|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2017/C 330/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2017/C 330/02 |
||
|
2017/C 330/03 |
||
|
2017/C 330/04 |
||
|
2017/C 330/05 |
||
|
2017/C 330/06 |
||
|
2017/C 330/07 |
||
|
2017/C 330/08 |
||
|
2017/C 330/09 |
||
|
2017/C 330/10 |
||
|
2017/C 330/11 |
||
|
2017/C 330/12 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2017/C 330/13 |
Kawża T-454/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – Pro NGO! vs Il-Kummissjoni |
|
|
2017/C 330/14 |
Kawża T-463/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE) |
|
|
2017/C 330/15 |
||
|
2017/C 330/16 |
||
|
2017/C 330/17 |
Kawża T-483/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – García Suárez et vs Il-Kummissjoni u BUR |
|
|
2017/C 330/18 |
Kawża T-484/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Fidesban et vs SRB |
|
|
2017/C 330/19 |
Kawża T-491/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Opere Pie d’Onigo vs Il-Kummissjoni |
|
|
2017/C 330/20 |
||
|
2017/C 330/21 |
||
|
2017/C 330/22 |
||
|
2017/C 330/23 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 330/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/2 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 minn Ccc Event Management GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-889/16, Ccc Event Management GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-261/17 P)
(2017/C 330/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ccc Event Management GmbH (rappreżentant: A. Schuster, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-13 ta’ Lulju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/2 |
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2017 minn Cryo-Save AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-23 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-239/15 – Cryo-Save AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-327/17)
(2017/C 330/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Cryo-Save AG (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-239/15; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka motiv wieħed insostenn tal-appell tagħha, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1); tar-Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (2), flimkien mal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 207/2009, u mar-Regoli 37 u 39 tar-Regolament Nru 2868/95, u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009. Hija tallega li l-ksur jikkonsisti fil-fatt li l-Qorti Ġenerali ikkunsidrat bħala inammissibbli l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, li issa hija appellanti f’din il-kawża.
Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti f’din il-kawża, kienet ikkontestat l-inammissibbiltà tat-talba tagħha għal dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trademark tal-Unjoni. Insostenn ta’ dan il-motiv hija indikat li, bi ksur tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 37(b)(iv) tar-Regolament Nru 2868/95, it-talba ma kinitx motivata suffiċjentement.
Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti f’din il-kawża kien inammissibbli peress li fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell hija ma kienet invokat ebda ksur tar-rekwiżiti ta’ forma proċedurali skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 209/2007, flimkien mar-Regola 37(b)(iv) tar-Regolament Nru 2868/95, l-eżami tat-talba kien limitat għall-eżami tal-użu ġenwin tat-trade mark u l-Bord tal-Appell ma kienx obbligat jeżamina r-regolarità tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka. L-eżami tal-ewwel motiv mill-Qorti Ġenerali kien ekwivalenti, fil-fehma tagħha, għal sempliċi estensjoni tal-kuntest fattwali u legali li kien ġie evalwat matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti f’din il-kawża tikkonstesta dan billi ssostni li l-ammissibbiltà ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka tikkostitwixxi rekwiżit għad-deċiżjoni fuq il-mertu, li għandu jiġi evalwat mill-konvenut fl-ewwel istanza, ex officio, f’kull stadju tal-proċedimenti, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-Regola 39(1), it-tieni sentenza tar-Regola 40(1) tar-Regolament Nru 2868/95, l-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95. Għaldaqstant, huwa irrilevanti jekk ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti f’din il-kawża, espliċitament introduċietx il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka quddiem il-Bord tal-Appell.
Barra minn hekk, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni eżaminat ex officio l-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka tal-konvenut fl-ewwel istanza u qieset, espliċitament, li huma ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 37 tar-Regolament Nru 2868/95. Il-prinċipju ta’ kontinwità funzjonali, irrikonoxxut fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, jeħtieġ analiżi sħiħa tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, inkluża l-evalwazzjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka mill-Bord tal-Appell. Insostenn tal-pożizzjoni tagħha, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti f’din il-kawża, tirreferi, inter alia, għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2003, KLEENCARE (T-308/01, punti 24-26, 28, 29 u 32) (3), u tal-1 ta’ Frar 2005, HOOLIGAN (T-57/03, punti 22 u 25) (4).
