|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2017/C 292/01 BĊE/2017/24 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 292/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8546 — Intermediate Capital Group/Domusvi Group) ( 1 ) |
|
|
2017/C 292/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8573 — CVC Group/Arzignanese/Pasubio) ( 1 ) |
|
|
2017/C 292/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8577 — Norsk Hydro/Sapa) ( 1 ) |
|
|
2017/C 292/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8587 — Bridgepoint/Groupe Primonial) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 292/06 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2017/C 292/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 292/08 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 292/09 |
||
|
2017/C 292/10 |
|
|
Rettifika |
|
|
2017/C 292/11 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Awwissu 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal
(BĊE/2017/24)
(2017/C 292/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de Portugal, PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja tal-2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017. |
|
(3) |
Il-Banco de Portugal għażel lil Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2017 to 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Awwissu 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8546 — Intermediate Capital Group/Domusvi Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 292/02)
Fl-14 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8546. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8573 — CVC Group/Arzignanese/Pasubio)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 292/03)
Fil-21 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8573. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8577 — Norsk Hydro/Sapa)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 292/04)
Fis-17 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8577. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8587 — Bridgepoint/Groupe Primonial)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 292/05)
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali. |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8587. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/4 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Settembru 2017
Rata tal-kambju tal-euro (2)
L-1 ta’ Settembru 2017
(2017/C 292/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1920 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,29 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4378 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,92075 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,4778 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1441 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2555 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,077 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
305,09 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2406 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5963 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,0981 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5021 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4830 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3272 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6638 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6146 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 335,36 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,4185 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8185 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4215 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 875,38 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0904 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,900 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,8223 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,539 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7423 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2608 |
|
INR |
Rupi Indjan |
76,3275 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/5 |
Rapport Speċjali Nru 11/2017
“Il-Fond fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana: bidu promettenti minkejja xi nuqqasijiet”
(2017/C 292/07)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 11/2017 “Il-Fond fiduċjarju Bêkou tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana: bidu promettenti minkejja xi nuqqasijiet” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/6 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2017/C 292/08)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Terminu perentorju
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
|
Elettrodi tat-tungstenu |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 508/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 |
5.6.2018 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/7 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 292/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“SLAVONSKI ME”
Nru tal-UE: PDO-HR-02187 — 26.9.2016
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Slavonski med”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Kroazja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
“Slavonski med” huwa għasel magħmul min-naħal tal-għasel Karnjolan (Apis mellifera carnica, sottotip Pannonjan) min-nektar tal-pjanti li jipproduċu l-għasel jew minn tnixxijiet ta' partijiet ħajjin tal-pjanti jew eskrementi ta' insetti li jsoffu l-meraq minn parti ħajja tal-pjanti, li n-naħal imbagħad jiġbruhom u jittrasformawhom billi jgħaqqduhom ma' sustanzi speċifiċi tagħhom, jiddeitrawhom, jiddepożitawhom fix-xehda tal-għasel u jaħżnuhom hemm biex jimmaturaw, fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4.
Skont il-metodu tal-produzzjoni tiegħu, “Slavonski med” huwa għasel tax-xehda, għasel tal-blokka jew għasel tax-xehda maqtugħa u għasel estratt. “Slavonski med” huwa:
|
1. |
għasel tal-akaċja sewda; |
|
2. |
għasel tat-tilju; |
|
3. |
għasel taż-żerriegħa tal-lift; |
|
4. |
għasel tal-ġirasol: |
|
5. |
għasel tal-qastan; |
|
6. |
għasel tan-nwar; |
|
7. |
għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar tal-Ballut Ungeriż. |
Il-karatteristiċi komuni ta' “Slavonski med” li jaffettwaw il-kwalità tal-prodott huma l-perċentwal tal-kwantità ta' ilma u l-kontenut tal-idrossimetilfurfurali (HMFs). “Slavonski med” għandu kontenut massimu ta' ilma ta' 18,3 % u l-ammont massimu ta' HMFs huwa ta' 16,5 mg/kg. Karatteristika speċifika oħra ta' “Slavonski med” hija l-preżenza fih ta' polline minn speċijiet ta' pjanti tal-familja tal-Brassicaceae, tar-Robinia spp, u tal-familja tar-Rosaceae, bħala polline sekondarju (mill-inqas 16 %) jew polline minuri (sa 15 %). L-ammont ta' sukrożju fi “Slavonski med” huwa inqas mill-valuri preskritti.
