|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 25 ta’ Frar 2014 |
|
|
2017/C 285/01 |
||
|
2017/C 285/02 |
||
|
2017/C 285/03 |
||
|
2017/C 285/04 |
||
|
2017/C 285/05 |
||
|
2017/C 285/06 |
||
|
|
L-Erbgħa 26 ta’ Frar 2014 |
|
|
2017/C 285/07 |
||
|
2017/C 285/08 |
||
|
2017/C 285/09 |
||
|
2017/C 285/10 |
||
|
2017/C 285/11 |
||
|
2017/C 285/12 |
||
|
|
Il-Ħamis 27 ta’ Frar 2014 |
|
|
2017/C 285/13 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-SOLVIT (2013/2154(INI)) |
|
|
2017/C 285/14 |
||
|
2017/C 285/15 |
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq (2014/2565(RSP)) |
|
|
2017/C 285/16 |
||
|
2017/C 285/17 |
||
|
2017/C 285/18 |
||
|
2017/C 285/19 |
||
|
2017/C 285/20 |
||
|
2017/C 285/21 |
||
|
2017/C 285/22 |
||
|
2017/C 285/23 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 25 ta’ Frar 2014 |
|
|
2017/C 285/24 |
||
|
2017/C 285/25 |
||
|
|
L-Erbgħa 26 ta’ Frar 2014 |
|
|
2017/C 285/26 |
||
|
2017/C 285/27 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2013–2014
Dati tas-seduti: 24–27 ta’ Frar 2014
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 61, 19.2.2015 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 25 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/2 |
P7_TA(2014)0126
Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (2013/2004(INL))
(2017/C 285/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 24 u 25 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea (1), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 dwar it-tmiem għall-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2009 dwar il-kampanja “LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa” (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar il-prijoritajiet u l-punti ewlenin ta' qafas politiku ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar qtil ta' nisa (femiċidji) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali, u l-irwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010–2015 li ġiet ippreżentata fil-21 ta’ Settembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma (COM(2010)0171), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza 2014-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta’ Marzu 2010 dwar l-eradikazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2012 dwar l-“Eradikazzjoni tal-vjolenza domestika fuq in-nisa” (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1)(d) tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU bir-Riżoluzzjoni 34/180 tat-18 ta’ Diċembru 1979, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, bħalma huma l-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta’ Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, il-Konvenzjoni tal-1951 rigward l-Istatus tar-Refuġjati, u l-prinċipju ta’ non-refoulement, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, |
|
— |
wara li kkunsidra strumenti oħra tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bħad-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna u l-Programm ta’ Azzjoni tal-25 ta’ Ġunju 1993 adottata mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (A/CONF. 157/23) u d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta’ Diċembru 1993 (A/RES/48/104), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-12 ta’ Diċembru 1997 bit-titolu “Crime prevention and criminal justice measures to eliminate violence against women” (A/RES/52/86), tat-18 ta’ Diċembru 2002 bit-titolu “Working towards the elimination of crimes against women committed in the name of honour”, (A/RES/57/179), u tat-22 ta’ Diċembru 2003 bit-titolu “Elimination of domestic violence against women” (A/RES/58/147) u tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-5 ta’ Marzu 2013 bit-titolu “Intensifying global efforts for the elimination of female genital mutilations” (A/RES/67/146), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti mir-Rapporteurs Speċjali tal-Kummissarju Għoli tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-vjolenza kontra n-nisa u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 adottata mill-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (il-11-il Sessjoni, 1992), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Bejġing, adottati mir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta’ Settembru 1995 u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-18 ta’ Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Bejġing (10), tal-10 ta’ Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa – Pjattaforma ta’ Azzjoni (Bejġing+10) (11) u tal-25 ta’ Frar 2010 dwar Bejġing + 15 – Pjattaforma ta’ Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta’ Diċembru 2006 bit-titolu “Intensifikazzjoni tal-isforzi biex tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/61/143), u r-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tas-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa dwar l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU tar-Rapporteur Speċjali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, il-kawżi u l-konsegwenzi tagħha, Rashida Manjoo, tas-16 ta’ Mejju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Pjan ta'Azzjoni Internazzjonali ta' Madrid dwar it-Tixjiħ, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0075/2014), |
|
A. |
billi fid-Direttiva 2012/29/EU (14) li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, il-vjolenza sessista hija definita bħala vjolenza li hija diretta kontra persuna minħabba s-sess ta’ dik il-persuna, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru jew li taffettwa lil persuni ta’ sess partikolari b’mod sproporzjonat; billi din tista’ tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika, jew telf ekonomiku, għall-vittma u titqies bħala forma ta' diskriminazzjoni u ksur tal-libertajiet fundamentali tal-vittma u tinkludi vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, vjolenza sesswali (inklużi l-istupru, l-attakk sesswali u l-fastidju sesswali), traffikar tal-bnedmin, skjavitù, u forom differenti ta’ prattiki li jagħmlu l-ħsara, bħalma huma ż-żwiġijiet sfurzati, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-hekk imsejħa “delitti tal-unur”; |
|
B. |
billi l-vjolenza sessista tinvolvi vittmi u awturi ta’ kull età, sfondi edukattivi, dħul u pożizzjonijiet soċjali u hija marbuta mad-distribuzzjoni inugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà tagħna u ma’ ideat u imġibiet ibbażati fuq l-isterjotipi fis-soċjetà tagħna li jeħtieġ li jiġu miġġielda fl-aktar stadju bikri bil-għan li jinbidlu l-attitudnijiet; |
|
C. |
billi n-nisa qed ikunu dejjem aktar suġġetti għall-vjolenza li titwettaq mill-irġiel, is-sħab, l-eksirġiel jew l-ekssħab tagħhom; billi f'xi pajjiżi n-numru ta' vittmi żdied f'daqqa u l-konsegwenzi li jsofru l-vittmi wrew it-tendenza li jsiru ferm aktar serji u li jwasslu saħansitra għall-mewt, u l-istatistika turi li n-numru ta' nisa maqtula qed jilħaq propozjon dejjem akbar tat-total ta' omiċidji; |
|
D. |
billi f'xi pajjiżi l-istħarriġ statistiku juri li, anke jekk in-numru totali ta' omiċidji ma żdiedx, żdied però n-numru ta' nisa maqtula fuq it-total ta' omiċidji, li jikkonferma li l- vjolenza kontra n-nisa żdiedet; |
|
E. |
billi l-faqar estrem iżid ir-riskju tal-vjolenza u forom oħra ta’ sfruttament li jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
F. |
billi aktar indipendenza u involviment soċjali u ekonomiku jagħmel lin-nisa anqas vulnerabbli u jnaqqas il-vjolenza sessista; |
|
G. |
billi l-istereotipi ġodda, u l-forom ta' diskriminazzjoni u vjolenza żdiedu riċentement minħabba l-użu akbar ta' netwerks soċjali, bħalma huma l-prattiki abbużivi ta' korruzzjoni sesswali (grooming) immirati l-aktar lejn l-adoloxxenti; |
|
H. |
billi l-attitudni sessista fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa dwar ir-rwoli tas-sessi hija persistenti; iż-żgħażagħ nisa li huma vittmi ta’ vjolenza għadhom jingħataw it-tort u jiġu stigmatizzati mill-pari tagħhom u mill-bqija tas-soċjetà; |
|
I. |
billi l-vjolenza hija esperjenza trawmatika għal kwalunkwe raġel, mara, tifel jew tifla, imma l-vjolenza sessista hija iktar ta’ spiss imposta fuq in-nisa milli fuq l-irġiel, u kemm tirrifletti kif ukoll issaħħaħ l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u tikkomprometti s-saħħa, id-dinjità, is-sigurtà u l-awtonomija tal-vittmi tagħha; |
|
J. |
billi t-tfal li kienu xhieda ta' vjolenza fuq qarib qrib tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati u wieħed għandu jieħu ħsiebhom mill-aspett tat-trattament psikoloġiku meħtieġ u d-dispożizzjonijiet ta’ għajnuna soċjali, barra minn hekk billi t-tfal li kienu xhieda ta' vjolenza huma wkoll f'riskju akbar li jiġu affettwati minn problemi emozzjonali u ta' relazzjonijiet; |
|
K. |
billi n-nisa vittmi ta’ vjolenza sessista u t-tfal tagħhom ta’ spiss ikunu jeħtieġu appoġġ u protezzjoni speċjali minħabba r-riskju għoli ta’ vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta ta’ intimidazzjoni u ta’ ritaljazzjoni marbuta ma’ tali vjolenza; |
|
L. |
billi n-nisa u t-tfal li jesperjenzaw vjolenza jeħtieġu faċilitajiet ta' rifuġju speċifiċi fejn jistgħu jiġu offruti servizzi ta' kura tas-saħħa, assistenza legali u konsulenza u terapija psikoloġiċi; billi r-rifuġji tan-nisa għandhom jingħataw finanzjament xieraq mill-Istati Membri; |
|
M. |
billi l-vjolenza maskili kontra n-nisa tibdel il-post tan-nisa fis-soċjetà u l-awtodeterminazzjoni tagħhom mil-lat tas-saħħa tagħhom, l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u l-edukazzjoni, l-integrazzjoni tagħhom fl-attivitajiet soċjali u kulturali, l-indipendenza ekonomika tagħhom, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika u politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet u r-relazzjonijiet tagħhom mal-irġiel kif ukoll iż-żieda fir-rispett għalihom infushom; |
|
N. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa tista’ tħalli feriti fiżiċi u psikoloġiċi profondi, tikkawża dannu lis-saħħa ġenerali tan-nisa u l-bniet, inkluża s-saħħa riproduttiva u sesswali tagħhom, u f’xi każijiet, tirriżulta fil-mewt, li tissejjaħ ukoll femminiċidju; |
|
O. |
billi hemm il-ħtieġa ta' edukazzjoni u taħriġ minn età żgħira ħafna biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza sessista inġenerali peress li din tiżviluppa l-ħiliet taż-żgħażagħ biex jittrattaw lis-sħab tagħhom b'rispett hu x’inhu l-ġeneru tagħhom u biex ikunu konxji tal-prinċipji tal-ugwaljanza; |
|
P. |
billi l-vjolenza kontra n-nisa qed tieħu forom dejjem iżjed inaċċettabbli, inkluża s-sħubija fi gruppi li jorganizzaw it-traffikar tan-nisa għal sfruttament sesswali; |
|
Q. |
billi l-istudji fuq il-vjolenza kontra n-nisa jikkalkulaw li waħda minn kull ħamsa sa kwart tan-nisa kollha fl-Ewropa sofrew atti ta’ vjolenza fiżika għallinqas darba tul il-ħajja adulta tagħhom, u aktar minn waħda minn kull għaxra sofriet vjolenza sesswali li tinvolvi l-użu tal-forza (15); |
|
R. |
billi, skont l-Evalwazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew, l-ispiża annwali lill-UE tal-vjolenza sessista kontra n-nisa hija stmata għal EUR 228 biljun fl-2011 (jiġifieri 1,8 % tal-PDG tal-UE), li minnhom EUR 45 biljun fis-sena fis-servizzi pubbliċi u tal-istat u EUR 24 biljun tal-produzzjoni ekonomika mitlufa; |
|
S. |
billi f’Marzu 2013 l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali ħarġet xi riżultati preliminari tal-istħarriġ Ewropew tagħha dwar il-vjolenza fuq in-nisa, li juri, fost oħrajn, li: erba’ minn ħames nisa ma talbu għall-ebda servizz, bħal kura tas-saħħa, servizzi soċjali, jew appoġġ lill-vittmi, wara l-aktar inċidenti serji ta’ vjolenza minn persuna li ma kinitx is-sieħeb tagħhom; in-nisa li fittxew għajnuna kienu dawk li aktarx jitolbu għal servizzi mediċi, u dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-professjonisti tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ vjolenza; tnejn minn kull ħames nisa ma kinux konxji tal-liġijiet jew l-inizjattivi politiċi li jipproteġuhom f’każijiet ta’ vjolenza domestika, u nofshom ma kienu konxji dwar l-ebda liġi jew inizjattiva preventiva; |
|
T. |
billi l-Kummissjoni enfasizzat fl-istrateġija tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2010-2015 li l-vjolenza sessista hija waħda mill-problemi ewlenin li għandha tiġi indirizzata biex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn is-sessi; |
|
U. |
billi l-qafas legali tat-Trattat ta’ Lisbona joffri possibbiltajiet ġodda biex tiżdied il-kooperazzjoni fil-politika tal-ġustizzja kriminali fil-livell tal-Unjoni, li tippermetti lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien fuq bażijiet sodi, biex b’hekk joħolqu tradizzjoni legali komuni fl-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra kull tip ta' vjolenza fuq in-nisa u diskriminazzjoni kontrihom, fir-rigward ta’ sistemi u tradizzjonijiet legali nazzjonali mingħajr ma tissostitwihom; |
|
V. |
billi s-sensibilizzazzjoni u l-mobilizzazzjoni, inkluż permezz tal-midja u l-midja soċjali, jikkostitwixxu komponent importanti ta’ strateġija ta’ prevenzjoni effettiva; |
|
W. |
billi m’hemm l-ebda intervent wieħed li jelimina waħdu l-vjolenza sessista, iżda taħlita ta’ azzjonijiet infrastrutturali, legali, ġudizzjarji, ta’ infurzar, kulturali, edukattivi, soċjali, tas-saħħa u azzjonijiet oħra relatati mas-servizzi jistgħu jqajmu kuxjenza u jnaqqsu l-vjolenza u l-konsegwenzi tagħha b’mod sinifikanti; |
|
X. |
billi s-sitt għanijiet inseparabbli li huma l-bażi ta' kwalunkwe miżura li tiġġieled kontra l-vjolenza fuq in-nisa huma l-politika, il-prevenzjoni, il-protezzjoni, il-prosekuzzjoni, id-dispożizzjoni u s-sħubija; |
|
Y. |
billi huwa importanti li tiżdied l-azzjoni kontra l-industrija li għandha perċezzjoni tat-tfajliet u l-bniet bħala oġġetti sesswali; |
|
Z. |
billi n-nisa fl-Unjoni Ewropea mhumiex protetti b’mod ugwali kontra l-vjolenza mill-irġiel minħabba politiki u leġiżlazzjoni varji madwar l-Istati Membri, rigward fost l-oħrajn id-definizzjoni tar-reati u l-ambitu tal-leġiżlazzjoni, u għalhekk huma vulnerabbli għal tali vjolenza; |
|
AA. |
billi minħabba fatturi bħar-razza, l-etniċità, ir-reliġjon jew twemmin, is-saħħa, l-istat ċivili, id-djar, l-istat ta' migrazzjoni, l-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, in-nisa jista’ jkollhom ħtiġijiet speċjali u jkunu aktar vulnerabbli għal diskriminazzjonijiet multipli; |
|
AB. |
billi f’bosta każijiet in-nisa jonqsu milli jressqu lmenti kontra atti ta’ vjolenza sessista kontrihom, għal raġunijiet li huma kumplessi u diversi u li jinkludu fatturi psikoloġiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, u għax jistgħu wkoll ma jkollhomx fiduċja fil-ħila tal-pulizija, fis-sistema ġuridika u fis-servizzi soċjali u tas-saħħa li jgħinuhom b’mod konkret; billi f'xi każijiet l-awtoritajiet iqisu l-vjolenza sessista bħala problema tal-familja u għalhekk waħda li tista' tiġi solvuta f'dak il-livell; |
|
AC. |
billi l-politika tas-saħħa riproduttiva għandha tkun fil-qalba ta' dan id-dibattitu; |
|
AD. |
billi l-ġabra ta' dejta diżaggregata, kwalitattiva u kwantitattiva, paragunabbli, li tkopri l-aspetti kollha tal-problema, hija indispensabbli, biex tinftiehem il-firxa reali tal-vjolenza kontra n-nisa fl-Unjoni, il-konsegwenzi tagħha u, għalhekk, għall-iżvilupp ta' politiki effettivi; |
|
AE. |
billi r-rifjut tal-proposta tal-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2012 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità (16) itenni l-bżonn għal proposta ġdida għal leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi sistema koerenti għall-ġbir ta’ statistika dwar il-vjolenza kontra n-nisa fl-Istati Membri, u billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru 2012, talab li jsir titjib fil-ġbir u t-tixrid ta’ dejta affidabbli, paragunabbli, u aġġornata regolarment li tirrigwarda kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa kemm fil-livell nazzjonali u tal-UE; |
|
AF. |
billi l-Mutilazzjoni tal-Ġenitali Femminili (FGM) hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bħala forma ta’ tortura kontra l-bniet u n-nisa, u tirrifletti inugwaljanza profonda bejn is-sessi; billi L-FGM tikkostitwixxi forma estrema ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa, kważi dejjem titwettaq fuq il-minurenni u hija ksur tad-drittijiet tat-tfal; |
|
AG. |
billi l-prostituzzjoni tistta' titqies bħala tip ta’ vjolenza kontra n-nisa, minħabba l-effett li din ikollha fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom, b’mod speċjali f’każijiet ta’ prostituzzjoni sfurzata u fit-traffikar tan-nisa għal finijiet ta’ prostituzzjoni; |
|
AH. |
billi t-tendenza għad-delitti mwettqa f’isem l-unur qiegħda tiżdied b’mod perikoluż fi ħdan il-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, tendenza li taffettwa l-aktar lill-bniet; |
|
AI. |
billi l-abbuż tal-anzjani huwa rikonoxxut bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa anzjani, kif ukoll il-ħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż tal-anzjani fil-pajjiżi kollha tal-UE; |
|
AJ. |
billi l-adozzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom kif ukoll il-kapitolu speċifiku dwar il-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza sessista fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem qed jimmarkaw id-determinazzjoni politika ċara tal-UE biex tittratta s-suġġett tad-drittijiet tan-nisa bħala prijorità u biex tieħu azzjoni għall-perjodu fit-tul f’dak il-qasam; billi l-koerenza bejn id-dimensjonijiet interni u esterni fil-politiki dwar id-drittijiet tal-bniedem xi kultant tista’ tesponi distakk bejn ir-retorika u l-imġiba; |
|
AK. |
billi, skont ir-rapporti tal-Kummissjoni u ta' Amnesty International, FGM tirrigwarda mijiet ta' eluf ta' nisa u bniet fl-Ewropa u spiss tissemma ċ-ċifra ta' 500 000 vittma; billi d-disparitajiet bejn id-dispożizzjonijiet legali fl-Istati Membri qed iwasslu għall-fenomenu tal-hekk imsejjaħ “turiżmu FGM” transkonfinali fl-UE; |
|
AL. |
billi hemm ħtieġa kontinwa għall-UE biex taħdem ma’ pajjiżi terzi biex teqred il-prattika vjolenti tal-FGM; billi dawk l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkriminalizza l-FGM għandhom jaġixxu fuq din il-leġiżlazzjoni; |
|
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2014, fuq il-bażi tal-Artikolu 84 tat-TFUE, tissottometti proposta għal att li jistabbilixxi miżuri għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet (VAWG), skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness hawnhekk; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta riveduta għal Regolament dwar statistika Ewropea li tkun immirata lejn reati vjolenti u tinkludi wkoll sistema koerenti għall-ġbir tal-istatistika dwar il-vjolenza sessista fl-Istati Membri; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jattiva l-klawsola passerelle, billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet (u forom oħra ta’ vjolenza sessista) bħala qasam ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi ratifiki nazzjonali u tniedi l-proċedura għall-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-vjolenza kontra n-nisa, ladarba jkun evalwat l-impatt u l-valur miżjud li dan tal-aħħar ikollu; |
|
5. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta Strateġija għall-UE kollha u Pjan ta’ Azzjoni għall-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (VAWG), kif previst fl-2010 fil-pjan ta' azzjoni li jimplimenta l-programm ta' Stokkolma, bil-għan li jipproteġi l-integrità tan-nisa, l-ugwaljanza (l-Artikolu 2 tat-TUE) u l-benessri (Artikolu 3(1) TUE) b'mod tanġibbli u effettiv fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, filwaqt li tiffoka partikolarment fuq li tagħmel in-nisa konxji tad-drittjiet tagħhom u l-irġiel u s-subien (minn età żgħira) tal-ħtieġa li jirrispettaw l-integrità fiżika u psikoloġika tan-nisa, sabiex jgħinu biex tiġi pprevenuta tali vjolenza, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa li s-servizzi tal-pulizija u ġudizzjarji jingħataw taħriġ xieraq fl-ittrattar tal-isfidi speċifiċi tal-vjolenza sessista, u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu arranġamenti biex jgħinu lill-vittmi jibnu ħajjithom mill-ġdid u jirkupraw il-kunfidenza fihom infushom, sabiex jiġu mħarsa mill-vulnerabilità jew id-dipendenza futuri; iqis li tali strateġija għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli bħal persuni anzjani, persuni b’diżabilità, immigranti u persuni LGBT (leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru) u li għandha tinkludi wkoll miżuri li jappoġġjaw lit-tfal li jkunu xhieda ta’ vjolenza u jirrikonoxxuhom bħala vittmi ta’ kriminalità; |
|
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tan-nisa sabiex iħejju u jimplimentaw strateġija effiċjenti biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta l-ewwel passi lejn l-istabbiliment ta’ Osservatorju Ewropew dwar il-Vjolenza Kontra n-Nisa u l-Bniet li jibni fuq strutturi istituzzjonali eżistenti (Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)) u dirett minn Koordinatur tal-UE dwar il-VAWG; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħloq, fit-tliet snin li ġejjin, Sena Ewropea Kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa u l-Bniet bil-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini kif ukoll tal-politikanti rġiel u nisa dwar din il-problema mifruxa li taffettwa l-Istati Membri kollha, bil-għan li jiġi ppreżentat pjan ta’ azzjoni ċar li jwassal għat-tmiem tal-vjolenza kontra n-nisa; |
|
9. |
Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra d-delitti mwettqa f’isem l-unur billi jipprovdu edukazzjoni u kenn għal dawk li jistgħu jisfaw vittmi u biex jimmobilizzaw il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-forma estrema ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-għadd ta’ mwiet traġiċi kkawżati mid-delitti mwettqa f’isem l-unur; |
|
10. |
Jistieden lill-Istati Membri u l-partijiet interessati, li jaħdmu mal-Kummissjoni, biex jgħinu fit-tixrid tal-informazzjoni dwar il-programmi tal-UE u l-finanzjament disponibbli għalihom biex jikkombattu l-vjolenza kontra n-nisa; |
|
11. |
Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; |
|
12. |
Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti mill-baġit tal-Unjoni, it-Taqsima III (l-iżgurar ta’ komplementarjetà sħiħa mal-linja baġitarja eżistenti relatata mas-suġġett tal-proposta); |
|
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-EIGE; |
(1) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 52.
(2) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 87.
(3) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 131.
(4) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.
(5) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0045.
(7) ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 140.
(8) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.
(9) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 21.
(10) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.
(11) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.
(12) ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 11.
(13) PE 504.467.
(14) Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).
(15) Task Force tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa inkluża l-Vjolenza Domestika (EG-TFV), “Rapport ta’ Attività Finali”, Settembru 2008.
