ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 309

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
18 ta' Settembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 309/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 309/02

Kawża C-599/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet — Iffriżar ta’ fondi — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Artikolu 1(4) u (6) — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Artikolu 2(3) — Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi — Kundizzjonijiet — Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti — Obbligu ta’ motivazzjoni)

2

2017/C 309/03

Opinjoni 1/15: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta Lulju 2017 – Il-Parlament Ewropew (Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Abbozz ta’ ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea — Trasferiment tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) mill-Unjoni lejn il-Kanada — Bażijiet legali adatti — L-Artikolu 16(2), il-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE — Kompatibbiltà mal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

3

2017/C 309/04

Kawża C-79/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Hamas, il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet — Iffriżar ta’ fondi — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Artikolu 1(4) u (6) — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Artikolu 2(3) — Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi — Kundizzjonijiet — Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti — Obbligu ta’ motivazzjoni)

4

2017/C 309/05

Kawża C-517/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – AGC Glass Europe, AGC Automotive Europe, AGC France, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd, AGC Glass Germany GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Artikoli 101 u 102 TFUE — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 30 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata akkordju illegali fis-suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi — Pubblikazzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din id-deċiżjoni — Ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni — Termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta — Deċiżjoni 2011/695/UE — Artikolu 8 — Kunfidenzjalità — Informazzjoni li ġejja minn talba għall-klemenza — Ċaħda parzjali tat-talba għal trattament kunfidenzjali — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament)

5

2017/C 309/06

Kawża C-560/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Europa Way Srl, Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE — Attribuzzjoni tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju ta’ trażmissjoni diġitali terrestri għar-radju u għat-televiżjoni — Annullament ta’ proċedura ta’ selezzjoni gratwita (konkors ta’ sbuħija) pendenti u sostituzzjoni ta’ din il-proċedura bi proċedura ta’ rkant — Intervent tal-leġiżlatur nazzjonali — Indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Konsultazzjoni minn qabel — Kriterji ta’ għoti — Aspettattivi leġittimi)

5

2017/C 309/07

Kawża C-670/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – fil-proċedura mressqa minn Jan Šalplachta (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet transkonfinali — Direttiva 2003/8/KE — Regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal tali tilwim — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi n-natura mhux rimborsabbli tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ talba għal għajnuna legali)

6

2017/C 309/08

Kawża C-696/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Trasport — Direttiva 2010/40/UE — Varar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq — Artikolu 7 — Delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni Ewropea — Limiti — Regolament ta’ Delega (UE) Nru 885/2013 — Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-postijiet ta’ parkeġġ bla perikolu u sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali — Regolament ta’ Delega (UE) Nru 886/2013 — Data u proċeduri għall-forniment ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq mingħajr ħlas għall-utenti — Artikolu 290 TFUE — Delimitazzjoni espliċita tal-objettivi, tal-kontenut, tal-kamp ta’ applikazzjoni u tat-tul tad-delega ta’ setgħa — Element essenzjali tal-qasam ikkonċernat — Ħolqien ta’ korp ta’ kontroll)

7

2017/C 309/09

Kawża C-80/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Montreuil – Franza)) – ArcelorMittal Atlantique et Lorraine vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a(1) — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Deċiżjoni 2011/278/UE — Validità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Determinazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-metall sħun — Rikors għad-data li tirriżulta mill-BREF ħadid u azzar u mil-linji gwida sabiex jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji tal-metall sħun — Kunċett ta’ prodotti simili — Installazzjonijiet ta’ riferiment — Obbligu ta’ motivazzjoni

7

2017/C 309/10

Kawża C-84/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Continental Reifen Deutschland GmbH vs Compagnie générale des établissements Michelin, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali XKING — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinkludi l-element verbali X — Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Żnaturament tal – provi)

8

2017/C 309/11

Kawża C-112/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Determinazzjoni tan-numru ta’ frekwenzi tar-radju diġitali li għandhom jingħataw lil kull operatur li huwa diġà proprjetarju ta’ frekwenzi tar-radju analogi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-frekwenzi tar-radju analogi użati illegalment — Korrispondenza bejn in-numru ta’ frekwenzi tar-radju analogi miżmuma u n-numru ta’ frekwenzi tar-radju diġitali miksuba”)

9

2017/C 309/12

Kawża C-175/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 17 — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Kumpensi addizzjonali — Assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tat-tfal — Ġenituri ta’ villaġġi tat-tfal — Assenza temporanja ta’ ġenituri prinċipali — Ħaddiema impjegati bħala ġenituri sostituti — Kunċett

10

2017/C 309/13

Kawża C-182/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Salumificio Fratelli Beretta SpA (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali STICK MiniMINI Beretta — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mini Wini — Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti — Pożizzjoni distintiva awtonoma — Karattru dominanti — Kriterji għall-evalwazzjoni tax-xebh viżiv — Obbligu ta’ motivazzjoni)

10

2017/C 309/14

Kawżi magħquda C-196/16 u C-197/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Corridonia (C-196/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16) et vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 2011/92/UE — Possibbiltà li ssir, a posteriori, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija mill-bijogass f’servizz għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni ġdida)

11

2017/C 309/15

Kawża C-225/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra Mossa Ouhrami (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Direttiva 2008/115/KE — Artikolu 11(2) — Deċiżjoni ta’ projbizzjoni fuq id-dħul meħuda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tirrigwarda perijodu itwal minn dak previst mill-imsemmija direttiva — Bidu tad-dekorrenza tal-perijodu ta’ projbizzjoni fuq id-dħul)

12

2017/C 309/16

Kawża C-348/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Moussa Sacko vs Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione internazionale di Milano (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika tal-ażil — Direttiva 2013/32/UE — Artikoli 12, 14, 31 u 46 — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Appell minn deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali — Possibbiltà għall-qorti li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tisma’ lill-applikant)

12

2017/C 309/17

Kawża C-386/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Toridas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 138(1) — Klassifikazzjoni ta’ tranżazzjoni inkwantu kunsinna intra-Komunitarja — Eżenzjoni tal-kunsinni intra-Komunitarja ta’ oġġetti — Intenzjoni tax-xerrej li jbigħ mill-ġdid l-oġġetti mixtrija lil persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor qabel il-ħruġ tagħhom mit-territorju tal-ewwel Stat Membru — Effett eventwali tal-ipproċessar ta’ parti mill-oġġetti qabel l-ispedizzjoni tagħhom)

13

2017/C 309/18

Kawża C-471/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Meissen Keramik GmbH (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali meissen — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Provi ppreżentati għall-ewwel darba — Żnaturament — Użu serju ta’ trade marks preċedenti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(3) — Artikolu 8(5) — Rabta bejn it-trade marks li għandhom jiġu pparagunati)

14

2017/C 309/19

Kawża C-490/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – A.S. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jiksbu protezzjoni internazzjonali — Organizzazzjoni tal-qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bil-ħsieb ta’ tranżitu lejn Stat Membru ieħor — Dħul awtorizzat b’eċċezzjoni għal raġunijiet umanitarji — Artikolu 13 — Qsim irregolari ta’ fruntiera esterna — Terminu ta’ tnax-il xahar mill-qsim tal-fruntiera — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju — Artikolu 29 — Terminu ta’ sitt xhur għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment — Kalkolu tat-termini — Użu ta’ appell — Effett sospensiv)

14

2017/C 309/20

Kawża C-519/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra – il-Portugall) – Superfoz – Supermercados Lda vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Kontrolli uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel — Finanzjament tal-kontrolli uffiċjali — Artikoli 26 u 27 — Tassazzjoni ġenerali — Tariffi jew taxxi — Taxxa fuq l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel)

15

2017/C 309/21

Kawża C-646/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – proċedura mressqa minn Khadija Jafari, Zainab Jafari (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jiksbu protezzjoni internazzjonali — Organizzazzjoni tal-qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bil-ħsieb ta’ tranżitu lejn Stat Membru ieħor — Dħul awtorizzat b’deroga għal raġunijiet umanitarji — Artikolu 2(m) — Kunċett ta’ viża — Artikolu 12 — Ħruġ ta’ viża — Artikolu 13 — Qsim irregolari ta’ fruntiera esterna)

16

2017/C 309/22

Kawża C-670/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Minden – il-Ġermanja) – Tsegezab Mengesteab vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikolu 20 — Bidu tal-proċess ta’ determinazzjoni — Sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali — Rapport ippreparat mill-awtoritajiet, li jkun wasal quddiem l-awtoritajiet kompetenti — Artikolu 21(1) — Termini previsti għall-formulazzjoni ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu — Trasferiment tar-responsabbiltà lejn Stat Membru ieħor — Artikolu 27 — Rimedju ġudizzjarju — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju)

17

2017/C 309/23

Kawża C-262/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Solvay Chimica Italia SpA et vs Autorità per l’energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

17

2017/C 309/24

Kawża C-263/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Whirlpool Europe Srl et/Autorità per l’energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

18

2017/C 309/25

Kawża C-273/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Sol Gas Primari Srl vs Autorità per l'energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

19

2017/C 309/26

Kawża C-297/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2017 – Bashar Ibrahim vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

20

2017/C 309/27

Kawża C-299/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2017 – VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH vs Google Inc.