Il-karatteristiċi fiżikokimiċi, organolettiċi u tal-polline għal diversi tipi ta' għasel jidhru fit-tabelli li ġejjin:
|
Għasel |
Ilma [%] |
HMF [mg/kg] |
Karatteristiċi tal-polline [%] |
Konduttività elettrika [mS/cm] |
Attività tad-diastażi [Skala Schade] |
Kwantità ta' sukkrożju [g/100 g] |
|
AKAĊJA SEWDA |
18,3 mass |
16,5 mass |
20 min. |
0,2 mass |
8 min. |
9 mass. |
|
TILJU |
18,3 mass |
16,5 mass |
25 min. |
0,5 min |
8 min. |
4 mass. |
|
ŻERRIEGĦA TAL-LIFT |
18,3 mass |
16,5 mass |
61 min. |
0,3 mass |
8 min. |
4 mass. |
|
ĠIRASOL |
18,3 mass |
16,5 mass |
45 min. |
0,6 mass |
8 min. |
4 mass. |
|
QASTAN |
18,3 mass |
16,5 mass |
86 min. |
0,8 mass |
8 min. |
4 mass. |
|
NWAR |
18,3 mass |
16,5 mass |
x |
0,8 mass |
8 min. |
4 mass. |
|
GĦASEL MILL-QTAR TAL-GĦASEL TAS-SIĠAR TAL-BALLUT UNGERIŻ |
18,3 mass |
16,5 mass |
x |
0,8 mass |
8 min. |
4 mass. |
|
Għasel |
KARATTERISTIĊI ORGANOLETTIĊI TAL-GĦASEL |
||
|
Lewn |
Togħma |
Riħa |
|
|
AKAĊJA SEWDA |
isfar għal isfar ċar |
togħma pjaċevoli tal-akaċja sewda |
mhux qawwija, riħa dgħajfa |
|
TILJU |
isfar ċar kemxejn ħadrani |
pjaċevoli, kemxejn morra |
riħa qawwija ta' żahar tat-tilju |
|
ŻERRIEGĦA TAL-LIFT |
isfar ċar li jagħti lejn lewn it-tiben |
kemxejn ħelwa li tagħti għal kemxejn qarsa |
riħa ta' ħaxix, qawwija |
|
ĠIRASOL |
jagħti fl-oranġjo |
ħelwa li tagħti lejn togħma kemxejn astrinġenti |
riħa sottili ta' ġirasol |
|
QASTAN |
kannella |
morra, kemxejn qarsa |
riħa qawwija ħafna u penetranti ta' tuffieħ misjur iżżejjed |
|
NWAR |
isfar bi sfumaturi li jagħtu fl-aħmar u iktar skuri |
pjaċevolment ħelwa, ftit morra |
riħa dgħajfa għal intensa |
|
GĦASEL MILL-QTAR TAL-GĦASEL TAS-SIĠAR TAL-BALLUT UNGERIŻ |
skur sew, kważi iswed |
kemxejn ħelu |
riħa ta' għasel tal-foresta |
|
Għasel |
Speċi tal-pjanta (dominanti, sekondarja, u polline minuri) |
|
Akaċja sewda |
Robinia pseudoacacia (akaċja sewda) min. 20 %, Brassicaceae, Rosaceae |
|
Tilju |
Tilia (tilju) min. 25 %, Robinia spp. (akaċja) |
|
Żerriegħa tal-lift |
Brassica napus (żerriegħa tal-lift) min. 61 %, Rosaceae, Salix spp. (żafżafa) |
|
Ġirasol |
Helianthus annuus (ġirasol) min. 45 %, Brassicaceae |
|
Qastan |
Castanea sativa (qastan ħelu) min. 86 % |
|
Nwar |
Brassicaceae, Rosaceae, Salix spp. (żafżafa) |
|
Għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar tal-Ballut Ungeriż |
elementi tal-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar (spori u ifa), Castanea sativa (qastan ħelu) |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
In-naħal jistgħu jingħalfu b'mod artifiċjali matul il-perjodu ta' nuqqas ta' tiftix ta' ikel (fil-bidu tar-rebbiegħa u fl-aħħar tal-ħarifa, skont il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi). Dan jista' jsir billi n-naħal jingħalfu z-zokkor, iżda dan għandu jkun ġie prodott fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fil-punt 4. L-għasel ma jistax jitqiegħed fis-suq bħala “Slavonski med” jekk il-kundizzjonijiet relatati mal-għalf artifiċjali ma jkunux intlaħqu, u jekk is-sors tal-ikel tan-naħal ikun l-għalf artifiċjali.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi kollha tal-produzzjoni u tal-estrazzjoni ta' “Slavonski med” għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-għasel “Slavonski med” għandu jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fil-punt 4 sabiex l-awtentiċità u l-kwalità ta' “Slavonski med” tkun imħarsa aħjar u jiġu żgurati t-traċċabbiltà tal-prodott u l-kontrolli fuqu.
B'dan il-mod biss tista' tinżamm il-kwalità u jiġi evitat kull tibdil fiżikokimiku u organolettiku. It-trasport tal-merkanzija lejn post ġdid iwassal għal tibdil fit-temperatura, fl-umdità u fl-assorbiment ta' rwejjaħ estranji, u għal żieda fil-kwantità ta' HMFs u diastażi.
