ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 293

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
4 ta' Settembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 293/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 293/02

Kawża C-60/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(3) — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali ta’ dawn l-istituzzjonijiet — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Artikolu 6(1) — Interess pubbliku fl-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali — Informazzjoni, trażmessa mill-awtoritajiet Ġermaniżi lill-Kummissjoni Ewropea, li tikkonċerna impjanti li jinsabu fit-territorju Ġermaniż ikkonċernati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni marbuta mal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Rifjut parzjali ta’ aċċess)

2

2017/C 293/03

Kawża C-633/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill qrib mal-prattika tal-isport — Artikolu 133 — Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT — Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku)

3

2017/C 293/04

Kawża C-651/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) et vs Il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Assogalvanica etAppell — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) — Artikolu 58(2) — Awtorizzazzjoni — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Eżenzjoni — Regolament li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 — Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni

3

2017/C 293/05

Kawża C-701/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Trasport — Kunċett ta’ esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-finijiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru ta’ ajruporti jew ta’ terminals oħra tat-trasport — Direttivi 2004/17/KE u 96/67/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ spazji fl-ajruport)

4

2017/C 293/06

Kawża C-76/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – INGSTEEL spol. sro, Metrostav as vs Úrad pre verejné obstarávanie Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 47(1), (4) u (5) — Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-offerent — Direttivi 89/665/KEE u 2007/66/KE — Appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal rimedju effettiv

5

2017/C 293/07

Kawża C-89/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Radosław Szoja vs Sociálna poisťovňa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Persuna li teżerċita attività bil-paga u attività bħala persuna li taħdem għal rasha f’żewġ Stati Membri differenti — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 13(3) — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikolu 14(5b) — Artikolu 16 — Effetti tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Inammissibbiltà)

6

2017/C 293/08

Kawża C-129/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Artikoli 19 u 193 TFUE — Direttiva 2004/35/KE — Applikabbiltà ratione materiae — Tniġġis tal-arja minħabba inċinerazzjoni illegali ta’ skart — Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum tal-proprjetarju tal-art li fuqha seħħ it-tniġġis u ta’ min iniġġes)

6

2017/C 293/09

Kawża C-133/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Christian Ferenschild vs JPC Motor SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti ta’ konsum — Direttiva 1999/44/KE — Artikolu 5(1) — Terminu tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ — Terminu ta’ preskrizzjoni — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) — Oġġetti użati — Limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ)

7

2017/C 293/10

Kawża C-151/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Vakarų Baltijos laivų statykla UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku — Artikolu 14(1)(ċ) — Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni Ewropea u għall-produzzjoni tal-elettriku abbord dgħajjes — Karburant użat minn bastiment sabiex ibaħħar mill-post fejn inbena għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu)

8

2017/C 293/11

Kawża C-193/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – E vs Subdelegación del Gobierno en Álava (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) — Limitazzjoni tad-dritt ta’ dħul u tad-dritt ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika — Tneħħija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika — Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà — Theddida reali u attwali — Kunċett — Ċittadin tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru ospitanti fejn jiskonta piena ta’ priġunerija mogħtija bħala repressjoni ta’ reati repetuti ta’ abbużi sesswali fuq minuri)

9

2017/C 293/12

Kawża C-354/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Verden – il-Ġermanja) – Ute Kleinsteuber vs Mars GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 1, 2 u 6 — Ugwaljanza fit-trattament — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Pensjoni tal-irtirar ta’ impriża — Direttiva 97/81/KE — Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time — Klawżola 4(1) u (2) — Modalitajiet għall-kalkolu tad-drittijiet kweżiti għall-pensjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru — Trattament differenti tal-ħaddiema part-time)

9

2017/C 293/13

Kawża C-368/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, taħt ċerti kundizzjonijiet, id-dritt tal-parti danneġġjata li taġixxi direttament kontra min jassigura tal-persuna responsabbli ta’ inċident — Klawżola li tagħti ġurisdizzjoni konkluża bejn min jassigura u l-awtur tad-dannu)

10

2017/C 293/14

Kawża C-388/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa)

11

2017/C 293/15

Kawża C-433/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Bayerische Motoren Werke AG vs Acacia Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Proprjetà intellettwali — Disinni Komunitarji — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikoli 81 u 82 — Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni — Ġurisdizzjoni tat-tribunali tad-disinni Komunitarji tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun iddomiċiljat)

11

2017/C 293/16

Kawża C-231/17 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 minn Vatseva mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-7 ta’ April 2017 fil-Kawża T-920/16, Vatseva vs Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

12

2017/C 293/17

Kawża C-293/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Mejju 2017 – Coöperatie Mobilisation for the Environment UA, Vereniging Leefmilieu vs College van gedeputeerde staten van Limburg, College van gedeputeerde staten van Gelderland

12

2017/C 293/18

Kawża C-294/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Mejju 2017 – Stichting Werkgroep Behoud de Peel vs College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

14

2017/C 293/19

Kawża C-326/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW) et vs Z

16

2017/C 293/20

Kawża C-330/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Germanwings GmbH

16

2017/C 293/21

Kawża C-367/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – S vs EA et

17

2017/C 293/22

Kawża C-369/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Shajin Ahmed vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

19

2017/C 293/23

Kawża C-388/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Konkurrensverket vs SJ AB

19

2017/C 293/24

Kawża C-392/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Sindicatul Energia Oradea vs SC Termoelectrica SA

20

2017/C 293/25

Kawża C-399/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

20

2017/C 293/26

Kawża C-404/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – A vs Migrationsverket

21

2017/C 293/27

Kawża C-416/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

22

2017/C 293/28

Kawża C-419/17 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 minn Deza, a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-115/15, Deza, a.s. vs ECHA

23

2017/C 293/29

Kawża C-427/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

24

2017/C 293/30

Kawża C-428/17 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2017 minn Meta Group Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-744/14, Meta Group vs Il-Kummissjoni

25

2017/C 293/31

Kawża C-450/17 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 minn Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-16 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-122/15, Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

27

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 293/32

Kawża T-644/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – ADR Center vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja — Programm ġenerali Drittijiet fundamentali u ġustizzja għall-perijodu 2007-2013 — Programm speċifiku Ġustizzja ċivili — Rikors għal annullament — Deċiżjonijiet li jagħtu titolu eżekuttiv — Artikolu 299 TFUE — Kompetenza tal-awtur tal-att — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Talba intiża li tordna lill-Kummissjoni il-pagament tal-bilanċ li kien dovut skont il-ftehimiet ta’ għotja — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Spejjeż eliġibbli)

29

2017/C 293/33

Kawża T-143/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq magħmul minn Spanja — Għajnuna diretta diżakkoppjata għas-snin tat-talba 2008 u 2009 — Nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll — Determinazzjoni tal-kampjuni ta’ kontroll — Oneru tal-prova — Għajnuna għall-iżvilupp rurali fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León għas-snin tat-talba 2009 u 2010 — Kontrolli fuq il-post — Kontrolli ewlenin — Proporzjonalità)

29

2017/C 293/34

Kawża T-287/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imwettaq mill-Belġju — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Assenza ta’ rkupru li tirriżulta minn negliġenzi imputabbli lil organu ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji kollha possibbli — Proporzjonalità)

30

2017/C 293/35

Kawża T-309/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Cafés Pont vs EUIPO – Giordano Vini (Art’s Cafè) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Art’s Cafè — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2017/C 293/36

Kawża T-780/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Lulju 2017 – Mediaexpert vs EUIPO – Mediaexpert (mediaexpert) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mediaexpert — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti mediaexpert — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti — Ċertifikat ta’ reġistazzjoni tat-trade mark preċedenti — Traduzzjoni — Regoli 37 sa 39 u regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Aspettattivi leġittimi)

31

2017/C 293/37

Kawża T-812/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja Banco Espírito Santo — Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

32

2017/C 293/38

Kawża T-423/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) stabbilit mill-Kunsill — Risposta għat-talbiet inizjali wara soluzzjoni ekwa — Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva — Inammissibbiltà]

32

2017/C 293/39

Kawża T-716/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Pfizer u Pfizer santé familiale vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda — Subintestaturi tariffarji — Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

33

2017/C 293/40

Kawża T-849/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għat-tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

34

2017/C 293/41

Kawża T-883/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-21 ta’ Lulju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni Proċeduri għal miżuri provviżorji — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għall-operar tal-pipeline OPAL — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza

34

2017/C 293/42

Kawża T-130/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Talba tal-Bundesnetzagentur sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet għal deroga mir-regoli tal-Unjoni għall-operat ta’ pipeline tal-gass OPAL — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet għal deroga mir-regoli tal-Unjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2017/C 293/43

Kawża T-131/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – Argus Security Projects vs SEAE (Proċeduri għal miżuri provviżorji — SEAE — Irkupru permezz ta’ tpaċija — Talba għal miżuri provviżorji — Dannu finanzjarju — Dmir ta’ diliġenza — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2017/C 293/44

Kawża T-244/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Dgħajsa tas-sajd — Organizzazzjoni tal-pixkeriji tal-Majjistral tal-Atlantiku — Ammissibbiltà — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ interess)

36

2017/C 293/45

Kawża T-392/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni

36

2017/C 293/46

Kawża T-400/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Deza vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 293/47

Kawża T-421/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2017 – Leino-Sandberg vs Il-Parlament

38

2017/C 293/48

Kawża T-422/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – UF vs EPSO

38

2017/C 293/49

Kawża T-443/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kumissjoni

39

2017/C 293/50

Kawża T-86/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2017 – Aston Martin Lagonda vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ grilja tar-radjatur fil-parti ta’ quddiem ta’ karozza)

40

2017/C 293/51

Kawża T-88/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2017 – Aston Martin Lagonda vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja ta’ radjatur fuq quddiem ta’ vettura)

40

2017/C 293/52

Kawża T-38/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2017 – DQ et vs Il-Parlament

40

2017/C 293/53

Kawża T-203/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – GY vs Il-Kummissjoni

41


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 293/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 283, 28.8.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 277, 21.8.2017

ĠU C 269, 14.8.2017

ĠU C 256, 7.8.2017

ĠU C 249, 31.7.2017

ĠU C 239, 24.7.2017

ĠU C 231, 17.7.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-60/15 P) (1)

((Appell - Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali ta’ dawn l-istituzzjonijiet - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Interess pubbliku fl-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali - Informazzjoni, trażmessa mill-awtoritajiet Ġermaniżi lill-Kummissjoni Ewropea, li tikkonċerna impjanti li jinsabu fit-territorju Ġermaniż ikkonċernati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni marbuta mal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Rifjut parzjali ta’ aċċess))

(2017/C 293/02)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer, F. Clotuche-Duvieusart u P. Mihaylova, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Diċembru 2014, Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni (T-476/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1059) hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Jannar 2013, li tirrifjuta l-aċċess sħiħ għal-lista trażmessa mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sa fejn dan id-dokument jinkludi informazzjoni marbuta ma’ ċerti impjanti ta’ Saint-Gobain, li jinsabu fit-territorju Ġermaniż, li tikkonċerna allokazzjonijiet provviżorji kif ukoll l-attivitajiet u l-livelli ta’ kapaċità fir-rigward ta’ emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju (CO2) matul is-snin 2005 sa 2010, l-effikaċja tal-impjanti u l-kwoti ta’ emissjoni annwali allokat provviżorjament għall-perijodu ta’ bejn is-sena 2013 u s-sena 2020, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura odjerna tal-appell.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit – London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-633/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill qrib mal-prattika tal-isport - Artikolu 133 - Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT - Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku))

(2017/C 293/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: London Borough of Ealing

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippreludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-osservanza tal-kundizzjoni prevista fl-ewwel paragrafu punt (d) tal-Artikolu 133 ta’ din id-direttiva, l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT lill-korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tal-imsemmija direttiva, minkejja li, minn naħa, fl-1 ta’ Jannar 1989, dan l-Istat Membru ma kienx jissuġġetta dawn il-provvisti ta’ servizzi kollha għall-VAT u li, min-naħa l-oħra, il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni ma ġewx eżentati mill-VAT qabel ma l-osservanza tal-imsemmija kundizzjoni ma ġiet imposta.