21

2017/C 309/28

Kawża C-312/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Surjit Singh Bedi vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’isimha proprju, iżda sabiex issostni d-dritt tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

22

2017/C 309/29

Kawża C-318/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Mahmud Ibrahim et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

23

2017/C 309/30

Kawża C-319/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Nisreen Sharqawi et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

24

2017/C 309/31

Kawża C-328/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria

25

2017/C 309/32

Kawża C-331/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Martina Sciotto vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma

26

2017/C 309/33

Kawża C-342/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia vs Comune di Padova

26

2017/C 309/34

Kawża C-368/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Hüsken et vs Lufthansa CityLine GmbH

27

2017/C 309/35

Kawża C-374/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Finanzamt B vs A-Brauerei

27

2017/C 309/36

Kawża C-389/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – UAB EVP International vs Lietuvos bankas

28

2017/C 309/37

Kawża C-400/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţa, Vasilica Gheorghiţa vs SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

28

2017/C 309/38

Kawża C-402/17 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn JYSK sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-403/15, JYSK sp. z o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2017/C 309/39

Kawża C-413/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Lulju 2017 – UAB Roche Lietuva vs VšĮ Kauno Dainavos poliklinika

29

2017/C 309/40

Kawża C-431/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis vs Dikigorikos Syllogos Athinon

30

2017/C 309/41

Kawża C-443/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division)(ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Lulju 2017 – Abraxis Bioscience LLC vs Comptroller General of Patents

30

2017/C 309/42

Kawża C-458/17 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2017 minn Rami Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-410/16 – Rami Makhlouf vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

31

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 309/43

Kawża T-371/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2017 – Qualcomm u Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni [Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Antitrust — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 18(3) — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza]

33

2017/C 309/44

Kawża T-429/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Laboratoires Majorelle vs EUIPO – Jardin Majorelle (LABORATOIRES MAJORELLE)

33

2017/C 309/45

Kawża T-438/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2017 – The Scotch Whiskey Association vs EUIPO – José Estévez (JOHN COR)

34

2017/C 309/46

Kawża T-456/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2017 – Lupu vs EUIPO – Dzhihangir (Djili soy original DS)

35

2017/C 309/47

Kawża T-459/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2017 – Fifth Avenue Entertainment vs EUIPO – Commodore Entertainment Corporation (THE COMMODORES)

36

2017/C 309/48

Kawża T-464/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – TP vs Il-Kummissjoni

36

2017/C 309/49

Kawża T-465/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – VKR Holding vs EUIPO (VELUX)

37

2017/C 309/50

Kawża T-469/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – The Scotch Whiskey Association vs EUIPO – José Estévez (JOHN COR)

38

2017/C 309/51

Kawża T-470/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – Sensotek vs EUIPO – Senso Tecnologie (sensotek)

38

2017/C 309/52

Kawża T-471/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – Edison vs EUIPO (EDISON)

39

2017/C 309/53

Kawża T-488/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Ghost – Corporate Management vs EUIPO (Dry Zone)

40

2017/C 309/54

Kawża T-489/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Windspiel Manufaktur vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ tapp ta’ flixkun)

40

2017/C 309/55

Kawża T-13/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Gauff vs EUIPO – H.P. Gauff Ingenieure (GAUFF)

41

2017/C 309/56

Kawża T-260/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN PULSE)

41


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 309/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 300, 11.9.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 293, 4.9.2017

ĠU C 283, 28.8.2017

ĠU C 277, 21.8.2017

ĠU C 269, 14.8.2017

ĠU C 256, 7.8.2017

ĠU C 249, 31.7.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-599/14 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Kundizzjonijiet - Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2017/C 309/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (rappreżentanti: T. Buruma u A. M. van Eik, avukati), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, C. Crane, J. Kraehling u V. Kaye, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u M. F. Castillo de la Torre, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, F. Fize, D. Colas u B. Fodda, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mil-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE).

3)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 89, 16.03.15.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/3


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta Lulju 2017 – Il-Parlament Ewropew

(Opinjoni 1/15) (1)

((Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Abbozz ta’ ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea - Trasferiment tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) mill-Unjoni lejn il-Kanada - Bażijiet legali adatti - L-Artikolu 16(2), il-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE - Kompatibbiltà mal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))

(2017/C 309/03)

Lingwa tal-proċedura: Il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u D. Moore, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri għandha tkun ibbażata konġuntament fuq l-Artikolu 16(2) u fuq l-Artikolu 87(2)(a) TFUE.

2)

Il-ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri huwa inkompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u 21 kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn ma jeskludix it-trasferiment ta’ data sensittiva mill-Unjoni Ewropea lejn il-Kanada kif ukoll l-użu u ż-żamma ta’ din id-data.

Sabiex ikun kompatibbli mal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri għandu:

a)

jiddetermina b’mod ċar u preċiż id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri li għandha tiġi ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lejn il-Kanada;

b)

jipprovdi li l-mudelli u l-kriterji użati fil-kuntest tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri ser ikunu speċifiċi u affidabbli kif ukoll nondiskriminatorji; jipprovdi li d-databases użati ser ikunu limitati għal dawk użati mill-Kanada b’rabta mal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja;

c)

ħlief fil-kuntest tal-verifiki dwar il-mudelli u l-kriterji stabbiliti minn qabel li fuqhom huwa bbażat l-ipproċessar awtomatizzat tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri, jissuġġetta l-użu ta’ din id-data mill-awtorità Kanadiża kompetenti matul is-soġġorn tal-passiġġieri tal-ajru fil-Kanada u wara t-tluq tagħhom minn dan il-pajjiż, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni tal-imsemmija data lil awtoritajiet oħra, għal kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali bbażati fuq kriterji oġġettivi; jissuġġetta dan l-użu u din il-komunikazzjoni, ħlief f’każijiet ta’ urġenza debitament iġġustifikati, għal stħarriġ minn qabel imwettaq jew minn qorti jew minn entità amministrattiva indipendenti, li d-deċiżjoni tagħhom li tawtorizza l-użu tingħata fuq talba mmotivata ta’ dawn l-awtoritajiet, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ prevenzjoni, ta’ skoperta jew ta’ prosekuzzjoni kriminali;

d)

jillimita ż-żamma tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri wara t-tluq tal-passiġġieri tal-ajru għal dik tal-passiġġieri li fir-rigward tagħhom ikun hemm elementi oġġettivi li jippermettu li jitqies li jistgħu jippreżentaw riskju f’termini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja;

e)

jissuġġetta l-komunikazzjoni tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri mill-awtorità Kanadiża kompetenti lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz għall-kundizzjoni li jkunu jeżistu jew ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dan il-pajjiż terz li jkun ekwivalenti għall-ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri, jew deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, li tkopri l-awtoritajiet li lilhom ikun previst li ssir il-komunikazzjoni tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri;

f)

jipprevedi dritt għall-passiġġieri tal-ajru li jiġu informati individwalment fil-każ ta’ użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri li tikkonċernahom matul is-soġġorn tagħhom fil-Kanada u wara t-tluq tagħhom minn dan il-pajjiż kif ukoll fil-każ ta’ żvelar ta’ din id-data mill-awtorità Kanadiża kompetenti lil awtoritajiet oħra jew lil individwi, u

g)

jiggarantixxi li s-sorveljanza tar-regoli previsti mill-ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri, relatati mal-protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru fir-rigward tal-ipproċessar tad-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri li tikkonċernahom, tiġi żgurata minn awtorità ta’ superviżjoni indipendenti.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Hamas, il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-79/15 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Kundizzjonijiet - Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2017/C 309/04)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, G. Étienne, M. Bishop, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, M. Konstantinidis u R. Tricot, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, F. Fize u G. de Bergues, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2014, Hamas vs Il-Kunsill (T-400/10, EU:T:2014:1095) hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – AGC Glass Europe, AGC Automotive Europe, AGC France, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd, AGC Glass Germany GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-517/15 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Artikoli 101 u 102 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 30 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata akkordju illegali fis-suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi - Pubblikazzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din id-deċiżjoni - Ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni - Termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta - Deċiżjoni 2011/695/UE - Artikolu 8 - Kunfidenzjalità - Informazzjoni li ġejja minn talba għall-klemenza - Ċaħda parzjali tat-talba għal trattament kunfidenzjali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament))

(2017/C 309/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: AGC Glass Europe, AGC Automotive Europe, AGC France, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd, AGC Glass Germany GmbH (rappreżentanti: L. Garzaniti, F. Hoseinian u A. Burckett St Laurent, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen, P.J.O. Van Nuffel u F. van Schaik, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC France SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Europa Way Srl, Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-560/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE - Attribuzzjoni tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju ta’ trażmissjoni diġitali terrestri għar-radju u għat-televiżjoni - Annullament ta’ proċedura ta’ selezzjoni gratwita (“konkors ta’ sbuħija”) pendenti u sostituzzjoni ta’ din il-proċedura bi proċedura ta’ rkant - Intervent tal-leġiżlatur nazzjonali - Indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Konsultazzjoni minn qabel - Kriterji ta’ għoti - Aspettattivi leġittimi))

(2017/C 309/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europa Way Srl, Persidera SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

fil-preżenza ta’: Elettronica Industriale SpA, Cairo Network Srl, Tivuitalia SpA, Radiotelevisione italiana SpA (RAI), Sky Italia Srl

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) kif emendata bid-Direttiva 2009/140 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-annullament, mil-leġiżlatur nazzjonali, ta’ proċedura ta’ selezzjoni għall-attribuzzjoni ta’ frekwenzi tar-radju pendenti organizzata mill-ANR kompetenti f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li ġiet sospiża b’deċiżjoni ministerjali.

2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Awtorizzazzjoni”), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, kif ukoll l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li proċedura gratwita ta’ selezzjoni għall-attribuzzjoni tal-frekwenzi tar-radju, li tkun tnediet sabiex tirrimedja l-esklużjoni illegali ta’ ċerti operaturi fis-suq, tiġi ssostitwita bi proċedura oneruża bbażata fuq pjan ristrutturat ta’ attribuzzjoni ta’ frekwenzi tar-radju wara limitazzjoni tan-numru tagħhom, sa fejn il-proċedura l-ġdida ta’ selezzjoni tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati u tkun konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) sa (4) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-proċedura ta’ selezzjoni oneruża humiex ta’ natura li jippermettu d-dħul effettiv ta’ operaturi ġodda fis-suq tat-televiżjoni diġitali mingħajr ma tiffavorixxi indebitament l-operaturi diġà preżenti fis-suq tat-televiżjoni analoga jew diġitali.