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti f’din il-kawża, ikkontestat l-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka, minkejja li kienet f’termini differenti, kemm fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.
Għat-tliet raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka kienet parti mill-kuntest fattwali u ta’ legali li jirriżulta mill-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. L-eżami tal-ammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka mill-Qorti Ġenerali ma marx lil hinn minn din l-analiżi. Għaldaqstant, l-inammissibbiltà ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka hija differenti mill-preżentazzjoni ta’ motivi ġodda ta’ revoka jew ta’ invalidità, u wkoll mit-talba tardiva ta’ prova tal-użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189.
(3) ECLI:EU:T:2003:241.
(4) ECLI:EU:T:2005:29.
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Torino (l-Italja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando
(Kawża C-344/17)
(2017/C 330/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IJDF Italy Srl
Konvenuti: Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando
Domanda preliminari
Id-Direttiva 93/13/KEE (1), it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fil-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ ta’ kawżi konnessi, b’mod partikolari fil-każ ta’ talba għal garanzija konnessa mat-tilwima prinċipali, tistabbilixxi li l-istess qorti tieħu konjizzjoni tal-kawżi, minkejja li, skont din id-dispożizzjoni, il-kompetenza tal-qorti dwar it-talba għal garanzija tirriżulta li hija dik ta’ qorti differenti minn dik ta’ fejn il-konsumatur għandu residenza jew domiċilju, anki ta’ għażla?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – Mobit Soc.cons.arl vs Regione Toscana
(Kawża C-350/17)
(2017/C 330/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Mobit Soc.cons.arl
Appellata: Regione Toscana
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) (b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-projbizzjoni – prevista fis-subparagrafi “b” u “d” ta’ dan l-artikolu – li operatur intern jipparteċipa f’sejħiet għal offerti extra moenia), għandu jiġi applikat anki għall-kuntratti mogħtija fi żmien preċedenti għad-dħul fis-seħħ tal-istess regolament? |
|
2) |
Il-kwalifika ta’ “operatur intern” – fis-sens tal-istess regolament u b’analoġija eventwali tar-ratio tagħha mal-ġurisprudenza stabbilita fir-rigward tal-fornituri “in house” – tista’ b’mod astratt titqies li tkopri persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku li ngħatat direttament, mill-awtorità Statali, kuntratt għall-provvista tas-servizz ta’ trasport lokali, fil-każ fejn, mill-aspett organizzattiv u ta’ kontroll, din tal-ewwel hija direttament marbuta mat-tieni waħda u fejn il-kapital azzjonarju tagħha huwa miżmum mill-Istat innifsu (integralment jew pro quota, f’dak il-każ, ma’ korpi pubbliċi oħra)? |
|
3) |
Fil-kaz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-fatt li, wara l-għoti, l-awtorità Statali inkwistjoni toħloq korp pubbliku amministrattiv li għandu setgħat organizzattivi fir-rigward tas-servizzi inkwistjoni (fejn barra minn hekk l-Istat iżomm id-dritt esklużiv li jagħti konċessjonijiet) – korp li ma jeżerċità l-ebda “kontroll simili” fuq il-persuna li ngħatat direttament il-kuntratt għall-provvista tas-servizzi – huwa ċirkustanza li tista’ teskludi l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolement? |
|
4) |
Il-fatt li d-data oriġinali ta’ skadenza ta’ għoti dirett ta’ kuntratt tmur lil hinn mit-terminu ta’ tletin sena li jgħalaq fit-3 ta’ Diċembru 2039 (terminu li beda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007) għandu jitqies li xorta waħda jimplika li l-għoti ma huwiex konformi mal-prinċipji previsti fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 5 u 8(3) tal-istess regolament, jew inkella li din l-irregolarità għandha titqies li tiġi awtomatikament sanata, għall-finijiet kollha tal-liġi, billi l-imsemmija skadenza titnaqqas impliċitament “ex lege” għal tali terminu ta’ tletin sena? |
(1) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl
(Kawża C-351/17)
(2017/C 330/06)
Lingwa tal-kawża: it–Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Autolinee Toscane SpA
Appellata: Mobit Soc.cons.arl
