)

l-issejvjar u t-trażmissjoni tagħha bil-posta elettronika.

PARTI I: IL-ĦRUĠ TA' MAE

2.   IR-REKWIŻITI GĦALL-ĦRUĠ TA' MAE

2.1.   Kamp ta' Applikazzjoni tal-MAE

L-awtorità ġudizzjarja tista' toħroġ MAE għal żewġ raġunijiet (Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE):

(a)

prosekuzzjoni legali; jew

(b)

eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni.

Il-punt (a) jirrigwarda proċeduri kriminali meta l-persuna rikjesta tkun tista' tiġi mħarrka. Il-punt (b) jirrigwarda sentenzi ta' priġunerija eżegwibbli jew ordnijiet ta' detenzjoni għal reati kriminali maħruġa minn qorti. Il-ħruġ ta' MAE mhux possibbli għar-reati kollha iżda huwa limitat għal dawk li huma serji biżżejjed, kif spjegat f'aktar dettall aktar 'l isfel.

F'uħud mis-sistemi legali tal-Istati Membri, jista' jinħareġ MAE għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew għal ordni ta' detenzjoni anki jekk is-sentenza ma tkunx finali u tkun għadha suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. F'sistemi legali oħra tal-Istati Membri, dan it-tip ta' MAE jista' jinħareġ biss meta s-sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni jkunu finali. Huwa rrakkomandat li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tirrikonoxxi għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-MAE il-klassifikazzjoni tal-awtorità emittenti, anki jekk ma tkunx ekwivalenti għas-sistema legali tagħha f'dak ir-rigward.

F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti huma mogħtija l-parir li jikkunsidraw jekk f'dan il-każ partikolari l-fatt li joħorġu MAE jkunx proporzjonali (ara t-Taqsima 2.4) u jekk tistax tintuża' xi miżura tal-Unjoni anqas koerċittiva biex jinkiseb riżultat sodisfaċenti (ara t-Taqsima 2.5).

2.1.1.   Prosekuzzjoni kriminali

MAE jista' jinħareġ bil-għan li titwettaq prosekuzzjoni kriminali fir-rigward ta' atti punibbli skont il-liġi domestika permezz ta' sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar (l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

Dan jirreferi għall-kastig massimu possibbli għar-reat preskritt fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti. Il-kastig massimu fil-liġi tal-Istat Membru eżekutorju mhuwiex rilevanti f'dan ir-rigward.

Ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Qorti tal-Ġustizzja C-463/15 PPU, Openbaar Ministerie v A.  (14)

“L-Artikoli 2(4) u 4(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 (…) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-konsenja abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew tkun issuġġettata, fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, mhux biss għall-kundizzjoni li l-fatt li għalih ikun inħareġ il-mandat ikun jikkostitwixxi reat fid-dawl tal-liġi ta' dak l-Istat Membru, iżda wkoll għall-kundizzjoni li jkun, fid-dawl tal-istess liġi, punibbli b'piena li tneħħi l-libertà ta' massimu ta' mill-inqas tnax-il xahar.”

“It-twettiq ta' prosekuzzjoni kriminali” jinkludi wkoll l-istadju ta' qabel il-proċess ta' proċedimenti kriminali. Madankollu, l-iskop ta' MAE mhuwiex li jittrasferixxi xi persuni biss biex jiġu interrogati bħala persuni suspettati. Għal dak il-għan jistgħu minflok jiġu kkunsidrati miżuri oħra, bħall-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea (OIE). Fit-Taqsima 2.5 hemm ippreżentati fil-qosor miżuri oħra ta' koperazzjoni ġudizzjarja.

2.1.2.   Eżekuzzjoni ta' sentenza jew ordni ta' detenzjoni

MAE jista' jinħareġ bil-għan li tiġi eżegwita sentenza jew ordni ta' detenzjoni ta' mill-inqas erba' xhur (l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-MAE). Madankollu, f'sitwazzjonijiet fejn ikun baqa' biss jiġi skontat perjodu qasir tas-sentenza, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti huma mogħtija parir iqisu jekk il-ħruġ ta' MAE ikunx miżura propozjonali (ara t-Taqsimiet 2.4 u 2.5).

Ir-regoli domestiċi dwar il-konsenja bikrija jew kundizzjonali, prova (probation) jew regoli simili oħra li jirriżultaw f' perojdu iqsar ta' priġunerija effettiva li jistgħu japplikaw wara l-konsenja lill-Istat Membru emittenti mhumiex rilevanti meta jiġi stabbilit il-perjodu minimu ta' erba' xhur.

Ma hemm ebda rabta bejn it-tul tal-piena attwali u potenzjali. Dan ifisser li meta persuna tkun diġà ingħatat sentenza kombinata ta' priġunerija għal reati multipli u dik is-sentenza tkun erba' xhur jew aktar, l-MAE jista' jinħareġ irrispettivament mis-sentenza massima possibbli għal kull wieħed mir-reati individwali.

Fejn ikun magħruf li l-persuna tirrisjedi fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti huma mogħtija l-parir li jikkunsidraw, minflok il-ħruġ ta' MAE, il-possibbiltà li jittrasferixxu s-sentenza eżegwibbli lejn l-Istat Membru ta' residenza, billi iqisu r-rabtiet soċjali u l-possibiltajiet għal riabilitazzjoni aħjar tal-persuna f'dak l-Istat Membru u rekwiżiti oħra f'konformità mad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bl-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea Kwadru (15) (ara t-Taqsima 2.5.2).

2.1.3.   Ir-rekwiżit għal deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli

L-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti jridu dejjem jiżguraw li jkun hemm deċiżjoni ġudizzjarja domestika eżegwibbli qabel ma joħorġu MAE. In-natura ta' din id-deċiżjoni tiddependi fuq l-iskop tal-MAE. Meta jinħareġ l-MAE bl-iskop ta' prosekuzzjoni, mandat ta' arrest nazzjonali jew kull deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli li jkollha l-istess effett trid tkun saret mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti (l-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE) qabel ma jinħareġ l-MAE. Ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-241/15 Bob-Dogi  (16) li l-mandat ta' arrest nazzjonali jew deċiżjoni ġudizzjarja oħra hija distinta mill-MAE nnifsu. Meta l-MAE jinħareġ għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni jrid ikun hemm sentenza domestika eżekutorja għal dan il-għan.

Kif innotat il-Qorti tal-Ġustizzja f'dak il-każ, is-sistema ta' MAE toffri protezzjoni fuq żewġ livelli għad-drittijiet proċedurali u fundamentali li trid tibbenefika minnhom il-persuna rikjesta — protezzjoni ġudizzjarja pprovduta fuq l-ewwel livell, li fih deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali, bħal mandat ta' arrest nazzjonali, tiġi adottata, u l-protezzjoni li għandha tiġi żgurata fit-tieni livell, li fih jinħareġ MAE. Dik il-protezzjoni ġudizzjarja b'żewġ livelli ma taħdimx f'sitwazzjoni fejn ebda deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha jiġi bbażat MAE, ma tkun ingħatat mill-awtorità ġudizzjarja nazzjonali qabel ma jinħareġ il-MAE.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-241/15, Bob-Dogi (Sentenza tal-1 ta' Ġunju 2016)

“L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 (…) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta mandat ta' arrest Ewropew, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta' ‘mandat ta' arrest’, fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, ma jinkludix indikazzjoni tal-eżistenza ta' mandat ta' arrest nazzjonali, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ma għandhiex teżegwixxih, jekk, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584, kif emendata, u f'dak ta' kwalunkwe informazzjoni oħra li hija għandha, din l-awtorità tikkonstata li l-mandat ta' arrest Ewropew ma huwiex validu peress li nħareġ mingħajr ma kien effettivament inħareġ mandat ta' arrest nazzjonali distint mill-mandat ta' arrest Ewropew.”

It-terminu “deċiżjoni ġudizzjarja” (li huwa distint mill-MAE) ġie ċċarat ulterjorment mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-Kawża Özçelik  (17), fejn ġie konkluż li validazzjoni mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' mandat ta' arrest nazzjonali li nħareġ mill-pulizija, u li fuqu huwa bbażat il-MAE, hija koperta mit-terminu ta' “deċiżjoni ġudizzjarja”.

Sentenza tal- Qorti tal-Ġustizzja C-453/16, Özçelik

“L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (…) għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi ‘deċiżjoni ġudizzjarja’, fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, il-validazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' mandat ta' arrest nazzjonali, maħruġ qabel għall-finijiet ta' proċeduri kriminali minn servizz ta' pulizija.”

L-eżistenza ta' deċiżjoni ġudizzjarja domestika jew mandat ta' arrest trid tkun indikata fil-formula tal-MAE meta jinħareġ l-MAE (l-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE u ara t-Taqsima 3.2 ta' dan il-Manwal.). Mhux meħtieġ li d-deċiżjoni jew il-mandat jiġu mehmuża mal-MAE.

2.2.   Il-lista ta' 32 reat li jagħtu lok għal konsenja mingħajr verifika ta' kriminalità doppja

Qabel ma jinħareġ il-MAE, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha tiddetermina jekk reat wieħed jew aktar jagħmilx parti min waħda mit-32 kategorija li għaliha l-verifika ta' kriminalità doppja ma tapplikax. Il-lista ta' reati tinsab fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE u anki fil-formula ta' MAE fejn għandhom jiġu “mmarkati” ir-reati li jagħmlu parti mil-lista.

Hija l-liġi tal-Istat Membru emittenti li hija deċiżiva. Dan ġie kkonfermat fis-sentenza C-303/05 tat-3 ta' Mejju 2007Advocaten voor de Wereld  (18) fejn il-Qorti ddikjarat li l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE mhuwiex inkompatibbli mal-prinċipji tal-legalità ta' reati u pieni kriminali u ma jiksirx il-prinċipji ta' ugwaljanza u nondiskriminazzjoni.

L-awtorità eżekutorja tista' biss tivverifika kriminalità doppja fir-rigwad ta' reati li mhumiex fil-lista ta' 32 reat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE (ara t-Taqsima 5.2 ta' dan il-Manwal).

2.3.   Reati aċċessorji

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tal-1957 fiha dispożizzjoni dwar reati aċċessorji:

“l-Artikolu 2 — Reati li fir-rigward tagħhom tista' tiġi ordnata estradizzjoni

1.

L-estradizzjoni tingħata fir-rigward ta' reati punibbli skont il-liġijiet tal-Parti li tagħmel it-talba u tal-Parti li tirċivieha, permezz taċ-ċaħda ta' libertà jew fuq il-bażi ta' ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas sena jew permezz ta' piena iktar ħarxa. Jekk tkun ingħatat sentenza ta' kundanna u ta' priġunerija jew ikun sar ordni ta' detenzjoni fit-territorju tal-Parti rikjedenti, il-piena mogħtija trid tkun għal perjodu ta' mill-inqas erba' xhur.

2.

Jekk it-talba għal estradizzjoni tinkludi diversi reati separati li kull wieħed minnhom huwa punibbli skont il-liġijiet tal-Parti li tagħmel it-talba u tal-Parti li tirċivieha biċ-ċaħda ta' libertà jew abbażi ta' ordni ta' detenzjoni, iżda li minnhom uħud ma jissodisfawx il-kundizzjoni fir-rigward tal-ammont ta' piena li tista' tingħata, il-Parti li tirċievi t-talba għandu jkollha wkoll id-dritt li tippermetti l-estradizzjoni għar-reati msemmija l-aħħar.”

Fid-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE ma hemm ebda dispożizzjoni simili. Din ma tirregolax il-konsenja għal reati punibbli minn sanzjoni anqas mil-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(1) tagħha meta dawk ikunu aċċessorji għar-reati prinċipali li jissodisfaw dak il-limitu. Fil-prattika, uħud mill-Istati Membri ddeċidew li jippermettul-konsenja, filwaqt li oħrajn le.

L-Anness VIII fih lista ta' Stati Membri li s-sistema legali tagħhom tagħmel dispożizzjoni biex issir konsenja għal reati aċċessorji.

L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tinkludi r-reati aċċessorji fil-formula ta' MAE bil-għan li tikseb il-kunsens tal-Istat Membru eżekutorju għal prosekuzzjoni ta' dawk ir-reati. Huwa madankollu dejjem rikjest li l-MAE jinħareġ fir-rigward ta' mill-inqas reat wieħed li jissodisfa l-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(1).

Jekk l-Istat Membru eżekutorju ma jwettaqx il-konsenja għal reati aċċessorji, ir-regola ta' speċjalità (l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE) tista' tipprekludi l-Istat Membru emittenti mill-prosekuzzjoni ta' dawk ir-reati (ara t-Taqsima 2.6 ta' dan il-Manwal).

2.4.   Proporzjonalità

MAE għandu dejjem ikun proporzjonali għall-għan tiegħu. Anki meta ċ-ċirkustanzi tal-każ jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE, l-awtoritajiet emittenti kompetenti huma mogħtija l-parir li jikkunsidraw jekk il-fatt ta' ħruġ ta' MAE huwiex iġġustifikat f'każ partikolari.

Meta jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi serji li l-eżekuzzjoni ta' MAE jkollha fuq il-libertà tal-persuna rikjesta u r-restrizzjonijiet ta' moviment liberu, l-awtoritajiet emittenti ġudizzjarji għandhom, qabel ma jiddeċiedu li joħorġu MAE, jikkunsidraw il-verifika tal-proporzjonalità billi jevalwaw għadd ta' fatturi.

B'mod partikolari, jista' jingħata kas tal-fatturi li ġejjin;

(a)

is-serjetà tar-reat; pereżempju, id-dannu jew il-periklu li dan ikun ikkawża;

(b)

il-piena li x'aktarx tiġi imposta jekk il-persuna mfittxija tinstab ħatja tar-reat allegat (pereżempju, jekk tkunx sentenza ta' priġunerija);

(c)

il-probabbiltà ta' detenzjoni tal-persuna fl-Istat Membru emittenti wara l-konsenja; u

(d)

l-interessi tal-vittmi tar-reat.

Barra minn dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk jistgħux jintużaw miżuri oħra ta' koperazzjoni ġudizzjarja minflok il-ħruġ ta' MAE. Strumenti legali oħrajn tal-Unjoni dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali jipprovdu miżuri oħra li f'ħafna sitwazzjonijiet huma effettivi, iżda anqas koerċittivi (ara t-Taqsima 2.5).

Bħala nota aktar ġenerali, l-applikazzjoni tal-verifika ta' proporzjonalità qabel ma jinħareġ MAE tista' ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka fost l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru. Għalhekk, il-verifika ta' proporzjonalità tikkontribwixxi b'mod sinifikanti favur l-operazzjoni tajba tal-MAE fl-Unjoni.

2.5.   Strumenti legali oħra tal-Unjoni dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali

Qabel ma jiddeċiedu li joħorġu MAE, l-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija l-parir li jikkunsidraw b'mod xieraq l-użu ta' miżuri possibbli oħra.

Hemm bosta miżuri legali tal-Unjoni disponibbli dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, ibbażati fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li jikkomplimentaw l-MAE. F'xi każijiet dawk il-miżuri jistgħu jkunu aktar xierqa mill-MAE. Dawk il-miżuri jinkludu, b'mod partikulari:

(a)

l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew;

(b)

it-trasferiment ta' priġunieri;

(c)

it-trasferiment ta' deċiżjonijiet dwar probation u sanzjonijiet alternattivi;

(d)

l-Ordni ta' Superviżjoni Ewropew; u

(e)

l-infurzar ta' penali finanzjarji.

L-għan ta' dawn il-miżuri huwa spjegat fil-qosor fit-Taqsimiet 2.5.1. sa 2.5.5. Barra minn dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw il-possibiltajiet offerti minn miżuri internazzjonali oħra, bħal pereżempju l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Trasferiment ta' Proċedimenti f'Materji Kriminali tal-15 ta' Mejju 1972 (ETS Nru 073) kif spjegat fil-qosor fit-Taqsima 2.5.6.

Aktar informazzjoni dwar l-applikazzjoni prattika tal-istrumenti legali tal-Unjoni dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali tista' tinstab fuq is-sit web tan-NĠE. www.ejn-crimjust.europa.eu.

It-taqsima tal-Librerija Ġudizzjarja tas-sit web tan-NĠE fiha informazzjoni komprensiva u prattika dwar kull strument legali, inkluż testijiet kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jemenda l-atti, l-istatus ta' implimentazzjoni, il-formoli f'format word, in-notifiki, id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti, il-manwali u informazzjoni prattika oħra. Għal aċċess ħafif għall-istrumenti legali tal-UE dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-istatus ta' implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, hemm punti tad-dħul separati (shortcuts) fuq il-paġna ewlenija tas-sit web tan-NĠE.

Il-miżuri li ġejjin, b'mod partikolari, jistgħu jitqiesu fl-istadju ta' qabel il-proċess tal-proċedimenti kriminali:

(a)

il-ħruġ ta' Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea (OIE) għas-smigħ ta' persuna suspettata permezz ta' link b'vidjow fi Stat Membru ieħor;

(b)

il-ħruġ ta' Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea (OIE) għas-smigħ ta' persuna suspettata fi Stat Membru ieħor mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(c)

il-ħruġ ta' Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja (European Supervision Order, ESO) għall-eżekuzzjoni ta' miżura ta' superviżjoni li mhijiex waħda ta' kustodja fuq il-persuna suspettata li għandu jiġi eżegwit mill-persuna suspettata fl-istadju ta' qabel il-proċess;

(d)

il-ħruġ ta' allert fis-SIS bl-iskop li jiġi stabbilit il-post ta' residenza jew domiċilju ta' persuna suspettata (l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni SIS II). Dawk it-tip ta' allerti huma differenzjati minn allerti għal arrest li huma deskritti ulterjorment taħt il-punt 3.3.1 ta' dan il-Manwal. Hekk kif il-post tar-residenza jew tad-domiċilju jkun ġie pprovdut lill-awtorità ġudizzjarja emittenti, din tal-aħħar ikollha bżonn tieħu l-miżuri meħtieġa biex tagħti segwitu (bħal pereżemju tħarrek lill-persuna suspettata biex tidher quddiem awtorità rilevanti responsabbli għall-proċeduri kriminali) u tħassar l-allert mill-SIS f'konformità mal-punt 6.5 tal-Manwal SIRENE;

(e)

tħarrek il-persuna suspettata li tinsab fl-Istat Membru eżekutorju biex tidher quddiem awtorità rilevanti responsabbli għall-proċeduri kriminali fl-Istat Membru emittenti; u

(f)

l-istedina biex il-persuna suspettata tkun preżenti għall-proċedura kriminali b'mod volontarju.

Il-miżuri li ġejjin, b'mod partikolari, jistgħu jitqiesu fl-istadju ta' wara l-proċess, hekk kif tkun ingħatat is-sentenza:

(a)

it-trasferiment ta' sentenza ta' priġunerija lejn l-Istat Membru ta' residenza tal-persuna arrestata li għandha tiġi eżegwita minn dak l-Istat Membru;

(b)

it-trasferiment ta' sentenza alternattiva (pereżempju servizz tal-kommunità) jew ordni ta' probation lejn l-Istat Membru ta' residenza tal-persuna arrestata li għandha tiġi eżegwita minn dak l-Istat Membru.

2.5.1.   Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (OIE)

Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali  (19)

L-OIE jista' jintuża biex tinkiseb evidenza minn Stat Membru ieħor. L-OIE tkopri kull miżura ta' investigazzjoni, bl-eċċezzjoni tat-tfassil ta' gruppi ta' investigazzjoni konġunti. L-objettiv huwa li l-Istati Membri jitħallew jitolbu lil Stat Membru ieħor li jwettqu miżuri ta' investigazzjoni fuq il-bażi ta' rikonoxximent reċiproku. L-OIE rigward il-miżuri ta' investigazzjoni li ma jeżistux jew mhumiex disponibbli fl-Istati Membri eżekutorji jistgħu madankollu jiġu eżegwiti permezz ta' rimedju għal miżura ta' investigazzjoni alternattiva.

L-OIE jissostitwixxi l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea (20) u t-taħlita frammentata ta' dispożizzjonijiet legali f'dan il-qasam li kien hemm preċedentement. L-inkorporazzjoni ta' miżuri eżistenti fi strument wieħed ġdid għandha l-għan li tħaffef il-koperazzjoni ġudizzjarja dwar l-investigazzjonijiet u tagħmilha iktar effiċjenti. L-OIE jista' jintuża fi proċedimenti kriminali, iżda anki f'dawk mibdija minn awtoritajiet amministrattivi, b'validazzjoni ġudizzjarja, meta jkun hemm dimensjoni kriminali. L-Istati Membri jridu jiddeċiedu dwar ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' OIE fi żmien 30 jum u jwettqu l-miżura ta' investigazzjoni fi żmien 90 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni.

F'ċerti sitwazzjonijiet, jista' jinħareġ OIE għal interrogazzjoni tal-persuna suspettata permezz ta' link tal-vidjow sabiex jiġi stabbilit jekk jinħariġx MAE għall-iskopijiet tal-prosekuzzjoni tagħha.

Eżempju Nru 1: Pierre riċentement iċċaqlaq minn Stat Membru A lejn Stat Membru B. Hemm evidenza li tissuġġerixxi li huwa kien kompliċi f'reat serju f'A. Madankollu, l-awtoritajiet ta' A jeħtieġu li jinterrogawh qabel ma jkunu kapaċi jiddeċiedu jekk jibdewx kawża kriminali kontrih. L-awtorità ġudizzjarja ta' A tista' toħroġ OIE għall-interrogazzjoni ta' Pierre permezz ta' link tal-vidjow f'B.

Eżempju Nru 2: Alternattivament, fuq il-bażi tal-fatti tal-Eżempju Nru 1, l-awtorità ġudizzjarja ta' A tista' tagħti OIE li jirrikjedi l-awtoritajiet ta' B sabiex jinterrogaw lil Pierre u jipproduċu traskrizzjoni bil-miktub tal-interrogazzjoni.

2.5.2.   It-trasferiment ta' priġunieri

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea

Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI tipprovdi sistema għat-trasferiment ta' priġunieri kkundannati lura lejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, ir-residenza abitwali tagħhom jew xi Stat Membru ieħor li miegħu huma għandhom rabtiet mill-qrib. Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI tapplika wkoll meta l-persuna sentenzjata tinsab f'dak l-Istat Membru. Il-kunsens tal-persuna sentenzjata li għandha tiġi trasferita ma għadux prerekwiżit fil-każijiet kollha. Għall-Istati Membri din id-Deċiżjoni Kwadru issostitwixxiet il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-21 ta' Marzu 1983 dwar it-Trasferiment ta' Persuni Sentenzjati (ETS Nru 112) u l-Protokoll addizzjonali tagħha tat-18 ta' Diċembru 1997 (ETS Nru 167).

F'ċerti sitwazzjonijiet, minflok ma jinħareġ MAE għall-konsenja tal-persuna biex isservi s-sentenza fl-Istat fejn tkun ingħatat is-sentenza, id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI tista' tintuża biex is-sentenza tiġi eżegwita fil-post fejn tirrisjedi l-persuna kkundannata u fejn ikollha probabbiltà aħjar ta' riabilitazzjoni.

L-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI fih ukoll dispożizzjoni speċifika għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi ta' priġunerija fl-Istat Membru eżekutorju fir-rigward ta' każijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE (ara t-Taqsimiet 5.4.2. u 5.8.2 ta' dan il-Manwal.). F'każijiet fejn jiġu applikati l-Artikolu 4(6) jew 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE, id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI trid tiġi applikata wkoll għat-trasferiment tas-sentenza lejn l-Istat Membru fejn tiġi eżegwita.

Eżempju 1

Jerzy huwa ċittadin u jgħix abittwalment fl-Istat Membru B. Matul iż-żjara tiegħu fis-Stat Membru A huwa jwettaq reat. Huwa jiġi sentenzjat f'A għal sentejn ħabs.

L-awtoritajiet f'A jistgħu jittrasferixxu s-sentenza għall-eżekuzzjoni f'B mingħajr il-kunsens ta' Jerzy, jekk dan itejjeb il-probabbiltà tar-riabilitazzjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet oħra tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI ikunu ssodisfati.

Eżempju 2

Gustav huwa ċittadin tal-Istat Membru B iżda huwa jgħix fl-Istat Membru A fejn huwa għandu impjieg permanenti u fejn tgħix il-familja tiegħu. Fl-Istat Membru B huwa jiġi kkundannat għal reat fiskali u jingħata sentenza ta' priġunerija. Minflok ma joħorġu MAE għall-eżekuzzjoni tas-sentenza, l-awtoritajiet f'B jistgħu jittrasferixxu s-sentenza ta' priġunerija sabiex tiġi skontata f'A.

2.5.3.   L-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja (ESO)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja  (21)

Id-Deċiżjoni Kwadru 2009/829/ĠAI Kwadrudaħħlet il-possibbiltà li miżura ta' superviżjoni li mhijiex waħda ta' kustodja tkun trasferita mill-Istat Membru fejn persuna li mhijiex residenti tkun suspettata li wettqet reat, lejn l-Istat Membru fejn il-persuna tkun residenti. Dan jippermetti lil persuna suspettata li tkun suġġetta għal miżura ta' superviżjoni fl-ambjent normali tagħha sakemm il-proċess isir fl-Istat Membru barrani. L-istrument jista' jintuża għall-miżuri ta' superviżjoni kollha li mhumiex ta' kustodja ta' qabel il-proċess, pereżempju restrizzjoni ta' vjaġġar u obbligu li wieħed jirrapporta.

Il-fatt ta' jekk isirx ordni għat-trasferiment ta' superviżjoni (“ESO”) jiġi stabbilit mill-Istat Membru tal-prosekuzzjoni. It-tipi ta' miżuri ta' superviżjoni koperti huma previsti fid-Deċiżjoni Kwadru 2009/829/ĠAI u uħud mid-dikjarazzjonijiet sussegwenti ta' kull Stat Membru (murija fuq is-sit web tan-NĠE). It-trasferiment tal-miżura ta' superviżjoni jirrikjedi l-kunsens tal-persuna suġġetta għall-miżura.

Eżempju: Sonia tgħix u taħdem fl-Istat Membru B. Hija tgħix temporanjament fl-Istat Membru A fejn qed tiġi investigata għal frodi. L-awtorità ġudizzjarja f'A taf fejn tirrisjedi Sonia f'B u tikkunsidra li r-riskju li hija tevadi qabel il-proċess huwa żgħir. Minflok ma żżommha f'kustodja qabel il-proċess f'A, l-awtorità ġudizzjarja f'A tista' joħroġ ordni li jobbligaha tirrapporta b'mod regolari lill-awtorità tal-pulizija f'B. Sabiex Sonia titħalla tirritorna u toqgħod f'B sakemm il-proċess ikollu isir f'A, l-awtorità kompetenti f'A tista', bil-kunsens ta' Sonia, toħroġ ESO sabiex l-obbligu li tirrapporta jkun rikonoxxut u eżegwit f'B.

2.5.4.   It-trasferiment ta' deċiżjonijiet ta' probation u sanzjonijiet alternattivi

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta' sanzjonijiet alternattivi  (22)

Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/947/ĠAI tintroduċi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal alternattivi ta' kustodja u miżuri li jiffaċilitaw ir-rilaxx bikri. Din tirrigwarda l-istadju ta' wara l-proċess.

Din tipprevedi li deċiżjoni ta' probation jew sanzjoni alternattiva oħra tista' tiġi eżegwita fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih il-persuna tkun ġiet ikkundannata sakemm il-persuna tkun tat il-kunsens tagħha.

Eżempju: Anna hija ċittadina ta' Stat Membru A iżda tinsab għal vaganza fi Stat Membru B. Hija tiġi kkundannata ta' reat f'B u tiġi kkundannata tagħmel servizz komunitarju minflok isservi sentenza ta' priġunerija. Hija tista' tirritorna lejn A, fejn l-awtoritajiet f'A huma obbligati li jirrikonoxxu l-ordni ta' servizz komunitarju u jissorveljawha biex jaċċertaw li Anna tlestih.

2.5.5.   Il-penali finanzjarji

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji  (23)

Id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI tapplika l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-penali finanzjarji imposti mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-għan huwa li tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni ta' dawk il-penali fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih il-penali jkunu ġew imposti. Dan jagħti l-possibbiltà lil awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva sabiex tittrażmetti penali finanzjarja direttament lil awtorità fi Stat Membru ieħor u dik il-penali tkun rikonoxxuta u eżegwita mingħajr xi kwalunkwe formalità oħra.

Id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI tkopi r-reati kriminali kollha (l-Artikolu 1(a)(i) u (ii)) kif ukoll “ksur ta' stati ta' dritt”, bil-kundizzjoni li jkun hemm dritt ta' appell quddiem “qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali” (il-Qorti tal-Ġustizzja tat indikazzjonijiet dwar dan l-aħħar kunċett b'mod partikolari fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-60/12 Baláž  (24), paragrafi 39 u 40).

Il-proċedura tapplika f'sitwazzjonijiet transkonfinali fejn tinħareġ penali finanzjarja fi Stat Membru wieħed u huwa mistenni li tiġi eżegwita fis-Stat Membru fejn l-awtur jirrisjedi jew għandu proprjetà jew dħul.

F'uħud mis-sistemi tal-Istati Membri, sanzjoni finanzjarja mhux imħallsa tista' tinqaleb f'waħda ta' priġunerija. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, jista' jinħareġ MAE għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta' priġunerija. Qed jingħata parir li, meta possibbli, id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI tiġi kkunsidrata bħala wieħed mill-metodi għall-infurzar ta' ħlas qabel s-sanzjoni finanzjarja tiġi maqluba f'waħda ta' priġunerija, b'tali mod li jiġi eskluż il-bżonn li jinħareġ MAE.

2.5.6.   It-trasferiment ta' proċedimenti kriminali

It-trasferiment ta' proċedimenti kriminali lejn l-Istat Membru fejn il-persuna suspettata tkun tirrisjedi għandu li jiġi kkunsidrat f'każijiet rilevanti. Il-bażi ġuridika għat-trasferiment hija l-Konvenzjoni tal-1972 dwar it-Trasferiment ta' Proċedimenti f'Materji Kriminali. Għal dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx dik il-konvenzjoni, it-trasferiment jista' jiġi bbażat fuq il-ġurisdizzjoni ordinarja fl-Istat Membru li jirċievi t-talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni kriminali. F'dan l-aħħar każ, talba tiġi normalment ibbażata fuq l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali tal-20 ta' April 1959 (ETS Nru 030).

2.6.   Ir-regola ta' speċjalità — il-possibilità ta' prosekuzzjoni għal reati oħra

B'mod ġenerali, persuna kkonsenjata ma tistax tiġi mħarrka, sentenzjata jew inkella mċaħħda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha ħlief għal dak li għalih il-persuna tkun ġiet ikkonsenjata. Din hija r-regola ta' speċjalità, stabbilita fl-Artikolu 27 Kwadru.

Ir-regola ta' speċjalità hija suġġetta għal għadd ta' eċċezzjonijiet. Id-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE tagħti possibbiltà lill-Stat Membru biex jinnotifika li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma' Stati Membri oħra li jkunu taw l-istess notifika, huwa jirrinunċja għar-regola ta' speċjalità, sakemm f'każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiddikjara mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja (ara l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE). Skont l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha disponibbli biss l-Estonja, l-Awstrija u r-Rumanija bagħtu notifiki ta' dak it-tip.

Barra minn dan, l-Artikolu 27(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE jelenka sitwazzjonijiet oħrajn fejn ir-regola ta' speċjalità ma tapplikax:

“(a)

meta l-persuna wara li kellha ċans li titlaq mit-territorju tal-Istat Membru li lilu ġiet ikkonsenjata ma titlaqx fi żmien 45 jum mir-rilaxx finali tagħha, jew irritornat f'dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

ir-reat mhuwiex punibbli b'sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni;

(c)

il-proċedimenti kriminali ma jagħtux lok għall-applikazzjoni ta' miżura li tiċħad il-libertà personali;

(d)

meta l-persuna setgħet tkun soġġetta għal piena jew miżura li ma tinvolvix iċ-ċaħda tal-libertà personali, b'mod partikolari piena finanzjarja jew miżura minflok din, ukoll jekk il-piena jew il-miżura tista' tagħti lok għaċ-ċaħda mil-libertà personali:

(e)

meta l-persuna tat il-kunsens biex tiġi konsenjata, fejn xieraq fl-istess ħin li hi rrinunzjat għar-regola tal-ispeċjalità, skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE;

(f)

meta l-persuna, wara l-konsenja tagħha, irrinunzjat espressament għall-benefiċċju tar-regola tal-ispeċjalità fir-rigward ta' reati speċifiċi qabel il-konsenja tagħha. Ir-rinunzja għandha ssir quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti u għandha tiġi rreġistrata skont il-liġi domestika ta' dak l-Istat. Ir-rinunzja għandha titfassal b'mod li juri biċ-ċar li l-persuna tkun għamlitha volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna għandu jkollha d-dritt għal parir legali.”