L-ippakkjar ta' “Slavonski med” fiż-żona definita jnaqqas ir-riskju li jitħallat ma' għasel li mhuwiex taż-żona definita fil-punt 4.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-logo li jidher fil-figura għandu jidher fuq kull oġġett tal-ippakkjar imqiegħed fis-suq. L-utenti kollha tal-marka li jqiegħdu l-prodott fis-suq b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tiegħu għandhom id-dritt li jużaw il-logo fl-istess kundizzjonijiet. Il-logo għandu lewn kannella u iswed, mirqum b'rabtiet Kroati, u għandu naħla fil-kantuniera ta' fuq tax-xellug tiegħu. Fuq ix-xellug, il-logo għandu mappa tal-Kroazja, u fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena “1879” u l-istemma araldika antika ta' Slavonja. F'nofs il-logo hemm doqqajs tal-qasab. Fil-Parti ta' fuq tal-logo hemm l-isem “Slavonski med”, u fin-naħa t'isfel tal-logo hemm tliet werqiet tal-ballut.
Figura: Il-logo ta' “Slavonski med”
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
“Slavonski med” jiġi prodott fi Slavonja, fil-konfini amministrattivi tal-bliet u tal-muniċipalitajiet fil-kontej li ġejjin: il-Kontea kollha ta' Vukovar-Srijem, il-Kontea ta' Osijek-Baranja, il-Kontea ta' Brod-Posavina, il-Kontea ta' Požega-Slavonia, il-Kontea ta' Bjelovar-Bilogora u l-Kontea ta' Virovitica-Podravina u l-bliet u l-villaġġi ta' Novska, Lipovljani u Jasenovac fil-kontea ta' Sisak-Moslavina.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Ir-reġjun ta' Slavonja huwa mdawwar bi tliet xmajjar kbar tal-pjanura: id-Drava fit-Tramuntana, id-Danubju fil-Lvant, u s-Sava fin-Nofsinhar. Element ambjentali importanti u determinanti f'dan ir-reġjun, f'dak li jirrigwarda r-riżalti u l-karatteristiċi ġeomorfoloġiċi, huwa d-differenza bejn il-Punent muntanjuż u l-Lvant li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa ċatt. L-aktar punt baxx (78 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar) jinsab fir-rokna Xlukkajra ta' Spačva.
Mill-art kollha ta' Slavonja li tkopri erja tas-superfiċje ta' 1 248 600 ettaru, l-art li tinħarat tammonta għal 52 % (655 468 ettaru), il-foresti huma mifruxin fuq 29 % (359 605 ettaru), il-mergħat jagħmlu 4,2 % u hemm 1,2 % magħmulin minn għelieqi.
Minħabba dan l-arranġament tal-użu tal-art u d-differenzi sinifikanti fil-kundizzjonijiet klimatiċi, l-għamla tal-art u l-karatteristiċi tal-veġetazzjoni fi Slavonja, il-kundizzjonijiet huma ideali għall-produzzjoni ta' “Slavonski med”, li jista' jiġi prodott mill-għasel tal-akaċja sewda, mill-għasel tal-lift, mill-għasel tat-tilju, mill-għasel tal-ġirasol, mill-għasel tal-qastan, mill-għasel tan-nwar u mill-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar tal-Ballut Ungeriż.
Filwaqt li għarfet in-natura unika tal-klima speċifika ta' Slavonja, tal-ħamrija u l-karatteristiċi tal-ilma u r-rikkezza tal-flora u l-fawna tagħha, ir-Repubblika tal-Kroazja poġġiet tliet żoni fil-konfini tagħha taħt protezzjoni, jiġifieri ħolqot tliet Parks Nazzjonali. Dawn huma Kopački Rit, Papuk u Lonjsko Polje.
Il-klima u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fi Slavonja huma determinati primarjament min-nuqqas ta' altitudni ta' Slavonja, mill-pożizzjoni tagħha fil-Pjanura Pannonjana u mill-espożizzjoni għan-naħa interna tal-kontinent Ewropew. Għall-biċċa l-kbira tax-xitwa, iż-żona taqa' taħt massa ta' arja kiesħa, iżda tisħon b'mod konsiderevoli fis-sajf. Fis-sajf, iktar ma wieħed jersaq lejn il-Lvant, iktar it-temperatura tiżdied, bi tnaqqis konkomitanti fl-ammont ta' xita.
Matul l-istaġuni kollha jibqgħu jippersistu temperaturi li jwasslu għat-tkabbir u l-iżvilupp ta' pjanti li jipproduċu l-għasel. Fir-rebbiegħa, it-temperatura medja hija ta' 11,8 °C, it-temperatura medja tas-sajf hija ta' 21,1 °C, it-temperatura medja fil-ħarifa hija ta' 11,3 °C, u t-temperatura medja fix-xitwa hija ta' 1,0 °C. It-temperatura medja waqt l-istaġun tat-tkabbir (minn April sa Settembru) hija ta' 18,3 °C.