3)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-annullament ta’ proċedura ta’ selezzjoni għall-attribuzzjoni ta’ frekwenzi tar-radju għar-raġuni biss li operaturi, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kienu ġew ammessi għal din il-proċedura u, bħala offerenti uniċi, kienu jingħataw drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju ta’ trażmissjoni diġitali terrestri għar-radju u għat-televiżjoni li kieku l-proċedura ma ġietx annullata.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – fil-proċedura mressqa minn Jan Šalplachta

(Kawża C-670/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet transkonfinali - Direttiva 2003/8/KE - Regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal tali tilwim - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi n-natura mhux rimborsabbli tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ talba għal għajnuna legali))

(2017/C 309/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Jan Šalplachta

Dispożittiv

L-Artikoli 3, 8 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għajnuna legali mogħtija mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, li fiha l-persuna fiżika li għandu d-domiċilju tiegħu jew ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor ressaq talba għal għajnuna legali fil-kuntest ta’ tilwima transkonfinali, tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa bil-quddiem minn din il-persuna għat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ din it-talba.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-696/15 P) (1)

((Appell - Trasport - Direttiva 2010/40/UE - Varar ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq - Artikolu 7 - Delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni Ewropea - Limiti - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 885/2013 - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-postijiet ta’ parkeġġ bla perikolu u sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 886/2013 - Data u proċeduri għall-forniment ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq mingħajr ħlas għall-utenti - Artikolu 290 TFUE - Delimitazzjoni espliċita tal-objettivi, tal-kontenut, tal-kamp ta’ applikazzjoni u tat-tul tad-delega ta’ setgħa - Element essenzjali tal-qasam ikkonċernat - Ħolqien ta’ korp ta’ kontroll))

(2017/C 309/08)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller u J. Pavliš, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, P.J.O. Van Nuffel, J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29/2/2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Montreuil – Franza)) – ArcelorMittal Atlantique et Lorraine vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

(Kawża C-80/16) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a(1) - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Deċiżjoni 2011/278/UE - Validità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Determinazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-metall sħun - Rikors għad-data li tirriżulta mill-‘BREF’ ħadid u azzar u mil-linji gwida sabiex jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji tal-metall sħun - Kunċett ta’ ‘prodotti simili’ - Installazzjonijiet ta’ riferiment - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2017/C 309/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ArcelorMittal Atlantique et Lorraine

Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi magħmula ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Continental Reifen Deutschland GmbH vs Compagnie générale des établissements Michelin, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-84/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “XKING” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinkludi l-element verbali “X” - Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Żnaturament tal – provi))

(2017/C 309/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Continental Reifen Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. O. Gillert, K. Vanden Bossche, Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Compagnie générale des établissements Michelin (rappreżentant: E. Carrillo, avukat), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Continental Reifen Deutschland GmbH hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Compagnie générale des établissements Michelin.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ibati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-112/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE - Ugwaljanza fit-trattament - Determinazzjoni tan-numru ta’ frekwenzi tar-radju diġitali li għandhom jingħataw lil kull operatur li huwa diġà proprjetarju ta’ frekwenzi tar-radju analogi - Teħid inkunsiderazzjoni tal-frekwenzi tar-radju analogi użati illegalment - Korrispondenza bejn in-numru ta’ frekwenzi tar-radju analogi miżmuma u n-numru ta’ frekwenzi tar-radju diġitali miksuba”))

(2017/C 309/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Persidera SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti

fil-preżenza ta’: Radiotelevisione italiana SpA (RAI), Reti Televisive Italiane SpA (RTI), Elettronica Industriale SpA, Television Broadcasting System Spa, Premiata Ditta Borghini e Stocchetti di Torino Srl, Rete A SpA, Centro Europa 7 Srl, Prima TV SpA, Sky Italia Srl, Elemedia SpA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE, kif ukoll l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, għall-finijiet tal-konverżjoni ta’ kanali analogi eżistenti f’netwerks diġitali, tieħu inkunsiderazzjoni kanali analogi li huma operati illegalment, sa fejn twassal sabiex testendi, jew saħansitra ssaħħaħ, vantaġġ kompetittiv indebitu.

2)

Il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, b’applikazzjoni tal-istess kriterju ta’ konverżjoni, timplika tnaqqis proporzjonalment ikbar min-numru ta’ netwerks diġitali attribwiti meta mqabbel man-numru ta’ kanali analogi operati għad-detriment ta’ operatur meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata mal-għan tagħha. Il-kontinwità tal-offerta televiżiva tikkostitwixxi għan leġittimu li jista’ jiġġustifika tali differenza fit-trattament. Madankollu, dispożizzjoni li twassal sabiex tattribwixxi, lill-operaturi diġà preżenti fis-suq, numru ta’ frekwenzi tar-radju diġitali ikbar min-numru li jkun suffiċjenti sabiex jiżgura l-kontinwità tal-offerta televiżiva tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan u għalhekk, tkun sproporzjonata.


(1)  ĠU C 175, 17.05.2016


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry

(Kawża C-175/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 17 - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Kumpensi addizzjonali - Assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tat-tfal - “Ġenituri ta’ villaġġi tat-tfal” - Assenza temporanja ta’ “ġenituri” prinċipali - Ħaddiema impjegati bħala “ġenituri” sostituti - Kunċett)

(2017/C 309/12)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik

Konvenut: SOS-Lapsikylä ry

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistax japplika għal attività bi ħlas, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fit-teħid ta’ responsabbiltà tat-tfal fil-kundizzjonijiet ta’ ambjent tal-familja, bis-sostituzzjoni tal-persuna inkarigata, prinċipalment, minn din il-missjoni, meta ma jkunx stabbilit li t-tul ta’ ħin tax-xogħol, fl-intier tiegħu, ma jkunx imkejjel jew predeterminat jew jista’ jkun determinat mill-ħaddiem innifsu, fatt li għandu jkun ivverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 191, 30.05.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Salumificio Fratelli Beretta SpA

(Kawża C-182/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “STICK MiniMINI Beretta” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mini Wini - Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Pożizzjoni distintiva awtonoma - Karattru dominanti - Kriterji għall-evalwazzjoni tax-xebh viżiv - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2017/C 309/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Rajh, aġent), Salumificio Fratelli Beretta SpA (rappreżentanti: G. Ghisletti, F. Braga u P. Pozzi, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Corridonia (C-196/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16) et vs Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

(Kawżi magħquda C-196/16 u C-197/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Direttiva 2011/92/UE - Possibbiltà li ssir, a posteriori, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija mill-bijogass f’servizz għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni ġdida))

(2017/C 309/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comune di Corridonia (C-196/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16), Marcello Bartolini (C-197/16), Filippo Bruè (C-197/16), Sergio Forti (C-197/16), Stefano Piatti (C-197/16), Gaetano Silvetti (C-197/16), Gianfranco Silvetti (C-197/16), Rocco Tirabasso (C-197/16), Sante Vagni (C-197/16), Albergo Ristorante Le Grazie Sas di Forti Sergio & Co. (C-197/16), Suolificio Elefante Srl (C-197/16), Suolificio Roxy Srl (C-197/16), Aldo Alessandrini (C-197/16)

Konvenuti: Provincia di Macerata, Provincia di Macerata Settore 10 – Ambiente

fil-preżenza ta’: VBIO1 Società Agricola Srl (C-196/16), Regione Marche, Agenzia Regionale per la Protezione Ambientale delle Marche – (ARPAM) – Dipartimento Provinciale di Macerata, ARPAM, VBIO2 Società Agricola Srl (C-197/16), Azienda Sanitaria Unica Regionale – Marche (ASUR Marche) (C-197/16), ASUR Marche – Area Vasta 3 (C-197/16), Comune di Colmurano (C-197/16), Comune di Loro Piceno (C-197/16)

Dispożittiv

Fil-każ ta’ ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent meħtieġa mid-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2009/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, id-dritt tal-Unjoni, minn naħa, jeżiġi li l-Istati Membri jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ din l-ommissjoni u, min-naħa l-oħra, ma jipprekludix li ssir evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti bħala regolarizzazzjoni, wara l-kostruzzjoni u t-tpoġġija fis-servizz tal-impjant ikkonċernat, sakemm:

ir-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-individwi l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom u

l-evalwazzjoni magħmula bħala regolarizzazzjoni ma tirrigwardax biss l-effetti futuri ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent, iżda tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-effetti ambjentali li seħħew sa mill-istabbiliment tiegħu.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra Mossa Ouhrami

(Kawża C-225/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 11(2) - Deċiżjoni ta’ projbizzjoni fuq id-dħul meħuda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tirrigwarda perijodu itwal minn dak previst mill-imsemmija direttiva - Bidu tad-dekorrenza tal-perijodu ta’ projbizzjoni fuq id-dħul))

(2017/C 309/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Mossa Ouhrami

Dispożittiv

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul prevista f’din id-dispożizzjoni, li bħala prinċipju ma jeċċedix il-ħames snin, għandu jiġi kkalkolat b’effett mid-data li fiha l-persuna kkonċernata tkun telqet effettivament mit-territorju tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Moussa Sacko vs Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione internazionale di Milano

(Kawża C-348/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil - Direttiva 2013/32/UE - Artikoli 12, 14, 31 u 46 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Appell minn deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Possibbiltà għall-qorti li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tisma’ lill-applikant))

(2017/C 309/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Moussa Sacko

Konvenuta: Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione internazionale di Milano

Dispożittiv

Id-Direttiva 2013/32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikoli 12, 14, 31 u 46 tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li qorti nazzjonali, adita b’appell minn deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tkun manifestament infondata, tiċħad l-imsemmi appell mingħajr ma tisma’ lill-applikant meta ċ-ċirkustanzi fattwali ma jħallu ebda dubju dwar il-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni, bil-kundizzjoni, minn naħa, li, matul il-proċedura tal-ewwel istanza, l-applikant ikun ingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, konformement mal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, u li r-rapport jew it-traskrizzjoni ta’ din l-intervista, fil-każ li tkun saret, ikunu disponibbli b’rabta mal-fajl, konformement mal-Artikolu 17(2) tal-imsemmija direttiva, u, min-naħa l-oħra, li l-qorti adita bl-appell tkun tista’ tordna tali smigħ jekk tqis li jkun neċessarju għall-finijiet tal-eżami sħiħ u ex nunc kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ liġi, previst fl-Artikolu 46(3) tal-istess direttiva.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Toridas” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-386/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(1) - Klassifikazzjoni ta’ tranżazzjoni inkwantu kunsinna intra-Komunitarja - Eżenzjoni tal-kunsinni intra-Komunitarja ta’ oġġetti - Intenzjoni tax-xerrej li jbigħ mill-ġdid l-oġġetti mixtrija lil persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor qabel il-ħruġ tagħhom mit-territorju tal-ewwel Stat Membru - Effett eventwali tal-ipproċessar ta’ parti mill-oġġetti qabel l-ispedizzjoni tagħhom))