F'każijiet oħra, huwa meħtieġ li jintalab il-kunsens tal-Istat Membru oriġinali eżekutorju għal prosekuzzjoni jew eżekuzzjoni tar-reati l-oħra (l-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE). Il-kunsens irid jingħata meta r-reat li għallih qed jintalab il-kunsens huwa fih innifsu suġġett għal konsenja f'konformità mad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE sakemm ma tkunx tapplika xi raġuni għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni.

Meta applikabbli, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tissuġġetta l-kunsens tagħha għal waħda mill-kundizzjonijiet dwar il-priġunerija ta' għomor u r-ritorn ta' ċittadini u residenti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE (ara t-Taqsima 5.8 ta' dan il-Manwal). F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membruemittenti jrid jagħti l-garanziji adegwati (l-Artikolu 27(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

Il-proċedura għar-rinunzja tar-regola ta' speċjalità bil-kunsens tal-awtorità ġudizzjarja eżekutorja

It-talba għal kunsens trid tkun ippreżentata bl-istess proċedura u jrid ikun fiha l-istess informazzjoni bħal MAE normali. B'hekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tittrażmetti t-talba għal kunsens direttament lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja li tkun ikkonsenjat lill-persuna. L-informazzjoni li tinsab fit-talba, kif prevista fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE, trid tiġi tradotta skont l-istess regoli bħal MAE. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tieħu d-deċiżjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara li tkun irċeviet it-talba (l-Artikolu 27(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-388/08 PPU Leymann u Pustovarov  (25) il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat kif għandu jiġi stabbilit jekk ir-reat in eżami huwiex “reat ieħor” differenti minn dak li għalih il-persuna tkun ġiet ikkonsenjata fl-ambitu tal-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE li jirrikjedi l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kunsens imsemmija fl-Artikolu 27(3)(g) u 27(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE. Il-Qorti ddikjarat li:

“għandu jiġi vverifikat jekk l-elementi li jikkostitwixxu r-reat, skont id-deskrizzjoni legali li ssir ta' dan tal-aħħar fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat, humiex dawk li għalihom il-persuna ġiet ikkunsinjata u jekk teżistix korrispondenza suffiċjenti bejn id-data li tinstab fil-mandat ta' arrest u dik imsemmija fl-att ta' proċedura ulterjuri. Bdil fiċ-ċirkustanzi ta' ħin u ta' post huwa ammess, sakemm, dan jirriżulta mill-elementi miġbura matul il-proċeduri segwiti fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat dwar il-komportamenti deskritti fil-mandat ta' arrest, ma jbiddilx in-natura tar-reat u ma jneħħix raġunijiet għal nuqqas ta' eżekuzzjoni skont l-Artikoli 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni Kwadru.”

3.   IL-PROĊEDURA GĦALL-ĦRUĠ TA' MAE

3.1.   Proċeduri kriminali pendenti oħra u MAE li jirrigwardaw l-istess persuna

3.1.1.   Fl-Istat Membru emittenti

Qabel ma jinħareġ MAE, jingħata parir lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti biex tivverifika jekk hemmx proċeduri kriminali oħra miftuħa jew MAE oħra fir-rigward tal-persuna rikjesta fl-Istat Membru emittenti.

Jekk ikun hemm proċedimenti kriminali pendenti oħra jew sentenzi ta' priġunerija eżegwibbli kontra l-persuna rikjesta fl-Istat Membru emittenti, jingħata parir li jiġi kkomunikat u, fejn possibbli, issir koordinazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali oħra qabel ma jinħareġ MAE. Huwa importanti li jiġi żgurat li MAE jkopri r-reati kollha li għalihom il-persuna rikjesta tiġi mħarrka jew tkun ġiet ikkundannata fl-Istat Membru emittenti. Dan huwa rakkomandat b'mod partikolari minħabba r-regola ta' speċjalità li tista' tostakola l-prosekuzzjoni jew is-sentenzjar għal reati, barra minn dawk li għalihom il-persuna tkun ġiet ikkonsenjata mill-Istat Membru eżekutorju (ara t-Taqsima 2.6). Għalkemm il-kunsens tal-persuna rikjesta jew tal-Istat Membru eżekutorju għall-prosekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni ta' sentenza għal dawk ir-reati jista' jintalab wara l-konsenja (ara l-Artikolu 27(3)(f) u (g)), fil-prattika i l-kisba ta' dan il-kunsens tista' tkun ikkomplikata u ssir bil-mod.

Jekk ikun possibbli, ir-reati kollha għandhom jiġu inklużi f'MAE wieħed, billi dan iħaffef il-proċedura fl-Istat Membru eżekutorju u jagħmilha aktar effiċjenti. Jekk ikun hemm MAE maħruġ fuq l-istess persuna, dak il-MAE jista', meta jkun possibbli, jiġi sostitwit b'MAE ġdid li jkopri r-reati mill-MAE preċedenti u r-reati l-ġodda. Jekk ikun hemm allert għal arrest preċedenti maħruġ fuq il-persuna, għandu jiġi aġġornat billi jinkludi l-MAE ġdid. Huwa possibbli li jiddaħħal aktar minn MAE wieħed għal kull allert għal arrest (ara l-punt 3.1 tal-Manwal SIRENE).

3.1.2.   Fi Stat Membru ieħor

Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ta' proċedimenti kriminali pendenti oħra jew sentenzi ta' priġunerija eżegwibbli kontra l-persuna rikjesta fi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra, jista' ikun aħjar li jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet tal-Istat Membru/Istati Membri l-ieħor/l-oħra qabel ma jinħareġ MAE. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet ta' diversi Stati Membri jistgħu jesploraw il-possibbiltà li jikkoordinaw liema Stat Membru għandhu joħroġ (l-ewwel) MAE u l-possibbiltà li jiġu ttrasferiti l-proċedimenti kriminali fi stat wieħed jew għallinqas f'għadd iżgħar ta' Stati Membri.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw fis-SIS jekk ikunx inħareġ allert għal arrest fir-rigward tal-istess persuna minn Stat Membru ieħor. Diversi Stati Membri jistgħu idaħħlu allert għal arrest fir-rigward tal-istess persuna. F'każ ta' arrest, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru eżekutorju jinforma fl-istess ħin kull Stat Membru kkonċernat (ara l-punt 3.2 tal-Manwal SIRENE).

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkuntattjaw l-Eurojust jew il-punti ta' kuntatt tan-NĠE jew lit-tnejn li huma jew jikkuntattjaw direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor (26).

Tinġibed l-attenzjoni li jekk l-Istat Membru eżekutorju jkun irċieva għadd ta' MAE fir-rigward tal-persuna rikjesta, huwa għandu f'kull każ jiddeċiedi fejn il-persuna rikjesta għandha tiġi kkonsenjata l-ewwel (ara t-Taqsima 5.10.). Għalhekk, jista' ikun aktar effiċjenti li jitfittex li jintlaħaq ftehim fost l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti dwar lil liema Stati Membri l-persuna rikjesta għandha tiġi kkonsenjata l-ewwel qabel ma jinħarġu MAE multipli. Għalkemm l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja mhijiex marbuta bi ftehimiet dwar MAE simultanji milħuqa bejn l-awtoritajiet emittenti, jinħtieġ li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tikkunsidrahom.

Huwa għalhekk aħjar li timtela t-taqsima “f” (ċirkustanzi rilevanti oħra għall-każ) tal-formularju tal-MAE dwar dawn il-ftehimiet, sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji ikunu minnufih konxji dwarhom.

3.2.   Kif għandu jimtela l-formolarju tal-MAE

Il-linji gwida dwar kif għandha timtela l-formula tal-MAE huma stipulati fl-Anness III.

3.2.1.   L-informazzjoni li hija dejjem meħtieġa

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandu dejjem ikollha l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex tkun f'pożizzjoni li tiddeċiedi dwar il-konsenja (ara l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). B'mod partikolari, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha bżonn tkun tista' tikkonferma l-identità tal-persuna u tevalwa jekk japplikax xi wieħed mir-raġunijiet li għalihom l-eżekuzzjoni ma ssirx. B'hekk, l-awtorità ġudizzjarja emittenti jinħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari għad-deskrizzjoni tar-reat(i) fil-formularju tal-MAE.

L-informazzjoni eżatta li għandha tiġi pprovduta tiddependi miċ-ċirkustanzi f'kull każ. Madankollu, huwa tajjeb li wieħed jiftakar li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tkun taf ftit jew xejn dwar il-każ li jkun ta lok għall-MAE jew is-sistema legali tal-Istat Membru emittenti. Għalhekk, huwa vitali li l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti jiżguraw li l-informazzjoni fil-MAE tkun ċara, korretta u komprensiva. Jekk il-formular tal-MAE timtela sewwa, ma jkun meħtieġ l-ebda dokument ieħor.

Mill-esperjenza jidher li t-talbiet għal informazzjoni ulterjuri bejn l-awtoritajiet emittenti u dawk ġudizzjarji eżekutorji hija waħda mill-kawżi ewlenin ta' dewmien fl-eżekuzzjoni ta' MAE. Dan ta' spiss ifisser li l-iskadenzi stabbiliti fid-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE ma jigux rispettati (ara l-Artikolu 4.1. dwar l-iskadenzi).

3.2.2.   Informazzjoni addizzjonali utli mill-awtorità ġudizzjarja emittenti

Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' tal-persuna rikjesta jridu jkunu miżjuda għall-allert SIS, meta jkunu disponibbli. Barra minn hekk, jinħtieġ li dejjem jingħataw id-dettalji ta' kuntatt u n-numru tat-telefown ċellulari tal-uffiċċju inkarigat u l-persuna responsabbli, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu nnotifikati minnufih u f'kull ħin tal-ġurnata meta l-persuna rikjesta tinstab.

Kull meta jkun probabbli li l-Istat Membru eżekutorju jitlob garanziji mill-Istat Membru emittenti abbażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, huwa rakkomandat li dik l-informazzjoni rilevanti titniżżel fil-MAE. Pereżempju, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tindika minn qabel il-kunsens tagħha biex l-persuna rikjesta tirritorna lejn l-Istat Membru eżekutorju taħt kundizzjonijiet speċifiċi (ara t-Taqsima 5.8.).

3.3.   It-trażmissjoni tal-MAE

Il-proċedura għat-trażmissjoni tal-MAE tiddependi fuq jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti tafx fejn tinsab il-persuna rikjesta (l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Fil-biċċa l-kbira ta' każijiet, il-post ta' fejn tinsab persuna ma jkunx magħruf jew ma jkunx ċert u l-MAE jinħtieġ li jiġi trażmess lill-Istati Membri kollha permezz tas-SIS. L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tiddeċiedi li toħroġ allert fis-SIS anki meta l-post fejn tinsab persuna ikun magħruf (l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

3.3.1.   Meta l-post fejn tinsab il-persuna rikjesta ma jkunx magħruf

Meta l-post fejn tinsab il-persuna rikjesta ma jkunx magħruf, il-MAE għandu jiġi trażmess lill-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan, allert għal arrest jew konsenja għandu jinħoloq fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-awtorità ġudizzjarja emittenti trid toħroġ MAE qabel ma l-allert ikun jista' jiddaħħal fis-SIS.

L-awtorità emittenti għandha tibgħat, fejn meħtieġ, kopja tal-MAE oriġinali u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-persuna lill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali, permezz tal-awtorità kompetenti tal-pulizija.

L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membruemittenti jivverifika jekk l-informazzjoni hijiex kompluta (pereżempju, jekk ir-ritratti u l-marki tas-swaba' humiex disponibbli u jistgħux jiġu mehmuża), jehmeż il-kopja tal-MAE oriġinali mal-allert flimkien ma' traduzzjoni, jekk din tkun disponibbli, u jivvalida d-daħla tal-allert fis-SIS. Barra minn dan, l-Uffiċċju SIRENE jikkomunika l-kontenut tal-MAE lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha permezz tal-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali (Formola A). Il-Formola A tinħareġ bl-Ingliż. Huwa importanti li jiġi indikat fil-formolar A (it-Taqsima 311) jekk it-tfittxija tal-persuna hijiex limitata għat-territorji ta' xi Stati Membri biss (tfittxija ġeografika).

Meta jirċievu l-formola A, l-uffiċċji SIRENE l-oħra kollha jivverifikaw jekk l-informazzjoni pprovduta fil-formola A u fil-MAE hijiex kompluta. F'konformità mal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni SIS II l-Uffiċċji SIRENE jistgħu wkoll, taħt superviżjoni ġudizzjarja, jivverifikaw jekk huwiex ovvju li l-eżekuzzjoni tal-MAE jkollha tiġi rrifjutata u, jekk iva, iżidu “marka” fl-allert li tipprekludi l-arrest. Matul dan il-proċess ta' verifika, l-allert għandu jibqa' disponibbli għall-utenti finali. Tinġibed l-attenzjoni li jekk Stat Membru ma jeżegwixxix il-MAE u għalhekk jiddeċiedi li jimmarka l-allert, l-allert se jibqa' viżibbli għall-utenti. Din l-azzjoni ma tkunx l-arrest tal-persuna rikjesta iżda li tinġabar l-informazzjoni dwar il-post fejn tinsab dik il-persuna (it-Taqsima 3.6 tal-Manwal SIRENE).

L-Uffiċċji SIRENE jivverifikaw ukoll bażijiet ta' dejta nazzjonali, bħas-sistemi tal-pulizija u karċerarji, biex jaraw jekk il-persuna rikjesta hijiex diġà magħrufa lilhom jew saħansitra diġà f'kustodja għal reat ieħor. Jekk il-persuna tinstab permezz ta' din il-verifika, l-Uffiċċji SIRENE jgħaddu l-informazzjoni li jkun hemm fil-formola A lill-awtorità kompetenti li teżegwixxi l-MAE.

L-allert għall-arrest huwa viżibbli lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha (ġeneralment l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji). Jekk il-persuna tiġi identifikata u arrestata abbażi tal-allert SIS fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tiġi informata permezz tal-Uffiċċju SIRENE nazzjonali.

Allert għall-arrest fis-SIS li fih kopja tal-MAE oriġinali jikkostitwixxi u għandu l-istess effett bħal MAE (l-Artikolu 31(1) tad-Deċiżjoni SIS II). Mid-dħul fis-seħħ tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS, ma għadx hemm bżonn li tiġi trasmessa l-kopja oriġinali tal-MAE fuq il-karta billi l-kopja tal-MAE oriġinali tiġi mehmuża direttament mal-allert. Madankollu, billi l-MAE oriġinali jinħareġ fil-lingwa tal-Istat Membru emittenti u l-formola A tinħareġ bl-Ingliż, jista' xorta waħda jkun meħtieġ għall-awtorità emittenti li jintbgħat MAE tradott lill-Istat eżekutorju wara li l-persuna rikjesta tkun ġiet arrestata. Huwa possibbli wkoll li tiġi mehmuża minnufih mal-allert, kopja ta' traduzzjoni tal-MAE f'lingwa waħda tal-Unjoni jew aktar.

Is-sit web (http://www.ejn-crimjust.europa.eu) fih lista tal-lingwi aċċettata mill-Istati Membri (ara t-Taqsima 3.4.).

L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tiżgura li l-allert imdaħħal fis-SIS jibqa' hemm biss għall-perjodu taż-żmien li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalih ikun iddaħħal (l-Artikolu 44(1) tad-Deċiżjoni SIS II). Dan ifisser li jeħtieġ li l-allert jiġi mħassar jekk l-MAE jiġi revokat (ara t-Taqsima 10.4 ta' dan il-Manwal) jew meta l-konsenja tkun saret (it-Taqsima 3.11 tal-Manwal SIRENE).

3.3.2.   Jekk il-post fejn tinsab il-persuna rikjesta ikun magħruf

Jekk il-post fejn tinsab il-persuna ikun magħruf, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tibgħat il-MAE direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju għall-eżekuzzjoni (l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tkunx taf liema hi l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja kompetenti, għandha tagħmel l-inkjesti, inkluż permezz ta' punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, sabiex tikseb dik l-informazzjoni mill-Istat Membru eżekutorju (l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). L-għodda tal-Atlas fuq is-sit web tan-NĠE (http://www.ejn-crimjust.europa.eu) fiha wkoll l-informazzjoni u d-dettalji tal-punti ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru.

Sabiex jitnaqqas kull riskju li l-persuna rikjesta tevadi l-ġustizzja, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' wkoll tibgħat il-MAE lill-uffiċċju SIRENE nazzjonali tagħha għal trażmissjoni lill-Istat Membri l-oħra permezz tas-SIS (ara t-Taqsima 3.3.1). L-allert SIS jippermetti li l-awtoritajiet tal-pulizija fl-Istati Membri jkunu konxji li l-persuna hija mfittxija sabiex tiġi arrestata. Madankollu, jinħtieġ li jiġi indikat ċarament lill-uffiċċji SIRENE kollha li l-post fejn tinsab il-persuna huwa magħruf sabiex jiġi evitat xogħol żejjed dwar il-verifika dwar jekk il-persuna hijiex magħrufa jew preżenti fit-territorju tagħhom.

3.3.3.   It-trażmissjoni tal-MAE lill-Istati Membri li ma jużawx is-SIS

Attwalment l-Istati Membri li ġejjin ma jużawx is-SIS: l-Irlanda u Ċipru. Jekk tinħtieġ it-trażmissjoni lil dawk l-Istati, il-MAE jista' jintbagħat direttament jew permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali rilevanti tal-Interpol. It-trażmissjoni permezz tal-Interpol hija prevista fl-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

Madankollu, tinġibed l-attenzjoni li f'xi Stati Membri allert tal-Interpol mhuwiex raġuni għal arrest. Għalhekk, huwa importanti li jiġi indikat b'mod ċar fl-allert li hemmMAE billi MAE jimplika dejjem obbligu sabiex il-persuna rikjesta tiġi arrestata.

3.4.   It-traduzzjoni tal-MAE

Il-formola tal-MAE trid timtela jew jiġi tradotta fl-ilsien uffiċjali jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Istat Membru eżekutorju. Madankollu, fejn Stat Membru eżekutorju jkun iddikjara li se jaċċetta wkoll traduzzjoni f'lingwa uffiċċjali waħda jew iktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-MAE jista' alternattivament jiġi tradott f'waħda minn dawk il-lingwi(l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Is-sit web tan-NĠE (http://www.ejn-crimjust.europa.eu — l-għodda Fiches belges) fih lista tal-lingwi aċċettati mill-Istati Membri.

Jekk l-MAE jiġi trażmess permezz tas-SIS, l-Istat Membru emittenti jista' wkoll jehmeż kopja ta' traduzzjoni tal-MAE f'lingwa waħda uffiċjali jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mal-allert kif previst fl-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni SIS II. Dawn it-traduzzjonijiet kif ukoll il-formoli A għandhom ikunu bażi suffiċjenti biex isiru l-verifiki previsti fit-Taqsima 3.3.1 ta' dan il-Manwal. Tinġibed l-attenzzjoni li dan ma jaffettwax l-obbligu li l-MAE jiġi tradott f'lingwa aċċettata mill-Istat Membru eżekutorju.

Jekk il-post ta' arrest tal-persuna rikjesta jista' jiġi antiċipat, jista' ikun aħjar li titħejja minn qabel traduzzjoni tal-MAE fil-lingwa ta' dak l-Istat Membru. B'hekk ikun aktar faċli li l-proċedura żżomm mal-iskadenzi qosra għall-eżekuzzjoni ta' MAE.

F'każijiet fejn MAE jiġi trażmess direttament lil xi awtorità ġudizzjarja eżekutorja jew lil xi awtorità ċentrali, dan irid ikun akkumpanjat minn traduzzjoni. Billi l-MAE jridu jiġu proċessati u eżegwiti bi prijorità (l-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE), l-Istat Membru emittenti għandu jibgħat it-traduzzjoni mill-aktar fis possibbli u, f'kull każ, qabel l-iskadenza stabbilita mill-Istat Membru biex jirċievi traduzzjoni ta' MAE (ara t-Taqsima 4.3 ta' dan il-Manwal.).

I t-traduzzjonijiet għandhom isiru billi tintuża l-formola standard tal-MAE li hija disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-formola jinsabu fuq is-sit web tan-NĠE (il-Librerija Ġudizzjarja u l-Kompendju, kemm f'format ta' pdf u kif ukoll word).

3.5.   Wara li l-persuna rikjesta tiġi arrestata: il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju

Wara li l-persuna rikjesta tiġi arrestata fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti għandhom jirrispondu malajr għat-talbiet ta' informazzjoni jew talbiet oħra mill-awtoritajiet tal-Istat Membru eżekutorju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jingħataw il-parir li jirreferu għall-PARTI II ta' dan il-Manwal għal linji gwida dwar il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni tajba mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju. In-NĠE u l-Eurojust jistgħu jassistu f'każ ta' problemi fil-komunikazzjoni. L-Uffiċċji SIRENE jiffaċilitaw ukoll b'mod regolari l-komunikazzjoni meta l-persuna tkun ġiet arrestata wara allert għal arrest maħruġ fis-SIS.

Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti tiddeċiedi li tirtira l-MAE tagħha, jinħtieġ li din tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità ġudizzjarjaeżekutorja, b'mod partikolari meta l-persuna rikjesta tkun ġiet imċaħħda mil-libertà tagħha. Din trid tiżgura wkoll li l-allert fis-SIS jiġi mħassar.

L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' f'kull ħin tibgħat kwalunkwe informazzjoni utli addizzjonali lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja (l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

PARTI II: L-EŻEKUZZJONI TA' MAE

4.   IL-PROĊEDURA GĦALL-EŻEKUZZJONI TA' MAE

4.1.   It-termini perentorji għat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE

Huma stabbiliti termini perentorji stretti għall-eżekuzzjoni ta' MAE. It-termini perentorji jiddependu fuq jekk il-persuna rikjesta tagħtix il-kunsens tagħha għall-konsenja tagħha. Huwa enfasizzat li minkejja t-termini perentorji, l-MAE kollha jridu jiġu pproċessati u eżegwiti bi prijorità (l-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Jekk il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja tagħha, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE għandha tittieħed f'perjodu ta' għaxart ijiem wara li jingħata l-kunsens (l-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Jekk il-persuna rikjesta ma tagħtix l-kunsens tagħha għall-konsenja tagħha, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE għandha tittieħed f'perjodu ta' 60 jum wara l-arrest tal-persuna rikjesta (l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Skont id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, bħala regola, il-kunsens ma jistax jiġi revokat. Kull Stat Membru jista' madankollu jipprevedi li l-kunsens u, jekk xieraq, ir-rinunzja t għar-regola ta' speċjalità (ara t-Taqsima 2.6) ikunu jistgħu jiġu rrevokati, skont ir-regoli applikabbli skont il-liġi domestika tiegħu. Jekk il-persuna tirrevoka l-kunsens tagħha, it-terminu perentorju inizjali ta' 10 ijiem ma jibqax jgħodd u jsir 60 jum, li jibda' jiddekorri mill-jum tal-arrest (l-Artikolu 13(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Meta jkun qed jiġi stabbilit dak it-terminu perentorju, ma jitqiesx il-perjodu bejn id-data tal-kunsens u dik tar-revoka tiegħu.

B'mod eċċezzjonali, meta f'każ speċifiku l-MAE ma jkunx jista' jiġi eżegwit fit-termini perentorji applikabbli msemmija aktar 'il fuq, dawk it-termini jistgħu jiġu estiżi għal 30 jum addizzjonali. F'dak il-każ l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja emittenti u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien (l-Artikolu 17(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Kif ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-168/13 PPU Jeremy F.  (27), kull appell minn deċiżjoni dwar il-konsenja li jkollu l-effett ta' sospensjoni u jkun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jrid, f'kull każ, jikkonforma mat-termini perentorji stipulati fid-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE meta tittieħed deċiżjoni finali.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-237/15 PPU Lanigan  (28), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-iskadenza tat-termini perentorji għat-teħid ta' deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni ta' MAE ma teżonerax il-qorti kompetenti mill-obbligu tagħha li tieħu deċiżjoni f'dak ir-rigward u ma tipprekludix, fiha nnifisha, li l-persuna rikjesta tibqa' miżmuma taħt arrest. Ir-rilaxx tal-persuna rikjesta, flimkien mal-miżuri meħtieġa biex ma titħalliex tevadi jrid, madankollu, jiġi ordnat jekk it-tul tal-arrest ikun eċċessiv.

L-obbligu li Eurojust jiġi infurmat dwar dewmien

Fejn Stat Membru ma jkunx jista' josserva t-termini perentorji, l-awtoritajiet kompetenti jridu jinformaw lil Eurojust, billi jagħtu r-raġunijiet għad-dewmien (l-Artikolu 17(7) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Minħabba li r-rispett tat-termini perentorji huwa ta' importanza fundamentali fl-operazzjoni tal-MAE, l-Eurojust tissorvelja l-każijiet meta dawk it-termini perentorji ma jkunux jistgħu jiġu osservati, jekk hija tiġi informata. Fuq dik il-bażi, il-Eurojust tkun tista' tgħin tidentifika l-problemi li jikkawżaw id-dewmien. F'ħafna sitwazzjonijiet, il-Eurojust tkun tista' tassisti l-awtoritajiet kompetenti sabiex iżommu mat-termini perentorji, pereżempju billi tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

4.2.   It-termini perentorji għall-konsenja tal-persuna rikjesta (wara d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE)

It-terminu perentorju għall-konsenja tal-persuna jibda jiddekorri minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE. L-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jiftehmu u jaqblu dwar il-konsenja tal-persuna mill-aktar fis possibbli (l-Artikolu 23(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). F'kull każ, il-konsenja trid issir mhux aktar tard minn għaxart ijiem minn meta tkun ingħatat id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni (l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkun hemm ftehim dwar l-arranġamenti prattiċi tal-konsenja mingħajr dewmien.

Jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta fil-perijodu ta' għaxart (10) ijiem ma tkunx possibbli minħabba ċirkostanzi li mhumiex fil-kontroll ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji u dawk emittenti jridu jagħmlu kuntatt ma' xulxin minnufih u jaqblu dwar data ta' konsenja ġdida. F'dak il-każ, il-konsenja trid issir fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data l-ġdida hekk miftehma (l-Artikolu 23(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-640/15 Vilkas  (29), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja u l-awtorità ġudizzjarja emittenti jistgħu jiftehmu data ta' konsenja ġdida, anki jekk iż-żewġ tentattivi ta' konsenja preċedenti ma jkunux irnexxew minħabba r-reżistenza magħmula mill-persuna rikjesta sa fejn dik ir-reżistenza ma setgħetx tkun prevista mill-awtoritajiet u l-konsegwenzi tar-reżistenza għall-konsenja ma setgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza kollha użata minn dawn l-awtoritajiet, kwistjoni li tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Dawn l-awtoritajiet jibqgħu obbligati li jaqblu fuq data ta' konsenja ġdida jekk it-termini perentorji preskritti fl-Artikolu 23 ikunu skadew.

Rigward il-postponiment tal-konsenja għal raġunijiet umanitarji serji, pereżempju, il-mard serju tal-persuna rikjesta, ara t-Taqsima 5.9.1.

4.3.   It-traduzzjoni tal-MAE

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tistabbilixxi data ta' skadenza biex tirċievi traduzzjoni tal-MAE. Il-MAE għandu jiġi tradott f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru eżekutorju jew f'lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun iddikjara li jaċċetta. L-awtoritajiet eżekutorji huma imħeġġa bis-saħħa li jistipulaw din id-data ta' skadenza bejn sitt ijiem u għaxart ijiem kalendarji.

Mill-esperjeza jidher li data ta' skadenza li hija anqas minn sitt ijiem hija ġeneralment qasira wisq biex tiġi pprovduta traduzzjoni (ta' kwalità xierqa). Jekk jingħataw iktar minn għaxart ijiem jista' jitqies li jwassal għat-titwil eċċessiv tal-proċedura, b'mod partikolari meta l-persuna rikjesta tkun qed tinżamm taħt arrest.

4.4.   Il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati Membri qabel id-deċiżjoni dwar il-konsenja

4.4.1.   Meta għandha ssir il-komunikazzjoni

Informazzjoni supplimentari meħtieġa sabiex tittieħed id-deċiżjoni ta' konsenja

It-talbiet għal informazzjoni supplimentari għandhom ikun l-eċċezzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha ssir mill-Uffiċċji SIRENE permezz tal-formoli dedikati (formola M). Il-Mandat ta' Arrest Ewropew jaħdem fuq il-preżunzjoni ġenerali li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tiddeċiedi dwar il-konsenja fuq il-bażi tal-informazzjoni li jkun hemm fil-MAE. Din il-preżunzjoni tistrieħ fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u fuq il-bżonn li d-deċiżjoni dwar il-konsenja ssir malajr kemm jista' jkun. It-talbiet għal informazzjoni supplimentari huma madankollu meħtieġa f'xi sitwazzjonijiet sabiex jiġi mħares l-obbligu tal-eżekuzzjoni ta' MAE.

Jekk l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru emittenti ma tkunx bizzejjed biex tippermetti li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiddeċiedi dwar il-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tikkomunika mal-awtorità ġudizzjarja emittenti sabiex tikseb l-informazzjoni supplimentari meħtieġa. Tinġibed l-attenzjoni li fid-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE dan huwa stabbilit bħala dmir tal-awtorità eżekutorja (l-Artikolu 15(2)).

Il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u eżekutorji qabel id-deċiżjoni ta' konsenja għandha primarjament tikkonċerna l-informazzjoni supplimentari li hija rilevanti għad-deċiżjoni dwar il-konsenja (ara t-Taqsima 5.6.). Għalhekk, it-talbiet għal informazzjoni supplimentari għandhom jikkonċernaw, b'mod partikolari, il-kontenut meħtieġ fil-formola tal-MAE li huwa meħtieġ sabiex tiġi vvalutata l-possibiltà ta' eżekuzzjoni tal-MAE u l-applikabblità ta' kull raġuni għar-rifjut.

F'konformità mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja ma tistax tikkontesta l-mertu tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat emittenti.

Il-komunikazzjoni għandha ssir dejjem mill-aktar fis possibbli u, f'kull każ, fil-limiti taż-żmien stabbilti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

Is-sitwazzjonijiet tipiċi fejn jista' jkun neċessarju li ssir talba għal informazzjoni supplimentari huma:

(a)

parti rilevanti tal-formola tal-MAE tkun tħalliet vojta;

(b)

il-kontenut tal-MAE ma jkunx ċar;

(c)

ikun hemm żball ċar fil-MAE;

(d)

ma jkunx hemm ċertezza dwar jekk ġietx arrestata l-persuna t-tajba wara l-MAE.

Qabel tiġi invokata raġuni għar-rifjut

F'ħafna sitwazzjonijiet l-awtorità ġudizzjarja ezekutorja tista' tikkuntattja lill-awtorità ġudizzjarja emittenti qabel tiddeċiedi li jkun hemm raġuni biex ma ssirx l-eżekuzzjoni. Pereżempju, dan jista' jkun ta' benefiċċju sabiex jiġi determinat jekk hemmx miżuri oħra ta' koperazzjoni ġudizzjarja li jistgħu jintużaw meta l-MAE ma jkunx jista' jiġi eżegwit.

Raġunijiet oħra għall-komunikazzjoni

Jista' jkun hemm bżonn ta' komunikazzjoni ulterjuri pereżempju:

(a)

għall-kisba ta' garanziji mill-Istat Membru emittenti dwar sentenzi ta' għomor il-ħabs jew għar-ritorn ta' ċittadini jew residenti sabiex jiskontaw sentenzi ta' priġunerija fl-Istat Membru eżekutorju (ara t-Taqsima 5.8); u

(b)

f'każ ta' diversi MAEs li jikkonċernaw l-istess persuna (ara t-Taqsima 5.10).