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) (b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni – prevista fl-ittri “b” u “d” – għal operatur intern li jipparteċipa f’sejħiet għal offerti extra moenia) għandu japplika wkoll għal għotjiet diretti mogħtija fi żmien preċedenti tad-dħul fis-seħħ tar-regolament? |
|
2) |
Fit-teorija, tista’ tiġi ekwiparata ma’ “operatur intern” – fis-sens tal-imsemmi regolament u b’analoġija possibbli fir-rigward tal-għan tiegħu mal-ġurisprudenza dwar “in house providing” – persuna ġuridika tad-dritt pubbliku detentriċi ta’ għotja diretta ta’ servizz ta’ trasport lokali, mogħtija mill-awtorità Statali, jekk tal-ewwel tkun direttament marbuta mat-tieni mil-lat organizzattiv u ta’ kontroll u jekk il-kapital tagħha jkun miżmum mill-Istat innifsu (integralment jew parzjalment u, f’dan il-każ, flimkien ma’ kollettivitajiet pubbliċi oħrajn)? |
|
3) |
Fil-każ ta’ għotja diretta ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-fatt li, wara l-għoti, l-awtorità Statali inkwistjoni toħloq stabbiliment pubbliku amminstrattiv mogħni b’setgħat ta’ organizzazzjoni fuq is-servizzi inkwistjoni (filwaqt li barra minn hekk l-Istat iżomm is-setgħa esklużiva li jiddisponi mit-titolu ta’ liċenzja) – fejn dan l-istabbiliment ma jeżerċita ebda “kontroll analogu” fuq il-persuna li ngħatat is-servizzi direttament – jikkostitwixxi ċirkustanza xierqa li l-għotja inkwistjoni tevadi s-sistema tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament? |
|
4) |
Id-data inizjali tal-iskadenza tal-għotja diretta li teċċedi t-terminu ta’ tletin sena li tiskadi fit-3 ta’ Diċembru 2039 (it-terminu kurrenti mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 370/2007) timplika n-nuqqas ta’ konformità tal-għotja mal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 5 u 8(3) tal-imsemmi regolament, jew din l-irregolarità għandha titqies bħala awtomatikament irregolarizzata, għall-finijiet kollha tal-liġi, minn tnaqqis impliċitu “ex lege” (Artikolu 8(3)) f’tali terminu ta’ tletin sena? |
(1) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
(Kawża C-375/17)
(2017/C 330/07)
Lingwa tal-kawża: it–Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Stanley International Betting Ltd, Stanleybet Malta Ltd
Appellati: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dritt tal-Unjoni – u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà ta’ kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ koerenza – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik stabbilita fl-Artikolu 1(653) tal-Liġi ta’ stabbiltà 2015 u fl-atti ta’ implementazzjoni rilevanti, li tipprevedi mudell ta’ konċessjonarju monoproviding esklussiv fir-rigward tas-servizz tal-logħob tal-“Lotto”, iżda mhux għal logħob ieħor, għal logħob ta’ tbassir u għal imħatri? |
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni – u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u d-Direttiva 2014/23/UE (1), kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà ta’ kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ koerenza – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sejħa għal offerti li tipprevedi valur bażiku tal-kuntratt ħafna għola u mhux iġġustifikat fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kapaċità ekonomika-finanzjarja u tekniċi-organizzattivi, bħal dawk previsti mill-punti 5.3, 5.4, 11, 12.4 u 15.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tas-sejħa għal offerti għall-għoti tal-konċessjoni tal-logħob tal-“Lotto”? |
|
3) |
Id-dritt tal-Unjoni – u, b’mod partikolari, id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u d-Direttiva 2014/23/UE, kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà ta’ kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ koerenza – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ għażla de facto bejn il-fatt li wieħed jingħata konċessjoni ġdida u t-tkomplija tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti l-varji servizzi ta’ imħatri fuq bażi transkonfinali, għażla bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 30 tal-mudell ta’ kuntratt, b’mod li d-deċiżjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti għall-għoti tal-konċessjoni l-ġdida tkun tinvolvi r-rinunzja għall-attività transkonfinali, minkejja li l-legalità ta’ din l-aħħar attività ġiet diversi drabi rrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja? |
(1) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, p. 1).
