|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 294/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8572 — Pamplona Capital/Parexel) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 294/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 294/03 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 294/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8619 — Bridgepoint/Miller Homes) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 294/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8610 — CKI/CKP/ista Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 294/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8632 — TSR Recycling/Remondis) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2017/C 294/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8620 — KKR/WBA/PharMerica) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 294/08 |
||
|
2017/C 294/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8572 — Pamplona Capital/Parexel)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 294/01)
Fil-25 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8572. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Settembru 2017
(2017/C 294/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1905 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,60 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4371 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,91855 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4733 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1399 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2933 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,062 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
306,02 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2406 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5962 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,0826 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4960 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4774 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3150 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6588 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6150 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 345,07 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,4097 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7728 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4150 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 869,55 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0840 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,953 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,8889 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,465 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7379 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2598 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,2395 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/3 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2017/C 294/03)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Terminu perentorju
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
|
Roti |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 |
6.6.2018 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8619 — Bridgepoint/Miller Homes)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 294/04)
|
1. |
Fit-28 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bridgepoint Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Miller Homes Holdings Limited (“Miller Homes”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bridgepoint: grupp ta’ ekwità privat b’sidien indipendenti li jiffoka fuq investimenti f’negozji Ewropej tas-suq medju f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi s-setturi tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur, servizzi tan-negozji, industrijali, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, il-midja u t-teknoloġija. — għal Miller Homes: kumpanija tal-proprjetà immobbli residenzjali attiva madwar ir-Renju Unit. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8619 — Bridgepoint/Miller Homes, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8610 — CKI/CKP/ista Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 294/05)
|
1. |
Fit-28 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, il-Gżejjer Cayman), indirettament permezz ta’ CK Infrastructure Holding Limited (“CKI”, Bermuda), u Cheung Kong Property Holding Limited (“CKP”, il-Gżejjer Cayman) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Ista Group kollu kemm hu, li l-kumpanija azzjonarja aħħarija tiegħu hija ista Lussemburgu GmbH Sarl (“ista”, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CKHH: attiva f’ħames negozji ċentrali (i) portijiet u servizzi relatati, (ii) bejgħ bl-imnut, (iii), (iv) enerġija u (v) telekomunikazzjonijiet. F’CKHH, CKI tiġġestixxi investimenti diversifikati fl-infrastruttura tal-enerġija, l-infrastruttura tat-trasport, l-infrastruttura tal-ilma, il-ġestjoni tal-iskart, l-infrastruttura tal-enerġija mill-iskart u negozji relatati; — għal CKP: l-iżvilupp u l-investiment fil-proprjetà, it-tħaddim ta’ lukandi u suites moqdija b’servizz, il-ġestjoni ta’ proprjetà u ta’ proġetti, l-investimenti fl-infrastruttura u l-kiri tal-ajruplani; — għal ista: il-provvista ta’ servizzi ta’ sottometraġġ tas-sħana u tal-ilma kif ukoll servizzi relatati prinċipalment fiż-ŻEE, b’enfasi fuq il-Ġermanja, Franza u d-Danimarka. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8610 — CKI/CKP/ista Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8632 — TSR Recycling/Remondis)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 294/06)
|
1. |
Fid-29 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Remondis SE & Co. KG (“Remondis”, il-Ġermanja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ TSR Recycling GmbH & Co. KG (“TSR Recycling”, il-Ġermanja permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8632 — TSR Recycling/Remondis, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8620 — KKR/WBA/PharMerica)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 294/07)
|
1. |
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Walgreens Boots Alliance, Inc. (“WBA”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża PharMerica Corporation (“PharMerica”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8620 — KKR/WBA/PharMerica, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/8 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 294/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW TA' INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“OIGNON DOUX DES CÉVENNES”
Nru tal-UE: PDO-FR-02284 — 27.1.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Association de Défense de l'Oignon doux des Cévennes (ADOC) |
|
Maison de la formation et des entreprises |
|
30b, route du Pont-de-la-Croix |
|
30120 Le Vigan |
|
FRANCE |
|
Numru tat-telefown: +33 467827678 |
|
Posta elettronika: defenseoignondoux.cevennes@wanadoo.fr |
Kompożizzjoni u interess leġittimu: Il-grupp applikanti huwa ffurmat minn produtturi u kumpaniji tal-imballaġġ tad-DPO “Oignon doux des Cévennes”, miġbura fi ħdan assoċjazzjoni rregolata mil-liġi tal-1 ta' Lulju 1901. Għalhekk, l-assoċjazzjoni għandha d-dritt leġittimu li titlob l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta' produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [taż-żona ġeografika, ir-rabta, dettalji ta' kuntatt tal-grupp, l-entitajiet ta' kontroll) |
4. Tip ta' emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
— Prova tal-oriġini
Il-proċedura ta' identifikazzjoni tal-operaturi prevista fil-kapitolu “Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott hija mibdula kif ġej:
—
Id-data ta' sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-identifikazzjoni, li bħalissa qiegħda stabbilita għall-31 ta' Mejju tas-sena ta' kultivazzjoni, ġiet avvanzata għat-30 ta' Novembru tas-sena ta' qabel is-sena ta' tkabbir, biex tinżamm il-konformità mal-identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art u l-istaġun. Dan se jippermetti wkoll l-ippjanar aħjar tal-kontrolli fuq il-post u s-simplifikazzjoni tal-affarijiet għall-produtturi.