4.4.2.   Kif issir il-komunikazzjoni

Il-MAE jibni fuq il-prinċipju tal-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-komunikazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji u emittenti għandha l-benefiċċju li ssir malajr u hija affidabbli.

Il-komunikazzjoni trid issir, madankollu, permezz ta' awtorità ċentrali fejn l-Istat Membru ikun ħatar awtorità ċentrali għall-korrispondenza uffiċjali skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE. L-informazzjoni dwar l-Istati Membri li għamlu użu minn din il-possibiltà tinsab fuq is-sit elettroniku tal-NĠE (https://www.ejn-crimjust.europa.eu).

L-Atlas Ġudizzjarju (dettalji ta' kuntatt)

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinsabu fl-għodda Atlas fuq is-sit elettroniku tan-NĠE (https://www.ejn-crimjust.europa.eu). L-Atlas ġie żviluppat bil-għan li tiġi identifikata l-awtorità lokalment kompetenti li tirċievi d-deċiżjoni għall-eżekuzzjoni u li tiġi kkuntattja il-persuna rilevanti sabiex tiddiskuti kwistjonijiet prattiċi dwar il-MAE u strumenti oħra ta' rikonoxximent reċiproku.

Metodi ta' komunikazzjoni

Ma hemmx regoli speċifiċi fid-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE dwar il-formoli jew il-proċeduri ta' komunikazzjoni wara li jasal il-MAE. Il-komunikazzjoni tista' ssir b'kull mezz disponibbli u li huwa fiż-żgur bizzejjed (pereżempju bit-telefown jew posta elettronika). L-aktar mod effiċjenti huwa li jkun hemm komunikazzjoni diretta bl-inqas formalitajiet u, fejn ikun possibbli, bi ftehim dwar l-użu ta' lingwa komuni.

Jingħata parir li l-lingwa fil-komunikazzjoni bil-miktub tinżamm kemm jista' jkun sempliċi. It-termini u kunċetti li jista' jkollhom konnotazzjonijiet differenti f'sistemi legali differenti għandhom jiġu evitati jew spjegati. Dan jgħin sabiex jiġi evitat fehim ħażin u problemi bit-traduzzjonijiet.

B'komunikazzjoni tajba l-proċedura tibqa' mgħaġġla, ma jkunx hemm nuqqas ta' ftehim u jiġu rispettati il-limiti taż-żmien qosra previsti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (ara t-Taqsimiet 4.1 u 4.2 ta' dan il-Manwal dwar it-termini perentorji).

Dejjem urġenti

L-awtorità ġudizzjarja emittenti trid tindirizza b'urġenza t-talbiet għal informazzjoni ulterjuri. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tistabbilixxi limitu ta' żmien (raġonevoli) biex tirċievi din l-informazzjoni filwaqt li tħares il-bżonn li tosserva t-termini perentorji previsti fl-Artikolu 17 (l-Artikolu 15(2)).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll id-dewmien li jista' jkun hemm minħabba t-talbiet għal informazzjoni ulterjuri u jippruvaw inaqqsu dan id-dewmien.

Il-Eurojust jew il-punti ta' kuntatt tal-NĠE jistgħu jiffaċilitaw il-komunikazzjoni

Il-punti ta' kuntatt tan-NĠE jew il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jiffaċilitaw il-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra. Kemm in-NĠE kif ukoll il-Eurojust jistgħu jipprovdu komunikazzjoni ta' malajr u informali bejn ir-rappreżentanti tas-sistemi legali tal-Istati Membri kollha.

L-uzu tan-NĠE jew il-Eurojust skont ir-rwoli speċifiċi tagħhom huwa partikolarment rakkomandat f'sitwazzjonijiet urġenti u/jew fejn ikun diffiċli l-kuntatt mal-awtorità t-tajba.

Bħala eżempji, l-għodod fis-sit elettroniku tan-NĠE (l-Atlas Ġudizzjarju, Fiches Belges) u l-punti ta' kuntatt tan-NĠE jistgħu jassistu fl-identifikazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji kompetenti u jipprovdu informazzjoni dwar ir-rekwiżiti speċifiċi fl-Istat Membru eżekutorju, filwaqt li l-membru nazzjonali tal-Eurojust għandu jkun involut f'każijiet ta' dewmien ripetut jew rifjuti ta' eżekuzzjoni jew f'każ ta' MAE dupplikati. Barra minn hekk, tista' tintuża l-konnessjoni sikura tat-telekomunikazzjonijiet tan-NĠE bħala mezz għat-trażmissjoni tal-MAE, kif previst fl-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE. Hija prattika tajba li wieħed isemmi fil-formola tal-MAE jekk il-punti ta' kuntatt tan-NĠE jew tal-membri nazzjonali tal-Eurojust jew persuni oħra inkarigati minn każ ġewx involuti fil-preparazzjoni tal-MAE (30).

Ir-rwol tal-Uffiċċji SIRENE

Għall-allerti ta'arrest maħruġa fis-SIS, l-Uffiċċji tas-SIRENE huma responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni wara l-mument li fih tinstab il-persuna (“hit”) mill-inqas sal-bidu tal-proċedura formali ta' konsenja. L-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom iżommu lill-Uffiċċji tas-SIRENE infurmati dwar kull żvilupp li jseħħ bejn il-hit u d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE.

4.5.   Id-dmir tal-awtorità ġudizzjarja eżekutorja biex tinforma lill-awtorità ġudizzjara emittenti wara d-deċiżjoni dwar il-konsenja

Wara li tieħu deċiżjoni dwar jekk tikkonsenjax jew le l-persuna rikjesta, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha dmir tinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni kif ukoll dwar iż-żmien li tkun qattgħet f'detenzjoni.

4.5.1.   L-informazzjoni dwar id-deċiżjoni fuq il-konsenja

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tinnotifika lill-awtorità ġudizzjarja emittenti bid-deċiżjoni dwar il-konsenja. Indipendentement minn jekk il-persuna rikjesta tiġix konsenjata jew le, din in-notifika trid issir mill-ewwel wara li tittieħed id-deċiżjoni sabiex l-awtoritajiet tal-Istat emittenti jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa. Dan id-dmir ta' notifika immedjata lill-Istat Membru emittenti ġej mill-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

Għal dan il-għan, huwa rakkomandat li tintuża l-formola standard ippreżentata fl-Anness VII ta' dan il-Manwal. Huwa rakkomandat ukoll li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tikkomunika d-deċiżjoni direttament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti, għaliex din tiffaċilità komunikazzjoni ċara u mgħaġġla (ara t-Taqsima 4.4.2).

Iridu jingħataw raġunijiet għal kull rifjut tal-eżekuzzjoni tal-MAE (l-Artikolu 17(6)).

Huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji jindikaw b'mod ċar liema reat(i) huma s-suġġett tad-deċiżjoni dwar il-konsenja. Dan huwa rilevanti minħabba r-regola ta' speċjalità, fi ħdan l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (ara t-Taqsima 2.6 ta' dan il-Manwal). Ir-regola ta' speċjalità tista' twaqqaf lill-Istat Membru emittenti milli jmexxi bil-prosekuzzjoni ta'reati kommessi qabel il-konsenja, għajr għal dak jew għal dawk li għalihom tkun ġiet konsenjata l-persuna rikjesta.

Fil-każijiet fejn il-MAE iddaħħal fis-SIS, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Uffiċċji SIRENE tal-Istat Membru tagħha.

4.5.2.   Informazzjoni dwar iż-żmien mgħoddi f'kustodja

L-informazzjoni kollha dwar it-tul ta' żmien tal-kustodja tal-persuna rikjesta skont il-MAE trid tiġi trażmessa lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja. Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE teħtieġ li din l-informazzjoni tiġi trażmessa fi żmien il-konsenja (l-Artikolu 26(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Din l-informazzjoni tista' tiġi trażmessa mill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja jew mill-awtorità ċentrali nnominata.

Huwa mportanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru emittenti huma konxji miż-żmien eżatt imqatta' f'detenzjoni. Dan il-perjodu jrid jiġi mnaqqas mis-sentenza finali ta' priġunerija jew mill-ordni ta' detenzjoni (l-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Il-formola standard fl-Anness VII għandha spazju apposta għall-informazzjoni li trid tingħata dwar iż-żmien mgħoddi f'kustodja.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-294/16 PPU JZ  (31) il-Qorti tal-Ġustizzja qalet kif ġej:

“47.

(…) il-kunċett ta' ‘detenzjoni’ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri mhux biss il-priġunerija iżda wkoll kull miżura jew sett ta' miżuri imposti fuq il-persuna konċernata li, skont it-tip, id-durata, l-effetti u l-mod ta' implimentazzjoni tal-miżura(i) konċernata iċċaħħad il-libertà lill-persuna konċernata b'mod li jista' jitqabbel mal-priġunerija.

(…)

53.

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584, l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti tal-mandat ta' arrest Ewropew trid tikkunsidra jekk il-miżuri meħudha kontra l-persuna kkonċernata fl-Istat Membru eżekutorju għandhomx jiġu trattati bl-istess mod bħal ċaħda tal-libertà, kif imsemmi fil-paragrafu 47 ta' din is-sentenza, u għalhekk jikkostitwixxu detenzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 26(1). Jekk, waqt l-eżaminazzjoni tagħha, l-awtorità ġudizzjarja tasal għall-konklużjoni li hekk huwa l-każ, l-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 teħtieġ li l-perjodu kollhu li matulu ġew applikati dawk il-miżuri jitnaqqas mill-perjodu ta' detenzjoni li dik il-persuna trid tiskonta fl-Istat Membru emittenti tal-mandat ta' arrest Ewropew.

(…)

55.

Madankollu, sa fejn l-Artikolu 26(1) ta' dik id-deċiżjoni Kwadru sempliċement jimpini livell minimu ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuna soġġetta għall-mandat ta' arrest Ewropew, ma jistax jiġi interpretat li, kif qal l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-Opinjoni tiegħu, ma jippermettix lill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti milli, abbażi tal-liġi domestika biss, tnaqqas mill-perjodu totali ta' detenzjoni li kieku jkollha tiskonta l-persuna konċernata f'dak l-Istat Membru, dak il-perjodu kollu jew parti minnu li fih dik il-persuna kienet soġġetta, fl-Istat Membru eżekutorju, għal miżuri li jinvolvu mhux ċaħda tal-libertà iżda restrizzjoni tagħha.

56.

Għandu jiġi mfakkar ukoll, fl-aħħar nett, li, matul l-eżaminazzjoni msemmija fil-paragrafu 53 ta' din is-sentenza, l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti tista', skont l-Artikolu 26(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584, issaqsi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju biex jitrażmetti kull informazzjoni li hija tqis meħtieġa”.

4.6.   Iż-żamma tal-persuna rikjesta kustodja fl-Istat Membrueżekutorju

Wara l-arrest tal-persuna rikjesta skont il-MAE, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tiddeċiedi jekk hija għandhiex tinżamm f'detenzjoni jew tiġix liberata sakemm toħroġ id-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE. Id-detenzjoni għalhekk mhix neċessarjament meħtieġa u l-persuna tista' tinħeles provviżorjament f'kull ħin f'konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru eżekutorju (l-Artikolu 12).

Metal-persuna ma tinżammx detenuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju għandha d-dmir li tieħu l-passi neċessarji biex ma tħallix lill-persuna taħrab (l-Artikolu 12). Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, pereżempju, projbizzjoni ta' safar jew id-dmir ta' reġistrazzjoni regolari u sorveljanza elettronika.

Id-deċiżjoni dwar id-detenzjoni tittieħed skont il-liġi nazzjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tal-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali li jistipula li kulħadd għandu dritt għal-libertà u s-sigurtà tal-persuna tiegħu, u tistabbilixxi kundizzjonijiet u limitazzjonijiet fuq l-użu tad-detenzjoni ta' qabel il-proċess fil-proċedimenti tal-MAE.

Fil-Kawża C-237/15 PPU Lanigan (Sentenza tas-16 ta' Lulju 2015) il-QtĠUE qalet li:

“L-Artikoli 15(1) u 17 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (…) għandhom jiġu interpretati li jfissru li l-awtorità ġudizzjarja eżegwibbli xorta trid tadotta d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew wara l-iskadenza tal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 17.

L-Artikolu 12 ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru, moqri flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu u fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jrid jiġi interpretat fis-sens li ma jeskludix, f'din is-sitwazzjoni, iż-żamma tal-persuna rikjesta fil-kustodja, skont il-liġi tal-Istat Membru eżekutorju, anke jekk id-durata totali li fiha inżammet dik il-persuna taqbeż dawk il-limiti taż żmien, sakemm dik id-durata mhix eċċessiva fid-dawl tal-karatteristiċi tal-proċedura segwita fil-kawża prinċipali, li hija kwistjoni li trid tiġi determinata mill-qorti nazzjonali. Jekk l-awtorità ġudizzjarja eżegwibbli tiddeċiedi li ttemm il-kustodja tal-persuna rikjesta, hija trid iżżid mal-ħelsien provviżorju ta' dik il-persuna miżuri oħra li hija tqis meħtieġa sabiex ma tħallihiex taħrab u tiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva tagħha jibqgħu sodisfati sakemm tkun għadha ma ngħatat l-ebda deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew”.

5.   DEĊIŻJONI DWAR IL-KONSENJA

5.1.   Id-dmir ġenerali ta' eżekuzzjoni tal-MAE

L-awtorità ġudizzjarja eżegwibbli għandha dmir ġenerali li teżegwixxi kull MAE fuq il-bażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (l-Artikolu 1). Dawn id-dispożizzjonijiet huma ppreżentati fit-Taqsimiet 5 sa 8. Id-deċiżjoni għall-konsenja trid tittieħed fil-limiti ta' żmien stabbiliti msemmija fit-Taqsima 4.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiżguraw li jiġu mħarsa d-drittijiet proċedurali minimi tal-persuna rikjesta, kif imsemmija fit-Taqsima 11.

5.2.   Il-lista ta' 32 reat li jagħtu lok għal konsenja mingħajr verifika ta' kriminalità doppja

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tivverifika jekk l-awtorità emittenti ratx jekk ir-reati jaqgħux f'waħda mit-32 kategorija ta' reati mniżżla fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tivverifika l-kriminalità doppja biss għar-reati li mhumiex f'dik il-lista ta' 32 reat.

Għandu jiġi enfasizzat li hija t-tifsira tar-reat u l-piena massima biss fil-liġi tal-Istat Membru emittenti li japplikaw. L-awtorità eżekutorja għandha tirrikonoxxi x'indikat l-awtorità emittenti fil-MAE.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-289/15 Grundza (Sentenza tal-11 ta' Jannar 2017) il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 9(1)(d) tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI (jiġifieri kif għandha tiġi vvalutata l-kundizzjoni tal-kriminalità doppja). Il- Qorti tal-Ġustizzja iddeċidiet kif ġej:

“38.

(…) fil-valutazzjoni tal-kriminalità doppja, l-awtorità kompetenti tal-Istat eżekutorju trid tivverifika jekk l-elementi fattwali sottostanti għar-reat, kif rifless fis-sentenza mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, huma wkoll, minnhom infushom, soġġetti għal piena kriminali fl-Istat eżekutorju jekk ikunu preżenti f'dak l-Istat.

(…)

49.

(…) fil-valutazzjoni tal-kriminalità doppja, l-awtorità kompetenti tal-Istat eżekutorju trid taċċerta, mhux jekk ġiex miksur interess protett mill-Istat emittenti iżda jekk, f'każ li r-reat konċernat twettaq fit-territorju tal-Istat eżekutorju, jinstabx li ġiex miksur interess simili protett taħt il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat.”

Fejn l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tqis li hemm żball ovvju f'dan ir-rigward, għandha tikkuntattja lill-awtorità ġudizzjarja emittenti għal kjarifika (ara t-Taqsima 4.4 dwar il-komunikazzjoni).

5.3.   Reati aċċessorji

“Reati aċċessorji” jirreferi għal reat wieħed jew aktar punibbli b'piena inqas serji mil-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE. Dawk ir-reati jistgħu jiġu nklużi fil-MAE bħala reati aċċessorji. L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tinkludi dawn ir-reati fil-formola tal-MAE anke jekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-MAE (ara t-Taqsima 2.3).

Madankollu, il-MAE jrid jinħareġ għal tal-inqas reat wieħed li jissodisfa l-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE.

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE innifisha ma tipprovdix b'mod espliċitu għal kif għandha tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-konsenja aċċessorja. Xi Stati Membri ddeċidew li jippermettuha, filwaqt li oħrajn le. Jekk l-Istat Membru eżekutorju ma jippermettix il-konsenja għal reati aċċessorji, ir-regola tal-ispeċjalità tista' tipprojbixxi lill-Istat Membru emittenti milli jmexxi prosekuzzjoni fir-rigward ta' dawk ir-reati (ara t-Taqsima 2.6 dwar ir-regola ta' speċjalità).

Jekk il-MAE jinkludi reati aċċessorji, jingħata parir li l-awtorità ġudizzjarja eżegwibblieżekutorja tindika b'mod ċar fid-deċiżjoni ta' konsenja jekk il-konsenja tikkonċernax ukoll ir-reati aċċessorji. Il-konsenja għar-reati aċċessorji tagħti lill-Istat Membru emittenti l-kompetenza biex imexxi l-prosekuzzjoni jew jeżegwixxi sentenza ta' priġunerija għal dawk ir-reati.

L-Anness VIII fih lista tal-Istati Membri li s-sistema legali tagħhom tagħti l-possibilità li jwettqu konsenja għal reati aċċessorji.

5.4.   Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni (rifjut)

Id-dmir ġenerali ta' eżekuzzjoni tal-MAE (stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni ta' Kwadru dwar il-MAE) huwa limitat mir-raġunijiet għal nuqqas ta' eżekuzzjoni obbligatorja u fakultattiva tal-MAE, jiġifieri ir-raġunijiet għar-rifjut (l-Artikoli 3, 4, u 4a tad-Deċiżjoni ta' Kwadru dwar il-MAE). Huwa mportanti li jiġi nnutat li skont id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, dawn ir-raġunjiet huma l-uniċi raġunijiet li minħabba fihom l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' ma teżegwixxix. Fir-rigward tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni fakultattiva, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tinvoka biss dawk li ġew trasposti fil-liġi nazzjonali tagħha. Il-Qorti tal-Ġustizzja għamilitha ċara li l-lista ta' raġunijiet hija eżawrijenti (l-aktar fis-sentenza fil-Kawża C-123/08 Wolzenburg paragrafu 57, u l-Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15 PPU Aranyosi and Căldăraru paragrafu 80) (32).

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tikkuntattja lill-awtorità ġudizzjarja emittenti qabel tiddeċiedi li tirrifjuta l-konsenja. Dan huwa rakkomondata fejn ikun hemm inċertezzi dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tikkomunika wkoll dwar il-possibiltajiet għal miżuri oħrajn, bħat-trasferiment ta' priġunieri, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta' rifjut (ara t-Taqsima 4.4 dwar il-komunkazzjoni u t-Taqsima 2.5 dwar miżuri oħra tal-Unjoni dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja).

Wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni għar-rifjut tal-konsenja, il-persuna rikjesta ma tistax tibqa' miżmuma f'kustodja skont il-MAE.

5.4.1.   Raġunijet obbligatorji għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni:

Fejn japplikaw waħda jew aktar mir-raġunijiet obbligatorji għal nuqqas ta' eżekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjaja eżekutorja trid tirrifjuta li teżegwixxi l-MAE (l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Għalhekk, hekk kif l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tkun stabbilixxiet li waħda minn dawk ir-raġunijiet għar-rifjut tapplika, hija trid tirrifjuta l-eżekuzzjoni. Dawk ir-raġunijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE:

L-amnestija (l-Artikolu 3(1))

Ir-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ta' arrest huwa kopert mill-amnestija fl-Istat Membru eżekutorju. Jenħtieġ ukoll li l-Istat Membru eżekutorju jkollhu ġuriżdizzjoni biex imexxi l-prosekuzzjoni skont il-liġi kriminali tiegħu.

Ne bis in idem (Artikolu 3(2))

L-awtorità ġudizzjarja ezekutorja tiġi nfurmata li l-persuna rikjesta ingħatat sentenza finali minn Stat Membru fir-rigward tal-istess atti. Huwa meħtieġ ukoll li, fejn tkun ingħatat sentenza, dik is-sentenza tkun ġiet skontata jew tkun qed tiġi skontata jew inkella ma tkunx tista' tiġi eżegwita skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ingħatat dik is-sentenza.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tat diversi sentenzi f'każijiet ta' interpretazzjoni tal-prinċipju ta' ne bis in idem b'rabta mal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Schengen (CISA). Dawk is-sentenzi japplikaw għad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE permezz tas-sentenza fil-Kawża C-261/09 Mantello  (33) u jikkjarifikaw il-kunċetti bħal “id-deċiżjoni finali”, “l-istess att” u “s-sentenza ġiet skontata”. Fis-entenza fil-Kawża C-129/14 PPU Spasic  (34), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 54 CISA huwa kompatibbli mal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fejn huwa stabbilit il-prinċipju.

L-Anness VI fih taqsiriet tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jikkonċernaw il-prinċipju ne bis in idem.

Artikolu 54 CISA

“Persuna li ġiet ikkundannata b'mod finali minn Parti Kontraenti ma tistax tiġe i mixlija minn Parti Kontraenti oħra għall-istess atti jekk, tkun ġiet imposta piena, tkun ġiet infurzata, tkun qed tiġi skontata jew ma tistax tiġi infurzata skont il-liġi tal-Parti Kontraenti li tkun tat is-sentenza”.

L-Artikolu 50 tal-Karta

“Id-dritt li ma jkunx sottomess għal prosekuzzjoni jew punizzjoni doppja fi proċedimenti kriminali għall-istess reat kriminali.

Ħadd ma jista' jiġi akkużat jew ikkastigat mill-ġdid fi proċedimenti kriminali għal reat li għalih il-perusna tkun diġa' ġiet liberata jew ikkundannata b'mod finali fl-Unjoni skont il-liġi”.

Taħt l-età għar-responsabbiltà kriminali (l-Artikolu 3(3))

Minħabba l-età tagħha, il-persuna rikjesta ma' tistax tinstab kriminalment responsabbli għall-atti li fuqhom huwa bbażat il-mandat ta' arrest skont il-liġi tal-Istat Membrueżekutorju.

Il-liġijiet tal-Istati Membri jiddefinixxu l-età minima għar-responsabbiltà kriminali b'mod differenti. Ivarja wkoll il-mument ta' meta tidħol fis-seħħ din l-età f'kawża partikolari: il-mument rilevanti jista' jkun, pereżempju, meta' seħħ l-allegat reat jew meta' ġiet akkużata l-persuna.

Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' eżekuzzjoni japplikaw jekk, fl-Istat Membrueżekutorju, il-persuna rikjesta jistgħu jittieħdu biss passi ċivili jew amministrattivi kontriha iżda mhux kriminali minħabba l-età tagħha.

5.4.2.   Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' eżekuzzjoni fakultattiva

Meta japplikaw ir-raġunijiet għal-nuqqas ta' eżekuzzjoni fakultattiva u dawk ir-raġunijiet ikunu ġew trasposti fil-liġi, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tirrifjuta li teżegwixxi l-MAE skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Dawk ir-raġunijiet huma stipulati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

In-nuqqas ta' kriminalità doppja (l-Artikolu 4(1))

L-att li fuqu huwa bbażat il-MAE ma jikkostitwix reat skont il-liġi tal-Istat Membru eżekutorju.

Dan jikkonċerna biss reati li mhumiex imniżżla fil-lista ta' reati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, fejn ġiet abolita l-verifika tal-kriminalità doppja. Madankollu, anke jekk l-att jikkorespondi għal wieħed minn dawk ir-reati mniżżla fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, iżda huwa punibbli b'sentenza ta' priġunerija jew b'ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' inqas minn tliet snin skont il-liġi tal-Istat Membru emittenti, u dak l-att ma jikkostitwix reat skont il-liġi tal-Istat Membru eżekutorju, din ir-raġuni għaċ-ċaħda ta' eżekuzzjoni fakultattiva tista' tapplika. Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-289/15 Grundza il-Qorti tal-Ġustizzja ikkjarifikat kif għandha tiġi valutata l-kundizzjoni tal-kriminalità doppja (ara t-Taqsima 5.2).

Fir-rigward ta' taxxi jew dazji, dazji doganali u skambju, l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' MAE m'għandux jiġi rrifjutat minħabba li l-liġi tal-Istat Membru eżekutorju ma timponix l-istess tip ta' taxxa jew dazji jew li ma għandhiex l-istess tip ta' regoli fir-rigward ta' regolamenti dwar it-taxxi, id-dazji, id-dazji doganali u l-iskambju bħal-dawk fil-liġi tal-Istat Membru emittenti.

Prosekuzzjoni pendenti fl-Istat Membru eżekutorju (l-Artikolu 4(2))

Il-persuna li hija soġġett għall-MAE qiegħda tiġi mixlija fl-Istat Membru eżekutorju għall-istess att li fuqu huwa bbażat il-MAE.

Il-prosekuzzjoni għall-istess reat hija eskluża fl-Istat Membru eżekutorju (l-Artikolu 4(3))

L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru eżekutorju iddeċidew li ma jkomplux bil-prosekuzzjoni tar-reat li fuqu huwa bbażat il-MAE jew li jwaqqfu l-proċedimenti, jew tkun ingħatat sentenza finali kontra l-persuna rikjesta fi Stat Membru, fir-rigward tal-istess atti, li teskludi proċedimenti ulterjuri.

Ara wkoll it-Taqsima 5.4.1 dwar il-prinċipju ne bis in idem.

Il-prosekuzzjoni jew il-piena huma preskritti (l-Artikolu 4(4))

Il-prosekuzzjoni kriminali tal-persuna rikjesta jew l-għoti ta' piena huma preskritti skont il-liġi tal-Istat Membru eżekutorju u l-att jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru skont il-liġi kriminali tiegħu stess.

Ara wkoll it-Taqsima 5.4.1 dwar il-prinċipju ne bis in idem.

Sentenza finali fi Stat terz (l-Artikolu 4(5))

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiġi infurmata li l-persuna rikjesta ingħatat sentenza finali minn Stat terz fir-rigward tal-istess atti jekk, fejn ingħatat piena, dik il-piena tkun ġiet skontata jew tkun qiegħda tiġi skontata jew ma tistax tiġi infurzata aktar skont il-liġi tal-pajjiż li jkun ta is-sentenza.

L-Istat Membru eżekutorju iwettaq l-eżekuzzjoni tas-sentenza (l-Artikolu 4(6))

Meta l-MAE jkun inħareġ bl-iskop li jiġu eżegwiti sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni, u l-persuna rikjesta tinsab fi, jew hija ċittadina jew residenti tal-Istat Membru eżekutorju, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tqis jekk is-sentenza tistax tiġi eżegwita fl-Istat Membru tagħha minflok ma twettaq il-konsenja tal-persuna lill-Istat Membru emittenti.

L-Artikolu 25 tadd-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI fih ukoll dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta' pieni ta' kustodja fl-Istat eżekutorju fir-rigward ta' każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (ara t-Taqsima 2.5.2 ta' dan il-Manwal). Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI issostitwiet il-Konvenzjoni tal-1983 u l-protokoll addizzjonali tagħha. Għalhekk, biexKwadrutis-sentenza tiġi trasferita lill-Istat Membru fejn tiġi eżegwita, jeħtieġ li tiġi applikata d-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI.

Skont id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI, il-kunsens tal-persuna kkundannata għat-trasferiment ma għadux pre-rekwiżit fil-każijiet kollha.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-66/08 Kozlowski  (35) il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li t-termini “residenti” u “jgħix fi” fl-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE għandhom jiġu definiti b'mod uniformi, għaliex jikkonċernaw kunċetti awtonomi dwar il-liġi tal-Unjoni. Huma jkopru rispettivament, is-sitwazzjonijiet li fihom il-persuna rikjesta tkun stabbiliet il-post ta' residenza propja tagħha fl-Istat Membru eżekutorju jew kisbet, wara perjodu ta' preżenza stabbli f'dak l-Istat, ċerti rabtiet ma' dak l-Istat, li huma ta' grad simili għal dawk li jirriżultaw mir-residenza. Id-determinazzjoni tat-terminu “jgħix fi” jeħtieġ il-valutazzjoni globali ta' diversi fatturi oġġettivi, inkluż it-tul, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-presenza tal-persuna u r-rabtiet familjali u ekonomiċi mal-Istat Membru eżekutorju.

Kif deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-123/08 Wolzenburg, fir-rigward tal-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE u l-prinċipju tat-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-Unjoni, ir-regoli domestiċi li jipprovdu biexMAE ma' jiġix eżegwit fil-każ ta' ċittadini migranti tal-Unjoni, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija, biss jekk kienu residenti legalment fit-territorju nazzjonali għal perjodu kontinwu ta' ħames snin, kienu kompatibbli mal-Artikolu 12 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (issa l-Artikolu 18 TFUE). Madankollu Stat Membru ma jistax jissoġġetta l-applikazzjoni ta' raġuni għaċ-ċaħda ta' eżekuzzjoni fakultattiva ta' MAE fl-Artikolu 4(6) għal rekwiżiti amministrattivi supplimentari, bħal l-pussess ta' permess ta' residenza ta' durata indefinita.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-42/11 Lopes Da Silva Jorge  (36) il-Qorti ddeċidiet li l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE u l-Artikolu 18 tat-TFUE għandu jiġi interpretat li jfisser li Stat Membru jista', fit-traspożizzjoni tal-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, jiddeċiedi li jillimita s-sitwazzjonijiet li fihom awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tirrifjuta li tikkonsenja persuna li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni, iżda ma jistax jeskludi awtomatikament u b'mod assolut mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha iċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra li jgħixu f'territorju tagħhom jew huma residenti fih, minkejja r-rabiet tagħhom ma' dak l-Istat Membru. Il-qrati nazzjonali huma meħtieġa jinterpretaw il-liġi fid-dawl tat-test u tal-iskop tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE sabiex jiżguraw li dik i-Deċiżjoni ikollok l-akbar effett possibbli.

L-ekstraterritorjalità (reati mwettqa barra t-territorju tal-Istat Membru emittenti) (l-Artikolu 4(7))

Il-MAE jikkonċerna reati li:

(a)

l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jqisa li twettqu interament jew f'parti fit-territorju tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jew f'post trattat bħala territorju tiegħu; jew

(b)

twettqu barra t-territorju tal-Istat Membru emittenti u l-liġi tal-Istat Membru eżekutorju ma tippermettix li ssir il-prosekuzzjoni għall-istess reati meta jitwettqu barra t-territorju tiegħu.

5.5.   Proċessi in absentia

Id-Deċiżjoni Kwadru 2009/299/ĠAI temenda d-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE billi tħassar l-Artikolu 5(1) u ddaħħal Artikolu 4a ġdid dwar id-deċiżjonijiet mogħtija in absentia. Dawn ir-regoli jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn awtorità ġudizzjarja eżegwibbli irċeviet MAE li jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija li ġejja minn proċedimenti fl-Istat Membru emittenti fejn mhix preżenti dik il-persuna.

L-Artikolu 4a tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE fih raġuni biex ma ssirx l-eżekuzzjoni li permezz tagħha l-MAE maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ta' ordni ta' detenzjoni jista' jiġi rifjutat, jekk il-persuna ma tkunx preżenti waqt il-proċess li wassal għad-deċiżjoni (deċiżjoni mogħtija in absentia).

Madankollu, hemm għadd ta' eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Awtorità ġudizzjarja eżekutorja ma tistax tirrifjuta li teżegwixxi MAE bbażat fuq deċiżjoni mogħtija in absentia fejnil-MAE jistabbilixxi li l-persuna, skont rekwiżiti proċedurali ulterjuri mfissra fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti:

(a)

fi żmien debitu:

(i)

kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post stabbilti għall-proċess li rriżulta fid-deċiżjoni, jew b'mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post stabbiliti għall-proċess b' mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-proċess; u

(ii)

kienet infurmata li tista' tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-proċess; jew

(b)

kienet konxja mid-data u l-post għall-proċess, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien nħatar mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-proċess, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-proċess; jew

(c)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal ritrattazzjoni, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

(i)

iddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax id-deċiżjoni; jew

(ii)

ma talbitx ritrattazzjoni jew appell fil-perijodu ta' żmien applikabbli; jew

(d)

ma kinitx notifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(i)

se tkun innotifikata personalment biha mingħajr dewmien wara l-konsenja u ser tkun infurmata espressament dwar id-dritt tagħha għal ritrattazzjoni, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali; u

(ii)

se tkun infurmata bil-perjodu taż-żmien li fih għandha tressaq talba għal ritrattazzjoni jew appell, kif imsemmi fil-MAE rilevanti.

