ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
7 ta' Settembru 2017

Avviż Nru

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 296/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 296/02

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid [Mergelland (DOP)]

2

2017/C 296/03

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

15

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 296/04

Avviż dwar is-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-442/12 fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

16

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 296/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2017/C 296/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

23

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/1

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Settembru 2017

(2017/C 296/01)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1931

JPY

Yen Ġappuniż

129,92

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,91428

SEK

Krona Żvediża

9,5010

CHF

Frank Żvizzeru

1,1399

ISK

Krona Iżlandiża

NOK

Krona Norveġiża

9,2765

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,112

HUF

Forint Ungeriż

306,17

PLN

Zloty Pollakk

4,2415

RON

Leu Rumen

4,5986

TRY

Lira Turka

4,1045

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4961

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4787

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3362

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6528

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6133

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 353,94

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,3965

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7850

HRK

Kuna Kroata

7,4277

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 902,83

MYR

Ringgit Malażjan

5,0570

PHP

Peso Filippin

60,908

RUB

Rouble Russu

68,4889

THB

Baht Tajlandiż

39,563

BRL

Real Brażiljan

3,7145

MXN

Peso Messikan

21,2936

INR

Rupi Indjan

76,4925

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

7.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Awwissu 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

[Mergelland (DOP)]

(2017/C 296/02)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

In-Netherlands bagħtu applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Mergelland” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret matul il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżaminar tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Mergelland” jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Mergelland” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“MERGELLAND”

PDO-NL-02114

Data tal-applikazzjoni: 26.1.2016

1.   Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)

Mergelland

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/tal-inbejjed

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Auxerrois (abjad)

Varjetajiet ta’ għeneb: Auxerrois

Maturazzjoni bikrija, aċidità baxxa, densità baxxa tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: tuffieħ isfar misjur, lanġas, aċidità moderata, togħma ħafifa, togħma ta’ frott

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Chardonnay (abjad)

Għenba: Chardonnay

Maturazzjoni ttardjata, aċidità għolja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi għal isfar dehbi

Togħma: lumi, butir, ħobż mixwi, vanilja, korporatura medja

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Dornfelder (aħmar)

Għenba: Dornfelder

Maturazzjoni fi żmien medju, aċidità baxxa, densità medja tal-most

Karatteristiki organolettiċi

Lewn: aħmar skur kulur ir-rubini għal vjola

Togħma: ċirasa, tut tal-għollieq, tut tas-sebuqa

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Gewürztraminer (abjad)

Għenba: Gewürztraminer

Maturazzjoni fi żmien medju, aċidità baxxa, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: frott eżotiku (eż. liċċi), fjuri, ċitru, ħwawar

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Rivaner (abjad)/Müller-Thurgau

Għenba: Rivaner/Müller-Thurgau

Maturazzjoni bikrija ħafna, aċidità baxxa, densità baxxa tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: tuffieħ, frott tal-għadma, Muscat

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Pinot Blanc (abjad)

Għenba: Pinot Blanc

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most, rendiment medju

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: frott isfar, lanġas, bettieħ, tilju

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Pinot Gris (abjad)

Għenba: Pinot Gris

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi għal isfar dehbi

Togħma: lanġas, għasel, lewż

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Pinot Noir (aħmar)

Għenba: Pinot Noir

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: aħmar pjuttost ċar kulur ir-rummien għal aħmar kulur ir-rubini

Togħma: frott artab aħmar, lampun, frawli, vanilja u ħjiel ieħor ta’ injam, b’kulur ċar

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Pinot Noir (rożè)

Għenba: Pinot Noir

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: kulur is-salamun għal roża

Togħma: lampun, frawli, xi kultant tadam misjur, b’kulur ċar

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Pinot Noir (abjad)

Għenba: Pinot Noir

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi għal isfar dehbi

Togħma: lanġas, frott isfar, xi kultant ħjiel ta’ frawli u lampun

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Riesling (abjad)

Għenba: Riesling

Maturazzjoni ttardjata, aċidità għolja, densità baxxa għal medja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: frott abjad tal-għadma (ħawħ), tuffieħ, lanġas

Inbid tal-kategorija 1 Inbid: Dornfelder (rożè)

Għenba: Dornfelder

Maturazzjoni fi żmien medju, aċidità baxxa, densità medja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: roża skur

Togħma: ċirasa, tut tal-għollieq, lampun

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Auxerrois (abjad)

Varjetajiet ta’ għeneb: Auxerrois

Maturazzjoni bikrija, aċidità baxxa, densità baxxa tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: tuffieħ isfar misjur, lanġas, aċidità moderata, togħma ħafifa, togħma ta’ frott

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Chardonnay (abjad)

Għenba: Chardonnay

Maturazzjoni ttardjata, aċidità għolja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi għal isfar dehbi

Togħma: lumi, butir, ħobż mixwi, vanilja, korporatura medja

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Gewürztraminer (abjad)

Għenba: Gewürztraminer

Maturazzjoni fi żmien medju, aċidità baxxa, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: frott eżotiku (eż. liċċi), fjuri, ċitru, ħwawar

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Rivaner (abjad)/Müller-Thurgau

Għenba: Rivaner/Müller-Thurgau

Maturazzjoni bikrija ħafna, aċidità baxxa, densità baxxa tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: tuffieħ, frott tal-għadma, Muscat

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% volumetriku)

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Pinot Blanc (abjad)

Għenba: Pinot Blanc

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most, rendiment medju

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: frott isfar, lanġas, bettieħ, tilju

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Pinot Gris (abjad)

Għenba: Pinot Gris

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi għal isfar dehbi

Togħma: lanġas, għasel, lewż

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Pinot Noir (rożè)

Għenba: Pinot Noir

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: kulur is-salamun għal roża

Togħma: lampun, frawli, xi kultant tadam misjur, b’kulur ċar

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Pinot Noir (abjad)

Għenba: Pinot Noir

Maturazzjoni fi żmien medju ttardjat, aċidità medja, densità għolja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi għal isfar dehbi

Togħma: lanġas, frott isfar, xi kultant ħjiel ta’ frawli u lampun

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Riesling (abjad)

Għenba: Riesling

Maturazzjoni ttardjata, aċidità għolja, densità baxxa għal medja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: isfar jgħajjat kulur il-lumi

Togħma: frott abjad tal-għadma (ħawħ), tuffieħ, lanġas

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

Inbid tal-kategorija 5 Inbid spumanti ta’ kwalità: Dornfelder (rożè)