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2017 – Bundesrepublik Deutschland vs Touring Tours und Travel GmbH
(Kawża C-412/17)
(2017/C 330/08)
Lingwa tal-kawża: il–Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland
Konvenuta: Touring Tours und Travel GmbH
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 67(2) kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) jipprekludu dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li finalment teżiġi li l-impriżi ta’ trasport bil-karozzi tal-linji li joperaw servizzi regolari transkonfinali fi ħdan iż-żona Schengen jikkontrollaw id-dokumenti ta’ qsim ta’ fruntieri tal-passiġġieri tagħhom qabel il-qsim ta’ fruntiera interna, sabiex jipprevjenu trasport ta’ barranin li ma għandhomx passaport u permess ta’ residenza fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja? B’mod partikolari:
|
|
2. |
L-Artikoli 22 u 23 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprekludu leġiżlazzjonijiet li jippermettu, sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligu, li tiġi adottata deċiżjoni ta’ projbizzjoni taħt piena ta’ penalità kontra impriża ta’ trasport bil-karozzi tal-linji jekk, minħabba li l-kontrolli ma twettqux, barranin ġew ukoll ittrasportati fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja minkejja li ma kellhomx passaport u permess ta’ residenza? |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta’ Lulju 2017 – Préfet des Pyrénées-Orientales vs Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d’appel de Montpellier
(Kawża C-444/17)
(2017/C 330/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Préfet des Pyrénées-Orientales
Konvenuti: Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d’appel de Montpellier
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/399, tad-9 ta’ Marzu 2016 (1), li jipprevedi li, meta l-kontrolli fuq il-fruntiera jiġu introdotti mill-ġdid fil-fruntieri interni, id-dispożizzjonijiet rilevanti fit-Titolu II (fil-fruntiera esterna tagħhom) għandhom japplikaw mutatis mutandis, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontrolli introdotti mill-ġdid fil-fruntiera interna ta’ Stat Membru huma komparabbli mal-kontroll imwettaq fil-fruntiera esterna, meta jsir qsim minn ċittadin ta’ pajjiż terz, mingħajr id-dritt tad-dħul? |
|
2) |
Fl-istess ċirkustanzi għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll fil-fruntiera interna, dan ir-regolament u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (2), jistgħu jiġu applikati għas-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li jaqsam fruntiera fejn il-kontroll ġie introdott mill-ġdid, il-fakultà prevista fl-Artikolu 2(2)(a) tad-direttiva, li jiftaħ għall-Istati Membri l-possibbiltà li jkomplu japplikaw il-proċeduri nazzjonali ta’ ritorn issemplifikati fil-fruntieri tagħhom? |
|
3) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għal din l-aħħar domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2)(a) u tal-Artikolu 4(4) tad-direttiva jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu L. 621-2 tal-Kodiċi dwar id-dħul u r-residenza tal-persuni barranin u d-dritt għall-ażil, li tistabilixxi piena ta’ priġunerija għall-illegalità tad-dħul fit-territorju nazzjonali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li għalih il-proċedura ta’ ritorn stabbilita minn din id-direttiva ma tkunx waslet fi tmiemha? |
(1) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, p. 1).