(2017/C 309/17)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “Toridas” UAB

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Fil-preżenza ta’: Kauno apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, kunsinna ta’ oġġetti mwettqa minn persuna taxxabbli stabbilita fl-ewwel Stat Membru ma hijiex eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont din id-dispożizzjoni meta, qabel ma tiġi konkluża din it-tranżazzjoni ta’ kunsinna, ix-xerrej, identifikat għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fit-tieni Stat Membru, jinforma lill-fornitur li l-merkanzija ser tiġi immedjatament mibjugħa mill-ġdid lil persuna taxxabbli stabbilita fit-tielet Stat Membru, qabel ma joħroġha mill-ewwel Stat Membru, u jittrasportaha b’destinazzjoni lejn din it-tielet persuna taxxabbli, sa fejn din it-tieni kunsinna tkun seħħet tassew u li l-merkanzija kienet sussegwentement ġiet ittrasportata mill-ewwel Stat Membru b’destinazzjoni lejn l-Istat Membru tat-tielet persuna taxxabbli. L-identifikazzjoni għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-ewwel xerrej fi Stat Membru differenti minn dak tal-post tal-ewwel kunsinna jew ta’ dak tal-post tal-akkwist finali ma hijiex kriterju ta’ klassifikazzjoni ta’ tranżazzjoni intra-Komunitarja, u lanqas ma hija, waħedha, prova suffiċjenti sabiex tintwera n-natura intra-Komunitarja ta’ tranżazzjoni.

2)

Għall-finijiet li jiġi interpretat l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, ipproċessar ta’ oġġetti, matul katina ta’ żewġ kunsinni suċċessivi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq ordni tax-xerrej intermedjarju u li jseħħ qabel it-trasport lejn l-Istat Membru tax-xerrej finali, ma għandux effett fuq il-kundizzjonijiet tal-eventwali eżenzjoni tal-ewwel kunsinna, meta dan l-ipproċessar huwa sussegwenti għall-ewwel kunsinna.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Meissen Keramik GmbH

(Kawża C-471/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “meissen” - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Provi ppreżentati għall-ewwel darba - Żnaturament - Użu serju ta’ trade marks preċedenti - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(3) - Artikolu 8(5) - Rabta bejn it-trade marks li għandhom jiġu pparagunati))

(2017/C 309/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) GmbH (rappreżentant: M. Fischer, aġent), Meissen Keramik GmbH (rappreżentanti: M. Vohwinkel u K. Gennen, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – A.S. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-490/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jiksbu protezzjoni internazzjonali - Organizzazzjoni tal-qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bil-ħsieb ta’ tranżitu lejn Stat Membru ieħor - Dħul awtorizzat b’eċċezzjoni għal raġunijiet umanitarji - Artikolu 13 - Qsim irregolari ta’ fruntiera esterna - Terminu ta’ tnax-il xahar mill-qsim tal-fruntiera - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Artikolu 29 - Terminu ta’ sitt xhur għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment - Kalkolu tat-termini - Użu ta’ appell - Effett sospensiv))

(2017/C 309/19)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.S.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant għall-protezzjoni internazzjonali jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ appell minn deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront tiegħu, l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ responsabbiltà dwar il-qsim irregolari tal-fruntiera ta’ Stat Membru, stipulat fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament.

2)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, li d-dħul tiegħu ġie ttollerat, mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru kkonfrontati bil-wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jittranżitaw minn dan l-Istat Membru sabiex iressqu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul bħala prinċipju meħtieġa f’dan l-ewwel Stat Membru, għandu jitqies li “qasam b’mod irregolari” il-fruntiera tal-imsemmi l-ewwel Stat Membru fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-preżentata ta’ appell mid-deċiżjoni ta’ trasferiment ma għandhiex effett fuq il-kalkolu tat-terminu previst fl-imsemmi Artikolu 13(1).

L-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżentata ta’ tali appell timplika li t-terminu stipulat f’dawn id-dispożizzjonijiet jibda jiddekorri biss mid-deċiżjoni definittiva fuq dan l-appell, inkluż meta l-qorti adita tkun iddeċidiet li tibgħat talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm l-imsemmi appell ikun ingħata effett sospensiv konformement mal-Artikolu 27(3) tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra – il-Portugall) – Superfoz – Supermercados Lda vs Fazenda Pública

(Kawża C-519/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Kontrolli uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel - Finanzjament tal-kontrolli uffiċjali - Artikoli 26 u 27 - Tassazzjoni ġenerali - Tariffi jew taxxi - Taxxa fuq l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel))

(2017/C 309/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portuġiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Superfoz – Supermercados Lda

Konvenut: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, biss fuq stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel, mingħajr li d-dħul ta’ din it-taxxa jservi sabiex jiffinanzja speċifikament il-kontrolli uffiċjali li tagħhom dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – proċedura mressqa minn Khadija Jafari, Zainab Jafari

(Kawża C-646/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jiksbu protezzjoni internazzjonali - Organizzazzjoni tal-qsim tal-fruntiera mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru bil-ħsieb ta’ tranżitu lejn Stat Membru ieħor - Dħul awtorizzat b’deroga għal raġunijiet umanitarji - Artikolu 2(m) - Kunċett ta’ “viża” - Artikolu 12 - Ħruġ ta’ viża - Artikolu 13 - Qsim irregolari ta’ fruntiera esterna))

(2017/C 309/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Khadija Jafari, Zainab Jafari

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri flimkien mal-Artikolu 2(m) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt, għall-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru kkonfrontati bil-wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jittranżitaw minn dan l-Istat Membru sabiex iressqu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, li jittolleraw id-dħul fit-territorju ta’ tali ċittadini, li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ dħul meħtieġa bħala prinċipju f’dan l-ewwel Stat Membru, ma għandux jiġi kklassifikat bħala “viża” fis-sens tal-Artikolu 12.

2)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li d-dħul tiegħu ġie ttollerat, mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru kkonfrontati bil-wasla ta’ numru eċċezzjonalment għoli ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jittranżitaw minn dan l-Istat Membru sabiex iressqu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul bħala prinċipju meħtieġa f’dan l-ewwel Stat Membru, għandu jitqies li “qasam b’mod irregolari” il-fruntiera tal-imsemmi l-ewwel Stat Membru fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Minden – il-Ġermanja) – Tsegezab Mengesteab vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-670/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikolu 20 - Bidu tal-proċess ta’ determinazzjoni - Sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Rapport ippreparat mill-awtoritajiet, li jkun wasal quddiem l-awtoritajiet kompetenti - Artikolu 21(1) - Termini previsti għall-formulazzjoni ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu - Trasferiment tar-responsabbiltà lejn Stat Membru ieħor - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju))

(2017/C 309/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Minden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tsegezab Mengesteab

Konvenuti: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ rikors eżerċitat kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, l-iskadenza ta’ terminu stabbilit fl-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament, u dan anki jekk l-Istat Membru mitlub huwa dispost li jieħu inkarigu ta’ dan l-applikant.

2)

L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu ma tistax tiġi validament ifformulata iktar minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, anki jekk din it-talba hija fformulata inqas minn xahrejn wara r-riċezzjoni ta’ riżultat pożittiv Eurodac, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija meqjusa sottomessa meta dokument bil-miktub, stabbilit minn awtorità pubblika u li jiċċertifika li ċittadin ta’ pajjiż terz talab il-protezzjoni internazzjonali, ikun wasal quddiem l-awtorità inkarigata mill-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament u, skont il-każ, meta l-informazzjoni prinċipali biss tidher f’tali dokument, iżda mhux dan id-dokument jew kopja tiegħu, ikunu waslu quddiem din l-awtorità.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Solvay Chimica Italia SpA et vs Autorità per l’energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

(Kawża C-262/17)

(2017/C 309/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay Chimica Italia SpA, Solvay Specialty Polymers Italy SpA, Solvay Chimica Bussi SpA, Ferrari F.lli Lunelli SpA, Fenice – Qualità Per L’ambiente SpA, Erg Power Srl, Erg Power Generation SpA, Eni SpA, Enipower SpA

Konvenuta: Autorità per l’energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) u (6) u l-Artikolu 28, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sistema stabbilita u ġestita minn entità privata, li magħha jkun konness numru limitat ta’ unitajiet ta’ produzzjoni u ta’ konsum, li mbagħad ikunu konnessi mas-sistema pubblika, tikkostitwixxi neċessarjament sistema tal-elettriku, u għaldaqstant “sistema ta’ distribuzzjoni” fis-sens ta’ din id-direttiva, mingħajr il-possibbiltà li jiġu esklużi minn tali klassifikazzjoni, sistemi privati li jinkludu dawn il-karatteristiċi, li jkunu ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva u li oriġinarjament kienu intiżi għall-awtoproduzzjoni?

2)

F’każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun waħda affermattiva, il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-elettriku privata fil-kategorija tal-SDM prevista fl-Artikolu 28 tad-direttiva inkwistjoni tikkostitwixxi l-unika possibbiltà offruta minn din id-direttiva sabiex jittieħed kont tal-partikolaritajiet tagħha, jew huwa permess li l-leġiżlatur nazzjonali jistabbilixxi kategorija differenti ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni suġġetti għal regoli ssimplifikati, differenti minn dik prevista għall-SDM?

3)

Indipendentement mid-domandi preċedenti, id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu ta’ konnessjoni ta’ terzi huwa impost fil-każijiet kollha fuq is-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa previsti fl-Artikolu 28?

4)

Indipendentement mid-domandi preċedenti, il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-elettriku privata bħala sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72/KE, tippermetti lil-leġiżlatur nazzjonali li jipprovdi, favur din is-sistema, sempliċiment għad-derogi mir-regoli ġenerali applikabbli għas-sistema ta’ distribuzzjoni previsti espressament mill-Artikolu 28 u mill-Artikolu 26(4) tal-istess direttiva, jew – fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet inklużi fil-“premessi” 29 u 30 tal-imsemmija direttiva – l-Istat Membru huwa permess, jew anki obbligat li jipprovdi għal eċċezzjonijiet oħra mill-applikazzjoni tar-regoli ġenerali applikabbli għas-sistemi ta’ distribuzzjoni, b’tali mod li jiħu segwiti l-għanijiet indikati fl-imsemmija “premessi”?