It-tendenza u t-tqassim annwali tax-xita jiffavorixxu l-produzzjoni tal-pjanti u t-trobbija tan-naħal. L-għadd ta' jiem ta' xita jvarja bejn 104 u 160 jum fis-sena.
Il-medja tal-veloċità tar-riħ fix-xahar hija l-ogħla fix-xhur tar-rebbiegħa (Marzu u April) u l-inqas fl-aħħar tas-sajf u fil-bidu tal-ħarifa (Awwissu u Settembru). Ħafna drabi r-riħ jonfoħ mill-Majjistral u mix-Xlokk, u jsegqu l-irjieħ mil-Lbiċ u mill-Grigal.
Il-pjanti li jipproduċu l-għasel li jikbru fiż-żona definita ta' Slavonja jwarrdu fi żminijiet differenti (bejn Marzu u Novembru), u b'hekk in-naħal ikollu għażla wiesgħa ta' sorsi ta' nektar u polline.
Dawk li jrabbu n-naħal fis-Slavonja ilhom iżommu t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-għasel għal 130 sena. B'mod ġenerali, hija produzzjoni fuq skala żgħira ta' għasel li jissupplimenta d-dħul tal-familji mill-azjendi agrikoli tal-familja fiż-żoni rurali. Matul il-ħafna snin ta' trobbija tan-naħal fi Slavonja, il-kompetenza f'dan is-settur ġiet żviluppata u trażmessa bil-prattika, bil-ħiliet u bl-għarfien tal-popolazzjoni.
Il-prattiki tat-trobbija tan-naħal li dawk li jrabbu n-naħal wirtu minn missirijiethom fir-rigward tal-produzzjoni ta' “Slavonski med” huma kif ġej:
|
— |
il-biċċa l-kbira tad-doqqajs huma tal-injam; |
|
— |
dawk li jrabbu n-naħal joqogħdu attenti ħafna biex jużaw affumikaturi li bħala fjuwil jużaw residwu niexef tal-pjanti, li jiġġenera forma ħafifa ta' duħħan; |
|
— |
in-naħal ma għandhom qatt jingħalfu b'mod artifiċjali waqt il-perjodu tal-għalf fil-beraħ; |
|
— |
ix-xehda titbattal bil-mod tradizzjonali, jiġifieri bl-użu ta' pettne, sikkina jew xkupilja; |
|
— |
l-għasel jitneħħa mill-qafas mingħajr tisħin permezz taċ-ċentrifugazzjoni; |
|
— |
l-għasel ma jkunx ġie ppasturizzat; |
|
— |
It-temperatura massima li fiha l-għasel jista' jiġi dekristallizzat hija ta' 43 °C. |
5.2. Speċifiċità tal-prodott
“Slavonski med” huwa kkaratterizzat minn valur massimu ta' HMF ta' 16,5 mg/kg u minn kontenut massimu ta' ilma ta' 18,3 % meta jkun għadu frisk. “Slavonski med” għandu spettru tal-polline; fi kliem ieħor, ikun fih polline minn speċijiet ta' pjanti tal-familji tal-Brassicaceae u Rosaceae, u mir-Robinia spp., fil-biċċa l-kbira tal-għasel monoflorali u poliflorali. Dan jiddistingwih mill-għasel prodott f'żoni oħra. L-ammont ta' sukrożju fi “Slavonski med” huwa inqas mill-valuri preskritti.
Il-karatteristiċi ta' “Slavonski med” huma riflessi fil-karatteristiċi tal-polline, dawk fiżiċi, kimiċi u dawk organolettiċi. Il-prodott jista' jiġi dekristallizzat f'temperatura massima ta' 43 °C, li tiżgura li l-kwalitajiet tiegħu, derivati mill-flora speċifika fiż-żona definita u n-naħal, jibqgħu l-istess.
L-isem “Slavonski med” jintuża kemm fis-suq u kemm fil-lingwaġġ ta' kuljum (irċevuta (2014); nota ta' ringrazzjament għal donazzjoni (2015); ittra ta' ringrazzjament (2015); timbru fuq l-ippakkjar).
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott
Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi u dawk tal-ħamrija li huma favorevoli, kif ukoll minħabba l-abbundanza ta' speċijiet tal-pjanti li jipproduċu l-għasel fil-mergħat, fl-għelieqi u fil-foresti estensivi, fiż-żoni li jmissu ma' wċuħ tal-ilma u li huma suxxettibbli għall-għargħar u bwar alluvjali tul ix-xmajjar Sava, id-Drava u d-Danubju, in-naħal tal-għasel Karnjolan (Apis mellifera carnica, sottotip Pannonjan) irnexxielhom isibu ħafna mergħat b'abbundanza ta' nektar u polline għal eluf ta' snin. Inħolqot żona agroekoloġika unika li biha “Slavonski med” jispikka bħala għasel varjetali pur. Hekk huwa magħruf u rrispettat fis-suq.
