|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2017/C 310/01 BĊE/2017/27 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 310/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8513 — Infineon Technologies/SAIC Motor/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 310/03 |
||
|
2017/C 310/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 310/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8547 — Celanese/Blackstone/JV) ( 1 ) |
|
|
2017/C 310/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8453 — Nestlé/BPW) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 310/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8580 — Mirova/COMSA/PGGM/Mas d'Enric Prison/Terrassa and La Bisbal Courts/Albali) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 310/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8604 — Xella International/Ursa) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Settembru 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska
(BĊE/2017/27)
(2017/C 310/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017. |
|
(3) |
Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż sas-snin finanzjarji 2021 sa 2023, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Settembru 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8513 — Infineon Technologies/SAIC Motor/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 310/02)
Fit-12 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8513. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ Settembru 2017
(2017/C 310/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1948 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,09 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4416 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88253 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5145 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1464 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3410 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,091 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,87 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2884 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5993 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,1340 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4947 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4581 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3390 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6401 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6083 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 346,87 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,7893 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8520 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4845 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 837,07 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0006 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,118 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,9576 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,536 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7204 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,1270 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,6315 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/4 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2017/C 310/04)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Lulju 2017
Perjodu ta' applikazzjoni: Ottubru, Novembru, Diċembru 2017
|
07-2017 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
|
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
26,0786 |
7,43664 |
7,41162 |
306,715 |
4,23624 |
|
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,3340 |
3,80235 |
3,78956 |
156,823 |
2,16599 |
|
1 CZK = |
0,0383457 |
0,0749964 |
1 |
0,285163 |
0,284204 |
11,7612 |
0,162442 |
|
1 DKK = |
0,134469 |
0,262995 |
3,50677 |
1 |
0,99664 |
41,2437 |
0,569645 |
|
1 HRK = |
0,134923 |
0,263883 |
3,51860 |
1,003375 |
1 |
41,3829 |
0,571567 |
|
1 HUF = |
0,00326036 |
0,00637661 |
0,0850255 |
0,024246 |
0,0241645 |
1 |
0,0138117 |
|
1 PLN = |
0,236058 |
0,461683 |
6,15606 |
1,75548 |
1,74957 |
72,4025 |
1 |
|
1 RON = |
0,218872 |
0,428070 |
5,70787 |
1,62767 |
1,62220 |
67,1313 |
0,927195 |
|
1 SEK = |
0,104284 |
0,203958 |
2,71957 |
0,775520 |
0,772912 |
31,9854 |
0,441771 |
|
1 GBP = |
1,12845 |
2,20702 |
29,4283 |
8,39185 |
8,3636 |
346,111 |
4,78038 |
|
1 NOK = |
0,106396 |
0,208089 |
2,77466 |
0,791229 |
0,788568 |
32,6332 |
0,450720 |
|
1 ISK = |
0,00830847 |
0,0162497 |
0,216673 |
0,0617871 |
0,0615793 |
2,54833 |
0,035197 |
|
1 CHF = |
0,904218 |
1,76847 |
23,5807 |
6,72434 |
6,70172 |
277,337 |
3,83049 |
|
07-2017 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
|
1 EUR = |
4,56888 |
9,58922 |
0,886173 |
9,39884 |
120,359 |
1,10593 |
|
1 BGN = |
2,33607 |
4,90297 |
0,453100 |
4,80563 |
61,5395 |
0,565461 |
|
1 CZK = |
0,175197 |
0,367705 |
0,033981 |
0,360405 |
4,61525 |
0,0424076 |
|
1 DKK = |
0,614375 |
1,28946 |
0,119163 |
1,26386 |
16,1846 |
0,148714 |
|
1 HRK = |
0,616448 |
1,29381 |
0,1195653 |
1,26812 |
16,2392 |
0,149215 |
|
1 HUF = |
0,0148962 |
0,0312643 |
0,00288924 |
0,0306436 |
0,392414 |
0,00360572 |
|
1 PLN = |
1,078522 |
2,26362 |
0,209189 |
2,21867 |
28,4117 |
0,261064 |
|
1 RON = |
1 |
2,09881 |
0,193959 |
2,05714 |
26,3432 |
0,242057 |
|
1 SEK = |
0,476460 |
1 |
0,0924135 |
0,98015 |
12,5515 |
0,115330 |
|
1 GBP = |
5,15574 |
10,8209 |
1 |
10,6061 |
135,819 |
1,24798 |
|
