|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 320/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8609 — Triton/Unihold/Unica Group) ( 1 ) |
|
|
2017/C 320/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 320/03 |
||
|
2017/C 320/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2017/C 320/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2017/C 320/06 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 320/07 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 ) |
|
|
2017/C 320/08 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 320/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 320/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8641 — Jacobs Engineering Group/CH2M HILL Companies) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8609 — Triton/Unihold/Unica Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 320/01)
Fid-19 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8609. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/2 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
dwar l-awtorità awtorizzata li toħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012
(2017/C 320/02)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (1) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 464/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 (2).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja (3) ġie revokat u sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja (4).
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jistipula li r-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodotti importati, bil-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.2202, li ġie sostitwit bil-kwota tariffarja bin-numru ta-serje 09.4449 kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 620/2009, huwa soġġett għat-tressiq ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità.
L-awtoritajiet emittenti li ġejjin huma awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012.
|
Department of Agriculture, Fisheries and Forestry (DAFF) of the Australian Government |
|
18 Marcus Clarke Street |
|
Canberra City ACT 2601 |
|
AUSTRALIA |
|
Kuntatt: Biosecurity Service Group |
|
Mr Greg READ, Executive Manager |
|
Tel. +61 262723594 |
|
Email: pr@aqis.gov.au |
|
Food Safety and Inspection Service (FSIS) of the United States Department of Agriculture (USDA) |
|
Washington D.C. 20250 |
|
UNITED STATES OF AMERICA |
|
Internet: http://www.fsis.usda.gov |
|
Canadian Food Inspection Agency (CFIA) |
|
1400 Merivale Road |
|
Ottawa, Ontario |
|
K1 A 0Y9 |
|
CANADA |
|
Email: bertrand.st-arnaud@inspection.gc.ca |
|
Internet: http://www.inspection.gc.ca |
|
Ministry of Agriculture and Forestry |
|
Pastoral House |
|
25 The Terrace |
|
PO Box 2526 |
|
Wellington 6140 |
|
NEW ZEALAND |
|
Tel. +64 48940100 |
|
Fax +64 48940720 |
|
Email: nzfsa.info@maf.govt.nz |
|
Internet: http://www.maf.govt.nz |
|
Dirección General de Servicios Ganaderos |
|
División Industria Animal |
|
Constituyente 1476, Piso 2 |
|
Montevideo |
|
URUGUAY |
|
Tel. +598 24126369 |
|
Fax +598 24126304 |
|
Email: digesega@mgap.gub.uy |
|
Internet: http://www.mgap.gub.uy/DGSG |
|
Ministerio de Agroindustria |
|
Av. Paseo Colón no 982 |
|
Buenos Aires |
|
ARGENTINA |
|
Tel. +54 1143492000 |
|
Email: secmercados@magyp.gob.ar/certificadoscarne@magyp.gob.ar |
|
Internet: www.agroindustria.gob.ar |
(1) ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1.
(3) ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Settembru 2017
(2017/C 320/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1787 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,99 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4404 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87775 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5473 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1452 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2843 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,056 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
310,77 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2824 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6013 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,1739 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4944 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4605 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2083 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6369 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5968 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 341,55 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,7329 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8189 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4930 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 785,15 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9662 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,018 |
|
RUB |
Rouble Russu |
67,9870 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,139 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7299 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,1825 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,1935 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/5 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 320/04)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Lussemburgu
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-200 anniversarju tal-Gran Duka Guillaume III
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri, fuq in-naħa tax-xellug, ix-xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug, u fuq in-naħa tal-lemin, ix-xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Guillaume III. Fin-naħa ta’ fuq tad-disinn hemm is-sena “2017”. Fil-parti ta’ isfel hemm il-kliem “GRANDS-DUCS DE LUXEMBOURG”. L-isem “GUILLAUME III” segwit bl-indikazzjoni tas-sena tat-twelid “*1817” jidher fuq ix-xbieha rispettiva.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Ottubru/Novembru 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/6 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 320/05)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Prinċipat ta’ Andorra
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-100 anniversarju tal-innu tal-Andorra
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri riproduzzjoni parzjali tal-innu ta’ Andorra, ppubblikat fl-1914. Il-parti ċentrali tad-disinn tirriproduċi l-ewwel noti tal-innu u biswithom tiżjin bi stil jixbah lill-fjuri u l-iskrizzjoni “Himne Andorrà” (l-innu ta’ Andorra).
Il-parti ta’ fuq tad-disinn turi s-sena tal-ħruġ “2017” u l-iskrizzjoni “100 anys de l’himne d’Andorra” (il-100 anniversarju tal-innu tal-Andorra).
Din il-munita tikkommemora l-100 anniversarju tad-dikjarazzjoni tiegħu bħala innu nazzjonali ta’ Andorra, bi ftehim mal-Consell General (il-Parlament ta’ Andorra) tat-2 ta’ April 1917.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Diċembru 2017
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
Il-Qorti tal-Awdituri
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/7 |
Rapport Speċjali Nru 14/2017
“Analiżi tal-prestazzjoni tal-ġestjoni ta’ kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”
(2017/C 320/06)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2017 “Analiżi tal-prestazzjoni tal-ġestjoni ta’ kawżi fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/8 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 320/07)
|
Stat Membru |
Franza |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Lannion (Côte-de-Granit Rose) - Pariġi (Orly) |
|||||||
|
Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Is-27 ta’ Ottubru 2003 |
|||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi |
It-23 ta’ Marzu 2018 |
|||||||
|
Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Digriet tat-18 ta’ Settembru 2017 li jemenda l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Lannion u Pariġi (Orly) NOR: TRAA1725604 A http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do għal aktar tagħrif:
|
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/9 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 320/08)
|
Stat Membru |
Franza |
||||||||
|
Rotta kkonċernata |
Lannion – Pariġi (Orly) |
||||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mis-27 ta’ Marzu 2018 sas-26 ta’ Marzu 2022 |
||||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti |
Id-9 ta’ Diċembru 2017 (12:00, ħin lokali) |
||||||||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kull tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 320/09)
|
1. |
Fl-20 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Warburg Pincus u Tata Motors Limited, jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Tata Technologies Ltd. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Warburg Pincus LLC: ditta globali ta’ ekwità privata (permezz tal-kumpaniji fil-portafoll tagħha) hija attiva f’varjetà ta’ setturi, fosthom l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, is-saħħa u l-konsumatur, is-servizzi industrijali u kummerċjali, u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjoni; — Għal Tata Motors Limited: kumpanija tal-karozzi b’operazzjonijiet mad-dinja kollha; — għal Tata Technologies Limited: il-forniment tas-servizzi esternalizzati tal-inġinerija u tal-iżvilupp tal-prodott, u tal-IT għall-industrija tal-manifattura globali. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata: M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
27.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8641 — Jacobs Engineering Group/CH2M HILL Companies)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 320/10)
|
1. |
Fl-20 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Jacobs tikseb, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ fuq CH2M. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Jacobs: il-provvista ta’ servizzi tekniċi, professjonali u ta’ kostruzzjoni għal għadd kbir ta’ klijenti industrijali, kummerċjali u governattivi; — għal CH2M: il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza professjonali fi spettru sħiħ ta’ proġetti ta’ konsulenza teknika, inġinerija, ġestjoni u operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ manutenzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata: M.8641 — Jacobs Engineering Group/CH2M HILL Companies Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.