Għenba: Dornfelder

Maturazzjoni fi żmien medju, aċidità baxxa, densità medja tal-most

Karatteristiki organolettiċi:

Lewn: roża skur

Togħma: ċirasa, tut tal-għollieq, lampun

Karatteristiki analitiċi: Il-karatteristiki li ġejjin huma deskritti permezz tad-definizzjonijiet fis-seħħ fir-regolamenti tal-UE/fid-digrieti ministerjali Netherlandiżi:

Kontenut massimu totali tal-alkoħol

Aċidità volatili massima

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit

Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni massima u, soġġett għal approvazzjoni, aċidifikazzjoni massima

Id-densità minima tal-most hija 1 070 g/l (70 ° Oechsle), li tikkorrispondi għal kontenut totali naturali tal-alkoħol bil-volum ta’ 9 %.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Auxerrois (abjad)

Prattika enoloġika speċifika

Aroma b’fermentazzjoni kiesħa fl-azzar

Għal inbid spumanti ta’ kwalità:

Fermentazzjoni sekondarja u maturazzjoni skont ir-regoli dwar l-inbid spumanti ta’ kwalità billi jintuża metodu tradizzjonali.

Chardonnay (abjad)

Prattika enoloġika speċifika

Aromi sekondarji ta’ sikwit b’fermentazzjoni malolattika u maturazzjoni fi btieti tal-injam

Għal inbid spumanti ta’ kwalità:

Fermentazzjoni sekondarja u maturazzjoni skont ir-regoli dwar l-inbid spumanti ta’ kwalità billi jintuża metodu tradizzjonali.

Dornfelder (aħmar)

Prattika enoloġika speċifika

Xi kultant immaturat fi btieti tal-injam

Gewürztraminer (abjad)

Prattika enoloġika speċifika

Aroma b’fermentazzjoni kiesħa fl-azzar

Għal inbid spumanti ta’ kwalità:

Fermentazzjoni sekondarja u maturazzjoni skont ir-regoli dwar l-inbid spumanti ta’ kwalità billi jintuża metodu tradizzjonali.

Rivaner (abjad)/Müller-Thurgau

Pinot Blanc (abjad)

Pinot Gris (abjad)

Prattika enoloġika speċifika

Aroma b’fermentazzjoni kiesħa fl-azzar; xi kultant immaturat fi btieti tal-injam

Għal inbid spumanti ta’ kwalità:

Fermentazzjoni sekondarja u maturazzjoni skont ir-regoli dwar l-inbid spumanti ta’ kwalità billi jintuża metodu tradizzjonali.

Pinot Noir (aħmar)

Prattika enoloġika speċifika

Sabiex tinżamm it-togħma ta’ frott, il-fermentazzjoni ma tkunx sħuna wisq, u ta’ sikwit tiddewwem fi btieti tal-injam.

Pinot Noir (rożè)

Prattika enoloġika speċifika

Aroma b’fermentazzjoni kiesħa fl-azzar

Għal inbid spumanti ta’ kwalità:

Fermentazzjoni sekondarja u maturazzjoni skont ir-regoli dwar l-inbid spumanti ta’ kwalità billi jintuża metodu tradizzjonali.

Pinot Noir (abjad)

Riesling (abjad)

Dornfelder (rożè)

b.    Rendimenti massimi

Auxerrois (abjad)

80 ettolitru għal kull ettaru

Chardonnay (abjad)

80 ettolitru għal kull ettaru

Dornfelder (aħmar)

85 ettolitru għal kull ettaru

Gewürztraminer (abjad)

80 ettolitru għal kull ettaru

Rivaner (abjad)/Müller-Thurgau

85 ettolitru għal kull ettaru

Pinot Blanc (abjad)

80 ettolitru għal kull ettaru

Pinot Gris (abjad)

80 ettolitru għal kull ettaru

Pinot Noir (aħmar)

60 ettolitru għal kull ettaru

Pinot Noir (rożè)

75 ettolitru għal kull ettaru

Pinot Noir (abjad)

75 ettolitru għal kull ettaru

Riesling (abjad)

80 ettolitru għal kull ettaru

Dornfelder (rożè)

85 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

It-territorju tal-muniċipalitajiet Netherlandiżi f’Maastricht, f’Meerssen, f’Nuth, f’Simpelveld, f’Voerendaal, f’Vaals, f’Gulpen-Wittem, f’Eijsden-Margraten u f’Valkenburg aan de Geul.

L-erja totali tat-territorju, eskluż il-ħamrija taflija, hija ta’ madwar 250 km2.

Iż-żona mħawla li tikkonforma mar-rekwiżiti hija ta’ 70 ha.

Iż-żona ddefinita tinkludi biss vinji li jinsabu fuq raba’ b’ħamrija safra tal-wiċċ (loess) li tinħadem.

7.   Għeneb prinċipali tal-inbid

Riesling B

Pinot Noir N

Pinot Gris G

Pinot Blanc B

Müller-Thurgau B

Gewürztraminer Rs

Dornfelder N

Chardonnay B

Auxerrois B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/tar-rabtiet

Definizzjoni taż-żona ġeografika

Il-kompożizzjoni tal-ħamrija, il-ġeografija u l-klima, tipiċi tan-Netherlands, huma tali biex Mergelland tkun żona ferm adattata għall-vitikoltura. Fil-fatt, f’din iż-żona, fiż-żminijiet tal-Medju Evu bikri, id-dwieli tal-inbid kienu jiġu kkoltivati fuq skala wiesgħa. L-iżjed evidenza bikrija għall-vitikoltura f’Mergelland tmur lura għas-sena 968 W.K. Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet favorevoli, id-dwieli tal-inbid baqgħu jiġu kkoltivati hemmhekk saħansitra fl-Era Glaċjali ż-Żgħira (mis-seklu 15 sas-seklu 19). Matul il-perjodu tal-ħakma Franċiża fi żmien Napuljun, il-vitikoltura waqfet minħabba raġunijiet politiċi. Il-koltivazzjoni kummerċjali tad-dwieli tal-inbid reġgħet bdiet fir-reġjun fl-1970, u tabilħaqq Mergelland titqies bħala n-nieqa tal-vitikoltura Netherlandiża moderna. Il-predominanza tal-varjetajiet ta’ għeneb klassiċi mit-Tramuntana ta’ Franza (Pinot Noir, Gris u Blanc, Chardonnay u Auxerrois) u mill-Ġermanja (Riesling, Rivaner/Müller-Thurgau, Gewürztraminer u Dornfelder) hija tipika tar-reġjun u tiddistingwiha mill-bqija tan-Netherlands.