5)

F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li huwa possibbli jew obbligatorju, għall-Istat Membru, li jadotta leġiżlazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tas-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE – u b’mod partikolari, il-“premessi” 29 u 30, l-Artikolu 15(7), l-Artikolu 37(6)(b), u l-Artikolu 26(4) – jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik rilevanti fil-kawża odjerna, li tissuġġetta s-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa għal regoli, fil-qasam tad-dispaċċ u s-separazzjoni, effettivament identiċi għal dawk applikabbli għal sistemi pubbliċi u li, fil-qasam tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema tal-elettriku, tipprovdi li l-ammonti dovuti bħala korrispettiv għal dawn l-ispejjeż għandhom ikunu parzjalment proporzjonali wkoll għall-elettriku kkunsmat fi ħdan is-sistema magħluqa?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55)


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Whirlpool Europe Srl et/Autorità per l’energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

(Kawża C-263/17)

(2017/C 309/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Whirlpool Europe Srl, Fenice – Qualità Per L’ambiente SpA, FCA Italy SpA, FCA Group Purchasing Srl, FCA Melfi SpA, Barilla G. e R. Fratelli SpA, Versalis SpA

Konvenuta: Autorità per l’energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) u (6) u l-Artikolu 28, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sistema stabbilita u ġestita minn entità privata, li magħha jkun konness numru limitat ta’ unitajiet ta’ produzzjoni u ta’ konsum, li mbagħad ikunu konnessi mas-sistema pubblika, tikkostitwixxi neċessarjament sistema tal-elettriku, u għaldaqstant “sistema ta’ distribuzzjoni” fis-sens ta’ din id-direttiva, mingħajr il-possibbiltà li jiġu esklużi minn tali klassifikazzjoni, sistemi privati li jinkludu dawn il-karatteristiċi, li jkunu ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva u li oriġinarjament kienu intiżi għall-awtoproduzzjoni?

2)

F’każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun waħda affermattiva, il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-elettriku privata fil-kategorija tal-SDM prevista fl-Artikolu 28 tad-direttiva inkwistjoni tikkostitwixxi l-unika possibbiltà offruta minn din id-direttiva sabiex jittieħed kont tal-partikolaritajiet tagħha, jew huwa permess li l-leġiżlatur nazzjonali jistabbilixxi kategorija differenti ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni suġġetti għal regoli ssimplifikati, differenti minn dik prevista għall-SDM?

3)

Indipendentement mid-domandi preċedenti, id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu ta’ konnessjoni ta’ terzi huwa impost fil-każijiet kollha fuq is-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa previsti fl-Artikolu 28?

4)

Indipendentement mid-domandi preċedenti, il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-elettriku privata bħala sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72/CE, tippermetti lil-leġiżlatur nazzjonali li jipprovdi, favur din is-sistema, sempliċiment għad-derogi mir-regoli ġenerali applikabbli għas-sistema ta’ distribuzzjoni previsti espressament mill-Artikolu 28 u mill-Artikolu 26(4) tal-istess direttiva, jew – fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet inklużi fil-“premessi” 29 u 30 tal-imsemmija direttiva – l-Istat Membru huwa permess, jew anki obbligat li jipprovdi għal eċċezzjonijiet oħra mill-applikazzjoni tar-regoli ġenerali applikabbli għas-sistemi ta’ distribuzzjoni, b’tali mod li jiħu segwiti l-għanijiet indikati fl-imsemmija “premessi”?

5)

F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li huwa possibbli jew obbligatorju, għall-Istat Membru, li jadotta leġiżlazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tas-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE – u b’mod partikolari, il-“premessi” 29 u 30, l-Artikolu 15(7), l-Artikolu 37(6)(b), u l-Artikolu 26(4) – jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik rilevanti fil-kawża odjerna, li tissuġġetta s-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa għal regoli, fil-qasam tad-dispaċċ u s-separazzjoni, effettivament identiċi għal dawk applikabbli għal sistemi pubbliċi u li, fil-qasam tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema tal-elettriku, tipprovdi li l-ammonti dovuti bħala korrispettiv għal dawn l-ispejjeż għandhom ikunu parzjalment proporzjonali wkoll għall-elettriku kkunsmat fi ħdan is-sistema magħluqa?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55)


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Sol Gas Primari Srl vs Autorità per l'energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

(Kawża C-273/17)

(2017/C 309/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sol Gas Primari Srl

Konvenuta: Autorità per l'energia elettrica e per il gas e il sistema idrico

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) u (6) u l-Artikolu 28, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sistema stabbilita u ġestita minn entità privata, li magħha jkun konness numru limitat ta’ unitajiet ta’ produzzjoni u ta’ konsum, li mbagħad ikunu konnessi mas-sistema pubblika, tikkostitwixxi neċessarjament sistema tal-elettriku, u għaldaqstant “sistema ta’ distribuzzjoni” fis-sens ta’ din id-direttiva, mingħajr il-possibbiltà li jiġu esklużi minn tali klassifikazzjoni, sistemi privati li jinkludu dawn il-karatteristiċi, li jkunu ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva u li oriġinarjament kienu intiżi għall-awtoproduzzjoni?

2)

F’każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun waħda affermattiva, il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-elettriku privata fil-kategorija tal-SDM prevista fl-Artikolu 28 tad-direttiva inkwistjoni tikkostitwixxi l-unika possibbiltà offruta minn din id-direttiva sabiex jittieħed kont tal-partikolaritajiet tagħha, jew huwa permess li l-leġiżlatur nazzjonali jistabbilixxi kategorija differenti ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni suġġetti għal regoli ssimplifikati, differenti minn dik prevista għall-SDM?

3)

Indipendentement mid-domandi preċedenti, id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu ta’ konnessjoni ta’ terzi huwa impost fil-każijiet kollha fuq is-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa previsti fl-Artikolu 28?

4)

Indipendentement mid-domandi preċedenti, il-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-elettriku privata bħala sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72/CE, tippermetti lil-leġiżlatur nazzjonali li jipprovdi, favur din is-sistema, sempliċiment għad-derogi mir-regoli ġenerali applikabbli għas-sistema ta’ distribuzzjoni previsti espressament mill-Artikolu 28 u mill-Artikolu 26(4) tal-istess direttiva, jew – fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet inklużi fil-“premessi” 29 u 30 tal-imsemmija direttiva – l-Istat Membru huwa permess, jew anki obbligat li jipprovdi għal eċċezzjonijiet oħra mill-applikazzjoni tar-regoli ġenerali applikabbli għas-sistemi ta’ distribuzzjoni, b’tali mod li jiħu segwiti l-għanijiet indikati fl-imsemmija “premessi”?

5)

F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li huwa possibbli jew obbligatorju, għall-Istat Membru, li jadotta leġiżlazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tas-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/72/KE – u b’mod partikolari, il-“premessi” 29 u 30, l-Artikolu 15(7), l-Artikolu 37(6)(b), u l-Artikolu 26(4) – jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik rilevanti fil-kawża odjerna, li tissuġġetta s-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa għal regoli, fil-qasam tad-dispaċċ u s-separazzjoni, effettivament identiċi għal dawk applikabbli għal sistemi pubbliċi u li, fil-qasam tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema tal-elettriku, tipprovdi li l-ammonti dovuti bħala korrispettiv għal dawn l-ispejjeż għandhom ikunu parzjalment proporzjonali wkoll għall-elettriku kkunsmat fi ħdan is-sistema magħluqa?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55)


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2017 – Bashar Ibrahim vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-297/17)

(2017/C 309/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bashar Ibrahim

Konvenuta: Ir Repubblika Federali tal Ġermanja

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fejn, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni, li hija iktar wiesgħa minn dik mogħtija preċedentement fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija inammissibbli meta l-applikant ingħata protezzjoni sussidjarja fl Stat Membru ieħor, sa fejn, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji nazzjonali, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika wkoll għall-applikazzjonijiet imressqa qabel l-20 ta’ Lulju 2015?

Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE tippermetti lill-Istati Membri, b’mod partikolari, li jimplementaw l-awtorizzazzjoni iktar wiesgħa fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE b’mod retroattiv, sabiex anki l-applikazzjonijiet għall-ażil issottomessi qabel it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ dik l-awtorizzazzjoni usa’, iżda li ma kinux għadhom ġew maqtugħa definittivament fil-mument tat-traspożizzjoni, huma inammissibbli?

2.

L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32/UE jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jagħżlu li jiċħdu applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli għaliex taqa’ taħt responsabbiltà internazzjonali oħra (Regolament ta’ Dublin) jew taħt l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE?

3.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, Stat Membru jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba protezzjoni sussidjarja li ngħatat minn Stat Membru ieħor, meta

a)

l-applikant jitlob it-tisħiħ tal-protezzjoni sussidjarja li ngħatatlu fi Stat Membru ieħor (rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat) u li l-proċedura ta’ ażil fl-Istat Membru l-ieħor kienet u għada vvizzjata minn nuqqasijiet sistemiċi,

b)

il-mekkaniżmu tal-protezzjoni internazzjonali, u speċifikament il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja, fl-Istat Membru l-ieħor li jkun diġà ta lill-applikant protezzjoni sussidjarja

jikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-KEDB, jew

ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE, iżda mingħajr ma jikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-KEDB?

4.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3(b) tkun fl-affermattiv, dan japplika wkoll meta l-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja ma jirċievu l-ebda allowance għall-għajxien, jew f’livell nettament inqas meta mqabbel ma’ Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jkunu ttrattati b’mod differenti, f’dan ir-rigward, miċ-ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni?