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Lulju 2017 – A & G Fahrschul-Akademie GmbH vs Finanzamt Wolfenbüttel
(Kawża C-449/17)
(2017/C 330/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A & G Fahrschul-Akademie GmbH
Konvenut: Finanzamt Wolfenbüttel
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kunċett ta’ edukazzjoni skolastika jew universitarja previst fl-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), ikopri t-taħriġ mogħti minn skola tas-sewqan sabiex tinkiseb liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B u tal-kategorija C1? |
|
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Ir-rikonoxximent tar-rikorrenti bħala organizzazzjoni li għandha għanijiet simili, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jirriżulta mid-dispożizzjonijiet legali dwar l-eżami għall-għalliema tas-sewqan u dwar l-għoti ta’ liċenzja bħala għalliema tas-sewqan jew bħala skola tas-sewqan, previsti fil-Gesetz über das Fahrlehrerwesen (Liġi dwar il-kwalifika tal-għalliema tas-sewqan) tal-25 ta’ Awwissu 1969 (Bundesgestzblatt I 1969, 1336), kif l-aħħar emendata bil-Liġi tat-28 ta’ Novembru 2016 (Bundesgesetzblatt I 2016, 2722, Fahrlehrergesetz (Liġi dwar l-għalliema tas-sewqan)), kif ukoll mill-interess pubbliku li l-istudenti ta’ skola ta’ sewqan jingħataw taħriġ li jiżgura li jsiru utenti tat-triq li ma jkunux ta’ perikolu, li jkunu responsabbli u li jkunu konxji tal-ambjent? |
|
3) |
Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv: Il-kunċett ta’ għalliem li jagħti tagħlim privatament, previst fl-Artikolu 132(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jirrikjedi li l-persuna taxxabbli tkun imprenditur individwali? |
|
4) |
Fil-każ li t-tieni u t-tielet domandi jingħataw risposta fin-negattiv: Sabiex għalliem jitqies li huwa għalliem li jagħti tagħlim privatament, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, huwa biżżejjed li dan jaġixxi f’ismu stess u taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, jew il-karatteristika ta’ “privatament” timplika kundizzjonijiet oħra? |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Lulju 2017 – “Walltopia” AD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo
(Kawża C-451/17)
(2017/C 330/11)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Walltopia” AD
Konvenut: Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1), u tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna impjegata msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet ma hijiex suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjegaha, fid-dawl tal-fatt li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(l) tar-Regolament bażiku, f’dan l-Istat Membru, din il-persuna ma kellhiex il-kwalità ta’ persuna assigurata eżattament qabel bdiet l-attivitajiet tagħha bħala persuna impjegata? |
|
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-kontenut u tat-tifsira tal-espressjoni “suġġetta għal-leġislazzjoni” prevista fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, flimkien mal-espressjoni “suġġetta għal-leġislazzjoni” prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni n-nazzjonalità tal-persuna f’sitwazzjoni fejn din il-persuna, sempliċement minħabba n-nazzjonalità tagħha, kienet fi kwalunkwe każ suġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali? |
|
3) |
Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata wkoll risposta fin-negattiv: għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kunċetti msemmija f’din id-domanda, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni r-residenza abitwali u kontinwa tal-persuna fis-sens tal-Artikolu 1(j) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali? |
|
4) |
Fil-każ li t-tielet domanda tingħata wkoll risposta fin-negattiv: liema elementi ta’ interpretazzjoni għandha tuża l-qorti nazzjonali sabiex tiddetermina l-kontenut tal-espressjoni “suġġetta għal-leġislazzjoni” prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku u tal-espressjoni “suġġetta għal-leġislazzjoni” prevista fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament [Nru 987/2009], fid-dawl tal-applikazzjoni preċiża ta’ dawn id-dispożizzjonijiet? |
(1) Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera) (ĠU 2009, L 284, p. 1).
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Falck Rettungsdienste GmbH, Falck A/S vs Stadt Solingen
(Kawża C-465/17)
(2017/C 330/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Falck Rettungsdienste GmbH, Falck A/S
Konvenut: Stadt Solingen
Partijiet oħra fil-proċedura: Arbeiter-Samariter-Bund Regionalverband Bergisch Land e.V., Malteser Hilfsdienst e.V., Deutsches Rotes Kreuz, Kreisverband Solingen e.V.