Kompożizzjoni tal-ħamrija

Il-ħamrija hija magħmula minn saff ta’ ħamrija safra tal-wiċċ (loess) li tinħadem, bil-lom taħt (formazzjonijiet ta’ Maastricht u ta’ Gulpen) u okkorrenzi lokali ta’ formazzjonijiet terzjarji u tal-Plejstoċenu, bħaż-żrar antik tax-xmara Maas u l-formazzjonijiet ta’ Rupel, Tongeren, Holset u Hoogcruts.

Il-karatteristiki analitiċi u organolettiċi tal-inbid huma ddominati mill-ħamrija safra tal-wiċċ (loess), u b’livell inqas, mil-lom u miż-żrar. Il-ħamrija safra tal-wiċċ (loess) hija tip ta’ ħamrija ħafifa; tipikament, il-frazzjoni ta’ xaħx tkun bejn 50 % u 60 %; il-frazzjoni ta’ ramel tkun minn 20 % sa 30 %; u l-frazzjoni ta’ tafal tkun inqas minn 20 %. Minħabba l-istruttura arjuża tagħha l-ħamrija safra tal-wiċċ (loess) tisħon malajr, iżda tibred malajr ukoll. Dan jamplifika d-differenzi fit-temperatura ta’ binhar, li diġà huma ikbar f’Mergelland minħabba l-pożizzjoni interna tagħha. Dan jgħin biex tiżviluppa t-togħma ta’ frott.

Rabta ta’ kawżalità

Il-ħamrija safra tal-wiċċ (loess) hija prinċipalment rikka fil-ġibs u l-lom ta’ taħtha fiż-żona ddefinita hija magħmula minn ġibs li huwa kważi pur. It-tipi ta’ ħamrija li jkunu rikki fil-ġibs jikkonservaw l-aċidità friska fl-inbejjed, u ta’ sikwit jagħtu dik id-daqsxejn ta’ leqqa lill-inbid. Ir-riċerka turi b’mod ċar li mid-disa’ tipi ta’ ħamrija li ġew eżaminati, il-kombinazzjoni ta’ ħamrija safra tal-wiċċ (loess) u ta’ ġibs kisbu l-ogħla punteġġ għall-“Frott”: togħma ta’ frott.

Il-ħamrija safra tal-wiċċ (loess), u l-lom ta’ taħtha, iżommu l-ilma sew u jifilħu ferm għall-aridità, għaldaqstant qajla jkun hemm xi telf ta’ frott u ta’ aċidità.

Il-pendil u ż-żrar jiżguraw li jkun hemm skol adegwat. Flimkien ma’ nuqqas potenzjali medju ta’ xita ta’ 100 mm fl-istaġun tal-koltivazzjoni, din l-istruttura tal-ħamrija tiżgura li n-nuqqas ta’ ilma inġenerali jkun ftit li xejn. Diversi studji wrew li din l-istruttura hija l-aħjar għall-kwalità tal-inbid.

Klima u topoloġija

Minkejja li tinsab fit-Tramuntana, bis-saħħa tal-ġeografija u tal-ħamrija tagħha, Mergelland għandha klima sħuna biżżejjed biex l-għeneb jimmatura sew. Il-klima relattivament bierda hija pjuttost favorevoli. L-għeneb ta’ Mergelland jista’ jilħaq il-maturazzjoni fiżjoloġika kompleta mingħajr żieda mgħaġġla żżejjed fil-kontenut taz-zokkor li twassal għal ħsad bikri wisq. Il-kontenut eċċessiv tal-alkoħol, li huwa problema li kulma jmur qed tikber fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-produzzjoni tal-inbid, mhijiex problema f’Mergelland. Minħabba l-perjodu twil ta’ maturazzjoni (mill-maturazzjoni bikrija sal-ħsad) l-għeneb ikollu biżżejjed żmien biex jiżviluppa aroma, minerali u estratt.

Sabiex il-maturazzjoni tal-għeneb isseħħ f’waqtha, l-għeneb ikollhom bżonn biżżejjed sħana u dawl tax-xemx binhar, filwaqt li l-iljieli bierda huma ferm importanti għall-profil tat-togħma tal-inbid. Jekk l-iljieli jkunu sħan, il-metaboliżmu jaħdem b’mod mgħaġġel. Meta ma jkun hemm l-ebda dawl tax-xemx, l-għeneb juża l-aċidu maliku bħala sors ta’ enerġija. Jekk l-iljieli jkunu bierda, l-aċidu maliku jinħaraq iżjed bil-mod, sabiex l-inbid ikollu biżżejjed aċidità meta jimmatura. L-aċidu jżid il-freskezza fl-inbid u jaqdi rwol importanti fil-formazzjoni ta’ aromi (esteri) waqt il-fermentazzjoni.

Fil-qosor: L-inbejjed minn Mergelland huma kkaratterizzati minn kombinazzjoni tipika ta’ togħma ta’ frott, eleganza friska u mineralità. Dan jirriżulta mill-interazzjoni bejn il-varjetajiet magħżula ta’ għeneb, il-ħamrija, il-ġeografija u l-klima – interazzjoni li hija unika għan-Netherlands.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali ulterjuri

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.rvo.nl/sites/default/files/Productdossier%20Mergelland.pdf

7.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/15

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 296/03)

Id-deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

In-numru tal-awtorizzazzjoni

L-użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017)5880

Il-31 ta’ Awwissu 2017

Trijossidu tal-kromu

Numru tal-KE: 215, Numru tal-CAS 1333-82-0

Praxair Surface Technologies GmbH, Am Muehlback 13, 87487 Wiggensbach, Germany

REACH/17/20/0

L-applikazzjoni industrijali bi sprej jew bil-pinzell ta’ taħlitiet ta’ trijossidu tal-kromu għall-kisi ta’ oġġetti tal-metall suġġetti għall-ambjenti ħarxa, għall-korrużjoni u għall-ossidazzjoni f’temperaturi għoljin, kif ukoll il-proprjetajiet ta’ antidepożitu u lubriċità tal-wiċċ f’temperaturi għoljin, għall-użu fis-setturi tal-karozzi, tal-avjazzjoni, tal-makkinarju li jiġġenera l-enerġija, fl-impjanti taż-żejt u tal-gass u għall-użu fis-settur marittimu.