Is-sentenza fil-Kawza C-399/11 Meloni  (37) tikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE għandux jiġi interpretat bħala wieħed li ma jħallix lill-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji, fiċ-ċirkostanzi speċifikati f'dik id-dispożizzjoni, jissoġġettaw l-eżekuzzjoni tal-MAE maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta' sentenza ikkundizzjonata fuq mill-fatt li kundanna mogħtija in absentia tkun miftuħa għal rieżami fl-Istat Membru emittenti.

Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE jipprovdi raġuni fakultattiva biex ma ssirx l-eżekuzzjoni ta' MAE maħruġ bi skop tal-eżekuzzjoni ta' sentenza, fejn il-persuna konċernata tkun ġiet ikkundannata in absentia. Dik l-għażla hija madankollu akkumpanjata minn erba' eċċezzjonijiet stipulati fis-subparagrafi (a) sa (d) tal-Artikolu 4a(1). Il-Qorti qalet li f'dawn l-erba' sitwazzjonijiet, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja ma tistax tissoġġetta l-konsenja ta' persuna kkundannata in absentia għall-kundizzjoni li l-kundanna tkun miftuħa għal rieżami fil-preżenza tagħha.

Fis-sentneza tagħha fil-Kawża C-108/16 PPU Dworzecki  (38) il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li:

“L-Artikolu 4a(1)(a)(i) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584 (…) għandha tiġi interpretata li tfisser li ċitazzjoni, bħal dik maħruġa fil-kawża prinċipali, li ma ġietx notifikata direttament fuq il-persuna konċernata iżda li ngħatat, fl-indirizz ta' din tal-aħħar, lil persuna adulta li tifforma parti mill-unità domestika li ħadet ir-responsabbiltà li tgħaddihielha, meta ma jistax jiġi vverifikat mill-mandat ta' arrest Ewropew jekk, u jekk iva, meta dak l-adult għadda ċ-ċitazzjoni lill-persuna konċernata, fiha nnifisha ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni”.

5.6.   Il-kunsiderazzjonijiet tal-awtorità ġudizzjara eżekutorja dwar id-drittijiet fundamentali mill-awtorità

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ma fihiex dispożizzjonijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna rikjesta fl-Istat Membru emittenti.

Madankollu, l-Artikolu 1(3) moqri flimkien mal-premessi 12 u 13 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE jiċċaraw li d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali għandhom jitħarsu fil-kuntest tal-MAE.

Fis-sentenza tagħha fil-Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15 PPU Aranyosi and Căldăraru il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet kif ġej:

“Fejn hemm provi oġġettivi, affidabbli, speċifiċi u aġġornati kif xieraq fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-Istat emittenti li juru li hemm nuqqasijiet li jistgħu jkunu sistematiċi jew ġenerali, jew li jistgħu jaffettwaw ċerti gruppi ta' nies, jew li jistgħu jaffettwaw ċerti postijiet ta' detenzjoni, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tiddetermina, speċifikament u preċiżament, jekk hemmx raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-individwu affettwat minn mandat ta' arrest Ewropew, maħruġ għall-finijiet tat-tmexxija ta' prosekuzzjoni kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija, jiġix espost, minħabba l-kundizzjonijiet għad-detenzjoni tiegħu fl-Istat Membru emittenti, għal riskju reali ta' trattament degradanti jew inuman, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 tal-Karta, fil-każ tal-konsenja tiegħu lil dak l-Istat Membru.

Għal dak il-għan, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid titlob li tingħata informazzjoni ulterjuri mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, li, wara li titlob, jekk ikun meħtieġ, l-għajnuna tal-awtorità ċentrali jew waħda mill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru emittenti, skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Kwadru, trid tibgħat dik l-informazzjoni fiż-żmien speċifikat fit-talba. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tipposponi d-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja tal-individwu kkonċernat sakemm ikollha l-informazzjoni supplimentari li biha tkun tista' tara li dak ir-riskju ma jeżistix.

Jekk l-eżistenza ta' dak ir-riskju ma tistax tiġi miċħuda fi żmien raġonevoli, l-awtorità ġudizzjarja eżegwibbli trid tiddeċiedi jekk għandiex twaqqaf il-proċedura ta' konsenja”.

Jekk l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru eżekutorju għandha provi ta' riskju reali ta' trattament degradanti u inuman ta' individwi f'detenzjoni fl-Istat emittenti minħabba l-kundizzjonijiet ġenerali ta' detenzjoni, trid issegwi l-proċedura kif stabbilita fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15 PPU Aranyosi and Căldăraru (punti 89 sa 104).

Il-passi proċedurali li jridu jiġu segwiti mill-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji jekk għandhom provi ta' riskju reali ta' trattament degradanti u inuman ta' individwi miżmuma fl-Istat Membru emittenti

Iridu jiġu segwiti l-passi li ġejjin:

1.

Verifika dwar jekk hemmx riskju reali ta' trattament degradanti u inuman tal-persuna rikjesta minħabba l-kundizzjonijiet ġenerali ta' detenzjoni:

fuq il-bażi ta' informazzjoni oġġettiva, affidabbli, speċifika u aġġornata kif xieraq li tista' tinkiseb minn, inter alia, sentenzi tal-qrati internazzjonali, bħal sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi tal-qrati tal-Istat Membru emittenti, kif ukoll deċiżjonijiet, rapporti u dokumenti oħra prodotti mill-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa jew taħt il-patroċinju tan-NU.

2.

Jekk l-eżistenza ta' dan ir-riskju tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ġenerali ta' detenzjoni, trid issir verifika dwar jekk hemmx raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li dan ir-riskju reali ta' trattament degradanti u inuman jeżisti fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ għall-persuna rikjesta:

l-obbligu li ssir it-talba fuq il-bażi tal-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE — mill-awtorità ġudizzjarja emittenti biex b'urġenza tagħti l-informazzjoni supplimentari meħtieġa kollha dwar il-kundizzjonijiet li fihom huwa maħsub li se tinżamm il-persuna rikjesta;

il-possibiltà li tintalab informazzjoni marbuta mal-eżistenza ta' mekkaniżmi potenzjali għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni;

il-possibiltà li jiġi ffissat limitu ta' żmien għar-risposta , filwaqt li jitqies il-ħin meħtieġ għall-ġbir tal-informazzjoni kif ukoll il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

3.

Jekk tiġi identifikata l-eżistenza ta' riskju reali ta' trattament degradanti u inuman għall-persuna rikjesta, skont l-informazzjoni miksuba mill-awtorità emittenti u kull informazzjoni oħra li tista' tkun disponibbli għall-awtorità ġudizzjarja eżekutorja (u sakemm tingħata deċiżjoni finali dwar l-MAE):

l-obbligu ta' posponiment tal-eżekuzzjoni tal-MAE konċernat . Il-Eurojust irid jiġi infurmat (skont l-Artikolu 17(7) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE);

il-possibiltà li l-persuna konċernata tinżamm f'kustodja , iżda biss jekk il-proċedura għall-eżekuzzjoni tal-MAE tkun saret b'mod diliġenti bizzejjed u t-tul ta' żmien tad-detenzjoni mha jkunx eċċessiv (skont is-sentenza fil-Kawża Lanigan, C-237/15, paragrafi 58 sa 60) b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta' innoċenza garantit mill-Artikolu 48 tal-Karta u r-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 52(1) tal-Karta;

il-possibiltà jew anke l-obbligu tal-ħelsien provviżorju tal-persuna konċernata akkumpanjata minn miżuri li jevitaw il-li l-persuna taħrab.

4.

Id-deċiżjoni finali:

jekk l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja, fuq l-informazzjoni li rċeviet mill-awtorità ġudizzjarja emittenti, tista' tara li ma hemmx riskju reali ta' trattament degradanti u inuman tal-persuna rikjesta, hija għandha tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE;

jekk l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja ssib li ma tistax teskludi r-riskju ta' trattament degradanti u inuman fi żmien raġonevoli, hija trid tiddeċiedi jekk għandhiex ittemm il-proċedura ta' konsenja.

5.7.   Il-proporzjonalità — ir-rwol tal-Istat Membru eżekutorju

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ma tipprovdix għall-possibiltà li ssir valutazzjoni tal-proporzjonalità ta' MAE mill-Istat Membru emittenti. Dan huwa b'konformità mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Jekk fl-Istat Membru eżekutorjujirriżulta tħassib serju dwar il-proporzjonalità tal-MAE riċevut, l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u eżekutorji huma mħeġġa jikkomunikaw b'mod dirett bejniethom. Huwa antiċipat li dawn il-każijiet jinqalgħu biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Permezz ta' konsultazzjoni l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jkunu jistgħu isibu soluzzjoni aktar adatta (ara t-Taqsima 4.4 dwar il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti). Pereżempju, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, il-MAE jista' jiġi rtirat u jintużaw miżuri oħra previsti mil-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni.

F'dawn is-sitwazzjonijiet l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jikkonsultaw ukoll lill-Eurojust jew lill-punti ta' kuntatt tan-NĠE. Dawn il-korpi jistgħu jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u jgħinu biex jinstabu soluzzjonijiet.

5.8.   Il-garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru emittenti

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE jgħid li l-eżekuzzjoni tal-MAE mill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista', minħabba l-liġi nazzjonali tagħha, tkun soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jikkonċernaw ir-rieżami tal-kundanna ta' għomor il-ħabs u r-ritorn ta' ċittadini lill-Istat Membru eżekutorju biex jiskontaw is-sentenzi tagħhom ta' priġunerija.

Dawn il-garanziji jistgħu jingħataw direttament mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti jew permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri emittenti u eżekutorji. Madankollu, huma jistgħu jikkonċernaw biss is-suġġetti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja (l-aktar fis-sentenzi tagħha fil-Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15 PPU, Aranyosi and Căldăraru, paragrafu 80, u fil-Kawża C-237/15 PPU, Lanigan, paragrafu 36).

N.B.: Il-garanzija dwar ir-ritrattazzjoni għad-deċiżjonijiet mogħtija in absentia fl-Artikolu 5(1) ġiet imħassra mid-Deċiżjoni Kwadru 2009/299/ĠAI u sostitwita mill-Artikolu 4a il-ġdid li għandu aktar dispożizzjonijiet komprensivi dwar id-deċiżjonijiet in absentia (ara t-Taqsima 5.5 ta' dan il-Manwal).

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-306/09 I.B.  (39) il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li:

“L-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (…) għandhom jiġu interpretati li jfissru li, fejn l-Istat Membru eżekutorju ittraspona l-Artikoli 5(1) u l-Artikolu 5(3) ta' dik id-deċiżjoni Kwadru fis-sistema legali tiegħu, l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta' sentenza mogħtija in absentia fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tad-deċiżjoni Kwadru, tista' tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna konċernata, ċittadin jew residenti tal-Istat Membru eżekutorju, għandu jiġi ritornat lill-Istat Membru eżekutorju sabiex, skont il-każ, jiskonta hemmhekk is-sentenza mogħtija kontrih, wara proċess ġdid immexxi fil-preżenza tiegħu fl-Istat Membru emittenti”.

5.8.1.   Ir-rieżami tas-sentenza ta' għomor il-ħabs jew ta' ordni ta' detenzjoni għal għomor

F'każijiet fejn il-MAE ikun inħareġ għal reat li huwa punibbli b'sentenza ta' għomor il-ħabs jew ordni ta' detenzjoni għal għomor, l-Istat Membru eżekutorju jista' jeħtieġ garanzija tar-rieżami mill-Istat emittenti (l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Is-sentenzi ta' għomor il-ħabs jirreferu għas-sentenzi skontati l-ħabs. L-ordni ta' detenzjoni għa għomor jirreferi għal tipi oħra ta' detenzjoni, pereżempju, f'faċilitajiet ta' trattament psikjatriku.

Il-garanzija tista' tingħata mill-Istat Membru emittenti billi juri li skont is-sistema legali tiegħu, il-piena jew il-miżura imposta tista' tiġi riveduta jew fuq talba jew l-aktar tard wara 20 sena. Alternattivament, li dik il-persuna għandha dritt tapplika għal miżuri ta' klemenza skont il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru emittenti, biex ma ssirx l-eżekuzzjoni ta' dik il-piena jew miżura, hija garanzija suffiċjenti.

5.8.2.   Ir-ritorn taċ-ċittadini u residenti

Il-MAE jipprevedi r-ritorn tal-persuna rikjesta biex tiskonta s-sentenza ta' priġunerija fil-pajjiż ta' oriġini tagħha. Skont l-Artikolu 5(3) meta l-persuna li hija soġġetta għal MAE għall-finijiet ta' prosekuzzjoni hija ċittadini jew residenti fl-Istat eżekutorju, l-Istat Membru eżekutorju jista' jimponi l-kundizzjoni li din il-persuna għandha tiġi ritornata fuq it-territorju tagħha mill-Istat Membru emittenti biex tiskonta s-sentenza ta' priġunerija jew l-ordni ta' detenzjoni mogħtija fl-Istat Membruemittenti.

Dik il-kundizzjoni għandha tiġi ddikjarata b'mod ċar mill-Istat Membru eżekutorju. Fejn possibbli, l-Istat emittenti u dak eżekutorju għandhom jaqblu fuq id-dettalji ta' dik il-kundizzjoni qabel jiddeċiedi dwar il-konsenja l-Istat Membru eżekutorju.

Meta jkun diġa' magħruf li l-persuna rikjesta hija ċittadina jew residenti tal-Istat Membru eżekutorju, l-awtorità ġudizzjarja emittenti, qabel il-ħruġ tal-MAE, tkun tista' diġa' tindika, fil-formola tal-MAE, il-kunsens tagħha dwar il-kundizzjoni għal ritorn potenzjali.

L-Istat Membru emittenti huwa responsabbli biex jiżgura li tiġi sodisfata dik il-kundizzjoni. Meta s-sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni mogħtija kontra l-persuna konsenjata ssir finali, l-Istat Membru emittenti jrid jikkuntattja lill-Istat Membru eżekutorju biex jagħmel l-arranġamenti għar-ritorn. L-Istat Membru emittenti għandu jiżgura li s-sentenza tiġi tradotta fil-lingwa tal-Istat eżekutorju.

L-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI fih ukoll dispożizzjoni speċifika dwar l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ta' kustodja fl-Istat eżekutorju f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE. Għat-trasferiment tas-sentenza lill-Istat Membru eżekutorju fejn tiġi eżegwita, iridu jiġu applikati l-proċedura u l-kundizzjonijiet mitluba mid-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI (ara t-Taqsima 2.5.2 ta' dan il-Manwal).

5.9.   Il-posponiment jew konsenja temporanja

5.9.1.   Raġunijiet umanitarji serji

Wara li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tkun iddeċidiet li teżegwixxi l-MAE, jibda jiddekorri l-limitu ta' żmien ta' għaxart ijiem għall-konsenja tal-persuna (kif spjegat fit-Taqsima 4.2). Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista', b'mod eċċezzjonali, tiddeċiedi li tippostponi l-konsenja temporanja għal raġunijiet umanitarji serji. Din ir-raġuni tista' tkun, pereżempju, għaliex hemm raġunijiet sostanzjali li jindikaw li l-konsenja tqiegħed f'periklu ċar ħajjet jew saħħet il-persuna rikjesta (l-Artikolu 23(4) tad-Deċiżjon Kwadru dwar il-MAE).

L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għandha sseħħ malli dawn ir-raġunijiet jieqfu jeżistu. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti u għandu jsir qbil dwar data ta' konsenja ġdida. F'dak il-każ, il-konsenja trid issir fi żmien għaxart ijiem mid-data l-ġdida miftiehma. Wara li tiskadi dik l-iskadenza, il-persuna ma tistax tibqa' tinżamm f'kustodja mill-Istat Membru eżekutorju abbażi tal-MAE u trid tinħeles (l-Artikolu 23(5) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

F'sitwazzjonijiet fejn raġunijiet umanitarji ta' dan it-tip huma indefiniti jew permanenti, l-awtoritajiet emittenti u eżekutorji jistgħu jikkonsultaw lil xulxin u jaraw jekk hemmx alternattivi għall-MAE. Pereżempju, jistgħu jiġu eżaminati l-possibiltajiet li jiġu trasferiti l-proċedimenti jew is-sentenza ta' priġunerija lill-Istat Membru eżekutorju jew jiġi irtirat il-MAE (pereżempju f'każ ta' marda serja permanenti).

5.9.2.   Il-proċedura kriminali li għadha għaddejja jew l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista', wara li tiddeċiedi li teżegwixxi l-MAE, tippostponi l-konsenja tal-persuna rikjesta sabiex tkun tista' ssir prosekuzzjoni oħra kontra dik il-persuna fl-Istat Membru eżekutorju għal reat ieħor (l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

F'dawk is-sitwazzjonijiet il-konsenja għandha ssir immedjatament wara li titlesta l-prosekuzzjoni, f'data li dwarha jkun hemm qbil bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u eżekutorji.

Meta l-persuna rikjesta tkun diġa' ġiet ikkundannata għal reat ieħor, il-konsenja tista' tiġi posposta sabiex dik il-persuna tkun tista' tiskonta s-sentenza għal dak ir-reat fl-Istat Membru eżekutorju (l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

F'dawn is-sitwazzjonijiet il-konsenja għandha ssir wara li l-persuna tkun skontat is-sentenza f'data li dwarha jkun hemm qbil bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u eżekutorji.

N.B.: Jekk il-proċedura kriminali fl-Istat eżekutorju tikkonċerna l-istess reat li huwa l-bażi għall-MAE, l-Istat eżekutorju jista' jirrifjutal-eżekuzzjoni tal-MAE (għal dak ir-reat) (ara l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE u t-Taqsima 5.4.2 ta' dan il-Manwal). Meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE l-eżekuzzjoni tal-MAE trid tiġi rifjutata (ara t-Taqsima 5.4.1 ta' dan il-Manwal).

5.9.3.   Il-konsenja temporanja minflok il-postponiment

Fis-sitwazzjonijiet deskritti fit-Taqsima 5.9.2, minflok il-postponiment tal-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tikkonsenja temporanjament lill-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti (l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni ta' Kwadru dwar il-MAE). Dan jista' jsir biex issir il-prosekuzzjoni tal-persuna jew l-eżekuzzjoni ta' sentenza diġa' mogħtija.

L-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji u emittenti jridu jaqblu dwar il-kundizzjonijiet ta' dik il-konsenja bil-miktub u b'termini ċari. Dak il-ftehim huwavinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha fl-Istat Membru emittenti (l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

Il-konsenja temporanja tippermetti li ma jkunx hemm dewmien twil fil-proċedimenti fl-Istat Membru emittenti minħabba il-fatt li l-persuna tkun diġa għaddiet proċess jew tkun diġa ingħatat sentenza fl-Istat Membru eżekutorju.

5.9.4.   Il-posponiment tal-MAE minħabba l-identifikazzjoni ta' riskju reali li l-persuna rikjesta tingħata trattament degradanti u inuman

F'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15 PPU Aranyosi and Căldăraru, jekk tiġi identifikata l-eżistenza ta' riskju reali li l-persuna rikjesta tingħata trattament degradanti u inuman, skont l-informazzjoni miksuba mill-awtorità ġudizzjarja emittenti u kull informazzjoni oħra li tista' tkun disponibbli għall-awtorità ġudizzjarja eżekutorja (u sakemm tingħata deċiżjoni finali dwar l-MAE), l-eżekuzzjoni tal-MAE trid tiġi postposta, iżda mhux abbandunata. Meta l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiddeċiedi dwar dan il-postponiment, l-Istat Membru eżekutorju għandu jinforma lill-Eurojust, skont l-Artikolu 17(7) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, u tagħti raġunijiet għad-dewmien (ara t-Taqsima 5.6 u 4.1 ta' dan il-Manwal).

5.10.   MAE multipli għall-istess persuna

5.10.1.   Kif tiddeċiedi liema MAE teżegwixxi

Jistgħu jeżistu diversi MAE għall-istess persuna fl-istess żmien, jew għall-istess atti jew għal atti differenti, u jistgħu jkun nħarġu mill-awtoritajiet ta' Stat Membru wieħed jew aktar. Il-linji gwida li ġejjin japplikaw irrispettivament mill-fatt li l-MAE inħarġu għall-istess atti jew għal atti differenti.

F'każ ta' MAE multipli għall-istess persuna l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiddeċiedi billi tqis iċ-ċirkostanzi kollha (l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Jingħata parir li qabel tieħu deċiżjoni l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tipprova tikkoordina fost l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti li jkunu ħarġu l-MAEs. Jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti jkunu diġa' kkoordinaw bejniethom minn qabel, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha żżommu f'moħħha, għalkemm mhijiex marbuta bil-ftehimiet li setgħu laħqu skont id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' titlob parir mingħand il-Eurojust (l-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Il-Eurojust jista' jiffaċilità u jħaffef il-koordinazzjoni u jista' jintalab jagħti opinjoni dwar il-MAE konkurrenti. Idealment id-deċiżjoni dwar liema MAE għandu jiġi eżegwit għandha tittieħed bil-kunsens tal-awtoritajiet emittenti kollha.

Meta' tikkunsidra liema mill-MAE għandha teżegwixxi u jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti laħqux ftehim, l-awtorità eżekutorja għandha tqis il-fatturi li ġejjin (l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE):

(a)

is-serjetà relattiva tar-reati;

(b)

il-post fejn saru r-reati;

(c)

id-dati rispettivi tal-MAEs;

(d)

jekk il-mandat inħariġx biex issir il-prosekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ta' ordni ta' detenzjoni.

Din il-lista mhix eżawrijenti. Barra minn hekk, mhemmx regoli stretti dwar liema fattur għandu jingħata prijorità — dan għandu jiġi kkunsidrat fuq bażi ta' każ b'każ. F'kull każ, l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE jitlob li l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tikkunsidra sew is-sitwazzjoni. Għalhekk, deċiżjoni sempliċi tat-tip “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” għandha tiġi evitata.

L-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji jistgħu jirreferu wkoll għal-Linji Gwida għad-Deċiżjoni fuq MAEs Konkurrenti tal-Eurojust, inklużi fir-rapport annwali tal-Eurojust għall-2004 (disponibbli fuq is-sit elettroniku www.eurojust.europa.eu).

Meta tittieħed id-deċiżjoni ta' konsenja huwa mportanti li l-awtorità eżekutorja tindika b'mod ċar liema MAE huwa l-bażi għall-konsenja. Barra minn hekk, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru eżekutorju mbagħad ikollu bżonn jibgħat il-formola G lil kull Stat Membru konċernat (il-punt 3.2 tal-Manwal SIRENE).

L-evalwazzjoni dwar liema MAE għandu jiġi eżegwit għandha tikkonċerna biss dawk il-MAE li huma eżekuttivi. Għalhekk l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tevalwa inizjalemnt kull MAE sabiex tara jekk jistgħux jiġu eżegwiti waħedhom. Jekk ikun hemm raġuni biex ma ssirx l-eżekuzzjoni ta' xi wieħed minn dawn il-MAE, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista', biex l-affarijiet ikunu iktar ċari, tieħu deċiżjoni separata li ma teżegwixxix dak il-MAE.

5.10.2.   “Proċedimenti paralleli”

Meta jinħarġu MAEs għal reati dwar l-istess fatti u għall-istess persuna minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom id-dmir li jikkomunikaw u jikkooperaw. Dak id-dmir ġej mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kunflitti fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (40). F'dawk is-sitwazzjonijiet, huwa rakkomandata li l-awtoritajiet kompetenti jirreferu għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom li timplimenta dik id-Deċiżjoni Kwadru.

Meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti involuta trid tirreferi l-każ lill-Eurojust fejn il-Eurojust għandha kompetenza biex taġixxi (41). Il Eurojust tista' tiġi konsultata wkoll f'sitwazzjonijiet oħra.

L-Istati Membri li jirċievuMAE paralleli għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti bil-proċedimenti paralleli.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu ħarġu MAE għandhom jinfurmaw lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja dwar il-koperazzjoni tagħhom biex isolvu l-kunflitt ta' ġurisdizzjoni u kull kunsens miksub f'dik il-proċedura.

6.   TNAQQIS FIL-PERJODU TA' DETENZJONI SKONTAT FL-ISTAT MEMBRU TA' EŻEKUZZJONI

Wara l-konsenja tal-persuna rikjesta, l-Istat Membru emittenti għandu jqis il-perjodi ta' detenzjoni li jkunu rriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-MAE. Dawk il-perjodi kollha jridu jitnaqqsu mill-perjodu totali tas-sentenza ta' priġunerija jew id-detenzjoni li trid tiġi skontata fl-Istat Membru emittenti (l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Jekk il-persuna tiġi lliberata, jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru emittenti dwar il-kumpens għad-danni.

Għal din ir-raġuni, kif deskritt fit-Taqsima 4.5.2, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja jew l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru eżekutorju għandhom jagħtu l-informazzjoni kollha dwar it-tul ta' żmien li l-persuna rikjesta nżammet taħt kustodja minħabba l-MAE. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fil-waqt tal-konsenja (ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-294/16 PPU JZ).

7.   IL-KONSENJA SUSSEGWENTI

7.1.   Lil Stat Membru ieħor

Wara l-konsenja tal-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti fuq il-bażi tal-MAE, dak l-Istat Membru jista' jkollu bżonn jiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta' MAE ieħor maħruġ minn Stat Membru ieħor fir-rigward tal-istess persuna. Skont l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, l-Istat Membru emittenti jista' sussegwentement jikkonsenja l-persuna lil Stat Membru ieħor mingħajr il-kunsens tal-Istat Membru eżekutorju oriġinali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-persuna rikjesta, wara li kellha l-opportunità li tħalli t-territorju tal-Istat Membru li lilu ġiet konsenjata, ma titlaqx fi żmien 45 ġurnata mill-ħelsien definitiv tagħha, jew tkun reġgħet lura lejn dak it-territorju wara li tkun ħallietu;

(b)

meta l-persuna rikjesta taċċetta li tiġi konsenjata lil Stat Membru li mhux l-Istat Membru eżekutorju wara l-ħruġ ta' MAE;

Il-kunsens mill-persuna rikjesta jeħtieġ li jingħata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti. Għandu jiġi rreġistrat skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat. Il-kunsens għandu jsir b'mod li jkun jidher ċar li l-persuna tagħtu volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi.

(c)

fejn il-persuna rikjesta ma tkunx soġġetta għar-regola ta' speċjalità. Ir-regola ta' speċjalità, fejn applikabli, ma tippermettix li l-persuna rikjesta għal reati li għalihom ma tkunx ġiet konsenjata tiċċaħħad mil-libertà, b'hekk ma tippermettix wkoll il-konsenja sussegwenti (ara t-Taqsima 2.6).

F'każijiet oħra, jeħtieġ il-kunsens tal-Istat Membru eżekutorju oriġinali għal kull konsenja sussegwenti (42). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih ġie mitlub il-kunsens huwa fih innifsu soġġett għall-konsenja skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, sakemm ma tkunx tapplika xi raġuni obbligatoja jew fakultattiva biex l-eżekuzzjoni ma ssirx.

Fejn applikabbli, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tista' tissuġġetta l-kunsens tagħha għal waħda mill-kundizzjonijiet dwar priġunerija għall-għomor u r-ritorn ta' ċittadini u residenti stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE (ara t-Taqsima 5.8 ta' dan il-Manwal). F'dawk il-każijiet l-Istat Membru emittenti jrid jagħti l-garanziji xierqa (l-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE).

Meta l-persuna tkun ġiet soġġetta għal aktar minn konsenja waħda bejn l-Istati Membri minħabba MAEs suċċessivi, il-konsenja sussegwenti ta' dik il-persuna lil Stat Membru li mhux l-Istat Membru li jkun ikkonsenjaha l-aħħar hija soġġetta biss għall-kunsens tal-Istat Membru li wettaq l-aħħar konsenja (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-192/12 PPU West) (43).

Proċedura

It-talba għall-kunsens għandha tiġi sottomessa bl-istess proċedura u għandu jkun fiha l-istess informazzjoni bħal MAE normali. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti titrażmetti t-talba għall-kunsens direttament lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja li tkun kkonsenjat il-persuna. L-informazzjoni li jeħtieġ ikun fiha t-talba, kif stipulat fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, għandha tiġi tradotta bl-istess regoli tal-MAE. L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kunsens mhux aktar tard minn 30 jum wara li tasal it-talba (l-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-192/12 PPU West

“L-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (…) għandu jiġi interpretat li jfisser li, fejn persuna tkun soġġetta għal aktar minn konsenja waħda bejn l-Istati Membri minħabba diversi MAEs suċċessivi, il-konsenja sussegwenti ta' dik il-persuna lil Stat Membru li mhux l-Istat Membru li jkun ikkonsenjaha l-aħħar hija soġġetta biss għall-kunsens tal-Istat Membru li wettaq l-aħħar konsenja”.

7.2.   Lil Stat terz

Persuna li tkun ġiet konsenjata skont MAE m'għandhiex tkun estradita lejn Stat li mhux Stat Membru (Stat terz) mingħajr il-kunsens ta' awtorità kompetenti tal-Istat Membru li kkonsenja l-persuna. Dak il-kunsens jingħata skont il-ftehimiet dwar l-estradizzjoni li bihom huwa marbut l-Istat Membru, kif ukoll skont il-liġi domestika tiegħu (l-Artikolu 28(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

8.   OBBLIGI FIR-RIGWARD TA' PAJJIŻI TERZI

8.1.   MAEs simultanji u talbiet ta' estradizzjoni għall-istess persuna

8.1.1.   Talbiet minn pajjiżi terzi

Stat Membru jista' jirċievi talba għal MAE u talba simultanja għall-estradizzjoni mingħand Stat terz fir-rigward tal-istess persuna li tkun tinsab fit-territorju tiegħu. Jistgħu jikkonċernaw l-istess atti jew atti differenti. L-Istat Membru jista' jkollu awtoritajiet responsabbli differenti biex jiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni tal-MAE u t-talba għal estradizzjoni. F'dawn il-każijiet, dawn l-awtoritajiet iridu jikkooperaw meta jiddeċiedu dwar is-sitwazzjoni abbażi tal-kriterji msemmija hawn qabel. Pariri u koordinazzjoni bejn l-Istati nvoluti jistgħu jintalbu wkoll mill-Eurojust jew min-NĠE.

Ma hemmx regoli fid-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE dwar liema talba għandha tingħata preċedenza. Skont l-Artikolu 16(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE l-Istat Membru jrid iqis sewwa ċ-ċirkostanzi kollha, u b'mod partikolari il-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE biex tittieħed deċiżjoni dwar liema talba għandha tiġi eżegwita meta iktar minn waħda minnhom tkun tirrigwardal-istess persuna.

Għalhekk, għandhom jiġi kkunsidrati l-fatturi li ġejjin mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

is-serjetà relativa tar-reati;

(b)

il-post fejn saru r-reati;

(c)

id-dati rispettivi tal-MAE u tat-talba għall-estradizzjoni rispettivament;

(d)

jekk il-mandat inħariġx bil-għan li tinbeda l-prosekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ta' ordni ta' detenzjoni.

L-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji jistgħu jirreferu wkoll għal-Linji Gwida sabiex tittieħed Deċiżjoni dwar EAW li jikkompetu tal-Eurojust, inklużi fir-rapport annwali tal-Eurojust għall-2004 (disponibbli fuq is-sit elettroniku www.eurojust.europa.eu).

Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu kwalunkwe kriterji msemmija fil-ftehim rilevanti dwar l-estradizzjoni. Dawk il-kriterji jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, ir-raġunijiet li għalihom estradizzjoni tkun ġiet miċħuda u r-regoli dwar it-talbiet multipli għall-estradizzjoni.

Meta tiġi indirizzata talba għall-estradizzjoni minn Stat terz lil Stat Membru li għandu fis-seħħ regoli li jipproteġu liċ-ċittadini tiegħu kontra l-estradizzjoni u t-talba tkun tikkonċerna ċittadin ta' Stat Membru ieħor, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tinforma lill-Istat Membru li ċ-ċittadin konċernat huwa ċittadin proprju u fejn applikabbli, tikkonsenja l-persuna lil dak l-Istat Membru skont il-MAE tiegħu, f'konformità mas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-182/15 Petruhhin  (44).