—
Il-fatt li jintalab tluq volontarju fuq din id-dikjarazzjoni, jiggarantixxi aġġornament aħjar tal-lista tal-operaturi awtorizzati u jippermetti monitoraġġ regolari tal-operaturi bid-DPO “Oignon doux des Cévennes”.
—
Sabiex jiġi ċċarat x'tip ta' operaturi se jimlew din id-dikjarazzjoni, huwa ppreċiżat li din id-dikjarazzjoni tiġi ndirizzata biss lil dawk li jikkummerċjalizzaw, jiġifieri lil dawk li jipproduċu u jippakkjaw (bejgħ dirett) u lil dawk li jippakkjaw biss. Il-kelma “dawk li jippakkjaw” għalhekk qed tiġi miżjuda wara “produtturi”. Din id-dispożizzjoni tinqara kif ġej: “Kull sena, min jipproduċi u jippakkja u dawk li jippakkjaw jibgħatu dikjarazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni lill-grupp qabel l-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara l-ħsad (…)”.
—
L-aspetti li jikkonċernaw il-kontroll tal-prodott inklużi fil-kapitolu “Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott huma mibdula kif ġej: sabiex jissaħħu t-testijiet organolettiċi u analitiċi tal- “Oignon doux des Cévennes”, qed tiżdied il-possibbiltà li jsiru pre-kampjuni fuq lottijiet lesti biex jiġu ppakkjati. Il-kontroll fuq il-lottijiet ippakkjati qed jinżamm.
Il-punt 3.5 tad-Dokument Uniku għandu jieħu inkunsiderazzjoni din il-possibbiltà billi jżid “lesti biex jiġu ppakkjati” fi tmiem is-sentenza li ġejja: “Fl-aħħar, l-eżami organolettiku u analitiku, li jippermetti li l-konformità tal-basal tiġi ggarantita mal-profil organolettiku, isir permezz ta' teħid ta' kampjuni mil-lottijiet ippakkjati jew lesti biex jiġu ppakkjati.”
— Metodu ta' produzzjoni
Żrieragħ
—
Tneħħa r-rekwiżit għat-taħriġ tal-bontijiet għall-produzzjoni taż-żrieragħ awtoprodotti billi jeżistu sistemi oħra wkoll bħal meta ssir l-akkumulazzjoni tal-ħamrija mal-bontijiet, li tippermetti li l-bontijiet ikunu appoġġjati b'mod suffiċjenti bl-akkumulazzjoni tal-ħamrija mal-bażi tal-pjanta. Għalhekk, din il-possibbiltà ta' akkumulazzjoni ta' ħamrija mal-bażi tal-pjanta ddaħħlet fl-Ispeċifikazzjoni.
B'hekk, is-sentenza “Il-bontijiet jitħarrġu mhux iktar tard minn meta jkunu nofs it-tul naturali tagħhom” għandha tinbidel bi: “Il-bontijiet jitħarrġu mhux aktar tard minn meta jkunu nofs it-tul naturali tagħhom jew meta ssir l-akkumulazzjoni tal-ħamrija mal-bażi tal-pjanta.”.
Ċiklu tal-kultivazzjoni
—
S'issa l-produtturi setgħu jagħmlu s-subkultivazjoni tal-basal fuq irqajja' ta' art użati biex jinżergħu fl-istess sena. Wara ftit snin ta' monitoraġġ tekniku, jidher li s-subkultivazzjoni tal-basal fuq l-irqajja' tal-art b'mod regolari twassal għal problemi tas-saħħa tal-pjanti u tnaqqas il-kwalità tal-basal (il-fraġilità tal-qxur per eżempju). Il-prattika tas-subkultivazzjoni mill-bdiewa tiffavorixxi l-inċidenza u t-tifrix ta' Thrips tabaci, għajn ta' kontaminazzjoni għal irqajja' tal-art fil-viċinat. Għalhekk huwa importanti, b'viżjoni fit-tul għal agrikoltura sostenibbli u biex tinżamm il-produzzjoni, li din il-prattika tiġi pprojbita.
Għalhekk għandha tiddaħħal is-sentenza “Is-subkultivazzjoni hija pprojbita fuq irqajja' ta' art li jkunu diġà inżergħu fl-istess sena”.