Il-21 ta’ Settembru 2024

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata fejn tidħol il-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom.

REACH/17/20/1

L-applikazzjoni industrijali bi sprej ta’ taħlitiet ta’ trijossidu tal-kromu għall-kisi ta’ oġġetti tal-metall suġġetti għal ambjenti ħarxa, għall-produzzjoni ta’ kisi ttrattat f’temperatura baxxa, biex tiġi żgurata resistenza għall-korrużjoni u għall-ossidazzjoni f’temperaturi għoljin u titnaqqas il-ħruxija tal-wiċċ jew l-aderenza f’temperaturi għoljin, għall-użu fis-setturi tal-avjazzjoni, tal-makkinarju li jiġġenera l-enerġija, fl-impjanti taż-żejt u tal-gass u għall-użu fis-settur marittimu.

Il-21 ta’ Settembru 2029

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/16

Avviż dwar is-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-442/12 fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2017/C 296/04)

Sentenza

Fis-sentenza tagħha tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-442/12 Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd v Council  (1) (“is-sentenza”), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annulat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2) (“ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”), sal-punt li japplika għall-produttur esportatur Ċiniż Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (“il-produttur esportatur ikkonċernat”).

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-drittijiet tad-difiża tal-produttur esportatur ikkonċernat inkisru billi ġiet miċħuda t-talba tiegħu għal divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mad-differenza fil-prezzijiet bejn l-aċidu tartariku DL u l-aċidu tartariku L+ fil-kuntest tal-kalkoli tal-valur normali mingħajr ebda ġustifikazzjoni valida pprovduta fi żmien debitu. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma jistax jiġi eskluż li kieku ġiet aċċettata t-talba, l-eżitu tal-investigazzjoni seta’ kien differenti.

Konsegwenzi

Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw mas-sentenza.

Meta jittieħdu dawn il-passi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ sentenza li tannulla miżura u biex tiġi implimentata bis-sħiħ, il-proċedura li fuqha tkun ibbażata din il-miżura tista’ titkompla sal-punt fejn tkun seħħet l-illegalità (3).

Għaldaqstant, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tal-proċediment li wasslu għall-annullament parzjali tiegħu, mingħajr ma tbiddel dawk il-partijiet li ma jintlaqtux mis-sentenza (4).

L-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kien dovut għan-nuqqas ta’ konformita mad-drittijiet tad-difiża waqt pass mill-proċediment amministrattiv li fuqu huwa bbażat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni; jiġifieri, id-divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni lil dak il-produttur esportatur fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali.

It-talba tal-produttur esportatur ikkonċernat għal divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata mad-differenza fil-prezzijiet bejn l-aċidu tartariku DL u l-aċidu tartariku L+ fil-kuntest tal-kalkoli tal-valur normali għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-Kawża.

Il-konstatazzjonijiet magħmula fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li ma kinux ikkontestati, jew li ġew ikkontestati iżda miċħuda mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali, u għalhekk ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jibqgħu validi.

Proċedura ta’ ftuħ mill-ġdid

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 626/2012 sa fejn jikkonċerna l-produttur esportatur ikkonċernat, u jkompli fil-punt fejn seħħet l-irregolarità.

Dan il-ftuħ mill-ġdid hu limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd. Il-ftuħ mill-ġdid ma jaffettwax investigazzjonijiet oħrajn. Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 349/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (5) għadu applikabbli fir-rigward tal-produttur esportatur ikkonċernat.

Il-partijiet interessati huma infurmati b’dan ir-rieżami permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sottomissjonijiet bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, u b’mod partikulari il-produttur esportatur ikkonċernat u l-industrija tal-Unjoni, huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu provi ta’ sostenn dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-provi ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-produttur esportatur ikkonċernat u l-industrija tal-Unjoni jistgħu jagħmlu talba biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba.. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid tiġi ppreżentata fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex tintbagħat il-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet bil-miktub u l-korrispondenza kollha pprovduti mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom ikunu mmarkati “Limited” (6).

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħhom skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (7) (“ir-Regolament bażiku”), li jkunu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali.

Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha tagħhom bil-posta elettronika inkluż dokumenti ta’ prokuri u ċertifikazzjoni. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf

Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum.

Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata.

Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-AD-R529A-TARTARIC-ACID@EC.EUROPA.EU

Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni immedjatament.

Uffiċjal tas-Seduta

Il-produttur esportatur ikkonċernat u l-industrija tal-Unjoni jistgħu jagħmlu talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tat-termini preskrittivi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi lill-partijiet u li tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, l-implimentazzjoni tas-sentenza.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

Proċessar ta’ dejta personali

Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (8).

Informazzjoni lill-awtoritajiet doganali

Id-dazji antidumping definittivi mħallsa skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 626/2012 fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li attwalment jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi NM ex 2918 12 00 (kodiċi TARIC 2918120090) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, prodott minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (kodiċi TARIC addizzjonali A688), li jaqbżu d-dazji antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 dwar l-istess importazzjonijiet, jenħtieġ li jitħallsu lura jew jintbagħtu lura. Il-ħlas mill-ġdid jew ir-remissjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Divulgazzjoni

Il-produttur esportatur ikkonċernat u l-Industrija tal-Unjoni jkunusussegwentement informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li tiġi implimentata s-sentenza u se jingħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(1)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2017, Changmao Biochemical Engineering v Council, T-442/12, ECLI:EU:T:2017:372.

(2)  ĠU L 182, 13.7.2012, p. 1.

(3)  Is-Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2000, Industrie des poudres sphériques v Council, C-458/98 P, EU:C:2000:531, il-paragrafi 80 sa 85, kif ukoll tat-28 ta’ Jannar 2016, CM Eurologistik, C-283/14 u C-284/14, EU:C:2016:57, il-paragrafi 48 sa 55.

(4)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni v McBride, il-Kawża C-361/14 P, EU:C:2016:434, il-paragrafu 56. ara wkoll, fil-qasam tad-dumping, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2000, Industrie des poudres sphériques v Council, il-Kawża C-458/98 P EU:C:2000:531, il-paragrafu 84.

(5)  ĠU L 110, 24.4.2012, p. 3.