(16) Testi adottati, P7_TA(2012)0494.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:
RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI RIGWARD IL-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MRESSQA
Rakkomandazzjoni 1 dwar l-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament li għandu jiġi adottat
L-għan tar-Regolament għandu jkun li jistabbilixxi miżuri sabiex jinkoraġġixxi u jappoġġja l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza sessista.
Il-vjolenza sessista għandha tiġi kkunsidrata (kif diġà indikat fid-Direttiva 2012/29/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI) bħala vjolenza li hija diretta kontra persuna minħabba s-sess ta’ dik il-persuna, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru jew li taffettwa lil persuni ta’ sess partikolari b’mod sproporzjonat. Din tista’ tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika, jew telf ekonomiku, lill-vittma u tista’ tinkludi vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, vjolenza sesswali (inkluż stupru, attakk u abbuż sesswali), traffikar tal-bnedmin, skjavitù, u forom differenti ta’ prattiki li jagħmlu l-ħsara, bħal żwiġijiet sfurzati, mutilazzjoni tal-ġenitali femminili u l-hekk imsejħa “delitti tal-unur”.
Rakkomandazzjoni 2 rigward miżuri ta’ prevenzjoni u li jikkumbattu
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw serje ta’ miżuri sabiex tiġi pprevenuta u miġġielda l-vjolenza sessista kontra n-nisa u l-bniet. Huma għandhom jiġifieri:
|
— |
ifasslu, jimplimentaw u jevalwaw strateġiji u programmi komprensivi annwali, inklużi programmi ta’ edukazzjoni pubblika u taħriġ għall-għalliema u għall-professjonisti fis-settur rikreattiv maħsuba biex ineħħu l-ostakli li jżommu lin-nisa u l-bniet milli jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom u l-libertà tagħhom ħielsa mill-vjolenza u bil-għan li jwasslu għal bidla profonda fl-attitudnijiet soċjali u kulturali; |
|
— |
iwettqu riċerka rilevanti dwar il-vjolenza sessista, inkluż dwar il-kawżi u l-motivi ta’ vjolenza u l-ġbir ta’ dejta u analiżi, filwaqt li jsegwu l-isforzi biex jiġu standardizzati l-kriterji għar-reġistrazzjoni ta’ vjolenza sessista biex b’hekk id-dejta miġbura tkun paragunabbli; |
|
— |
jorganizzaw taħriġ għall-uffiċjali u l-professjonisti li x’aktarx jiġu f’kuntatt ma’ każijiet ta’ vjolenza sessista – inklużi dawk involuti fl-infurzar tal-liġi, l-għajnuna soċjali, il-benessri tat-tfal (għal vittmi jew xhieda ta' vjolenza), il-kura tas-saħħa u l-persunal taċ-ċentri ta’emerġenza – sabiex isibu, jidentifikaw u jittrattaw każijiet bħal dawn b’mod xieraq, b’attenzjoni speċjali lejn il-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-vittmi; |
|
— |
jiskambjaw il-kompetenzi, l-esperjenzi, l-informazzjoni u l-aħjar prattiki permezz tan-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN); |
|
— |
jistabbilixxu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni (inklużi kampanji mmirati speċifikament lejn l-irġiel), b'konsultazzjoni u fejn rilevanti b’kooperazzjoni mal-NGOs, il-midja u partijiet interessati oħrajn |
|
— |
joħolqu – jekk ma jkunux diġà eżistenti – u jappoġġaw linji għall-għajnuna nazzjonali mingħajr ħlas b’persunal speċjalizzat; |
|
— |
jiżguraw li jkun hemm rifuġji speċjalizzati disponibbli (konċeputi bħala għajnuna waqt l-ewwel kuntatt u spazju sikur għan-nisa u li jtihom saħħa) u jarmawhom bil-faċilitajiet u l-persunal imħarreġ b'mod xieraq, u joffru post għal mill-inqas mara waħda għal kull 10 000 abitant. |
|
— |
jiżguraw appoġġ għall-NGOs tan-nisa u s-soċjetà ċivili li jaħdmu biex tiġi ppreventuta l-vjolenza sessista kontra n-nisa u l-bniet. |
Rakkomandazzjoni 3 dwar rapporteurs nazzjonali jew mekkaniżmi ekwivalenti
Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu rapporteurs nazzjonali jew mekkaniżmi ekwivalenti. Il-kompiti ta’ tali mekkaniżmi għandhom jinkludu t-twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ tendenzi fil-vjolenza sessista, il-kejl tar-riżultati tal-miżuri meħuda biex tiġi miġġielda din il-vjolenza fil-livell nazzjonali u lokali, il-ġbir ta’ statistika u rappurtaġġ annwali lill-Kummissjoni Ewropea u l-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.
Rakkomandazzjoni 4 dwar il-koordinazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
Sabiex jagħtu kontribut għal strateġija koordinata u konsolidata tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fir-Rakkomandazzjoni 3.
Rakkomandazzjoni 5 (dwar ir-rapportar)
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u ibda mis-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jevalwa sa liema punt l-Istati Membri ħadu miżuri skont dan ir-Regolament.
Ir-rapport għandu jelenka l-miżuri meħuda u jenfasizza l-prattiki tajbin.
Rakkomandazzjoni 6 dwar il-ħolqien ta’ forum tas-soċjetà ċivili
Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjeta ċivili u l-korpi kompetenti rilevanti li joperaw fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza sessista fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali u għandha tistabbilixxi Forum tas-Soċjetà Ċivili għal dan il-għan.
Il-Forum għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni u ġbir ta’ għarfien. Huwa għandu jiżgura djalogu mill-qrib bejn l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-partijiet interessati rilevanti.
Il-Forum għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati rilevanti skont l-ewwel paragrafu u għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.
Rakkomandazzjoni 7 dwar l-appoġġ finanzjarju
Ir-Regolament għandu jistabbilixxi s-sors tal-appoġġ finanzjarju fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni (Taqsima III) għall-azzjonijiet elenkati taħt Rakkomandazzjoni 3.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/11 |
P7_TA(2014)0127
Delega ta' setgħat leġiżlattivi u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta’ setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (2012/2323(INI))
(2017/C 285/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati, kif approvat fit-3 ta’ Marzu 2011 mill-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2), b’mod partikolari l-punt 15 tiegħu u l-Anness 1 għalih, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Settembru 2012 fil-Kawża C-355/10, il-Parlament v il-Kunsill (għadha mhix rappurtata), u l-Kawża C-427/12 pendenti, il-Kummissjoni v il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010dwar is-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' informazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, adottat fid-19 ta' Settembru 2013, dwar Regolamentazzjoni aħjar: atti ta' implimentazzjoni u atti delegati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta' Novembru 2012 mill-President tal-Parlament lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati dwar il-prinċipji orizzontali fl-użu ta' atti delegati fir-rigward ta' programmi leġiżlattivi koperti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), kif approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tal-15 ta' Novembru 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-8 ta' Frar 2013 mill-President tal-Parlament lill-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' progress fil-Kunsill fir-rigward tal-proposti ta' allinjament fl-oqsma tal-agrikultura u s-sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0435/2013), |
|
A. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona introduċa l-possibbiltà għall-Parlament u l-Kunsill (flimkien indikati bħala “il-leġiżlatur”) li jiddelegaw parti mis-setgħat tagħhom stess lill-Kummissjoni f’att leġiżlattiv (“l-att bażiku”); billi d-delega hija operazzjoni delikata li fiha l-Kummissjoni tkun mitluba li teżerċita s-setgħa li hija intrinsika għar-rwol proprju tal-leġiżlatur; billi għalhekk hu meħtieġ li tkun żgurata applikazzjoni korretta tat-Trattat, sabiex ikun garantit livell suffiċjenti ta' leġittimità demokratika għal atti delegati wkoll; billi l-punt ta’ tluq meta tkun eżaminata l-kwistjoni tad-delega għandu għalhekk dejjem ikun il-libertà tal-leġiżlatur; billi skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-adozzjoni tar-regoli essenzjali għas-suġġett previst hija riżervata għal-leġiżlatur; li tfisser li l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li jitolbu deċiżjonijiet politiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-leġiżlatur ma jistgħux ikunu delegati; billi għalhekk dik is-setgħa delegata tista’ tikkonsisti biss fis-supplimentar jew fl-emendar ta’ partijiet mill-att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali; billi l-atti delegati li jirriżultaw li jkunu adottati mill-Kummissjoni se jkunu atti mhux leġiżlattivi ta’ ambitu ġenerali; billi l-att bażiku għandu jiddefinixxi b’mod espliċitu l-objettiv, il-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ din id-delega, u għandu jistipula l-kundizzjonijiet li d-delega hija suġġetta għalihom; |
|
B. |
billi sabiex jiġu stabbiliti l-arranġamenti prattiċi u l-kjarifiki maqbula u l-preferenzi applikabbli għad-delega tas-setgħa leġiżlattiva skont l-Artikolu 290 TFUE, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar Fehim Komuni għall-Atti Delegati bil-ħsieb tal-eżerċizzju mingħajr problemi tas-setgħa delegata u l-kontroll effettiv ta’ dik is-setgħa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill; |
|
C. |
billi t-Trattati jipprovdu li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa biex jiġu implimentati atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti; billi, madankollu, fejn huma meħtieġa l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti, dawk l-atti għandhom jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni (u f’ċertu każijiet eċċezzjonali lill-Kunsill), kif stabbilit fl-Artikolu 291 TFUE; billi fejn l-att bażiku jeħtieġ li l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni tkun suġġetta għall-kontroll mill-Istati Membri, l-att bażiku għandu jagħti dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011; billi impenn ewlieni li għamlet il-Kummissjoni f’dikjarazzjoni annessa ma’ dak ir-Regolament kien l-allinjament urġenti tal-acquis mas-sistema l-ġdida ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li għandu jitlesta matul it-terminu leġiżlattiv attwali, inkluż l-atti bażiċi li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS); |
|
D. |
billi huwa l-kompitu tal-leġiżlatur li jiddetermina, abbażi ta’ kull każ għalih, il-livell ta’ dettall ta’ kull att leġiżlattiv u għalhekk anke jiddeċiedu jekk jiddelegawx kwalunkwe setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-atti delegati kif ukoll jekk hux se jkunu meħtieġa setgħat biex jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-att leġiżlattiv; billi l-għoti ta’ dawn is-setgħat delegati jew ta’ implimentazzjoni qatt ma huwa obbligu; billi dan l-għoti għandu madankollu jitqies fejn huma meħtieġa l-flessibbiltà u l-effiċjenza u ma jistgħux jitwasslu permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi d-deċiżjoni dwar jekk jiġux mogħtija s-setgħat delegati jew ta’ implimentazzjoni għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li għandhom jippermettu stħarriġ ġudizzjarju tas-soluzzjoni adottata; billi n-nuqqas ta' każistika dwar l-Artikolu 290 TFUE u dwar il-kriterji mniżżla fih għamlitha aktar diffiċli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaqblu dwar delimitazzjoni bejn atti ta' implimentazzjoni u atti delegati; |
|
E. |
billi d-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni mhijiex biss kwistjoni teknika iżda tista’ tinvolvi kwistjonijiet ta’ importanza politika konsiderevoli għaċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-Unjoni, l-impriżi u setturi sħaħ minħabba l-impatti possibbli soċjoekonomiċi, ambjentali u tas-saħħa tagħhom; |
|
F. |
billi n-negozjati leġiżlattivi dwar ħafna suġġetti wrew interpretazzjonijiet diverġenti fost l-istituzzjonijiet dwar ċertu kwistjonijiet; billi, skont l-Artikolu 37a tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-kumitati tiegħu jistgħu jitolbu opinjoni mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali meta jiskrutinizzaw proposta li tipprevdi atti delegati; billi l-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta' Jannar 2012approvat linja komuni, u fid-19 ta' April 2012 approvat approċċ orizzontali li għandu jiġi segwit mill-kumitati individwali sabiex jingħelbu d-differenzi ta’ opinjoni; billi dik il-linja komuni jeħtieġ li tittieħed pass ieħor ’il quddiem mill-Parlament bit-twaqqif ta' kriterji tiegħu stess għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 TFUE u billi jagħmel ħiltu biex ikun hemm qbil dwar dawn il-kriterji mal-Kunsill u mal-Kummissjoni; |
Kriterji għall- applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 TFUE
|
1. |
Iqis li dawn il-kriterji mhux vinkolanti li ġejjin għandhom jiġu segwiti mill-Parlament meta japplika l-Artikoli 290 u 291 TFUE; dan is-sett ta’ kriterji ma jistax jiġi kkunsidrat bħala eżawrjenti:
|
Kummenti ġenerali
|
2. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jibdew negozjati mal-Parlament sabiex jilħqu ftehim dwar il-kriterji msemmija hawn fuq; iqis li dan jista’ jintlaħaq fil-qafas tar-reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li tkun tinkludi dawn il-kriterji; |
|
3. |
Itenni d-deċiżjonijiet meħuda mill-Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħat tagħha fit-13 ta' Jannar 2011 u fid-19 ta' April 2012 dwar l-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni, u jenfasizza li l-Parlament għandu dejjem jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati għas-setgħat kollha delegati lill-Kummissjoni li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 290 TFUE, u li l-fajls li fihom id-drittijiet istituzzjonali tal-Parlament dwar l-inklużjoni tal-atti delegati mhumiex salvagwardjati, ma għandhomx jitqiegħdu fl-aġenda plenarja għal vot li jwassal għal ftehim; jenfasizza li l-Parlament, diġà fil-bidu tan-negozjati, għandu jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni tal-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni bħala kwistjoni istituzzjonali ewlenija għall-Parlament; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-futur tiġġustifika espressament u b’mod sostenibbli, għaliex hija tipproponi att delegat jew ta' implimentazzjoni f’abbozz legali, u għalfejn tikkunsidra l-kontenut regolatorju tiegħu mhuwiex essenzjali; ifakkar li huwa ċar mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, li atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni huma mfassla għal ħtiġijiet differenti u għalhekk ma jistgħux jiġu sostitwiti wieħed b’ieħor; |
|
5. |
Jemmen li, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tar-rapporteurs tiegħu fin-negozjati leġiżlattivi, għandu jsir rikors akbar għall-possibbiltà li tintalab opinjoni mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 37a tar-Regoli ta' Proċedura; |
|
6. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li l-allinjament tal-acquis mat-Trattat ta’ Lisbona huwa biss parzjalment realtà erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu; jilqa’ l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti reċenti għall-allinjament tal-atti leġiżlattivi li jifdal li jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS); jenfasizza madankollu l-ħtieġa li jinbdew negozjati dwar dawk il-proposti malajr kemm jista’ jkun, sabiex jiġi ffinalizzat dan l-eżerċizzju qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali; iqis li mill-inqas, il-każijiet kollha li ġew trattati qabel taħt l-RPS għandhom issa jkunu allinjati mal-Artikolu 290 TFUE, peress li l-miżuri tal-RPS huma wkoll miżuri ta’ ambitu ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-att bażiku, fost l-oħrajn billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi jiġi ssupplimentat l-istrument biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali; fl-istess ħin, jistieden lill-Kunsill ikompli bit-taħditiet dwar dawk il-proposti speċifiċi ta’ allinjament li għadhom miżmuma fil-Kunsill, inkluż il-proposti fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd; |
|
7. |
Jesprimi tħassib li, minkejja l-fatt li tista’ tkun soluzzjoni tajba f’ċertu każijiet, iż-żamma sistematika tal-elementi kollha ta' politika fl-att bażiku tista’, maż-żmien, iċċaħħad l-Artikolu 290 TFUE mill-użu tiegħu bħala mezz ta’ valur għar-razzjonalizzazzjoni tal-proċess leġiżlattiv, li kienet ir-raġuni bażika inizjali sabiex tiġi evitata ġestjoni mikro u proċedura ta' kodeċiżjoni mtaqqla u fit-tul; jenfasizza li dan l-approċċ jista' jkun ferm diffiċli biex jiġi applikat f'xi każijiet, bħal fis-setturi fejn it-teknoloġiji għadhom qed jiġu żviluppati; |
|
8. |
Jenfasizza li f’dawk il-każijiet fejn ikun ġie deċiż li jintużaw l-atti ta’ implimentazzjoni, it-tim ta’ negozjar tal-Parlament għandu jevalwa sew x’tip ta’ kontroll huwa meħtieġ mill-Istati Membri u jekk għandhiex tintuża l-proċedura ta’ konsultazzjoni jew ta’ eżami; jenfasizza li t-timijiet ta’ negozjar tal-Parlament, f'każijiet fejn tintuża l-proċedura ta’ eżami, għandhom jaċċettaw biss l-hekk imsejħa “klawżola ta’ ebda opinjoni” f’każijiet eċċezzjonali biss u ġġustifikati sew, peress li dan jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni fil-każ ta’ “ebda opinjoni” mill-kumitat magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni; |
|
9. |
Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex ma tabbużax minn dawn l-atti delegati biex terġa' tiftaħ id-diskussjonijiet dwar kwistjonijiet li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-livell politiku fit-trilogi; jirrimarka li s-setgħa li tadotta atti delegati għandha preferibbilment tingħata lill-Kummissjoni biss għal perjodu limitat ta' żmien; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-kumitati tiegħu jimmonitorjaw mill-qrib l-użu tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni fl-isferi ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom; għal dak il-għan, jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-arranġamenti amministrattivi għat-trażmissjoni u l-iffajljar ta’ dokumenti relatati mal-atti delegati, inkluż dokumenti ta' tħejjija, sabiex tiżgura mill-inqas, l-istess livell ta’ informazzjoni u trasparenza li għandu r-reġistru eżistenti għall-atti ta’ implimentazzjoni u sabiex tiggarantixxi l-fluss simultanju tal-informazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bħala leġiżlatur; |
|
11. |
Iqis li sar progress sinifikanti fl-iżgurar ta' trażmissjoni veloċi tal-atti delegati lill-Kumitati responsabbli, li kellu effett pożittiv fuq l-eżerċizzju tad-dritt ta' skrutinju mill-Membri; |
|
12. |
Ifakkar għalhekk fir-responsabbiltà politika tal-leġiżlatur u l-ħtieġa li l-Parlament jiġi involut, b’mod regolari u f’waqtu, fil-fażi ta' tħejjija tal-atti delegati; jitlob lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament, inkluż lir-Rapporteur responsibble għal fajl inkwistjoni, kompletament infurmati dwar l-iskeda ppjanata, il-laqgħat skedati tal-gruppi ta' esperti u l-kontenut tal-atti delegati previsti, inkluż billi tipprovdi aċċess għall-bażijiet tad-data relevanti, bħal CIRCA; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ il-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, inter alia billi tissimplifika l-proċedura biex tistieden l-esperti tal-Parlament għal laqgħat ma’ esperti nazzjonali, jekk hekk ikun mitlub mill-kumitat Parlamentari responsabbli; jirrikonoxxi li, bħala riżultat tal-attendenza għal dawk il-laqgħat tal-esperti tal-Parlament, il-Kummissjoni tista’ tiġi mistiedna għal laqgħat fil-Parlament biex ikollha skambju addizzjonali ta’ fehmiet dwar it-tħejjija tal-atti delegati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika wkoll il-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas għall-partijiet ta' dawk il-laqgħat tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fejn huma diskussi kwistjonijiet għajr l-atti ta’ implimentazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011; |
|
14. |
Hu tal-fehma li ż-żmien bejn it-trażmissjoni tal-abbozz finali tal-atti ta' implimentazzjoni u l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni hu qasir wisq, b'hekk ma jippermettix sorveljanza adegwata mill-Parlament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-Parlament li jiskrutinizza l-abbozz finali tal-atti ta' implimentazzjoni fi żmien perjodu ta' xahar bi qbil mal-ftehim tal-2008 bejn il-Parlament u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri tal-komitoloġija; |
|
15. |
Jitlob għall-allokazzjoni ta’ riżorsi tekniċi u dawk tar-riżorsi umani suffiċjenti għal atti delegati u dawk ta' implimentazzjoni, sabiex jiġi żgurat, fost l-oħrajn, it-trasferiment intern u effiċjenti ta’ informazzjoni; jemmen li t-tqassim tal-atti delegati lill-Membri permezz ta' newsletter jiffaċilita l-iskrutinju ta' atti bħal dawn u jippermetti li l-Membri jqajmu oġġezzjonijiet possibbli f'waqthom; |
|
16. |
Jirrakkomanda li jkunu maħtura rapporteurs permanenti f'kull kumitat responsabbli għal atti delegati u ta' implimentazzjoni, biex jiggarantixxu koerenza fil-kumitat ikkonċernat u ma' kumitati oħra; iqis li kwistjonijiet simili għandhom ikunu ttrattati b'mod koerenti, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà meħtieġa; |
|
17. |
Jilqa' d-disponibilità tal-esperti tal-Kummissjoni biex jieħdu sehem fil-laqgħat ta' informazzjoni mal-Membri, peress li jidher li l-organizzazzjoni ta' laqgħat bħal dawn fi żmien adatt qabel l-adozzjoni tal-atti delegati hija utli sabiex ikunu ċċarati elementi ewlenin ta' atti bħal dawn u tkun iffaċilitata l-ħidma tal-Parlament fil-valutazzjoni tal-atti kkonċernati; |
|
18. |
Ikompli jappella b’mod partikolari lill-membri tat-tim tan-negozjar sabiex jiddedikaw attenzjoni speċjali għal atti delegati u ta' implimentazzjoni meta jagħmlu r-rapport lill-kumitat kompetenti wara kull trilogu, skont l-Artikolu 70(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament; |
Kummenti li jikkonċernaw suġġetti speċifiċi
L-Agrikoltura u s-sajd
|
19. |
Jiddeplora l-fatt li d-dossiers tal-allinjament għal leġiżlazzjoni essenzjali dwar l-agrikoltura u s-sajd ġew blukkati mill-Kunsill wara li fallew in-negozjati fi trilogi informali u fl-ewwel qari tal-Parlament; jenfasizza li r-raġuni għal din is-sitwazzjoni ta' spiss tinsab fin-nuqqas ta' rieda min-naħa tal-Kunsill li jagħmel użu minn atti delegati; jinnota li kien biss fil-kuntest tal-proċeduri leġiżlattivi sħaħ relatati mar-riforma tal-PAK u l-PKS li setgħet tinstab soluzzjoni għall-allinjament li tkun aċċettabbli għaż-żewġ naħat, għalkemm seta' kien hemm qbil dwar xi dispożizzjonijiet dment li ma jkunux jikkostitwixxu preċedent; iħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel progress fir-rigward tad-dossiers tal-allinjament pendenti, sabiex il-proċeduri jkunu jistgħu jiġu konklużi qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali; |
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp
|
20. |
Ifakkar li, speċjalment fil-każ tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), il-Parlament sa mill-2006 ipprattika proċess ta' 'skrutinju demokratiku' fil-forma ta' djalogu politiku mal-Kummissjoni dwar abbozz ta' miżuri; jinnota madankollu li l-esperjenza tal-Parlament dwar din il-prattika kienet varjata, u li l-influwenza tiegħu fuq id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kienet limitata; |
|
21. |
Jindika, li fl-isfera tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-atti ta' implimentazzjoni spiss huma bbażati fuq konsultazzjonijiet minn qabel ma' partijiet terzi, u dan il-fatt jagħmilha aktar diffiċli li jsiru tibdiliet fi stadju avvanzat tal-proċedura formali ta' komitoloġija; jenfasizza, għalhekk, li notifika bikrija kif ukoll djalogu mal-Parlament huma pass importanti biex il-Parlament jagħmel użu effettiv tas-setgħa ta' skrutinju; |
Il-kwistjonijiet ekonomiċi u monetarji;
|
22. |
Jirrimarka li fil-qasam tas-servizzi finanzjarji r-regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) jintroduċu standards tekniċi regolatorji (STR) u standards tekniċi ta' implimentazzjoni (STI) li permezz tagħhom l-ASE jissottomettu abbozzi ta' STR u STI lill-Kummissjoni għall-adozzjoni; hu tal-fehma li, minħabba l-għarfien tekniku u l-ħiliet speċjalisti tal-ASE, l-atti delegati għandhom jieħdu l-forma ta' STR aktar milli atti delegati ordinarji, kull fejn ikun possibbli; iqis li anki qabel ma tadotta atti delegati ordinarji l-Kummissjoni għandha tfittex il-parir tekniku tal-ASE rilevanti dwar il-kontenut ta' dawk l-atti; |
|
23. |
Jirrimarka li, skont ċerti atti leġiżlattivi, il-perjodu għal skrutinju STR jista' jkun estiż b'xahar, minħabba l-volum u l-kumplessità, u jqis li din it-tip ta' flessibbiltà għandha ssir ir-regola; jirrimarka, barra minn hekk, li l-leġiżlatur stabbilixxa perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur, li jista' jiġi estiż bi tliet xhur, għall-atti delegati kollha fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji, u jqis li din il-prattika għandha tiġi estiża għal oqsma oħra ta' natura kumplessa; |