1 NOK = |
0,486111 |
1,020256 |
0,0942854 |
1 |
12,8057 |
0,117666 |
|
1 ISK = |
0,037960 |
0,079672 |
0,00736275 |
0,0780900 |
1 |
0,00918858 |
|
1 CHF = |
4,13126 |
8,67074 |
0,801293 |
8,49860 |
108,831 |
1 |
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
referenza: Lulju-17 |
EUR 1 fil-munita nazzjonali |
Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR |
|
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
|
CZK |
26,0786 |
0,0383457 |
|
DKK |
7,43664 |
0,134469 |
|
HRK |
7,41162 |
0,134923 |
|
HUF |
306,715 |
0,00326036 |
|
PLN |
4,23624 |
0,236058 |
|
RON |
4,56888 |
0,218872 |
|
SEK |
9,58922 |
0,104284 |
|
GBP |
0,886173 |
1,12845 |
|
NOK |
9,39884 |
0,106396 |
|
ISK |
120,359 |
0,00830847 |
|
CHF |
1,10593 |
0,904218 |
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8547 — Celanese/Blackstone/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 310/05)
|
1. |
Fit-12 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Celanese and Blackstone jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot permezz ta’ kontribuzzjoni lill-impriża konġunta tan-negozji ta’ tqarċiċ u xbieki tal-aċetat taċ-ċelluloża tagħhom. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluq ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Celanese: Celanese Corporation hija kumpanija ta’ teknoloġija u ta’ materjali ta’ speċjalità. Is-segment tan-negozju ta’ Celanese relevanti għal din it-tranżazzjoni jikkonċerna l-manifattura u l-provvista ta’ tqarċiċ u xbieki li jintużaw fil-filtri tas-sigaretti, — għal Blackstone: Il-Blackstone Group L.P. huwa ġestur globali tal-assi. Blackstone dan l-aħħar akkwistat lil Acetow, kumpanija attiva fil-manifattura u l-fornitura ta’ tqarċiċ u xbieki għal filtri tas-sigaretti. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8547 — Celanese/Blackstone/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8453 — Nestlé/BPW)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 310/06)
|
1. |
Fil-11 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Nestlé takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tan-Negozju NESTEA kollu fil-pajjiżi Ewropej kollha ħlief fi Spanja, il-Portugall u Andorra, li bħalissa huwa operat minn BPW. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt ta’ tmexxija jew kwalunkwe mezzi oħra. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Nestlé: Il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ħalib, il-ġelat, ix-xjenza tan-nutrizzjoni u tas-saħħa, xorb kif ukoll prodotti tal-ħelu u tal-kura tal-annimali domestiċi, — għal BPW: id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ xorb ibbażat fuq it-te lest biex jinxtorob (ready-to-drink, RTD), kif ukoll bażijiet għax-xorb użati fil-produzzjoni tagħhom, bil-marka NESTEA. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fin-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8453 — Nestlé/BPW Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8580 — Mirova/COMSA/PGGM/Mas d'Enric Prison/Terrassa and La Bisbal Courts/Albali)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 310/07)
|
1. |
Fit-8 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
COMSA Concesiones SLU, Mirova infrasructure Ewlieni SÀRL u Stichting id-Depożitarju PGGM Infrastructure Fund, fil-kapaċità tagħha ta’ detentur ta’ drittijiet fuq PGGM Infrastructure Fund, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Superficiaria CP Mas d’Enric, SAU, Superficiaria Comsa I, SAU, u Albali Señalización, SA. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal COMSA: infrastrutturi u fis-settur tal-inġinerija, — għal Mirova: soluzzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolji bl-għan li jgħaqqdu l-ħolqien tal-valur mal-iżvilupp sostenibbli. — għal PGGM: fornitur tas-servizzi tal-pensjonijiet, li jispeċjalizza fl-amministrazzjoni tal-pensjonijiet kollettivi, inkluż il-ġestjoni tal-assi. — għal Mas d’Enric: id-disinn, il-bini u l-manutenzjoni tal-Ħabs Mas d’Enric fil-muniċipalità ta’ d’El Catllar, il-Katalonja — għal COMSA I: id-disinn, il-bini u l-manutenzjoni ta’ żewġ binjiet tal-qorti fl-ibliet ta’ Terrassa u Bisbal d’Empordà, il-Katalonja — għal Albali: l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ sinjalazzjoni u ta’ komunikazzjoni għan-netwerk ferrovjarju ta’ veloċità għolja bejn Albacete u Alicante |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8580 — Mirova/COMSA/PGGM/Mas d'Enric Prison/Terrassa and La Bisbal Courts/Albali Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
19.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8604 — Xella International/Ursa)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 310/08)
|
1. |
Fil-11 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha Lone Star Fund X (l-Istati Uniti), LP u Lone Star Fund X (Bermuda), LP, permezz tas-sussidjarja totalment proprjetà tagħhom Xella International SA, jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tat-totalità ta’ Ursa Insulation SA u Ursa International GmbH, permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Lone Star: ditta privata ta’ ekwità li tinvsti madwar id-dinja fil-proprjetà immobbli, l-ekwità, il-kreditu u assi finanzjarji oħra; — għal Xella International: grupp diversifikat ta’ materjali għall-kostruzzjoni, li jinkludi boards ta’ insulazzjoni minerali; — għal Ursa: fornitur ta’ materjali ta’ insulazzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8604 — Xella International/Ursa Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.