“L-Artikolu 18 TFUE u l-Artikolu 21 TFUE għandhom jiġu interpretati li jfissru li, meta Stat Membru li fih iċċaqlaq ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta' Stat Membru ieħor jirċievi talba għall-estradizzjoni minn Stat terz li miegħu l-ewwel Stat Membru ffirma ftehim dwar l-estradizzjoni, irid jinforma lill-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin u, jekk hekk jitlob dak l-Istat Membru, jikkonsenja dak iċ-ċittadini lilu, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (…) sakemm dak l-Istat Membru għandu ġuriżdizzjoni, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali tiegħu, biex imexxi prosekuzzjoni kontra dik il-persuna għal reati kommessi barra t-territorju nazzjonali tiegħu.

Fejn Stat Membru jirċievi talba minn Stat terz għall-estradizzjoni ta' ċittadin ta' Stat Membru ieħor, dak l-ewwel Stat Membru jrid jivverifika li l-estradizzjoni tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet msemmija fl-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.”

8.1.2.   Talbiet mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC)

Jekk Stat Membru jirċievi simultanjament mill-ICC MAE u talba għall-estradizzjoni għall-istess persuna, l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha msemmija fit-Taqsima 8.1.1. Madankollu, l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jieħdu preċedenza fuq l-eżekuzzjoni tal-MAE (l-Artikolu 16(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

8.2.   Estradizzjoni preċedenti minn Stat terz u r-regola ta' speċjalità

Jekk il-persuna rikjesta tkun ġiet estradita lejn l-Istat Membru eżekutorju minn Stat terz, l-estradizzjoni tista' tinvolvi r-regola ta' speċjalità, u dan skont ir-regoli tal-ftehim applikabbli dwar l-estradizzjoni. Skont ir-regola ta' speċjalità il-persuna estradita tista' tkun soġġetta għal prosekuzzjoni jew għaċ-ċaħda ta' libertà biss għar-reat(i) li għalihom tkun ġiet estradita. Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu li titħares ir-regola ta' speċjalità f'dawn is-sitwazzjonijiet (l-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). Dan ifisser li l-Istat Membru eżekutorju jista' jitwaqqaf milli jikkonsenja ulterjorment il-persuna mingħajr il-kunsens tal-Istat li minnhu tkun ġiet estradita l-persuna rikjesta.

Biex jissolvew dawn is-sitwazzjonijiet, id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE titlob li l-Istat Membru eżekutorju jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex immediatament jitlob il-kunsens tal-Istat terz (li minnhu tkun ġiet estradita l-persuna rikjesta) i sabiex dik il-persuna tkun tista' tiġi konsenjata lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-MAE (l-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

It-termini perentorjiimsemmija fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (ara t-Taqsima 4.1 ta' dan il-Manwal) m'għandhomx jibdew jiddekorru qabel id-data li fiha jieqfu japplikaw dawk ir-regoli ta' speċjalità. Sakemm tkun pendenti d-deċiżjoni tal-Istat terz li minnhu tkun ġiet estradita l-persuna rikjesta, l-Istat Membru eżekutorju jrid jiżgura li jibqgħu sodisfatti l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva (l-Artikolu 21 dawn ir-regoli ta' speċjalità). B'mod partikolari, jista' jkun meħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex il-persuna ma tkunx tista' taħrab.

9.   TRANŻITU

9.1.   Tranżitu minn Stat Membru ieħor

Tranżitu (l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE) jikkonċerna s-sitwazzjoni fejn il-persuna rikjesta tiġi trasferita lill-Istat Membru emittenti mill-Istat Membru eżekutorju billi tingħadda mit-territorju, l-art jew l-ibħra ta' Stat Membru terz. F'dawn il-każijiet, l-Istat Membru terz irid jippermetti li jsir it-tranżitu. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti jrid, madankollu, jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Istat Membru terz:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna soġġetta għall-MAE;

(b)

l-ezistenza ta' MAE;

(c)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat; u

(d)

id-deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi tar-reat, inklużi d-data u l-post.

Biex it-tranżitu jiġi ffaċilitat, jinħtieġ li din l-informazzjoni tiġi pprovduta malajr kemm jista' jkun qabel ma jiġi organizzat it-tranżitu. L-awtorità ġudizzjarja emittenti għalhekk jaqblilha tqis li jaf ikun hemm bżonn li jsir tranżitu anke qabel ma tilħaq ftehim dwar id-data tal-konsenja mal-awtorità ġudizzjarja eżekutorja. Dan hu importanti wkoll biex jiġu rispettati t-termini perentorju għall-konsenja tal-persuna stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (normalment għaxart (10) ijiem).

Jinħtieġ li l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-awtorità responsabbli milli tirċievi talbiet ta' tranżitu fl-Istat Membru kkonċernat. L-informazzjoni dwar dawn l-awtoritajiet f'kull Stat Membru jistgħu jinstabu fis-sit tan-NĠE (l-Atlas Ġudizzjarju, Fiches belges). L-informazzjoni tista' tiġi pprovduta lill-awtorità rilevanti b'kull mezz li kapaċi jirriżulta f'forma bil-miktub, inkluża il-posta elettronika. L-Istat Membru ta' tranżitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu billi juża l-istess proċedura (l-Artikolu 25(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE).

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ma tistabbilix limitu taż-żmien għal talbiet ta' tranżitu, imma l-Istat tat-tranżitu għandu jittrattahom mingħajr dewmien.

Jekk it-trasport isir bl-ajru mingħajr waqfa skedata f'pajjiż terz, ir-regoli msemmija ma japplikawx. Madankollu, jekk ikun hemm żbark mhux pjanifikat, l-Istat Membru emittenti jrid jipprovdi lill-awtorità nnominata fl-Istat ta' tranżitu l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bħal fil-każ ta' tranżitu bl-art jew bil-baħar (l-Artikolu 25(4) tad-Deċiżjoni Kwardru dwar il-MAE).

9.2.   Ċittadini u residenti tal-Istat Membru li fih isir it-tranżitu

L-eċċezzjonijiet għad-dmir li jkun permess tranżitu jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn persuna suġġetta għal MAE tkun ċittadin jew resident tal-Istat Membru ta' tranżitu. Jekk il-MAE jinħareġ bil-għan li tinbedal-prosekuzzjoni, l-Istat Membru ta' tranżitu jista' jimponi l-kundizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemgħet, tiġi rritornata lill-Istat Membru ta' tranżitu biex tiskonta s-sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni mogħtija fil-konfront tagħha fl-Istat Membru emittenti (l-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE). F'dan ir-rigward,, jinħtieġ li l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ikun osservat mutatis mutandis (ara t-Taqsima 5.8.2 ta' dan il-Manwal). Jekk il-MAE jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni, l-Istat Membru ta' tranżitu jista' jirrifjuta li jsir it-tranżitu.

9.3.   Estradizzjoni minn Stat terz lejn Stat Membru

Għalkemm id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ma tikkonċernax direttament l-estradizzjoni minn Stati terzi, ir-regoli tat-tranżitu fl-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ippreżentati fit-Taqsimiet 9.1 u 9.2 japplikaw mutatis mutandis għall-estradizzjoni minn Stat terz lejn Stat Membru. F'dan il-kuntest, l-espressjoni “mandat ta' arrest Ewropew” fl-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE trid tinqara bħala “talba għal estradizzjoni” (l-Artikolu 25(5)).

10.   MAE MHUX EŻEGWITI

10.1.   Iċ-ċertezza li l-persuna ma terġax tiġi arrestata fl-istess Stat Membru

Meta l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiddeċiedi li tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-MAE, jeħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tiżgura li fit-territorju tagħha, il-MAE miċħud ma jkunx għadu jista' jwassal għall-arrest tal-persuna rikjesta. Biex tkun żgura, trid tieħu l-passi li ġejjin biex:

(a)

l-allert SIS ekwivalenti jkun “immarkat”; u

(b)

jitħassru l-allerti ekwivalenti fis-sistemi domestiċi, jekk ikun hemm. Għal iktar informazzjoni dwar il-proċedura għall-immarkar ara l-punt 2.6 tal-Manwal SIRENE.

10.2.   Komunikazzjoni lill-Istat Membru emittenti

L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja trid tikkomunika lill-awtorità emittenti d-deċiżjoni tagħha dwar il-passi li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-MAE (l-Artikolu 22). Għal dan il-għan, huwa rakkomandat li tintuża l-formola standard ippreżentata fl-Anness VII ta' dan il-Manwal. Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tiddeċiedi li tiċħad l-eżekuzzjoni tal-MAE, din il-komunikazzjoni tagħti lill-awtorità ġudizzjarja emittenti l-possibbiltà li tikkunsidra għandhiex iżżomm jew tirtira l-MAE.

10.3.   L-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti iqisu jekk iżommux il-MAE

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ma titlobx li MAE jiġi irtirat jekk Stat Membru jirrifjuta li jeżegwih — Stati Membri oħra xorta jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jeżegwixxu l-MAE. Għalhekk, il-MAE u l-allert SIS ekwivalenti jibqgħu validi kif inhuma, sakemm l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tiddeċidix li tirtirah.

Madankollu, jinħtieġ li dejjem ikun hemm raġunijiet leġittimi għal kull MAE eżistenti. Meta tqis jekk iżżommx il-MAEwara li Stat Membru jkun irrifjuta li jeżegwieh, l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, inklużi d-drittijiet fundamentali. B'mod partikolari jistgħu jiġu kkunsidrati l-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

huwa probabbli li r-raġuni għan-noneżekuzzjoni obbligatorja li applikat l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tkun applikata mill-Istati Membri l-oħrajn? Dan hu partikolarment rilevanti fir-rigward tal-prinċipju ne bis in idem (l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE);

(b)

għadu proporzjonat li jinżamm il-MAE (ara t-Taqsima 2.4)?;

(c)

il-MAE huwa l-unika miżura li x'aktarx li tkun effettiva (ara t-Taqsima 2.5)?.

10.4.   Reviżjoni ta' MAE li jkunu ilhom fis-SIS

Kull awtorità emittenti jinħtieġ li tibqa' attenta għall-allerti tagħha fis-SIS. Hija jaf ikollha tosserva l-istatut tal-limitazzjonijiet tar-reati kkonċernati u kull bidla rilevanti fil-proċess kriminali u l-leġiżlazzjoni domestika li taffettwa l-pożizzjoni tal-persuna rikjesta.

Skont id-Deċiżjoni SIS II, l-allerti fuq persuni mdaħħla fis-SIS jistgħu jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan għalih ikunu ddaħħlu (l-Artikolu 44(1) tad-Deċiżjoni SIS II,). Malli ma jibqax ikun hemm iktar raġunijiet għal MAE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti għandha tħassru mis-SIS II. MAE li jiddaħħlu fis-SIS II jibqgħu hemm sa tliet snin (sakemm ma jkunux inħarġu għal perjodu iqsar) u wara jitħassru awtomatikament (l-Artikolu 44(5) tad-Deċiżjoni SIS II). Għalhekk, fi kwalunkwe każ fi żmien tliet snin mid-dħul tal-MAE fis-SIS II, l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tiddeċiedi testendix id-durata tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu ta' reviżjoni iqsar (l-Artikolu 44(3) tad-Deċiżjoni SIS II).

L- allerti għall-MAE għandhom jitħassru fi kwalunkwe każ mis-SIS ladarba l-persuna tkun ġiet kkonsenjata.

11.   ID-DRITTIJIET PROĊEDURALI TAL-PERSUNA RIKJESTA

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE tikkonċedi bosta drittijiet proċedurali lill-persuna rikjesta. B'konformità mal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, il-persuna rikjesta għandha d-dritt li tkun infurmata bil-MAE u dwar il-kontenut tiegħu u dwar il-possibbiltà li tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja u dwar id-dritt għal konsulent legali u għal interpretu. Dawn id-drittijiet iridu jingħataw b'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru eżekutorju. Barra minn hekk, diversi dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE jagħtu drittijiet lill-persuna rikjesta, b'mod partikolari l-Artikolu 4a(2) (id-dritt għall-informazzjoni dwar is-sentenzi mogħtija in absentia), l-Artikolu 13(2) (konsulent legali meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-kunsens), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 19 (id-dritt għal smigħ), l-Artikolu 23(5) (rilaxx malli jiskadu t-termini perentorji għall-konsenja tal-persuna).

Dawn id-drittijiet huma msaħħa mill-istrumenti speċifiċi dwar il-garanziji proċedurali, kif spjegat fit-Taqsimiet 11.1 sa 11.8.

11.1.   Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni

Id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni japplika għall-eżekuzzjoni ta' MAE, kif stipulat mid-Direttiva 2010/64/Ue tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (45).

L-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2010/64/UE jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju jipprovdu d-drittijiet li ġejjin lil kull persuna suġġetta għal proċedimenti marbuta ml-MAE li ma jitkellmux il-lingwa tal-proċedimenti u ma jifhmuhiex:

(a)

id-dritt għall-interpretazzjoni, mingħajr dewmien, waqt proċeduri kriminali quddiem awtoritajiet investigattivi u ġudizzjarji, inkluż waqt l-interrogazzjoni mill-pulizija, waqt is-seduti kollha tal-qorti u waqt kull seduta interim li jaf ikun hemm bżonn;

(b)

id-dritt għall-interpretazzjoni fil-komunikazzjoni bejn persuni suspettati jew akkużati u l-avukat tagħhom b'konnessjoni diretta ma' kwalunkwe interrogazzjoni jew seduta waqt il-proċedimenti jew bil-preżentazzjoni ta' appell jew rikorsi proċedurali oħrajn; u

(c)

id-dritt li tiġi kkontestata deċiżjoni fejn jiġi deċiż li ma jkun hemm l-ebda bżonn ta' interpretazzjoni u l-possibbiltà li jsir ilment dwar il-kwalità tal-interpretazzjoni pprovduta jekk ma tkunx ta' livell suffiċjenti biex tiżgura smigħ xieraq.

L-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2016/64/UE jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru eżekutorju jipprovdu traduzzjoni bil-miktub tal-MAE lil kull persuna suġġetta għal proċedimenti għall-eżekuzzjoni ta' MAE u li ma tkunx tifhem il-lingwa tal-proċedimenti tal-MAE. Eċċezzjonalment, tista' tiġi pprovduta traduzzjoni orali jew taqsira orali bil-kundizzjoni li dik it-traduzzjoni jew taqsira orali ma xxekilx is-smigħ xieraq.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għandha tkun ta' kwalità suffiċjenti biex jingħata smigħ xieraq, b'mod partikolari billi tiżgura li l-persuni suspettati jew akkużati jkunu konxji tal-każ kontrihom u jkunu kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Importanti wkoll li wieħed jinnota li l-Istati Membri jridu jħallsu l-ispejjeż tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni, irrispettivament mill-eżitu tal-proċedimenti.

11.2.   Id-dritt għall-informazzjoni

Id-dritt għal informazzjoni bil-miktub dwar drittijiet mal-arrest, kif previst mid-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (46), japplika għall-persuni arrestati bil-għan li jiġi eżegwit MAE.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/13/UE jeħtieġ li persuni li jiġu arrestati bil-għan li jiġi eżegwit MAE jiġu pprovduti fil-pront b'Ittra ta' Drittijiet xierqa li jkun fiha informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE fl-Istat Membru eżekutorju. Fl-Anness II tad-Direttiva 2012/13/UE (riprodott fl-Anness IX ta' dan il-Manwal) hemm mudell indikattiv ta' Ittra tad-Drittijiet.

Meta tiġi pprovduta l-informazzjoni, dak il-fatt jiġi rreġistrat bl-użu tal-proċedura ta' reġistrazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Persuni suspettati jew akkużati għandhom id-dritt li jikkontestaw fi kwalunkwe każ fejn l-awtoritajiet jonqsu jew jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni skont il-proċeduri fil-liġi nazzjonali.

11.3.   Id-dritt ta' aċċess għal avukat

Id-dritt ta' aċċess għal avukat japplika għal persuni suġġetti għal MAE, skont id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (47).

Persuni suġġetti għal MAE għandhom id-dritt ta' aċċess għal avukat fl-Istat Membru eżekutorju hekk kif jiġu arrestati taħtMAE (l-Artikolu 10, (1), (2) u (3) tad-Direttiva 2013/48/UE). Fir-rigward tal-kontenut ta' tad-dritt ta' aċċess għal avukat fl-Istat Membru eżekutorju, il-persuni rikjesti għandom id-drittijiet li ġejjin:

(a)

id-dritt ta' aċċess għal avukat f'tali ħin u b'tali mod li jippermettu lill-persuni rikjesti li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod effikaċi u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed minħabba li jkunu ċċaħdu mill-libertà;

(b)

id-dritt li jiltaqgħu u jikkomunikaw mal-avukat li jirrappreżentahom;

(c)

id-dritt li l-avukat tagħhom ikun preżenti u, f'konformità mal-proċeduri fil-liġi nazzjonali, jipparteċipa waqt seduta tal-awtorità ġudizzjarja eżekutorja.

Barra minn hekk, il-persuni rikjesti għandhom id-dritt li jqabbdu avukat fl-Istat Membru emittenti (l-Artikolu 10 (4), (5) u (6) tad-Direttiva 2013/48/UE). Ir-rwol ta' dak l-avukat huwa li jassisti lill-avukat fl-Istat Membru eżekutorju billi jipprovdi lil dak l-avukat b'informazzjoni u pariri bil-ħsieb tal-eżerċizzju effikaċi tad-drittijiet tal-persuni rikjesti skont id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

11.4.   Id-dritt li terza persuna tiġi infurmata biċ-ċaħda mil-libertà

Mill-mument tal-arrest tagħhom fl-Istat Membru eżekutorju, il-persuni suġġetti għal MAE għandhom id-dritt li jagħzlu tal-inqas persuna waħda, pereżempju qarib jew min iħaddimhombiex tkun infurmata biċ-ċaħda mil-libertà mingħajr dewmien żejjed (48).

11.5.   Id-dritt ta' komunikazzjonijiet ma' terzi persuni

Mill-mumenti li jiġu arrestati fl-Istat Membru eżekutorju, il-persuni suġġetti għal MAE għandhom id-dritt li jikkomunikaw mingħajr dewmien żejjed ma' mill-anqas terza persuna li jagħżlu huma, bħal pereżempju xi qarib (49).

11.6.   Id-dritt ta' komunikazzjoni mal-awtoritajiet konsulari

Mill-mumenti li jiġu arrestati fl-Istat Membru eżekutorju, il-persuni suġġetti għal MAE li ma jkunux ċittadini tal-Istat Membru eżekutorju għandhom id-dritt li jinfurmaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet konsulari tal-Istat li tiegħu huma ċittadini bil-fatt li nċaħdu mill-libertà u li jikkomunikaw ma' dawk l-awtoritajiet (50).

Huma għandhom ukoll id-dritt li jżuruhom l-awtoritajiet konsulari tagħhom, id-dritt li jikkomunikaw u jikkorrispondu magħhom u d-dritt li ir-rappreżentanza legali tagħhom tiġi organizzata mill-awtoritajiet konsulari tagħhom.

11.7.   Drittijiet speċifiċi għat-tfal

Salvagwardji speċifiċi għal tfal suġġetti għal MAE japplikaw mill-mument tal-arrest taħt MAE fl-Istat Membru eżekutorju (51). Dawk is-salvagwardji huma partikolarment relatati ma':

(a)

id-dritt għall-informazzjoni;

(b)

id-dritt li min ikollu s-setgħa ta' ġenitur jiġi infurmat;

(c)

id-dritt għal assistenza minn avukat;

(d)

id-dritt għal eżami mediku;

(e)

id-dritt għal trattament speċifiku f'każ li tinċaħad il-libertà

(f)

id-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza;

(g)

id-dritt li tkun akkumpanjat minn min ikollu s-setgħa ta' ġenitur waqt il-proċedimenti.

11.8.   Dritt għall-għajnuna legali

Id-dritt għall-għajnuna legali japplika għall-persuni suġġetti għal MAE, kif stipulat fid-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (52).

Il-persuni suġġetti għal MAE jkollhom id-dritt għal għajnuna legali fl-Istat Membru eżekutorju mal-mument tal-arrest taħt MAE sakemm jiġu kkonsenjati, jew sakemm id-deċiżjoni li ma jiġux ikkonsenjati ssir finali (l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva).

Barra minn hekk, persuni rikjesti li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jqabbdu avukat fl-Istat Membru emittenti biex jassisti lill-avukat fl-Istat Membru eżekutorju skont l-Artikolu 10(4) u (5) tad-Direttiva 2013/48/UE għandhom id-dritt għall-għajnuna legali anki fl-Istat Membru emittenti, sakemm l-għajnuna legali tkun neċessarja biex ikun żgurat lil-aċċess għall-ġustizzja ikun effikaċi (l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1919).

L-Istati Membri jistgħu fiż-żewġ każijiet japplikaw kriterji biex isir test tal-mezzi kif stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1919 li japplikaw mutatis mutandis għall-għajnuna legali fi proċeduri relatati ma' MAE (l-Artikolu 5(3) ta' dik id-Direttiva). Għaldaqstant dak it-test tal-mezzi għandu jqis il-fatturi rilevanti u oġġettivi kollha, bħad-dħul, il-kapital u s-sitwazzjoni tal-familja tal-persuna kkonċernata, kif ukoll l-ispejjeż tal-assistenza minn avukat, u l-livell tal-għajxien f'dak l-Istat Membru, sabiex jiġi determinat jekk, f'konformità mal-kriterji applikabbli f'dak l-Istat Membru, persuna rikjesta għandhiex biżżejjed riżorsi biex tħallas għall-assistenza ta' avukat.


(1)  8216/2/08 REV 2 COPEN 70 NĠE 26 EUROJUST 31.

(2)  17195/1/10 REV 1 COPEN 275 NĠE 72 EUROJUST 139.

(3)  Il-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji.

(4)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1

(5)  ĠU C 78, 30.3.1995, p. 2.

(6)  ĠU C 313, 23.10.1996, p. 12.

(7)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(8)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-10 ta' Novembru 2016Poltorak, C-452/16 PPU, ECLI:EU:C:2016:858.

(9)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-10 ta' Novembru 2016Kovalkovas, C-477/16 PPU, ECLI:EU:C:2016:861.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(11)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1209 tat-12 ta' Lulju 2016 li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta' implimentazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (notifikata bid-dokument C(2016) 4283) (ĠU L 203, 28.7.2016, p. 35).

(12)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-11 ta' Jannar 2017Grundza, C-289/15, paragrafu 38, ECLI:EU:C:2017:4.

(13)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata għas-smigħ (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24).

(14)  l-Ordni tal-QtĠ-UE tal-25 ta' Settembru 2015 A., C-463/15 PPU, ECLI:EU:C:2015:634.

(15)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27.

(16)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-1 ta' Ġunju 2016Bob-Dogi, C-241/15, ECLI:EU:C:2016:385.

(17)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-10 ta' Novembru 2016Özçelik, C-453/16, ECLI:EU:C:2016:860.

(18)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-3 ta' Mejju 2007Advocaten voor de Wereld, C-303/05, ECLI:EU:C:2007:261, paragrafi 48-61.

(19)  ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1.

(20)  Il-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3).

(21)  ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20.

(22)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102.

(23)  ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.

(24)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-14 ta' Novembru 2013Baláž, C-60/12, ECLI:EU:C:2013:733.

(25)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-1 ta' Diċembru 2008Leymann u Pustovarov, C-388/08 PPU, ECLI:EU:C:2008:669.

(26)  Għal introduzzjoni ġenerali dwar il-funzjonijet tal-Eurojust u n-NĠE, ara d-dokument “Assistenza fil-Kooperazzjoni Internazzjonali f'Materji Kriminali għall-Prattikanti — in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u l-Eurojust — Kif nistgħu ngħinuk?” li jinsab kemm fuq is-sit web tan-NĠE (https://www.ejn-crimjust.europa.eu) u s-sit web tal-Eurojust (http://www.eurojust.europa.eu).

(27)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tat-30 ta' Mejju 2013Jeremy F., C-168/13 PPU, ECLI:EU:C:2013:358.

(28)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tas-16 ta' Lulju 2015Lanigan C-237/15 PPU, ECLI:EU:C:2015:474.

(29)  Is-sentenza tal-QtĠ-UE tal-25 ta' Jannar 2017Vilkas, C-640/15, ECLI:EU:C:2017:39.

(30)  Għal introduzzjoni ġenerali dwar id-dmirijiet tal-Eurojust u tan-NĠE ara d-dokument “Assistenza fil-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet Kriminali għall-Professjonisti — In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u l-Eurojust- X'nistgħu nagħmlu għalik?” Disponibbli kemm fuq is-sit elettroniku tan-NĠE (https://www.ejn-crimjust.europa.eu) kif ukoll tal-Eurojust (http://www.eurojust.europa.eu).

(31)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Lulju 2016JZ, C-294/16 PPU, ECLI:EU:C:2016:610.

(32)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ottubru 2009Wolzenburg, C-123/08, ECLI:EU:C:2009:616, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' April 2016Aranyosi and Căldăraru, Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15 PPU, ECLI:EU:C:2016:198.

(33)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 2010Mantello, C-261/09, ECLI:EU:C:2010:683.

(34)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Mejju 2014 PPU Spasic, C-129/14, ECLI:EU:C:2014:586.

(35)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Lulju 2008Kozlowski, C-66/08, ECLI:EU:C:2008:437.

(36)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Settembru 2012Lopes Da Silva Jorge, C-42/11, ECLI:EU:C:2012:517.

(37)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Frar 2013Melloni, C-399/11, ECLI:EU:C:2013:107.

(38)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Mejju 2016Dworzecki, C-108/16 PPU, ECLI:EU:C:2016:346.

(39)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2010I.B., C-306/09, ECLI:EU:C:2010:626.

(40)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42.

(41)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi il-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(42)  L-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE jipprovdi l-possibiltà għall-Istati Membri biex jinnotifikaw il-fatt li l-kunsens tagħhom huwa preżunt għal dik il-konsenja fuq estradizzjoni sussegwenti fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati Membri l-oħra li jkunu wettqu l-istess notifika. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ir-Rumanija biss għamlet din in-notifika.

(43)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Ġunju 2012West, C-192/12 PPU, ECLI:EU:C:2012:404.

(44)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2016Petruhhin, C-182/15, ECLI:EU:C:2016:630.

(45)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1. Id-Danimarka mhix marbuta b'din id-Direttiva.

(46)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1. Id-Danimarka mhix marbuta b'din id-Direttiva.

(47)  ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1. Id-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva kienet is-27 ta' Novembru 2016. Id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbutin b'din id-Direttiva.

(48)  Id-Direttiva 2013/48/UE, l-Artikolu 5.

(49)  Id-Direttiva 2013/48/UE, l-Artikolu 6.

(50)  Id-Direttiva 2013/48/UE, l-Artikolu 7.

(51)  Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali, ĠU L 132 tal-21.5.2016, p. 1. Id-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni mill-Istati Membri hi l-11 ta' Ġunju 2019. Id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbutin b'din id-Direttiva.

(52)  ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1. Id-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva hija l-25 ta' Mejju 2019. Id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbutin b'din id-Direttiva.


ANNESS I

Id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, konsolidazzjoni mhux uffiċjali  (1)

It-test bil-lingwa Ingliża tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE

DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Ġunju 2002

dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri

(2002/584/ĠAI)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (3),

Billi:

(1)

Skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u b'mod partikolari l-punt 35 tagħhom, il-proċedura formali tal-estradizzjoni għandha tkun abolita fost l-Istati Membri fir-rigward ta' persuni li qed jaħarbu mill-ġustizzja wara li jkunu ġew ikkundannati definittivament u l-proċeduri tal-estradizzjoni għandhom jiġu mħaffin fir-rigward ta' persuni suspettati li wettqu reat.

(2)

Il-programm ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet kriminali previst fil-punt 37 tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere u adottat mill-Kunsill fit-30 ta' Novembru 2000 (4), jindirizza l-kwistjoni tal-infurzar reċiproku tal-mandati ta' arrest.

(3)

L-Istati Membri kollha jew xi wħud minnhom huma partijiet għal numru ta' konvenzjonijiet fil-qasam tal-estradizzjoni, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trażżin tat-terroriżmu tas-27 ta' Jannar 1977. L-Istati Nordiċi għandhom liġijiet dwar l-estradizzjoni b'formulazzjoni identika.

(4)

Barra dan, it-tliet Konvenzjonijiet li ġejjin li jittrattaw l-estradizzjoni fl-intier tagħhom jew f'parti ġew miftehma bejn l-Istati Membri u jagħmlu parti mill-acquis tal-Unjoni: il-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (5) (fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma partijiet għal dik il-Konvenzjoni), il-Konvenzjoni tal-10 ta' Marzu 1995 dwar proċedura ta' estradizzjoni simplifikata bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (6) u l-Konvenzjoni tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (7).

(5)

L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni tal-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b'sistema ta' konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' sistema ssimplifikata ġdida ta' konsenja ta' persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta' eżekuzzjoni ta' sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti tal-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta' kooperazzjoni li eżistew s'issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b'sistema ta' moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(6)

Il-mandat ta' arrest Ewropew previst f'din id-Deċiżjoni Kwadru hu l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.

(7)

Billi l-għan tas-sostituzzjoni tas-sistema ta' estradizzjoni multilaterali mibnija fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957 ma jistax jintlaħaq sew mill-Istati Membri li jaġixxu unilateralment u jista' għalhekk, minħabba fl-iskala u fl-effetti tiegħu, jiġi milħuq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, il-Kunsill jista' jadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu tal-aħħar, din id-Deċiżjoni Kwadru ma tmurx lil hin minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(8)

Id-deċiżjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli suffiċjenti, li jfisser li awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru fejn il-persuna rikjesta ġiet arrestata jkollha tieħu d-deċiżjoni dwar il-konsenja tagħha.

(9)

Ir-rwol tal-awtoritajiet ċentrali fl-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew għandu jkun limitat għall-assistenza prattika u amministrattiva.

(10)

Il-mekkaniżmu tal-mandat ta' arrest Ewropew hu bbażat fuq livell għoli ta' kunfidenza bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tiegħu jista' jiġi sospiż biss fil-każ ta' ksur serju u persistenti minn wieħed mill-Istati Membri tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, determinat mill-Kunsill skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat imsemmi bil-konsegwenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tiegħu.

(11)

Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, il-mandat ta' arrest Ewropew għandu jissostitwixxi kull strument preċedenti dwar l-estradizzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen li jikkonċernaw l-estradizzjoni.

(12)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (8), b'mod partikolari l-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f'din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista' jiġi interpretat bħala projbizzjoni tat-tiċħid tal-konsenja ta' persuna li għaliha nħareġ mandat ta' arrest Ewropew meta hemm raġunijiet biex jitwemmen, abbażi ta' elementi oġġettivi, li l-mandat ta' arrest imsemmi ġie maħruġ għall-fini tal-issoktar tal-azzjoni kriminali jew il-kastig ta' persuna għal raġunijiet ta' sess, razza, oriġini etnika, nazzjonalità, ilsien, opinjoni politika jew orjentazzjoni sesswali, jew li l-pożizzjoni ta' dik il-persuna tista' tiġi ppreġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.

Din id-Deċiżjoni Kwadru ma twaqqafx lil Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu relatati mal-proċess ġust, il-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'mezzi tax-xandir oħra.

(13)

L-ebda persuna m'għandha tiġi mneħħija, espulsa jew estradita lejn Stat fejn hemm riskju serju li tiġi soġġettata għall-piena tal-mewt, tortura jew trattament jew piena inumana jew degradanti.

(14)

Peress li l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta' data personali, id-data personali pproċessata fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tiġi protetta skont il-prinċipji ta' din il-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

KAPITOLU 1

Prinċipji ġenerali

Artikolu 1

Definizzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi eżegwit

1.   Il-mandat ta' arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop tal-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta' persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta' azzjoni kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jeżegwixxu kwalunkwe mandat ta' arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.

3.   Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew

1.   Mandat ta' arrest Ewropew jista' jinħareġ għal atti li huma punibbli mil-liġi tal-Istat Membru emittenti b'piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perijodu massimu ta' mill-inqas 12-il xahar jew, fejn ingħatat sentenza jew ġiet magħmula ordni ta' detenzjoni, għal sentenzi ta' mill-inqas erba' xhur.