2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tissuġġetta l-osservanza tal-kundizzjoni prevista fl-ewwel paragrafu punt (d) ta’ din id-direttiva, l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT lill-korpi mingħajr skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tal-imsemmija direttiva, mingħajr ma tiġi applikata din il-kundizzjoni lill-korpi mingħajr skop ta’ lukru minbarra dawk irregolati mid-dritt pubbliku li jwettqu tali provvisti ta’ servizzi.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) et vs Il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Assogalvanica et

(Kawża C-651/15 P) (1)

(“Appell - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) - Artikolu 58(2) - Awtorizzazzjoni - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Eżenzjoni - Regolament li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni”)

(2017/C 293/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO), Adolf Krämer GmbH & Co. KG, AgO Argentum GmbH, et (lista sħiħa fl-appell) (rappreżentanti: C. Mereu, avukat, J. Beck, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u K. Talabér-Ritz, aġenti), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Assogalvanica, Ecometal, Comité européen des traitements de surfaces (CETS), et (lista sħiħa fl-appell) (rappreżentanti: C. Mereu, avukat, J. Beck, Solicitor)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni Ewropea: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Traband, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I ta’ din is-sentenza huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 78, 29.02.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

(Kawża C-701/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Trasport - Kunċett ta’ “esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-finijiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru ta’ ajruporti jew ta’ terminals oħra tat-trasport” - Direttivi 2004/17/KE u 96/67/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ spazji fl-ajruport))

(2017/C 293/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malpensa Logistica Europa SpA

Konvenuta: SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

fil-preżenza ta’: Beta-Trans SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa pubblika għal offerti għall-allokazzjonijiet, anki temporanji, ta’ spazji intiżi għall-groundhandling fl-ajruporti, li ma humiex akkumpanjati mill-ħlas ta’ remunerazzjoni mill-korp li jmexxi l-ajruport.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – INGSTEEL spol. sro, Metrostav as vs Úrad pre verejné obstarávanie

(Kawża C-76/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47(1), (4) u (5) - Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-offerent - Direttivi 89/665/KEE u 2007/66/KE - Appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv)

(2017/C 293/06)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INGSTEEL spol. sro, Metrostav as

Konvenut: Úrad pre verejné obstarávanie

fil-preżenza ta’: Slovenský futbalový zväz

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 47(1)(a) u (4) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix awtorità kontraenti milli teskludi offerent ta’ kuntratt pubbliku, minħabba li dan tal-aħħar ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar il-kapaċità ekonomika u finanzjarja stabbilita mill-avviż tal-kuntratt, dwar il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ minn stabbiliment bankarju li jipprovdi li dan tal-aħħar jintrabat sabiex jagħti self għall-ammont stabbilit f’dan l-avviż tal-kuntratt u sabiex jiggarantixxi lil dan l-offerent id-disponibbiltà ta’ dan l-ammont matul it-tul kollu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2)

LArtikolu 47(5) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta avviż tal-kuntratt ikun jeħtieġ il-produzzjoni ta’ ċertifikat maħruġ minn stabbiliment bankarju skont liema dan tal-aħħar jintrabat li jagħti self għall-ammont stabbilit f’dan l-avviż tal-kuntratt u sabiex jiggarantixxi lil dan l-offerent id-disponibbiltà ta’ dan l-ammont mat-tul kollu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, il-fatt li l-istabbilimenti bankarji mitluba mill-offerent ma jqisux ruħhom f’pożizzjoni li jagħtuh ċertifikat fit-termini hekk ippreċiżati, jista’ jikkostitwixxi “raġuni valida”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li jawtorizza, jekk ikun il-każ, l-imsemmi offerent jipprova l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor ikkunsidrat xieraq mill-awtorità kontraenti, sakemm dan l-offerent kien fl-impossibbiltà oġġettiva li jipproduċi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2017.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Radosław Szoja vs Sociálna poisťovňa

(Kawża C-89/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Persuna li teżerċita attività bil-paga u attività bħala persuna li taħdem għal rasha f’żewġ Stati Membri differenti - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 13(3) - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 14(5b) - Artikolu 16 - Effetti tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Inammissibbiltà))

(2017/C 293/07)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Radosław Szoja

Konvenut: Sociálna poisťovňa

fil-preżenza ta’: WEBUNG, s.r.o.

Dispożittiv

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward ta’ persuna, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li teżerċita normalment attività bil-paga u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(5b) u fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 465/2012.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-129/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Artikoli 19 u 193 TFUE - Direttiva 2004/35/KE - Applikabbiltà ratione materiae - Tniġġis tal-arja minħabba inċinerazzjoni illegali ta’ skart - Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum tal-proprjetarju tal-art li fuqha seħħ it-tniġġis u ta’ min iniġġes))

(2017/C 293/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Túrkevei Tejtermelő Kft.

Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali moqrija fid-dawl tal-Artikoli 191 u 193 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, tidentifika, minbarra l-operaturi tal-artijiet li fuqhom twettaq tniġġis illegali, kategorija oħra ta’ persuni responsabbli in solidum ta’ tali dannu ambjentali, jiġifieri l-proprjetarji tal-artijiet, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-proprjetarji u t-tniġġis ikkonstatat, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ma’ kull dispożizzjoni rilevanti tat-Trattati tal-UE u tal-FUE u ta’ atti sekondarji tal-Unjoni.

2)

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35 u l-Artikolu 193 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35, huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-proprjetarji tal-artijiet li fuqhom twettaq tniġġis illegali mhux biss jinżammu responsabbli in solidum flimkien mal-operaturi ta’ dawn l-artijiet, għal tali dannu ambjentali, iżda jistgħu wkoll jiġu imposti multa mill-awtorità nazzjonali kompetenti, bil-kundizzjoni li tali leġiżlazzjoni tkun xierqa sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għan tal-protezzjoni msaħħa u li l-modalitajiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Christian Ferenschild vs JPC Motor SA

(Kawża C-133/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti ta’ konsum - Direttiva 1999/44/KE - Artikolu 5(1) - Terminu tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ - Terminu ta’ preskrizzjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) - Oġġetti użati - Limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ))

(2017/C 293/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Ferenschild

Konvenuta: JPC Motor SA

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola ta’ Stat Membru li tippermetti li t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-konsumatur ikun ta’ inqas minn sentejn mill-kunsinna tal-oġġett meta l-imsemmi Stat Membru jkun għamel użu mill-fakultà mogħtija permezz tat-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u meta l-bejjiegħ u l-konsumatur ikunu ftiehmu dwar terminu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ ta’ inqas minn sentejn, jiġifieri ta’ sena, għall-oġġett użat ikkonċernat.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-151/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku - Artikolu 14(1)(ċ) - Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni Ewropea u għall-produzzjoni tal-elettriku abbord dgħajjes - Karburant użat minn bastiment sabiex ibaħħar mill-post fejn inbena għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu))

(2017/C 293/10)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Vakarų Baltijos laivų statykla” UAB

Konvenuti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-karburant użat sabiex bastiment ibaħħar, mingħajr merkanzija, minn port ta’ Stat Membru, f’dan il-każ dak ta’ fejn dan il-bastiment inbena, għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemm jimbarka merkanzija qabel ma sussegwentement tiġi ttrasportata għal port tat-tielet Stat Membru.

2)

L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-provvista ta’ prodotti ta’ enerġija lil bastiment twettqet mingħajr ma ġew issodisfatti r-rekwiżiti formali previsti minn din il-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-provvista hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kollha previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – E vs Subdelegación del Gobierno en Álava

(Kawża C-193/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Direttiva 2004/38/KE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) - Limitazzjoni tad-dritt ta’ dħul u tad-dritt ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika - Tneħħija mit-territorju minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika - Aġir li jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement gravi għal interess fundamentali tas-soċjetà - Theddida reali u attwali - Kunċett - Ċittadin tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru ospitanti fejn jiskonta piena ta’ priġunerija mogħtija bħala repressjoni ta’ reati repetuti ta’ abbużi sesswali fuq minuri))

(2017/C 293/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Álava

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li persuna tkun qed tiskonta ħabs fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija, mingħajr prospettiva ta’ ħelsien fil-futur qrib, ma teskludix li l-aġir tagħha jirrappreżenta, skont il-każ, għal interess fundamentali tas-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti, theddida ta’ natura reali u attwali.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Verden – il-Ġermanja) – Ute Kleinsteuber vs Mars GmbH

(Kawża C-354/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 1, 2 u 6 - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Pensjoni tal-irtirar ta’ impriża - Direttiva 97/81/KE - Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time - Klawżola 4(1) u (2) - Modalitajiet għall-kalkolu tad-drittijiet kweżiti għall-pensjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru - Trattament differenti tal-ħaddiema part-time))

(2017/C 293/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Verden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ute Kleinsteuber

Konvenuta: Mars GmbH

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata, u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu tal-ammont ta’ pensjoni tal-irtirar ta’ impriża, tagħmel distinzjoni bejn id-dħul mix-xogħol li huwa iktar baxx mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja u d-dħul mix-xogħol li jeċċedi dan il-limitu, b’mod li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-dħul minn impjieg part-time billi tikkalkola l-ewwel id-dħul minn impjieg full-time korrispondenti, billi tiddetermina l-proporzjonijiet rispettivament ’il fuq u ’l isfel mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u sussegwentement billi tapplika dan il-proporzjon fuq id-dħul imnaqqas tal-impjieg part-time.