—
L-Ispeċifikazzjoni attwali tindika li l-aħħar applikazzjoni tan-nitroġenu minerali għandha ssir mhux aktar tard minn xahar qabel il-ħsad. Din id-dispożizzjoni hija emendata billi titħalla ssir l-aħħar applikazzjoni tan-nitroġenu sa mhux aktar tard minn xahar u nofs wara s-subkultivazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll. Fil-fatt, billi d-data tas-subkultivazzjoni tkun irreġistrata, huwa aktar faċli li tiġi ddeterminata d-data tal-aħħar applikazzjoni tan-nitroġenu. Din id-dispożizzjoni tippermetti wkoll lill-produttur, fil-kuntest ta' ħsad bikri iktar milli mistenni li jevita li jagħmel l-applikazzjoni tan-nitroġenu tard wisq.
—
L-ispeċifikazzjoni attwali tipprevedi li l-ħsad tal-“Oignon doux des Cévennes” għandha ssir matul ix-xhur ta' Awwissu u Settembru. Biex jitqiesu l-varjazzjonijiet klimatiċi reċentement osservati, l-istaġun tal-ħsad ta' Awwissu sa Settembru ġie avvanzat għall-perjodu bejn l-20 ta' Lulju u l-20 ta' Settembru sabiex jippermetti li jinbeda l-ħsad fi żmien iktar bikri fi snin aktar sħan.
Id-dispożizzjoni relatata mal-fatt li l-ħsad għandu jibda b'mod imperattiv meta l-faxxina tkun waqqgħet 50 % tal-weraq tagħha inżammet.
Il-ħżin u t-trasport
—
Il-progress tekniku f'termini ta' ħażna u konservazzjoni wassal biex ċerti produtturi jużaw kontenituri akbar għal dawn iż-żewġ stadji, bl-għan li tiġi limitata l-manipulazzjoni, iżda wkoll biex jiġi ottimizzat l-ispazju fil-bini, u tiġi permessa konservazzjoni aħjar. Wara l-għażla u l-preparazzjoni, ċerti produtturi jixtiequ jkollhom il-possibbiltà li jikkunsinnaw il-prodotti tagħhom f'kontenituri akbar minn kaxex ta' 20 kg (kif previst fl-Ispeċifikazzjoni attwali) u jixtiequ jużaw bramel b'għoli massimu ta' 75 ċm għal piż massimu ta' 350 kg ta' basal.
It-tħassib ewlieni tal-grupp tibqa' l-kwalità tal-manipulazzjoni tal-basal. Il-paletti li jintużaw għat-trasport tfasslu biex iżommu l-basla milli titħassar: in-naħa t'isfel tal-paletti tkun miksija bil-fowm, it-truf huma inqas prominenti minn dawk tal-kaxex li intużaw s'issa u billi dawn qatt ma jimtlew sa fuq, ma hemmx riskju li l-basal jitgħaffeġ bil-kontenituri li jitqiegħdu fuqhom. Il-magna li tintuża biex tiżvojta l-paletti li tkun ser tintuża għat-tbattil tal-paletti, ukoll għandha karatteristiċi speċifiċi biex tillimita l-iskossi: ladarba fil-magna, għata ta' protezzjoni tappizzata tal-istess daqs bħan-naħa ta' ġewwa tal-paletta titqiegħed mekkanikament fuq il-palletta tal-kaxxi biex il-kontenut ma jixteridx. L-operazzjonijiet kollha huma mekkaniċi u kkontrollati manwalment mill-operatur tal-magna li tiżvojta l-paletti li jista' jwaqqaf il-proċess fi kwalunkwe ħin. L-operatur ibandal il-paletta lejn id-direzzjoni taċ-ċinga trasportatriċi li jwassal għall-magna tal-issortjar tal-basal u mbagħad jiftaħ l-għatu bil-mod il-mod u jikkontrolla ħruġ regolari ta' basal.
Dan ukoll għandu l-vantaġġi li jissimplifika x-xogħol u jiżgura s-sigurtà tal-produtturi u tal-impjegati tal-impjanti tal-imballaġġ: il-paletti jistgħu jiġu ttrasportati u mmanipulati b'mezz tar-rfigħ motorizzat. Dan jillimita l-piż fuq il-produtturi u l-operaturi tal-impjanti tal-imballaġġ għax ma jkollhomx għalfejn jerfgħu aktar il-kaxxi manwalment, filwaqt li jillimita l-periklu tal-kaxex tal-plastik ippalettjati fuq xulxin, li huma ħafna inqas stabbli mill-kaxex tal-paletti fuq xulxin.
F'termini tal-kwalità tal-basal, il-grupp wettaq eżamijiet sensorjali fuq il-basal ippreparati u mibgħuta b'dan it-tip ta' kontenitur. L-analiżi ta' dawn it-testijiet sensorjali wriet li t-trasport bil-paletti mhuwiex detrimentali għall-kwalità tal-basal biex jikkwalifika għad-DPO “Oignon doux des Cévennes”.