Domandi preliminari
|
1. |
Il-kura u t-trattament ta’ pazjenti f’sitwazzjoni ta’ emerġenza f’ambulanza minn tekniku mediku/paramediku u l-kura u t-trattament ta’ pazjenti f’ambulanza għat-trasport tal-pazjenti minn paramediku/assistant mediku jikkostitwixxu “id-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili, u s-servizzi ta’ prevenzjoni tal-perikoli” fis-sens tal-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) li jaqgħu taħt is-CPV (il-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi) kodiċijiet 75252000-7 (servizzi ta’ salvataġġ) u 85143000-3 (servizzi tal-ambulanzi)? |
|
2. |
L-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE jista’ jinftiehem fis-sens li “organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ” jinkludu, b’mod partikolari, organizzazzjonijiet ta’ għajnuna li huma rrikonoxxuti taħt id-dritt nazzjonali bħala organizzazzjonijiet ta’ difiża ċivili u ta’ protezzjoni ċivili? |
|
3. |
L-“organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ” fis-sens tal-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE huma dawk li għandhom l-għan li jassumu missjonijiet ta’ servizz pubbliku, li ma joperawx bi skop li jagħmlu qligħ u li jinvestu mill-ġdid kwalunkwe qligħ sabiex jilħqu l-għan tal-organizzazzjoni? |
|
4. |
It-trasport ta’ pazjent f’ambulanza waqt li jkun qiegħed jingħata kura minn paramediku/assistent mediku (hekk imsejjaħ transport ta’ pazjent ikkwalifikat) huwa “servizz[i] tat-trasport tal-pazjenti bl-ambulanzi” fis-sens tal-Artikolu 10(h) tad-Direttiva 2014/24/UE, li ma huwiex kopert mill-eċċezzjoni u li għalih tapplika d-Direttiva 2014/24/UE? |
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014 L 94, p. 65).
Il-Qorti Ġenerali
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/11 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – “Pro NGO!” vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-454/17)
(2017/C 330/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti:“Pro NGO!” (Non-Governmental-Organisations/Nicht-Regierungs-Organisationen) e.V. (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Scheid, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2017) 2484833 tas-16 ta’ Mejju 2017, u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: konstatazzjoni inkompleta tal-fatti rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni
|
|
2. |
It-tieni motiv: evalwazzjoni tal-fatt li tinsab f’kontradizzjoni ma’ rapporti oħra
|
|
3. |
It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal smigħ
|
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/11 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE)
(Kawża T-463/17)
(2017/C 330/14)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Raise Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Raizers (Pariġi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “RAISE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 508 967
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1606/2016-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni Ewropea RAISE Nru 11 508 967 minħabba l-assenza ta’ karattru distintiv fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tas-servizzi segwenti tal-klassi 36: “Affarijiet finanzjarji; informazzjoni finanzjarja; ġestjoni finanzjarja; servizzi ta’ finanzjament; analiżi finanzjarja; ġenerazzjoni jew investiment ta’ kapital; konsultazzjoni fil-qasam finanzjarju; sponsorizzazzjoni finanzjarja; self (finanzjament); stimi finanzjarji (assigurazzjonijiet, banek, proprjetà immobbli); ġenerazzjoni u investiment ta’ fondi; trasferiment ta’ krediti; ħruġ ta’ bonds; kwotazzjonijiet fil-Borża; sensarija fil-Borża; affarijiet monetarji; tranżazzjonijiet ta’ kambju; stimi u perizji fiskali; servizzi ta’ tfaddil; bank dirett; ħruġ ta’ ċekkijiet tal-ivjaġġar jew ta’ karti ta’ kreditu; affarijiet immobiljari; stimi immobiljari”; |
|
— |
tikkundanna lill-kumpannija Raizers, li ressqet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tal-kumpannija Raise Capital, inklużi l-ispejjeż marbuta mar-rappreżentanza. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/12 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2017 – Wilhelm Sihn jr. vs EUIPO – in-edit (Camele’on)
(Kawża T-472/17)
(2017/C 330/15)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wilhelm Sihn jr. GmbH & Co. KG (Niefern-Öschelbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: in-edit Sàrl (Mondorf-les-Bains, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Camele’on” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 317 714
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 570/2016-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti minn Wilhelm Sihn jr. GmbH & Co. KG; |
|
— |
tordna lil in-edit Sàrl tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-każ ta’ intervent. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/13 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u BUR
(Kawża T-482/17)