2)

Il-klawżola 4(1) u (2) tal-imsemmi ftehim u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu tal-ammont ta’ pensjoni tal-irtirar ta’ impriża ta’ impjegat li ħadem parzjalment full-time u parzjalment part-time, tiddetermina rata ta’ attività uniformi għaż-żmien kollu tar-relazzjoni tal-impjieg, sa fejn dan il-metodu ta’ kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar ma jiksirx ir-regola tal-pro rata temporis. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ.

3)

L-Artikoli 1 u 2 kif ukoll l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġizlazzjoni nazzjonali li tipprevedi pensjoni tal-irtirar ta’ impriża li l-ammont tagħha jikkorrispondi għar-relazzjoni bejn l-anzjanità u t-tul taż-żmien bejn id-dħul fis-servizz fl-impriża u l-età normali tal-irtirar stabbilita mill-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja, u għalhekk b’limitu tas-snin tal-karriera li jistgħu jingħaddu.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited

(Kawża C-368/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, taħt ċerti kundizzjonijiet, id-dritt tal-parti danneġġjata li taġixxi direttament kontra min jassigura tal-persuna responsabbli ta’ inċident - Klawżola li tagħti ġurisdizzjoni konkluża bejn min jassigura u l-awtur tad-dannu))

(2017/C 293/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Assens Havn

Konvenuta: Navigators Management (UK) Limited

Dispożittiv

Il-punt (5) tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, meqjus flimkien mal-punt (2)(a) tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li vittma li għandha azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-awtur tad-dannu li ssubixxiet ma tistax tiġi marbuta permezz ta’ klawżola li tagħti ġurisdizzjoni konkluża bejn dan l-assiguratur u dan l-awtur.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-388/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa))

(2017/C 293/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u A. Rubio González, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri fl-20 ta’ Settembru 2015, il-miżuri li kienet tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2014, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-576/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2430), Ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljuni.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Bayerische Motoren Werke AG vs Acacia Srl

(Kawża C-433/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 81 u 82 - Azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni - Ġurisdizzjoni tat-tribunali tad-disinni Komunitarji tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun iddomiċiljat))

(2017/C 293/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG

Konvenuta: Acacia Srl

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li eċċezzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita, imqajma fl-ewwel att ta’ difiża b’mod sussidjarju fir-rigward ta’ eċċezzjonijiet proċedurali oħra mqajma fl-istess att, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita u għaldaqstant ma twassalx għal estensjoni ta’ ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni msemmija fl-Artikolu 81(b) ta’ dan ir-regolament għandhom, meta l-konvenut ikun iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, jiġu ppreżentati quddiem il-qrati tad-disinni Komunitarji ta’ dan l-Istat Membru, sakemm ma jkunx hemm estensjoni tal-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 23 jew 24 tar-Regolament Nru 44/2001, u dan suġġett għall-każijiet ta’ lis pendens u ta’ konnessjoni koperti mill-imsemmija regolamenti.

3)

Ir-regola ta’ ġurisdizzjoni ddikjarata fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 ma tapplikax għall-azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni msemmija fl-Artikolu 81(b) tar-Regolament Nru 6/2002.

4)

Ir-regola ta’ ġurisdizzjoni ddikjarata fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 ma tapplikax għal talbiet ta’ konstatazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u ta’ kompetizzjoni żleali li jkunu konnessi ma’ azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni ta’ disinn Komunitarju sa fejn billi jintlaqgħu dawn it-talbiet ikun hemm presuppożizzjoni li tkun intlaqgħet din l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontravenzjoni.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/12


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 minn Vatseva mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-7 ta’ April 2017 fil-Kawża T-920/16, Vatseva vs Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

(Kawża C-231/17 P)

(2017/C 293/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Vatseva (rappreżentant: K. Mladenova, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Lulju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Mejju 2017 – Coöperatie Mobilisation for the Environment UA, Vereniging Leefmilieu vs College van gedeputeerde staten van Limburg, College van gedeputeerde staten van Gelderland

(Kawża C-293/17)

(2017/C 293/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coöperatie Mobilisation for the Environment UA, Vereniging Leefmilieu

Konvenuti: College van gedeputeerde staten van Limburg, College van gedeputeerde staten van Gelderland

Domandi preliminari

1)

Attività li ma taqax taħt il-kunċett ta’ proġett fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, minħabba li ma hijiex intervent fiżiku fl-ambjent naturali tista’ tkun proġett fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, minħabba li din l-attività tista’ jkollha konsegwenzi sinjifikattivi għal żona Natura 2000?

2)

Jekk jiġi aċċettat li l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija huwa proġett, għandu għalhekk, meta din l-applikazzjoni sseħħ b’mod legali qabel ma l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, jsir applikabbli għal żona Natura 2000 u li huwa dejjem ipprattikat attwalment, jiġi kkunsidrat li dan huwa l-istess proġett wieħed, anki jekk din l-applikazzjoni mhux dejjem isseħħ fuq l-istess biċċiet ta’ art, fl-istess kwantitajiet u skont l-istess tekniki?

Huwa rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk dan huwiex l-istess proġett wieħed li d-depożiti ta’ nitroġenu kkawżati bl-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija ma żdiedux wara li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, sar applikabbli għaż-żona Natura 2000?

3)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, jipprekludi leġiżlazzjoni legali li għandha bħala għan li teżenta mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni attività li hija indissolubbilment marbuta ma’ proġett u li għalhekk għandha wkoll titqies bħala proġett, bħal, pereżempu, ir-ragħha ta’ bhejjem fit-trobbija ta’ baqar tal-ħalib, eżenzjoni li permezz tagħha ebda awtorizzazzjoni individwali ma hija meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ din l-attività, peress li l-konsegwenzi tal-attività legali mingħajr awtorizzazzjoni ġew meqjusa xierqa matul l-adozzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni legali?

3a)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, jipprekludi leġiżlazzjoni legali intiża sabiex teżenta mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni kategorija partikolari ta’ proġetti, bħal, pereżempju, l- applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija, eżenzjoni li permezz tagħha din l-attività hija leċita mingħajr awtorizzazzjoni individwali, peress li l-konsegwenzi tal-proġetti permessi mingħajr awtorizzazzjoni ġew meqjusa xierqa waqt l-adozzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni legali?

4)

L-evalwazzjoni xierqa li fuqha hija bbażata l-eżenzjoni tal-obbligu ta’ awtorizzazzjoni prevista favur ir-ragħa tal-bhejjem u tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija, evalwazzjoni li fiha l-awturi bbażaw ruħhom fuq il-kobor u fuq l-intensità, effettivi u antiċipati, ta’ dawn l-attivitajiet u kkonkludew li bħala medja, żieda tad-depożiti ta’ nitroġenu kkawżata minn dawn l-attivitajiet setgħet tiġi eskluża, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa?

4a)

Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-eżenzjoni tal-obbligu ta’ awtorizzazzjoni tkun marbuta mal-Programma Aanpak Stikstof 2015-2021 (il-PAS), li huwa bbażat fuq il-premessa ta’ tnaqqis tal-kwantità totali ta’ depożiti ta’ nitroġenu li jinstabu f’siti naturali sensittivi għan-nitroġenu li jinsabu f’żoni Natura 2000 u li l-iżvilupp tad-depożiti ta’ nitroġenu fiż-żoni Natura 2000 jkun, fil-kuntest ta’ dan il-programm, suġġett għal monitoraġġ annwali u li skont il-bżonn, jittieħdu miżuri ta’ aġġustament meta jidher li t-tnaqqis huwa inqas minn dak li kien ġie stabbilit fl-evalwazzjoni xierqa mwettqa għall-finijiet ta’ dan il-programm?

5)

L-effetti pożittivi li miżuri ta’ konservazzjoni u miżuri xierqa li ġew adottati għal żoni eżistenti ta’ tipi ta’ habitat u ta’ bijotopi fl-eżekuzzjoni ta’ obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, li twettqet għall-finijiet ta’ programm bħall-Programma Aanpak Stikstof 2015-2021?

5a)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 5: l-effetti pożittivi ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ miżuri xierqa jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’evalwazzjoni xierqa mwettqa għall-finijiet ta’ programm meta fil-mument tat-twettiq tal-evalwazzjoni xierqa, dawn il-miżuri ma kinux għadhom ġew implementati u li l-effetti pożittivi tagħhom ma kinux għadhom seħħew?

Huwa rilevanti f’dan ir-rigward, jekk kellu jitqies li l-evalwazzjoni xierqa tinkludi konstatazzjonijiet definittivi li jikkonċernaw l-effetti ta’ dawn il-miżuri, konstatazzjonijiet ibbażati fuq l-għerf xjentifiku l-iktar avvanzat, li l-eżekuzzjoni u r-riżultat ta’ dawn il-miżuri huma suġġetti għal monitoraġġi regolari u li, meta minn monitoraġġ jirriżulta li l-effetti huma inqas favorevoli mill-ipoteżi li fuqha kienet ibbażata l-evalwazzjoni xierqa, miżuri ta’ aġġustament ser jittieħdu skont il-bżonn?

6)

L-effetti pożittivi tat-tnaqqis awtonomu tad-depożiti ta’ nitroġenu li ser jimmanifesta ruħu matul il-perijodu ta’ validità tal-Programma Aanpak Stikstof 2015-2021 jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa?

Huwa rilevanti f’dan ir-rigward, jekk kellu jitqies li l-evalwazzjoni xierqa tinkludi konstatazzjonijiet definittivi li jikkonċernaw l-effetti ta’ dawn il-miżuri, konstatazzjonijiet ibbażati fuq l-għerf xjentifiku l-iktar avvanzat, li t-tnaqqis awtonomu tad-depożiti ta’ nitroġenu kien is-suġġett ta’ monitoraġġi regolari u li, meta minn monitoraġġ jirriżulta li l-effetti huma inqas favorevoli mill-ipoteżi li fuqha kienet ibbażata l-evalwazzjoni xierqa, miżuri ta’ aġġustament ser jittieħdu skont il-bżonn?

7)

Miżuri ta’ ripristinar li ġew adottati fil-kuntest tal-Programma Aanpak Stikstof 2015-2021 u li għandhom bħala għan li jipprekludu li fattur li jniġġes partikolari, bħal depożitu ta’ nitroġenu, jista’ jkollu konsegwenzi dannużi għal żoni eżistenti ta’ tipi ta’ habitats u ta’ bijotopi jistgħu jiġu kklassifikati bħala miżuri ta’ protezzjoni fis-sens tal-punt 28 tas-sentenza li l-Qorti tal-Ġustizzja tat fil-15 ta’ Mejju 2014 fil-kawża Briels, EU:C:2014:330, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa?

7a)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 7: l-effetti pożittivi ta’ miżuri ta’ protezzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa jistgħu jittieħdu inkunisderazzjoni fiha meta fil-mument li din titwettaq, dawn il-miżuri ma kinux għadhom ġew eżegwiti u ma kinux għadhom ipproduċew l-effetti pożittivi tagħhom?