5.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fin-negattiv:

a)

Ir-Regolament Dublin III japplika fi proċedura għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-applikazzjoni għall-ażil tkun ġiet issottomessa qabel l-1 ta’ Jannar 2014, iżda t-talba għat-teħid lura tkun ġiet issottomessa wara din id-data u l-applikant ikun diġà kiseb qabel (fi Frar 2013) protezzjoni sussidjarja fl-Istat Membru mitlub?

b)

Ir-Regolamenti Dublin jġibu magħhom trasferiment – impliċitu – tar-responsabbiltà tal-Istat Membru li jitlob għat-teħid lura ta’ applikant, meta l-Istat Membru resposabbli mitlub ikun ċaħad it-talba għat-teħid lura, imressqa fit-terminu previst, skont id-dispożizzjonijiet ta’ Dublin u minflok invoka ftehim internazzjonali ta’ riammissjoni?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2017 – VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH vs Google Inc.

(Kawża C-299/17)

(2017/C 309/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH

Konvenuta: Google Inc.

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali li tipprekludi biss lill-operaturi kummerċjali ta’ magni ta’ tiftix u lill-fornituri kummerċjali ta’ servizzi li jimmodifikaw kontenuti, iżda mhux lill-utenti l-oħra, inklużi kummerċjali, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku prodotti tal-istampa, b’mod sħiħ jew parzjali (bl-eċċezzjoni ta’ kliem iżolat jew estratti qosra ħafna ta’ test), tikkostitwixxi, fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (5) tad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (1), regola li ma hijiex speċifikament immirata lejn is-servizzi ddefiniti f’dak il-punt,

u, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv,

2)

dispożizzjoni nazzjonali li tipprekludi biss lill-operaturi kummerċjali ta’ magni ta’ tiftix u lill-fornituri kummerċjali ta’ servizzi li jimmodifikaw kontenuti, iżda mhux lill-utenti l-oħra, inklużi kummerċjali, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku prodotti tal-istampa, b’mod sħiħ jew parzjali (bl-eċċezzjoni ta’ kliem iżolat jew estratti qosra ħafna ta’ test), tikkostitwixxi regolament tekniku fis-sens tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE, jiġifieri regola li l-osservazzjoni tagħha hija obbligtorja relatata mal-provvista ta’ servizz?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Surjit Singh Bedi vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’isimha proprju, iżda sabiex issostni d-dritt tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-312/17)

(2017/C 309/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Surjit Singh Bedi

Konvenuti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’isimha proprju, iżda sabiex issostni d-dritt tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli ta’ ftehim kollettiv li jipprevedu li l-benefiċċju ta’ allowance addizzjonali temporanja mogħtija sabiex tiggarantixxi dħul deċenti lill-impjegati li tilfu l-impieg tagħhom, fuq il-bażi tar-remunerazzjoni bażika prevista mill-ftehim kollettiv u sakemm l-imsemmija impjegati jaċċedu għall-protezzjoni ekonomika mogħtija mid-dritt għal pensjoni fil-kuntest ta’ skema legali tal-assigurazzjoni għal pensjoni, jiġi fi tmiemu meta jingħata bidu għad-dritt għal pensjoni tal-irtirar antiċipata u li jieħdu bħala kriterju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħhom, il-possibbiltà li tinkiseb pensjoni tal-irtirar antiċipata minħabba diżabbiltà?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Mahmud Ibrahim et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-318/17)

(2017/C 309/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mahmud Ibrahim, Fadwa Ibrahim, Bushra Ibrahim, Mohammad Ibrahim, rappreżentatat legalment mill-ġenituri Fadwa u Mahmud Ibrahim, Ahmad Ibrahim, rappreżentatat legalment mill-ġenituri Fadwa u Mahmud Ibrahim

Konvenuta: Ir Repubblika Federali tal Ġermanja

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fejn, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni, li hija iktar wiesgħa minn dik mogħtija preċedentement fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija inammissibbli meta l-applikant ingħata protezzjoni sussidjarja fl Stat Membru ieħor, sa fejn, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji nazzjonali, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika wkoll għall-applikazzjonijiet imressqa qabel l-20 ta’ Lulju 2015?

Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE tippermetti lill-Istati Membri, b’mod partikolari, li jimplementaw l-awtorizzazzjoni iktar wiesgħa fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE b’mod retroattiv, sabiex anki l-applikazzjonijiet għall-ażil issottomessi qabel it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ dik l-awtorizzazzjoni usa’, iżda li ma kinux għadhom ġew maqtugħa definittivament fil-mument tat-traspożizzjoni, huma inammissibbli?

2.

L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32/UE jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jagħżlu li jiċħdu applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli għaliex taqa’ taħt responsabbiltà internazzjonali oħra (Regolament ta’ Dublin) jew taħt l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE?

3.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, Stat Membru jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba protezzjoni sussidjarja li ngħatat minn Stat Membru ieħor, meta

a)

l-applikant jitlob it-tisħiħ tal-protezzjoni sussidjarja li ngħatatlu fi Stat Membru ieħor (rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat) u li l-proċedura ta’ ażil fl-Istat Membru l-ieħor kienet u għada vvizzjata minn nuqqasijiet sistemiċi

b)

il-mekkaniżmu tal-protezzjoni internazzjonali, u speċifikament il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja fl-Istat Membru l-ieħor li jkun diġà ta lill-applikant protezzjoni sussidjarja

jikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-KEDB, jew

ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE, iżda mingħajr ma jikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-KEDB?

4.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3(b) tkun fl-affermattiv, dan japplika wkoll meta l-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja ma jirċievu l-ebda allowance għall-għajxien, jew f’livell nettament inqas meta mqabbel ma’ Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jkunu ttrattati b’mod differenti, f’dan ir-rigward, miċ-ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni?

5.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fin-negattiv:

a)

Ir-Regolament Dublin III japplika fi proċedura għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-applikazzjoni għall-ażil tkun ġiet issottomessa qabel l-1 ta’ Jannar 2014, iżda t-talba għat-teħid lura tkun ġiet issottomessa wara din id-data u l-applikant ikun diġà kiseb qabel (fi Frar 2013) protezzjoni sussidjarja fl-Istat Membru mitlub?

b)

Ir-Regolamenti Dublin jġibu magħhom trasferiment – impliċitu – tar-responsabbiltà tal-Istat Membru li jitlob għat-teħid lura ta’ applikant, meta l-Istat Membru resposabbli mitlub ikun ċaħad it-talba għat-teħid lura, imressqa fit-terminu previst, skont id-dispożizzjonijiet ta’ Dublin u minflok invoka ftehim internazzjonali ta’ riammissjoni?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Nisreen Sharqawi et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-319/17)

(2017/C 309/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nisreen Sharqawi, Yazan Fattayrji, rappreżentatat legalment mill-omm Nisreen Sharqawi, Hosam Fattayrji, rappreżentatat legalment mill-omm Nisreen Sharqawi

Konvenuta: Ir Repubblika Federali tal Ġermanja

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fejn, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni, li hija iktar wiesgħa minn dik mogħtija preċedentement fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija inammissibbli meta l-applikant ingħata protezzjoni sussidjarja fl Stat Membru ieħor, sa fejn, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji nazzjonali, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika wkoll għall-applikazzjonijiet imressqa qabel l-20 ta’ Lulju 2015?

Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE tippermetti lill-Istati Membri, b’mod partikolari, li jimplementaw l-awtorizzazzjoni iktar wiesgħa fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE b’mod retroattiv, sabiex anki l-applikazzjonijiet għall-ażil issottomessi qabel it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ dik l-awtorizzazzjoni usa’, iżda li ma kinux għadhom ġew maqtugħa definittivament fil-mument tat-traspożizzjoni, huma inammissibbli?

2.

L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32/UE jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jagħżlu li jiċħdu applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli għaliex taqa’ taħt responsabbiltà internazzjonali oħra (Regolament ta’ Dublin) jew taħt l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE?

3.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, Stat Membru jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba protezzjoni sussidjarja li ngħatat minn Stat Membru ieħor, meta

a)

l-applikant jitlob it-tisħiħ tal-protezzjoni sussidjarja li ngħatatlu fi Stat Membru ieħor (rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat) u li l-proċedura ta’ ażil fl-Istat Membru l-ieħor kienet u għada vvizzjata minn nuqqasijiet sistemiċi

b)

il-mekkaniżmu tal-protezzjoni internazzjonali, u speċifikament il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja fl-Istat Membru l-ieħor li jkun diġà ta lill-applikant protezzjoni sussidjarja

jikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-KEDB, jew

ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE, iżda mingħajr ma jikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-KEDB?

4.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3(b) tkun fl-affermattiv, dan japplika wkoll meta l-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja ma jirċievu l-ebda allowance għall-għajxien, jew f’livell nettament inqas meta mqabbel ma’ Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jkunu ttrattati b’mod differenti, f’dan ir-rigward, miċ-ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni?

5.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fin-negattiv:

a)

Ir-Regolament Dublin III japplika fi proċedura għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-applikazzjoni għall-ażil tkun ġiet issottomessa qabel l-1 ta’ Jannar 2014, iżda t-talba għat-teħid lura tkun ġiet issottomessa wara din id-data u l-applikant ikun diġà kiseb qabel (fi Frar 2013) protezzjoni sussidjarja fl-Istat Membru mitlub?

b)

Ir-Regolamenti Dublin jġibu magħhom trasferiment – impliċitu – tar-responsabbiltà tal-Istat Membru li jitlob għat-teħid lura ta’ applikant, meta l-Istat Membru resposabbli mitlub ikun ċaħad it-talba għat-teħid lura, imressqa fit-terminu previst, skont id-dispożizzjonijiet ta’ Dublin u minflok invoka ftehim internazzjonali ta’ riammissjoni?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria

(Kawża C-328/17)

(2017/C 309/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA, Atc Esercizio SpA, Atp Esercizio Srl, Riviera Trasporti SpA u Tpl Linea Srl

Konvenuti: Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1), (2) u (3) u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti biss il-possibbiltà li jattakkaw id-dokumenti ta’; proċedura ta’ sejħa għal offerti lill-operaturi ekonomiċi li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal parteċipazzjoni fl-imsemmija sejħa għal offerti, anki meta l-kawża tikkontesta l-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-prinċipju tagħha peress li r-regoli tagħha jirrendu l-għoti wisq improbabbli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Martina Sciotto vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma

(Kawża C-331/17)

(2017/C 309/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Martina Sciotto

Konvenuta: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni Ewropea (b’mod partikolari l-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1)) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (jiġifieri l-Artikolu 3(6) tad-Digriet-Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertit, b’emendi, fil-Liġi Nru 100, tad-29 ta’ Ġunju 2010) li, sa fejn hija ma tissuġġettax, b’mod ġenerali, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat tal-impjegati mal-fondazzjonijiet operistiċi u orkestrali għar-regola li tipprevedi li l-forma ordinarja tar-relazzjoni ta’ xogħol għandha tkun dik tax-xogħol għal zmien indeterminat, għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ liberalizzazzjoni totali ta’ dawn ir-relazzjonijiet, mingħajr ma jkunu previsti, anki fil-każ ta’ tiġdid għal iktar minn tliet snin (jew kull perijodu ieħor), miżuri ta’ konverżjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol (stabilizzazzjoni) u/jew ta’ kumpens għad-danni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia vs Comune di Padova

(Kawża C-342/17)

(2017/C 309/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia

Konvenut: Comune di Padova

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet segwenti tal-Artikolu 52 tar-Regolament dwar is-servizzi funebri tal-Comune di Padova (l-Italja):

“Id-depożitarju tal-urna funebri bl-ebda mod ma jista’ jitlob lil terzi jżommuha. Tali projbizzjoni tgħodd ukoll fil-każ ta’ rieda espressa manifestata mill-mejjet matul ħajtu” (it-tielet paragrafu).