Il-ħidma u l-kundizzjonijiet fil-miġbħa jiddeterminaw ir-rendiment tal-għasel u huma direttament marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi, li fi Slavonja jiffavorixxu l-produzzjoni ta' “Slavonski med”.
Fir-rebbiegħa t-temperaturi jippermettu t-tkabbir bikri u abbundanti ta' pjanti li jwarrdu fir-rebbiegħa, ta' siġar tal-frott u mergħat, filwaqt li fis-sajf it-temperaturi huma favorevoli għall-maturazzjoni tal-għelejjel agrikoli, li wħud minnhom jipproduċu l-għasel u huma essenzjali għall-produzzjoni ta' “Slavonski med”.
Il-kundizzjonijiet klimatiċi fil-ħarifa huma xierqa għan-naħal hekk kif huma jħejju għall-ibernazzjoni, filwaqt li l-kundizzjonijiet klimatiċi fix-xitwa huma tajbin għall-ibernazzjoni u lin-naħal jagħtuhom bidu tajjeb għall-istaġun il-ġdid.
It-temperaturi ottimali tar-rebbiegħa u tas-sajf iwasslu għat-tnixxija ta' nektar derivat mill-biċċa l-kbira tal-pjanti. Il-pjanti li jwarrdu fir-rebbiegħa jnixxu nektar f'temperaturi iktar baxxi, filwaqt li l-pjanti li jwarrdu fis-sajf jeħtieġu temperatura notturna ogħla sabiex it-tnixxija ma tonqosx jew tieqaf.
L-għadd ta' jiem li fihom tagħmel ix-xita huwa inqas minn terz fis-sena (iżda tal-anqas 104 ijiem), li jfisser li hemm għadd suffiċjenti ta' jiem fis-sena mingħajr xita li matulhom in-naħal jista' jiġbor in-nektar.
Fir-rebbiegħa n-naħal ikollhom ammont akbar ta' nektar disponibbli għalihom. Minnu jġibu l-enerġija u jkunu jistgħu jirreżistu l-kurrenti tal-arja aktar faċilment. Fi tmiem is-sajf tonqos il-qawwa tar-riħ u jonqos l-ammont ta' nektar, in-naħal jaħlu inqas enerġija biex jirreżistu r-riħ u jżommuha aktar faċilment biex iħejju għall-ibernazzjoni.
Rapport tas-sussidjarja ta' Đakovo ppubblikat fl-1845 List mesečni horvatsko-slavonskog Gospodarskoga družtva [Ġurnal ta' Kull Xahar tal-Intrapriżi Kummerċjali Kroati u Slavonjani] jiddikjara li “m'hemm l-ebda belt jew muniċipalità fi Slavonja li ma tipproduċix għasel ta' kwalità tajba”. L-Assoċjazzjoni Slavona tal-Apikultura ġiet stabbilita f'Osijek fl-1879, l-ewwel u l-eqdem assoċjazzjoni tat-tip tiegħu fix-Xlokk tal-Ewropa, u l-ġurnal Slavonska Pčela [In-Naħla Slavonjana] twaqqaf bħala l-bulettin Slavonjan tal-Assoċjazzoni tal-Apikoltura sa minn Marzu 1881. Wara li twaqqaf il-ġurnal bdew jiġu stabbiliti malajr fergħat tal-Assoċjazzjoni. L-Assoċjazzjoni Slavona tal-Apikultura kienet involuta b'mod attiv fil-promozzjoni tat-trobbija tan-naħal fi Slavonja u fit-titjib tal-kwalità ta' “Slavonski med”, u hekk ħeġġet l-involviment tal-għalliema tal-iskejjel primarji fl-iżvilupp tat-trobbija tan-naħal, is-sensibilizzazzjoni tal-avvanzi fit-trobbija tan-naħal, it-tixrid tal-aħbarijiet reċenti dwar it-trobbija tan-naħal u l-kalendarji għall-għalf tan-naħal, eċċ. L-importanza tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp tat-trobbija tan-naħal fi Slavonja, u b'mod aktar ġenerali fil-Kroazja, hija kkonfermata mill-fatt li Bogdan Penjić (1852–1918), il-fundatur u s-segretarju fit-tul ta' din l-eqdem assoċjazzjoni u, fl-istess ħin, editur ta' Slavonska pčela, jissemma bħala l-missier tal-apikultura moderna fil-Kroazja. Huwa kien responsabbli għall-introduzzjoni tal-ewwel doqqajs mgħammra b'pettnijiet aġġustabbli (fl-1871), l-ewwel estratturi tal-għasel u l-adozzjoni tal-fondazzjoni tax-xama' artifiċjali (fl-1879). L-ewwel wirja tal-apikultura ġiet organizzata f'Osijek fl-1889, u fl-1903 l-Assoċjazzjoni tal-Apikoltura ta' Vukovar ippubblikat inizjattiva fil-gazzetta Gospodarski list biex jiġi organizzat suq tal-għasel.