Huwa rilevanti f’dan ir-rigward, jekk kellu jitqies li l-evalwazzjoni xierqa tinkludi konstatazzjonijiet definittivi li jikkonċernaw l-effetti ta’ dawn il-miżuri, konstatazzjonijiet ibbażati fuq l-għerf xjentifiku l-iktar avvanzat, li l-eżekuzzjoni u r-riżultat ta’ dawn il-miżuri jkunu suġġetti għal monitoraġġi regolari u li, meta minn monitoraġġ jirriżulta li l-effetti huma inqas favorevoli mill-ipoteżi li fuqha kienet ibbażata l-evalwazzjoni xierqa, miżuri ta’ aġġustament ser jittieħdu skont il-bżonn?

8)

Is-setgħa li timponi obbligi li l-Artikolu 2.4 tal-Wet natuurbescherming jagħti lill-awtorità kompetenti u li hija għandha tagħmel użu minnha meta l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ żona Natura 2000 jeħtieġu dan hija strument preventiv suffiċjenti ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, f’dak li jikkonċerna r-ragħa ta’ bhejjem u l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija?


(1)  ĠU 2012, L 26, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Mejju 2017 – Stichting Werkgroep Behoud de Peel vs College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

(Kawża C-294/17)

(2017/C 293/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Werkgroep Behoud de Peel

Konvenut: College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), (iktar ’il quddiem id-“direttiva dwar il-habitat”), jipprekludi dispożizzjoni legali li hija intiża li teżenta mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni, proġetti u inizjattivi oħra li jiġġeneraw depożiti ta’ nitroġenu li ma jeċċedux limitu kwantitattiv jew valur massimu u b’hekk huma awtorizzati mingħajr il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni individwali, suġġett għall-premessa li l-effett tal-proġetti kollha u ta’ inizjattivi oħra meqjusa flimkien li jistgħu jibbenefikaw mis-sistema legali ikun ġie evalwat b’mod xieraq għall-finijet tal-adozzjoni tal-imsemmija sistema legali?

2)

L-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tipprekludi li evalwazzjoni xierqa ta’ programm li fih tiġi evalwata kwantità iddeterminata totali ta’ depożiti ta’ nitroġenu tintuża bħala bażi għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni individwali) għal proġett jew inizjattiva oħra li jiġġeneraw depożiti ta’ nitroġenu konformi mal-marġni ta’ depożitu evalwat fil-kuntest tal-programm?

3)

F’evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE imwettqa għall-programm bħall-PAS 2015-2021, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett pożittiv ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u tal-miżuri xierqa għal żoni eżistenti tat-tipi ta’ habitats naturali u ta’ habitats ta’ speċi, li jiġu adottati skont obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(1) u (2) ta’ tali direttiva?

3a.

F’każ li t-tielet domanda tingħata risposta pożittiva, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti pożittivi ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u tal-miżuri xierqa miżuri f’evalwazzjoni xierqa għal programm dment li, fil-mument tal-evalwazzjoni xierqa, dawn ikunu għadhom ma ġewx attwati u l-effetti pożittivi tagħhom jkunu għadhom ma ġewx prodotti?

Jekk jiġi preżunt li l-evalwazzjoni xierqa tkun tinkludi konklużjonijiet definittivi dwar l-effett ta’ dawn il-miżuri bbażati fuq il-konoxxenzi xjentifiċi iktar avvanzati f’dan il-qasam, ikun rilevanti li l-attwazzjoni u r-riżultat ta’ tali miżuri jiġu ssorveljati u, jekk jirriżulta li l-effett ikun inqas favorevoli minn dak previst fl-evalwazzjoni xierqa, titwettaq korrezzjoni, jekk din tkun neċessarja?

4)

L-effetti pożittivi tat-tnaqqis awtonomu tad-depożiti tan-nitroġenu li jimmanifesta ruħu fil-perijodu li matulu jkun fis-seħħ il-Programm Aanpak Stikstof 2015-2021 jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE?

Jekk jiġi preżunt li l-evalwazzjoni xierqa tkun tinkludi konklużjonijiet definittivi dwar dawn l-iżviluppi bbażati fuq il-konoxxenzi xejntifiċi iktar avvanzati f’dan il-qasam, ikun rilevanti li t-tnaqqis awtonomu tad-depożiti tan-nitroġenu jiġi ssorveljat u, jekk jirriżulta li l-effett ikun inqas favorevoli minn dak previst fl-evalwazzjoni xierqa, titwettaq korrezzjoni, jekk din tkun neċessarja?

5)

Il-miżuri ta’ riparazzjoni, adottatati fil-kuntest tal-PAS 2015-2021, maħsuba sabiex jipprevjenu li fattur iddeterminat li jniġġeż, bħad-depożitu tan-nitroġenu, jaffettwa b’mod negattiv iż-żoni eżistenti tat-tipi ta’ habitats naturali u ta’ habitats ta’ speċi, jistgħu jiġu kklassifikati bħala miżuri ta’ protezzjoni fis-sens tal-punt 28 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Mejju 2014, Briels, ECLI:EU:C:2014:330, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE?

5a.

F’każ li l-ħames domanda tingħata risposta pożittiva, l-effetti pożittivi tal-miżuri ta’ protezzjoni, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni jekk fil-mument tal-evalwazzjoni xierqa tali miżuri ikunu għadhom ma ġewx attwati u l-effetti pożittivi tagħhom jkunu għadhom ma ġewx prodotti?

Jekk jiġi preżunt li l-evalwazzjoni xierqa tkun tinkludi konklużjonijiet definittivi dwar l-effetti ta’ dawn il-miżuri bbażati fuq il-konoxxenzi xejntifiċi iktar avvanzati f’dan il-qasam, ikun rilevanti li l-attwazzjoni u r-riżultat ta’ tali miżuri jiġu ssorveljati u, jekk jirriżulta li l-effett ikun inqas favorevoli minn dak previst fl-evalwazzjoni xierqa, titwettaq korrezzjoni, jekk din tkun neċessarja?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW) et vs Z

(Kawża C-326/17)

(2017/C 293/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directie van de Dienst Wegverkeer (RDW), X, Y

Konvenut: Z

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (1), hija applikabbli għal vetturi bil-mutur li kienu jeżistu qabel id-29 ta’ April 2009, data li fiha l-Istati Membri adottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw rwieħhom mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2)?

2)

Vettura bil-mutur magħmula minn komponenti essenzjali mibnija qabel l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE […], u minn naħa oħra, minn komponenti essenzjali miżjuda biss wara l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, hija vettura bil-mutur li kienet diġà teżisti qabel l-applikazzjoni tad-direttiva jew din il-vettura bil-mutur ġiet mibnija wara l-applikazzjoni tal-imsmemija direttiva?

3)

Fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/37/KE […], l-obbligu ta’ rikonoxximent taħt l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva japplika b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni ma ġietx ikkompilata skont kodiċijiet Komunitarji determinati (li saru obbligatorji abbażi tal-annessi ta’ din id-Direttiva) fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fejn din l-informazzjoni tkun faċilment identifikabbli?

4)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/37/KE […], huwa permess li jiġi rrikonoxxut ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, iżda li l-vettura tiġi suġġetta xorta waħda għal kontroll tekniku, skont l-Artikolu 24(6) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, […] u, jekk il-vettura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi tal-Istat Membru, li jiġi rrifjutat il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351.

(2)  ĠU 2007, L 263, p. 1.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Germanwings GmbH

(Kawża C-330/17)

(2017/C 293/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V.

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

1)

In-nollijiet tal-ajru għas-servizzi tal-ajru intra-Komunitarji li għandhom jiġu speċifikati skont it-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 (1), għandhom jiġu indikati f’valuta partikolari, sa fejn dawn ma humiex espressi f’euro?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermettiv għall-ewwel domanda:

F’liema valuta nazzjonali jistgħu n-nollijiet imsemmija fl-Artikolu 2(18) u fit-tieni u fit-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 jiġu indikati, meta trasportatur tal-ajru stabbilit fi Stat Membru (f’dan il-każ il-Ġermanja) jippromwovi u joffri lil konsumatur fuq l-internet servizz tal-ajru li l-post ta’ tluq tiegħu jinsab fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ ir-Renju Unit)?

Il-fatt li, f’dan il-kuntest, it-trasportatur tal-ajru juża għall-offerta indirizz tal-internet b’domain tal-ogħla livell speċifiku għal pajjiż (www.germanwings.de fil-każ ineżami), li jirreferi għall-Istat Membru tas-sede tiegħu, u li l-konsumatur ikun jinsab f’dan l-Istat Membru huwa determinanti?

Huwa sinjifikattiv il-fatt li t-trasportaturi tal-ajru kollha jew il-maġġoranza kbira ħafna tagħhom jindikaw in-nollijiet inkwistjoni fil-valuta nazzjonali fis-seħħ fil-post tat-tluq?


(1)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, p. 3).


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – S vs EA et

(Kawża C-367/17)

(2017/C 293/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S

Konvenuti: EA, EB, EC

Domandi preliminari

1)

Id-deċiżjoni dwar talba, imressqa fil-15 ta’ Frar 2007 lill-awtorità nazzjonali kompetenti – f’dan il-każ id-Deutsche Patent- und Markenamt (uffiċċju Ġermaniż tal-privattivi u tat-trade marks] –, dwar bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta fis-sens li l-qtugħ u l-imballaġġ tal-prodott – f’dan il-każ il-Schwarzwälder Schinken – jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni għandha tingħata abbażi tar-Regolament Nru 510/2006 (1) fis-seħħ fid-data tat-tressiq tat-talba jew fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1151/2012 (2) fis-seħħ fid-data tad-deċiżjoni?

2)

Fl-ipoteżi fejn id-deċiżjoni għandha tingħata fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1151/2012 attwalment fis-seħħ:

2.1

a)

Iċ-ċirkustanza li trasport inadegwat tal-prodott bl-iskop tal-ipproċessar (qtugħ u imballaġġ) f’reġjuni oħra jista’ jkollu effett dannuż fuq it-togħma awtentika, il-kwalità awtentika u l-konservazzjoni tikkostitwixxi, mill-perspettiva tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott, argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 li l-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?

b)

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-qtugħ u tal-imballaġġ previsti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li ma jmorrux lil hinn mill-kriterji fis-seħħ fil-qasam ta’ iġjene alimentari jikkostitwixxu, mill-perspettiva tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott, argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 li l-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?