B'hekk, is-sentenza: “It-trasport tal-basal lejn impjant tal-imballaġġ isir f'kaxex tal-plastik jew f'kaxxi tal-kartun ta' 20 kg massimu” għandha tinbidel bi: “It-trasport tal-basal lejn impjant tal-imballaġġ isir f'kontenituri ta' għoli massimu ta' 75 ċm u li ma jaqbżux it-350 kg basal”.
Imballaġġ
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, ta' min ifakkar li l-impjant tal-imballaġġ jinsab fiż-żona ġeografika identifikata.
—
Biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott wara l-imballaġġ, ġie introdott eżami sistematiku tal-lottijiet li jaslu fl-impjanti tal-imballaġġ, li għandu jitwettaq fi ħdan 24 siegħa wara t-tluq tal-lottijiet mill-azjenda agrikola. Il-perjodu ta' 24 siegħa iqis il-prassi attwali: Il-biċċa l-kbira tal-lottijiet li jaslu filgħodu (jew matul il-lejl) jiġu ppakkjati dakinhar u kkunsinnati lill-klijent wara nofsinhar jew mhux aktar tard mill-ġurnata ta' wara.
—
L-Ispeċifikazzjoni attwali tipprevedi: “L-imballaġġ għandu jingħalaq b'tali mod li ladarba jinfetaħ ma jistax jerġa jingħalaq”. Il-bejgħ bl-imnut ma jippermettix li jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit. Billi dan it-tip ta' bejgħ qed jikber, qed nippronu t-tħassir ta' dan ir-rekwiżit.
Il-punt 3.5 fid-dokument uniku għandu jqis it-tneħħija ta' dan ir-rekwiżit.
—
Fil-punt 3.5 tad-dokument uniku s-sentenza “Il-basal għandhom għalhekk jiġu ppakkjati f'kaxxi b'film tal-plastik tal-piż massimu ta' 12-il kg, jew f'boroż tax-xibka b'kapaċità massima ta' 5 kg.” il-kliem “b'film tal-plastik” jitħassru biex l-operaturi, li m'għandhomx apparat ta' imballaġġ b'film tal-plastik xorta waħda jkunu jistgħu jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, b'mod partikolari għall-bejgħ bl-imnut, mingħajr ma jnaqqsu l-kwalità tal-ippakkeġġar bl-ebda mod. Bara minn hekk dan it-tħassir huwa konformi mat-tneħħija tar-rekwiżit tas-sistema ta' siġillar tal-pakketti.
Tikkettar
Sabiex jitneħħew id-dispożizzjonijiet tal-ittikkettar taħt ir-regoli ġenerali tal-Ispeċifikazzjoni, qed jitħassru l-isem ta' min jippakkja u d-data tal-imballaġġ.
Il-punt 3.6 tad-Dokument Uniku jinkorpora dan it-tħassir.
Oħrajn
—
Iż-żona ġeografika ma ġietx emendata; l-emenda tikkonċerna l-proċedura ta' identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art prevista fil-Kapitolu “Iż-żona ġeografika” fl-Ispeċifikazzjoni.
Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' identifikazzjoni tal-irqajja' ta' art, l-applikazzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art, li l-produtturi huma mitluba permezz tal-ispeċifikazzjoni attwali li jibgħatu lill-INAO, għandhom jintbagħtu lill-grupp b'tali mod li l-grupp iressaq fajl uniku lill-INAO.
Barra minn hekk, bl-għan li l-iskadenza tiġi adattata din il-proċedura għall-iskeda ta' kultivazzjoni (iż-żrieragħ jistgħu jibdew jinżergħu mill-1 ta' Jannar) id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art ġiet emendata u avvanzata mill-31 ta' Diċembru għall-31 ta' Mejju tas-sena qabel il-kultivazzjoni tal-irqajja' tal-art ġodda.
—
Saret reviżjoni editorjali biex din ir-rabta titqassar. Ma sar l-ebda tibdil fis-sens. Ir-rabta fid-dokument uniku baqgħet kif kienet.
—
Ir-referenza għall-faks tħassret.
—
Id-dettalji ta' kuntatt tal-korp ta' kontroll ġew mibdula b'dawk tal-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll: L-Institut national de l'origine et de la qualité (INAO) u d-Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). L-għan ta' din l-emenda huwa li tiġi evitata l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni fil-każ ta' bidla fil-korp ta' kontroll.
DOKUMENT UNIKU
“OIGNON DOUX DES CÉVENNES”
Nru tal-UE: PDO-FR-02284 — 27.1.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Oignon doux des Cévennes”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'1
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Oignon doux des Cévennes” hija basla għall-preservazzjoni, ikkultivata f'art imżerżqa, tal-kulur bejn abjad madriperla u ram, ta' forma li tvarja bejn tonda u tawwalija, tleqq u bil-qxur ta' barra fini u trasluċidi. Il-qxur ta' ġewwa huma mlaħħmin u l-polpa tagħhom hija bajda, medjament soda u mmerrqa. Il-kontenut tal-materja niexfa huwa anqas minn 10 %. Ikkonsmata nejja, il-laħma tagħha tqarmeċ, mhijiex pikkanti u lanqas morra, niedja u ħelwa u għandha aromi delikati u bbilanċjati. Meta tittiekel imsajra, tibqa' tleqq u ssir trasluċida, żejtnija, immerrqa u ħelwa fil-ħalq, mhijiex morra, b'aromi ta' qastan u ta' ikel mixwi.