It-twaħħid reċiproku tal-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija speċifiċi, l-esperjenza ta' sekli sħaħ tal-popolazzjoni lokali fit-trobbija tan-naħal, u l-interazzjoni reċiproka bejniethom jinfluwenza is-“Slavonski med” b'tali mod li għandu kompożizzjoni fiżikokimika speċifika u propjetajiet organolettiċi speċifiċi li għalihom il-konsumaturi jiddistingwuh u japprezzawh.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
http://www.mps.hr/UserDocsImages/HRANA/SLAVONSKI%20MED/Izmijenjena%20Specifikacija%20proizvoda-Slavonski%20med%20.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/12 |
Pubblikazzjoni ta' talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 292/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA' INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“NÜRNBERGER BRATWÜRSTE”/“NÜRNBERGER ROSTBRATWÜRSTE”
Nru tal-UE: PGI-DE-02191 — 28.9.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Grupp applikant/Applikant:
|
Schutzverband Nürnberger Bratwürste e.V. |
|
Am Trödelmarkt 58 |
|
90403 Nürnberg |
|
DEUTSCHLAND |
|
Tel. +49 9119373877 |
|
Email: info@nuernberger-bratwuerste.de |
Schutzverband Nürnberger Bratwürste e.V. huwa grupp ta' produtturi tan-“Nürnberger Bratwürsten”.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☐ |
Metodu tal-produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta maż-żona ġeografika |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn (ippakkjar, entitajiet ta' kontroll) |
4. Tip ta' emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
(e) Metodu ta' produzzjoni:
Wara l-aħħar paragrafu li ġej
L-istadji kollha fil-produzzjoni ta' “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata. Dawn huma kif ġej:
|
— |
it-tqattiegħ f'biċċiet żgħar tal-laħam permezz tal-ixxreddjar u l-ikkapuljar, |
|
— |
it-taħlit tal-laħam imqatta' żgħir u t-taħlit ma' ħwawar biex jinħoloq il-mili taz-zalzett, |
|
— |
il-mili tal-imsaren tan-nagħaġ |
jiżdied:
kif ukoll
|
— |
l-ippakkjar taz-zalzet. |
Raġuni għall-emenda:
L-ippakkar tan-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” isir b'mod tradizzjonali fl-istabbiliment tal-produttur u għaldaqstant isir fiż-żona ġeografika identifikata. B'mod partikolari l-kwalità taz-zalzett teħtieġ ippakkjar malajr sabiex jibqa' frisk u ma jintilfux il-karatteristiċi tat-togħma. In-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” huwa prodott tal-ikkapuljat sensittiv ħafna b'taħwir partikolarment fin li għandu skadenza relattivament qasira u li jrid jinżamm dejjem imkessaħ. Jekk l-ippakkjar ma jsirx direttament wara l-produzzjoni, il-kwalità tista' tintilef għal kollox. Anki b'trasport konformi mar-rekwiżiti normali ta' iġjene, tista' tintilef il-kwalità taz-zalzett għal dik li hija freskezza, togħma u karatteristiċi esterni, bħal pereżempju jinxef u jsir kannella. It-trasport lejn post ieħor wkoll fih ir-riskju kbir li jidħlu l-impuritajiet jew li jkun hemm kontaminazzjoni minn aġenti patoġeniċi, speċjalment meta z-zalzett ikun nej. Ir-riżultati ta' żewġ studji minn istituzzjonijiet indipendenti li joperaw fil-qasam tal-ittestjar tal-oġġetti tal-ikel jikkonfermaw li anki ftit sigħat wara li jintbagħtu n-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” bl-ingrossa, jitfaċċaw l-anormalitajiet fil-karatteristiċi tal-kwalitajiet sensorji u mikrobijoloġiċi. Għaldaqstant hemm ir-riskju li dawn il-konsegwenzi negattivi jippersistu jekk l-ippakkjar idum biex isir. Fl-aħħar nett, it-trasport tal-prodott f'post ieħor jista' jkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.
Il-proċess tal-ippakkjar isir fi stadji ta' produzzjoni importanti li huma inklużi fl-ispeċifikazzjoni u z-zlazet li jkunu twal jew qosra żżejjed jitwarrbu. Barra minn hekk isir ukoll kontroll tal-kwalità u kull varjazzjoni fil-kwalità tiġi identifikata minnufih minn persuni kompetenti.
Minħabba t-tip ta' prodott, jekk l-ippakkjar ma jsirx direttament wara l-produzzjoni mill-istabbiliment IĠP innifsu, it-traċċabbiltà u ċ-ċertezza tal-oriġini tan-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati. Jekk in-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” jinbiegħ sfuż jew bl-ingrossa mbagħad jiġi ppakkjat, ikun hemm riskju li jitħallat ma' zlazet oħrajn simili. Bilkemm wieħed ikun jista' jibqa' jagħraf jekk wara kollox għadux l-oriġinal.