2.2

a)

Il-fatt li l-kontrolli (tal-produtturi) li għalhekk ser ikunu possibbli f’dan ir-rigward fir-reġjun ta’ produzzjoni [Artikolu 7(1)(g) flimkien mal-Artikolu 36(3)(a) u l-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1151/2012] joffru intensità ta’ kontroll ogħla u, b’mod ġenerali, garanzija aħjar milli l-kontrolli (tal-abbużi) fis-sens tal-Artikolu 36(3)(b) flimkien mal-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1151/2012 jista’ bħala prinċipju jitqies bħala argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 id-dispożizzjoni prevista mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, li skont din il-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?

b)

Fil-każ fejn tingħata risposta negattiva għad-domanda 2.2 a):

Evalwazzjoni oħra tkun iġġustifikata meta l-prodott huwa prodott li t-talba għalih hija tant kbira fil-livell interreġjonali li, fil-parti l-kbira, jinqata’ u jiġi suġġett għal imballaġġ barra mir-reġjun ta’ produzzjoni, inkluż meta każijiet konkreti ta’ użu frawdolenti, fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1151/2012, tal-indikazzjoni ġeografika protetta sal-lum ma ġewx ikkonstatati?

2.3

Il-fatt li, jekk dan ma jseħħx, it-traċċabbiltà tal-prodott ipproċessat ma hijex assigurata b’mod ċert jista’ jitqies bħala argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 dispożizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta li skont din il-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?

F’dan il-kuntest, għandha importanza ċ-ċirkustanza li

a)

skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3) flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011, tad-19 ta’ Settembru 2011, dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (4), it-traċċabbiltà tal-ikel, b’mod partikolari dak li joriġina mill-annimali, għandha tiġi żgurata;

b)

it-traċċabbiltà tal-prodott għandha tiġi żgurata permezz tal-parteċipazzjoni ta’ dawk li jipproċessaw il-prodott f’sistemi privati ta’ sigurtà, legalment volontarji, iżda fil-prattika obbligatorji?

2.4

Fil-faż fejn tingħata risposta affermattiva għal waħda mid-domandi 2.1 sa 2.3:

Jista’ jew għandu, ikun previst mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, inkwantu mezz inqas vinkolanti meta pparagunat maċ-ċaqliq lura obbligatorju tal-qtugħ u tal-imballaġġ fir-reġjun ta’ produzzjoni, li dawk li jipproċessaw il-prodott stabbiliti barra mir-reġjun ta’ produzzjoni għandhom jissottomettu ruħhom f’dan ir-rigward għal kontroll mill-awtoritajiet u mill-organi kompetenti għall-kontrolli fir-reġjun ta’ produzzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt [Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 1151/2012]?

3)

Fil-każ fejn id-deċiżjoni għandha tittieħed fuq il-bażi tar-Regolament Nru 510/2006 (ara d-domanda 1), il-qorti tar-rinviju titlob li tingħata risposta għad-domandi magħmula fil-punt 2 abbażi ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari tal-Artikolu 4(2)(e) tiegħu flimkien mal-Artikolu 8 u mal-premessa 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (5)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġett tal-ikel, ĠU 2008, L 335M, p. 213.

(2)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, ĠU L 343, p. 1.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463.

(4)  ĠU L 242, p. 2.

(5)  ĠU L 322M, p. 364.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Shajin Ahmed vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-369/17)

(2017/C 293/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Shajin Ahmed

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domanda preliminari

Mill-kliem “hija tkun ikkommettiet delitt serju” użat fl-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja (1), u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, jirriżulta li huwa biss abbażi tal-piena inflitta għal delitt partikolari skont id-dritt tal-Istat Membru partikolari li għandu jiġi ddeterminat jekk l-applikant wettaqx delitt li abbażi tiegħu huwa jista’ jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja?


(1)  ĠU L 337, p. 9.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Konkurrensverket vs SJ AB

(Kawża C-388/17)

(2017/C 293/23)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Konkurrensverket

Konvenuta: SJ AB

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżisti netwerk fil-qasam ta’ servizzi ta’ trasport meta jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport fuq netwerk ferrovjarju amministrat mill-Istat għal traffiku ferrovjarju nazzjonali u internazzjonali skont dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 2012/34 (2), li jinvolvu l-allokazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ infrastruttura ferrovjarja fuq il-bażi ta’ talbiet minn impriżi ferrovjarji u r-rekwiżit li t-talbiet kollha jintlaqgħu sa fejn huwa possibbli?

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja bħal dik imsemmija mid-Direttiva 2012/34 u li tinvolvi l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku fuq netwerk ferrovjarju tikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni jew operat ta’ netwerk fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).

(2)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, p. 32).


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Sindicatul Energia Oradea vs SC Termoelectrica SA

(Kawża C-392/17)

(2017/C 293/24)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicatul Energia Oradea

Konvenuta: SC Termoelectrica SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 50/1999, hekk kif interpretat bid-Deċiżjoni Nru 9/2016 mogħtija mill-ÎCCJ [Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti suprema ta’ kassazzjoni, ir-Rumanija)] fl-interessi tal-liġi – deċiżjoni li torbot il-qrati komuni, li bis-saħħa tagħha l-impjiegi li jaqgħu taħt il-gruppi I u II huma dawk rigorożament u strettament previsti fl-annessi 1 u 2 tad-Digriet, u l-korpi ġudizzjarji ma jistgħux jestendu d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet għal każijiet simili oħra, bil-konsegwenza li ma jistgħux jiġu rrikonoxxuti lill-ħaddiema l-benefiċċji ta’ rtirar, dovuti għall-kundizzjonijiet ta’ xogħol iebsin li fihom l-ex ħaddiema eżerċitaw l-attività tagħhom – huma konformi mal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE (1) u tad-direttivi speċifiċi suċċessivi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/20


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-399/17)

(2017/C 293/25)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

Tikkonstata li billi rrifjutat li tiggarantixxi li tittrasferixxi lura l-materjal TPS-NOLO (Geobal) ittrasferit mir-Repubblika Ċeka lejn Katowice, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (1);

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Il-materjal TPS-NOLO, li ġie ttrasferit mir-Repubblika Ċeka għat-territorju tar-Repubblika tal-Polonja u li huwa provenjenti minn skart perikoluż ta’ landfill (il-laguni ta’ Ostramo) jinħażen f’landfill oħra fit-territorju tar-Repubblika Ċeka u li huwa kklassifikat bħala skart tal-qatran wara raffinament, iddistillar jew trattament pirolotiku ta’ materjal organiku, huwa kkunsidrat mill-awtoritajiet Pollakki bħala skart li jaqa’ taħt l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar vjeġġi ta’ skart”).

2.

Minħabba l-fatt li r-Repubblika Ċeka tikkontesta l-klassifikazzjoni tas-sustanza inkwistjoni bħala skart u fuq il-bażi tar-reġistrazzjoni tal-materjal konformement mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”), ingħata lok għal sitwazzjoni ta’ kunflitt li hija rregolata mill-Artikolu 28(1) tar-Regolament dwar vjeġġi ta’ skart inkwantu jipprevedi li l-materjal inkwistjoni għandu jitqies bħallikieku kien skart.

3.

Ir-reġistrazzjoni tal-materjal konformement mar-Regolament REACH bl-ebda mod ma tiggarantixxi li l-użu tas-sustanza ma tagħtix lok għal effetti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, jew li s-sustanza inkwistjoni tieqaf b’mod awtomatiku milli tkun skart. Fil-każ ta’ assenza ta’ deċiżjoni nazzjonali li tikkonstata li s-sustanza inkwistjoni laħqet stat li fih l-iskart jieqaf milli jkun tali, ma jkunx jista’ jitqies li r-reġistrazzjoni ta’ din is-sustanza konformement mar-Regolament REACH hija valida fuq il-bażi tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmi regolament.

4.

Peress li s-sustanza inkwistjoni ġiet ittrasferita lilhinn mill-fruntieri mingħajr notifika, dan it-trasferiment għandu jitqies bħala “vjeġġ illegali” gis-sens tal-Artikolu 2(35)(a) tar-Regolament dwar vjeġġi ta’ skart. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ spedizzjoni għandhom jinformaw lilhom infushom b’mod xieraq sabiex jiggarantixxu li l-iskart ikkonċernat jittieħed lura konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament, ħaġa li r-Repubblika Ċeka tirrifjuta li tagħmel u dan mingħajr ġustifikazzjoni. Dan l-obbligu ma huwiex kuntrarju għall-Artikolu 128 tar-Regolament REACH, li jiggarantixxi l-moviment liberu tas-sustanzi, tat-taħlitiet jew tal-oġġetti fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament REACH, peress li l-iskart huwa espressament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament (ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament REACH).


(1)  ĠU 2006 L 190, p. 1.

(2)  ĠU 2006 L 396, p. 1.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – A vs Migrationsverket

(Kawża C-404/17)

(2017/C 293/26)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Migrationsverket

Domanda preliminari

Applikazzjoni li fiha l-informazzjoni, pprovduta mill-applikant, li hija meqjusa bħala affidabbli – u li sservi għalhekk bħala bażi għall-eżami tal-imsemmija applikazzjoni, iżda insuffiċjenti sabiex tistabbilixxi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi li l-informazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini tindika li l-awtoritajiet joffru protezzjoni aċċettabbli, għandha tiġi meqjusa bħala manifestament infondata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva riformulata 2013/32? (1)


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU 2013 L 180, p. 60).


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/22


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-416/17)

(2017/C 293/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, aġent, W. Roels, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi żammet l-effetti tad-dispożizzjonijiet intiżi għall-eliminazzjoni tat-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi li tippermetti lil kumpannija omm li tnaqqas mit-taxxa, li hija suġġetta għaliha matul it-tqassim mill-ġdid lill-azzjonijisti tagħha ta’ dividendi mħallsa mis-sussidjarji tagħha, il-vantaġġ fiskali mehmuż mat-tqassim ta’ dawn id-dividendi jekk dan ikun ġej minn sussidjarja stabbilita fi Franza, iżda ma toffrix tali possibbiltà jekk dawn id-dividendi ġejjin minn sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, peress li din il-leġiżlazzjoni ma tagħtix id-dritt, f’dan l-aħħar każ, ta’ vantaġġ fiskali marbut mat-tqassim ta’ dawn id-dividendi minn din is-sussidjarja sal-punt li, skont il-ġurisprudenza tal-Conseil d’État (kunsill tal-istat), intlaqgħu talbiet għal rimbors ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-310/09 Accor (1) li hija suġġetta għat-tliet restrizzjonijiet li ġejjin:

id-dritt għar-rimbors tat-taxxa imħallsa illegalment huwa ristrett mir-rifjut li tittieħed inkunsiderazzjoni t-taxxa imposta fuq is-sottosussidjarji stabbiliti barra minn Franza;

id-dritt għar-rimbors tat-taxxa imħallsa illegalment huwa ristrett minn rekwiżiti sproporzjonati f’dak li jikkonċerna l-prova;

id-dritt għar-rimbors tat-taxxa imħallsa illegalment huwa ristrett mil-limitazzjoni tal-vantaġġ fiskali għal terz tal-ammont tad-dividendi mqassma fi Franza li ġej minn sussidjarja stabbilita barra minn Franza, u filwaqt li l-Conseil d’État, qorti amministrattiva li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, stabbilit dawn ir-restrizzjonijiet mingħajr ma’ tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja għad-determinazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ dawn ir-restrizzjonijiet mad-dritt tal-Unjoni,

ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, u taħt l-Artikolu 49, l-Artikolu 63 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

tikkundanna lil Ir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea tilmenta li Franza, permezz tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Conseil d’État (kunsill tal-istat), l-ogħla qorti amministrattiva tagħha, tirrifjuta li tagħti effett sħiħ lis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-310/09 Ministre du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique vs Accor SA, b’mod partikolari peress illi timponi restrizzjonijiet li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni għar-rimbors ta’ taxxa indebitament imposta, jiġifieri t-taxxa f’ras il-għajn.

