|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 303/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio) ( 1 ) |
|
|
2017/C 303/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8553 — Banco Santander/Banco Popular Group) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2017/C 303/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 303/04 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2017/C 303/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2017/C 303/06 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2017/C 303/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 303/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8590 — Sogecap/Cardif/Diversipierre/Horizon) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 303/01)
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8598. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8553 — Banco Santander/Banco Popular Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 303/02)
Fit-8 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8553. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Settembru 2017
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018
(2017/C 303/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Billi:
|
1. |
Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (1), |
|
2. |
Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġiet adottata mill-Kunsill fl-4 ta’ Settembru 2017.
It-test sħiħ huwa aċċessibbli għal konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) COM(2017) 400 final.
(2) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Settembru 2017
(2017/C 303/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1979 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,79 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4404 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90243 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5475 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1496 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3983 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,101 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
308,02 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2798 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6013 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,1232 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4909 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4542 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3586 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6451 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6118 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 349,96 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,7095 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8249 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4680 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 815,27 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0198 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,057 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,0768 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,639 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7521 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2826 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,6655 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/4 |
Rapport Speċjali Nru 12/2017
“Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali”
(2017/C 303/05)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 12/2017 “Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/5 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2017/C 303/06)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
l-20 ta’ Ġunju 2017 |
||||
|
Każ Nru |
: |
80745 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
: |
103/17/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
: |
Skema ta’ għajnuna għal trasport marittimu fuq distanzi qosra – baġit miżjud |
||||
|
Bażi ġuridika |
: |
Il-Parlament Norveġiż iddeċieda dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna fid-deċiżjonijiet annwali tiegħu dwar il-baġit tal-istat. |
||||
|
Tip ta’ miżura |
: |
Skema |
||||
|
Għan |
: |
Ħarsien tal-ambjent |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
: |
Għotjiet diretti |
||||
|
Baġit |
: |
NOK 82 miljun għall-2017 u NOK 100 miljun għal mill-2018 sal-2021 |
||||
|
Intensità |
: |
Sa 30 % tal-ispejjeż operazzjonali |
||||
|
Durata |
: |
L-ewwel trimestru tal-2017 sal-ewwel trimestru tal-2022 (5 snin) |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Trasport |
||||
|
L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
: |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
: |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/6 |
ORDNI TAL-PRESIDENT
tas-24 ta’ April 2017
fil-Kawża E-20/16,
Autonomy Capital (Jersey) LP u Eaton Vance Management vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
(2017/C 303/07)
Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 207/16/COL tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tat-23 ta’ Novembru 2016 li tagħlaq ilment dwar l-Iżlanda fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital (kontrolli tal-kapital), il-President tal-Qorti ta Ordni fl-24 ta’ April 2017, li l-parti operattivi tagħha hij kif ġej:
|
1. |
Il-Kawża E-20/16 hija mħassra mir-Reġistru. |
|
2. |
Ir-rikorrenti jeħlu l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8590 — Sogecap/Cardif/Diversipierre/Horizon)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 303/08)
|
1. |
Fis-6 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Sogecap, Cardif u Diversipierre jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Horizon kollha. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Sogecap: kumpanija tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja; — għal Cardif: kumpanija tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja; — għal Diversipierre: kumpanija azzjonarja tal-propjetà immobbli; — għal Horizon: is-sid ta’ bini ta’ uffiċċji li jinsab f’Düsseldorf, il-Ġermanja, li diġà huwa mikri lil parti terza. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8590 — Sogecap/Cardif/Diversipierre/Horizon Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.