|
24. |
Jenfasizza li l-arranġamenti li permezz tagħhom l-ebda att delegat ma jista' jiġi ppreżentat matul il-perjodi ta' btala tal-Parlament għandhom japplikaw ukoll għal STR; |
|
25. |
Jemmen li s-sejħa għall-partijiet interessati biex ikunu membri fil-gruppi tal-partijiet interessati tal-ASE għandha ddum għal tul ta' żmien biżżejjed (mhux inqas minn xahrejn), tinħareġ permezz ta' diversi mezzi u ssegwi proċess ċar u ssimplifikat sabiex jiġi żgurat li applikazzjonijiet jintlaqgħu minn ħafna kandidati differenti; ifakkar fil-ħtieġa li l-gruppi ta' partijiet interessati tal-ASE jkunu bbilanċjati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rispettivi; |
Impjiegi u affarijiet soċjali
|
26. |
Ifakkar li fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, il-Parlament ikkuntesta l-validità tad-deċiżjoni tal-EURES quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiddefendi l-prerogattivi tiegħu; |
Il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-affarijiet interni
|
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-programm ta' ħidma tagħha proposti biex jiġu emendati l-atti legali kollha li qabel kienu jagħmlu parti mit-tielet pilastru, sabiex jiġu allinjati mal-ġerarkija l-ġdida ta’ normi u sabiex jiġu rispettati s-setgħat, il-kompetenzi u d-dritt għall-informazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni skont it-Trattat ta’ Lisbona; jenfasizza li dan se jirrikjedi valutazzjoni individwali ta’ kull att legali biex jiġu identifikati d-deċiżjonijiet li – bħala elementi essenzjali – jeħtieġ li jittieħdu mil-leġiżlatur, b’mod partikolari fejn dawn jirrelataw mad-drittijiet fundamentali tal-persuni konċernati, u dawk li jistgħu jitqiesu li huma mhux essenzjali (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-355/10); |
|
28. |
Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-Kunsill qed ikompli jadotta atti legali abbażi ta' dispożizzjonijiet ta' dak li kien it-tielet pilastru, ħafna wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u għaldaqstant il-Parlament kellu jibda proċeduri legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; |
o
o o
|
29. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(2) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(3) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 6.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/18 |
P7_TA(2014)0128
Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014 (2013/2157(INI))
(2017/C 285/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136 flimkien mal-Artikolu 121(2) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza tal-baġit fiż-żona tal-euro (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2013 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2013 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014 (COM(2013)0800), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u r-rifuġji fiskali (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar it-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta’ Diċembru 2013) (13), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0084/2014), |
|
A. |
billi l-previżjoni l-aktar reċenti tal-ħarifa tal-Kummissjoni turi li t-tkabbir reali tal-PDG fiż-żona tal-euro qed jirritorna bil-mod u huwa mistenni jilħaq il-1,1 % fl-2014, il-qgħad huwa mistenni jonqos u l-inflazzjoni mistennija tibqa’ sew taħt it-2 %; |
|
B. |
billi t-tkabbir fi swieq emerġenti qed jistaġna, filwaqt li qed jibqa’ b’saħħtu fl-Istati Uniti u pożittiv fil-Ġappun; |
|
C. |
billi, mill-20 sat-22 ta’ Jannar 2014, il-Parlament kellu laqgħa ta’ livell għoli mal-membri parlamentari nazzjonali (fil-kuntest tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea) biex jiddiskutu l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014, kif ukoll l-objettivi tal-politika ekonomika ġenerali għat-tkabbir u l-impjiegi, bil-ħsieb li titqies aktar l-effettività tal-politiki u tal-effetti konsegwenzjali potenzjali fl-UE; |
|
D. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-maġġorparti tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 mhumiex ser jintlaħqu anke fl-aktar xenarju ottimist; |
|
E. |
billi l-Parlament laqa' l-introduzzjoni tal-Istrument għall-Konverġenza u l-Kompetittività bħala parti mill-isforzi biex jissaħħaħ il-qafas ta’ governanza; |
|
1. |
Jinnota li fl-UE qed iseħħ irkupru ekonomiku iżda dan għadu dgħajjef; jissottolinja l-fatt li tinħtieġ konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir u li l-isforzi għandhom jiġu appoġġati sabiex, minn naħa waħda, tkun żgurata l-konformità mal-qafas ta' governanza ekonomika attwali, u min-naħa l-oħra, jinħolqu aktar tkabbir u impjiegi sostenibbli fuq perjodu medju u twil ta' żmien; |
|
2. |
Jilqa’ r-rikonoxximent tal-ħtieġa ta’ konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittrażmetti din il-prijorità f’rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Istati Membri u għall-UE kollha kemm hi, fosthom dawk taħt programmi ta’ aġġustament ekonomiku, sabiex ma jindirizzawx biss il-konsolidazzjoni fiskali iżda anke r-riformi strutturali li jwasslu għal tkabbir reali, sostenibbli u soċjalment bilanċjat, impjiegi, kompetittività msaħħa u żieda fil-konverġenza; |
|
3. |
Jinnota li t-twessigħ tal-ispreads tar-rati tal-imgħax sovrani naqqsu b’mod sinifikanti l-marġni ta’ manuvrar fir-rigward tal-politika fiskali f’għadd ta’ Stati Membri; jinnota, wkoll, li l-approċċ lejn il-politika monetarja li ħa l-Bank Ċentral Ewropew (BĊE) għen biex jitnaqqsu l-ispreads tar-rati tal-imgħax sovrani; jinnota li l-BĊE, permezz ta' “forward guidance”, se jżomm din il-politika fuq perjodu qasir u medju ta' żmien, u għalhekk jikkontribwixxi għal tkabbir aktar b'saħħtu; |
|
4. |
Jinnota li l-Kummissjoni timmoniterja l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u għalhekk tikkontrolla aktar mill-qrib il-miri stabbiliti għall-impjieg, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, il-faqar, l-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet; |
|
5. |
Jemmen li l-ekonomija inġenerali tal-UE trid tagħti spinta akbar lill-kompetittività tagħha kemm fir-rigward tal-prezzijiet kif ukoll ta' aspetti oħra għajr il-prezz fl-ekonomija globali, b’mod partikolari biż-żieda fil-kompetittività fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi biex tissaħħaħ il-produttività, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u biex jitbaxxew il-prezzijiet, u billi żżomm l-ispejjeż tax-xogħol konformi mal-produttività u tiżgura li jitnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi interni; |
|
6. |
Jirrikonoxxi r-riformi strutturali ambizzjużi implimentati minn dawk l-Istati Membri li esperjenzaw diffikultajiet serji; jinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom; jirrimarka li jeħtieġ li l-isforzi għar-riformi strutturali jitkomplew b’determinazzjoni u li jiġu monitorjati sabiex tiġi żgurata l-effettività tar-riforma u biex jinbena fuq il-progress li diġà sar; jinkoraġġixxi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi ta’ riforma strutturali li jippromwovu l-konverġenza u l-kompetittività fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew, u jżidu t-tkabbir sostenibbli u jippromwovu l-impjieg; jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni rapida u effettiva ta’ programmi u skemi għall-ġlieda kontra l-qgħad, b’mod speċjali fost iż-żgħażagħ; |
|
7. |
Jissottolinja l-importanza tat-tnedija jew it-tkomplija tal-proċess ta’ riformi strutturali koerenti u sostenibbli għall-istabbiltà fuq perjodu medju u twil ta' żmien; jenfasizza li l-UE ma tistax tikkompeti abbażi tal-kostijiet ġenerali jew tax-xogħol biss, iżda jeħtieġ li tinvesti aktar fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; |
|
8. |
Itenni t-talba tiegħu li jiġi adottat att legali dwar 'linji gwida ta' konverġenza' skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li jistabbilixxu, għal perjodu stabbilit, numru limitat ħafna ta' miri għall-miżuri ta' riforma l-aktar urġenti u jtenni wkoll it-talba tiegħu biex l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi nazzjonali ta' riforma għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-linji gwida ta' konverġenza msemmija hawn fuq u għandhom jiġu vverifikati mill-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkommettu ruħhom biex jimplimentaw bis-sħiħ il-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom; jissuġġerixxi li, fuq din il-bażi, l-Istati Membri jistgħu jidħlu fi 'sħubija ta' konverġenza' mal-istituzzjonijiet tal-UE, bil-possibilità ta' finanzjament kundizzjonali għall-attivitajiet ta' riforma; itenni li kooperazzjoni ekonomika aktar b’saħħitha bħal din għandha timxi id f’id mal-mekkaniżmu finanzjarju bbażat fuq l-inċentivi; iqis li kull finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, għandu jkun parti integrali mill-baġit tal-UE, iżda barra mill-pakkett miftiehem tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP); |
|
9. |
Jesprimi preokkupazzjoni dwar id-dejn pubbliku u privat ġenerali tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro; jirrimarka li jeħtieġ li l-UE tmur lil hinn minn mudell ta’ tkabbir ibbażat fuq akkumulazzjoni tad-dejn u konsum tar-riżorsi eċċessivi; |
|
10. |
Jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jagħtu attenzjoni partikolari, fit-tfassil ta' politiki u riformi ekonomiċi, lill-impatt fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' Ewropej kif ukoll fuq il-ġenerazzjonijiet futuri, sabiex iż-żgħażagħ ma jiċċaħdux minn opportunitajiet mill-bidu nett; jissottolinja l-fatt li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jiġu miġġielda l-effetti fit-tul tal-qgħad u b’mod partikolar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
|
11. |
Jirrikonoxxi lil dawk l-awtoritajiet tal-Istati Membri li implimentaw b’suċċess programmi ta’ aġġustament makroekonomiku jew programmi tas-settur finanzjarju; |
|
12. |
Jirrimarka li kundizzjoni neċessarja għas-suċċess ta' programmi ta' assistenza finanzjarja hija kombinazzjoni ta' solidarjetà u kundizzjonalità, sjieda b'saħħitha u impenn favur ir-riforma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, madankollu, jinkorporaw l-assistenza finanzjarja u s-sistema ad hoc tat-Trojka fi struttura legali mtejba li tkun konformi mal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE u mal-liġi Komunitarja, biex b'hekk jiggarantixxu r-responsabbiltà demokratika; |
|
13. |
Jissottolinja l-fatt li l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) tinsab ’il bogħod milli tkun kompleta, u jfakkar lill-Kummissjoni fl-obbligi u l-impenji tagħha li ttejjeb it-tkabbir u l-konverġenza ekonomika, u li ssaħħaħ l-kompetittività fl-UE; jemmen li l-aħjar mod biex dan jinkiseb ikun jekk finalment il-Kummissjoni kellha tressaq aktar proposti għall-ikkompletar tal-UEM b'konformità mal-linji gwida kollha fil-pjan ta’ azzjoni tagħha għal UEM profonda u ġenwina; jinnota li l-ikkompletar tal-UEM għandu jkun ibbażat fuq il-metodu Komunitarju; |
|
14. |
Jirrikonoxxi l-kisbiet tar-regolamenti finanzjarji ġodda u riveduti tal-UE sabiex tingħeleb il-kriżi finanzjarja; jinnota li l-ikkompletar tat-tliet pilastri tal-Unjoni Bankarja u l-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-banek jikkontribwixxu għall-istabbiliment mill-ġdid tal-fiduċja fir-reżiljenza tas-settur bankarju Ewropew; |
|
15. |
Jilqa’ l-istqarrija tal-Kummissjoni li tgħid li l-ogħla prijorità tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) tal-2014 hija li jinbnew tkabbir u kompetittività sostenibbli, intelliġenti u inklużivi li jwasslu għal aktar ħolqien ta' impjiegi; |
|
16. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istati Membri jeħtieġ li jkomplu jippruvaw jiksbu konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir; jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw is-sistemi tat-taxxa, inaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, speċjalment għal dawk bi dħul baxx u medju, u li jintaxxaw aktar il-konsum u l-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent pjuttost milli x-xogħol sabiex jistimolaw it-tkabbir, l-investiment privat u l-ħolqien tal-impjiegi, biex l-isforzi ta' konsolidazzjoni jsiru aktar effiċjenti, u biex jiżdiedu l-investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-politiki attivi fis-suq tax-xogħol; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri fi programm ta' aġġustament ikomplu jimplimentaw jew jibdew jimplimentaw riformi strutturali sostenibbli u li jiffavorixxu t-tkabbir filwaqt li jsaħħu l-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; jesprimi preokkupazzjoni dwar in-nuqqas ta’ sjieda ta’ riformi speċifiċi f’dawk l-Istati Membri li qed jesperjenzaw defiċits eċċessivi fil-baġit jew fil-kont kurrenti; iqis li l-prinċipju ta' “frontloading” kif ukoll id-distribuzzjoni immedjata għandhom jiġu applikati għall-fondi kollha għall-perjodu 2014-2020 imfassla biex jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-investiment strateġiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; |
|
18. |
Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, is-sorveljanza multilaterali, l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki u l-evalwazzjonijiet bejn il-pari bħala mezzi li jistimolaw dibattitu u pressjoni fuq il-pari, biex b’hekk tiġi pprovduta direzzjoni li tgħin fil-ħolqien tal-momentum u l-aċċettazzjoni meħtieġa għar-riformi; |
|
19. |
Jirrimarka għal darb’oħra li nuqqas ta’ riformi ambizzjużi biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomiji Ewropej, kif ukoll biex tiġi ssalvagwardjata s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-kura tas-saħħa se jpoġġi piż eċċessiv fuq il-ġenerazzjonijiet futuri; jirrimarka wkoll dwar l-importanza tar-rettifikazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' defiċit eċċessiv u ta' żbilanċi fil-kont kurrenti; |
|
20. |
Jirrimarka għal darb'oħra li l-istituzzjonijiet sovrani u finanzjarji juru vulnerabbiltajiet kostanti f’ambjent ta’ tkabbir baxx; |
|
21. |
Jenfasizza li jeħtieġ li r-riformi strutturali jiġu kkomplementati b'investiment aktar fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-enerġija sostenibbli; jemmen li s-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jitqiesu wkoll bħala għodda biex jitħeġġeġ l-investiment u biex jinkiseb tkabbir intelliġenti u sostenibbli li jikkomplementaw il-programmi ta' investiment pubbliku; |
|
22. |
Jitlob li tittieħed azzjoni aktar b’saħħitha u aktar konsistenti fuq il-bażi tal-Pjan ta’ Azzjoni komprensiv tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkorpora miri tanġibbli u li jistgħu jitkejlu fl-Istrateġija Ewropa 2020; |
|
23. |
Jenfasizza li l-aċċess għall-fondi, partikolarment għall-SMEs, huwa wieħed mill-akbar ostakli għat-tkabbir fl-UE; jemmen li jinħtieġu aktar alternattivi għall-finanzjament bankarju billi tittejjeb l-allokazzjoni effiċjenti ta' kapital permezz tas-swieq tal-kapital, jiġi stimolat l-investiment fit-tul u jsir użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji innovattivi ġodda tal-UE mfassla biex jappoġġaw l-aċċess għas-swieq tal-kapital għall-SMEs; jemmen li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja għandu jsaħħaħ l-aċċess għall-finanzi u joħloq kundizzjonijiet ekwi biex l-SMEs jiksbu aċċess għall-fondi; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi limitat aktar il-piż amministrattiv għall-SMEs u li jitqies kontinwament il-prinċipju tal-proporzjonalità fl-iżvilupp tar-reġimi regolatorji; jemmen li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jista' jiżvolġi rwol aktar attiv fl-għoti ta' aċċess għall-fondi għall-ekonomija reali; iqis li l-proposti dwar il-finanzjament tal-BEI li saru fil-Kunsilli l-aktar reċenti, b'mod partikolari dawk marbuta mal-finanzjament għall-SMEs, jistgħu u għandom ikunu aktar ambizzjużi; |
|
24. |
Itenni l-importanza tal-ikkompletar tas-Suq Uniku għat-tkabbir fl-UE; jemmen li l-Istati Membri u l-Kummissjoni mhux qed iwettqu l-impenji tagħhom biex is-Suq Uniku jiġi kkompletat; |
|
25. |
Jissottolinja l-fatt li n-nuqqas ta’ suq tax-xogħol intern li jiffunzjona sew u approċċ sostenibbli għall-immigrazzjoni qed ixekkel it-tkabbir fl-UE; jenfasizza l-vantaġġi makroekonomiċi għall-Istati Membri li jimmodernizzaw is-swieq tax-xogħol tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri speċifiċi għat-tisħiħ ta' suq tax-xogħol komuni li jirnexxi bbażat fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, kundizzjonijiet ekwi effettivi u l-prinċipju tal-konverġenza soċjali 'l fuq, kif ukoll politika tal-immigrazzjoni adegwata u inklużiva kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tispjega lill-Parlament il-miżuri speċifiċi li biħsiebha tieħu sabiex tiffaċilita u tilħaq l-għanijiet tagħha ta’ aktar tkabbir sostenibbli u ta' kompetittività msaħħa; |
|
27. |
Jemmen li b’mod ġenerali l-SAT mhuwiex dettaljat biżżejjed u ma jipprovdix il-mezzi sabiex jintlaħqu l-objettivi tiegħu; |
|
28. |
Jieħu nota tar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija; jinnota t-tnaqqis gradwali fl-iżbilanċi interni fl-ekonomija tal-UE; jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn l-iżbilanċi esterni, inklużi s-surpluses esterni eċċessivi u t-tnaqqis tal-ishma tas-suq tal-esportazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; |
|
29. |
Jirrimarka li l-objettiv tal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku huwa li jiġu evitati l-effetti konsegwenzjali negattivi tal-politiki nazzjonali li jkunu mfassla ħażin għal Stati Membri oħra taż-żona tal-euro; huwa preokkupat li l-Kummissjoni, fil-qari tagħha tat-tabella ta’ valutazzjoni, ma tqisx biżżejjed il-fatt li ż-żona tal-euro u l-Istati Membri inklużi fiha huma ekonomiji interdipendenti u miftuħa; |
|
30. |
Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li numru ta’ żbilanċi makroekonomiċi kbar qed jiġu kkoreġuti; jirrimarka li, sabiex tissaħħaħ aktar il-kompetittività ġenerali tal-UE, il-Kummissjoni trid tqis is-surplus tal-kont kurrenti ta' Stat Membru meta mqabbel mal-bqija taż-żona tal-euro; |
|
31. |
Huwa preokkupat li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għadhom qed jitilfu l-ishma tas-suq fuq livell globali u għandhom pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta negattiva ħafna; jiddispjaċih li karatteristiċi importanti oħra li għandhom influwenza qawwija fuq il-kompetittività, bħall-ispejjeż kapitali għal kull unità, għadhom ma ġewx integrati fit-tabella ta’ valutazzjoni għall-iżbilanċi makroekonomiċi minkejja talbiet ripetuti mill-Parlament; |
|
32. |
Għadu preokkupat dwar in-nuqqas ta’ progress fit-tnaqqis tal-livelli tad-dejn eċċessiv privat; jirrimarka li dan mhuwiex biss ta’ tħassib għall-istabbiltà finanzjarja, iżda jillimita wkoll il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE; |
|
33. |
Jirrimarka li s-sitwazzjoni attwali ta' rati tal-imgħax straordinarjament baxxi fil-kurva tar-rendita hija fatt ta' tħassib rigward it-tfaddil privat u d-dispożizzjonijiet ta' rtirar għaċ-ċittadini Ewropej; |
|
34. |
Jinnota l-ewwel valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri; jissottolinja li l-eżami tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji jtejjeb is-sorveljanza u l-monitoraġġ multilaterali tas-sitwazzjoni baġitarja tal-Istati Membri; |
|
35. |
Huwa preokkupat li żewġ Stati Membri biss laħqu l-objettiv tagħhom għal perjodu medju ta' żmien; jistieden lill-Istati Membri ikomplu bl-isforzi tagħhom u, jekk meħtieġ, isaħħuhom, peress li l-konsolidazzjoni li tiffavorixxi t-tkabbir fl-Istati Membri li mhumiex konformi hija neċessarja; |
|
36. |
Jenfasizza li s-Semestru Ewropew m’għandu bl-ebda mod jipperikola l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u dawk tal-parlamenti nazzjonali; jissottolinja l-fatt li għandu jkun hemm qasma ċara bejn il-kompetenzi nazzjonali u dawk tal-UE u li l-Parlament huwa s-sede tar-responsabbiltà fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment formali u xieraq tal-Parlament Ewropew fil-passi kollha tal-proċess tas-Semestru Ewropew sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika tad-deċiżjonijiet meħuda; |
|
37. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika għall-Parlament Ewropew u dik tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward ta’ elementi essenzjali tal-operat taż-żona tal-euro, bħall-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, id-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-euro u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja; jitlob lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika evalwazzjonijiet interni ex post tar-rakkomandazzjonijiet u l-parteċipazzjoni tagħha fit-Trojka; |
|
38. |
Jirrimarka li l-problema ewlenija f’bosta Stati Membri hija li l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji tirriżulta f’nuqqas ta’ finanzjament u f'aktar spejjeż ta’ finanzjament, speċjalment għall-SMEs; iqis li l-BĊE għandu jżomm ir-rwol proattiv tiegħu favur id-deframmentazzjoni u jqis li l-BEI jista' jippromwovi aktar il-finanzjament għall-SMEs, l-intraprenditorija, l-esportazzjonijiet u l-innovazzjoni, li lkoll huma vitali għall-irkupru ekonomiku; |
Baġit tal-UE
|
39. |
Jinnota li ftit li xejn hemm differenzi bejn l-SAT tal-2014 u dak tal-2013; jiddispjaċih, għalhekk, għal darb'oħra, rigward l-assenza ta' proposti ġodda mill-Kummissjoni dwar ir-rwol li jista' jiżvolġi l-baġit tal-UE biex jistimola t-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol sabiex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020; |
|
40. |
Jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tagħti lill-Parlament rapport eżawrjenti dwar l-implimentazzjoni tal-patt dwar it-tkabbir u l-impjiegi miftiehem f'Ġunju 2012; |
|
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi tabella ta' valutazzjoni aġġornata regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda, li permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru paraguni bejn l-Istati Membri, li jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati fir-rigward tal-prijoritajiet tal-infiq, fid-dawl tax-xejriet osservabbli mill-awtorità baġitarja; |
|
42. |
Jissottolinja l-fatt li l-livell baxx ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u l-limitu massimu strett fuq il-pagamenti jibqgħu problema kruċjali għall-baġit tal-UE, li għandhom effett partikolarment negattiv fuq l-irkupru ekonomiku, billi pagamenti tardivi huma ta' ħsara primarjament għall-benefiċjarji diretti; jissottolinja, barra minn hekk, li dan il-livell baxx ta' pagament fil-baġit tal-UE tal-2014 huwa b'kontradizzjoni totali tal-miżuri miftiehma mill-koleġiżlaturi biex iżidu temporanjament ir-rati ta' kofinanzjament tal-UE għall-programmi tal-UE li huma taħt ġestjoni kondiviża fl-Istati Membri li għaddejjin jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordinata tal-pagamenti sabiex tevita kwalunkwe trasferiment anomalu ta' impenji pendenti (“RAL”) għall-baġit tal-2015 u, f'dan ir-rigward, sabiex jintużaw, fejn xieraq, il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà differenti inklużi fir-Regolament dwar il-QFP; biħsiebu jkompli l-monitoraġġ bir-reqqa tiegħu tas-sitwazzjoni ġenerali dwar il-pagamenti, b'mod speċjali fir-rigward tal-livell għoli ħafna ta' pagamenti li għadhom iridu jsiru għall-ikkompletar tal-programmi tal-QFP preċedenti; |
|
43. |
Jiddispjaċih għal darb'oħra li l-Istati Membri qed jibqgħu jqisu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-baġit tal-UE bħala parametru varjabbli ta' aġġustament għall-isforzi tagħhom ta' konsolidazzjoni li, minnu nnifsu, iwassal għal tnaqqis artifiċjali fil-volum ta' pagamenti disponibbli fil-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ din ix-xejra rikorrenti u perikoluża meta tivvaluta l-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri u tipproponi azzjonijiet konkreti biex treġġagħha lura; |
|
44. |
Ifakkar fil-fehma tiegħu li s-sitwazzjoni fiskali tal-Istati Membri tista' tittejjeb permezz ta' sistema ġdida ta' riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-introjtu nazzjonali gross, u b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-isforzi tagħhom ta' konsolidazzjoni mingħajr ma jipperikolaw il-finanzjament tal-UE li jappoġġa investiment f'miżuri ta' rkupru ekonomiku u ta' riforma; jissottolinja, għalhekk, l-importanza li jagħti lill-grupp ta' livell għoli l-ġdid dwar ir-riżorsi proprji, li għandu jwassal għal riforma vera tal-finanzjament tal-UE; |
|
45. |
Itenni li kooperazzjoni ekonomika aktar b'saħħitha għandha timxi id f'id ma' mekkaniżmu bbażat fuq l-inċentivi; iqis li kull finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta’ solidarjetà, għandu jkun parti integrali mill-baġit tal-UE, iżda barra mill-pakkett miftiehem tal-QFP; |
o
o o
|
46. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lill-Bank Ċentrali Ewropew. |
(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.