(6)  Dokument “Limited” huwa dokument li jiġi kkunsidrat kunfidenzjali skont ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/20

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 296/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“JAJCA IZPOD KAMNIŠKIH PLANIN”

Nru tal-UE: PGI-SI-02112 — 4.11.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Jajca izpod Kamniških planin”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-bajd imsejjaħ “Jajca izpod Kamniških planin” għandu qoxra lixxa ta’ ħxuna uniformi u luminożità matta li jagħtik l-impressjoni li l-bajd idum frisk għal żmien twil. Dan il-bajd għandu qoxra iebsa. Hija meħtieġa forza medja ta’ mill-inqas 32 N biex tagħmel ħsara lill-qoxra ta’ dan it-tip ta’ bajd. L-isfar tal-bajd huwa partikulari u uniformi, b’valur tal-pigmentazzjoni ta’ mill-inqas 11 fuq l-iskala DSM La Roche. F’dak li għandu x’jaqsam mal-piż, il-bajd jista’ jiġi kkummerċjalizzat bħala bajd ta’ daqs differenti skont il-piż minimu nett tal-kaxxa, jew inkella jiġi kklassifikat skont il-kategoriji tal-piż li ġejjin: bajd żgħir, medju, kbir u kbir ħafna. Il-bajd tat-tip “Jajca izpod Kamniških planin” għandu kontenut għoli ta’ aċidi xaħmin poliinsaturati, b’mod partikulari ta’ aċidu alfalinoleniku. Dan il-bajd fih tal-inqas 2,5 % bil-piż ta’ aċidi xaħmin omega-3 u l-ogħla proporzjon tal-aċidi xaħmin omega-6 meta mqabblin mal-aċidi xaħmin omega-3 huwa ta’ 8:1. Dan il-proporzjon, li jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, huwa tajjeb ferm mil-lat nutrittiv u mil-lat tas-saħħa.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Fl-għalf tat-tiġieġ tal-bajd jintuża l-karbonat tal-kalċju li ġej mill-barrieri ta’ Stahovica, li jinsabu fejn il-belt ta’ Kamnik, bħala suppliment minerali. It-tiġieġ tal-bajd jingħataw jixorbu biss ilma li ġej minn żewġ akwiferi tal-livelli ta’ fuq tax-xmajjar Kamniška Bistrica u Savinja. L-aċidi xaħmin omega-3 ġejjin miż-żerriegħa tal-kittien wara li din tiġi pproċessata kif xieraq.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-tiġieġ iridu jitnisslu, jitkabbru u jbidu l-bajd fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinsab madwar l-Alpi ta’ Kamnik-Savinja u hija ddelimitata minn linja li tgħaddi mal-fruntiera tas-Slovenja mal-Awstrija u mit-toroq tat-trasport li ġejjin:

l-awtostrada li minn Šentrupert tagħti għal Domžale;

it-triq sekondarja li minn Domžale tagħti għal Zaboršt pri Dobu;

it-triq prinċipali li minn Zaboršt pri Dobu tagħti għal Brod;

l-awtostrada li minn Brod tagħti għal Kranj vzhod;

it-triq reġjonali li minn Kranj tagħti għal Zgornje Jezersko;

il-fruntiera mal-Awstrija;

it-triq reġjonali li minn Pavličevo sedlo tagħti għal Šentrupert.

Il-bliet u l-irħula kollha kkollegati permezz ta’ dawn it-toroq jinsabu fiż-żona ġeografika.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-bajd imsejjaħ “Jajca izpod Kamniških planin” ħa l-fama tajba tiegħu lejn tmiem is-seklu 19, meta ħafna nisa tal-bdiewa mir-reġjun ta’ Kamnik bdew ifornu lill-kċejjen ta’ Ljubljana u lis-suq ta’ din il-belt b’dan il-prodott prezzjuż. Dak iż-żmien, iż-żona ġeografika tal-muntanji ta’ Kamnik [Kamniške planine] diġà kienet tipprovdi kundizzjonijiet eċċellenti għall-produzzjoni tal-bajd għall-konsum mill-bniedem, permezz ta’ ilma ta’ kwalità tajba ħafna, minħabba li dan ir-reġjun li fih ma tantx jgħixu nies u li mill-bqija għadu pjuttost mhux mittiefes jipprovdi ilma tax-xorb ta’ kwalità eċċellenti. Barra minn hekk, il-barriera tal-ġebel tal-franka li hemm fi Stahovica nad Kamnikom minn dejjem kellha effett tajjeb fuq il-produzzjoni tal-bajd (il-ġebel tal-karbonat li wieħed isib f’din il-barriera ġej min-naqal u jmur lura għal iktar minn 200 miljun sena u minħabba l-metamorfiżmu termiku huwa eċċezzjonalment pur mil-lat kimiku). Il-mikroklima karatteristika subalpina u t-temperaturi moderati ta’ dan ir-reġjun ukoll għinu b’mod sinifikanti biex żviluppat il-produzzjoni tal-bajd fiż-żona ġeografika fl-imgħoddi.

Dawn il-kundizzjonijiet naturali kienu eċċellenti biex il-produzzjoni tal-bajd tal-mejda setgħet tiżviluppa f’diversi rziezet. Fiż-żona ġeografika kien ġie żviluppat it-tkabbir tal-kittien minħabba li kien hemm bżonnu biex mill-fibra tiegħu jiġi prodott il-kanvas, u b’hekk f’Mengeš żviluppat l-industrija tal-għażil. Għalkemm il-kittien kien jitkabbar għall-fibra tiegħu, iż-żerriegħa tiegħu, li kienet prodott sekondarju tiegħu, kienet tintuża biex biha jingħalfu l-annimali, l-aktar il-pollam. Fiż-żona minn fejn ġej il-bajd tat-tip “Jajca izpod Kamniških planin”, insibu kotba sħaħ li jittrattaw it-tkabbir tal-kittien. L-ewwel referenza għal dan insibuha f’entrata tal-1493 fir-reġistru tal-artijiet tal-ħakkiem fewdali ta’ Jablje li fiha l-kittien jissemma bħala wieħed mid-dieċmi li dawk ta’ taħtu riedu jħallsuh, u l-aħħar waħda nsibuha f’rakkont tal-1953 li jispjega l-iżvilupp tal-fabbrika ta’ Induplati Jarše.