Fis-sentenza tagħha Accor, mogħtija wara domanda preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonstatat li r-regoli fiskali Franċiżi intiżi għall-eliminazzjoni tat-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi żammet diskriminazzjoni fil-qasam fiskali fir-rigward tad-dividendi minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. It-taxxa, li fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet kontra d-dritt tal-Unjoni, għandha għalhekk tiġi rrimborsata.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li Franza ma osservatx is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq tliet punti speċifiċi:

ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-taxxa diġà mħallsa mis-sottosussidjarji mhux Franċiżi;

hija ssostni, sabiex tillimita d-dritt għal rimbors tal-kumpanniji kkonċernati, rekwiżiti f’dak li jikkonċerna l-prova li għandha tiġi prodotta, li ma jissodisfawx il-kriterji identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja;

hija assolutament tillimita s-sistema ta’ kreditu ta’ taxxa għal terz tad-dividend imqassam mill-ġdid minn sussidjarja mhux Franċiża.

Dan il-ksur huma wkoll dovuti minħabba l-fatt li l-Conseil d’État naqset mill-obbligu tagħha li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża C-310/09, Ministre du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique vs Accor SA, EU:C:2011:581.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/23


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 minn Deza, a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-115/15, Deza, a.s. vs ECHA

(Kawża C-419/17 P)

(2017/C 293/28)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellanti: Deza, a.s. (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju tan-Norveġja

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-115/15,

tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tat-12 ta’ Diċembru 2014, Nru ED/108/2014,

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż tal-proċedura ssostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat ir-Regolament REACH

Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat ir-Regolament REACH. L-appellanti għadha tħaddan l-opinjoni li r-Regolament REACH ġie adottat ultra vires, peress li i) l-ECHA ma għandhiex is-setgħa li tikkompleta l-identifikazzjoni diġà eżistenti tas-sustanza DEPH skont l-Artikolu 57(c) tar-Regolament REACH permezz ta’ identifikazzjoni ġdida ta’ din is-sustanza b’applikazzjoni tal-Artikolu 57(f) tal-imsemmi regolament; ii) li l-adozzjoni tad-deċiżjoni REACH kienet ippreċeduta minn proċedura illegali; u iii) li d-deċiżjoni REACH tevadi l-proċedura legalment vinkolanti stabbilita mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għall-adozzjoni ta’ kriterji ġeneralment vinkolanti/armonizzati għall-identifikazzjoni ta’ perturbaturi endokrinali.

2)

Il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ ċertezza legali

Ġaladarba i) id-deċiżjoni REACH ħolqot sitwazzjoni legali ekwivoka, vaga u imprevedibbli li tipprjobixxi lill-appellanta milli tifhem il-portata preċiża tal-obbligi imposti fuqha, ii) ma jeżistux kriterji ġeneralment vinkolanti/armonizzati għall-identifikazzjoni ta’ perturbaturi endokrinali u iii) l-ECHA ma għandhiex is-setgħa li tikkompleta l-identifikazzjoni diġà eżistenti tas-sustanza DEPH skont l-Artikolu 57(c) tar-Regolament REACH permezz ta’ identifikazzjoni ġdida ta’ din is-sustanza b’applikazzjoni tal-Artikolu 57(f) tal-imsemmi regolament, kien b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li d-Deċiżjoni REACH ma kinitx tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

3)

Il-Qorti Ġenerali stħarrġet id-Deċiżjoni REACH bi ksur tar-rekwiżiti fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-korpi u tal-istituzjonijiet tal-Unjoni u żnaturat iċ-ċirkustanzi fattwali u l-provi.

4)

Minħabba l-irregularitajiet hawn fuq iċċitati, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tar-rikorrenti kif ukoll il-prinċipji sanċiti fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ xieraq, id-dritt għall-godiment paċifiku tal-beni tagħha u l-prinċipju ta’ ċertezza legali.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-427/17)

(2017/C 293/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici, E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tikkonstata li, billi ma żguratx li l-ilmijiet miġbura f’sistema kkombinata ta’ ġbir ta’ ilma mormi urban u ta’ ilma tax-xita f’14-il agglomerazzjoni jiġu miżmuma u mwassla għal trattament konformement mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2), l-Anness 1A u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE;

tikkonstata li, billi ma stabbilixxietx trattament sekondarju jew ekwivalenti jew billi ma pprovdietx provi suffiċjenti sabiex turi li f’dan ir-rigward hija kkonformat ruħha mad-Direttiva 91/271/KEE fir-rigward ta’ 25 agglomerazzjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(3) moqrija flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10 u tal-Anness 1B tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE;

tikkonstata li, billi ma żguratx li ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir minn 21 agglomerazzjoni, jiġi, qabel l-iskarikar tiegħu f’żoni sensittivi, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 u skont r-rekwiżiti tal-Anness IB tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 5(3) moqrija flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10 u tal-Anness 1B tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE;

tikkonstata li, billi ma żguratx li d-disponiment ta’ ilma mormi minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi fl-agglomerazzjonijiet ta’ Arklow (IEAG_547) u Castlebridge (IEAG_515) ikun suġġett minn qabel għal regolamenti u/jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE.

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE jeżiġi mill-Istati Membri li jiżguraw li agglomerazzjonijiet li jkunu ikbar minn ċertu daqs ikunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir ta’ ilma mormi urban. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jħaddem sistema kkombinata ta’ ġbir ta’ ilma mormi urban u ta’ ilma tax-xita, din is-sistema għandha tkun imfassla sabiex tiżgura li l-ilmijiet miġbura jinżammu u jitwasslu għal trattament, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll il-varjazzjonijiet staġjonali. Fuq il-bażi tad-data rċevuta matul is-seba’ u t-tmien eżerċizzji ta’ rappurtar skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva kif ukoll tad-diskussjonijiet mal-Irlanda waqt il-fażi prekontenzjuża, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Irlanda ma hijiex konformi ma’ dan l-obbligu għal 14-il agglomerazzjoni minħabba l-assenza ta’ sistema ta’ ġbir fis-seħħ jew minħabba tixrid eċċessiv.

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE teżiġi mill-Istati Membri li jiżguraw li l-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet li jkunu ikbar minn ċertu daqs għandu jkun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti qabel ma jiġi skarikat. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva jeżiġi mill-Istati Membri li jiżguraw li l-iskariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban jsiru konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IB tad-Direttiva. Wara li evalwat id-data pprovduta mill-Irlanda, il-Kummissjoni tqis li l-Irlanda ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward ta’ 25 agglomerazzjoni minħabba l-assenza ta’ impjant ta’ trattament, l-inabbiltà tal-impjant ta’ trattament fis-seħħ sabiex jittratta l-ammont kollu ġġenerat mill-agglomerazzjonijiet li jservi, in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-Anness IB jew minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 3 tad-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE jeżiġi mill-Istati Membri li jidentifikaw żoni sensittivi u li jissuġġettaw lill-agglomerazzjonijiet li jkunu ikbar minn ċertu daqs u li jiskarikaw f’dawn iż-żoni, għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 u skont ir-rekwiżiti tal-Anness IB. Wara li evalwat id-data pprovduta mill-Irlanda, il-Kummissjoni tqis li l-Irlanda naqset milli tapplika sewwa l-Artikolu 5 fir-rigward ta’ 21 agglomerazzjoni.

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 91/271/KEE jeżiġi mill-awtoritajiet kompetenti li jiżguraw li l-iskarikar ta’ ilma mormi minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban ikun suġġett minn qabel għal regolamenti u/jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Irlanda, il-Kummissjoni tqis li l-Irlanda ma osservatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12 fir-rigward ta’ żewġ agglomerazzjonijiet fejn l-impjanti ta’ trattament joperaw mingħajr liċenzja valida.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/25


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2017 minn Meta Group Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-744/14, Meta Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-428/17 P)

(2017/C 293/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Meta Group Srl (rappreżentant: A. Formica, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla u/jew tbiddel is-sentenza tal-4 ta’ Mejju 2017, Meta Group vs Il-Kummissjoni, inkwantu żbaljata u infondata fid-dritt;

u, konsegwentement, tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi pekunjarji tagħha li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ sussidju FP5-6 u CIP għal ammont globali ta’ EUR 566 377,63, bħala sussidji dovuti u mhux imħallsa, kif ukoll tiddikjara n-natura illegali tat-tpaċijiet magħmula b’rabta ma’ djun tal-appellanti;

u, konsegwentement, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, fil-konfront tal-appellanti, tal-imsemmi ammont ta’ EUR 566 377,63, flimkien mal-interessi moratorji u evalwazzjoni monetarja ġdida;

kif ukoll, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni kkawżati lill-appellanti, għal ammont globali ta’ EUR 815 000 jew għal ammont ikbar li [l-Qorti tal-Ġustizzja] tkun ikkonstatat fi tmiem din l-istanza, minbarra d-dannu ulterjuri li jirriżulta min-natura illegali tal-imsemmija tpaċijiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

I.

Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Artikoli 1134 u 1135 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan fir-rigward tan-natura vinkolanti u l-eżekuzzjoni in bona fide tal-kuntratti. Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Artikoli 1156, 1157 u 1161 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kuntratti. Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fir-rigwrd tal-effikaċja vinkolanti tal-kuntratt, bona fide fl-eżekuzzjoni u fl-interpretazzjoni tal-kuntratti, ċertezza legali.

Billi ċaħdet it-tielet motiv fl-ewwel istanza, is-sentenza appellata kisret ir-regoli tal-Code civil [Kodiċi Ċivili] Belġjan u tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tan-natura vinkolanti tal-kuntratti, inkwantu ma rrikonoxxietx li l-klawżola li tinsab fil-paġna 47 tal-Addendum għall-kuntratt Ecolink+ torbot lill-partijiet u inkwantu ċaħdet li r-riferiment fil-kuntratt għall-metodoloġija annessa mal-kuntratt ma kienx jirreferi għall-metodoloġija predisposta minn META u kkomunikata lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Diċembru 2009.