(8) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(9) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0447.
(11) Testi adottati, P7_TA(2013)0205.
(12) Testi adottati, P7_TA(2013)0593.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0597.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/24 |
P7_TA(2014)0129
Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 (2013/2158(INI))
(2017/C 285/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 145, 148, 152 u 153(5) tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2013 bl-isem “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014 (COM(2013)0800), u l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness magħha; |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar ‘is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2013’ (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu ‘It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja’ (COM(2013)0690), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali O-000122/2013 – B7-0524/2013 lill-Kummissjoni, u lir-riżoluzzjoni relatata tal-Parlament tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja’ (2) , |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem ‘Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010 dwar 'il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politika tal-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020' (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 bit-titolu 'Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi' (COM(2012)0173), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali O-000120/2012 lill-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni relatata tal-Parlament tal-14 ta’ Ġunju 2012 dwar ‘Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi’ (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 bl-isem ‘Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi’ (COM(2010)0682, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-26 ta' Ottubru 2011 dwarha (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bl-isem ‘Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali’ (COM(2010)0758), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2011 dwarha (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ‘Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ’ (COM(2011)0933), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2012 dwar ‘il-Patt dwar l-Investiment Soċjali’ – bħala reazzjoni għall-kriżi” (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (COM(2013)0083); |
|
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali O-000057/2013 – B7-0207/2013lill-Kummissjoni, u lir-riżoluzzjoni relatata tal-Parlament tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (8) , |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (9) |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0091/2014), |
|
A. |
billi r-reċessjoni fiż-żona tal-euro waslet fi tmiemha fit-tieni kwart tal-2013, meta wieħed jara ċ-ċifri, iżda billi t-tkabbir annwali fiż-żona tal-euro se jibqa’ fraġli din is-sena u l-qgħad għadu fuq livell għoli ħafna; billi jeħtieġ li t-tkabbir sostenibbli jitjieb b’mod sinifikanti sabiex dan ikun jista’ jitqies irkupru fit-tul u sabiex ikun iġġenerat il-momentum meħtieġ biex itaffi l-isfidi soċjoekonomiċi tal-UE; |
|
B. |
billi l-qgħad fl-UE laħaq il-figura allarmanti ta’ 26,6 miljun, u l-qgħad fit-tul żdied fil-maġġoranza tal-Istati Membri u laħaq ammont rekord fl-UE inġenerali; billi t-tnaqqis fl-impjiegi kien aktar qawwi f’dawk il-pajjiżi li kellhom iwettqu riforma fiskali sostanzjali; |
|
C. |
billi r-rati ta' qgħad taż-żgħażagħ laħqu livelli mingħajr preċedenti, b'medja ta' 23 % għall-UE kollha, u billi f'xi Stati Membri r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-età ta' bejn 16 u 25 sena hija ogħla minn 50 %; billi s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol hija partikolarment kritika għaż-żgħażagħ, indipendentement mil-livell ta' edukazzjoni tagħhom, li spiss jispiċċaw qegħda jew b'kuntratti ta' impjieg prekarji, skemi ta' taħriġ bla ħlas jew jemigraw; billi fl-2011 it-telf ekonomiku minħabba n-nuqqas ta’ impenn taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol kien stmat għal EUR 153 biljun fl-Istati Membri, li jikkorrispondi għal 1,2 % tal-PDG tal-UE; billi r-riġidità eċċessiva tar-regolament dwar is-suq tax-xogħol f'diversi Stati Membri jwassal għal nuqqas ta' flessibilità għall-assorbiment effettiv tax-xokkijiet; billi l-leġiżlazzjoni attwali fil-qasam tas-suq tax-xogħol f'xi każijiet tista' tipproteġi b’mod sproporzjonat persuni b’informazzjoni privileġġjata u tolqot negattivament l-inklużjoni taż-żgħażagħ fil-forza tax-xogħol; |
|
D. |
billi din kienet ir-riċessjoni l-aktar profonda u li damet l-aktar fl-istorja ekonomika tal-aħħar 100 sena, iżda ġie evitat diżastru, filwaqt li l-effetti tal-kriżi ġew distribwiti fuq diversi snin, anki deċennji; billi dawn l-effetti jinkludu l-fatt li l-qgħad fit-tul għadu qed jiżdied, li possibilment jirriżulta f'qgħad strutturali; billi s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol kompliet tiżdied, u f’diversi Stati Membri d-dħul medju tal-familji qed jonqos u l-indikaturi juru tendenza għal livelli daqsxejn ogħla u forom aktar profondi ta’ faqar u esklużjoni soċjali, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu għal numru ta' snin li ġejjin; |
|
E. |
billi riċentement il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) innota li hemm skop biex jiġi intaxxat aħjar u b'mod aktar progressiv, li jista' jgħin biex inaqqas l-inugwaljanzi fl-UE; billi hemm il-ħtieġa li l-piż tat-taxxa jitneħħa minn fuq il-ħaddiema u jitqiegħed fuq forom oħra ta' taxxa sostenibbli sabiex jiġu promossi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u jkun hemm dħul addizzjonali fil-proċess u titjieb il-leġittimità tal-isforz ta' konsolidazzjoni; |
|
F. |
billi l-effetti tal-kriżi rriżultaw f’diverġenza mingħajr preċedenti u li qed tikber fl-output u l-impjieg bejn il-pajjiżi ċentrali u dawk periferiċi; billi d-distakk bejn il-pajjiżi ċentrali u periferiċi f'rati ta' qgħad laħaq 10 punti perċentwali fl-2012, meta mqabbel mas-sena 2000 fejn kien hemm 3,5 punti perċentwali biss. billi din id-diverġenza hija prevista li tilħaq valur massimu din is-sena; |
|
G. |
billi huwa meħtieġ li tkompli tiġi segwita konsolidazzjoni fiskali favur it-tkabbir u differenzjata sabiex tiggarantixxi s-sostenibbiltà tal-istat soċjali u tal-finanzi pubbliċi fit-tul; |
|
H. |
billi t-titjib ekonomiku għandu għalhekk jittieħed bħala inkoraġġiment biex jiġu segwiti sforzi b’determinazzjoni iżda, sabiex tingħata attenzjoni lit-tkabbir u l-impjiegi, sabiex jinżammu l-programmi ta’ riforma bil-għan li titjieb il-kompetittività u biex jiġi żgurat l-irkupru b’mod dejjiemi; |
|
I. |
billi l-iżbalji fil-previżjonijiet ekonomiċi tal-Kummissjoni għat-tkabbir u l-qgħad fi snin riċenti juru l-ħtieġa ta' titjib fil-mudell ta' previżjoni u ta' strateġija bil-għan li tintemm il-kriżi; billi l-pass tal-konsolidazzjoni fiskali naqas; billi l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żona tal-euro għadu dgħajjef ħafna; billi skont il-Eurostat, l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro tinsab taħt il-miri tal-BĊE; |
|
J. |
billi l-iżviluppi demografiċi qed jagħmlu pressjoni fuq il-baġits nazzjonali u s-sistemi tal-pensjonijiet; billi l-istennija tal-għomor qed tkompli tiżdied; |
|
K. |
billi jeħtieġ li jitqies il-koeffiċjent tal-istennija tal-għomor bil-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet; |
|
L. |
billi l-fokus fuq il-veloċità u l-intensità fl-insegwiment tar-riformi strutturali kien asimetriku fost l-Istati Membri waqt il-kriżi, filwaqt li kien ferm aktar eżiġenti għal pajjiżi periferiċi milli għal pajjiżi ewlenin; billi l-Istati Membri kollha għandhom jikkondividu l-istess spinta u jwettqu r-riformi strutturali meħtieġa sabiex jippromwovu tkabbir sostenibbli u bilanċjat u ħolqien ta' impjiegi fil-qasam; |
|
M. |
billi l-Istati Membri kollha għandhom bżonn itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività tagħhom u sfida vera li qed taffaċċja ż-żona tal-euro attwalment hija d-diverġenzi soċjoekonomiċi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri; billi huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha li jiżguraw li l-isfidi tal-impjieg u dawk soċjali jiġu indirizzati f’waqthom u b’mod effettiv biex jiġi evitat id-deterjorament ekonomiku; |
|
N. |
billi l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni – l-oqsma ewlenin għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi – fl-UE għadu aktar baxx milli fost is-sħab ekonomiċi ewlenin u l-kompetituri f'partijiet oħra tad-dinja; billi l-investiment produttiv f'dawn l-oqsma huwa essenzjali għal ħruġ sostenibbli mill-kriżi; |
|
O. |
billi l-appoġġ għall-imprendituri għandu jkun prijorità għall-Istati Membri; |
|
P. |
billi taħlita ta’ politika koerenti li tikkombina politiki makroekonomiċi, politiki strutturali, istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol sodi, swieq tax-xogħol mhux segmentati, negozjar kollettiv u sistemi ta’ protezzjoni soċjali b’riżorsi tajbin huma essenzjali biex itaffu x-xokkijiet ċikliċi; billi sistema bbażata fuq ir-riintegrazzjoni rapida fis-suq tax-xogħol b'miżuri ta' sostenn ibbażati fuq il-flessigurtà hija importanti wkoll biex ittaffi x-xokkijiet ċikliċi; |
|
Q. |
billi l-livelli ta’ faqar kienu qed jiżdiedu mill-2007, b’mod li 24,2 % tal-popolazzjoni tal-UE jinsabu attwalment f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali; billi l-infiq għall-protezzjoni soċjali naqas kważi fl-Istati Membri kollha u billi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) qed javża li dejjem aktar persuni huma f’riskju ta’ faqar ta’ introjtu, faqar fost it-tfal, ħtiġijiet mediċi mhux sodisfati, tiċħid materjali serju u esklużjoni soċjali; |
|
R. |
billi l-UE qed tonqos milli tikseb il-miri kważi kollha tal-Ewropa 2020, u billi l-progress fl-Istati Membri biex jissodisfaw l-objettivi ta’ Ewropa 2020 kien diżappuntanti; billi l-impenji li saru fil-programmi nazzjonali ta’ riforma ta’ 2013 ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw il-maġġoranza tal-miri fil-livell tal-UE; |
|
S. |
billi jeħtieġ li jkunu promossi r-responsabbiltà demokratika, is-sjieda u l-leġittimità fir-rigward tal-atturi kollha involuti fis-Semestru Ewropew; billi l-involviment adegwat tal-Parlament huwa parti kruċjali minn dan il-proċess; billi l-parlamenti nazzjonali huma r-rappreżentanti u l-garanti tad-drittijiet miksuba u ddelegati miċ-ċittadini; billi l-introduzzjoni tas-Semestru Ewropew għandha tirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-parlamenti nazzjonali; |
|
T. |
billi hemm nuqqas ta’ arranġamenti li jiżguraw li l-Kunsill Ewropew jirrispetta l-pożizzjoni tal-Parlament qabel ma jadotta kull sena l-prijoritajiet proposti mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; |
|
U. |
billi, mill-20 sat-22 ta' Jannar 2014, kellu laqgħat ta' livell għoli ma' membri parlamentari nazzjonali, fl-ambitu tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea biex jiddiskuti l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014, inkluż l-aspetti ta' impjieg u soċjali tiegħu; |
Indikaturi soċjali
|
1. |
Jilqa' l-fatt li din is-sena, għall-ewwel darba, l-abbozz ta' Rapport ta' Impjieg Konġunt anness mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) jinkludi tabella ta' valutazzjoni għal politiki ta' impjiegi u soċjali, li se jgħinu biex isaħħu l-monitoraġġ tal-iżviluppi tal-impjieg u soċjali bħala parti mill-monitoraġġ makroekonomiku fi ħdan is-Semestru Ewropew; iqis li dan għandu jħalli impatt fuq il-gwida politika fis-Semestru Ewropew bħala infurzar tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, peress li dan mhuwiex biss mixtieq, iżda wkoll meħtieġ sabiex jindirizza l-kriżi u jipprevjeni diverġenzi soċjoekonomiċi serji fiż-żona tal-euro, filwaqt li b’hekk itejjeb is-sostenibbiltà tagħha; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar in-natura limitata tar-rwol tal-Parlament fis-Semestru Ewropew; jiddeplora l-fatt li ftit li xejn sar progress mill-Kummissjoni u l-Kunsill biex isaħħu l-iskrutinju demokratiku tal-gwida politika ekonomika; huwa tal-fehma li, skont it-Trattati eżistenti, l-Artikolu 136 TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-valuta tagħhom hija l-euro, li jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jistieden li jkun hemm Ftehim Interistituzzjonali sabiex jinvolvi lill-Parlament fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-Istħarriġ dwar is-SAT u l-Linji Gwida dwar il-Politika Ekonomika u l-Impjiegi; |
|
2. |
Jenfasizza li l-prijoritajiet soċjali u ekonomiċi kif miftiehem fil-qafas tal-istrateġija UE2020 huma profondament interkonnessi; jemmen li s-sostenibbiltà ekonomika u l-bilanċ makroekonomiku ma jistgħux jintlaħqu, kemm fi żmien medju u wkoll fit-tul, mingħajr it-tisħiħ u s-salvagwardja tad-dimensjoni soċjali tal-UEM. jikkunsidra li l-aspetti soċjali u ekonomiċi tal-Unjoni huma żewġ naħat tal-istess munita u li t-tnejn għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-UE; |
|
3. |
Jinnota, madankollu, li dawn l-indikaturi ma ġewx magħmula vinkolanti, bħat-tabella ta' valutazzjoni tal-Proċedura dwar l-Iżbilanċ Makroekonomiku; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw din is-sitwazzjoni fid-dawl tal-iżbilanċi soċjali u tal-impjieg li qed jikbru fl-UE; |
|
4. |
Jiddispjaċih li l-indikaturi tal-impjieg u soċjali proposti mill-Kummissjoni huma insuffiċjenti biex ikopru b'mod komprensiv is-sitwazzjonijiet ta' impjieg u soċjali tal-Istati Membri; jitlob li t-tabella ta’ valutazzjoni tinkludi indikaturi supplementari, b’mod partikolari livelli ta’ faqar fost it-tfal, aċċess għall-kura tas-saħħa, kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar, u indiċi ta’ xogħol deċenti, sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni soċjali fl-Istati Membri; jemmen li l-indikaturi għandhom, wara konsultazzjoni mal-Parlament, jiġu rieżaminati fuq bażi regolari; jinnota li hemm nuqqas ta’ arranġamenti li jiżguraw li l-Kunsill Ewropew jirrispetta l-pożizzjoni tal-Parlament qabel ma jadotta kull sena l-prijoritajiet proposti mill-Kummissjoni fl-SAT; |
Il-laqgħat tal-Ministri għax-xogħol u l-affarijiet soċjali tal-Grupp tal-euro
|
5. |
Jenfasizza l-importanza ta' impriża, kull meta tkun meħtieġa, il-Ministri għax-xogħol u l-affarijiet soċjali tal-Grupp tal-euro qabel is-summits tal-euro: jemmen li laqgħat konġunti biex jiksbu pożizzjoni koerenti bejn il-Kunsilli tal-EPSCO u l-ECOFIN huma daqstant kruċjali, sabiex jiżguraw li l-kwistjonijiet soċjali u tal-impjieg jiġu indirizzati b’mod aktar sħiħ fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet taż-żona tal-euro u bil-għan li jikkontribwixxu għal-laqgħat tal-kapijiet tal-istat u tal-gvern taż-żona tal-euro; |
Il-ħtieġa li d-domanda interna tiġi stimulata mill-ġdid u jinħolqu impjiegi ta' kwalità permezz ta' investiment produttiv u żieda fil-produttività
Ftehim biex iżid l-investiment u l-produttività fl-UE
|
6. |
Jinnota li filwaqt li riformi strutturali jistgħu jagħtu l-frott fi żmien medju jew fit-tul, il-ħtieġa li tkun stimolata d-domanda interna tal-UE tirrikjedi li l-Kummissjoni u l-Kunsill itejbu l-investiment sabiex isostni t-tkabbir u impjiegi ta’ kwalità fi żmien qasir u jtejjeb il-potenzjal fi żmien medju; jinnota li l-objettivi ewlenin diġà ġew definiti fl-istrateġija Ewropa 2020 u fil-Patt għal Tkabbir u Impjiegi miftiehem f’Ġunju 2012, iżda li l-finanzjament irid jiżdied; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pakkett ta’ investiment li jammonta għal 2 % tal-PDG tal-UE sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika fuq perjodu qasir ta’ żmien u fl-istat attwali tas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri kif kien imħeġġeġ fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar “L-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli” (10); |
|
7. |
Jenfasizza li l-kompetittività tal-UE għandha tiġi promossa primarjament permezz ta’ investimenti li jżidu l-produttività fl-edukazzjoni, ir-R&D, l-innovazzjoni kontinwa, aktar diġitalizzazzjoni u s-servizzi cloud; jikkunsidra li dawn jagħtu spinta u jistgħu jagħmlu l-UE destinazzjoni preferuta għall-impriżi globali, esportatur ta’ prodotti u servizzi b’valur miżjud kbir u fornitur ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja; |
|
8. |
Jinsab imħasseb li aktar minn 20 Stat Membru naqqsu l-infiq fl-edukazzjoni f’termini relattivi (bħala persentaġġ tal-PDG), filwaqt li b’hekk qegħdin idgħajfu t-tkabbir u l-kompetittività tagħhom, li jsofru wkoll min-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ħtiġijiet tax-xogħol u l-kwalifiki attwali tal-forza tax-xogħol; jinnota li t-tnaqqis ta’ tali investiment se jżid id-dgħufija strutturali tal-UE, minħabba l-ħtieġa dejjem tikber għal ħaddiema kwalifikati ħafna u l-fatt li f’bosta Stati Membri proporzjon kbir tal-forza tax-xogħol attwalment huma ħaddiema bi ftit kwalifiki; iwissi li skont il-Eurostat, kważi nofs it-tfal kollha li l-ġenituri tagħhom kellhom livell baxx ta’ edukazzjoni kienu f’riskju ta’ faqar fl-UE27 fl-2011, meta mqabbla ma’ 22 % tat-tfal ta' dawk il-ġenituri b’livell ta’ edukazzjoni medju u 7 % ta’ dawk b'ġenituri li għandhom livell ta’ edukazzjoni għolja, bl-akbar differenzi li nstabu mill-Eurostat fir-Rumanija (78 % tat-tfal ġejjin minn familji fejn hemm livell baxx ta’ edukazzjoni meta mqabbla ma’ 2 % li ġejjin minn familji fejn hemm livell ta’ edukazzjoni għolja), ir-Repubblika Ċeka (76 % u 5 %), is-Slovakkja (77 % u 7 %), il-Bulgarija (71 % u 2 %) u l-Ungerija (68 % u 3 %); |
|
9. |
Jilqa' l-fatt li fis-SAT 2014, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jipproteġu jew jippromwovu l-investiment fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-azzjoni dwar l-enerġija u l-klima; iqis dan bħala insuffiċjenti, madankollu, biex jippermetti lill-Istati Membri b’baġits diġà limitati biex jilħqu dan il-għan; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjan li jgħin lil dawk l-Istati Membri jagħmlu l-investimenti produttivi meħtieġa, pereżempju fl-edukazzjoni u r-R&Ż minħabba l-potenzjal ta' dawk is-setturi li jiġġeneraw it-tkabbir u l-impjiegi; |
Il-fondi Ewropej
|
10. |
Jindika li, fi żmien ta’ restrizzjonijiet fiskali severi u ta’ tnaqqis fil-kapaċità tas-self fis-settur privat, il-fondi Ewropej, jirrappreżentaw ingranaġġ essenzjali, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, biex tiġi stimulata l-ekonomija u biex jgħinu sabiex jinkisbu l-objettivi tat-tkabbir u tal-impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
|
11. |
Iqis li l-politika ta' koeżjoni hija essenzjali biex tgħin tnaqqas id-disparitajiet kompetittivi interni u l-iżbilanċi strutturali; jistieden lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta’ urġenza, tipprogramma mill-ġdid fondi strutturali mhux minfuqa favur il-progammi għall-impjieg taż-żgħażagħ u l-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni ssib soluzzjonijiet speċjali għal dawk l-Istati Membri b’rati ta’ qgħad għoljin ħafna li se jiġu sfurzati jirritornaw fondi tal-UE minħabba problemi ta’ kofinanzjament; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju tal-frontloading (forniment minn qabel) għal dawk il-fondi essenzjali għall-irkupru tal-kriżijiet, bħall-Fond Soċjali Ewropew, għall-perjodu 2014-2020 filwaqt li jkun hemm monitoraġġ b’attenzjoni għal effetti mhux mixtieqa ta’ frontloading bħal ma huwa r-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku u l-impatt fuq il-profili tal-pagamenti għal dawk l-Istati Membri li għandhom l-ogħla livelli ta’ qgħad u li huma għaddejjin minn proċessi ta’ konsolidazzjoni fiskali profondi, speċjalment rigward il-programmi li jkabbru t-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-investiment strateġiku; |
|
13. |
Iqis li tal-anqas 25 % tal-fondi ta' koeżjoni nazzjonali għandhom jintużaw għal programmi speċifiċi taħt il-Fond Soċjali Ewropew f'dawk l-Istati Membri bl-ogħla livelli ta' qgħad u ta' faqar; |
L-impjiegi ta' kwalità u s-salarji diċenti bil-għan li jżidu l-produttività
|
14. |
Jitlob għal swieq tax-xogħol li jistgħu jadattaw ruħhom aktar u li huma aktar dinamiċi, li kapaċi jaġġustaw ruħhom għal tfixkil fil-qagħda ekonomika mingħajr ma jikkawżaw sensji u aġġustamenti eċċessivi fil-pagi; ifakkar li l-kapaċità tal-akkwist ta' diversi ħaddiema tal-UE naqset bil-kbir, id-dħul tal-familji naqas u d-domanda interna naqset, filwaqt li b’hekk ingħatat spinta lill-qgħad u l-esklużjoni soċjali, partikolarment f’dawk il-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi; jinnota li t-tnaqqis tal-ispejjeż tax-xogħol li jissarrfu f'pagi/salarji ma tistax tkun l-unika strateġija għall-akkwist mill-ġdid tal-kompetittività; jinnota li l-komunikazzjoni dwar is-SAT 2014 tenfasizza li l-pajjiżi ewlenin bl-ispazju meħtieħ għal manuvra jista' iżidu l-pagi bħala mod kif iżidu l-infiq; jitlob li r-rakkomandazzjonijiet juru ambizzjoni sabiex jippromwovu tkabbir aktar bilanċjat u ħolqien ta' impjiegi fiż-żona tal-euro; |