(g) Organu/organi ta' spezzjoni:
L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu aġġornati kif ġej:
Għall-ispezzjonijiet tal-produtturi:
|
Isem: |
Bayerische Landesanstalt für Landwirtschaft Institut für Ernährungswirtschaft und Märkte |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+49 89178000 |
|||
|
Faks |
+49 8917800313 |
Għall-verifiki ta' prattiki abbużivi:
|
Isem: |
Bayerisches Staatsministerium für Umwelt und Gesundheit |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+49 8912610 |
|||
|
Faks |
+49 8912611122 |
Raġuni għall-emenda:
L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispezzjonijiet tal-produtturi u għall-verifiki ta' prattiki abbużivi ma kienux aġġornati. Ir-referenza għall-kumpanija “Lacon GmbH” għandha titħassar. Bħalissa fil-Bavarja hemm diversi entitajiet tal-kontroll li huma awtorizzati u li għandhom l-istess setgħat, u l-produtturi jistgħu jagħżlu liema jridu minnhom.
DOKUMENT UNIKU
“NÜRNBERGER BRATWÜRSTE”/“NÜRNBERGER ROSTBRATWÜRSTE”
Nru tal-UE: PGI-DE-02191 — 28.9.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
Zalzett għax-xiwi twil 7-9 cm f'musrana tan-nagħaġ issikkata, imqatta' medju; piż unitarju nej ta' madwar 20-25 g;
Kompożizzjoni:
Laħam tal-majjal b'xi xaħam imneħħi, laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar, mhux mili, mhux imnixxef (bl-eċċezzjoni ta' Bratwürste ffumikati); it-taħlita ta' ħwawar tvarja skont ir-riċetta tradizzjonali, il-merdqux speċjalment huwa tipiku; għandu jkun hemm mhux anqas minn 12 % ta' proteina ta' laħam ħieles mill-proteina ta' tessut konnettiv, u kontenut ta' xaħam assolut ta' mhux aktar minn 35 %; il-perċentwali ta' proteina ta' laħam ħieles mill-proteina ta' tessut konnettiv fil-proteina tal-laħam ma tkunx anqas minn 75 % fil-volum (istometrikalment) u mhux anqas minn 80 % (kimikament).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Laħam tal-majjal mingħajr wisq xaħam; Laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq; xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar tal-majjal; il-kontenut ta' xaħam tal-prodott aħħari huwa limitat għal 35 %; ma għandux ikun hemm anqas minn 12 % ta' proteina ta' laħam ħieles minn proteina ta' tessut konnettiv (MPFCP); taħlita ta' ħwawar, l-aktar merdqux; imsaren tan-nagħaġ.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha fil-produzzjoni ta' “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata. Dawn huma kif ġej:
|
— |
it-tqattiegħ f'biċċiet żgħar tal-laħam permezz tal-ixxreddjar u l-ikkapuljar, |
|
— |
it-taħlit tal-laħam imqatta' żgħir u t-taħlit mal- ħwawar biex jinħoloq il-mili taz-zalzett, |
|
— |
il-mili tal-imsaren tan-nagħaġ. |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Anki l-ippakkjar taz-zalzett irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita. L-ippakkjar irid isir direttament wara l-produzzjoni fl-istabbiliment tal-produttur. Dan iservi biex tiġi aċċertata l-kwalità b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi tat-togħma u tal-freskezza tal-prodott, u jnaqqas ir-riskju tal-impuritaijet u l-kontaminazzjoni marbuta mat-trasport lejn post ieħor. In-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” huma prodotti tal-ikkapuljat sensittivi ħafna. Anki b'mezz tat-trasport li jikkonforma mar-rekwiżiti normali tal-iġjene, fi żmien ftit sigħat tista' tintilef għal dejjem il-kwalità tan-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” mhux ippakkjati.
L-ippakkjar direttament fl-istabbiliment tal-produttur jiżgura wkoll aktar traċċabilità u ċertezza tal-oriġini. Jekk in-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” jinbiegħ sfuż jew bl-ingrossa mbagħad jiġi ppakkjat wara, wieħed bilkemm ikun jista' jibqa' jagħraf jekk wara kollox għadux l-oriġinal.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-belt ta' Nuremberg.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-produzzjoni tal-Bratwürste f'Nuremberg hija tradizzjoni ta' mijiet ta' snin li hemm provi x'juru li tmur lura għall-1313. It-tqaddid tipiku fit-tul u fil-piż tan-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” imur lura mill-anqas għas-sena 1573. Il-pożizzjoni ta' Nuremberg fl-intersezzjoni ta' żewġ rotot importanti tal-kummerċ wasslet biex f'Nuremberg minn żmien bikri kien hemm disponibbiltà ta' ħwawar mil-Lvant għall-produzzjoni taz-zalzett.