“L-urna għandha tinżamm esklużivament fl-abitazzjoni tad-depożitarju […]” (ir-raba’ paragrafu).

“Iż-żamma tal-urni funebri fl-ebda każ ma tista’ tiġi eżerċitata bi skop ta’ lukru u, konsegwentement, ma humiex awtorizzati attivitajiet ekonomiċi li l-għan tagħhom, anki jekk ma jkunx esklużiv, ikun iż-żamma ta’ urni funebri bi kwalunkwe titolu u għal kwalunkwe żmien. Tali projbizzjoni tgħodd ukoll fil-każ ta’ rieda espressa manifestata mill-mejjet matul ħajtu” (l-għaxar paragrafu).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Hüsken et vs Lufthansa CityLine GmbH

(Kawża C-368/17)

(2017/C 309/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet

Rikorrenti: Hüsken et

Konvenuta: Lufthansa CityLine GmbH

B’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2017, il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Finanzamt B vs A-Brauerei

(Kawża C-374/17)

(2017/C 309/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenut fil-kawża prinċipali u appellant fl-appell għal reviżjoni: Finanzamt B

Rikorrenti fil-kawża prinċipali u appellata fl-appell għal reviżjoni: A-Brauerei

Domanda preliminari

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm għajnuna pprojbita minn din id-dispożizzjoni meta, konformement mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, it-taxxa fuq akkwist immobiljari ma hijiex imposta fil-każ ta’ akkwist taxxabbli li jsegwi trasformazzjoni (amalgamazzjoni), jekk ċerti entitajiet tal-liġi (impriża dominanti u kumpannija dipendenti) jipparteċipaw fl-operazzjoni ta’ trasformazzjoni u jekk l-impriża dominanti jkollha 100 % mis-sehem fil-kumpannija dipendenti matul il-ħames snin li jippreċedu l-operazzjoni legali u l-ħames snin li jsegwu din l-operazzjoni?


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – UAB “EVP International” vs Lietuvos bankas

(Kawża C-389/17)

(2017/C 309/36)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “EVP International”

Konvenut: Lietuvos bankas

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(2) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2009/110/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, huma meqjusa bħala servizzi ta’ ħlas marbuta (jew mhux marbuta) mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi:

a)

tranżazzjoni ta’ ħlas li permezz tagħha, fuq talba (ordni) tad-detentur tal-flus elettroniċi lill-istabbiliment tal-flus elettroniċi (l-emittent), il-flus elettroniċi (ammonti li għandhom jiġu rrimborsati) jiġu ttrasferiti bil-valur nominali tagħhom lejn il-kont bankarju ta’ terz; u

b)

tranżazzjoni ta’ ħlas li permezz tagħha, fuq l-ordni tal-bejjiegħ, ix-xerrej (il-persuna li tħallas) ta’ beni u/jew servizzi iħallas għal tali beni u/jew servizzi lil stabbiliment tal-flus elettroniċi (emittenti tal-flus elettroniċi) li, wara li jirċievi dawn il-fondi, jgħaddi l-flus elettroniċi favur il-bejjiegħ (detentur tal-flus elettroniċi) bil-valur nominali tal-fondi riċevuti?


(1)  Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU 2009, L 267, p. 7).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţa, Vasilica Gheorghiţa vs SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

(Kawża C-400/17)

(2017/C 309/37)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Dolj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţa, Vasilica Gheorghiţa

Konvenuti: SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iżbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt ikopri wkoll is-sitwazzjoni fejn, matul iż-żmien tal-kuntratt eżegwit sussegwentement, tibdil sinjifikattiv tar-rata tal-kambju li l-ebda parti ma setgħat tipprevedi jirrendi l-obbligi tal-konsumatur eċċessivament onerużi meta mqabbla mal-istat tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt?

2)

Il-lingwaġġ sempliċi u ċar ta’ klawżola kuntrattwali previst fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jinftiehem fis-sens li l-klawżola inkwistjoni għandha tindika biss ir-raġunijiet tal-inklużjoni tagħha fil-kuntratt u l-mod kif din tiffunzjona, jew għandha tindika wkoll il-konsegwenzi kollha li din jista’ jkollha fuq il-prezz imħallas mill-konsumatur, bħar-riskju tal-kambju?

3)

L-espressjoni “ma jkunux jorbtu lill-konsumatur” imsemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 tista’ tiġi interpretata fis-sens li fil-każ ta’ żbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jseħħ bħala riżultat ta’ bidliet fir-rata tal-kambju, il-qorti nazzjonali tista’ teħles lill-konsumatur mill-obbligu li jbati r-riskju tal-kambju kollu kemm huwa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/29


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn JYSK sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-403/15, JYSK sp. z o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-402/17 P)

(2017/C 309/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: JYSK sp. z o.o. (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiddikjara r-rikors tagħha inammissibbli peress li ma hijiex direttament u individwalment ikkonċernata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3228 finali tal-11 ta’ Mejju 2015 għandha tiġi annullata peress li tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li aċċess indirett għall-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-qrati Pollakki ma jipprovdix il-protezzjoni maħsuba mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-appellanti tiddikjara li hija direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Lulju 2017 – UAB “Roche Lietuva” vs VšĮ Kauno Dainavos poliklinika

(Kawża C-413/17)

(2017/C 309/39)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Roche Lietuva”

Konvenuta: VšĮ Kauno Dainavos poliklinika

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 23, u tal-Anness VI tad-Direttiva 2004/18 (1) (kemm flimkien jew separatament, iżda mhux limitatament għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li awtorità kontraenti – istituzzjoni tal-kura tas-saħħa tal-bniedem – għandha l-intenzjoni takkwista provvisti (apparat u materjal ta’ dijanjosi medika) jew drittijiet speċifiċi fuqhom permezz ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku sabiex tkun tista’ twettaq testijiet b’mod awtonomu, is-setgħa diskrezzjonali tagħha tinkludi d-dritt li fl-speċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti biss dawk ir-rekwiżiti għall-imsemmija provvisti li ma jiddeskrivux separatament il-karatteristiċi operattivi (tekniċi) individwali u relatati mal-użu (funzjonali) tal-apparat u/jew materjali, iżda minflok jiġu ddefiniti l-parametri kwalitattivi tat-testijiet li għandhom jitwettqu kif ukoll il-prestazzjoni tal-laboratorju tal-ittestjar, li l-kontenut tiegħu għandu jiġi deskritt b’mod separat fl-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, pag. 132).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis vs Dikigorikos Syllogos Athinon

(Kawża C-431/17)

(2017/C 309/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (kunsill tal-Istat, il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis di Emmanouil

Konvenut: Dikigorikos Syllogos Athinon

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reġistrazzjoni ta’ patri tal-Knisja ta’ Greċja bħala avukat, mal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn huwa kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu, sabiex ikun jista’ jeżerċita hemmhekk il-professjoni ta’ avukat taħt it-titlu professjonali tal-oriġini tiegħu, tista’ tkun ipprojbita mil-leġiżlatur nazzjonali minħabba li patrijiet tal-Knisja tal-Greċja ma jistgħux, taħt il-liġi nazzjonali, jiddaħħlu fir-reġistri ta’ ordnijiet tal-avukati għaliex, minħabba dak l-istatus, ma jipprovdux ċerti garanziji neċessarji għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat?


(1)  Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division)(ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Lulju 2017 – Abraxis Bioscience LLC vs Comptroller General of Patents

(Kawża C-443/17)

(2017/C 309/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abraxis Bioscience LLC

Konvenut: Comptroller General of Patents

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(d) tar-Regolament ĊPS (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-għoti ta’ ĊPS meta l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 3(b) hija l-ewwel awtorizzazzjoni, li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva bażika, ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott bħala prodott mediċinali u meta l-prodott huwa formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv antik?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/31


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2017 minn Rami Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-410/16 – Rami Makhlouf vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-458/17 P)

(2017/C 309/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Rami Makhlouf (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-appell ineżami ammissibbli u fondat;

għaldaqstant:

tannulla s-sentenza tat-18 ta’ Mejju 2017 mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-410/16, Rami Makhlouf vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ECL:EU:T:2017:349;

u, filwaqt li tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

tannulla d-Deċiżjoni PESK/2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti sussegwenti li jimplementawha, sa fejn jikkonċernaw lill-appellant;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma rrispettatx id-dritt tal-appellant li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda, kif irrikonoxxut fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-artikli ppreżentati mill-appellanti insostenn tar-rikors għal annullament tiegħu sabiex juri li huwa ma kienx isostni r-reġim fis-Sirja.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li huma illegali d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (2) li jipprovdu li l-fatt li wieħed ikun jagħmel parti mill-familja Al-Assad jew mill-familja Makhlouf jikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, b’tali mod li fl-istess ħin qalbet l-oneru tal-prova.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kunċett ta’ “negozjant importanti” kien preċiż biżżejjed sabiex l-appellant jiġi inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi u sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ġġustifikatx ir-raġunijiet għaliex fil-fehma tagħha l-appellant kellu xi tip ta’ influwenza fuq ir-reġim fis-Sirja.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta' Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal- 31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14).