|
15. |
Jinnota li l-Kummissjoni, fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2014, tinnota li t-tnaqqis fil-kost ta’ unità lavorattiva u l-moderazzjoni tal-pagi daħlu fl-iżviluppi tal-prezzijiet, parzjalment minħabba ż-żidiet simultanji fit-taxxi indiretti u prezzijiet amministrati; |
|
16. |
Jinnota li l-impjiegi u l-pagi diċenti huma importanti, mhux biss għall-koeżjoni soċjali u l-ġustizzja fis-soċjetà iżda wkoll għaż-żamma ta' ekonomija b'saħħitha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, jipproponu miżuri li jindirizzaw l-inugwaljanza u jiggarantixxu paga diċenti; jitlob lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu billi jsegwu politiki tas-suq tax-xogħol bil-għan li jiżguraw pagi għall-għajxien għal dawk li jaħdmu; |
|
17. |
Jinnota li n-nisa qed jagħtu spinta lit-tkabbir tax-xogħol fl-Ewropa u li għaldaqstant jeħtieġ sforz akbar sabiex isir użu sħiħ mill-potenzjal produttiv tal-ħaddiema nisa permezz ta’ implimentazzjoni aħjar tal-politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u użu aktar effettiv tal-finanzjament tal-UE għal dan il-għan; |
|
18. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi esplorata l-possibilità ta' tnaqqis tal-pressjoni fuq il-pagi permezz ta' skemi ta' paga minima skont il-prattiki nazzjonali; |
|
19. |
Jenfasizza li l-kwalità tal-impjieg hija essenzjali f'ekonomija b'għarfien intensiv sabiex tippromwovi produttività għolja tax-xogħol u innovazzjoni rapida abbażi ta' forza tax-xogħol kompetenti, li tadatta ruħha u li hija impenjata bi standards diċenti tas-saħħa u s-sikurezza, sens ta' sigurtà u ħinijiet tax-xogħol raġonevoli; |
Riformi biex itejbu l-parteċipazzjoni f'xogħol ta' kwalità
|
20. |
Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw il-pjanijiet nazzjonali tal-impjieg ġenerali u taż-żgħażagħ fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma 2014 tagħhom; jiddispjaċih li, minkejja talbiet ripetuti tal-Parlament, numru sinifikanti ta’ Stati Membri ma ppreżentawx tali pjanijiet sal-2013; |
|
21. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill naqas milli jieħu kont tal-appell tal-Parlament biex fil-gwida tiegħu għall-2013 jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq il-kwalità tal-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 it-temi tal-kwalità tal-impjiegi, tat-taħriġ, skemi ta’ tagħlim doppju u l-aċċess għal taħriġ tul il-ħajja, tad-drittijiet ċentrali tal-ħaddiema, tas-sostenn għall-mobilità tal-forza tax-xogħol, tal-impjieg indipendenti permezz tat-tqawwija tas-sigurtà għall-ħaddiema fis-CSRs fuq il-bażi tas-SAT 2014; |
|
22. |
Jenfasizza li r-riformi fis-suq tax-xogħol għandhom jiffokaw biex iżidu l-produttività u l-effiċjenza tax-xogħol sabiex tiġi promossa l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE u jiġu permessi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli, filwaqt li jiġu rispettati kemm il-kelma u l-ispirtu tal-acquis soċjali Ewropew u l-prinċipji tiegħu; jemmen li r-riformi fis-suq tax-xogħol għandhom jiġu implimentati b’tali mod li jippromwovu l-flessibbiltà interna u l-kwalità tal-impjiegi; |
|
23. |
Jemmen li r-riformi strutturali fis-suq tax-xogħol għandhom jintroduċu flessibilità interna sabiex iżommu l-impjieg fi żminijiet ta' disturb ekonomiku, u għandhom jiżguraw il-kwalità tal-impjieg, is-sikurezza fi tranżizzjonijiet ta' impjieg, il-provvista ta' skemi ta' benefiċċju għall-qgħad li huma bbażati fuq rekwiżiti ta' attivazzjoni u konnessi ma' politiki ta' riintegrazzjoni li jmantnu l-inċentivi tax-xogħol, filwaqt li jiżguraw introjtu diċenti u t-twaqqif ta' arranġamenti kuntrattwali li jiġġieldu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, jantiċipaw ir-ristrutturar ekonomiku u jiżguraw aċċess għal tagħlim tul il-ħajja; jemmen li huwa biss bilanċ ibbażat fuq il-flessigurtà li jista’ jassigura suq tax-xogħol kompetittiv; |
|
24. |
Jenfasizza l-importanza ta’ politiki tax-xogħol attivi, komprensivi u inklużivi fil-kuntest attwali; huwa mħasseb ħafna li diversi Stati Membri, minkejja r-rati ta' qgħad li qegħdin jiżdiedu, għandhom allokazzjonijiet baġitarji biex jiffinanzjaw tali politiki tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kopertura u l-effikaċja tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali; |
|
25. |
Jistieden lill-Istati Membri ifasslu – f'kollaborazzjoni mas-settur privat u s-sħab soċjali skont prattiki nazzjonali – u jippreżentaw pjanijiet li jinkludu miżuri speċifiċi għall-ħolqien tal-impjiegi, inkluż b’mod partikolari għas-setturi identifikati mill-Kummissjoni li għandhom potenzjal għoli bħas-setturi tas-saħħa u tal-kura soċjali, fl-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u fis-settur tal-ICT; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw, permezz ta' dawk il-pjanijiet ta' impjiegi, il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjieg, partikolarment għal dawk qiegħda fit-tul, iċ-ċittadini anzjani qiegħda, in-nisa, u gruppi prijoritarji oħrajn li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi, bħall-immigranti u persuni b'diżabbiltajiet; |
|
26. |
Jenfasizza l-importanza tal-Erasmus+ kif ukoll il-kontribut sinifikanti li l-Programm Ewropew għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ, Sport u Lingwi jista’ jagħmel biex itejjeb is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, b’mod speċjali dik taż-żgħażagħ; |
|
27. |
Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni msaħħa bejn is-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku (PES) sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw sistemi ta’ tagħlim ibbażat fuq statistika u evidenza fl-Ewropa kollha u jimplimentaw inizjattivi għas-suq tax-xogħol Ewropew; |
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
28. |
Huwa mħasseb ħafna li, għal darb’oħra, ir-rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ għadhom għoljin ħafna; jinnota li s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ qiegħda hija partikolarment inkwetanti; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex idaħħlu liż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jimplementaw il-miżuri li ilu li kien hemm ftehim dwarhom jew li huma ġodda bil-għan li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jnaqqsu l-għadd ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), filwaqt li jikkunsidraw l-aspett kwalitattiv ta’ xogħol diċenti li jirrispetta bis-sħiħ l-istandards ewlenin tax-xogħol; |
|
29. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, kif ukoll is-EUR 6 biljun iddedikati għall-Inizjattiva għall-Impjieg taż-Żgħażagħ taħt il-QFP li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw skemi ta’ garanzija taż-żgħażagħ bħala kwistjoni ta’ urġenza, u jużaw ir-riżorsi disponibbli b’mod effiċjenti, filwaqt li jikkonċentraw fuq dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet diffiċli; jinsab imħasseb, madankollu, li xi wħud mill-gvernijiet ma għamlux disponibbli l-finanzjament meħtieġ biex dan iseħħ; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal-effiċjenza tal-miżuri implimentati u tar-riżorsi finanzjarji impenjati; |
|
30. |
Jilqa’ b'sodisfazzjon li l-fondi msemmija hawn fuq jistgħu jintużaw fl-ewwel sentejn tal-qafas finanzjarju li ġej; ifakkar, madankollu, li dan l-ammont bla ebda dubju mhuwiex biżżejjed biex jiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ b’mod dejjiemi u li għandu jikkostitwixxi pagament inizjali li bih tiġi indirizzata l-problema; jenfasizza li l-ILO ikkalkulat li jinħtieġ total ta' EUR 21 biljun biex jitwettaq programm effettiv kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ fiż-żona tal-euro biss meta mqabbel mat-telf għall-ekonomija minħabba n-nuqqas ta’ impenn taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol li huwa stmat għal madwar EUR 153 biljun fl-Istati Membri fl-2011 jew 1,2 % tal-PDG tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-Garanzija għaż-Żgħażagħ prijorità biex iżżid il-baġit disponibbli fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill sabiex jiżguraw li anki l-Istati Membri suġġetti għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv ikollhom l-ispazju fiskali sabiex jimplimentaw l-Iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; |
|
32. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal qafas ta' kwalità għall-iskemi ta' taħriġ, sabiex tippromwovi l-impjegabbiltà u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ; jinnota, madankollu, in-nuqqas li titlob livelli ta' paga adegwati; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali Ewropej jimplimentaw b’mod ambizzjuż l-Alleanza għall-Apprendistati; |
Il-mobilità tal-forza tax-xogħol
|
33. |
Jemmen li minħabba n-numru ta’ ħaddiema, partikolarment żgħażagħ, li issa qed jitilqu l-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom għal Stati Membri oħra bi tfittxija ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati miżuri adegwati. jinnota li sabiex tiġi garantita l-portabbiltà tad-drittijiet tal-pensjoni u l-kontinwazzjoni tal-benefiċċji tal-impjieg għal tal-anqas tliet xhur waqt li r-reċipjent ikun qed ifittex xogħol fi Stat Membru ieħor, fil-preżent il-leġiżlazzjoni tal-UE qed tiġi emendata; jinnota li ntlaħaq ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar il-portabilità transkonfinali ta' drittijiet tal-pensjonijiet supplimentari; |
|
34. |
Jenfasizza l-importanza ta’ sistema ta’ edukazzjoni doppja kif prattikata f’xi Stati Membri; jemmen li l-edukazzjoni doppja tista’ tiġi implimentata f’ħafna aktar Stati Membri, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi nazzjonali; |
|
35. |
Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tibni fuq il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (EURES) billi tintensifika u twessa’ l-attivitajiet tagħha u, b’mod partikulari, billi tippromwovi l-mobilità taż-żgħażagħ; jitlob biex tkun abbozzata strateġija speċifika għal dan il-għan, flimkien mal-Istati Membri; josserva wkoll, madankollu, li l-mobilità għandha tibqa’ volontarja u m’għandhiex tillimita l-isforzi biex jinħolqu l-impjiegi u l-postijiet ta’ taħriġ fuq il-post sabiex ma tkomplix tiżdied il-problema tal-“eżodu ta’ mħuħ”, li diġà seħħet fl-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi; |
Sistemi ta' tassazzjoni aktar ġusti
|
36. |
Jinnota li l-inugwaljanza fl-introjtu qed tiżdied bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom, partikolarment fin-nofsinhar tal-UE u fil-periferija tagħha; jinnota wkoll li f’diversi pajjiżi l-kriżi intensifikat it-tendenzi fit-tul ta’ polarizzazzjoni tal-pagi u segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol; |
|
37. |
Jinnota li reċentement il-FMI innota li hemm skop biex jiġi intaxxat aħjar u b'mod aktar progressiv, li jista' jgħin biex inaqqas l-inugwaljanzi fl-UE; jenfasizza li billi hemm il-ħtieġa li l-piż tat-taxxa jitneħħa minn fuq il-ħaddiema u jmur lejn forom oħra ta' taxxa sostenibbli sabiex jiġu promossi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u jkun hemm dħul addizzjonali fil-proċess, sabiex titjieb il-leġittimità tal-isforz ta' konsolidazzjoni; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi, bħal riformi tat-taxxa tax-xogħol li jipprovdu inċentivi ta' impjieg, jappoġġaw l-impjieg indipendenti volontarju u jippromowvu n-negozju f'setturi strateġiċi; |
|
39. |
Jinnota l-importanza tat-tnaqqis tat-tassazzjoni fuq ix-xogħol, speċjalment permezz ta’ tnaqqis temporanju mmirat sew f’kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali jew skemi ta’ sussidji ta’ impjiegi għal persuni li ġew reklutati ġodda, speċjalment żgħażagħ, ħaddiema b’pagi baxxi jew bi ftit kwalifiki, il-persuni li ilhom qiegħda u gruppi vulnerabbli oħrajn, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-pensjoni pubbliċi; |
|
40. |
Jenfasizza l-importanza li jittieħdu passi effettivi biex ikun miġġieled xogħol mhux iddikjarat, impjieg indipendenti falz, frodi tat-taxxa u evażjoni tat-taxxa, partikolarment fil-kuntest tal-konsolidazzjoni fiskali, sabiex jipproteġi lill-ħaddiema u r-rendimenti fiskali u jżomm il-kunfidenza pubblika fil-ġustizzja u l-effikaċja tas-sistemi fiskali; |
Tendenzi soċjali u s-sostenibbiltà ta' sistemi ta' ħarsien soċjali
Il-ħtieġa li jitnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali
|
41. |
Huwa mħasseb dwar iż-żieda fil-faqar fost il-gruppi ta’ età kollha; jinnota li l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost il-persuni bejn it-18 u l-64 sena żdiedu b’mod sinifikanti f’żewġ terzi mill-Istati Membri fis-snin riċenti, l-aktar minħabba livelli dejjem jikbru ta’ djar b’nies qiegħda jew b’intensità baxxa ta’ xogħol u faqar fost dawk li jaħdmu; jinnota li r-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-2012 kien ferm akbar (48,8 %) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (b’età bejn it-18 u l-64) milli għal ċittadini tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex jintlaħaq l-għan tal-UE-2020 dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni immedjata fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal peress li fl-2011, 27 % tat-tfal fl-età ta’ taħt it-18-il sena kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet, speċjalment lill-Istati Membri bl-ogħla proporzjonijiet ta' persuni taħt it-18-il sena f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali; |
|
42. |
Jilqa' r-rikonoxximent tas-SAT 2014 dwar il-ħtieġa li jkunu indirizzati l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi u tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tal-ħarsien soċjali; jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw networks ta' sikurezza, jiżguraw l-effikaċja ta' sistemi tal-benessri u jinvestu f'miżuri ta' prevenzjoni; |
|
43. |
Jilqa’ l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn li se jgħin lil dawk l-aktar milquta mill-faqar jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi kkonċernati b'mod xieraq u jimmirawhom lejn dawk l-aktar fil-bżonn; |
Pensjonijiet sostenibbli
|
44. |
Jieħu nota tal-proposta tas-CSR li tirrigwarda diversi Stati Membri fir-rigward tar-riformi tal-pensjonijiet; jiddeplora l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni saru mingħajr referenza għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fil-Green u l-White Papers dwar il-pensjonijiet; jenfasizza li r-riformi fil-pensjonijiet jirrikjedu koeżjoni politika u soċjali nazzjonali u jridu jiġu nnegozjati mas-sħab soċjali biex ikollhom suċċess; |
|
45. |
Jenfasizza li r-riformi mill-qiegħ meħtieġa fis-sistemi tal-pensjonijiet fl-Istati Membri għandhom ikunu mfassla, maħsuba u adottati bil-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom filwaqt li fl-istess ħin ma jiġux ipperikolati l-livelli adegwati tal-pensjonijiet, b’konformità sħiħa mal-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-istrateġija Ewropea 2020; |
|
46. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu r-riformi meħtieġa sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet; jemmen li sabiex l-etajiet effettivi tal-irtirar jiżdiedu b’suċċess, jeħtieġ li r-riformi fis-sistemi tal-pensjonijiet jiġu akkumpanjati minn politiki li jillimitaw l-aċċess għall-iskemi tal-irtirar bikri u toroq oħra ta’ ħruġ bikri, li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ impjiegi għall-ħaddiema aktar kbar fl-età, jiggarantixxu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, jintroduċu politiki tat-taxxa favorevoli li joffru inċentivi biex dak li jkun jibqa’ jaħdem għal aktar żmien, u jappoġġjaw it-tixjiħ b’saħħtu attiv; jenfasizza l-aċċelerazzjoni tal-pressjoni maħluqa mill-iżviluppi demografiċi fuq il-baġits nazzjonali u s-sistemi tal-pensjonijiet issa li l-ewwel koortijiet tal-“ġenerazzjoni baby boom” qegħdin jirtiraw; jinnota l-progress inekwu u l-livelli irregolari ta' ambizzjoni madwar l-Istati Membri fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali mmirati biex iżidu l-impjieg, ineħħu gradwalment l-skemi ta' rtirar bikri u jevalwaw, fil-livell tal-Istati Membri u flimkien mas-sħab soċjali, il-ħtieġa li l-etajiet tal-irtirar kemm statutorju kif ukoll effettiv jitqiegħdu fuq livell sostenibbli konformi ma' żidiet fl-istennija tal-għomor; jenfasizza li l-Istati Membri li jonqsu milli jimplimentaw riformi gradwali issa jistgħu fi stadju aktar tard isibu ruħhom f'xenarju fejn ikollhom jimplimentaw riformi mqanqla minn xokk u b'konsegwenzi soċjali sinifikanti; |
|
47. |
Huwa mħasseb dwar ir-riskju tal-pensjonijiet inadegwati għall-ġenerazzjoni ta' Ewropej żgħażagħ li attwalment jinsabu qiegħda jew f'impjiegi prekarji u li se jaffaċċjaw età ta' rtirar aktar għolja u perjodi ta' kalkolu tal-pensjoni itwal; |
Stabbilizzaturi soċjali Ewropej
|
48. |
Jinnota li l-politika tal-ħarsien soċjali, partikolarment il-benefiċċji għall-qgħad, appoġġ minimu tal-introjtu u tassazzjoni progressiva, inizjalment għenu biex inaqqsu l-profondità tar-riċessjoni u stabbilizzaw is-swieq tax-xogħol u l-konsum; jenfasizza, madankollu, li l-kapaċità ta’ dawn l-istabbilizzaturi ekonomiċi u soċjali ġiet imnaqqsa b'mod inkwetanti f’dawk l-Istati Membri fejn tali stabbilizzaturi huma l-aktar meħtieġa; jinnota li konsegwentement, l-introjti tal-familji u d-domanda domestika ġew imħarsa anqas; |
|
49. |
Jemmen, li l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ Bonus-Malus toħloq sitwazzjoni ta' rebħa għall-partijiet kollha involuti; |
|
50. |
Jenfasizza li f'xi każijiet, il-politiki soċjali u l-istandards soċjali ntużaw bħala fatturi ta' aġġustament minħabba r-rekwiżiti ta' konsolidazzjoni fiskali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-konsegwenzi li dawn il-proċessi għandhom għall-istati tal-benessri nazzjonali u għaċ-ċittadini; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali, u jiżguraw li dawn ikomplu jipproteġu lill-persuni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; |
|
51. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-persuni li jindukraw, kemm f'termini tal-provvista tal-kura u l-ekonomija u s-soċjetà inġenerali, filwaqt li tfakkar li l-interessi tal-persuni li jindukraw rari jiġu kkunsidrati fil-politiki li xorta jkollhom impatt fuqhom b'mod konsistenti u ġenerali; |
|
52. |
Jemmen, li l-finanzjament mill-UE jista’ jikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità tal-persuni li jindukraw fir-rigward tal-provvista tal-appoġġ (eż. appoġġ emozzjonali, skambji, u informazzjoni) u tal-affermazzjoni, u li jkun jista' wkoll jappoġġa skambju ta' informazzjoni, riċerka u networking. jemmen ukoll li jistgħu jiġu esplorati miżuri leġiżlattivi, abbażi tar-rispett lejn il-kompetenza nazzjonali u l-prinċipju tas-solidarjetà u li dan jista' jieħu l-forma ta', pereżempju, direttiva dwar il-liv għall-persuni li jindukraw; |
|
53. |
Jenfasizza l-ħtieġa li ġejja għal persuni kwalifikati li jindukraw minħabba bidliet demografiċi u l-importanza li jiġu żgurati kemm it-taħriġ kif ukoll l-edukazzjoni għal persuni li jindukraw futuri sabiex jiġi evitat il-kollass tas-sistema kollha tal-kura u tas-sigurtà soċjali; jikkunsidra wkoll l-importanza li jiġi pprovdut l-appoġġ massimu għal persuni li jindukraw (b’mod speċjali persuni li jindukraw b’mod informali) li l-kontribut tagħhom jeħtieġ li jiġi rikonoxxut; |
|
54. |
Jenfasizza l-importanza tas-servizzi tal-ospizju u dawk palljativi bħala parti mill-kura fit-tul; jinnota, li minħabba l-kompożizzjoni multiprofessjonali, il-flessibbiltà, u l-kooperazzjoni ma’ setturi oħrajn professjonali, il-persuni li jindukraw u l-utenti tat-timijiet palljativi mobbli għandhom il-potenzjal li jnaqqsu d-differenzi kruċjali fis-sistemi ta’ kura fit-tul; |
Il-ħtieġa ta' tisħiħ tal-leġittimità demokratika u d-djalogu soċjali
|
55. |
Jenfasizza li r-riformi kollha tas-suq tax-xogħol għandhom ikunu bbażati fuq koordinazzjoni rinforzata tad-djalogu soċjali; |
|
56. |
Jenfasizza li t-Trojka kkonfermat li parteċipazzjoni ta' kwalità għolja mis-sħab soċjali u djalogu soċjali b'saħħtu, inkluż fil-livell nazzjonali, huma essenzjali għas-suċċess ta' kwalunkwe riforma, u li partikolarment fir-riformi tal-UEM, ir-rwol tas-sħab soċjali fil-proċess ġdid ta' governanza ekonomika, speċjalment fis-Semestru Ewropew, għandu jiġi infurzat; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tinvolvi s-sħab soċjali b’mod aktar sħiħ fil-proċess tas-Semestru Ewropew, fost l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali qabel l-adozzjoni annwali tas-SAT; |
|
57. |
Jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Istati Membri jiżguraw li parlamenti nazzjonali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-gwida politika taħt l-istrateġija Ewropa 2020 u l-proċess ta’ governanza ekonomika, sabiex jiżguraw is-sjieda; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jinkorporaw il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-għanijiet tal-impjiegi, dawk soċjali u dawk edukattivi ta' Ewropa 2020 b’mod aktar effikaċi fis-Semestru Ewropew 2014; |
o
o o
|
58. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0447.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0515.