2.   Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat Membru emittenti b'piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perijodu massimu ta' mill-inqas tliet snin u kif inhuma definiti mil-liġi tal-Istat Membru emittenti, għandhom, skont it-termini ta' din id-Deċiżjoni Kwadru u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-att, iwasslu għall-konsenja skont mandat ta' arrest Ewropew:

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar ta' bnedmin,

sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal,

traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu f'armi, munizzjon u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluż dak li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fit-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

laundering ta' flus li ġejjin minn reati,

falsifikar ta' muniti, inkluża l-euro,

reati konnessi mal-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċi ta' annimali li huma fil-perikolu li jinqerdu u fi speċi u varjetajiet ta' pjanti li huma fil-perikolu li jinqerdu,

faċilitazzjoni ta' dħul u residenza mhux awtorizzati,

qtil, offiżi gravi fuq il-persuna,

kummerċ illeċitu f'organi u tessuti umani,

ħtif tan-nies, restrizzjoni illegali u ħtif ta' ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-użu ta' armi,

traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u xogħlijiet tal-arti,

frodi,

intrigi ta' qerq u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament,

traffikar illeċitu f'sustanzi ormonali u affarijiet oħra li jippromovu l-iżvilupp,

traffikar illeċitu f'materjali nukleari jew radjoattivi,

traffikar f'vetturi misruqa,

stupru,

ħruq volontarju,

reati li huma fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

qbid illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,

sabotaġġ.

3.   Il-Kunsill jista' jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, waqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jżid kategoriji oħra ta' reati mal-lista li tinsab fil-paragrafu 2. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(3), jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.

4.   Għal reati barra minn dawk koperti mill-paragrafu 2, il-konsenja tista' tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-atti li għalihom inħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew jikkostitwixxu reat taħt il-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, irrespettivament mill-elementi kostitwenti jew ta' kif inhu deskritt.

Artikolu 3

Raġunijiet għan-non-eżekuzzjoni obbligatorja biex ma jiġix eżegwit mandat ta' arrest Ewropew

L-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni”) għandha tiċħad li teżegwixxi l-mandat ta' arrest Ewropew fil-każijiet li ġejjin:

1.

jekk ir-reat li fuqu hu bbażat il-mandat ta' arrest hu kopert minn amnestija fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, fejn dak l-Istat kellu ġurisdizzjoni biex jieħu azzjoni kriminali kontra r-reat skont il-liġi kriminali tiegħu;

2.

jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni hi infurmata li l-persuna rikjesta ġiet finalment ġudikata minn Stat Membru fir-rigward tal-istess atti bil-kundizzjoni li, fejn kien hemm sentenza, is-sentenza ingħatat jew qed tingħata attwalment jew ma tistax tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġi tal-Istat Membru li ta s-sentenza;

3.

jekk il-persuna li hi s-suġġett tal-mandat ta' arrest Ewropew ma tistax, minħabba fl-età tagħha, tinsab kriminalment responsabbli għall-atti li fuqhom hu bbażat il-mandat ta' arrest skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 4

Raġunijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew

L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' tirrifjuta li teżegwixxi l-mandat ta' arrest Ewropew:

1.

jekk, f'wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), l-att li fuqu hu bbażat il-mandat ta' arrest Ewropew ma jikkostitwix reat skont il-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta' taxxi jew dazji, regoli doganali u ta' kambju, l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew m'għandux ikun rrifjutat għar-raġuni li l-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta' regoli fir-rigward ta' taxxi, dazji u regoli doganali u ta' kambju bħal-liġi tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat;

2.

fejn il-persuna li hi s-suġġett ta' mandat ta' arrest Ewropew qed tiġi pproċessata fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għall-istess att bħal dak li fuqu hu bbażat il-mandat ta' arrest Ewropew;

3.

fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ddeċidew jew li ma jieħdux azzjoni kriminali għar-reat li fuqu hu bbażat il-mandat ta' arrest Ewropew jew li jwaqqfu l-proċedimenti, jew fejn sentenza finali inatat lill-persuna rikjesta fi Stat Membru, fir-rigward tal-istess atti, li ma tħalliex li jsiru proċedimenti oħra;

4.

fejn il-prosekuzzjoni kriminali jew il-piena tal-persuna rikjesta hi preskritta skont il-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni u l-atti jaqgħu fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru skont il-liġi kriminali tiegħu stess;

5.

jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni hi infurmata li l-persuna rikjesta ġiet iġġudikata finalment minn Stat terz fir-rigward tal-istess atti bil-kundizzjoni li, fejn kien hemm sentenza, is-sentenza ġiet skontata jew bħalissa qed tiġi skontata jew ma tistax tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġi tal-pajjiż li ta s-sentenza;

6.

jekk il-mandat ta' arrest Ewropew ġie maħruġ għall-finijiet ta' eżekuzzjoni ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, fejn il-persuna rikjesta qed toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni u dak l-Istat jintrabat li jeżegwixxi l-piena jew l-ordni ta' detenzjoni skont il-liġi domestika tiegħu;

7.

fejn il-mandat ta' arrest Ewropew jirrigwarda reati li:

(a)

huma kkunsidrati mil-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni bħala li ġew imwettqin interament jew f'parti fit-territorju tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jew f'post trattat bħala tali; jew

(b)

ġew imwettqin barra mit-territorju tal-Istat Membru emittenti u l-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma jippermettix li tittieħed azzjoni kriminali għall-istess reati mwettqin barra mit-territorju tiegħu.

Artikolu 4a

Deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna ma dehritx personalment

1.   L-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tista' wkoll tiċħad l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet li tiġi eżegwita sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni jekk il-persuna ma dehritx personalment fil-proċess li rriżulta fid-deċiżjoni, sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna, skont ħtiġiet proċedurali ulterjuri definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti:

(a)

fi żmien debitu:

(i)

jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati li rriżultaw fid-deċiżjoni, jew b'mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta' dik il-kawża b'tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata;

u

(ii)

kienet infurmata li tista' tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;

jew

(b)

konxja mill-kawża skedata, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

jew

(c)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

(i)

iddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax id-deċiżjoni;

jew

(ii)

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta' żmien applikabbli;

jew

(d)

ma kinitx notifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(i)

ser tkun innotifikata personalment biha mingħajr dewmien wara ċ-ċediment u ser tkun infurmata espressament dwar id-dritt tiegħu jew tagħha għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali;

u

(ii)

ser tkun infurmata bil-perijodu taż-żmien li fih hija għandha titlob din il-kawża mill-ġdid jew l-appell, kif imsemmi fil-mandat ta' arrest Ewropew rilevanti.

2.   F'każ li l-mandat ta' arrest Ewropew jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni taħt il-kondizzjonijiet tal-paragrafu (1)(d) u l-persuna konċernata ma tkunx irċeviet minn qabel xi informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza tal-proċedimenti kriminali kontriha, huwa jew hija tista', meta tiġi infurmata bil-kontenut tal-mandat ta' arrest Ewropew, titlob biex tirċievi kopja tas-sentenza qabel ma tiġi kkonsenjata. Minnufih wara li tkun ġiet infurmata bit-talba, l-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-persuna rikjesta l-kopja tas-sentenza permezz tal-awtorità tal-eżekuzzjoni. It-talba tal-persuna rikjesta m'għandha la ddewwem il-proċedura ta' ċediment u lanqas iddewwem id-deċiżjoni li teżegwixxi l-mandat ta' arrest Ewropew. Il-forniment tas-sentenza lill-persuna konċernata hu għal finijiet biss ta' informazzjoni; la għandu jitqies bħala notifika formali tas-sentenza u lanqas ma jistabbilixxi xi limiti ta' żmien applikabbli biex jintalab proċess ġdid jew appell.

3.   F'każ li persuna tiġi kkonsenjata skont il-kundizzjonijiet tal-paragrafu (1)(d) u huwa jew hija tkun talbet għal proċess ġdid jew appell, id-detenzjoni ta' dik il-persuna li tkun qed tistenna dan il-proċess ġdid jew l-appell għandha, sakemm jintemmu dawn il-proċedimenti, tiġi riveduta skont il-liġi tal-Istat Membru emittenti, fuq bażi regolari jew fuq talba tal-persuna konċernata. Reviżjoni bħal din għandha b'mod partikolari tinkludi l-possibbiltà tas-sospensjoni jew l-interruzzjoni tad-detenzjoni. Il-proċess ġdid jew l-appell għandu jibda fi żmien dovut wara ċ-ċediment.

Artikolu 5

Garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru f'każijiet partikolari

L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista', mil-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

[imħassar]

2.

jekk ir-reat li abbażi tiegħu nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew huwa punibbli b'piena ta' kustodja għal għomorha jew ordni ta' detenzjoni għal għomorha, l-eżekuzzjoni ta' dan il-mandat ta' arrest tista' tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-Istat Membru emittenti jkollu dispożizzjonijiet fis-sistema legali tiegħu għal reviżjoni tal-piena jew tal-miżura imposta, fuq talba jew l-aktar tard wara 20 sena, jew għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' klemenza li għalihom il-persuna hi intitolata li tapplika taħt il-liġi jew prattika tal-Istat Membru emittenti, bl-iskop li ma tiġix eżegwita din il-piena jew il-miżura;

3.

fejn persuna li hi s-suġġett ta' mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet ta' azzjoni kriminali hi ċittadina jew residenta tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, il-konsenja tista' tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemgħet, tiġi ritornata lill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni mogħtija lilha fl-Istat Membru emittenti.

Artikolu 6

Determinazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti

1.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti li hi kompetenti biex toħroġ mandat ta' arrest Ewropew permezz tal-liġi ta' dak l-Istat.

2.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni li hi kompetenti biex teżegwixxi l-mandat ta' arrest Ewropew permezz tal-liġi ta' dak l-Istat.

3.   Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi tiegħu.

Artikolu 7

Rikors lill-awtorità ċentrali

1.   Kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu hekk tipprovdi, aktar minn awtorità ċentrali waħda biex tassisti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Stat Membru jista', jekk ikun meħtieġ bħala riżultat tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità(jiet) ċentrali tiegħu responsabbli għat-trażmissjoni amministrattiva u l-wasla ta' mandati ta' arrest Ewropej kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali oħra kollha konnessa miegħu.

Stat Membru li jixtieq jagħmel użu mill-possibiltajiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandu jikkomunika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informazzjoni konnessa mal-awtorità ċentrali nominata jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti.

Artikolu 8

Kontenut u forma tal-mandat ta' arrest Ewropew

1.   Il-mandat ta' arrest Ewropew għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skont il-formola li tinsab fl-Anness:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna rikjesta;

(b)

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u l-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità ġudizzjarja emittenti;

(c)

l-indikazzjoni tal-eżistenza ta' sentenza eżegwibbli, mandat ta' arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli oħra li jkollhom l-istess effett, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 1 u 2;

(d)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 2;

(e)

deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq ir-reat, inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta' parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna rikjesta;

(f)

il-piena imposta, jekk hemm sentenza finali, jew l-iskala ta' pieni stabbilita għar-reat skont il-liġi tal-Istat Membru emittenti;

(g)

jekk possibbli, konsegwenzi oħra tar-reat.

2.   Il-mandat ta' arrest Ewropew għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista', meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata jew f'data aktar tard, jiddikjara f'dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li hu ser jaċċetta traduzzjoni f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali oħra tal-Istituzzjonijiet tal-Kommunitajiet Ewropej.

KAPITOLU 2

Proċedura ta' konsenja

Artikolu 9

Trażmissjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew

1.   Fejn il-post fejn tinsab il-persuna rikjesta hu magħruf, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tittrażmetti l-mandat ta' arrest Ewropew direttament lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni.

2.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista', fi kwalunkwe każ, tiddeċiedi li toħroġ twissija għall-persuna rikjesta fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS).

3.   Tali twissija għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 95 tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni. Twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għandha tkun ekwivalenti għal mandat ta' arrest Ewropew akkompanjat bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1).

Għal perjodu tranżitorju, sakemm is-SIS tkun kapaċi titrażmetti l-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 8, it-twissija għandha tkun ekwivalenti għal mandat ta' arrest Ewropew sakemm tasal għand l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni l-oriġinali fil-forma debita.

Artikolu 10

Proċeduri dettaljati għat-trażmissjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew

1.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tafx liema hi l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni kompetenti, għandha tagħmel l-inkjesti meħtieġa, inkluż permezz ta' punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew (9), sabiex tikseb dik l-informazzjoni mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

2.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti hekk tixtieq, it-trażmissjoni tista' ssir permezz tas-sistema ta' telekomunikazzjonijiet protetta tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

3.   Jekk mhuwiex possibbli li s-servizzi tas-SIS jiġu msejħa, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' ssejjaħ lill-Interpol biex jittrażmetti mandat ta' arrest Ewropew.

4.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' titrażmetti l-mandat ta' arrest Ewropew permezz ta' kwalunkwe mezz protett li jista' jipproduċi rekords bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat Membru ta' esekuzzjoni li jistabbilixxi l-awtenitiċità tiegħu.

5.   Id-diffikultajiet kollha dwar it-trażmissjoni jew l-awtentiċità ta' kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għandhom jiġu trattati b'kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji involuti, jew, fejn adatt, bl-involviment tal-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri.

6.   Jekk l-awtorità li tirċievi mandat ta' arrest Ewropew mhijiex kompetenti biex taġixxi fuqu, għandha awtomatikament tittrażmetti l-mandat ta' arrest Ewropew lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità ġudizzjarja emittenti kif meħtieġ.

Artikolu 11

Drittijiet ta' persuna rikjesta

1.   Meta persuna rikjesta tiġi arrestata, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni kompetenti għandha, skont il-liġi nazzjonali tagħha, tinforma lil dik il-persuna bil-mandat ta' arrest Ewropew u bil-kontenut tiegħu, u wkoll bil-possibbiltà li tagħti l-kunsens għall-konsenja lill-awtorità ġudizzjarja emittenti.

2.   Persuna rikjesta li tiġi arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew għandu jkollha d-dritt li tkun assistita minn avukat u minn interpretu skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 12

Iż-żamma tal-persuna f'detenzjoni

Meta persuna tiġi arrestata abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-persuna rikjesta għandhiex tibqa' f'detenzjoni, skont il-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Il-persuna tista' tiġi meħlusa proviżorjament fi kwalunkwe ħin f'konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tieħu l-miżuri kollha li tikkunsidra meħtieġa biex tippreveni li l-persuna taħrab.

Artikolu 13

Kunsens għall-konsenja

1.   Jekk il-persuna arrestata tindika li tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja, dak il-kunsens u, jekk adatt, rinunzja espressa għall-benefiċċju tar-“regola tal-ispeċjalità”, imsemmija fl-Artikolu 27(2), għandhom jingħataw quddiem l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, skont il-liġi domestika tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-kunsens u, fejn adatt, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, ikunu stabbiliti b'tali mod li juri li l-persuna kkonċernata tathom volontarjament u f'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat.

3.   Il-kunsens u, fejn adatt, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu rreġistrati formalment skont il-proċedura stabbilita mil-liġi domestika tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

4.   Fil-prinċipju, il-kunsens ma jistax jiġi rrevokat. Kull Stat Membru jista' jipprevedi li l-kunsens u, jekk adatt, ir-renunzja jistgħu jiġu rrevokati, skont ir-regoli applikabbli taħt il-liġi domestika tiegħu. F'dan il-każ, il-perjodu bejn id-data tal-kunsens u dik tar-revoka tiegħu m'għandux jiġi kkunsidrat fl-istabbiliment tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 17. Stat Membru li jixtieq li jkollu rikors għal din il-possibbiltà għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kif meħtieġ meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata u għandu jispeċifika l-proċeduri li permezz tagħhom għandha tkun possibbli r-revoka tal-kunsens u kwalunkwe emenda għalihom.

Artikolu 14

Smigħ tal-persuna rikjesta

Fejn il-persuna arrestata ma tagħtix kunsens għall-konsenja tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 13, hija għandha tkun intitolata li tinstema' mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, skont il-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 15

Deċiżjoni dwar il-konsenja

1.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fil-limiti ta' żmien u taħt il-kondizzjonijiet definiti f'din id-Deċiżjoni Kwadru, jekk il-persuna għandhiex tiġi kkonsenjata.

2.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ssib li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru emittenti mhijiex suffiċjenti biex tiddeċiedi dwar il-konsenja, għandha titlob li l-informazzjoni supplementarja meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3 sa 5 u l-Artikolu 8, tiġi mogħtija bħala kwistjoni ta' urġenza u tista' tistabbilixxi limitu ta' żmien għall-wasla tagħha, waqt li tittieħed f'konsiderazzjoni l-ħtieġa li jkunu mħarsin il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 17.

3.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' fi kwalunkwe ħin tittrażmetti kwalunkwe informazzjoni utli addizjonali lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 16

Deċiżjoni fil-każ ta' iżjed minn talba waħda

1.   Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ħarġu mandati ta' arrest Ewropej għall-istess persuna, id-deċiżjoni dwar liema mill-mandati ta' arrest Ewropej għandhom jiġu eżegwiti għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni b'konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha u speċjalment is-serjetà relattiva u l-post tar-reati, id-dati rispettivi tal-mandati ta' arrest Ewropej u jekk il-mandat inħariġx għall-finijiet tat-teħid ta' azzjoni kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni.

2.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' titlob il-parir tal-Eurojust (10) biex tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Fil-każ ta' kunflitt bejn mandat ta' arrest Ewropew u talba għall-estradizzjoni ppreżentata minn pajjiż terz, id-deċiżjoni dwar jekk il-mandat ta' arrest Ewropew jew it-talba għall-estradizzjoni jieħdux preċedenza għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni b'konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u dawk imsemmija fil-konvenzjoni applikabbli.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Artikolu 17

Limiti ta' żmien u proċeduri għad-deċiżjoni tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew

1.   Mandat ta' arrest Ewropew għandu jiġi ttrattat u eżegwit b'urġenza.

2.   F'każijiet fejn il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens għall-konsenja tagħha, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew għandha tittieħed f'perjodu ta' 10 ijiem mill-għoti tal-kunsens.

3.   F'każijiet oħra, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għandha tittieħed f'perjodu ta' 60 jum wara l-arrest tal-persuna rikjesta.

4.   Fejn f'każijiet speċifiċi l-mandat ta' arrest Ewropew ma jistax jiġi eżegwit fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti b'dan, u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien. F'dan il-każ, il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu estiżi bi 30 jum ieħor.

5.   Sakemm l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni finali dwar il-mandat ta' arrest Ewropew, hija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva tal-persuna jibqgħu sodisfatti.

6.   Għandhom jingħataw raġunijiet għal kwalunkwe ċaħda għall-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew.

7.   Fejn f'ċirkostanzi eċċezzjonali Stat Membru ma jistax iħares il-limiti ta' żmien previsti f'dan l-Artikolu, huwa għandu jinforma lill-Eurojust, waqt li jagħti r-raġunijiet għad-dewmien. Barra dan, Stat Membru li esperjenza dewmien ripetut min-naħa ta' Stat Membru ieħor fl-eżekuzzjoni ta' mandati ta' arrest Ewropej għandu jinforma lill-Kunsill bil-għan li tiġi evalwata l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru fil-livell tal-Istati Membri.

Artikolu 18

Sitwazzjoni sakemm tittieħed id-deċiżjoni

1.   Fejn il-mandat ta' arrest Ewropew inħareġ għall-fini tat-tmexxija ta' proċedimenti kriminali, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha:

(a)

jew taqbel li l-persuna rikjesta għandha tinstema' skont l-Artikolu 19;

(b)

jew taqbel għat-trasferiment temporanju tal-persuna rikjesta.

2.   Il-kundizzjonijiet u t-tul tat-trasferiment temporanju għandhom ikunu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u dawk ta' eżekuzzjoni.

3.   Fil-każ ta' trasferiment temporanju, il-persuna għandha tkun tista' tirritorna lejn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni sabiex tattendi smigħ dwarha bħala parti mill-proċedura ta' konsenja.

Artikolu 19

Smigħ tal-persuna sakemm tittieħed id-deċiżjoni

1.   Il-persuna rikjesta għandha tinstema' minn awtorità ġudizzjarja, assistita minn persuna oħra nominata skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.

2.   Il-persuna rikjesta għandha tinstema' skont il-liġi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni u bil-kundizzjonijiet stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u dawk ta' eżekuzzjoni.

3.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni kompetenti tista' tinkariga awtorità ġudizzjarja oħra tal-Istat Membru tagħha biex tieħu sehem fis-smigħ tal-persuna rikjesta sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni adatta ta' dan l-Artikolu u tal-kundizzjonijiet stabbiliti.

Artikolu 20

Privileġġi u immunitajiet

1.   Fejn il-persuna rikjesta tgawdi minn privileġġ jew immunità fir-rigward ta' ġurisdizzjoni jew eżekuzzjoni fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 17 għandhom jibdew jiddekorru biss jekk, u mill-jum meta, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tiġi infurmata bil-fatt li l-privileġġ jew l-immunità ġew rinunzjati.

L-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva huma sodisfatti meta l-persuna ma tibqax tgawdi minn dan il-privileġġ jew l-immunità.

2.   Fejn il-poter li jiġu rinunzjati l-privileġġ jew l-immunità huwa ta' awtorità tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha titolbu jeżerċita dak il-poter minnufih. Fejn il-poter li jiġu rinunzjati l-privileġġ jew l-immunità huwa ta' awtorità ta' Stat ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali, għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja emittenti li titolbu jeżerċita dak il-poter.

Artikolu 21

Kunflitt ta' obbligi internazzjonali

Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex tkun ta' preġudizzju għall-obbligi tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni fejn il-persuna rikjesta ġiet estradita lejn dak l-Istat Membru minn Pajjiż terz u fejn dik il-persuna hi protetta minn dispożizzjonijiet tal-arranġament dwar l-ispeċjalità skont liema l-persuna kienet estradita. L-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-talba minnufih tal-kunsens tal-Istat li minnu ġiet estradita l-persuna rikjesta biex il-persuna tista' tiġi konsenjata lill-Istat Membru li ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew. Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 17 m'għandhomx jibdew jiddekorru sal-jum li fiha ma jibqgħux japplikaw dawn ir-regoli tal-ispeċjalità. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Istat li minnu kienet estradita l-persuna rikjesta, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva jibqgħu sodisfatti.

Artikolu 22

Notifika tad-deċiżjoni

L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti bid-deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed dwar il-mandat ta' arrest Ewropew.

Artikolu 23

Limiti ta' żmien għall-konsenja tal-persuna

1.   Il-persuna rikjesta għandha tiġi konsenjata malajr kemm jista' jkun f'data miftehma bejn l-awtoritajiet ikkonċernati.

2.   Il-persuna għandha tiġi konsenjata mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew.

3.   Jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 2 ma tħallietx minħabba ċirkostanzi li mhumiex fil-kontroll tal-ebda mill-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' eżekuzzjoni u dawk emittenti għandhom jagħmlu immedjatament kuntatt ma' xulxin u jiftehmu dwar data ta' konsenja ġdida. F'dak il-każ, il-konsenja għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data l-ġdida hekk miftehma.

4.   Il-konsenja tista' eċċezzjonalment tiġi posposta temporanjament għal raġunijiet umanitarji serji, per eżempju jekk hemm raġunijiet sostanzjali biex jitwemmen li dan ipoġġi manifestament f'perikolu l-ħajja jew is-saħħa tal-persuna rikjesta. L-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għandha sseħħ malli dawn ir-raġunijiet ma jibqgħux jezistu. L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti u tiftiehem fuq data ta' konsenja ġdida. F'dak il-każ, il-konsenja għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data l-ġdida hekk miftehma.

5.   Mal-iskadenza tal-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4, jekk il-persuna għadha qed tinżamm f'kustodja hija għandha tinħeles.

Artikolu 24

Konsenja posposta jew kundizzjonali

1.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista', wara li tiddeċiedi li teżegwixxi mandat ta' arrest Ewropew, tipposponi l-konsenja tal-persuna rikjesta biex il-persuna tkun tista' tiġi pproċessata fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jew, jekk hi diġà ġiet mogħtija sentenza, sabiex tkun tista' tiskonta, fit-territorju tagħha, sentenza mogħtija għal att minbarra dak imsemmi fil-mandat ta' arrest Ewropew.

2.   Minflok tipposponi l-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tista' tikkonsenja temporanjament il-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti skont kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' eżekuzzjoni u dawk emittenti. Il-ftehim isir bil-miktub u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kollha fl-Istat Membru emittenti.

Artikolu 25

Tranżitu

1.   Kull Stat Membru għandu, ħlief meta jagħmel użu mill-possibbiltà ta' rifjut meta t-tranżitu ta' ċittadin jew resident hu meħtieġ għall-fini ta' eżekuzzjoni ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jippermetti t-tranżitu mit-territorju tiegħu ta' persuna rikjesta li qed tiġi konsenjata bil-kundizzjoni li tkun ġiet mogħtija informazzjoni dwar:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna soġġetta għall-mandat ta' arrest Ewropew;

(b)

l-eżistenza ta' mandat ta' arrest Ewropew;

(c)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat;

(d)

id-deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi tar-reat, inklużi d-data u l-post.

Fejn persuna li hi s-suġġett ta' mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet ta' azzjoni kriminali hija ċittadina jew residenta tal-Istat Membru ta' tranżitu, it-tranżitu jista' jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemgħet, tiġi ritornata lejn l-Istat Membru ta' tranżitu biex tiskonta l-piena ta' kustodja jew l-ordni ta' detenzjoni mogħtija lilha fl-Istat Membru emittenti.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità responsabbli li tirċievi rikjesti għat-tranżitu u d-dokumenti meħtieġa, kif ukoll kwalunkwe korrispondenza uffiċjali oħra konnessa ma' rikjesti għat-tranżitu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din in-nomina lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

3.   Ir-rikjesta għat-tranżitu u l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nnominata skont il-paragrafu 2 bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub. L-Istat Membru ta' tranżitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu bl-stess proċedura.

4.   Din id-Deċiżjoni Kwadru ma tapplikax fil-każ ta' trasport bl-ajru mingħajr waqfa skedata. Madankollu, jekk ikun hemm inżul mhux skedat, l-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi lill-awtorità nnominata skont il-paragrafu 2 bl-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1.

5.   Fejn tranżitu jinvolvi persuna li għandha tiġi estradita minn pajjiż terz lejn Stat Membru dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis. B'mod partikolarment l-espressjoni “mandat ta' arrest Ewropew” għandha tkun ikkunsidrata li hi mibdula bi “talba għall-estradizzjoni”.

KAPITOLU 3

Effetti tal-konsenja

Artikolu 26

Tnaqqis fil-perjodu ta' detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni

1.   L-Istat Membru emittenti għandu jnaqqas il-perjodi kollha ta' detenzjoni li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew mill-perjodu totali ta' detenzjoni li għandu jiġi skontat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat bħala riżultat ta' piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni li qed tingħata.

2.   Għal dak il-għan, l-informazzjoni kollha dwar it-tul tad-detenzjoni tal-persuna rikjesta abbażi tal-mandat ta' arrest Ewropew għandha tkun trażmessa mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni jew l-awtorità ċentrali nnominata skont l-Artikolu 7 lill-awtorità ġudizzjarja emittenti fil-ħin tal-konsenja.

Artikolu 27

Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra

1.   Kull Stat Membru jista' jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma' Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens hu kkunsidrat li ġie mogħti għall-azzjoni kriminali, l-għoti ta' sentenza jew id-detenzjoni bil-għan li tiġi skontata piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha, barra dak li għaliha ġiet konsenjata, sakemm f'każ partikolari l-awtorità ġudizzjaraja ta' eżekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.   Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuna konsenjata ma tistax tiġi pproċessata, mogħtija sentenza jew b'xi mod ieħor miċħuda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih ġiet konsenjata l-persuna.

3.   Il-paragrafu 2 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-persuna wara li kellha l-opportunità biex titlaq mit-territorju tal-Istat Membru li lilu ġiet konsenjata m'għamlitx hekk fi żmien 45 jum mill-ħelsien finali tagħha, jew irritornat f'dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

ir-reat mhuwiex punibbli b'piena ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni;

(c)

il-proċedimenti kriminali ma jikkawżawx l-applikazzjoni ta' miżura ta' restrizzjoni għal-libertà personali;

(d)

meta l-persuna setgħet tkun soġġetta għal piena jew miżura li ma tinvolvix iċ-ċaħda tal-libertà personali, b'mod partikolari piena finanzjarja jew miżura minflok din, ukoll jekk il-piena jew il-miżura tista' tikkawża restrizzjoni tal-libertà personali:

(e)

meta l-persuna tat il-kunsens biex tiġi konsenjata, fejn adatt fl-istess ħin li hi rrinunzjat għar-regola tal-ispeċjalità, skont l-Artikolu 13;

(f)

meta l-persuna, wara l-konsenja tagħha, irrinunzjat espressament għall-benefiċċju tar-regola tal-ispeċjalità fir-rigward ta' reati speċifiċi qabel il-konsenja tagħha. Ir-rinunzja għandha tiġi mogħtija quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti u għandha tiġi rreġistrata skont il-liġi domestika ta' dak l-Istat. Ir-rinunzja għandha titfassal b'tali mod li jkun magħmul ċar li l-persuna għamlitha volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna għandu jkollha d-dritt għal avukat;

(g)

fejn l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna tagħti l-kunsens tagħha skont il-paragrafu 4.

4.   Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni, flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(2). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu stess hu soġġett għall-konsenja skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista' jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba.

Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 l-Istat Membru emittenti għandu jagħti l-garanziji previsti fih.

Artikolu 28

Konsenja jew estradizzjoni sussegwenti

1.   Kull Stat Membru jista' jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma' Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens għall-konsenja ta' persuna lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni skont mandat ta' arrest Ewropew li nħareġ għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha hu kkunsidrat li ngħata, ħlief jekk f'każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tiddikjara mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.   Fi kwalunkwe każ, persuna li ġiet konsenjata lill-Istat Membru emittenti skont mandat ta' arrest Ewropew tista', mingħajr il-kunsens tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, tiġi konsenjata lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni skont mandat ta' arrest Ewropew maħruġ għal kwalunkwe reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-persuna rikjesta, li kellha opportunità biex titlaq mit-territorju tal-Istat Membru li lilu ġiet konsenjata, m'għamlitx hekk fi żmien 45 jum mill-ħelsien finali tagħha, jew irritornat lejn dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

fejn il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens biex tiġi konsenjata lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni skont mandat ta' arrest Ewropew. Il-kunsens għandu jingħata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti u għandu jkun reġistrat skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat. Huwa għandu jkun imwassal b'tali mod li jkun ċar li l-persuna kkonċernata tatu volontarjament u b'għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat;

(c)

fejn il-persuna rikjesta mhijiex soġġetta għar-regola tal-ispeċjalità, skont l-Artikolu 27(3)(a), (e), (f) u (g).

3.   L-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni tagħti l-kunsens għall-konsenja lil Stat Membru ieħor skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

it-talba għall-kunsens għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 9, flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u t-traduzzjoni kif iddikjarat fl-Artikolu 8(2);

(b)

il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu fih innifsu soġġett għal konsenja skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru;

(c)

id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux iktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba;

(d)

il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista' jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, l-Istat Membru emittenti għandu jagħti l-garanziji previsti fih.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, persuna li ġiet konsenjata skont mandat ta' arrest Ewropew m'għandhiex tiġi estradita lejn Stat terz mingħajr il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li kkonsenja l-persuna. Dan il-kunsens għandu jingħata skont il-Konvenzjonijiet li bihom dak l-Istat Membru hu marbut, kif ukoll il-liġi domestika tiegħu.

Artikolu 29

Konsenja ta' proprjetà

1.   Fuq it-talba tal-awtorità ġudizzjarja emittenti jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, tissekwestra u tittrasferixxi l-proprjetà li:

(a)

tista' tkun meħtieġa bħala evidenza, jew

(b)

tkun inkisbet mill-persuna rikjesta b'riżultat tar-reat.

2.   Il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ittrasferita anki jekk il-mandat ta' arrest Ewropew ma jkunx jista' jiġi eżegwit minħabba li l-persuna rikjesta tmut jew taħrab.