It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-Bratwurst fiż-żona tal-belt ta' Nuremberg għadha ħajja ħafna s'issa. In-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” kienu apprezzati ħafna minn Goethe u Jean Paul, pereżempju. Il-“Bratwurst-Glöcklein” fiż-żona ta' St. Sebald kienet waħda mid-djar pubbliċi l-aktar famużi fil-Ġermanja tas-seklu 19; ma kinitx miftuħa biss għall-aristokratiċi u l-plutokrati, iżda kienet ukoll waqfa essenzjali għal kull min kien iżur il-belt.
Speċifiċità tal-prodott
In-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” huma kkaratterizzati mill-għamla żgħira tagħhom mhux tas-soltu u mill-ħjiel tal-merdqux. Huma konformi ma' standard ta' kwalità għolja li ilu kkontrollat għal ħafna żmien, huma magħrufin lil hinn sewwa mir-reġjun ta' Nuremberg u għandhom fama tajba ħafna mal-konsumaturi.
Dan huwa rifless fil-fatt li programm standard ta' żjara lill-belt illum jinkludi l-konsum tan-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” f'wieħed mill-ħafna “Bratwurstküchen” jew “Wurstbratereien” fiċ-ċentru tal-belt ta' Nuremberg.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott
It-tradizzjoni ta' mijiet ta' snin tal- produzzjoni tal-Bratwurst f'Nuremberg, l-istandard ta' kwalità għolja li ilu jiġi kkontrollat għal ħafna żmien, u l-għamla żgħira mhux tas-soltu għamlu lill-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” magħrufa u apprezzati ħafna mal-Ġermanja kollha u mad-dinja.
L-ispeċjalità ħarġet fil-Belt Imperjali ta' Nuremberg bħala riżultat tal-pożizzjoni ġeografika tagħha fl-intersezzjoni ewlenija tar-rotot tal-kummerċ u l-ħwawar mill-Asja tal-Lvant. Minn hawn oriġinaw ħwawar bħall-merdqux, in-noċemuskata u l-bżar. Kienet id-disponibbiltà ta' dawn il-ħwawar mill-Asja li ppermettiet li tinbeda l-produzzjoni ta' dawn iz-zlazet. Minħabba li Nuremberg kienet belt b'ħafna kummerċ fuq distanzi twal u b'għadd ta' tradizzjonijiet moderni raffinati, kien isir zalzett dejjem iżgħar, aktar raffinat u mħawwar aħjar, li maż-żmien sar il-famuż “Nürnberger Bratwürste”. Bil-kontra taż-żoni fil-kampanja, sa mill-bidu l-belt saħqet aktar fuq il-kwalità. Filwaqt li l-kwantità kienet minn ta' quddiem band'oħra, il-prinċipju li fuqu ssawret il-produzzjoni f'Nuremberg kien dak tal-kwalità qabel il-kwantità, u kien dan li ġab miegħu d-daqs żgħir taz-zlazet.
L-osservanza tar-riċetta u tal-kwalità jmorru lura għar-regoli ta' superviżjoni tal-kunsill tal-belt ta' Nuremberg. Nuremberg tista' bir-raġun tgħid li għandha l-iktar skema antika ta' kontroll tal-oġġetti tal-ikel, li tissemma fil-kodiċi penali sa mill-1300. Bil-pubblikazzjoni tar-riċetta, b'eżerċizzju strett ta' superviżjoni u bir-restrizzjoni tal-produzzjoni għaż-żona tal-belt, il-belt ta' Nuremberg għenet biex ikun żgurat li l-karattru taz-zalzett ikun indikazzjoni tal-oriġini tiegħu. Huwa għalhekk li r-rabta maż-żona ġeografika fil-bidu kienet ibbażata fuq il-pożizzjoni ġeografika tagħha bħala intersezzjoni ewlenija tar-rotot tal-ħwawar u tal-kummerċ, u fuq l-introduzzjoni bikrija tas-superviżjoni tal-oġġetti tal-ikel. B'hekk il-pożizzjoni ġeografika u l-kontroll tal-oġġetti tal-ikel, u għaldaqstant tar-riċetta, irriżultaw fil-kwalità partikolari taz-zalzett. Il-belt imperjali bin-netwerk estensiv tagħha ta' kummerċ mad-dinja kollha ġabet speċjalità li kienet magħrufa ħafna mill-Medju Evu 'l quddiem. Illum ir-rabta hija bbażata fuq il-fama li tgawdi din l-ispeċjalità li tradizzjonalment hija apprezzata mad-dinja kollha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41217
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
Rettifika
|
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/16 |
Rettifika tat-tnedija ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ tajers ġodda kif ukoll dawk b’wiċċ ġdid għal karozzi tal-linja jew trakkijiet, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 264 tal-11 ta’ Awwissu 2017 )
(2017/C 292/11)
Fil-paġna 14, il-punt 3,
minflok:
“… il-kodiċi NM ex 4011 20 90 u 4012 12 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.”,
aqra:
“… il-kodiċi NM 4011 20 90 u 4012 12 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.”.