(3) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 116.
(4) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 81
(5) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 87.
(6) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57
(7) Testi adottati, P7_TA(2012)0419.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0266.
(9) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0365.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:
RAKKOMANDAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI SE JIĠU ADOTTATI MILL-KUNSILL EWROPEW U L-GWIDA POLITIKA TIEGĦU
Rakkomandazzjoni 1: dwar l-Indikaturi Soċjali
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jilqa' l-fatt li din is-sena, għall-ewwel darba, l-abbozz ta' Rapport ta' Impjieg Konġunt anness mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) jinkludi tabella ta' valutazzjoni għal politiki ta' impjiegi u soċjali, li se jgħinu biex isaħħu l-monitoraġġ tal-iżviluppi tal-impjieg u soċjali bħala parti mill-monitoraġġ makroekonomiku fi ħdan is-Semestru Ewropew; iqis li dan għandu jħalli impatt fuq il-gwida politika fis-Semestru Ewropew bħala infurzar tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, li mhuwiex biss mixtieq, iżda wkoll meħtieġ sabiex jindirizza l-kriżi u jipprevjeni diverġenzi soċjoekonomiċi serji fiż-żona tal-euro, filwaqt li b’hekk itejjeb is-sostenibbiltà tagħha;
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar ir-rwol limitat tal-Parlament Ewropew fis-Semestru Ewropew; jiddeplora l-fatt li ftit li xejn sar progress mill-Kummissjoni u l-Kunsill biex isaħħu l-iskrutinju demokratiku tal-gwida politika ekonomika; Huwa tal-fehma li, skont it-Trattati eżistenit, l-Artikolu 136 TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-valuta tagħhom hija l-euro, li jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jistieden li jkun hemm Ftehim Interistituzzjonali li jinvolvi lill-Parlament fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali u l-Linji Gwida dwar il-Politika Ekonomika u l-Impjiegi;
Jinnota, madankollu, li dawn l-indikaturi ma ġewx magħmula vinkolanti, bħat-tabella ta' valutazzjoni tal-Proċedura dwar l-Iżbilanċ Makroekonomiku; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw din is-sitwazzjoni fid-dawl tal-iżbilanċi soċjali u tal-impjieg li qed jikbru fl-UE;
Jiddispjaċih li l-indikaturi tal-impjieg u soċjali proposti mill-Kummissjoni huma insuffiċjenti biex ikopru b'mod komprensiv is-sitwazzjonijiet ta' impjieg u soċjali tal-Istati Membri; jitlob li t-tabella ta’ valutazzjoni tinkludi indikaturi supplementari, b’mod partikolari livelli ta’ faqar fost it-tfal, aċċess għall-kura tas-saħħa, kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar, u indiċi ta’ xogħol deċenti, sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni soċjali fl-Istati Membri; L-indikaturi għandhom, wara konsultazzjoni mal-Parlament, jiġu rieżaminati fuq bażi regolari; billi hemm nuqqas ta’ arranġamenti li jiżguraw li l-Kunsill Ewropew jirrispetta l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew qabel ma jadotta kull sena l-prijoritajiet proposti mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;
Rakkomandazzjoni 2: Il-Eurogrupp fil-livell tal-ministri għax-xogħol u għall-affarijiet soċjali
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jenfasizza l-importanza, kull meta jkun meħtieġ, tal-laqgħa tal-Ministri għax-xogħol u l-affarijiet soċjali tal-Grupp tal-euro is-Summits tal-Euro. Laqgħat konġunti biex jiksbu pożizzjoni koerenti bejn il-Kunsilli tal-EPSCO u l-ECOFIN huma daqstant kruċjali, sabiex jiżguraw li l-kwistjonijiet soċjali u tal-impjieg jiġu indirizzati b’mod aktar sħiħ fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet taż-żona tal-euro u bil-għan li jikkontribwixxu għal-laqgħat tal-kapijiet tal-istat u tal-gvern taż-żona tal-euro;
Rakkomandazzjoni 3: Ftehim biex Jiżdiedu l-Investimenti u l-Produttività fl-UE
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jinnota li filwaqt li riformi strutturali jistgħu jagħtu l-frott fi żmien medju jew fit-tul, il-ħtieġa li tkun stimolata d-domanda interna tal-UE tirrikjedi li l-Kummissjoni u l-Kunsill itejbu l-investiment sabiex isostni t-tkabbir u impjiegi ta’ kwalità fi żmien qasir u jtejjeb il-potenzjal fi żmien medju; jinnota li l-objettivi ewlenin diġà ġew definiti fl-istrateġija Ewropa 2020 u fil-Patt għal Tkabbir u Impjiegi miftiehem f’Ġunju 2012, iżda li l-finanzjament irid jiżdied; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pakkett ta’ investiment li jammonta għal 2 % tal-PDG tal-UE sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika fuq perjodu qasir ta’ żmien u fl-istat attwali tas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri kif kien iddikjarat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli (2013/2045(INI));
Jilqa' l-fatt li fis-SAT 2014, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jipproteġu jew jippromwovu l-investiment fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-azzjoni dwar l-enerġija u l-klima; iqis dan bħala insuffiċjenti, madankollu, biex jippermetti lill-Istati Membri b’baġits diġà limitati biex jilħqu dan il-għan;
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjan li jgħin lil dawk l-Istati Membri jagħmlu l-investimenti produttivi meħtieġa, pereżempju fl-edukazzjoni u r-riċerka u żvilupp, minħabba l-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw it-tkabbir u l-impjiegi;
Rakkomandazzjoni 4: Impjiegi ta' kwalità u Pagi Diċenti biex tiżdied il-produttività
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Kostijiet ta' Unità Lavorattiva, kostijiet tal-produzzjoni u marġnijiet tal-profitt
Jitlob għal swieq tax-xogħol aktar adattivi u dinamiċi, li kapaċi jadattaw għal tfixkil fil-qagħda ekonomika mingħajr ma jikkawżaw sensji u aġġustamenti eċċessivi fil-pagi; ifakkar li l-kapaċità tal-akkwist ta' diversi ħaddiema tal-UE naqset bil-kbir, id-dħul tal-familji naqas u d-domanda interna naqset, filwaqt li b’hekk ingħatat spinta lill-qgħad u l-esklużjoni soċjali, partikolarment f’dawk il-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi; jinnota li t-tnaqqis tal-ispejjeż tax-xogħol li jissarrfu f'pagi/salarji ma tistax tkun l-unika strateġija għall-akkwist mill-ġdid tal-kompetittività; Jinnota li l-Kummissjoni dwar is-SAT 2014 tenfasizza li l-pajjiżi ewlenin bl-ispazju meħtieġ għall-manuvrar jistgħu jżidu l-pagi bħala mod kif iżidu l-infiq, jitlob ambizzjoni f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu promossi tkabbir ibbilanċjat u ħolqien tal-impjiegi fiż-żona tal-Euro;
Salarji u Paga Diċenti
Il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri li jindirizzaw l-inugwaljanza u jiggarantixxu paga diċenti; Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu billi jsegwi politiki tas-suq tax-xogħol li jimmiraw li jiżguraw pagi li jiggarantixxu l-għajxien għal dawk li jaħdmu, li mhuwiex importanti biss għall-koeżjoni soċjali u l-ġustizzja fis-soċjetà iżda hu importanti wkoll biex iżomm l-ekonomija b'saħħitha.
Il-Kwalità tal-Impjiegi
Jirrakkomanda li tingħata aktar enfasi lis-CSR 2014 tal-Kummissjoni dwar il-kwalità tal-impjiegi li hija essenzjali f'ekonomija b'għarfien intensiv sabiex tippromwovi produttività għolja tax-xogħol u innovazzjoni rapida abbażi ta' forza tax-xogħol bi standards diċenti tas-saħħa u s-sikurezza, sens ta' sigurtà u ħinijiet tax-xogħol raġonevoli; Il-gwida tal-politika għandha tiffoka partikolarment fir-rigward tal-aċċess tal-ħaddiema għal sett ewlieni ta' drittijiet tax-xogħol, kif stabbiliti fit-Trattati u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri;
Jiġġieled kontra l-eżistenza u l-proliferazzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u impjieg indipendenti falz u biex jiġi żgurat li persuni b'kuntratti temporanji jew part-time jew li jaħdmu għal rashom ikollhom protezzjoni soċjali adegwata u aċċess għal taħriġ;
Jiżgura l-infurzar effettiv tad-Direttiva li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u x-xogħol;
Rakkomandazzjoni 5: Riformi biex itejbu l-parteċipazzjoni f'xogħol ta' kwalità
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Il-pjanijiet nazzjonali ġenerali u għall-impjieg taż-żgħażagħ
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-preżentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ġenerali u tal-impjieg taż-żgħażagħ fis-CSR 2014;
Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-kwalità tal-impjiegi, it-taħriġ u l-aċċess għal taħriġ tul il-ħajja, id-drittijiet ċentrali tal-ħaddiema, u l-appoġġ għall-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-impjieg indipendenti billi żżid is-sigurtà għall-ħaddiema fir-rakkomandazjzonijiet speċifiċi għall-pajjiż fuq il-bażi tas-SAT 2014;
Ir-riformi fis-Suq tax-Xogħol u l-Politiki Attivi tax-Xogħol
Ir-riformi fis-suq tax-xogħol għandhom jiffokaw fuq iż-żieda tal-produttività u l-effiċjenza tax-xogħol sabiex itejbu l-kompetittività ekonomika tal-UE u jiffaċilitaw it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli filwaqt li jiġu rispettati b’mod strett kemm il-forma u kemm is-sustanza tal-Aquis Soċjali Ewropew u l-prinċipji tiegħu; Ir-riformi fis-swieq tax-xogħol għandhom jiġu implimentati b’mod li jippromwovu l-kwalità tal-impjiegi;
Ir-riformi strutturali tas-suq tax-xogħol għandhom jintroduċu flessibiltà interna sabiex imantnu l-impjieg fi żminijiet ta' disturb ekonomiku, u għandhom jiżguraw il-kwalità tal-impjieg, is-sikurezza fi tranżizzjonijiet ta' impjieg, il-provvista ta' skemi ta' benefiċċju għall-qgħad li huma bbażati fuq rekwiżiti ta' attivazzjoni u konnessi ma' politiki ta' riintegrazzjoni li jmantnu l-inċentivi tax-xogħol filwaqt li jiżguraw introjtu diċenti u t-twaqqif ta' arranġamenti kuntrattwali li jiġġieldu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, jantiċipaw ir-ristrutturar ekonomiku u jiżguraw aċċess għal tagħlim tul il-ħajja;
L-indirizzar ta' nuqqas ta' qbil tal-ħiliet
Monitoraġġ aħjar tal-ħtiġijiet tal-ħiliet f'setturi speċifiċi u/jew reġjuni u rimedju malajr għan-nuqqas ta' qbil ta' dawn il-ħiliet.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-elaborazzjoni tal-Panorama tal-Ħiliet tal-UE sabiex jipprovdu stampa komprensiva tal-ħtiġijiet tal-ħiliet tal-UE.
It-trawwim ta’ kooperazzjoni u sinerġiji bejn is-settur edukattiv tat-taħriġ u l-impriżi biex ikunu antiċipati l-ħtiġijiet tal-ħiliet u s-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ jiġu adatti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol bl-objettiv li l-forza tax-xogħol tkun ipprovduta bil-ħiliet meħtieġa u tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol, f'dan il-kuntest l-iskemi ta' tagħlim doppju għandu jkollhom rwol ewlieni;
Il-promozzjoni tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja għall-gruppi ta' età kollha, mhux biss permezz ta' taħriġ formali iżda wkoll permezz tal-iżvilupp ta' taħriġ mhux formali u informali.
Tiġi stabbilita sistema ta' validazzjoni ta' taħriġ mhux formali u informali sal-2015 konness mal-Qafas ta' Kwalifikazzjoni Ewropew;
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ
Jappella sabiex jitwaqqaf Ftehim Ewropew għall-Impjieg taż-Żgħażagħ li jdaħħal fis-seħħ il-miżuri li ilu li kien hemm ftehim dwarhom u li jiġu impenjati riżorsi u mizuri ġodda biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, inaqqsu l-għadd ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), billi jiġi kkunsidrat l-aspett kwalitattiv ta’ xogħol deċenti bir-rispett sħiħ tal-istandards ewlenin tax-xogħol;
L-Istati Membri għandhom jimplementaw b'urġenza l-Iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; u jużaw ir-riżorsi disponibbli b'mod effiċjenti filwaqt li jikkonċentraw l-attivitajiet fuq dawk fl-aktar sitwazzjoni diffiċli.
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tkun prijorità biex iżżid il-baġit disponibbli fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP;
Il-Kummissjoni għandha tipproponi qafas ta’ kwalità għall-iskemi ta’ taħriġ, li jinkludi fost l-oħrajn il-kriterji għal miri edukattivi, xogħol xieraq; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali Ewropej jimplimentaw b’mod ambizzjuż l-Alleanza għall-Edukazzjoni;
L-anzjani u l-persuni li ilhom qegħda
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw opportunitajiet ta' impjieg għal ħaddiema akbar fl-età, jiggarantixxu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, jintroduċu politiki ta' benefiċċji fiskali li jagħtu inċentivi biex il-ħaddiema idumu jaħdmu aktar, u jappoġġaw it-tixjiħ attiv b'saħħtu;
Persuni li ilhom qiegħda fit-tul għandhom jiġu appoġġati permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u approċċi ta' inklużjoni attivi integrati, inkluż inċentivi ta' attivazzjoni pożittivi bħal gwida personalizzata u programmi għat-tranżizzjoni minn dipendenza fuq il-benefiċċji għas-suq tax-xogħol, sistemi ta' benefiċċji adegwati u aċċess għal servizzi ta' kwalità biex jappoġġawhom fl-ikkonnettjar mill-ġdid mas-suq tax-xogħol u fl-aċċess għal impjiegi ta' kwalità;
In-nisa
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed aktar enfasi fuq iż-żieda sinifikanti tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol li hija importanti għall-kisba tal-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 għar-rata ta' impjieg; Jitlob miżuri bħal kura affordabbli u kura tat-tfal affordabbli, skemi ta' live ta' maternità, paternità u parentali adegwati u flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol u l-post tax-xogħol;
L-Istati Membri għandhom jirrispettaw u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala parti mill-politiki nazzjonali tagħhom u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR);
Gruppi prijoritarji oħrajn
L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-Programi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom miżuri ewlenin dwar l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali adottati mill-Istrateġija Ewropea għal persuni b'diżabbiltà. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea li dawn il-miżuri huma parti mir-rakkomandazzjonijiet tagħha skont il-pajjiż fl-2014.
Jappella għall-inklużjoni tal-integrazzjoni tal-minoranzi fil-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 li l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol hija importanti biex tinkiseb il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 għar-rata ta' impjieg; Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw il-livell baxx ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi (e.ż. ir-Rom).
Rakkomandazzjoni 6: It-titjib tal-mobilità tax-xogħol volontarja
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jemmen li minħabba n-numru ta’ ħaddiema, partikolarment żgħażagħ, li qed jitilqu l-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom għal Stati Membri oħra bi tfittxija ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati miżuri adegwati. Sabiex tiġi garantita l-portabbiltà tad-drittijiet tal-pensjoni u l-kontinwazzjoni tal-benefiċċji tal-impjieg għal tal-anqas tliet xhur waqt li r-reċipjent ikun qed ifittex xogħol fi Stat Membru ieħor, il-leġiżlazzjoni tal-UE qed tiġi emendata fil-preżent. Intlaħaq ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar il-portabilità transkonfinali ta' drittijiet tal-pensjonijiet supplimentari;
Rakkomandazzjoni 7: Lejn sistemi ta' tassazzjoni aktar ġusti
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jinnota li reċentement il-Fond Monetarju Internazzjonali innota li hemm skop biex jiġi intaxxat aħjar u b'mod aktar progressiv, li jista' jgħin biex inaqqas l-inugwaljanzi fl-UE; jenfasizza li billi hemm il-ħtieġa li l-piż tat-taxxa jitneħħa minn fuq il-ħaddiema u jmur lejn forom oħra ta' taxxa sostenibbli sabiex jiġu promossi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u jkun hemm dħul addizzjonali fil-proċess, sabiex titjieb il-leġittimità tal-isforz ta' konsolidazzjoni;
Rakkomandazzjoni 8: Il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali għandhom jitnaqqsu
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
L-Istati Membri għandhom jinfurzaw in-network tas-sikurezza u jiżguraw l-effikaċja tas-sistemi tal-benessri kif ukoll jinvestu f'miżuri ta' prevenzjoni;
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-impatt tal-programmi ta’ aġġustament ekonomiku fuq il-progress lejn il-miri ewlenin ta’ Ewropa 2020 f’dawk l-Istati Membri li jkollhom diffikultajiet finanzjarji u li tilħaq qbil dwar modifikazzjonijiet immirati biex iġibu l-programmi ta’ aġġustament konformi mal-objettivi ta’ Ewropa 2020;
Rakkomandazzjoni 9: Pensjonijiet sostenibbli
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu r-riformi meħtieġa biex jiggarantixxu s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet, jemmen li sabiex l-etajiet effettivi tal-irtirar jiżdiedu b’suċċess, jeħtieġ li r-riformi fis-sistemi tal-pensjonijiet jiġu akkumpanjati minn politiki li jillimitaw l-aċċess għall-iskemi tal-irtirar bikri u toroq oħra ta’ ħruġ bikri, li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ impjiegi għall-ħaddiema aktar kbar fl-età, jiggarantixxu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, jintroduċu politiki ta’ benefiċċji tat-taxxa li joffru inċentivi biex dak li jkun jibqa’ jaħdem għal aktar żmien, u jappoġġjaw it-tixjiħ b’saħħtu attiv;
Jenfasizza l-aċċelerazzjoni tal-pressjoni maħluqa mill-iżviluppi demografiċi fuq il-baġits nazzjonali u s-sistemi tal-pensjonijiet issa li l-ewwel koortijiet “tal-ġenerazzjoni baby boom” qegħdin jirtiraw; jinnota l-progress inekwu u l-livelli irregolari ta' ambizzjoni madwar l-Istati Membri fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali mmirati biex iżidu l-impjieg, ineħħu gradwalment l-skemi ta' rtirar bikri u jevalwaw, fil-livell tal-Istati Membri u flimkien mas-sħab soċjali, il-ħtieġa li l-età tal-irtirar kemm statutorju kif ukoll effettiv jitqiegħdu fuq livell sostenibbli ma' żidiet fl-istennija tal-għomor; jenfasizza li l-Istati Membri li jonqsu milli jimplimentaw riformi gradwali issa jistgħu fi stadju aktar tard isibu ruħhom f'xenarju fejn ikollhom jimplimentaw riformi mqanqla minn xokk u b'konsegwenzi soċjali sinifikanti.
Rakkomandazzjoni 10: Stabbilizzaturi soċjali Ewropej
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jinnota li l-politika tal-ħarsien soċjali, partikolarment il-benefiċċji għall-qgħad, appoġġ minimu tal-introjtu u tassazzjoni progressiva, inizjalment għenu biex inaqqsu l-profondità tar-riċessjoni u stabbilizzaw is-swieq tax-xogħol u l-konsum; jenfasizza, madankollu, li l-kapaċità ta’ dawn l-istabbilizzaturi ekonomiċi u soċjali ġiet imnaqqsa b'mod inkwetanti f’dawk l-Istati Membri fejn tali stabbilizzaturi huma l-aktar meħtieġa; jinnota li konsegwentement, l-introjti tal-familji u d-domanda domestika ġew imħarsa anqas;
Jenfasizza li f'xi każijiet, il-politiki soċjali u l-istandards soċjali ntużaw bħala fatturi ta' aġġustament minħabba r-rekwiżiti ta' konsolidazzjoni fiskali; Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-konsegwenzi li dawn il-proċessi għandhom għall-istati tal-benessri nazzjonali u għaċ-ċittadini tagħhom; Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali, u jiżguraw li dawn ikomplu jipproteġu lill-persuni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;
Rakkomandazzjoni 11: Il-leġittimità demokratika u d-djalogu soċjali għandhom jissaħħu
Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-gwida politika annwali li se tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew fuq il-bażi tas-SAT għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin.