Minħabba li 40 % miż-żerriegħa tal-kittien hija xaħam, u nofs dan l-ammont huwa aċidu xaħmi omega-3 (aċidu alfalinoleniku), il-bajd kien ta’ kwalità tajba ħafna u tajjeb għas-saħħa. Għalhekk, fil-każ tal-bajd tat-tip “Jajca izpod Kamniških planin”, inżammet it-tradizzjoni li t-tiġieġ tal-bajd jingħalef ukoll biż-żerriegħa tal-kittien. Minħabba f’hekk, il-bajd imsejjaħ “Jajca izpod Kamniških planin” ivarja mill-bajd ta’ ħafna produtturi oħrajn li jużaw materja prima mhux daqshekk tradizzjonali, bħaż-żejt tal-ħuta denaturat u l-algi, biex il-bajd tagħhom ikun fih l-aċidi xaħmin omega-3.

Il-bajd imsejjaħ “Jajca izpod Kamniških planin” fih tal-inqas darbtejn l-ammont ta’ aċidi xaħmin omega-3 li jkun fih bajd ieħor arrikkit bl-omega-3 u jingħaraf minn dan it-tip ta’ bajd mill-kontenut għoli tiegħu ta’ aċidu alfalinoleniku.

Bħala produtturi tal-bajd, in-nisa tal-bdiewa minn Kamnik u mir-reġjun ta’ warajh baqgħu jfornu l-bajd għall-konsum lin-nies ta’ Ljubljana sat-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-ħakkiema tal-belt dawru lil din il-belt kapitali bi fruntiera u b’ħajt doppju magħmul mill-fildiferru mxewwek li fixkel dan il-kummerċ li qabel kien jiffjorixxi. L-għanja tradizzjonali msejħa “Katarina Barbara”, li Karel Štrekelj, li kien espert fil-kultura Slava u li kien jiġbor l-għanjiet tradizzjonali, kiteb fl-1895, hija dwar tiġieġa misruqa li kienet maħsuba biex titma lin-nies ta’ Ljubljana. Wara l-gwerra għadda ftit taż-żmien qabel ma reġgħet bdiet dieħla t-tradizzjoni tat-tnissil tat-tiġieġ fl-għoljiet ta’ madwar il-muntanji ta’ Kamnik. Madankollu, minn dak iż-żmien ’l hawn din kompliet tissaħħaħ u tiżviluppa. Għal snin sħaħ, il-fama tal-bajd prodotti fl-għoljiet ta’ madwar il-muntanji ta’ Kamnik tqieset bħala ħaġa ovvja. Kien biss lejn tmiem id-disgħinijiet li l-produtturi bdew jirreklamaw b’mod attiv il-bajd tagħhom. Diversi artikli li dehru fil-gazzetti, f’rivisti tal-ikel u fuq is-siti tal-Internet, kif ukoll diversi emissjonijiet tat-televiżjoni, dokumenti kummerċjali u fuljetti juru l-fama attwali li jgawdi minnha l-bajd imsejjaħ “Jajca izpod Kamniških planin”. Pereżempju, fil-ktieb tiegħu tal-2005 intitolat “Nazaj v planinski raj: kultura slovenstva in mitologija Triglava”, Boštjan Šaver isemmi l-bajd tat-tip “Jajca izpod Kamniških planin” bħala eżempju ta’ prodott li ismu jindika r-rabta bejn dawk li joqogħdu fis-Slovenja u l-Alpi u l-muntanji li nsibu f’dan il-pajjiż. Il-bajd imsejjaħ “Jajca izpod Kamniških planin” jissemma fil-fuljett ippubblikat mill-Bord tat-Turiżmu tas-Slovenja intitolat “Okusiti Slovenijo”, li għandu l-għan li juri l-wirt għani Sloven marbut mal-ikel. Dan il-bajd jissemma f’diversi pubblikazzjonijiet oħrajn (kemm f’rivisti u kemm f’pubblikazzjonijiet li joħorġu darba f’sena), bħal fil-pubblikazzjoni tal-2011 bl-isem ta’ “Gorenjska hrana” u f’dik intitolata “Slovenska kulinarika”, kif ukoll f’artikli, pereżempju, tal-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi tas-Slovenja, li, fost l-oħrajn issemmi ’l dan it-tip ta’ bajd fil-fuljett tagħha intitolat “Slovenska tradicionalna živila” u f’artiklu intitolat “To so dobra jajca”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/podrocja/Varna_in_kakovostna_hrana_in_krma/zasciteni_kmetijski_pridelki/Specifikacije/JAJCA_IZPOD_KAMNISKIH_PLANIN-splet.pdf

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

7.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/23

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

(2017/C 296/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET PRINĊIPALI TAL-FAJL TEKNIKU

Spiritu tal-inbid bl-indikazzjoni ġeografika

Il-“КАРНОБАТСКА ГРОЗДОВА РАКИЯ”/“ГРОЗДОВА РАКИЯ ОТ КАРНОБАТ”/“KARNOBATSKA GROZDOVA RAKYA”/“GROZDOVA RAKYA OT KARNOBAT”

Nru tal-UE PGI-BG-01865 — 7.1.2014

1.   L-indikazzjoni ġeografika li għandha tiġi rreġistrata

Il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat”

2.   Kategorija tax-xorb spirituż

Винена дестилатна спиртна напитка/Spiritu tal-inbid

3.   Deskrizzjoni tax-xorb spirituż

Il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” huwa spirtu tal-inbid b’qawwa alkoħolika minima ta’ 40 % vol., li:

jinkiseb permezz ta’ distillazzjoni waħda jew doppja f’inqas minn 65 % vol. ta’ inbid prodott mill-għeneb, fejn minn 100 kg ta’ għeneb jista’ jinkiseb massimu ta’ 75 litru ta’ inbid; u

f’termini ta’ kompożizzjoni u karatteristiċi organolettiċi jissodisfa r-rekwiżiti tal-produzzjoni ta’ spirtu tal-inbid.

3.1.   Karatteristiċi fiżiċi

Likwidu ċar ftit ileqq, mingħajr sediment u partikoli jifflowtjaw. Għandu kulur safrani ċar, riżultat tal-maturazzjoni fi btieti tal-ballut jew taż-żieda tal-karamel, u aroma karatteristika tal-materja prima użata u żviluppata permezz tal-maturazzjoni.

3.2.   Karatteristiċi kimiċi

L-ispirtu tal-inbid għandu qawwa alkoħolika minima ta’ 40 % vol. u huwa prodott soġġett għal konfomità stretta mar-rekwiżit li ma jistgħux jiġu prodotti aktar minn 75 litru ta’ inbid minn kull 100 kg ta’ għeneb, bl-inbid sussegwentament jiġi ddistillat għal anqas minn 65 % vol. alkoħol.