II.

Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Artikolu II.20 tal-Gwida FP67. Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Artikolu 197 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-programmi Komunitarji. Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Artikoli 1134, 1135, 1156, 1157 u 1161 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan. Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ kontradizzjoni.

Billi ċaħdet ir-raba’ u l-ħames motivi fl-ewwel istanza, is-sentenza appellata kisret il-prinċipju ta’ kontradizzjoni, il-kriterji tal-Gwida FP6 u r-regoli tal-Code civil [Kodiċi Ċivili] Belġjan fir-rigward tal-bone fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti, inkwantu, minkejja li kkwalifikat bħala mhux vinkolanti l-klawżoli tal-Gwida FP6, issuġġeriet l-applikazzjoni stretta u infallibbli tagħhom għall-fatti tal-kawża, b’riferiment speċifiku għall-ispejjeż relatati mal-konsulenti interni.

III.

Ksur tal-prinċipji ta’ dritt proċedurali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża u tal-osservanza sħiħa tal-kontradittorju. Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura. Nuqqas assolut ta’ motivazzjoni fuq kwistjoni essenzjali tat-tilwima.

Billi ċaħdet l-ewwel żewġ motivi fl-ewwel istanza, is-sentenza appellata kisret il-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-osservanza sħiħa tal-kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, inkwantu naqset milli tevalwa l-argumenti legali proposti mir-rikorrenti fl-ewwel istanza fl-osservazzjonijiet għad-dokument “Anness E.4” li ġie prodott mill-Kummissjoni biss waqt is-seduta, billi laqgħet mingħajr kritika l-allegazzjonjiet tal-parti l-oħra u ma mmotivatx il-konstatazzjonjiet tagħha b’mod suffiċjenti.

IV.

Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Guide to Financial Issues relating to Indirect Actions of the Sixth Framework Programmes u tal-klawżoli tas-Seba’ Programm Qafas. Żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ element determinanti tal-fatti li taw lok għat-tilwima.

Billi ċaħdet l-ewwel żewġ motivi fl-ewwel istanza, is-sentenza appellata, barra minn hekk kisret il-Gwida Finanzjarja tas-Sitt Programm u żnaturat il-fatti li taw lok għat-tilwima, fejn ikkalkolat b’mod żbaljat u qarrieqi n-numru ta’ sigħat indikat għall-kuntratt Bridge, jiġifieri fuq il-bażi tal-indikazzjoni li l-assoċjat li jipprovdi x-xogħlijiet ħadem kull ġurnata ta’ kull xahar għal tmien sigħat konsekuttivi biss fuq l-attivitajiet relatati mal-imsemmi kuntratt.

V.

Applikazzjoni inkorretta u/jew żbaljata tal-Artikoli 1134, 1135, 1156, 1157 u 1161 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan. Ksur tal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn dan japplika anki għall-individwi privati involuti f’relazzjonijiet kuntrattwali mas-suġġett irregolat mil-liġi pubblika.

Billi ċaħdet is-sitt motiv fl-ewwel istanza, is-sentenza appellata kisret ir-regoli tad-dritt ċivili dwar in-natura vinkolanti tal-kuntratti kif ukoll il-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti, inkwantu ma rrikonoxxietx li l-aġir tal-Kummissjoni, li laħaq il-kulminu tiegħu fl-iffirmar tal-Addendum, wassal sabiex ħoloq aspettattiva leġittima fir-rikorrenti fl-ewwel istanza li l-metodoloġija li din tal-aħħar kienet ser tipproponi kienet ser tiġi aċċettata.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/27


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 minn Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-16 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-122/15, Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-450/17 P)

(2017/C 293/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank (rappreżentanti: A. Glos, T. Lübbig u M. Benzing, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-122/15;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-5 ta’ Jannar 2015 (ECB/SSM/15/1 – 0SK1ILSPWNVBNQWU0W18/3) filwaqt li tordna ż-żamma tal-effetti marbuta mas-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Settembru 2014 (ECB/SSM/14/1 – 0SK1ILSPWNVBNQWU0W18/1);

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament Bażiku (1) u tal-Artikolu 70 tar-Regolament Qafas tal-MSU (2)

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament Bażiku flimkien mal-Artikolu 70(1) tar-Regolament Qafas tal-MSU. Hija żbaljat meta kkonkludiet li ċ-“ċirkostanzi partikolari” li jwasslu għall-klassifikazzjoni ta’ istituzzjoni bħala inqas importanti jirrikorru biss jekk is-superviżjoni diretta mill-awtoritajiet nazzjonali tkun iktar adattata sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament Bażiku milli permezz tas-superviżjoni diretta mill-BĊE. Fl-interpretazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali tirreferi biss għall-verżjoni Ingliża tar-Regolament Qafas tal-MSU u tikser il-prinċipju li l-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma vinkolanti bl-istess mod. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tinterpreta r-regoli fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet legali superjuri fil-forma tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kompetenza. Hija żbaljat meta ċaħdet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti mill-BĊE, u l-istess bħall-BĊE qabilha, ma vverifikatx jekk l-appellant kellux jiġi ikklassifikat bħala istituzzjoni inqas importanti fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi speċifiċi u “ċirkostanzi partikolari” msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament Bażiku flimkien mal-Artikolu 70(1) tar-Regolament Qafas tal-MSU. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha li teżamina b’mod sħiħ id-deċiżjoni kkontestata għal żbalji ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni aagravju huwa bbażat fuq żnaturament tad-deċiżjoni kkontestata u fuq evalwazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti ta’ motivazzjoni

Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u ssostitwixxiet il-motivazzjoni tal-BĊE bil-motivazzjoni tagħha stess. Minħabba l-iżnaturament tal-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, hija ma tirrikonoxxix li din tal-aħħar tikser ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-obbligu ta’ motivazzjoni: il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex koerenti u hija fiha nfisha kontradittorja.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball proċedurali tal-Qorti Ġenerali bl-introduzzjoni ta’ aspetti li ma kinux is-suġġett tal-proċedura

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikser id-dritt għal smigħ tal-appellant u l-prinċipju ta’ kontradittorju. Il-motivazzjoni tas-sentenza tintroduċi ċerti aspetti rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni li ma kinux ġew diskussi fil-proċedura ġudizzjarja.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(2)  Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 468/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014, L 141, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/14) (1)

((“Għajnuna finanzjarja - Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 - Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet li jagħtu titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Kompetenza tal-awtur tal-att - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Talba intiża li tordna lill-Kummissjoni il-pagament tal-bilanċ li kien dovut skont il-ftehimiet ta’ għotja - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż eliġibbli”))

(2017/C 293/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ADR Center SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment L. Tantalo, sussegwentement A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Estrada de Solà u L. Cappelletti, sussegwentement J. Estrada de Solà u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4485 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2014, dwar l-irkupru ta’ parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tat-tliet ftehimiet ta’ għotja konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja ċivili”, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni biex tħallasha l-bilanċ li kien dovut skont tliet ftehimiet ta’ għotja ta’ ammont ta’ EUR 49 172,52 kif ukoll tad-danni,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ADR Center SpA għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż ta’ din l-istituzzjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji, u n-nofs tal-ispejjeż tagħha stess, inkluż fir-rigward tal-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn ADR Center, inkluż nofs l-ispejjeż ta’ din tal-aħħar relatati mal- proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul minn Spanja - Għajnuna diretta diżakkoppjata għas-snin tat-talba 2008 u 2009 - Nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll - Determinazzjoni tal-kampjuni ta’ kontroll - Oneru tal-prova - Għajnuna għall-iżvilupp rurali fil-komunità awtonoma ta’ Castilla y León għas-snin tat-talba 2009 u 2010 - Kontrolli fuq il-post - Kontrolli ewlenin - Proporzjonalità”))

(2017/C 293/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq ir-Renju ta’ Spanja wara l-investigazzjoni AA/2009/007/ES għas-sena tat-talba 2009.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/16) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Belġju - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Assenza ta’ rkupru li tirriżulta minn negliġenzi imputabbli lil organu ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji kollha possibbli - Proporzjonalità”))

(2017/C 293/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment J.-C. Halleux u M. Jacobs, sussegwentement M. Jacobs, L. Van den Broeck u J. Van Holm, aġenti, assistiti minn É. Grégoire u J. Mariani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16), sa fejn din twarrab mill-imsemmi finanzjament fir-rigward tar-Renju tal-Belġju s-somma ta’ EUR 9 601 619.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Cafés Pont vs EUIPO – Giordano Vini (Art’s Cafè)

(Kawża T-309/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Art’s Cafè - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 293/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cafés Pont, SL (Sabadell, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Giordano Vini SpA (Diano d’Alba, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u L. Ghedina, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 (Każ R 1110/2015-2), dwar talba għal revoka bejn Giordano Vini u Cafés Pont.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cafés Pont, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Lulju 2017 – Mediaexpert vs EUIPO – Mediaexpert (mediaexpert)

(Kawża T-780/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mediaexpert - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti mediaexpert - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti - Ċertifikat ta’ reġistazzjoni tat-trade mark preċedenti - Traduzzjoni - Regoli 37 sa 39 u regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Aspettattivi leġittimi”))

(2017/C 293/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mediaexpert sp. z o.o. (Varsovie, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mediaexpert S.A. (Warszawa)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2583/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mediaexpert sp. z o.o. u Mediaexpert S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mediaexpert sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-812/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja Banco Espírito Santo - Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))

(2017/C 293/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BPC Lux 2 Sàrl (Senningerberg, il-Lussemburgu) u d-19-il rikorrent ieħor li isismhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Fajardo, avukat, J. Webber u M. Steenson, solicitors, u K. Bacon, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u S. Jaulino, aġenti, assistiti minn M. Mendes Pereira, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N) – Il-Portugall – Riżoluzzjoni ta’ Banco Espírito Santo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

PCB Lux Sàrl 2 u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-ewwel istanza u waqt il-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/16) (1)

([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) stabbilit mill-Kunsill - Risposta għat-talbiet inizjali wara soluzzjoni ekwa - Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva - Inammissibbiltà”])

(2017/C 293/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fischer-Lescano, professeur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Baquero Cruz u F. Erlbacher, sussegwentement minn J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażta fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jinkludu, minn naħa, l-ittra tal-20 ta’ Mejju 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ittra tat-13 ta’ Lulju 2016, li tirrispondi għat-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)”, ippreżentati mir-rikorrenti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

F. De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Pfizer u Pfizer santé familiale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-716/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Maqgħuda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

(2017/C 293/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pfizer Ltd (Sandwich, ir-Renju Unit) u Pfizer Santé familiale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140, tat-8 ta’ Lulju 2016, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2016, L 189, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Pfizer Ltd u Pfizer Santé familiale huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-849/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għat-tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 293/40)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PGNiG Supply & Trading GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali tat-28 ta’ Ottubru 2016, li tirrigwarda l-emenda tal-kundizzjonijiet ta’ deroga tal-pipeline tal-gass OPAL għar-regoli dwar l-aċċess għal terzi u għar-regolamentazzjoni tarrifarja stabbilita mid-Direttiva 2003/55/KE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-23 ta’ Diċembru 2016, PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni (T-849/16 R) huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-21 ta’ Lulju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-883/16 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Talba tal-Bundesnetzagentur intiża sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni għall-operar tal-pipeline OPAL - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ deroga għar-regoli tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2017/C 293/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kawnik u K. Rudzińska, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti(jiet)rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, li tirrigwarda l-bidla tal-kundizzjonijiet ta’ deroga tal-pipeline OPAL għar-regoli dwar l-aċċess ta’ terzi u għal-leġiżlazzjoni tariffarja stabbilita bid-Direttiva 2003/55/KE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji tiġi miċħuda.