Il-basal ippakkjat wara l-15 ta' Mejju tas-sena ta' wara dik tal-ħsad ma jistax igawdi mid-denominazzjoni tal-oriġini “Oignon Doux des Cévennes”. Il-basal għandhom ikunu kkummerċjalizzati fl-imballaġġ oriġinali tagħhom użat esklussivament għad-denominazzjoni. Il-kummerċjalizzazjoni ma tistax tibda qabel l-1 ta' Awwissu tas-sena tal-ħsad.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-basal għandhom jinżergħu u jiġu prodotti fiż-żona ġeografika.
3.5. Regolamenti speċifiċi applikabbli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih tagħmel refernza d-denominazzjoni
L-imballaġġ għandu jsir fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4 ta' dan id-dokument uniku. Huwa jsir fiċ-ċentri għall-imballaġġ identifikati mill-grupp applikanti. Il-basal għandhom għalkekk jiġu f'imballaġġ bil-piż massimu ta' 12-il kg, jew jekk ikunu ġo borża tax-xibka, il-piż massimu għandu jkun ta' 5 kg.
L-imballaġġ għandu jsir fiż-żona ġeografika bil-għan li tiġi ppreżervata l-kwantità.
Il-basal jiġi ppakkjat mill-produttur jew ikkonsenjat f'ċentru għall-imballaġġ. L-imballaġġ fiż-żona stess jippermetti li tiġi evitata l-manipolazzjoni żejda u b'hekk jiġu ppreżervati l-karatteristiċi tal-basla, partikolarment il-qxur ta' barra fini u trasluċidi, fraġli ħafna u mingħajr ma tiġi kkawżata l-ebda alterazzjoni. Fl-aħħar, l-eżami organolettiku u analitiku, li jippermetti li l-konformità tal-basal tiġi ggarantita mal-profil organolettiku, isir permezz ta' teħid ta' kampjuni mil-lottijiet ippakkjati jew lesti biex jiġu ppakkjati.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-frażijiet obbligatorji previsti fil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketti tal-basal bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Oignon doux des Cévennes” għandu jkollhom fuqhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
fl-istess kamp viżiv u fuq l-istess tikketta:
|
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta' produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Oignon doux des Cévennes” testendi għat-territorji tat-32 “muniċipalità” li ġejjin tad-dipartiment ta' Gard:
Arphy; Arre; Arrigas; Aulas; Aumessas; Avèze; Bez-et-Esparon; Bréau-et-Salagosse; Colognac; Cros; Lasalle; Mandagout; Mars; Molières-Cavaillac; Monoblet; Notre-Dame-de-la-Rouvière; Pommiers; Roquedur; Saint-André-de-Majencoules; Saint-André-de-Valborgne; Saint-Bonnet-de-Salendrinque; Saint-Bresson; Sainte-Croix-de-Caderle; Saint-Julien-de-la-Nef; Saint-Laurent-le-Minier; Saint-Martial; Saint-Roman-de-Codières; Soudorgues; Sumène; Vabres; Valleraugue; Vigan (le).
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona tad-denominazzjoni tal-oriġini “Oignon doux des Cévennes” testendi prinċipalment fuq erja ta' blat tal-granit u skist fix-xlokk tal-Massif Central, u partikolarment fix-xaqliba tal-massiv ta' Aigoual (1 565 m). Il-klima, tat-tip mediterranja, hija mmarkata minn sjuf nixfin u minn xita abbondanti fil-ħarifa u moderata fir-rebbiegħa, li tilħaq medja ta' 1 500 mm. It-temperaturi jinbidlu ta' spiss. Fis-sajf it-temp ikun xemxi ħafna, filwaqt li huwa kemxejn kiesaħ mill-ħarifa sas-sajf, b'xi ħalba borra 'l hawn u 'l hemm. It-temperatura medja annwali hija ta' 12-13 °C.
It-terren bl-għoljiet ta' Cévennes, jippreżenta promontorji, “serres”, u widien dojoq orjentati lejn il-Majjistral/ix-Xlokk, il-“valats”. F'dawn l-artijiet imżerżqin ħafna, il-varjazzjonijiet klimatiċi minħabba l-effett tal-għoli huma notevoli, u x-xita qawwija tal-ekwinożju żżid l-erożjoni, u xi kultant tipprovoka għargħar devastanti. Il-produtturi tas-Cévennes tgħallmu kif jissuperaw ir-riljiev imżerżaq tal-għoljiet, billi qasmuh f'żoni ta' kolluvjament ftit aktar profondi u billi fil-meded bnew ħitan tas-sejjieħ li jiffurmaw parti mill-pajsaġġ tas-Cévennes.