Qawwa alkoħolika — 40 % vol.; kontenut ta’ metanol — 11 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol; sustanzi volatili — 140–200 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol.

Is-sustanzi volatili huma fattur prinċipali ieħor li jinfluwenza l-kwalitajiet organolettiċi tax-xarba. Huma taħlita ta’ alkoħol superjuri, aċidi totali, esteri u aldeidi. L-aroma tax-xarba hija determinata mill-kwantità ta’ esteri (14–30 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol) u aldeidi (7–9 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol), u t-togħma tiegħu mill-kwantità ta’ alkoħol superjuri li jkun fih (120–150 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol).

3.3.   Karatteristiċi organolettiċi

Il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” għandu palat qawwi, togħma qawwija u intensa ta’ għeneb misjur, b’nota ta’ tuffieħ aħdar u tin, iħalli togħma bbilanċjata ta’ vanilla fil-ħalq u aroma diskreta ta’ injam.

3.4.   Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla ma’ xorb spirituż ieħor tal-istess kategorija)

Il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” isir billi jiġi ddistillat inbid magħmul mill-varjetà tal-għeneb Cherven Misket (20 %) u inbejjed magħmula minn kwalunkwe kombinament ta’ dawn il-varjetajiet bojod u ħomor (80 %):

—   bojod: Chardonnay, Muscat Ottonel, Muscat à Petit Grains, Viognier, Ugni Blanc, Traminer, Rkatsiteli, Cherven Misket, Riesling, Sauvignon Blanc, Victoria, Chasselas;

—   ħomor: Cabernet Sauvignon, Syrah, Merlot, Mavrud, Primitivo, Pamid, Alicante Bouschet, Gamay de Bouze, Pinot Noir, Cabernet Franc, Muscat ta’ Hamburg, Rubin.

Ix-Cherven Misket hija varjetà aromatika u tipproduċi n-nota bnina ta’ tuffieħ aħdar u tin fit-togħma tal-ispirtu tal-inbid.

Il-fermentazzjoni kiesħa tal-għeneb, li ssir f’temperaturi kkontrollati ta’ mhux aktar minn 22 °C, tiżgura l-preservazzjoni massima tal-aroma tiegħu. Il-potenzjal tal-aroma u tat-togħma tal-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” huwa arrikit u kkonċentrat permezz tal-użu ta’ metodu tal-produzzjoni bbażat fuq distillazzjoni kontinwa f’inqas minn 65 % vol. ta’ inbid miksub mill-għeneb.

Id-distillati jitħallew jimmaturaw fi btieti tal-ballut biex jiksbu l-bilanċ u l-armonija, fejn ikomplu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. B’dan il-mod jinkisbu l-kulur dehbi karatteristiku u l-palat qawwi, it-togħma qawwija u intensa ta’ għeneb misjur u l-aroma diskreta ta’ injam.

Ix-xarba titħallat billi jiġu kkombinati d-distillati ta’ età u karatteristiċi organolettiċi differenti, u mbagħad tiżdied il-kwantità meħtieġa ta’ ilma ħelu biex il-qawwa alkoħolika tax-xarba tinġieb għal 40 % vol. Wara, x-xarba tiġi ttrattata biex ma tiddardarx u tiġi stabilizzata, skont il-prattiki enoloġiċi permessi. Meta jkun meħtieġ, jintuża l-karamel biex jaġġusta l-kulur.

4.   Iż-żona ġeografika kkonċernata

Iż-żona tinkludi dawn il-lokalitajiet: (zemlishta):

Il-muniċipalità ta’ Karnobat — sitt lokalitajiet (mikroreġjuni): Venets, Devetak, Iskra, Ognen, Asparuhovo u Raklitsa;

Il-muniċipalità ta’ Sungurlare — lokalità waħda (mikroreġjun): Terziysko;

Il-muniċipalità ta’ Aytos — erba’ lokalitajiet (mikroreġjuni): Karageorgievo, Pirne, Topolitsa u Chernograd;

Il-muniċipalità ta’ Tsarevo — lokalità waħda (mikroreġjun): Lozenets;

Il-muniċipalità ta’ Straldzha — lokalità waħda (mikroreġjun): Straldzha;

Ix-xarba tista’ tiġi bbottiljata barra miż-żona ġeografika ddefinita.

5.   Metodu biex tinkiseb ix-xarba spirituża

Il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” jiġi prodott permezz ta’ teknika klassika Bulgara. Meta l-għeneb ikun sar teknikament, kull varjetà ta’ għeneb tinġabar separatament; jinqalgħu z-zkuk tal-għeneb u, jekk ikun meħtieġ, il-polpa tal-għeneb titħalla tiksaħ. Il-kundizzjonijiet tal-fermentazzjoni u l-ħmira li tintuża huma fost is-sorsi prinċipali tal-komposti aromatiċi.

Il-fermentazzjoni kiesħa tal-għeneb tiżgura l-preservazzjoni massima tal-aroma tiegħu. Meta titlesta l-fermentazzjoni, l-inbid jiġi kkjarifikat, jekk meħtieġ, u ttrasferit għad-distillazzjoni. Id-distillazzjoni kkontrollata strettament, f’inqas minn 65 % vol., ta’ inbid miksub mill-għeneb, fejn minn 100 kg ta’ għeneb jista’ jinkiseb massimu ta’ 75 litru ta’ inbid; tiżgura l-kwalità għolja konsistenti tal-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” u għandha effett sinifikattiv fuq il-kontenut aromatiku tad-distillat li jirriżulta. B’riżultat tal-ipproċessar termali matul id-distillazzjoni, jiġu ffurmati komponenti ġodda bħall-esteri, l-aldeidi, l-aċetali, eċċ, Biex tkun żgurata l-aħjar preċiżjoni hu u jinkiseb il-profil aromatiku, jintuża metodu differenti biex jiġu prodotti d-distillati biex issir ix-xarba: jintużaw il-proprjetajiet ta’ metall prezzjuż, fil-forma ta’ filtri tal-fidda speċjali li jitwaħħlu mal-kontenituri li jintużaw għad-distillazzjoni tax-xarba.

Id-distillati li jirriżultaw jitpoġġew f’lottijiet skont il-valutazzjoni fiżikokimika u organolettika tagħhom u jitħallew jimmaturaw għal tal-inqas sitt xhur fi btieti tal-ballut b’kapaċità massima ta’ 500 litru.