Jenfasizza li r-riformi kollha tas-suq tax-xogħol għandhom ikunu bbażati fuq koordinazzjoni rinforzata tad-djalogu soċjali;
l-infurzar ta' parteċipazzjoni ta' kwalità għolja tas-sħab soċjali u djalogu soċjali b'saħħtu, anki fil-livell nazzjonali, li hija essenzjali għas-suċċess ta' kwalunkwe riforma u partikolarment fir-riformi tal-UEM, ir-rwol tas-sħab soċjali fil-Governanza Ekonomika l-ġdida, partikolarment fis-Semestru Ewropew
Jimplimenta l-proposta tal-Kummissjoni għal involviment aktar b'saħħtu tas-sħab soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew, fost l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali qabel l-adozzjoni annwali tas-SAT,
Il-Kunsill Ewropew u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parlamenti nazzjonali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-gwida politika taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-proċess ta’ governanza ekonomika, sabiex jiżguraw is-sjieda;
Il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni għandhom jintegraw il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-għanijiet tal-impjiegi, soċjali u edukattivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 b’mod aktar effikaċi fis-Semestru Ewropew 2014;
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/40 |
P7_TA(2014)0130
Governanza tas-Suq Uniku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-Governanza tas-Suq Uniku fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2014 (2013/2194(INI))
(2017/C 285/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2013 bl-isem 'Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014' (COM(2013)0800) u r-Rapport tal-Kummissjoni bl-isem 'Suq Uniku għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Analiżi tal-Progress li sar u tal-Ostakli li għad fadal fl-Istati Membri – Kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2014' (COM(2013)0785) u l-analiżi tal-kuntest għal dak ir-rapport, bl-isem 'Katini tal-valur fl-UE u barra minnha', |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel Rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 dwar 'L-Istat ta' Integrazzjoni tas-Suq Uniku 2013 – Kontribuzzjoni għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013' (COM(2012)0752), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu “Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2012)0573), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Gunju 2012 bit-titolu “Governanza Aqwa tas-Suq Uniku” (COM(2012)0259), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2012 bit-titolu “Nagħmlu Suċċess mis-Suq Uniku – Kontroll annwali fuq il-governanza 2011” (SWD(2012)0025), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 bl-isem “L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – ‘Flimkien għal tkabbir ġdid’” (COM(2011)0206), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku Online li saret pubblika fl-4 ta' Lulju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 26 (Frar 2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta’ Ġunju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tad-29 u t-30 ta’ Mejju 2013, dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Marzu 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tat-18 u d-19 ta' Frar 2013 dwar l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2013 u l-Att dwar is-Suq Uniku, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Uniku (1), u s-segwitu tal-Kummissjoni adottat fit-8 ta' Mejju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 bit-titolu 'L-Att dwar is-Suq Uniku – Il-Passi li jmiss għat-Tkabbir' (2), u s-segwitu tal-Kummissjoni adottat fis-26 ta' Settembru 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar il-governanza u s-sħubija fis-suq uniku (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0066/2014), |
|
A. |
billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 nieda t-tielet ċiklu tas-Semestru Ewropew u issa jinkludi – għall-ewwel darba – rapport annwali dwar l-istat ta' integrazzjoni tas-Suq Uniku; |
|
B. |
billi Suq Uniku li jiffunzjona sew u b'mod effettiv ibbażat fuq ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva hu essenzjali għal tkabbir sostenibbli u inklużiv; |
|
C. |
billi l-Parlament talab l-inklużjoni sħiħa ta' pilastru dwar is-Suq Uniku fiċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew; |
|
D. |
billi governanza aħjar tas-Suq Uniku għandu jkollha l-għan li tiżgura traspożizzjoni kif ukoll implimentazzjoni aħjar u aktar malajr tad-direttivi u r-regolamenti relatati miegħu u speċjalment jekk konnessi mas-setturi ewlenin identifikati; |
|
E. |
billi l-kwalità tal-programmi ta' riforma nazzjonali skont is-Semestru Ewropew ivarjaw sew f'termini ta' sustanza, trasparenza u fattibbiltà; |
|
F. |
billi s-Suq Uniku għandu jidher li hu strettament konness ma' oqsma ta' politiki orizzontali oħra, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ħaddiema, id-drittijiet soċjali, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli; |
|
G. |
billi l-Atti dwar is-Suq Uniku I u II jirrapreżentaw strateġija orizzontali mibnija sew li wasslet għal miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi konkreti li kapaċi jilliberaw il-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat tas-Suq Uniku, kif ukoll ineħħu l-ostakli għalih; |
|
H. |
billi l-Kummissjoni identifikat is-servizzi, is-servizzi finanzjarji, it-trasport, l-enerġija u s-suq diġitali bħala oqsma ewlenin biex ikun hemm funzjonament aħjar u tisħiħ tas-Suq Uniku; billi l-metodoloġija li tiddefinixxi dawn l-oqsma għandha tkun valutata u riveduta fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu l-miri ta' tkabbir u l-perspettiva kif ukoll il-kriterji li jipprovdu l-protezzjoni meħtieġa għaċ-ċittadini, b'mod partikolari l-konsumaturi, il-professjonisti u l-ħaddiema; |
|
I. |
billi għadna ma ksibniex suq uniku diġitali li jiffunzjona kompletament għas-servizzi online u l-komunikazzjonijiet fl-Ewropa; billi l-moviment ħieles ta’ servizzi diġitali u l-kummerċ elettroniku transkonfinali llum il-ġurnata hu mxekkel minn regoli frammentati fil-livell nazzjonali, billi l-kumpaniji Ewropej u s-servizzi pubbliċi se jiksbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali mill-użu ta’ servizzi u applikazzjonijiet avanzati tal-ICT; |
|
J. |
billi infrastruttura aċċessibbli u effiċjenti tat-trasport Ewropew, politika industrijali Ewropea ambizzjuża u l-ħolqien ta' suq uniku tal-enerġija – bl-għan li jappoġġaw il-kompetittività tan-negozji tal-UE u jiżguraw aċċess universali u bi prezz raġonevoli għall-enerġija lill-unitajiet familjari u lill-konsumaturi – huma vitali għas-Suq Uniku tal-UE; billi hu għalhekk meħtieġ li jkunu definiti l-azzjonijiet ta' prijorità f'dawn l-oqsma; |
Is-Semestru Ewropew
|
1. |
Itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku billi tistabbilixxi ċiklu annwali ta’ governanza tas-Suq Uniku, bħala pilastru speċifiku tas-Semestru Ewropew, li jinkludi Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern, rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku bħala parti mill-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir, gwida tal-Kunsill Ewropew għall-Istati Membri, pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali bl-għan li jiġu implimentati l-linji gwida tas-Suq Uniku u rakkomandazzjonijiet dedikati speċifiċi għall-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tikkunsidra sew l-oqsma ewlenin ta' tkabbir – identifikati bħala s-settur tas-servizzi, is-settur tal-enerġija, is-settur tat-trasport u s-suq uniku diġitali – u l-miżuri inklużi fl-Atti dwar is-Suq Uniku I u II; |
|
2. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun definit is-Suq Uniku bħala t-tielet pilastru tas-Semestru Ewropew sabiex ikopri għadd ta' prijoritajiet ċari relatati mal-ekonomija reali; jemmen li d-definizzjoni u l-ilħuq ta' dawn il-prijoritajiet huma essenzjali biex ikun stimulat it-tkabbir, jitnaqqas id-distakk preżenti fl-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li tiġi żgurata konverġenza ekonomika bejn l-Istati Membri ġewwa u barra ż-żona tal-ewro u fiż-żoni fil-qalba u dawk periferali tal-UE; |
|
3. |
Ifakkar fl-opinjoni tiegħu li l-ewwel rapport dwar l-istat ta' integrazzjoni tas-Suq Uniku kien insuffiċjenti u inkomplet; jemmen, għalhekk, li r-rapporti futuri għandhom ikunu aktar ċari fir-rigward tad-defiċjenzi attwali fi Stati Membri speċifiċi, jipprovdu gwida aktar konkreta dwar rimedji possibbli u benefiċċji mistennija, u jindikaw mezzi ta' lieva effiċjenti li jsaħħu t-tkabbir u l-kompetittività u, b'hekk, joħolqu l-impjiegi li flimkien jistgħu jipprovdu rispons konkret għall-kriżi soċjali u ekonomika attwali; |
|
4. |
Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni għall-2014 dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku (COM(2013)0785) u jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tintegra aktar is-Suq Uniku fil-kunsiderazzjonijiet tas-Semestru Ewropew; japprezza l-fatt li r-rapport dwar l-istat tas-Suq Uniku fl-2014 fih numru ta' elementi speċifikament relatati ma' azzjonijiet meħuda minn Stati Membri individwali; iqis madankollu li r-rapport għadu nieqes minn xi tip ta' valutazzjoni kwalitattiva tal-effikaċja tal-miżuri meħuda, tal-progress li sar u tar-riżultati ta' politika li ntlaħqu verament; jitlob li tkun żviluppata għodda analitika li tkejjel l-integrazzjoni tas-suq Uniku fil-qafas tal-pilastru tas-Suq Uniku tas-Semestru Ewropew fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet speċfiċi għall-pajjiż; jemmen li din l-għodda analitika tista' tkompli tikkumplimenta t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku; |
|
5. |
Jemmen li hemm ħtieġa ta' aktar koordinazzjoni u koerenza orizzontali fit-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi b'relevanza għas-Suq Uniku; jemmen li l-governanza tas-Suq Uniku għandha tikkunsidra sew il-ħtiġijiet tal-partijiet interessati kollha u li jeħtieġ involviment aktar b'saħħtu u aktar kmieni tas-sħab soċjali, tas-soċjetà ċivili u ta' partijiet interessati oħra biex jitfasslu, jiġu adottati, implimentati u sorveljati l-miżuri meħtieġa sabiex jitħeġġeġ it-tkabbir u jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini fis-Suq Uniku; |
|
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' konsultazzjonijiet komprensivi u ta' valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati qabel ma l-Kummissjoni tadotta proposta; jenfasizza li l-proposti tal-Kummissjoni għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti, tal-Adegwatezza Regolatorja u jinkudu valutazzjoni tal-impatt fuq l-SMEs, u għandu jkollhom l-approvazzjoni tal-Bord ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li l-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jevalwaw l-effetti ta' leġiżlazzjoni ġdida relatata ma' prospetti għal tkabbir u mal-kompetittività tal-Ewropa; |
|
7. |
Iqis li l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew għandu jkun marbut ma' proċess demokratiku aktar profond b'involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali filwaqt li jissaħħu l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew; |
|
8. |
Jemmen li rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż maħruġa f'dan il-proċess għandhom iqisu l-progress magħmul minn kull Stat Membru u li l-arranġamenti nazzjonali biex tkun implimentata l-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku ma jkunux obbligati jsegwu approċċ wieħed li jkun tajjeb għal kulħadd, imma minflok għandhom ifittxu li jsaħħu l-effikaċja ta' miżuri meħuda u ta' riżultati ta' politika attwalment miksuba; |
|
9. |
Jitlob li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mistennija fiċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2014 jirriflettu r-riżultati tar-rapport dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku b'mod aktar b'saħħtu u rigoruż mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għall-2013; |
|
10. |
Hu tal-fehma li t-tielet pilastru tas-Semestru Ewropew, iddedikat lill-integrazzjoni tas-Suq Uniku, għandu jkun immirat biex jidentifika politiki u miżuri ta' prijorità li jistimulaw u li jerġgħu jagħtu spinta lill-ekonomija reali; iqis li dan il-għan jintlaħaq b'mod effettiv biss jekk l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jikkondividuh u jappoġġawh b'mod konsistenti; jinkoraġġixxi, għal din ir-raġuni, organizzazzjoni ffukata tal-ħidma tal-Kunsill tal-Kompetittività sabiex din tkun espliċitament iddedikata biex twassal dawk il-prijoritajiet ta' relevanza lill-ekonomija reali fis-Semestru Ewropew; |
Is-setturi ewlenin
|
11. |
Iqis li s-setturi ewlenin identifikati mill-Kummissjoni – is-servizzi, is-servizzi finanzjarji, it-trasport, l-enerġija u s-suq diġitali – jibqgħu deċisivi biex ikun hemm integrazzjoni sħiħa tas-Suq Uniku; iqis, barra minn hekk, li sabiex jintlaħaq tkabbir imġedded, it-tnedija mill-ġdid ta' politika industrijali konsistenti u integrata li tiffoka fuq dawn is-setturi għandha tinkludi wkoll sforzi li jsaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini – inklużi dawk tal-konsumaturi u tal-ħaddiema – u mudell ta' kompetittività bbażat fuq it-tagħrif u l-innovazzjoni permezz ta' inċentivi tal-UE li jagħtu spinta lill-investiment u l-aċċess għall-finanzi, ir-R&Ż, u l-appoġġ għal edukazzjoni ogħla; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politika industrijali Ewropea ġenwina; jemmen li l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid għandha tkun prijorità trassettorjali għall-Unjoni; iqis li din il-politika industrijali ġdida għandha tinkludi t-tisħiħ tar-regoli tas-Suq Uniku, strateġija olistika għad-dimensjoni esterna tas-Suq Uniku b'enfasi partikolari fuq politiki koerenti tal-protezzjoni tal-konsumaturi u aċċess imtejjeb għal kapital u infrastrutturi sabiex tiżdied il-kompetittività tal-kumpaniji u jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għal swieq dinjin; |
|
13. |
Jenfasizza li, bit-tneħħija tal-ostakli għall-moviment liberu tal-persuni, tal-prodotti, tas-servizzi u tal-kapital, is-Suq Uniku jagħmilha possibbli li n-negozji joperaw fuq skala akbar, biex b'hekk isaħħaħ l-abbiltà tagħhom ta' innovazzjoni, ta' investiment, ta' żieda fil-produttività u ta' ħolqien ta' impjiegi; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni dettaljat ta' miżuri mfassla biex jinkiseb Suq Uniku tal-enerġija li jkun integrat u interkonness b'mod sħiħ; jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu pprovduti bi prezzijiet trasparenti u komparabbli tal-enerġija filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-konsumaturi, inklużi l-konsumaturi vulnerabbli, ikunu protetti; jenfasizza l-ħtieġa ta' investiment konsiderevoli fl-infrastruttura tal-enerġija u hu tal-fehma li s-setturi kollha tal-utilitajiet għandhom iżommu l-pass mal-progress fis-settur tal-enerġija; |
|
15. |
Jenfasizza li hu essenzjali li titjieb l-infrastruttura – b'mod partikolari l-konnessjonijiet transkonfinali u l-interoperabbiltà – li tiżgura li s-Suq Uniku jista' jiffunzjona b'mod effettiv; jemmen li sistema ta' trasport Ewropea, unika, interkonnessa u effiċjenti hi kruċjali għall-moviment ħieles ta' prodotti, persuni u servizzi fi ħdan is-Suq Uniku; jemmen li aktar investiment hu essenzjali biex jintlaħqu dawn l-objettivi u jtenni li għandhom jitwaqqfu firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji għal dawn il-proġetti; |
|
16. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni attwali u ta' proposti ulterjuri tal-Kummissjoni dwar is-servizzi diġitali tista' tgħin biex l-Ewropa tagħmel użu sħiħ tas-suq intern; jitlob li jkun hemm politika għal suq uniku diġitali li tagħmel is-servizzi online fl-Ewropa aktar kompetittivi, aktar effettivi lil hinn mill-fruntieri u aktar trasparenti filwaqt li tipprovdi livell għoli ta' aċċessibbiltà u protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza l-importanza ta' investimenti mmirati u jinnota li l-ħidma dwar il-proposta għal Kontinent Konness se tgħin biex tnaqqas id-differenza fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri billi tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet; |
|
17. |
Jitlob implimentazzjoni ambizzjuża tal-Aġenda tal-Konsumatur, inklużi miżuri leġiżlattivi u ta' programmar, bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u l-fiduċja fis-Suq Uniku, tingħata s-setgħa lill-konsumaturi, titħeġġeġ imġiba responsabbli mill-konsumatur medju u tiżdied il-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli; |
|
18. |
Hu tal-fehma li b'aċċess aktar faċli għal fondi mill-SMEs jistgħu jittaffew ir-restrizzjonijiet ta' likwidità u jiżdied il-kapital operatorju tal-SMEs; jilqa' l-fatt li, fost il-prijoritajiet stipulati mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 u fir-rapport dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku, l-iżvilupp ta' forom ta' finanzjament alternattiv għall-SMEs għandu prijorità għolja; jappoġġja b'saħħa l-objettiv ta' żvilupp ta' bonds speċifiċi u ta' suq tal-borża dedikat għall-SMEs, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni prattika sabiex jintlaħaq dan l-objettiv; barra minn hekk, jappoġġa inizjattivi meħuda fil-livell tal-UE li jikkumplimentaw l-isforzi nazzjonali fiż-żieda ta' mikro-krediti u t-tisħiħ tal-intraprenditorija soċjali, inkluż l-appoġġ tal-banek għall-iżvilupp li jagħtu self b'rati tal-imgħax aktar baxxi mill-banek kummerċjali; jinnota l-importanza partikolari li l-SMEs jingħataw appoġġ permezz tal-programmi COSME u Orizzont 2020; |
|
19. |
Jenfasizza r-rilevanza tal-ostakoli għall-funzjonament tas-Suq Uniku kkawżati mill-framentazzjoni tas-servizzi tas-suq finanzjarju għall-konsumatur, kif enfasizzat mill-Kummissjoni fir-rapport dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku, b'mod partikolari fir-rigward ta' rati tal-imgħax ferm differenti għas-self mill-banek li jħallu impatt qawwi fuq il-konsumaturi, il-familji u l-SMEs; jinsab konvint li dawn id-differenzi jfixklu l-aċċess effettiv għall-finanzjament u jħallu impatt negattiv fuq l-ekonomija reali; jinsab imħasseb dwar l-impressjoni negattiva li għandhom il-konsumaturi dwar il-frammentazzjoni u l-prestazzjoni insuffiċjenti tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, l-aktar fir-rigward tal-kontijiet tal-bank, is-self ipotekarju, il-pensjonijiet privati u t-titoli; |
|
20. |
Jemmen li r-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji għandha tipprevedi informazzjoni aħjar, protezzjoni mtejba u rimedju effettiv għall-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa ta' konklużjoni rapida u pożittiva tal-ħidma fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi dwar il-konsumatur u s-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, b'mod partikolari l-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet ta' pagamenti, il-bdil tal-kontijiet ta' pagamenti u l-aċċess għall-kontijiet ta' pagamenti b'karatteristiċi bażiċi; hu tal-fehma li għandhom jitressqu aktar proposti, bħar-reġim speċifiku ta' insolvenza tal-konsumatur biex itejjeb l-arranġamenti frammentati u inadegwati attwali, sabiex jiġi nkoraġġit l-investiment sikur ta' tfaddil privat fl-ekonomija reali; |
|
21. |
Jiddispjaċih li, minkejja l-evidenza qawwija dwar l-importanza tas-Suq Uniku biex tingħeleb il-kriżi, il-moviment liberu taċ-ċittadini, b'mod partikolari ta' ħaddiema u professjonisti fl-Ewropa għadu mhux ikkompletat u li għalhekk jinħtieġu miżuri aktar b'saħħithom sabiex jitneħħew l-ostakli li baqa' u jiġi stimulat it-tkabbir filwaqt li jiġu garantiti d-drittijiet taċ-ċittadini u tal-ħaddiema; jenfasizza l-ħtieġa ta' żvilupp bilanċjat tas-suq intern, abbażi ta' implimentazzjoni sħiħa tal-libertajiet ekonomiċi bi qbil mal-ekonomija tas-suq soċjali; |
|
22. |
Ifakkar li l-metodu ċikliku ta' tressiq ta' Atti tas-Suq Uniku ta opportunitajiet biex jiġu identifikati u diskussi fuq bażi regolari l-prijoritajiet dwar l-iżvilupp tas-Suq Uniku; iqis li dan il-metodu għandu jissaħħaħ u jiġi żviluppat aktar; |
|
23. |
Jilqa' l-pakkett ta' proposti leġiżlattivi għal regolamentazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodott tal-konsumatur u r-regolamentazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq u dwar divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti kumpaniji u gruppi kbar; jemmen li dawn l-inizjattivi jistgħu jtejbu d-drittijiet tal-konsumaturi, jiggarantixxu aktar is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur, jiffaċilitaw il-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi, u jinkoraġġixxu mudell ġdid ta' kompetittività; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Parlament u mal-Kunsill biex jilħqu konklużjoni f'kalendarju raġonevoli; |
|
24. |
Jenfasizza l-importanza tal-ftehimiet politiċi milħuqa fir-rigward tar-riformi tad-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki Professjonali, il-pakkett tal-Akkwist Pubbliku u tal-Konċessjonijiet u d-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim u r-Regolament dwar is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew implimentazzjoni veloċi u komprensiva tad-dispożizzjonijiet il-ġodda kollha; |
|
25. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' approvazzjoni u ta' traspożizzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet; jenfasizza l-importanza tal-akkwist pubbliku bħala mutur ewlieni tat-tkabbir, partikolarment għall-SMEs; hu tal-fehma li l-implimentazzjoni ta' din ir-riforma tipprovdi opportunità ewlenija għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi tagħmel użu strateġiku tal-akkwist pubbliku f'termini ta' innovazzjoni u sostenibbiltà u ssaħħaħ il-kwalità u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku b'risposta għar-rekwiżiti speċifiċi tal-gvern lokali u nazzjonali; iqis dawn bħala fatturi ewlenin f'implimentazzjoni b'suċċess tar-regoli li jikkonċernaw l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet; |
|
26. |