3.   Jekk il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għal sekwestru jew konfiska fit-territorju tal-Istat Membru eżekutorju, dan tal-aħħar jista', jekk il-proprjetà tkun meħtieġa f'rabta ma' proċedimenti kriminali pendenti, iżommha temporanjament jew jittrasferiha lill-Istat Membru emittenti, bil-kundizzjoni li tkun irritornata.

4.   Kull dritt li l-Istat Membru eżekutorju jew terzi persuni jistgħu jkunu akkwistaw fil-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppreservati. Jekk jeżistu drittijiet bħal dawn, l-Istat Membru emittenti għandu jirritorna l-proprjetà mingħajr ħlas lill-Istat Membru eżekutorju hekk kif il-proċedimenti kriminali jintemmu.

Artikolu 30

Spejjeż

1.   L-ispejjeż li jkunu saru fit-territorju ta' Stat Membru eżekutorju għall-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew għandhom jiġġarbu minn dak l-Istat Membru.

2.   L-ispejjeż l-oħra kollha għandhom jiġġarbu mill-Istat Membru emittenti.

KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 31

Relazzjoni ma' strumenti legali oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u Stati terzi, din id-Deċiżjoni Kwadru għandha, mill-1 ta' Jannar 2004, tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin applikabbli fil-qasam tal-estradizzjoni fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri:

(a)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957, il-protokoll addizzjonali tagħha tal-15 ta' Ottubru 1975, it-tieni protokoll addizzjonali tagħha tas-17 ta' Marzu 1978, u l-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu tas-27 ta' Jannar 1977 sa fejn għandha x'taqsam l-estradizzjoni;

(b)

il-Ftehim bejn it-12-il Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-simplifikazzjoni u l-immodernizzar ta' metodi tat-trażmissjoni ta' talbiet għal estradizzjoni tas-26 ta' Mejju 1989;

(c)

il-Konvenzjoni tal-10 ta' Marzu 1995 dwar proċedura simplifikata għall-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

(d)

il-Konvenzjoni tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

(e)

It-Titolu III, Kapitolu 4 tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali fis-seħħ meta din id-Deċiżjoni Kwadru tkun adottata sa fejn dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Kwadru ikunu estiżi jew imwessgħin u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-konsenja ta' persuni li jkunu s-soġġett ta' mandati ta' arrest Ewropej.

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Kwadru tkun daħlet fis-seħħ sa fejn dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jippermettu l-preskrizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru ikunu estiżi jew imwessgħin u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-konsenja ta' persuni li jkunu s-soġġett ta' mandati ta' arrest Ewropej, partikolarment billi jistabbilixxu termini preskrittivi iqsar minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 17, billi jestendu l-lista ta' reati stabbilita fl-Artikolu 2(2), billi jillimitaw ulterjorment ir-raġunijiet għar-rifjut stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, jew billi jbaxxu l-limitu previst fl-Artikolu 2(1) jew (2).

Il-ftehimiet u l-arranġamenti msemmija fit-tieni subparagrafu fl-ebda każ ma jistgħu jaffetwaw r-relazzjonijiet ma' Stati Membri li mhumiex firmatarji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-ftehimiet u bl-arranġamenti eżistenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu, li jkunu jixtiequ jkomplu japplikaw.

L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'kull ftehim jew arranġament ġdid imsemmi fit-tieni subparagrafu, fi żmien tliet xhur mill-iffirmar tiegħu.

3.   Meta l-konvenzjonijiet jew il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu japplikaw għat-territorji tal-Istati Membri jew għal territorji li Stat Membru jkun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u li din id-Deċiżjoni Kwadru ma tkunx tapplika għalihom, dawn l-istrumenti għandhom ikomplu jirregolaw ir-relazzjonijiet li jkun hemm bejn dawk it-territorji u l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 32

Dispożizzjoni tranżitorja

Talbiet għal estradizzjoni riċevuti qabel l-1 ta' Jannar 2004 jkomplu jiġu rregolati minn strumenti eżistenti relatati mal-estradizzjoni. Talbiet riċevuti wara dik id-data se jiġu rregolati mir-regoli adottati mill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni Kwadru. Madankollu, kull Stat Membru jista', fil-waqt tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni li fiha jindika li bħala Stat Membru eżekutorju se jkompli jittratta talbiet dwar atti mwettqin qabel data speċifikata minnu f'konformità mas-sistema ta' estradizzjoni applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2004. Id-data inkwistjoni ma tistax tkun aktar tard mis-7 ta' Awwissu 2002. Din id-dikjarazzjoni se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw lill-Awstrija u lil Ġibiltà

1.   Sakemm l-Awstrija ma tkunx immodifikat l-Artikolu 12(1) tal-“Auslieferungs-und Rechtshilfegesetz” u, sal-31 ta' Diċembru 2008, l-aktar tard, tista' tħalli lill-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji tagħha jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew jekk il-persuna rikjesta tkun ċittadina tal-Awstrija u jekk l-att li fil-konfront tiegħu jinħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew ma jkunx punibbli skont il-liġi tal-Awstrija.

2.   Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 34

L-implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru sal-31 ta' Diċembru 2003.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni, it-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Deċiżjoni Kwadru. Meta jagħmel dan, kull Stat Membru jista' jindika li se japplika b'mod immedjat din id-Deċiżjoni Kwadru fir-relazzjonijiet tiegħu ma' dawk l-Istati Membri li jkunu taw l-istess notifika.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jikkomunika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 25(2). Għandu wkoll jara li jippubblika l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, sal-aktar tard il-31 ta' Diċembru 2004, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

4.   Il-Kunsill għandu fit-tieni nofs tal-2003 jagħmel rieżami, b'mod partikolari tal-applikazzjoni prattika, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Istati Membri kif ukoll tat-tħaddim tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAJOY BREY


(1)  Din il-konsolidazzjoni mhux uffiċjali fiha biss il-premessi tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI. Ma tindkludix il-premessi tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, li emendat id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI.

(2)  ĠU C 332 E, 27.11.2001, p. 305.

(3)  Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Jannar 2002, (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C 12 E, 15.1.2001, p. 10.

(5)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(6)  ĠU C 78, 30.3.1995, p. 2.

(7)  ĠU C 313, 13.10.1996, p. 12.

(8)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(9)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI tad-29 ta' Ġunju 1998 rigward il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 191, 7.7.1998, p. 4).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).


ANNESS II

IL-FORMOLA TAL-MAE, li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE

MANDAT TA' ARREST EWROPEW (1)

Dan il-mandat inħareġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti. Nitlob li l-persuna msemmija hawn taħt tiġi arrestata u kkonsenjata għall-iskopijiet ta' tmexxija ta' prosekuzzjoni kriminali jew ta' eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ta' ordni ta' detenzjoni.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  Dan il-mandat għandu jinkiteb, jew jiġi tradott f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' esekuzzjoni, fejn dak l-Istat Membru jkun magħruf, jew fi kwalunkwe lingwa oħra aċċettata minn dak l-Istat.


ANNESS III

Linji gwida dwar kif għandha timtela L-FORMOLA TAL-MAE

Dan il-mandat inħareġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti. Nitlob li l-persuna msemmija hawn taħt tiġi arrestata u kkonsenjata għall-iskopijiet ta' tmexxija ta' prosekuzzjoni kriminali jew ta' eżekuzzjoni ta' sentenza ta' priġunerija jew ta' ordni ta' detenzjoni.

Kumment

Meta jkun qiegħed jitħejja MAE, huwa rakkomandat li tintuża l-għodda tal-Kompendju tan-NĠE fuq is-sit web tan-NĠE. L-użu ta' dik l-għodda elettronika għandu l-vantaġġ li huwa faċli bħal meta wieħed jimla formola bil-Word, iżda b'diversi fatturi moderni u faċli għall-utent, bħal: il-possibbiltà li l-awtoritajiet ġudizjarji eżekutorji kompetenti jiġu importati direttament mill-Atlas Ġudizzjarju tan-NĠE; it-test statiku tal-formola jingħata minnufih bil-lingwa/i aċċettata/i mill-Istat eżekutorju; l-issejvjar u t-trażmissjoni tal-formola bil-posta elettronika.

Madankollu, jaf ikun jaqbel li l-formola titniżżel mis-sit web tan-NĠE (it-taqsima Judicial Library) f'format Word bil-lingwa tal-awtorità ġudizzjarja emittenti (tiegħek stess) u tinżamm fil-kompjuter tiegħek stess, f'każ li ma jkunx hemm aċċess għas-sit web meta din tkun tinħtieġ f'każijiet.

Jaf ikun jaqbel ukoll li l-formola titniżżel mis-sit web tan-NĠE (Judicial Library) bil-lingwi kollha, speċjalment b'dawk il-lingwi li l-Istati Membri s-soltu jaċċettaw l-aktar u tinżamm fuq il-kompjuter tiegħek stess.

Jekk tuża l-formola Word, imla dik il-formola bil-lingwa tiegħek billi tuża kompjuter (mhux manwalment). Meta jintuża l-Kompendju, il-formola dejjem timtela fuq il-kompjuter.

Jekk kaxxa ma tkunx rilevanti, ikteb “mhux applikabbli” jew indika b'mod ċar, pereżempju permezz ta' marka speċifika (pereż.: —) li mhux applikabbli. Ma għandek qatt tikkanċella kaxxa jew tibdel il-formola tal-MAE b'xi mod.

Jekk ikun hemm diversi reati koperti mill-MAE, innumerahom reat 1, 2, 3, eċċ. u żomm din in-numerazzjoni matul il-MAE kollu u b'mod partikolari fil-kaxxa (b).

Kaxxa (a)

Informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna rikjesta

Kumment:

Imla l-partijiet kollha, jekk possibbli.

(a)

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna rikjesta:

L-isem: Kumment: parti obbligatorja. Inkludi l-isem uffiċjali preċedenti, jekk magħruf, u ikteb l-isem kif inhu bil-lingwa nazzjonali, l-isem ma għandux jiġi tradott. Kun żgur li l-ordni huwa korrett, li flok il-kunjom m'intix tikteb l-isem u erġa' vverifika għal li jista' jkun ikun hemm żewġ persuni jew aktar b'ismijiet simili (forsi f'ordni differenti, jew b'varjazzjonijiet ċkejkna) fl-istess fajl.

L-isem(ismijiet): Kumment: parti obbligatorja.

Il-kunjom ta' qabel iż-żwieġ, meta applikabbli:

Psewdonimi, meta applikabbli: Kumment: Inkludi ismijiet foloz. Indika l-laqmijiet fil-parentesi. Jekk il-persuna tuża identità falza, dik l-identità falza għandha tiddaħħal fil-partijiet kollha, pereżempju data tat-twelid falza u indirizz falz.

Sess: Kumment: parti obbligatorja.

Nazzjonalità: Kumment: parti obbligatorja. Indikahom kollha f'każ ta' aktar minn nazzjonalità waħda.

Data tat-Twelid: Kumment: parti obbligatorja.

Post tat-Twelid: Kumment: parti obbligatorja, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli.

Residenza u/jew indirizz magħruf: Kumment: parti obbligatorja, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli.

Indika “mhux magħruf” jekk ma hemm l-ebda informazzjoni.

Lingwa/i li l-persuna rikjesta tifhem (jekk magħrufa):

Marki distintivi/deskrizzjoni tal-persuna rikjesta: Kumment: parti obbligatorja, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli. Indika wkoll, jekk il-persuna hijiex perikoluża u/jew tistax tkun qiegħda ġġorr arma.

Ritratt u marki tas-swaba' tal-persuna rikjesta, jekk ikunu jinsabu għad-dispożizzjoni u jistgħu jiġu trażmessi, jew dettalji ta' kuntatt tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata sabiex tinkiseb dik l-informazzjoni jew profil tad-DNA (meta dik l-evidenza tkun tista' tingħata iżda ma tkunx ġiet inkluża) Kumment: Huwa obbligatorju li jingħataw permezz tal-Interpol jew tas-SIS, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli. Dan huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat li tiġi arrestata l-persuna t-tajba.

Erġa' vverifika għal li jista' jkun ikun hemm żewġ persuni jew aktar b'ismijiet simili (forsi f'ordni differenti, jew b'varjazzjonijiet ċkejkna) fl-istess fajl.

Kaxxa (b)

Informazzjoni dwar id-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat il-MAE

Kumment:

Il-Formola għandha timtela skont l-iskop rikjest tal-MAE — każijiet ta' prosekuzzjoni u/jew kundanna. Il-kaxxa (b) tuża t-termini “Deċiżjoni li fuqha huwa bbażat il-MAE” li jirreferu għal deċiżjoni ġudizzjarja li hija distinta mill-MAE. It-terminu “deċiżjoni ġudizzjarja” jkopri d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali, iżda mhux is-servizzi tal-pulizija. Meta d-deċiżjoni li tkun wasslet għall-ordni ta' detenzjoni tkun inbidlet, pereżempju, f'sentenza in absentia, għandu jinħareġ MAE ġdid (bit-titolu l-ġdid).

 

L-istadju ta' qabel il-proċess (MAE jinħareġ biex titwettaq prosekuzzjoni kriminali)

(b) 1. Identifika d-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat il-MAE (pereżempju, ordni tal-Qorti jew mandat ta' arrest li jkunu nħarġu fi jj/xx/sena, li jkunu imponew miżura koersiva ta' detenzjoni preventiva). Innota li meta timtela l-kaxxa (b) 1. jinħtieġ li timtela wkoll il-kaxxa (c) 1.

 

L-istadju ta' wara l-proċess (MAE maħruġ għall-eżekuzzjoni ta' sentenza/sentenza mogħtija in absentia)

(b) 1. Jekk MAE jinħareġ f'każijiet deċiżi in absentia, identifika d-deċiżjoni tal-qorti.

(b) 2. Irreferi għas-sentenza jew għad-deċiżjoni rilevanti, li saret finali fi jj/xx/ssss u daħħal in-numru tal-każ u l-isem tal-qorti li tat id-deċiżjoni. F'xi Stati Membri, is-sentenzi li jkunu għadhom mhumiex eżekuttivi, sakemm ikun għadu possibbli li jsir appell, sakemm ma jkunux finali, huma raġuni biex timtela l-kaxxa (b).1 u MHUX il-kaxxa (b.)2.

Tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li meta timtela l-kaxxa (b) 2. jinħtieġ li timtela wkoll il-kaxxa (c) 2.

(b)

Id-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat il-mandat:

1.

Mandat ta' arrest jew deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-istess effett:

It-tip: Kumment: speċifika l-ordni tal-qorti jew ordni ġudizzjarja oħra u d-data u r-referenza tal-kawża.

2.

Is-sentenza eżekuttiva: Kumment: jekk is-sentenza tkun eżekuttiva, speċifika wkoll id-data meta saret finali.

Ir-referenza: Kumment: indika d-data, in-numru tal-kawża, it-tip ta' deċiżjoni. Tittraduċix ir-referenzi.

Kaxxa (c)

Informazzjoni dwar it-tul tas-sentenza/sentenza ta' priġunerija

Kumment:

L-iskop ta' din il-kaxxa huwa li jkun dokumentat il-fatt li l-MAE jissodisfa r-rekwiżiti għal-limiti massimi tal-piena stipulati fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE. Matul l-istadju ta' qabel il-proċess, dak il-minimu jkun japplika għas-sentenza li tista' tiġi imposta bi prinċipju, u meta tkun ingħatat sentenza, dan ikun japplika għat-tul tal-piena effettiva. Bħal fil-kaxxa (b), imla l-paragrafu/i li huwa/huma rilevanti billi tqis l-istadju tal-proċedimenti kriminali.

 

L-istadju ta' qabel il-proċess (MAE jinħareġ biex titwettaq prosekuzzjoni kriminali)

(c) 1. Indika l-piena massima li tista' tiġi imposta. Tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li skont l-Artikolu 2(1), il-MAE jista' jinħareġ għal atti punibbli b'sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni ta' perjodu massimu ta' minn tal-inqas 12-il xahar. Meta timtela l-kaxxa (b) 1., jinħtieġ li timtela wkoll il-kaxxa (c) 1.

 

L-istadju ta' wara l-proċess (MAE maħruġ għall-eżekuzzjoni ta' sentenza/sentenza mogħtija in absentia)

(c) 2. Indika t-tul tas-sentenza ta' priġunerija jew tal-ordni ta' detenzjoni imposti. Tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li skont l-Artikolu 2(1), MAE jista' jinħareġ għal sentenzi ta' mil-inqas 4 xhur fil-każijiet li fihom tkun ingħatat sentenza jew tkun saret ordni ta' detenzjoni. Meta timtela l-kaxxa (b) 2., għandha timtela wkoll il-kaxxa (c) 2.

(c) 2. Indika s-snin, ix-xhur u l-jiem. Tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li d-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE ma stabbilixxietx ammont minimu tal-bqija tas-sentenza li għad trid tiġi skontata. Huwa rrakkomandat li l-proporzjonalità tal-ħruġ ta' MAE titqies bir-reqqa f'sitwazzjonijiet li fihom il-bqija tas-sentenza tkun inqas minn erba' (4) xhur anki jekk is-sentenza oriġinali kienet ta' erba' (4) xhur jew aktar.

(c)

Indikazzjonijiet dwar it-tul tas-sentenza:

1.

It-tul massimu tas-sentenza ta' priġunerija jew tal-ordni ta' detenzjoni li tista' tiġi imposta għar-reat(i):

2.

It-tul tas-sentenza ta' priġunerija jew tal-ordni ta' detenzjoni imposti: Kumment: f'każijiet li fihom tkun inħarġet sentenza ta' priġunerija jew tkun saret ordni ta' detenzjoni, il-perjodu tal-ordni ta' detenzjoni jista' jkun indefinit, pereżempj sentenza ta' għomor il-ħabs jew sentenza li tinvolvi kura psikjatrika.

Il-bqija tas-sentenza li għad trid tiġi skontata: Kumment: Jekk is-sentenza hija ta' tul indefinit iżda ta' mill-inqas erba' (4) xhur, indika li għad baqa' minn tal-inqas erba' (4) xhur li jridu jiġu skontati.

Kaxxa (d)

Każijiet meta d-deċiżjonijiet jingħataw in absentia

(d)

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni:

1.

☐ Iva, il-persuna dehret personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni.

2.

☐ Le, il-persuna ma dehritx personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni.

3.

Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, ikkonferma l-eżistenza ta' wieħed minn dawn li punti ġejjin:

3.1a.

☐ il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-proċess li wassal għad-deċiżjoni u kienet infurmata li tista' tingħata deċiżjoni jekk hija ma tkunx preżenti għall-proċess;

JEW

3.1b.

☐ il-persuna ma kenitx ikkonvokata personalment iżda permezz ta' mezzi oħra rċeviet effettivament l-informazzjoni uffiċjali dwar id-data u l-post stipulati tal-proċess li wassal għad-deċiżjoni, u ġie stabbilit b'mod inekwivokabbli li hija kienet konxja mid-data tal-proċess, u kienet infurmata li tista' tittieħed deċiżjoni jekk hija ma tkunx preżenti għall-proċess;

JEW

3.2.

☐ konxja mid-data tal-proċess, il-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna kkonċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha tul il-proċess, u kienet ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-proċess;

JEW

3.3.

☐ il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal proċess ġdid jew appell, dwar id-dritt li tipparteċipa fihom, u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u

l-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;

JEW

il-persuna ma talbitx għal proċess ġdid jew appell fil-perjodu ta' żmien applikabbli;

JEW

3.4.

☐ il-persuna ma ġietx innotifikata personalment bid-deċiżjoni, iżda

il-persuna se tkun innotifikata personalment b'din id-deċiżjoni mingħajr dewmien wara l-konsenja; u

meta tiġi nnotifikata bid-deċiżjoni, il-persuna se tkun infurmata espressament dwar id-dritt tagħha għal proċess ġdid jew appell, dwar id-dritt li tipparteċipa fihom, u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali; u

il-persuna tkun infurmata bil-perjodu taż-żmien li fih għandha tippreżenta talba għal proċess ġdid jew appell, li jkun fi … jiem.

4.

Jekk immarkajt il-kaxxa fil-punt 3.1b, 3.2 jew 3.3 aktar 'il fuq, ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata l-kundizzjoni rilevanti:

Kaxxa (e)

Reati kkonċernati

Kumment:

L-awtorità ġudizzjarja emittenti tiddeċiedi jekk ir-reat jagħmilx parti minn waħda mit-32 kategorija li għalihom ma tapplikax il-verifika għal kriminalità doppja, f'konformità mad-definizzjoni tar-reat fid-dritt kriminali tal-Istati Membri emittenti. Ma hemmx għalfejn li t-test tal-liġi nazzjonali jiġi inkorporat fil-MAE jew jinthemeż miegħu. B'hekk tkun evitata wkoll it-traduzzjoni bla bżonn ta' testijiet legali.

Iċ-ċirkostanzi tal-każ iridu dejjem jiġu deskritti b'mod komplut, inkluża kull informazzjoni rilevanti, sabiex l-awtoritajiet tal-Istati eżekutorji jkunu jistgħu jivvalutaw l-applikazzjoni tar-regola ta' speċjalità, u jekk hemmxraġunijiet biex il-MAE ma jiġix eżegwit, bħall-prinċipju ne bis in idem u l-preskrizzjoni.

L-istadju ta' qabel il-proċess u dak ta' wara l-proċess

Daħħal l-għadd ta' reati kkonċernati.

Kun konsistenti ma' dawk deskritti.

Żomm quddiem għajnejk il-kummenti fil-Manwal dwar ir-reati aċċessorji meta tkun qed tiddeċiedi jekk tinkludihomx jew le (it-Taqsima 2.3).

Agħti spjegazzjoni preċiża tal-fatti li jiġġustifikaw il-MAE:

Ikkonċentra fuq dawk il-fatti li jikkonċernaw lill-persuna li trid tiġi kkonsenjata.

Dejjem iddeskrivi l-fatti meħtieġa għal dak l-iskop (il-persuna responsabbli, il-grad ta' parteċipazzjoni jew ta' eżekuzzjoni, il-post, il-ħin, il-kwantità, il-mezzi, il-ħsara jew leżjonijiet li jirriżultaw, l-intenzjoni jew l-iskop, il-profitt, eċċ.).

I d-deskrizzjoni fattwali għandha tikkonsisti biss f'sommarju qasir u mhux fi traskrizzjoni kompluta tal-paġni sħaħ tal-fajl. Madankollu f'każijiet aktar kumplessi, u b'mod partikolari meta tkun tapplika l-kriminalità doppja (reati mhux elenkati), jaf ikun hemm bżonn ta' deskrizzjoni itwal sabiex jiġu dokumentati l-aspetti prinċipali tal-fatti. F'dawk il-każijiet, inkludi d-data li hija essenzjali għal deċiżjoni dwar il-MAE mill-awtorità eżekutorja, b'mod partikolari sabiex tiġi identifikata kwalunkwe raġuni possibbli biex MAE ma jiġix eżegwit jew bil-ħsieb li tiġi applikata r-regola ta' speċjalità.

F'każ ta' diversi reati, jekk hu possibbli, iddeskrivi l-fatti sabiex id-deskrizzjoni tkun f'korrelazzjoni mal-klassifikazzjoni legali ekwivalenti.

Uża sentenzi qosra u sempliċi li jistgħu jiġu tradotti faċilment.

Ikun utli wkoll li tiddaħħal deskrizzjoni qasira sabiex jiddaħħlu allerti fis-SIS mill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali.

Indika l-klassifikazzjoni legali tar-reat (liema dispożizzjoni tal-liġi kriminali qed jikser). Madankollu, ma hemmx għalfejn li wieħed iżid it-testi legali fil-MAE. Dan iwassal biss għal traduzzjonijiet bla bżonn.

Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti tirrikonoxxi r-reat bħala reat fil-lista ta' 32 reat hawn taħt, u r-reat ikun punibbli permezz ta' sentenza ta' priġunerija jew ta' ordni ta' detenzjoni li bħala massimu tkun ta' minn tal-inqas tliet (3) snin, jinħtieġ li timmarka l-kaxxa rilevanti mil-lista.

Huwa rrakkomandat li, meta jkun possibbli, tintuża formola waħda biss għal MAE wieħed li jkun jikkonċerna persuna waħda. Jekk ikun fih diversi reati, għandu jintwera b'mod ċar (pereżempju billi jintużaw “reat 1”, “reat 2”, “reat 3”, …) liema marka tirreferi għal liema reat (ara b'mod partikolari l-kaxxa (b)). Ħu nota li s-SIS tippermetti biss li jiddaħħal allert wieħed għal arrest. Madankollu, huwa possibbli li jinthemeż aktar minn MAE wieħed għal kull allert għal arrest.

Fil-każ ta' diversi MAE maħruġa mill-istess pajjiż li jirrigwardaw l-istess persuna, dawk il-MAE ma jitqisux li huma f'kompetizzjoni.

(e)

Reati:

Dan il-mandat jirrigwarda total ta': …reat(i).

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu ir-reat(i), inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta' parteċipazzjoni fir-reat(i) mill-persuna rikjesta: Kumment: biex ikun ċar, meta pereżempju ikunu kkonċernati tliet 3 reati, id-deskrizzjonijiet għandhom jiġu nnumerati 1, 2 u 3. Uża sentenzi qosra, iżda agħti deskrizzjoni fattwali kompluta. Indika bi preċiżjoni.

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) u d-dispożizzjoni legali applikabbli:

Kumment: daħħal il-klassifikazzjoni legali tar-reat u liema dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli jikser.

I.

Jekk applikabbli, immarka reat wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin li huma punibbli fl-Istat Membru emittenti permezz ta' sentenza ta' priġunerija jew ordni ta' detenzjoni li bħala massimu tkun mill-anqas tliet 3 snin kif definit mil-liġijiet tal-Istat Membru emittenti:

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;

terroriżmu;

traffikar tal-bnedmin;

sfruttament sesswali ta' tfal u pornografija tat-tfal;

traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u ta' sustanzi psikotropiċi;

traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi;

korruzzjoni;

frodi, inkluż dak li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

laundering ta' flus li ġejjin minn reati;

falsifikazzjoni tal-flus, inkluż l-euro;

reati konnessi mal-informatika;

kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu u ta' speċijiet u varjetajiet veġetali fil-periklu;

faċilitazzjoni ta' dħul u ta' residenza mhux awtorizzati;

omiċidju, offiża gravi fuq il-persuna;

kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani;

ħtif ta' persuna, detenzjoni illegali u teħid ta' ostaġġi;

razziżmu u ksenofobija;

serq organizzat jew bl-użu ta' armi;

traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti;

frodi;

intrigi ta' qerq u estorsjoni;

falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti;

falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament;

traffikar illeċitu f'sostanzi ormonali u affarijiet oħra li jippromwovu l-iżvilupp;

traffikar illeċitu f'materjali nukleari jew radjuattivi,

traffikar f'vetturi misruqa;

stupru;

ħruq volontarju;

reati fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

sekwestru illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,

sabotaġġ.

II.

Deskrizzjonijiet sħaħ tar-reat(i) mhux kopert(i) mit-Taqsima I ta' hawn fuq: Kumment: Kwalunkwe ħaġa li tkun ġiet diġà deskritta taħt (e) m'għandhiex tkun ripetuta fit-Taqsima II. Apparti d-deskrizzjoni kompluta, ma hemmx bżonn informazzjoni li tirrigwarda l-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Jekk iċ-ċirkostanzi diġà huma indikati hawn fuq, tirrepetihomx. Iddaħħalx testi legali jekk iċ-ċirkostanzi huma identifikati b'mod evidenti aktar 'il fuq; uża din il-kaxxa biss jekk tapplika l-kriminalità doppja u għandek bżonn tagħti aktar dettalji dwar iċ-ċirkostanzi minbarra dawk li huma diġà msemmija aktar 'il fuq. Biex imħallef jeżamina jekk hemmx kriminalità doppja ma hemmx għalfejn ikollu t-test legali iżda hemm bżonn biss li jkun jaf iċ-ċirkostanzi preċiżi tal-każ, għalkemm xi ġuriżdizzjonijiet jirrikjedu kopji tat-test legali.

Kaxxa (f)

Ċirkostanzi oħra rilevanti għall-każ (informazzjoni fakultattiva)

Kumment:

Ma hemmx għalfejn li din il-kaxxa timtela.

Din tista' tkopri kummenti dwar l-extraterritorjalità, l-interruzzjoni ta' perjodi ta' limitazzjoni taż-żmien u konsegwenzi oħra tar-reat. Normalment ma jkunx hemm għalfejn tindika xi interruzzjoni tat-termini perentorji, iżda jekk ir-reat ikun twettaq ħafna żmien ilu, dik l-indikazzjoni tista' tkun utli.

Tista' tintuża wkoll meta jkun hemmċirkostanzi speċjali marbuta mal-eżekuzzjoni tal-MAE u l-għoti ta' informazzjoni ulterjuri jista' jiffaċilita l-eżekuzzjoni tal-MAE, minkejja l-possibbiltajiet ta' komunikazzjoni diretta, pereżempju:

Rimarki dwar restrizzjonijiet rigward kuntatti ma' terzi persuni wara l-arrest, indikazzjonijiet li hemm riskju li tinqered l-evidenza jew riskju li jitwettaq reat ieħor.

Indikazzjoni ta' ċirkostanzi li, skont id-Deċiżjoni Kwadru 2009/909/ĠAI, iwasslu għall-probabbiltà li l-persuna rikjesta tista' tkun f'pożizzjoni li sussegwentement tiġi trasferita sabiex tiskonta s-sentenza ta' priġunerija possibbli fl-Istat Membru eżekutorju skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE (bħal jekk il-persuna jkollha r-residenza, l-impjieg, ir-rabtiet familjari, eċċ. fl-Istat Membru eżekutorju).

Rikjesta għall-kunsens skont l-Artikolu 27(4) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

Rikjesti oħra għall-koperazzjoni ġudizzjarja, pereżempju Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea, għall-eżekuzzjoni simultanja.

Ir-relazzjoni ma' MAE oħra.

Ftehimiet li jirrigwardaw MAE simultanji milħuqa bejn l-awtoritajiet emittenti, sabiex l-awtorità eżekutorja ssir taf bihom minnufih u tkun f'pożizzjoni li tikkunsidrahom, speċjalment dawk il-ftehimiet milħuqa f'laqgħat ta' koordinazzjoni fil-Eurojust.

F'konformità mad-Direttiva 2013/48/UE, l-informazzjoni dwar l-avukat fl-Istat emittenti li jista' jassisti lill-avukat fl-Istat eżekutorju (l-avukat magħżul jew avukat ex officio).

F'konformità mal-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Kwadru 2009/829/ĠAI, informazzjoni dwar kull miżura ta' superviżjoni preċedenti (ksur tal-miżura ta' superviżjoni).

(f)

Ċirkostanzi oħra rilevanti għall-każ (informazzjoni fakultattiva):

(NB: Din tista' tkopri kummenti dwar l-extraterritorjalità, l-interruzzjoni ta' perjodi ta' limitazzjoni taż-żmien u konsegwenzi oħra tar-reat.

Kaxxa (g)

Sekwestru

Kumment:

L-istadju ta' qabel il-proċess (MAE jinħareġ biex titwettaq prosekuzzjoni kriminali)

Agħti deskrizzjoni qasira tal-oġġett rikjest (jiġifieri mowbajl, laptop, tablet, arma, karta tal-identità, dokumenti tal-ivvjaġġar, eċċ.). Fil-każijiet li fihom ma tintalabx din ix-xorta ta' koperazzjoni, ikteb “mhux applikabbli”.

Pereżempju, iddeskrivi l-arma li qiegħed jintalab is-sekwestru tagħha.

Jekk disponibbli, għandha tingħata kull informazzjoni dwar xi Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea jew ordni ta' ffriżar separati.

Il-kaxxa (g) ma tirreferix għal “oġġetti personali”; indika l-oġġetti li jistgħu jitqiesu bħala evidenza, pereżempju laptop, dokumenti personali jew mowbajls, sabiex jingħata lok għas-sekwestru tal-proprjetà.

(g)

Dan il-mandat huwa rilevanti wkoll għall-qbid u l-konsenja ta' proprjetà li tista' tkun meħtieġa bħala prova:

Dan il-mandat huwa rilevanti wkoll għall-qbid u l-konsenja ta' proprjetà akkwistata mill-persuna rikjesta bħala riżultat tar-reat:

Deskrizzjoni tal-proprjetà (u fejn tinsab) (jekk magħrufa):

Kaxxa (h)

Kumment:

L-inċiżi nbidlu f'kaxxi — immarka fejn applikabbli. Jekk il-liġi ma tippermettix sentenza ta' għomor il-ħabs, ikteb “mhux applikabbli”

 

L-istadju ta' qabel il-proċess (MAE jinħareġ biex titwettaq prosekuzzjoni kriminali)

Immarka l-kaxxa jekk applikabbli.