Ix-xarba titħallat billi jiġu kkombinati d-distillati ta’ età u karatteristiċi organolettiċi differenti, u mbagħad tiżded il-kwantità meħtieġa ta’ ilma ħelu biex il-qawwa alkoħolika tax-xarba tinġieb għal 40 % vol. Wara, x-xarba tiġi ttrattata biex ma tiddardarx u tiġi stabilizzata, skont il-prattiki enoloġiċi permessi. Għandha kulur safrani ċar, riżultat tal-maturazzjoni fi btieti tal-ballut jew taż-żieda tal-karamel biex jinkiseb il-kulur meħtieġ.

6.   Rabta mal-ambjent ġeografiku jew mal-oriġini

6.1.   Dettalji taż-żona ġeografika jew tal-oriġini rilevanti għar-rabta

Il-klima fil-muniċipalità ta’ Karnobat hija kontinentali tranżizzjonali, b’influwenza marittima qawwija fiż-żona kostali li testendi għal 20–30 km mill-kosta. L-istaġun tat-tkabbir tad-dwieli f’din iż-żona huwa 205 ijiem. L-ammont medju ta’ temperaturi bijoloġikament attivi huwa 3 911 °С, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 3 713 ° sa 4 109 °C. Dawn l-ammonti jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-varjetajiet bikrin, medju-bikrin u tardivi, rispettivament.

Iż-żona miżrugħa bi dwieli tal-frott fiha 2 766,56 ha. Il-vinji li minnhom tinġieb il-materja prima li tintuża għall-produzzjoni tal-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” jinsabu fir-reġjun tal-inbid Sub-Balkan (Rose Valley/Rozova dolina) (il-miniċipalitajiet Karnobat u Sungurlare) il-parti tal-Punent tar-reġjun tal-inbid tal-Lvant (il-Baħar l-Iswed/Chernomorski) (il-muniċipalitajiet Aytos u Tsarevo) u r-reġjun tal-inbid tan-Nofsinhar (Thracian Lowlands/Trakiyska nizina) (il-muniċipalità ta’ Straldzha). Iż-żona ġeografika tinkludi s-sub-reġjun Tundzha–Straldzha u tkopri l-għoljiet tan-naħa t’isfel tal-Lvant tal-medda ta’ muntanji Balkani madwar Karnobat u Aytos, u parti miż-żona baxxa ta’ Burgas.

Il-qċaċet għoljin u l-baċiri fil-baxx b’qigħan ċatti li wkoll huma karatteristika tipika tat-terren fil-muniċipalità ta’ Karnobat jiffavorixxu l-kultivazzjoni tal-għeneb tal-inbid, inkluż ix-Cherven Misket. Din hija varjetà ta’ għenba tal-inbid indiġena Bulgara b’rata ta’ tkabbir medja, fertilità tajba u rendiment medju. Rigward ir-reżistenza għall-ġlata, din hija l-aħjar waħda mill-varjetajiet lokali u tisboq ħafna varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid mhux Bulgari. Il-Misket hija varjetà aromatika u tħalli nota bnina ta’ tuffieħ aħdar u tin biex ittejjeb il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat”.

6.2.   Karatteristiċi speċifiċi tax-xarba spirituża attribwibbli għaż-żona ġeografika

Il-kundizzjonijiet naturali u klimatiċi, li huma prerekwiżit għall-għeneb ta’ kwalità tajba u misjur kif suppost, ikkombinati mal-ġbir tal-għeneb bil-lejl biex tiġi ppriservata l-aroma tiegħu, u l-fermentazzjoni f’temperatura baxxa u t-tekniki ta’ distillazzjoni kontinwa, jgħinu biex jikkonċentraw l-aroma delikata tal-għenba, u l-maturazzjoni tad-distillat fi btieti tal-ballut tgħin biex il-potenzjali tal-palat u tat-togħma tax-xarba jkomplu jiżviluppaw. B’dan il-mod jinkisbu l-kulur dehbi karatteristiku u l-palat qawwi, it-togħma qawwija u intensa ta’ għeneb misjur u l-aroma diskreta ta’ injam.

Il-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” għandu palat qawwi, togħma qawwija u intensa ta’ għeneb misjur, b’nota ta’ tuffieħ aħdar u tin, iħalli togħma bbilanċjata ta’ vanilla fil-ħalq u aroma diskreta ta’ injam. Dawn huma kwalitajiet li bis-saħħa tagħhom il-konsumaturi jagħrfuh, ifittxuh u tant jogħġobhom. Ix-xarba għandha pożizzjoni stabbli fis-suq u tikkombina t-tradizzjoni mal-innovazzjoni.

Id-dokumenti li jiffurmaw il-fajl ta’ din ix-xarba jinżammu fid-Direttorat tar-Reġistrazzjoni, il-Liċenzji u l-Kontroll tal-Ministeru tal-Ekonomija Bulgaru.

7.   Dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew nazzjonali/reġjonali

Il-proċedura nazzjonali għall-approvazzjoni ta’ xarba spirituża b’indikazzjoni ġeografika hija stabbilita fit-Taqsima VII, “Produzzjoni ta’ xorb spirituż b’indikazzjoni ġeografika” tal-Kapitolu Disgħa, “Xorb Spirituż” tal-Att dwar ix-Xorb Spirituż (ZVSN), (SG Nru 45 tal-15 ta’ Ġunju 2012, fis-seħħ mis-16 ta’ Settembru 2012).

L-indikazzjoni ġeografika “Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” ġiet approvata skont l-Ordni Nru T-RD-27-21 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija tas-27 ta’ Novembru 2013. Din l-Ordni ġiet ippubblikata fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ekonomija: http://www.mi.government.bg/bg/library/zapoved-za-utvarjdavane-na-vinena-destilatna-spirtna-napitka-grozdova-rakiya-i-vinena-rakiya-s-geograf-73-c28-m361-2.html

8.   Applikant

—   Stat Membru

Il-Bulgarija

—   Indirizz sħiħ (it-triq u n-numru, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż)

ul. Slavyanska 8, 1052 Sofia, Bulgaria

—   Isem il-persuna ġuridika jew fiżika

Министерство на икономиката/Il-Ministeru tal-Ekonomija

9.   Suppliment mal-indikazzjoni ġeografika

Xejn

10.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

M’hemmx regoli speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar (ħlief dawk orizzontali) li japplikaw għall-“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat”.

(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.