Il-Qorti Ġenerali

18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2017 – Qualcomm u Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-371/17 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Antitrust - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 18(3) - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2017/C 309/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualcomm, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) u Qualcomm Europe, Inc. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato u M. Davilla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet, G. Conte, C. Urraca Caviedes u M. Farley, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji, sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) u tal-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) [Każ AT.39711 – Qualcomm (prezzijiet predatorji)].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Laboratoires Majorelle vs EUIPO – Jardin Majorelle (LABORATOIRES MAJORELLE)

(Kawża T-429/17)

(2017/C 309/44)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Majorelle (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Odinot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jardin Majorelle (Marrakech, il-Marokk)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “LABORATOIRES MAJORELLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 371 655

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1238/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra t-trade mark Komunitarja bl-applikazzjoni “LABORATOIRES MAJORELLE” għall-prodotti

klassi 3: sapun, kożmetiċi, prodotti kożmetiċi, savons; cosmétiques; produits cosmétiques; ħasil għall-iġjene intima (preparazzjonijiet ta’ -), deodoranti għall-iġjene je wil-kura tal-ġilda (prodotti kożmetiċi għal -); prodotti għall-kura tal-ġilda mhux immedikati; prodotti tal-ħasil tal-ġilda, prodotti għat-trattament tal-ġilda;

klassi 5: ġilda (prodotti farmaċewtiċi għall-kura tal-); djetetiċi (sustanzi -) għal użu mediku, à usage médical; ħxejjex mediċinali, supplimenti djetetiċi u nutrizzjonali; supplimenti tal-ikel għal użu mediku; supplimenti tal-ikel, farmaċewtiċi (prodotti -);

klassi 10: tagħmir u strumenti kirurġiċi, mediċi, detentali u veterinarji, Riġlejn, għajnejn u snien artifiċjali; oġġetti ortopediċi; materjal ta’ sutrura; kirurġiċi (tagħmir u strumenti -); mediċi (tagħmir u strumenti -);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż

Motivi invokati

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tad-drittijiet preċedenti abbażi tal-oppożizzjoni, l-eżami tal-provi tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti u l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/34


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2017 – The Scotch Whiskey Association vs EUIPO – José Estévez (JOHN COR)

(Kawża T-438/17)

(2017/C 309/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: The Scotch Whisky Association (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Rodríguez Domínguez u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Estévez, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “JOHN COR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 965 937

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1289/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 64(1) u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 51(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/35


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2017 – Lupu vs EUIPO – Dzhihangir (Djili soy original DS)

(Kawża T-456/17)

(2017/C 309/46)

Lingwa tar-rikors: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. Acsinte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Ibryam Dzhihangir (Silistra, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Djili soy original DS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 810 558

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Mejju 2017, fil-Każ R 516/2011-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea 008404551 “Djili DS” u/jew tikkanċella r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea 008404551 “Djili DS”;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell, tat-3 ta’ Mejju 2017, li tikkonċerna l-appell R 516/2011-5 u tordna li jissokktaw il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u wkoll tordna lill-Bord tal-Appell iżomm fis-seħħ is-sospensjoni tal-proċedimenti tiegħu sakemm tiġi pprovduta, lill-Bord tal-Appell, deċiżjoni finali dwar l-appell għal annullament irreġistrat bin-Nru 2794/1/2016, li tkun bil-miktub, motivata u ffirmata.

tikkundanna lill-EUIPO u lil DZHIHANGIR Ibryam għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

Ksur tar-Regola 20(7)(a) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità;

Mutatis mutandis l-Artikolu 53(2)(c) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur tar-rikorrent għall-istampa tal-pakkett “Djili” miktuba b’ittri ħomor fuq pakkett blu bl-immaġni ta’ pappagall u fir-rigward tad-drittijiet tar-rikorrent li juża isem kummerċjali għal prodotti fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-17/06 “Céline”;

Kwalunkwe dispożizzjoni legali rilevanti oħra.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2017 – Fifth Avenue Entertainment vs EUIPO – Commodore Entertainment Corporation (THE COMMODORES)

(Kawża T-459/17)

(2017/C 309/47)

Lingwa tar-rikors: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fifth Avenue Entertainment LLC (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister u D. Cañadas Arcas, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Commodore Entertainment Corporation (Saint Paul, Minnesota, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “THE COMMODORES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 370 077

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 851/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – TP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/17)

(2017/C 309/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: TP (rappreżentant: W. Limuti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla u tirtira d-deċiżjoni kkontestata u tannulla l-atti kollha li jirriżultaw minnha kif ukoll l-atti preparatorji, anki dawk mhux magħrufa, filwaqt li tannulla l-effetti kollha li jirriżultaw minnhom fil-konfront tar-rikorrent u li jaffettwaw l-isfera legali u patrimonjali tiegħu; tordna, minn naħa, li l-kwistjoni tiġi ttrattata b’mod li r-rikorrent ikun jista’ jippreżenta l-argumenti tiegħu wara li jkun irċieva l-informazzjoni meħtieġa u, min-naħa l-oħra, li d-deċiżjoni l-ġdida tittieħed f’osservanza tal-prinċipji ta’ fiduċja, ta’ legalità u ta’ trasparenza;

tilqa’ dan ir-rikors u, konsegwentement, tagħraf id-dannu subit minn dakinhar mill-uffiċjal u, b’mod iktar preċiż, mhux biss id-dannu patrimonjali, iżda wkoll id-dannu mhux patrimonjali (dannu psikoloġiku u fiżiku) kif espost fil-perizja mediko-legali, ippreżentata fil-proċess, li tagħraf tali dannu [ta’ sofferenza] eżistenti ta’ gravità medja kif ukoll problemi ta’ aġġustament b’ansjetà u burdata depressiva ta’ tip kroniku pprovokata minn trawma subita fuq il-post tax-xogħol u kkwantifikata fil-livell ta’ 20 %.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-ilment ippreżentat mir-rikorrent. Permezz ta’ dan l-ilment, ir-rikorrent ikkontesta t-tnaqqis magħmul mill-Uffiċċju “tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (Uffiċċju PMO) mis-salarju tiegħu wara sentenza mogħtija mit-Tribunale di Treviso (qorti ta’ Treviso, l-Italja) li ppronunzjat id-divorzju bejn ir-rikorrent u l-ex-konjuġi tiegħu.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi:

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-aġent li jinstema’ u li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrent li jikseb l-informazzjoni rilevanti sabiex ikun jista’ jiddefendi ruħu.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrent li jirċievi komunikazzjoni tal-motivi għalfejn l-informazzjoni rilevanti ma tiġix trażmessa lilu.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) u, konsegwentement, ksur tad-dritt għall-informazzjoni fuq il-proċedura mibdija kontra r-rikorrent u ksur tal-obbligu li d-deċiżjonijiet jiġu mmotivati.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u, konsegwentement, ksur tad-dritt tar-rikorrent li jiġi difiż u assistit mill-istituzzjoni kontra l-kontestazzjonijiet ta’ persuni oħrajn.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ dannu psikoloġiku u fiżiku tar-rikorrent u rabta kawżali bejn l-aġir tal-amministrazzjoni u d-dannu subit.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – VKR Holding vs EUIPO (VELUX)

(Kawża T-465/17)

(2017/C 309/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VKR Holding A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Heebøll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark inkwistjoni: trade mark verbali tal-UE “VELUX” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru T 2 299 611

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1927/2016-2

Talbiet

tħassar id-deċiżjoni tal-Bord li tiċħad l-appell u b’hekk tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru T 2 299 611 li tikkorrispondi ma’ EUTM 000651869 (VELUX),

alternattivament tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 34(2) u tar-Regola 28 tal-EUTMIR.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – The Scotch Whiskey Association vs EUIPO – José Estévez (JOHN COR)

(Kawża T-469/17)

(2017/C 309/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: The Scotch Whisky Association (Edinburgh, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Rodríguez Domínguez u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Estévez, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “JOHN COR” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 965 937

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1290/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64(1) u 76(1) tar-Regolament Nru 207/22009.

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(g) u (j) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/38


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – Sensotek vs EUIPO – Senso Tecnologie (sensotek)

(Kawża T-470/17)

(2017/C 309/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sensotek GmbH (Reichenbach an der Fils, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Senso Tecnologie Srl (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “sensotek” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 648 871

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1953/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/39


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – Edison vs EUIPO (EDISON)

(Kawża T-471/17)

(2017/C 309/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Edison SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Martucci u I. Gatto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Europea li tinkludi l-element verbali “EDISON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 315 991

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2017 fil-Każ R 1355/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Esklużjoni żbaljata mill-Klassi 4 tal-“Enerġija Elettrika” peress li ma taqax taħt “fuel (including motors spirits)”, “motor fuels” u “illuminants” tat-Tmien edizzjoni tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/40


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Ghost – Corporate Management vs EUIPO (Dry Zone)

(Kawża T-488/17)

(2017/C 309/53)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ghost – Corporate Management S.A. (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: S. de Barros Araújo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali “Dry zone” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 498 322

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 0683/2017-2

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors u konsegwentement tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-5 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata b’deċiżjoni oħra li tikkunsidra li ġie ppreżentat fit-terminu previst ir-rikors Nru R 683/2017-2, MUE Nru 015498322 Dry Zone, bit-tkomplija konsegwenti fuq l-iżvolġiment tal-proċedimenti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009, L 78, p. 1) u tar-Regola 72(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU 2015, L 341, p. 21).

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali tar-rikorrenti, peress li ma ġietx ivverifikata l-eżistenza ta’ fatti li ma humiex taħt il-kontroll tar-rikorrenti jew li jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri, bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/40


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Windspiel Manufaktur vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ tapp ta’ flixkun)

(Kawża T-489/17)

(2017/C 309/54)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Windspiel Manufaktur GmbH (Daun, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata:trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ tapp ta’ flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 024 987

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1374/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Gauff vs EUIPO – H.P. Gauff Ingenieure (GAUFF)

(Kawża T-13/16) (1)

(2017/C 309/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN PULSE)

(Kawża T-260/17) (1)

(2017/C 309/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.