Speċifiċità tal-prodott
L-“Oignon doux des Cévennes” jippreżenta speċifiċitajiet organolettiċi li jagħtuh reputazzjoni mhux biss fil-livell reġjonali, iżda wkoll nazzjonali: fil-fatt, huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta' ħlewwa, nuqqas ta' togħma morra u pikkanti, u huwa mmerraq b'mod li jagħtih konsistenza pjaċevoli fil-ħalq, meta jittiekel kemm nej kif ukoll imsajjar.
Barra minn hekk, viżwalment jingħaraf u huwa apprezzat minħabba l-forma ttundjata u tawwalija tieghu, mid-dehra brillanti tiegħu, mill-kulur abjad tal-madriperla xi min daqqiet tar-ram u mill-qxur ta' barra fini u trasluċidi.
Il-livell baxx ta' materjal niexef (anqas minn 10 %) ma jostakolawx preservazzjoni tajba sa tmiem ix-xitwa.
Rabta kawżali
Ikkultivata fl-artijiet imżerżqa tal-Massif Central l-“Oignon doux des Cévennes” hija basla oriġinali u speċifika, kemm fil-mod kif tiġi mkabbra kif ukoll minħabba l-karatteristiċi fiżiċi u t-togħma tagħha.
F'dan l-ambjent partikolari, il-produtturi tgħallmu kif jittrattaw l-art biex jibbenefikaw mill-vantaġġi tagħha, billi għażlu varjetà adattata u żviluppaw tekniki ta' kultivazzjoni li jtejbu l-valur ta' dan il-prodott partikolari.
Ir-restrizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika: l-iskarsezza tas-superfiċji ċatti, il-ħsara ipprovokata mill-erożjoni sfurzaw lill-produtturi biex jorganizzaw l-ispazju b'tali mod li jagħmlu l-aħjar użu minnu. It-tqassim f'artijiet imtarrġa li tiġi irrigata bil-gravità grazzi għall-“béal”, li huwa kanal li jwassal l-ilma min-nixxiegħat minn fuq għal isfel, għadda minn żvilupp spettakulari mill-bidu tas-seklu XVIII li ppermetta żieda fis-superfiċji kultivabbli skarsi li jitimgħupopolazzjoni numeruża, filwaqt li kkontribwixxa għall-protezzjoni tal-ħamrija kontra l-erożjoni.
Fl-artijiet imtarrġa bl-aħjar orjentazzjoni, f'nofs it-tlajja, li huma irrigabbli u fil-viċinanza tal-villaġġi, jiġu kkultivati prodotti tal-uċuħ tar-raba għall-kummerċjalizzazzjoni. Il-ħamrija li tirriżulta mid-dekompożizzazzjoni tal-granit u tal-iskist hija aċiduża, ramlija, filtranti u fiha ammont dgħajjef ta' tafal, u ta' sikwit hija fertilizzata bid-demel li ġej mit-trobbija tal-mogħoż u tan-nagħaġ fil-viċinanza. Il-kultivazzjoni tal-basla ħelwa, li inizjalment kienet għas-sustinenza ġiet żviluppata u llum saret produzzjoni agrikola reali. Il-ħbula tar-raba' tradizzjonalment ikkultivati bil-basla, għal aktar minn 50 sena, ħadu l-isem ta' “Cébières”.
Il-varjetà tradizzjonali, imtejba u miżmuma mill-produtturi għal ġenerazzjonijiet sħaħ fuq kriterji li jikkonċernaw l-aspett, il-ħlewwa u l-preservazzjoni, hija adattata ferm tajjeb għall-klima lokali: hija basla tal-jiem twal, li tinżera' f'Jannar fuq l-irqajja' tal-art l-aktar orjentati sew biex tkun tista' tibbenefika mis-sħana tar-rebbiegħa. Imbagħad tiġi subkultivata manwalment u msaqqija regolarment; il-basal jinħasad fi tmiem is-sajf, qabel ix-xita tal-ekwinożju f'Settembru, biex b'hekk ikun jista' jinxef fl-għalqa u jiġi ppreservat f'kundizzjonijiet sanitarji tajbin.