(2017/C 330/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comercial Vascongada Recalde, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Rivas Rodríguez, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il--Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08), dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità Banco Popular Español S.A., u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español S.A.; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw id-danni li jirriżultaw mit-telf fil-valur li sofrew l-azzjonijiet tal-Banco Popular Español S.A. miżmuma minn Comercial Vascongada Recalde, S.A., filwaqt li tieħu bħala riferiment għall-kumpens id-differenza bejn il-valur tal-azzjonijiet fis-6 ta’ Ġunju 2017, jiġifieri, EUR 133 385,04, flimkien mal-interessi eventwali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 18(1)(a) u 18(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), sa fejn il-Banco Popular ma kienx qiegħed “[i]falli” kif deskritt fihom. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 10(10), 10(11) u 21(2)(b) tar-Regolament Nru 806/2014, sa fejn kien hemm mezzi alternattivi għar-riżoluzzjoni tal-Banco Popular. |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/13 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – García Suárez et vs Il-Kummissjoni u BUR
(Kawża T-483/17)
(2017/C 330/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: María de la Soledad García Suárez (Madrid, Spanja), María del Carmen Chueca García (Madrid), Sol María Chueca García (Madrid), Alejandro María Chueca García (Madrid), José María Chueca García (Madrid) u Ignacio María Chueca García (Madrid) (rappreżentant: A. Rivas Rodríguez, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08), dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità Banco Popular Español S.A., u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español S.A.; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw id-danni li jirriżultaw mit-telf fil-valur li sofrew l-azzjonijiet tal-Banco Popular Español S.A. miżmuma mir-rikorrenti, filwaqt li tieħu bħala riferiment għall-kumpens id-differenza bejn il-valur tal-azzjonijiet fis-6 ta’ Ġunju 2017, jiġifieri EUR 9 212,34, flimkien mal-interessi eventwali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u BUR.
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/14 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Fidesban et vs SRB
(Kawża T-484/17)
(2017/C 330/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fidesban, SA (Madrid, Spanja) u 69 rikorrent ieħor (rappreżentant: R. Pelayo Jiménez, avukat)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-478/17, Mutualidad General de la Abogacía et vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/14 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Opere Pie d’Onigo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/17)
(2017/C 330/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Istituzione Pubblica di Assistenza e Beneficienza “Opere Pie d’Onigo” (Pederobba, l-Italja) (rappreżentant: G. Maso, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
tannulla, fl-intier tagħha, jiġifieri f’kapi separati, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fis-27 ta’ Marzu 2017 (SA.38825) Għajnuna mill-Istat – Italja, allegata għajnuna mill-Istat lill-fornituri privati tas-servizzi soċjali u mediċi.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni billi kkunsidrat iġġustifikata l-esklużjoni selettiva tal-entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi soċjali u mediċi, mill-assigurazzjoni tal-maternità INPS (Istituto nazionale di previdenza sociale) u mir-rimbors tal-ħlas għal assenzi tal-impjegati li jassistu lill-familjari li għandhom diżabbiltà serja. |
|
2. |
It-tieni motiv, huwa bbażat fuq l-oriġini statali tal-għajnuna, peress li, skont ir-rikorrenti, il-fondi indirizzati sabiex ikopru l-ispejjeż tal-impriżi privati li ġejjin mill-assigurazzjoni ta’ maternità u mill-ħlasijiet għall-assenzi tal-impjegati li jassistu lill-familjari li għandhom diżabbiltà serja jitħallsu mill-INPS u, għaldaqstant, mill-Gvern Taljan permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li skont ir-rikorrenti, dawn il-miżuri jiffavorixxu l-impriżi privati li jagħtuhom vantaġġ fuq l-entitajiet pubbliċi li jipprovdu l-istess servizzi li għandhom għalhekk ibatu l-ispejjeż kollha marbuta mal-perijodi ta’ assenza għall-maternità u assistenza lil familjari li għandhom diżabbiltà serja, b’riperkussjonijiet finanzjarji sinjifikattivi. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li skont ir-rikorrenti, il-miżuri kkontestati għandhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li jagħtu vantaġġ lill-gruppi multinazzjonali u lill-impriżi Taljani li għandhom kapital barrani, li jinvestu bl-iskop ta’ lukru fl-Italja u li jippenalizaw min-naħa l-oħra l-entitajiet pubbliċi li jkunu iżgħar u li joperaw mingħajr skop ta’ lukru, u b’hekk tinbidel l-istruttura tal-ispejjeż tax-xogħol. |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/15 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-497/17)
(2017/C 330/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Manuel Alfonso Sánchez del Valle (Madrid, Spanja) u Calatrava Real State 2015, SL (Madrid) (rappreżentanti: B. Gutiérrez de la Roza Pérez, P. Rubio Escobar, R. Ruiz de la Torre Esporrín u B. Fernández García, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A.; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.; |
|