2)

Id-Digriet tat-23 ta’ Diċembru 2016, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-883/16 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Talba tal-Bundesnetzagentur sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet għal deroga mir-regoli tal-Unjoni għall-operat ta’ pipeline tal-gass OPAL - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet għal deroga mir-regoli tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 293/42)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, li temenda l-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni mill-obbligu li jiġu applikati ċerti rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni għall-pipeline tal-gass OPAL għar-regoli dwar l-aċċess ta’ terzi u l-leġiżlazzjoni tariffarja stabbilita mid-Direttiva 2003/55/KE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2017 – Argus Security Projects vs SEAE

(Kawża T-131/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - SEAE - Irkupru permezz ta’ tpaċija - Talba għal miżuri provviżorji - Dannu finanzjarju - Dmir ta’ diliġenza - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 293/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, aġent, assistiti minn B. Allemeersch, W. De Meester u G. Scraeyen, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ tpaċija tal-Kummissjoni, li qed taġixxi f’isem il-kontabilista tas-SEAE, fir-rigward tal-ammonti rispettivi ta’ EUR 100 600, ta’ EUR 41 553 u ta’ EUR 52 600 (deċiżjonijiet ikkomunikati fil-15 ta’ Marzu 2017) ta’ EUR 58 924 (deċiżjoni kkomunikata fis-7 ta’ April 2017) u ta’ EUR 41 422 (deċiżjoni kkomunikata fid-19 ta’ April 2017) u, min-naħa l-oħra, l-ordni lil SEAE li ma tadottax iktar id-deċiżjoni ta’ tpaċija kontra r-rikorrenti fl-istennija tal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tilwima marbuta mal-kuntratt-qafas 2008/14/SEC/RELEX/K8, pendenti quddiem it-tribunal de première instance de Bruxelles (qorti tal-ewwel istanza ta’ Brussell, il-Belġju).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/17 R)

((“Miżuri provviżorji - Dgħajsa tas-sajd - Organizzazzjoni tal-pixkeriji tal-Majjistral tal-Atlantiku - Ammissibbiltà - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess”))

(2017/C 293/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: António Conde & Companhía, SA (Gafanha de Nazaré, il-Portugall)(rappreżentanti: J.R. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jordnaw lill-Kummissjoni Ewropea tonqos milli teżerċita pressjoni fuq ir-Repubblika Portugiża sabiex teskludi d-dgħajsa tas-sajd Calvão mil-lista tad-dgħajjes bil-bandiera Portugiża awtorizzati sabiex jistadu fiż-żona regolatorja tal-OPMA.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/17)

(2017/C 293/45)

Lingwa tal-kawża: iċ–Ċek

Partijiet

Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur ta’ prinċipju bażiku tad-dritt tal-UE – il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Deza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-400/17)

(2017/C 293/46)

Lingwa tal-kawża: iċ-Cek

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziřčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776, tal-4 ta’ Mejju 2017 (1), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament CLP”), sa fejn huwa jikklassifika u jittikketta s-sustanza anthraquinone billi jdaħħal fil-parti 3 tat-tabella 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-entrata li ġejja: Nru tal-indiċi: 606-151-00-4; Identifikazzjoni Internazzjonali tal-Kimiki: anthraquinone; Nru KE: 201-549-0l Nru CAS: 84-65-1; Klassi ta’ periklu u kodiċi(jiet) tal-kategoriji: Carc. 1B; Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu: H350; Pittogramma, kelma bħala sinjal, kodiċi(jiet): GHS08 Dgr.; Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu: H350.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar illegali u manifestament irregolari u fuq l-ittikkettar tas-sustanza anthraquinone bħala sustanza kanċeroġena li taqa’ taħt il-kategorija 1B skont il-parti 3 tat-tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament CLP.

Din il-klassifikazzjoni u dan l-ittikkettar ma humiex ibbażati fuq provi suffiċjenti miksuba fuq il-bażi ta’ studji affidabbli u ammissibbli li juru rabta kawżali bejn is-sustanza anthraquinone bħala tali u żieda fil-kanċer fuq l-annimali ta’ laboratorju fis-sens tal-Artikolu 3.6.1 u tal-parti 3 tal-Artikolu 3.6.2 tal-Anness I tar-Regolament CLP.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti u tal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar illegali u manifestament irregolari tas-sustanza anthraquinone bħala sustanza kanċeroġena li taqa’ taħt il-kategorija 1B skont il-parti 3 tat-tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament CLP kisru b’mod partikolari d-dritt tar-rikorrenti li tgawdi b’mod paċifiku mill-proprjetà tagħha kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  ĠU 2017, L 116, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 353, p. 1.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/38


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2017 – Leino-Sandberg vs Il-Parlament

(Kawża T-421/17)

(2017/C 293/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Päivi Leino-Sandberg (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer u S. Schubert, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, tat-3 ta’ April 2017, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 2015 b’risposta għall-applikazzjoni konfermatorja magħmula minn terz skont ir-Regolament Nru 1049/2001;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv bbażat fuq l-żball ta’ liġi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Trasparenza.

Hija ssostni li d-dokument rikjest huwa dokument amministrattiv finali, li ma jgawdix minn protezzjoni taħt kunfidenzjalità jew xi eċċezzjoni oħra ta’ rifjut ta’ żvelar. Barra minn hekk, anki jekk tali eċċezzjoni tkun applikabbli f’dan il-każ, hija ssostni li l-konvenut wettaq manifestament żball ta’ interpretazzjoni jew applikazzjoni b’mod żbaljat tal-eċċezzjoni sa fejn naqas li juri kif l-iżvelar tad-dokument rikjest jippreġudika l-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji.

2.

It-tieni motiv bbażat fuq l-iżball ta’ liġi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-interess pubbliku superjuri kif rikjest mit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Trasparenza.

3.

It-tielet motiv, imqajjem sussidjarjament u bbażat fuq l-iżball ta’ liġi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament ta’ Trasparenza.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/38


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – UF vs EPSO

(Kawża T-422/17)

(2017/C 293/48)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: UF (rappreżentant: L. Gudaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-4 ta’ April 2017 sabiex ir-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni tal-ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana EPSO/AD/335/16;

tobbliga lill-konvenut jawtorizza lir-rikorrent jikkoreġi żball manifest, bit-tibdil tal-livell ta’ għarfien tal-lingwa Pollakka minn B1 għal C1;

tintegra mill-ġdid lir-rikorrent fil-kompetizzjoni tal-ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent u qarraq bih meta kkonferma li l-kandidatura tiegħu għall-kompetizzjoni kienet tissodisfa r-rekwiżiti kollha.

Ir-rikorrent isostni li l-konvenut, wara li kkonferma fid-9 ta’ Jannar 2017 li l-kandidatura tiegħu kienet tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-avviż ta’ kompetizzjoni u wara li ġie awtorizzat jipparteċipa fit-testijiet fuq il-kompjuter, qarraq bih u ma tahx il-possibbiltà li jikkoreġi żball manifest tal-pinna relatat mal-livell ta’ għarfien tiegħu tal-lingwa Pollakka, li minħabba fih huwa ġie sussegwentement eskluż mill-kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser id-drittijiet u l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent meta eskludieh mill-kompetizzjoni għall-pożizzjonijiet ta’ ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana.

Ir-rikorrent isostni li, bid-deċiżjoni tal-4 ta’ April 2017, il-konvenut eskludieh mill-kompetizzjoni b'mod mhux iġġustifikat, fuq il-bażi tal-livell ta’ għarfien tal-lingwa Pollakka li huwa kien indika fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħu, peress li l-konvenut kien fil-fatt konxju tal-livell veru tiegħu ta’ għarfien tal-lingwa Pollakka abbażi ta’ informazzjoni mogħtija għall-kandidatura tiegħu għal kompetizzjoni oħra (EPSO/AD/328/16) u abbażi tar-riżultati miksuba f’din il-kompetizzjoni. Ir-rikorrent isostni li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, il-Bord tal-Għażla għandu d-dmir li jevalwa, każ b’każ, jekk id-diplomi pprovduti jew l-esperjenza professjonali ta’ kull kandidat ġewx evalwati b’mod xieraq, u d-deċiżjoni tiegħu li jeskludi kandidat mill-kompetizzjoni titqies bħala att li jikkawża preġudizzju, fis-sens tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-443/17)

(2017/C 293/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: António Conde & Companhia, SA (Gafanha de Nazaré, il-Portugall) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tgħaddi minnufih lis-Segretarju tal-Kummissjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal l-ismijiet tal-bastimenti b’liċenzja Portugiża SANTA ISABEL u CALVÃO, li sa mill-1 ta’ Lulju 2017 qed tippreveniha milli topera fiż-żoni tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, sabiex tistad għar-redfish u għall-gambli, u dan bi ksur tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1236/2010 (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1236/2010 billi interferiet fil-proċess ta’ abbozzar jew ta’ komunikazzjoni tal-lista ta’ bastimenti mfassla mill-Portugall għat-trażmissjoni lis-Segretarju tal-Kummissjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal. Il-konvenuta ma hijiex intitolata tikkummenta fuq, temenda, tagħmel rakkomandazzjonijiet rigward, tevalwa, tiċħad, tħejji jew tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri fir-rigward ta’ dawn il-listi.


(1)  Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU 2010, L 348, p. 17).


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2017 – Aston Martin Lagonda vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ grilja tar-radjatur fil-parti ta’ quddiem ta’ karozza)

(Kawża T-86/15) (1)

(2017/C 293/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2017 – Aston Martin Lagonda vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja ta’ radjatur fuq quddiem ta’ vettura)

(Kawża T-88/15) (1)

(2017/C 293/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2017 – DQ et vs Il-Parlament

(Kawża T-38/17) (1)

(2017/C 293/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017


4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – GY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/17) (1)

(2017/C 293/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.