 

L-istadju ta' wara l-proċess (MAE maħruġ għall-eżekuzzjoni ta' sentenza/sentenza mogħtija in absentia)

Immarka l-kaxxa jekk applikabbli

(h)

Ir-reat(i) abbażi tagħhom inħareġ dan il-mandat huwa/huma punibbli b'/wassal (wasslu) għal piena tqa' kustodja għall-ħajja jew ordni ta' detenzjoni għall-ħajja:

is-sistema legali tal-Istat Membru emittenti tippermetti reviżjoni tal-piena jew tal-miżura imposta — meta tintalab jew minn tal-inqas wara 20 sena — bil-għan li dik il-piena jew miżura ma tiġix eżegwita,

u/jew

is-sistema legali tal-Istat Membru emittenti tippermetti l-applikazzjoni ta' miżuri ta' klemenza li l-persuna hija intitolata għalihom skont il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru emittenti, bil-għan li dik il-piena jew miżura ma tiġix eżegwita.

Kaxxa (i)

Informazzjoni dwar l-awtorità emittenti

Kumment:

Isem ir-rappreżentant tagħha: fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti se tiġi inkluża referenza għad-“detentur” tal-awtorità ġudizzjarja.

Daħħal l-indirizz tal-awtorità ġudizzjarja emittenti.

Daħħal in-numru tat-telefown/il-fax/il-posta elettronika tal-awtorità emittenti, preferibbilment fejn l-awtorità tista' tkun ikkuntattjata l-ħin kollu.

Id-dettalji ta' kuntatt għal arranġamenti prattiċi: Jekk hu possibbli, indika l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' uffiċjal ġudizzjarju li għandu konoxxenza ta' lingwa barranija rilevanti.

(i)

L-awtorità ġudizzjarja li ħarġet il-mandat:

Isem uffiċjali: …

Isem ir-rappreżentant tagħha: …

Pożizzjoni (titolu/grad): …

Referenza tal-fajl: …

Indirizz: …

Tel. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) (…) …

Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) (…) …

Posta elettronika: Kumment: indika indirizz tal-posta elettronika uffiċjali li jiġi ċċekkjat ta' sikwit

Dettalji ta' kuntatt tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata biex isiru l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-konsenja:

Informazzjoni ta' kuntatt dwar l-Awtorità Ċentrali

Fejn awtorità ċentrali tkun ġiet inkarigata li tittrażmetti u tirċievi b'mod amministrattiv il-mandati ta' arrest Ewropej:

 

L-isem tal-awtorità ċentrali: …

 

Persuna ta' kuntatt, jekk applikabbli (titolu/grad u isem): …

 

Indirizz: …

 

Tel. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) (…) …

 

Faks: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) (…) …

 

Posta elettronika:

Firma u informazzjoni tal-awtorità ġudizzjarja emittenti

Kumment:

Din tista' tkun l-awtorità ġudizzjarja jew, pereżempju, Reġistratur tal-Qorti li jiffirma f'isem il-Qorti.

Firma tal-awtorità ġudizzjarja emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha:

Isem:

Kariga (titolu/grad): …

Data: …

It-timbru uffiċjali (jekk disponibbli) Kumment: dan huwa t-timbru uffiċjali tal-awtorità ġudizzjarja emittenti skont il-liġi domestika. Użah dejjem jekk disponibbli.


ANNESS IV

Lingwi aċċettati mill-Istati Membri meta jirċievu MAE

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, id-dikjarazzjonijiet li ġejjin saru mill-Istati Membri rigward il-lingwi aċċettati meta jirċievu MAE:

L-Awstrija:

il-Ġermaniż jew lingwa oħra skont il-prinċipju tar-reċiproċità (taċċetta li tirċievi l-MAE bil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru li jaċċetta wkoll li jirċievi l-MAE maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Awstrijaki bil-Ġermaniż).

Il-Belġju:

il-Franċiż, l-Olandiż, il-Ġermaniż

Il-Bulgarija:

il-Bulgaru

Ċipru:

il-Grieg, it-Tork, l-Ingliż

Ir-Repubblika Ċeka:

iċ-Ċek; fir-rigward tar-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika Ċeka taċċetta MAE magħmul bis-Slovakk jew akkumpanjat minn traduzzjoni għas-Slovakk, filwaqt li fir-rigward tal-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka taċċetta MAE bil-Ġermaniż.

Id-Danimarka:

id-Daniż, l-Ingliż, l-Iżvediż

L-Estonja:

l-Estonjan, l-Ingliż

Il-Finlandja:

il-Finlandiż, l-Iżvediż, l-Ingliż

Franza:

il-Franċiż

Il-Ġermanja:

il-Ġermanja tapplika l-prinċipju tar-reċiproċità (taċċetta li tirċievi l-MAE bil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru li jaċċetta wkoll li jirċievi l-MAE maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ġermaniżi bil-Ġermaniż).

Il-Greċja:

il-Grieg

L-Ungerija:

l-Ungeriż jew traduzzjoni tal-MAE għall-Ungeriż. Fir-rigward ta' Stati Membri li ma jaċċettawx esklużivament il-MAE bil-lingwa tagħhom stess jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tagħhom, l-Ungerija taċċetta l-MAE bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, jew akkumpanjat minn traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.

L-Irlanda:

L-Irlandiż jew l-Ingliż jew lingwa li l-Ministeru tal-Ġustizzja jista' jippreskrivi permezz ta' ordni, jew il-MAE bi traduzzjoni fl-Irlandiż jew fl-Ingliż.

L-Italja:

it-Taljan

Il-Latvja:

il-Latvjan, l-Ingliż

Il-Litwanja:

il-Litwan, l-Ingliż

Il-Lussemburgu:

il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ingliż

Malta:

il-Malti, l-Ingliż

In-Netherlands:

l-Olandiż, l-Ingliż jew kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni sakemm tiġi ppreżentata traduzzjoni bl-Ingliż fl-istess ħin.

Il-Polonja:

il-Pollakk

Il-Portugall:

il-Portugiż

Ir-Rumanija:

ir-Rumen, il-Franċiż jew l-Ingliż

Is-Slovakkja:

is-Slovakk jew, abbażi ta' trattati bilaterali preċedenti, il-Ġermaniż fir-rigwarrd tal-Awstrija, iċ-Ċek fir-rigwarqd tar-Repubblika Ċeka, il-Pollakk fir-rigward tal-Polonja.

Is-Slovenja:

is-Sloven u l-Ingliż

Spanja:

l-Ispanjol. Jekk jinħareġ MAE permezz ta' allert tas-SIS, l-awtorità ġudizzjarja eżekutorja tiżgura li ssir it-traduzzjoni jekk ma jkunx bl-Ispanjol.

L-Iżvezja:

l-Iżvediż, id-Daniż, in-Norveġiż, l-Ingliż jew traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.


ANNESS V

Lista ta' sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jirrigwardaw id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE

C-303/05, Advocaten voor de Wereld (Sentenza tat-3 ta' Mejju 2007)

C-66/08, Kozłowski (Sentenza tas-17 ta' Lulju 2008)

C-296/08 PPU, Santesteban Goicoechea (Sentenza tat-12 ta' Awwissu 2008)

C-388/08 PPU, Leymann u Pustovarov (Sentenza tal-1 ta' Diċembru 2008)

C-123/08, Wolzenburg (Sentenza tas-6 ta' Ottubru 2009)

C-306/09, I.B. (Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2010)

C-261/09, Mantello (Sentenza tas-16 ta' Novembru 2010)

C-192/12 PPU, West (Sentenza tat-28 ta' Ġunju 2012)

C-42/11, Lopes da Silva Jorge (Sentenza tal-5 ta' Settembru 2012)

C-396/11, Radu (Sentenza tad-29 ta' Jannar 2013)

C-399/11, Melloni, (Sentenza tas-26 ta' Frar 2013)

C-168/13 PPU, Jeremy F. (Sentenza tat-30 ta' Mejju 2013)

C-237/15 PPU, Lanigan (Sentenza tas-16 ta' Lulju 2015)

C-463/15, A. (Digriet tal-25 ta' Settembru 2015)

C-404/15 u C-659/15 PPU Aranyosi u Căldăraru Kawżi Magħquda (Sentenza tal-5 ta' April 2016)

C-108/16 PPU, Dworzecki (Sentenza tal-24 ta' Mejju 2016)

C-241/15, Bob-Dogi (Sentenza tal-1 ta' Ġunju 2016)

C-294/16 PPU, JZ (Sentenza tat-28 ta' Lulju 2016)

C-182/15, Petruhhin (Sentenza tas-6 ta' Settembru 2016)

C-452/16 PPU, Poltorak (Sentenza tal-10 ta' Novembru 2016)

C-477/16 PPU, Kovalkovas (Sentenza tal-10 ta' Novembru 2016)

C-453/16 PPU, Özçelik (Sentenza tal-10 ta' Novembru 2016)

C-640/16, Vilkas (Sentenza tal-25 ta' Jannar 2017)

Pendenti:

 

C-579/15, Popławski

 

C-473/15, Schotthöfer & Steiner

 

C-191/16, Pisciotti

 

C-367/16, Piotrowski

 

C-496/16, Aranyosi


ANNESS VI

Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jirrigwardaw il-prinċipju ne bis in idem

Kawżi konġunti C-187/01 u C-385/01, Gözütok u Brügge (Sentenza tal-11 ta' Frar 2003)

Il-prinċipju ne bis in idem, stipulat fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (“KIFS”) japplika wkoll għal proċeduri fejn il-prosekuzzjoni ulterjuri tkun ġiet preskritta, bħall-proċeduri inkwistjoni fl-azzjonijiet prinċipali, li permezz tagħhom il-Prosekutur Pubbliku ta' Stat Membru jwaqqaf il-proċedimenti kriminali mressqa f'dak l-Istat, mingħajr l-involviment ta' qorti, ġaladarba l-imputat ikun issodisfa ċerti obbligi u, b'mod partikolari, ikun ħallas ċertu ammont ta' flus iddeterminat mill-Prosekutur Pubbliku.

Kawża C-469/03, Miraglia (Sentenza tal-10 ta' Marzu 2005)

Il-prinċipju ne bis in idem, kif jinsab fl-Artikolu 54 tal-KIFS, ma jistax jiġi applikat għal deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta' Stat Membru li jiddikjaraw li kawża hija magħluqa, wara li l-uffiċċju tal-prosekutur ikun iddeċieda li ma jkomplix il-prosekuzzjoni għar-raġuni biss li prosekuzzjoni kriminali kienet infetħet fi Stat Membru ieħor kontra l-istess akkużat u dwar l-istess fatti, u dan mingħajr ma jkunu ġew stabbiliti l-merti tal-każ.

Kawża C-436/04, Van Esbroeck (Sentenza tad-9 ta' Marzu 2006)

1.

Il-prinċipju ne bis in idem, stabbilit mill-Artikolu 54 tal-KIFS, għandu jiġi applikat għal proċedimenti kriminali li nbdew fi Stat kontraenti fir-rigward ta' azzjonijiet li kienu diġà taw lok għall-kundanna tal-persuna kkonċernata fi Stat kontraenti ieħor, anki jekk il-Konvenzjoni kienet għadha ma daħlitx fis-seħħ fl-Istat imsemmi l-aħħar fil-mument li ingħatat il-kundanna, sakemm il-Konvenzjoni kienet fis-seħħ fl-Istati kontraenti inkwistjoni fil-mument tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem mill-qorti li quddiemha tressqu t-tieni proċedimenti.

2.

L-Artikolu 54 tal-KIFS irid jiġi interpretat bħala

li jinftiehem li l-kriterju rilevanti għall-iskop tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tal-KIFS huwa kkostitwit minn dak tal-identiċità tal-fatti materjali, mifhuma bħala l-eżistenza ta' ġabra ta' azzjonijiet inseparabbilment marbuta bejniethom, indipendentement mill-klassifikazzjoni ġuridika ta' dawk il-fatti jew tal-interess ġuridiku protett;

il-fatti punibbli li jikkonsistu fl-esportazzjoni u fl-importazzjoni tal-istess drogi narkotiċi u li fir-rigward tagħhom tmexxew proċedimenti kriminali fi Stati Kontraenti differenti, bħala prinċipju, għandhom jiġu kkunsidrati bħala “l-istess azzjonijiet” skont dan l-Artikolu 54, u l-evalwazzjoni finali f'dan ir-rigward tappartjeni lill-qrati nazzjonali kompetenti.

Kawża C-467/04, Gasparini et. (Sentenza tat-28 ta' Settembru 2006)

1.

Il-prinċipju ne bis in idem, stabbilit mill-Artikolu 54 tal-KIFS japplika fir-rigward ta' deċiżjoni ta' qorti ta' Stat Kontraenti, li tkun ittieħded wara li jkunu tressqu proċedimenti kriminali, li biha l-akkużat ikun ġie lliberat definittivament minħabba li l-proċeduri jkunu preskritti.

2.

L-imsemmi prinċipju mhuwiex applikabbli għal individwi oħra barra dawk li fir-rigward tagħhom il-proċeduri jkunu ingħalqu definittivament minn Stat kontraenti.

3.

Qorti kriminali ta' Stat kontraenti ma tistax tikkunsidra merkanzija bħala f'ċirkulazzjoni libera fit-territorju tiegħu biss minħabba l-fatt li l-qorti kriminali ta' Stat kontraenti ieħor ikun ikkonstata, fir-rigward ta' dik l-istess merkanzija, li r-reat ta' kuntrabandu huwa preskritt.

4.

It-tqegħid ta' merkanzija fis-suq ta' Stat Membru ieħor, wara l-importazzjoni tagħha fl-Istat Membru li llibera l-akkużat, jikkostitwixxi komportament li jista' jagħmel parti mill-“istess fatti” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 54.

Kawża C-150/05, Van Straaten (Sentenza tat-28 ta' Settembru 2006)

1.

L-Artikolu 54 tal-KIFS irid jiġi interpretat bit-tifsira li ġejja:

il-kriterju rilevanti għall-iskop tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu tal-KIFS huwa l-identità tal-fatti materjali, mifhuma bħala l-eżistenza ta' ġabra ta' azzjonijiet inseparabbilment marbuta bejniethom, indipendentement mill-klassifikazzjoni ġuridika ta' dawk il-fatti jew tal-interess ġuridiku protett;

fil-każ ta' reati relatati mad-drogi narkotiċi, il-kwantitajiet tad-droga inkwistjoni fiż-żewġ Stati Kontraenti kkonċernati jew il-persuni li allegatament kienu parti mill-atti fiż-żewġ Stati ma hemmx għalfejn li jkunu identiċi;

il-fatti punibbli li jikkonsistu fl-esportazzjoni u fl-importazzjoni tal-istess stupefaċenti u li fir-rigward tagħhom tmexxew proċedimenti kriminali fi stati kontraenti differenti tal-KIFS għandhom, bħala prinċipju, jiġu kkunsidrati bħala “l-istess fatti” fis-sens tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni, u l-evalwazzjoni finali f'dak ir-rigward hija kompitu tal-qrati nazzjonali kompetenti.

2.

Il-prinċipju ta' ne bis in idem, stabbilit mill-Artikolu 54 tal-KIFS, isib applikazzjoni għal deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta' Stat kontraenti, li biha akkużat ikun ġie lliberat b'mod definittiv minħabba nuqqas ta' provi.

Kawża C-288/05, Kretzinger (Sentenza tat-18 ta' Lulju 2007)

1.

L-Artikolu 54 tal-KIFS għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kriterju rilevanti għall-iskop tal-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu huwa l-kriterju tal-identiċità tal-fatti materjali, mifhuma bħala l-eżistenza ta' ġabra ta' azzjonijiet inseparabbilment marbuta bejniethom, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ġuridika ta' dawk l-azzjonijiet jew mill-interess ġuridiku protett;

azzjonijiet li jikkonsistu fir-riċettazzjoni ta' tabakk bil-kuntrabandu barrani fi Stat kontraenti u fl-importazzjoni u l-pussess tal-istess tabakk fi Stat kontraenti ieħor, ikkaratterizzati mill-fatt li l-imputat, li ġie pproċessat f'żewġ Stati kontraenti, kellu mill-bidu nett l-intenzjoni li jittrasporta t-tabakk, wara li rċevieh inizjalment, lejn destinazzjoni finali billi jgħaddi minn diversi Stati kontraenti, jikkostitwixxu mġiba li tista' taqa' taħt il-kunċett tal-“istess azzjonijiet” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 54. Huma l-qrati nazzjonali kompetenti li għandhom jagħmlu l-evalwazzjoni definittiva f'dak ir-rigward.

2.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 54 tal-KIFS, is-sanzjoni mogħtija minn qorti ta' Stat kontraenti “tkun ġiet infurzata” jew “tkun fil-fatt fil-proċess li tiġi infurzata” meta l-imputat ikun ġie kkundannat għal piena ta' priġunerija li l-eżekuzzjoni tagħha tkun ġiet sospiża.

3.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 54 tal-KIFS, is-sanzjoni mogħtija minn qorti ta' Stat kontraenti m'għandhiex titqies li “ġiet infurzata” jew li hija “fil-fatt fil-proċess li tiġi infurzata” meta l-imputat ikun, għal perijodu qasir, inżamm fil-kustodja tal-pulizija u/jew inżamm taħt arrest preventiv pendenti l-proċess u meta, skont il-liġi tal-Istat fejn tkun ingħatat is-sentenza, dak l-arrest preventiv għandu jitqies meta sussegwentement tiġi eżegwita l-piena ta' priġunerija.

4.

Il-fatt li Stat Membru fejn persuna ġiet ikkundannata b'mod definittiv skont id-dritt nazzjonali jista', skont id-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, joħroġ MAE bil-għan li dik il-persuna tiġi arrestata sabiex tiġi infurzata dik is-sentenza, ma jistax ikollu impatt fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' “infurzar” fis-sens tal-Artikolu 54 tal-KIFS.

Kawża C-367/05, Kraaijenbrink (Sentenza tat-18 ta' Lulju 2007)

L-Artikolu 54 tal-KIFS għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kriterju rilevanti għall-iskop tal-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu huwa l-kriterju tal-identiċità tal-fatti materjali, mifhuma bħala l-eżistenza ta' ġabra ta' azzjonijiet inseparabbilment marbuta bejniethom, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ġuridika ta' dawk l-azzjonijiet jew mill-interess ġuridiku protett;

azzjonijiet differenti li jikkonsistu, b'mod partikolari, minn naħa, fiż-żamma fi Stat kontraenti ta' somom ta' flus miksuba mit-traffikar ta' drogi u, min-naħa l-oħra, fl-iskambju f'uffiċċji tal-kambju fi Stat kontraenti ieħor ta' somom ta' flus bl-istess oriġini ma għandhomx jitqiesu bħala l-“istess azzjonijiet” fis-sens ta' dan l-Artikolu minħabba s-sempliċi fatt li l-qorti nazzjonali kompetenti tikkonstata li l-imsemmija azzjonijiet huma marbuta b'intenzjoni kriminali komuni;

hija l-imsemmija qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk il-livell ta' identiċità u ta' konnessjoni bejn iċ-ċirkostanzi fattwali kollha li għandhom jiġu mqabbla bejniethom huwiex tali li jista' jiġi kkonstatat, fid-dawl tal-kriterju rilevanti msemmi aktar 'il fuq, li huma involuti l-“istess azzjonijiet” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 54.

Kawża C-297/07, Bourquain (Sentenza tal-11 ta' Diċembru 2008)

Il-prinċipju ta' ne bis in idem stabbilit mill-Artikolu 54 tal-KIFS japplika għal proċeduri kriminali mibdija fi Stat Kontraenti fir-rigward ta' fatti li l-akkużat ikun diġà ġie definittivament ikkundannat għalihom fi Stat Kontraenti ieħor, minkejja li, bis-saħħa tad-dritt tal-Istat li fih ikun ġie kkundannat, il-piena li tkun ingħatatlu, minħabba partikolaritajiet proċedurali tad-dritt ta' dak l-Istat li jissemmew fil-proċeduri prinċipali, qatt ma setgħet tiġi infurzata direttament.

Kawża C-491/07, Turanský (Sentenza tat-22 ta' Diċembru 2008)

Il-prinċipju ta' ne bis in idem stabbilit fl-Artikolu 54 tal-KIFS ma japplikax għal deċiżjoni li permezz tagħha awtorità ta' Stat Kontraenti, wara eżami tal-merti tal-każ imressaq quddiemha, tordna, fi stadju preċedenti għall-inkriminazzjoni ta' persuna ssuspettata li kkommettiet reat, is-sospensjoni tal-proċeduri kriminali, meta dik id-deċiżjoni ta' sospensjoni, skont id-dritt nazzjonali ta' dak l-Istat, ma tippreskrivix b'mod definittiv l-azzjoni kriminali u għalhekk ma tikkostitwixxix ostakolu għal proċeduri kriminali ġodda, fir-rigward tal-istess fatti, f'dak l-Istat.

Kawża C-398/12, M. (Sentenza tal-5 ta' Ġunju 2014)

L-Artikolu 54 tal-KIFS għandu jiġi interpretat fis-sens li digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri quddiem qorti tal-ġudizzju li jipprekludi, fl-Istat Kontraenti fejn dan id-digriet ikun ingħata, il-bidu ta' proċeduri ġodda għall-istess fatti kontra l-persuna li bbenefikat mill-imsemmi digriet, sakemm ma jitressqux provi ġodda kontriha, għandu jiġi kkunsidrat bħala sentenza definittiva, fis-sens ta' dak l-Artikolu, li b'hekk tostakola azzjonijiet ġodda fil-konfront tal-istess persuna u dwar l-istess fatti fi Stat kontraenti ieħor.

Kawża C-261/09, Mantello (Sentenza tas-16 ta' Novembru 2010)

Għall-iskop tal-ħruġ u tal-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew, il-kunċett tal-“istess atti”, li jinsab fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAEjikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

F'ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn, b'risposta għal talba għal informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 15(2) ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru dwar l-MAE magħmula mill-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-mandat, l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat, skont id-dritt nazzjonali tagħha u f'konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-kunċett ta' “l-istess atti” kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Qafa dwar l-MAEs, tkun espressament ikkonstatat li s-sentenza mogħtija preċedentement fis-sistema legali tagħha ma tikkostitwixxix sentenza definittiva li tkopri l-fatti msemmija fil-mandat ta' arrest tagħha u li għalhekk ma tipprekludix il-proċeduri msemmija fl-imsemmi mandat ta' arrest, l-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-mandat b'ebda mod ma għandha għalfejn tapplika, b'rabta ma' dik is-sentenza, ir-raġuni obbligatorja biex MAE ma jiġix eżegwit, stabbilita fl-imsemmi Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE.

Kawża C-129/14 PPU, Spasic (Sentenza tas-27 ta' Mejju 2014)

1.

L-Artikolu 54 tal-KIFS, li permezz tiegħu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ne bis in idem hija suġġetta għall-kundizzjoni li, fil-każ ta' kundanna, il-piena “tkun ġiet infurzata” jew li “tkun fil-fatt fil-proċess li tiġi infurzata”, huwa kompatibbli mal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jiggarantixxi dak il-prinċipju.

2.

L-Artikolu 54 tal-KIFS għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi ħlas tal-multa kriminali imposta fuq persuna kkundannata permezz tal-istess deċiżjoni ta' qorti ta' Stat Membru ieħor għal piena ta' priġunerija li ma tkunx ġiet infurzata mhux biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li s-sanzjoni ġiet infurzata jew li qiegħda fil-proċess li tiġi infurzata fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni.

Kawża C-486/14, Kossowski (Sentenza tad-29 ta' Ġunju 2016)

Il-prinċipju ne bis in idem elenkat fl-Artikolu 54 tal-KIFS, moqri fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur li permezz tagħha jintemmu proċeduri kriminali u tingħalaq b'mod definittiv l-investigazzjoin kontra l-persuna, minkejja li tkn tista' terġa tinfetaħ jew li d-deċiżjoni titħassar, mingħajr ma jiġu imposti pieni, ma tistax tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni definittiva, fis-sens ta' dawk l-artikoli, meta mill-motivazzjoni ta' dik id-deċiżjoni jirriżulta biċ-ċar li l-imsemmija proċedura tkun ingħalqet mingħajr ma tkun saret investigazzjoni dettaljata; f'dak ir-rigward il-fatt li la l-vittma u lanqas xi xhud potenzjali ma jkunu ġew interrogati, jindika li ma tkunx saret investigazzjoni.


ANNESS VII

Formola standard ta' deċiżjoni dwar MAE

Din il-formola ma għandhiex tinftiehem li tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar il-konsenja li għandha tiġi trażmessa f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI kif ukoll li, meta applikabbli u jiġi mitlub mill-awtorità emittenti, it-test sħiħ tad-deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew.

I. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-MAE

REFERENZA TAL-ĦRUĠ:

REFERENZA TAL-EŻEKUZZJONI:

 

REFERENZA SIS:

AWTORITÀ EMITTENTI:

DATA TAL-ĦRUĠ:

AWTORITÀ EŻEKUTORJA:

PERSUNA RIKJESTA

NAZZJONALITÀ TAL-PERSUNA

 

II.- ID-DEĊIŻJONI FINALI DWAR IL-MAE

REFERENZA TAL-AWTORITÀ, Nru TAD-DEĊIŻJONI JEW SENTENZA

BID-DATA

-A- ☐ EŻEGWITA:

KUNSENS TAL-PERSUNA RIKJESTA (Art. 13 DK MAE)

☐ IVA

RINUNZJA TAR-REGOLA TA' SPEĊJALITÀ (Art. 13(2) DK MAE)

☐ IVA

☐ LE

F'KAŻ TA' KONSENJA PARZJALI, INDIKA GĦAL LIEMA REATI L-MAE MHUX AĊĊETTAT:

☐ LE

PERJODU TA' DETENZJONI SAKEMM ISSIR IL-KONSENJA FL-ISTAT MEMBRU EŻEKUTORJU (Art. 26 DK MAE)

☐ DETENZJONI

BIDU (DATA/ĦIN TAL-ARREST):

PROĊESS IN ABSENTIA (Art. 4a DK MAE)

☐ IVA

☐ NOTIFIKA ĠDIDA

☐ PROĊESS ĠDID

☐ L-EBDA OPZJONI MHI MEĦTIEĠA (ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 4a ssodisfati)

TMIEM (DATA/ĦIN TAL-KONSENJA)  (1)

☐ L-EBDA

☐ LE

GARANZIJI

(Art. 5 DK MAE)

☐ REVIŻJONI TAS-SENTENZA TA' GĦOMOR IL-ĦABS

(Art. 5(2) DQ MAE)

POSPOSTA

(Art. 24(1) DK MAE)

☐ IVA

☐ GĦAL PROSEKUZZJONI FL-ISTAT MEMBRU EŻEKUTORJU

☐ RITORN TA' ĊITTADINI JEW RESIDENTI TA' STAT MEMBRU EŻEKUTORJU

(Art. 5(3) DQ MAE)

☐ BIEX IS-SENTENZA TIĠI SKONTATA FL-ISTAT MEMBRU EŻEKUTORJU

PERJODU TOTALI TAS-SENTENZA IMPOSTA

 

☐ LE

KONSENJA TEMPORANJA

☐ LE

☐ IVA

SA (DATA)

(Art. 24(2) DK MAE)

1.1.1.

RAĠUNIJIET OBBLIGATORJI GĦAĊ-ĊAĦDA:

1.1.2.

RAĠUNIJIET SKONT IL-LIĠI NAZZJONALI:

☐ Il-prinċipju NE BIS IN IDEM (Art. 3(2) DK MAE)

☐ MINURI (Art. 3(3) DK MAE)

☐ AMNESTIJA (Art. 3(1) DK MAE)

☐  SPEĊIFIKA:

III.- KUMMENTI:

 

Post, data u firma tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru eżekutorju

LILL-AWTORITÀ KOMPETENTI FL-ISTAT MEMBRU EMITTENTI


(1)  Din in-nota f'qiegħ il-paġna għandha tiġi riprodotta fil-formola: “Din id-data trid timtela mill-awtorità li teżegwixxi l-konsenja, meta tkun disponibbli. Tista' timtela wkoll mill-awtorità riċeventi.”


ANNESS VIII

Lista ta' Stati Membri li s-sistema legali tagħhom tista' tippermetti l-konsenja għal reati punibbli b'sanzjoni aktar baxxa mil-limitu stabbilit fl-artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-MAE, meta dawk ir-reati jkunu aċċessorji għar-reat(i) prinċipali fil-MAE  (1)

 

Ir-Repubblika Ċeka

 

Id-Danimarka

 

Il-Ġermanja

 

Franza

 

Il-Latvja

 

Il-Litwanja

 

L-Ungerija

 

L-Awstrija

 

Is-Slovenja

 

Is-Slovakkja

 

Il-Finlandja

 

L-Iżvezja


(1)  Il-lista hija bbażata fuq it-tweġibiet ta' 20 Stat Membru għal kwestjonarju tal-Kummissjoni. Din mhux neċessarjament tirrifletti s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha. Il-lista tagħti ħarsa ġenerali tal-Istati Membri fejn hemm xi possibbiltà għal konsenja għal reati aċċessorji. Tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li din il-possibbiltà jaf tkun tiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju l-kriminalità doppja, u tkun fid-diskrezzjoni tal-awtorità ġudizzjarja eżekutorja skont xi jkun il-każ.


ANNESS IX

MUDELL INDIKATTIV TA' ITTRA TAD-DRITTIJIET GĦAL PERSUNI ARRESTATI FUQ IL-BAŻI TA' MAE

ANNESS II tad-Direttiva 2012/13/UE dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali  (1)

Image

Mudell indikattiv ta' Ittra tad-Drittijiet għal persuni arrestati fuq il-bażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew

L-uniku skop ta' dan il-mudell huwa li jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jifformulaw l-Ittra tad-Drittijiet tagħhom fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri mhumiex marbuta sabiex jużaw dan il-mudell. Meta jkunu qed jippreparaw l-Ittra tad-Drittijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jemendaw dan il-mudell sabiex jallinjawh mar-regoli nazzjonali tagħhom u jżidu informazzjoni addizzjonali li tkun utli.

A.   INFORMAZZJONI DWAR IL-MANDAT TA' ARREST EWROPEW

Inti għandek id-dritt li tiġi informat dwar il-kontenut tal-Mandat ta' Arrest Ewropew li abbażi tiegħu inti ġejt arrestat.

B.   ASSISTENZA MINN AVUKAT

Int għandek id-dritt li titkellem ma' avukat b'mod kunfidenzjali. Avukat huwa indipendenti mill-pulizija. Itlob lill- pulizija jekk teħtieġ għajnuna biex titkellem ma' avukat. Il-pulizija għandhom jgħinuk. F'ċerti każijiet, l-għajnuna tista' tkun bla ħlas. Staqsi lill-pulizija għal iktar informazzjoni.

C.   INTERPRETAZZJONI U TRADUZZJONI

Jekk inti ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa mitkellma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra, inti għandek dritt li tkun assistit minn interpretu mingħajr ħlas. L-interpretu jista' jgħinek titkellem mal-avukat tiegħek u għandu jżomm il-kontenut tal-komunikazzjoni kunfidenzjali. Inti għandek id-dritt għal traduzzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew f'lingwa li tifhem. F'ċerti ċirkostanzi, tista' tingħata traduzzjoni bil-fomm jew sommarju bil-fomm.

D.   IL-POSSIBBILTÀ TA' KUNSENS

Inti tista' tagħti l-kunsens tiegħek jew ma tagħtihx sabiex tiġi kkonsenjat lill-Istat li qed ifittxek. Il-kunsens tiegħek jgħaġġel il-proċeduri. [Addizzjoni possibbli ta'ċerti Stati Membri: Jista' jkun diffiċli jew anki impossibbli li tbiddel din id-deċiżjoni aktar tard.] Staqsi lill-awtoritajiet jew lill-avukat tiegħek għal aktar informazzjoni.

E.   SMIGĦ

Jekk ma tagħtix il-kunsens tiegħek sabiex tiġi kkonsenjat, inti għandek dritt tinstema' minn awtorità ġudizzjarja.


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1.