Il-prattiki tal-kultivazzjoni u l-ambjent naturali jinfluwenzaw il-karatteristiċi tal-basla fid-diversi fażijiet taċ-ċiklu veġetattiv tagħha. Iż-żrigħ fl-aħjar ħbula tar-raba' jippermettu ksib rapidu ta' pjanti f'saħħithom. It-tħawwil manwali, bi preċiżjoni, jippermetti l-ottimizzazzjoni tad-densità tat-tħawwil, b'tali mod li jinkiseb ħsad ta' basal tad-daqs suffiċjenti u b'aspett uniformi, mingħajr uċuħ ċatti. Il-kontenut baxx ta' tafal fil-ħamrija jiffavorixxi l-ħlewwa tal-basla, iżda l-konsistenza ramlija timpedixxi l-formazzjoni ta' riserva idrika suffiċjenti. Għalhekk l-irrigazzjoni hija neċessarja matul is-sajf u din issir regolarment f'dożi żgħar sabiex jiġi evitat il-ħela tal-ilma imma l-aktar biex jiġi limitat l-istress idriku tal-pjanta bil-konsegwenza li jitfaċċaw togħmiet morri u pikkanti, filwaqt li s-sukkulenza tal-laħma titjieb. Fl-aħħar nett, it-tqassim tal-art fi ħbula tar-raba', b'tali mod li jiffavorixxi l-orjentazzjoni mill-grigal għal-lbiċ u l-eliminazzjoni tal-widien fondi umdi, jippermetti kultivazzjoni tal-basal biss f'dawk il-ħbula tar-raba' li jibbenefikaw minn mikroklima favorevoli. Dan jirriżulta fi prekoċità mtejba, kif ukoll fi pressjoni fitosanitarja baxxa, li jwasslu għal tnaqqis fil-fatturi tal-produzzjoni u titjib fil-preservazzjoni tal-prodott.
Il-fatturi naturali kollha flimkien taż-żona ġeografika, sfruttati bil-prattiki ta' kultivazzjoni tal-produtturi li tgħallmu kif jużaw il-potenzjalitajiet tal-ambjent, wasslu biex l-“Oignon doux des Cévennes” jilħaq il-potenzjal sħiħ tal-karatteristiċi oriġinali tiegħu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-2d5ebdde-8e40-4f43-8e99-92aed84216dd/telechargement
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
5.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/15 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89
(2017/C 294/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU
“ГРОЗДОВА РАКИЯ ОТ ТЪРГОВИЩЕ”/“GROZDOVA RAKYA MINN TARGOVISHTE”
Nru tal-UE PGI-BG-01864 — 7.1.2014
1. L-indikazzjoni ġeografika li se tiġi rreġistrata
“Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte”
2. Kategorija tax-xorb spirituż
Винена дестилатна спиртна напитка/Spirtu tal-inbid
3. Deskrizzjoni tax-xorb spirituż
3.1. Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi
L-ispirtu tal-inbid bl-indikazzjoni ġeografika “Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte” għandu lewn isfar ċar, aroma pjaċevoli tal-vanilla u togħma ħafifa u armonjuża. Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi speċifiċi tiegħu huma minħabba dawn il-fatturi: il-materja prima, iż-żona ġeografika, il-metodu tal-produzzjoni, u l-fattur uman meta jiġu applikati prattiċi tajbin tal-manifattura u t-taħlita tat-tradizzjoni u t-teknoloġija moderna.
3.2. Karatteristiċi speċifiċi (imqabbel ma' xorb spirituż ieħor tal-istess kategorija)
L-ispirtu tal-inbid bl-indikazzjoni ġeografika “Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte” jiġi prodott b'metodu Bulgaru tradizzjonali u għandu dawn il-proprjetajiet fiżikokimiċi:
|
— |
il-volum minimu tal-alkoħol fix-xarba hu 40 %; |
|
— |
il-kontenut tas-sustanzi volatili (inkluż alkoħols aktar qawwija, aċidi totali, esteri u aldeidi) hu 267-365 g/hl ta' 100 % volum ta' alkoħol; |
|
— |
il-kontenut massimu tal-metanol hu 120 g/hl ta' 100 % volum ta' alkoħol. |
Anke l-injam li bih isiru l-btieti tal-maturazzjoni tad-distillat u l-ilma minerali li wara t-trattib jintuża għad-dilwizzjoni tad-distillat tal-inbid ikomplu jikkontribwixxu għat-togħma dinstintiva tax-xarba.
4. Żona ġeografika kkonċernata
Ix-xorb spirituż bl-indikazzjoni ġeografika “Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte” hu prodott fil-provinċja ta' Targovishte li tinsab fuq in-naħa tal-Lvant tal-pjanura tad-Danubju. Il-vinji jinsabu fil-muniċipalità ta' Targovishte, f'sitt inħawi li huma parti mill-irħula ta' Kralevo, Dalgach, Ovcharovo, Pevets, Strazha u Ruets.