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenuta u lill-intervenjenti li jsostnu totalment jew parzjalment it-talbiet tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti għad-deċiżjoni kkontestata, li jinvolvi ksur tal-Artikoli 41(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, talli ma saritx evalwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-attiv u tal-passiv ta’ Banco Popular minn persuna indipendenti qabel id-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. |
|
3. |
Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 18(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati jaqblu mar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular meta, fis-6 ta’ Ġunju 2017, dan il-bank ma kellu l-ebda problema ta’ solvenza u l-problemi ta’ likwidità tiegħu kienu temporanji. |
|
4. |
Ksur tal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati jaqblu mar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, meta kien hemm prospetti raġonevoli li mezzi oħra mis-settur privat setgħu jipprevjenu n-nuqqas tiegħu fi żmien raġonevoli. |
|
5. |
Ksur tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għaliex ma sar l-ebda tentattiv sabiex l-ispiża tar-riżoluzzjoni tinżamm għall-minimu u sabiex tiġi evitata l-qirda tal-valur li ma kinitx neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni. |
|
6. |
Ksur tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għaliex ma ġewx imwieżna d-deċiżjonijiet ikkontestati u għaliex ġew adottati għodda ta’ riżoluzzjoni differenti minn dawk tal-bejgħ tan-negozju, previst mill-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, b’mod konformi mal-fatturi msemmija fil-paragrafu 3. |
|
7. |
Ksur tal-Artikolu 15(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, sa fejn l-azzjonisti għandhom jirċievu iktar minn dak li kieku jirċievu fil-każ ta’ insolvenza. |
|
8. |
Ksur tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. |
|
9. |
Ksur tad-dritt għall-proprjetà u, konsegwentement, tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
10. |
Ksur tad-dritt għal rimedju effettiv, peress li l-azzjonisti ma setgħux jipproteġu l-pożizzjoni tagħhom. |
|
11. |
Ksur tad-dritt tal-azzjonisti u ta’ detenturi oħra ta’ sigurtajiet inklużi fl-ambitu tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni li jinstemgħu qabel l-adozzjoni tal-miżura individwali, li taffettwahom b’mod negattiv, ta’ tniżżil fil-valur tal-attiv tagħhom. |
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/16 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u BUR
(Kawża T-498/17)
(2017/C 330/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Pablo Álvarez de Linera Granda (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Pastor Palomar, F. Arroyo Romero u N. Subuh Falero, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni Nru SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, indirizzata lill-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (fond ta’ ristrutturazzjoni ordnata tal-istituzzjonijiet bankarji) u li tapprova pjan ta’ ristrutturazzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tappoġġa l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español; u |
|
— |
b’mod konformi mal-Artikolu 340 TFUE, tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-BUR u tal-Kummissjoni Ewropea u tordna l-kumpens għad-dannu kkawżat lir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T--481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
B’mod partikolari, f’dan il-każ ir-rikorrent jilmenta dwar abbuż ta’ poter.
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/17 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Esfera Capital Agencia de Valores vs Il-Kummissjoni u BUR
(Kawża T-499/17)
(2017/C 330/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Esfera Capital Agencia de Valores, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Pastor Palomar, F. Arroyo Romero u N. Subuh Falero, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni Nru SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, indirizzata lill-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (fond ta’ ristrutturazzjoni ordnata tal-istituzzjonijiet bankarji) u li tapprova pjan ta’ ristrutturazzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tappoġġa l-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español; u |
|
— |
b’mod konformi mal-Artikolu 340 TFUE, tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-BUR u tal-Kummissjoni Ewropea u tordna l-kumpens għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán el Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti, f’dan il-każ, tilmenta dwar abbuż ta’ poter.
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/18 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Next design+produktion vs EUIPO – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuuna)
(Kawża T-533/17)
(2017/C 330/23)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Next design+produktion GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ “nunna”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 772 606
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1448/2016-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-prinċipju ta’ awtonomija; |
|
— |
Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ legalità u ta’ amministrazzjoni tajba. |