5. Metodu kif isir ix-xorb spirituż
Ix-xorb spirituż bl-indikazzjoni ġeografika “Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte” jiġi prodott dawn il-varjetajiet tal-għeneb:
|
— |
abjad — Chardonnay, Rkatsiteli, Muscat Ottonel, Dimyat, Tamyanka, Traminer, Sauvignon Blanc, Aligoté, Riesling Italico; |
|
— |
aħmar — Cabernet Sauvignon u Pamid. |
Il-produzzjoni tibda bil-ħsad tal-għeneb. L-għeneb maqtugħ jiġi kklassifikat skont il-varjetà, id-dehra ġenerali u l-kontenut taz-zokkor, u wara jiġi pressat. Il-polpa tal-għeneb pressat tiġi mmaċerata għal erbgħa sa tnax-il siegħa f'passaturi jduru. Imbagħad il-most tal-għeneb jiġi kkjarifikat u l-bċejjeċ ċari jintbagħtu għall-frammentazzjoni. Il-frammentazzjoni alkoħolika ssir fuq medda ta' għoxrin ġurnata f'temperaturi ta' 14 °С sa 18 °С. L-inbid imlesti jitwassal għal distillazzjoni singola jew doppja f'kolonna tad-distillazzjoni K-5 b'inqas minn 65 % volum ta' alkoħol. Is-sistema tad-distillazzjoni K-5 hija disinn Bulgaru. Id-distillat tal-inbid li jirriżulta minn dan il-proċess jinħażen f'kompartimenti separati għall-maturazzjoni fi btieti tal-ballut u għat-taħlit (coupage).
6. Rabta mal-ambjent ġeografiku jew mal-oriġini
6.1. Dettalji dwar iż-żona ġeografika jew l-oriġini li huma rilevanti għar-rabta
Ħafna miż-żona ġeografika hi art wieqfa jew għoljiet. L-elevazzjoni medja tagħha hi bejn il-200 m u l-520 m 'il fuq mil-livell tal-baħar. Din għandha klima kontinentali b'temperatura moderata u b'influwenzi marittimi. Il-ħarifa hi sħuna, niexqa u twila u b'hekk tiffavorixxi ferm l-akkumulu taz-zokk tal-għeneb. It-temperatura medja annwali fiż-żona hi madwar 10,7 °C. Mil-lat tal-preċipitazzjoni medja annwali, ħafna drabi l-livelli massimi jintlaħqu lejn l-aħħar tar-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf. Il-ħamrija fiż-żona hi kernożem ramlija ġeblija u ħamrija griża tal-foresti.
6.2. Karatteristiċi speċifiċi tax-xorb spirituż li għandhom rabta maż-żona ġeografika
Ix-xorb spirituż bl-indikazzjoni ġeografika “Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte” jiġi prodott fil-provinċja ta' Targovishte, żona b'taħlita favorevoli ta' topografija, ħamrija u klima li lkoll jgħinu biex l-għeneb jikseb l-aqwa maturità teknika u li jippermettu l-kultivazzjoni ta' għeneb ta' kwalità. Ħafna mill-kwalitajiet distintivi tax-xarba joħorġu mill-balluta speċjali tal-ispeċijiet Quercus Frainetto (jiġifieri l-Blagun oak) li minnha jsiru l-btieti tal-maturazzjoni tad-distillat. Għad-dilwizzjoni tad-distillat jintuża ilma minerali mrattab min-nixxiegħa ta' Boaza li tinsab 8 km lejn il-Lbiċ tal-belt ta' Targovishte. It-taħlit sussegwenti jwassal għal prodott ta' kwalità b'karatteristiċi organolettiċi stabbli — lewn isfar ċar, aroma pjaċevoli tal-vanilla u b'togħma ħafifa u armonjuża. Is-sustanzi aromatiċi tal-għeneb, li jiffurmaw ir-riħa karatteristika u l-aroma tax-xarba, jiġu ppreservati b'metodi tal-produzzjoni tradizzjonali kif ukoll moderni.
7. Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea
Fil-Bulgarija, il-proċedura għall-approvazzjoni tax-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika hi stipulata fit-Taqsima VII “Il-produzzjoni tax-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika” u fil-Kapitolu 9 “Xorb spirituż” tal-Att dwar l-Inbid u x-Xorb Spirituż (ZVSN), ippubblikat fil-Gazzetta tal-Istat Nru 45 tal-15 ta' Ġunju 2012.
“Гроздова ракия от Търговище”/“Grozdova rakya minn Targovishte” ġie approvat bħala spirtu tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika mill-Ordni Nru T-RD-27-13 tal-Ministeru għall-Ekonomija fis-27 ta' Novembru 2013, li ġiet ppubblikata fis-sit web tal-Ministeru għall-Ekonomija: http://www.mi.government.bg/bg/library/zapoved-za-utvarjdavane-na-vinena-destilatna-spirtna-napitka-grozdova-rakiya-s-geografsko-ukazanie-t-68-c28-m361-1.html
8. Applikant
Stat Membru, pajjiż terz jew persuna ġuridika/fiżika:
Република България, Министерство на икономиката/Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika tal-Bulgarija
|
— |
Indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): гр. София 1052, ул. “Славянска” № 8, Република България/8 Triq Slavyanska, 1052 Sofja, il-Bulgarija |
9. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
Ir-regoli dwar it-tikkettar tax-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika li jiġi prodott fil-Bulgarija u maħsub għas-suq Bulgaru huma stipulati fl-Artikolu 170(1) u fl-Artikolu 172(1) tal-Att dwar l-Inbid u x-Xorb Spirituż (ZVSN).
(1) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.