Jemmen li, speċjalment sabiex jiġi miġġieled il-qgħad taż-żgħażagħ, ir-regoli l-ġodda dwar il-kwalifiki professjonali (adottati f'Novembru 2013 u li jemendaw id-Direttiva 2005/36/KE u r-Regolament IMI) huma pass importanti biex jissaħħaħ il-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-professjonisti, filwaqt li jkun previst standard komuni għat-taħriġ u jitħeġġeġ l-użu tal-kard professjonali Ewropea; jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tad-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali (u tad-Direttiva dwar is-Servizzi) hi mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku tal-UE; jemmen fl-istess ħin li hi meħtieġa riforma tal-professjonijiet regolati biex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess aħjar għal dawk il-professjonijiet u jinħoloq suq aktar dinamiku li jagħti garanziji adegwati lill-konsumaturi; |
Strumenti ta' governanza
|
27. |
Jieħu nota tar-rispons tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Frar 2013 fir-rigward tal-bażi legali għal proposta leġiżlattiva mitluba li jkun fiha l-elementi elenkati f'dik ir-riżoluzzjoni; jemmen li l-kontenut tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi magħmula fiha għad fihom ideat ta' valur għal governanza mtejba tas-Suq Uniku; |
|
28. |
Jieħu nota tal-istruttura aġġustata tat-tieni edizzjoni tar-rapport dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku (COM(2013)0785); jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni wieġbet ukoll għat-talbiet li l-Parlament għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013; jinnota li diġà ntwera li għadd ta' miżuri msemmija f'din ir-riżoluzzjoni diġà wasslu għal implimentazzjoni u infurzar imtejba tal-liġi tal-UE, inkluż l-użu aktar strett tal-EU Pilot; |
|
29. |
Jilqa' t-Tabella ta' Valutazzjoni Online tas-Suq Uniku, u speċjalment il-mod viżwali u informattiv li bih ippreżentat il-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE dwar il-funzjonament tajjeb tas-suq intern; jemmen li t-Tabella ta' Valutazzjoni online għandha tkun disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni biex tkun tista' tagħmilha faċli li ċ-ċittadini Ewropej kollha jifhmu ċ-ċiklu tas-Suq Uniku u r-rwol potenzjalment attiv tagħhom fih; |
|
30. |
Jemmen li għandhom isiru sforzi biex l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri jkunu aktar trasparenti; jinnota li l-iskadenzi ta' traspożizzjoni jinqabżu b'medja ta' disa' xhur, u li hemm għadd dejjem jikber ta' direttivi li t-traspożizzjoni tagħhom ilha li suppost saret sentejn jew aktar; iqis li kull direttiva għandha tkun trasposta b'mod konsistenti u li kull miżura ta' traspożizzjoni għandha tkun adottata sabiex tirrifletti l-kompromessi milħuqa fil-livell tal-Unjoni; |
|
31. |
Jemmen, madankollu, li statistika purament kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku mhijiex biżżejjed u li jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-kwalità li biha l-leġiżlazzjoni tkun implimentata fl-Istati Membri abbażi ta' indikaturi speċifiċi ewlenin għas-setturi tas-Suq Uniku żviluppati fil-livell Ewropew; |
|
32. |
Jilqa' r-rapport bl-isem “il-Katini Internazzjonali tal-valur fl-UE u barra minnha” bħala eżempju pożittiv tal-użu ta' indikaturi speċifiċi sabiex tiġi vvalutata l-integrazzjoni tas-Suq Uniku, b'attenzjoni speċifika mogħtija lill-firxa tas-sistemi ta' produzzjoni fl-UE; iqis li l-għoti ta' appoġġ ulterjuri għal inizjattivi biex jinħolqu katini ta' forniment transkonfinali se jgħin fit-tneħħija ta' ostakli li ilhom jeżistu biex jitkompla s-Suq Uniku u jista' jgħin biex titjieb il-produttività u l-kompetittività tad-ditti Ewropej fl-ekonomija dinjija; |
|
33. |
Jinsab kuntent li l-livell ta' defiċit medju ta' traspożizzjoni tjieb, u attwalment niżel għal 0,6 %; jenfasizza li anke defiċit verament żgħir f'qasam ta' politika importanti jista' jħalli effetti negattivi serji fuq l-opportunitajiet tal-konsumaturi u tan-negozji, u b'hekk fuq l-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali; |
|
34. |
Jiddeplora l-medja ta' żmien tal-proċedimenti ta' ksur, b'mod partikolari l-fatt li każijiet li jitrattaw ma' servizzi jieħdu l-aktar żmien (49,8 xhur bħala medja); iqis li proċedimenti ta' ksur urew għadd ta' limitazzjonijiet f'termini tal-indirizzar u l-korrezzjoni tal-implimentazzjoni u tad-defiċjenzi fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-Suq Uniku b'mod rapidu; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu b'mod aktar effettiv mal-Kummissjoni biex isibu soluzzjonijiet għal każijiet aktar malajr u jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem biex telimina miżuri nazzjonali li huma ta' ħsara għas-Suq Uniku; |
|
35. |
Hu tal-fehma li l-proċedimenti ta' ksur għandhom ikunu meqjusa bħala l-aħħar rimedju, li għandu jittieħed biss wara li jsiru tentattivi biex tkun koordinata u korretta s-sitwazzjoni, u li l-Kummissjoni għandha, għalhekk, tippromovi l-użu tal-EU Pilot u ta' proċedimenti oħra qabel ma tressaq lil Stat Membru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinsisti, barra minn hekk, li għandu jsir kull sforz biex ikun hemm użu aktar strett ta' proċedimenti ta' ksur għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-Suq Uniku, u li l-Istati Membri u l-Kunsill Ewropew għandhom ikomplu jiżviluppaw aktar il-proċedimenti ta' ksur fil-qafas tar-reviżjonijiet futuri tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
36. |
Jappoġġa l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-funzjonament tas-Suq Uniku; jaqbel li mekkaniżmu permanenti tal-IT li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni relevanti jista' jtejjeb b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni, għaliex grupp ta' esperti nazzjonali li jiltaqa' ftit drabi fis-sena diffiċilment ikun l-iktar mod xieraq biex jitratta kwistjoni ta' prijorità bħal din; |
|
37. |
Itenni l-importanza tal-funzjonament xieraq tas-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), li reċentement ingħatat bażi regolatorja xierqa u attwalment qed tiġi mwessa' biex tiġbor fiha oqsma u setturi ġodda ta' politika; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-operazzjoni tal-għodda tat-traduzzjoni awtomatizzata introdotta biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ il-miżuri previsti fl-aġenda diġitali u jżidu l-isforzi biex jimmodernizzaw l-amministrazzjoni pubblika – mhux l-inqas permezz tal-implimentazzjoni rapida ta' miżuri relatati mal-gvern elettroniku, mas-saħħa elettronika, mal-fatturar elettroniku u mal-akkwist elettroniku – bl-għan li jipprovdu aktar servizzi diġitali li jkunu aħjar għaċ-ċittadini u l-kummerċ fl-Ewropa kollha u li jnaqqsu l-ispejjeż u jsaħħu l-effiċjenza tas-settur pubbliku; |
|
39. |
Jinnota li n-netwerk għas-soluzzjoni ta' problemi SOLVIT għadu mhux użat biżżejjed; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkunu provduti risorsi adegwati għan-netwerk SOLVIT u l-Punti ta' Kuntatt Uniku, kif mitlub mid-Direttiva dwar is-Servizzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex flimkien jieħdu passi li jwasslu l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' dawn l-istrumenti fost in-negozji u l-imprendituri; iqis, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom iniedu skambju iżjed intensiv u wiesa’ tal-aħjar prattika; |
|
40. |
Jieħu nota taż-żieda kontinwa fl-użu tal-portals L-Ewropa Tiegħek u Pariri tal-Ewropa Tiegħek, li għandhom ikunu kapaċi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lil kull min jivjaġġa minn post għall-ieħor fl-Ewropa; |
|
41. |
Jilqa' x-Xahar tas-Suq Uniku li, bejn it-23 ta' Settembru u t-23 ta' Ottubru 2013, ġab flimkien liċ-ċittadini mill-Ewropa kollha – dawk li jfasslu l-politiki, l-esperti u mexxejja tal-UE _ f'dibattitu online kif ukoll l-avvenimenti nazzjonali relatati biex jiġi diskuss il-progress li sar s'issa, l-isfidi li fadal u ideat għall-futur tas-Suq Uniku, u jistieden lill-Kummissjoni tevalwa sew it-tħassib u s-suġġerimenti li jitressqu mill-parteċipanti; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-format u l-effettività tal-eżerċizzju tal-2013, inkluż il-kapaċità li tikkomunika maċ-ċittadini, in-negozji u l-konsumaturi, u tipprovdihom b'opportunità reali biex jikkontribwixxu għat-twettiq tas-Suq Uniku; |
o
o o
|
42. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0054.
(2) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 72.
(3) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 51.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/47 |
P7_TA(2014)0131
It-tnissil tal-pjanti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar it-tnissil ta’ pjanti: x’inhuma l-għażliet għal żieda fil-kwalità u fir-rendiment? (2013/2099(INI))
(2017/C 285/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2009 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) bit-titolu “Kif nitimgħu d-dinja fl-2050”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (il-Konvenzjoni tal-UPOV), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali tal-FAO dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta’ April 2013 bit-titolu “Headed for 9 billion – Can Europe afford to miss the potential of GM crops” (“Dalwaqt nilħqu d-Disa’ Biljuni – Jaqblilha l-Ewropa li ma tgawdix mill-potenzjal tal-għelejjel ĠM?”) ta’ Ivar Virgin/Stockholm Environment Institute, Timbro, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-FAO tal-1993 bit-titolu “Harvesting nature’s diversity” (“Naħsdu d-diversità tan-natura”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-websajt dwar is-Svalbard Global Seed Vault (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2001 bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni favur il-biodiversità fil-qasam tal-protezzjoni ta’ riżorsi naturali” (COM(2001)0162), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalgu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli (3) u 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa tal-ħxejjex (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti (6), |
|
— |
wara li kkunsidra n-nota tas-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu “The right to food – Seed policies u and the right to food: enhancing agrobiodiversity and encouraging innovation” (A/64/170, 2009, l-Assemblea Ġenerali tan-NU), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD), proċess intergovernattiv appoġġat mill-FAO, il-Fond għall-Ambjent Dinji (GEF), il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-UNESCO, il-Bank Dinji u d-WHO, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0044/2014), |
|
A. |
billi l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tiegħu għandu l-għan, permezz ta’ dan ir-rapport, li jniedi dibattitu komprensiv u inkjesta dwar is-sitwazzjoni kollha fir-rigward tat-tnissil ta’ pjanti fl-agrikoltura Ewropea u dik globali; |
|
B. |
billi l-industrija tat-tnissil ta’ pjanti hija ta’ importanza fundamentali fir-rigward tal-produttività, id-diversità, is-saħħa u l-kwalità tal-agrikoltura, l-ortikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, u l-ambjent; |
|
C. |
billi, skont rapporti primarjament mill-entitajiet tan-NU, il-FAO u d-WHO, kif ukoll Panel Intergovernattiv tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, il-popolazzjoni dinjija hija mistennija li tiżdied miċ-ċifra attwali ta' seba’ biljuni għal madwar disa’ biljuni bejn l-2040 u l-2050, u barra minn hekk, din iċ-ċifra tista’ tilħaq ukoll l-10 jew il-11-il biljun; |
|
D. |
billi din il-popolazzjoni se titfa’ domandi estremi fuq l-agrikoltura, b’mod partikolari l-produttività akbar li se tkun meħtieġa biex tiġi ssodisfata ż-żieda sostanzjali fit-talba għall-ikel, u billi l-FAO tistma li l-provvista tal-ikel se jkollha bżonn tiżdied b’70 % fuq it-30 sa 40 sena li ġejjin; |
|
E. |
billi minħabba li bejn 30 % u 50 % tal-ikel prodott jinħela fl-UE, b’medja globali ta’ madwar 30 %, parti sostanzjali mill-provvista miżjuda tal-ikel akbar meħtieġ tista’ tkun sodisfatta permezz ta’ prattiki tal-produzzjoni tal-ikel li jkunu aktar effiċjenti u sostenibbli fin-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw, flimkien ma’ sistemi mkabbra ta’ ħżin u ta’ distribuzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
F. |
billi l-problema ewlenija tibqa’ ta' kif il-popolazzjonijiet f’partijiet differenti tad-dinja se jkunu jistgħu jitimgħu lilhom infushom, peress li l-meded ta' art li jistgħu jiġu kkultivati qed jonqsu minħabba użu mhux xieraq tal-art inkluż prattiki agrikoli fqar, problema li ġiet aggravata bit-tibdil fil-klima, u filwaqt li opportunitajiet għat-tkabbir tal-meded ta’ art li hija kkultivata huma estremament limitati, peress li f’bosta partijiet tad-dinja huwa maħsub li mhu realistiku xejn li tiddaħħal fl-użu art agrikola ġdida; |
|
G. |
billi l-FAO tqis li ser ikun possibbli li jintlaħaq xi 10 % ta' żieda fil-produzzjoni agrikola mill-kultivazzjoni ta’ art agrikola ġdida, li jfisser li madwar 90 % jkollu jintlaħaq permezz ta' żieda fir-rendimenti minn art agrikola eżistenti, filwaqt li l-prodotti jridu jibqgħu jkunu ta’ kwalità tajba; |
|
H. |
billi l-esplojtazzjoni żejda ta’ art agrikola tista’ tfaqqar il-ħamrija, u fl-agħar każ, twassal għall-erożjoni u d-deżertifikazzjoni; billi l-istess ħaġa tapplika għall-meded ta' art bl-imsaġar, għax il-konverżjoni ta' meded ta' art bl-imsaġar għal art agrikola jkollha impatt hekk serju fuq il-klima, l-immaniġġjar tal-ilma u fuq il-bijodiversità li hija għażla inkonċepibbli biex tiżdied il-produzzjoni tal-ikel; |
|
I. |
billi, barra mit-tnaqqis fil-medda tal-art agrikola, il-produttività agrikola ma baqgħetx tiżdied, u xejriet inkwetanti, inkluż tnaqqis fil-produttività, ġew innutati, u se jkollhom impatt serjament avvers fuq l-agrikoltura fil-ġejjieni u fuq il-ħtiġijiet tal-ikel tal-bnedmin; |
|
J. |
billi l-produzzjoni tal-ikel ma tiddependix biss mid-disponibilità ta’ massa suffiċjenti ta’ art iżda wkoll minn fatturi bħall-klima, l-ilma, l-enerġija, u l-aċċess għan-nutrijenti; billi fil-ġejjieni dawn ir-riżorsi bażiċi se jkunu aktar limitati, u dan in-nuqqas ta’ riżorsi x’aktarx li jkollu effett avvers fuq iż-żieda fid-domanda għall-użu ta’ art agrikola, il-produzzjoni u l-vijabilità; |
|
K. |
billi x’aktarx li jseħħu tibdiliet maġġuri fil-klima fil-ġejjieni; billi għall-Ewropa dan ifisser klima sinifikament aktar xotta fir-reġjuni tan-Nofsinhar, li huma żoni ta’ importanza kbira għall-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex; billi fil-latitudnijiet ċentrali u tat-Tramuntana fl-Ewropa, sadattant, ix-xtiewi huma mistennija li jsiru aktar moderati u s-sjuf mistennija jkollhom konsiderevolment aktar xita milli fil-preżent; billi l-konsegwenzi probabbilment li jinkludu żieda fil-mard tal-annimali u tal-pjanti, u l-ħtieġa ta' tekniki ġodda tal-biedja; |
|
L. |
billi huwa bla dubju l-każ li l-agrikoltura Ewropea qed tiffaċċja sfidi enormi, u b'kundizzjonijiet tat-temp aktar estremi, bħalma huma nixfiet, għargħar u diżastri naturali oħra, il-biedja se jkollha bżonn tadatta bil-għan li tiġi salvagwardjata l-produzzjoni; billi l-għelejjel li wieħed jara fl-għelieqi fir-raba' llum ma jistgħux jibqgħu l-istess fil-ġejjieni jekk għandna niffaċċjaw il-ħtieġa akbar għall-ikel; |
|
M. |
billi t-tul tal-protezzjoni tad-drittijiet fuq il-varjetà fir-rigward ta’ dawk il-pjanti li jeħtieġu perjodu estiż ta' żvilupp qabel l-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni mhuwiex biżżejjed biex ikun inkoraġġit l-investiment kummerċjali fir-riċerka u l-iżvilupp tagħhom; |
|
1. |
Jenfasizza li, sabiex issir reazzjoni għall-isfidi li ġejjin fuqna, bħalma huma l-ħtiġijiet ta' provvista futuri tal-ikel u t-tibdil fil-klima, huwa eċċezzjonalment importanti li jkollna settur effettiv u kompetittiv ta’ tnissil tal-pjanti; |
|
2. |
Minkejja l-importanza primarja ta’ ħamrija b’saħħitha u diversità fir-rigward tar-reżiljenza lill-agroekosistema, jenfasizza kemm hu importanti li jiġu żviluppati varjetajiet li jistgħu jiffaċċjaw il-kundizzjonijiet li qed nistennew li nsibu ma' wiċċna fil-futur, bħal pereżempju aktar xita u żieda fl-okkorrenza stmata ta’ mard tal-pjanti; jinnota li huwa importanti wkoll li nippreservaw u niżviluppaw id-diversità eżistenti fl-Ewropa, kemm fl-agroekosistema bħala xi ħaġa sħiħa kif ukoll fir-rigward tad-diversità ġenetika fi ħdan ir-razez u n-numru assolut ta’ tnissil differenti u razez lokali, minħabba li dawn kollha huma meħtieġa biex jiġi żgurat li aħna nkunu nistgħu nadattaw għall-isfidi tat-tibdil fil-klima; |
|
3. |
Jinnota l-ħtieġa ta' għelejjel li, pereżempju, jassorbu n-nitroġenu u l-fosfru b’mod effettiv, li huma aktar tolleranti għal nuqqas ta’ xita u għal xita aktar qawwija, li huma reżistenti għal insetti qerrieda u li jistgħu jifilħu għal tibdil fit-temperatura; jenfasizza l-fatt li huwa neċessarju wkoll li jiġu żviluppati għelejjel perenni, jiġifieri għelejjel pluriennali; jinnota li, fil-każ ta' għelejjel pluriennali, l-art ma għandhiex għalfejn tinħarat kull sena, u b’hekk il-biedja tkun ambjentalment aktar soda; |
|
4. |
Jenfasizza li, minħabba li huma meħtieġa madwar 10 snin biex tkun żviluppata varjetà ġdida, mill-istadju tar-riċerka għaż-żerriegħa finali u ħin addizzjonali biex dik il-varjetà tiġi pruvata u propagata b’mod kummerċjali, anke issa hemm bżonn ta’ inkoraġġament sostanzjali fl-investiment għal aktar riċerka sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet futuri tal-ikel u jiġi ffaċċjat it-tibdil fil-klima; |
|
5. |
Jenfasizza li, minħabba li l-opportunitajiet biex tinġieb fl-użu art agrikola ġdida huma limitati ħafna, huwa essenzjali li jiġi faċilitat il-proċess ta' żvilupp ta' għelejjel ġodda li huma karatterizzati mill-adattabilità tagħhom għall-kundizzjonijiet ambjentali, kemm huma adattati fir-rigward tal-ħtieġa tagħhom li jkampaw b'riżorsi skarsi, l-appoġġ għal għanijiet sostenibbli, produttività suffiċjenti u kwalità għolja, u jenfasizza l-fatt li huwa importanti wkoll li jiġu żviluppati għelejjel li diġà huma użati ħafna, bil-għan li tiġi injettata l-flessibilitá fl-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi futuri fis-settur tal-għelejjel; |
|
6. |
Jinnota li t-telf kontinwu ta’ prodotti speċifiċi għall-protezzjoni tal-pjanti għal użu minuri qed ikollu impatt sinifikanti ħafna fuq il-kwalità u r-rendiment tal-frott u l-ħxejjex u qed ipoġġi f’periklu l-produzzjoni ta’ xi għelejjel ta’ speċjalità; jenfasizza l-bżonn li jinstabu kemm soluzzjonijiet għall-futur qrib u kemm għall-futur 'il bogħod fir-rigward tal-kultivazzjoni ta’ dawn l-għelejjel; |
|
7. |
Jinnota li jista' jieħu medja ta' 10 snin biex tiġi żviluppata varjetá ġdida ta' qamħ, kolza jew kwalunkwe wiċċ ieħor, u li huwa għalhekk importanti li jiġu żviluppati u użati tekniki ġodda tat-tnissil tal-pjanti li jwieġbu għad-domandi tas-soċjetà u dawk agrikoli u li nkunu miftuħa għat-teknoloġiji disponibbli bil-għan li nissodisfaw dawk il-ħtiġijiet u nsaħħu l-kompetittività tas-settur agrikolu u dak tal-ortikoltura; jesprimi tħassib minħabba d-dewmien tal-Kummissjoni biex tivvaluta tekniki ġodda tat-tnissil, u jistieden lill-Kummissjoni, biex b'urġenza, tiċċara l-istatus regolatorju tagħhom; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta' Orizzont 2020 tiffinanzja riċerka applikati li tappoġġa l-iżvilupp ta’ tekniki ġodda ta’ tnissil ta’ pjanti innovattivi ġodda bħalma hu t-tnissil aċċellerat; |
|
9. |
Jinnota li l-istimi mressqa mill-FAO li d-diversità tal-għelejjel ikkultivati naqset b'75 % matul is-seklu 20 u li terz tad-diversità tal-lum jista' jisparixxi sal-2050; jenfasizza li, bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fit-tul għal popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber u reżiljenza fis-sistemi ta' produzzjoni tal-ikel, huwa ta' importanza kruċjali li nipproteġu u nippreservaw id-diversità bijoloġika u ġenetika Ewropea; jemmen li huwa vitali, għalhekk, li nippreservaw il-maġġoranza l-kbira tal-varjetajiet lokali u reġjonali in situ u fl-azjendi tal-biedja, bil-għan li tibqa' tinżamm u tiżdied id-diversità ġenetika u kulturali kemm fi ħdan ir-razez u n-nisliet u kemm f'dak li hu n-numru assolut tagħhom; |
|
10. |
Jisħaq li, biex l-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda jkun possibbli, huwa essenzjali li jkollna ħafna varjazzjonijiet ġenetiċi disponibbli; jemmen, għalhekk, li t-tnaqqis rapidu huwa kawża ta’ tħassib serju; |
|
11. |
Jilqa' kemm l-iżvilupp ta' sħubijiet bejn il-gvern, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, eż. fil-qasam tat-tnissil parteċipattiv, immirat biex jistimola r-riċerka dwar qabel it-tnissil u t-tnissil, u l-karatterizzazzjoni u ż-żamma tar-riżorsi ġenetiċi; jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji tat-tisħiħ u t-twessigħ ta' tali sħubijiet kif ukoll inizjattivi transnazzjonali f'dan il-qasam, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iskemi ta' appoġġ ikunu strutturati b’mod li jimmassimizzaw l-impatt u l-koerenza tal-investimenti b’mod globali; |
|
12. |
Jemmen li huwa vitali, meta wieħed iqis il-ġejjieni tal-Ewropa, li naħdmu serjament biex nippriservaw il-wirt ġenetiku tagħna, u li huwa partikolarment importanti li nikkultivaw u nippreservaw il-varjetajiet lokali u reġjonali sabiex nikkonservaw kemm id-diversità ġenetika u kemm dik kulturali; |
|
13. |
Jinnota li, f'tentattiv biex tiġi preservata u miżmuma l-varjetà ġenetika fl-agrikoltura u t-tnissil tal-pjanti, kollezzjonijiet ta’ żrieragħ u materjal tal-pjanti qed jinġabru f’diversi banek tal-ġeni madwar id-dinja; jinnota b’mod partikolari li hemm bank tal-ġeni f’Svalbard li fih materjal ġenetiku minn madwar id-dinja kollha, u jenfasizza l-fatt li dan huwa proġett importanti ħafna u ambizzjuż li għandu l-għan li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika għall-ġejjieni; |
|
14. |
Jemmen li huwa importanti li tiġi ppreservata l-maġġoranza vasta tal-varjetajiet u tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti in-situ jew fl-azjendi agrikoli; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istituzzjonijiet pubbliċi attwalment mhumiex qed jagħmlu sforz biżżejjed jew jagħtu appoġġ biżżejjed biex jiffaċilitaw dan il-għan; |
|
15. |
Jisħaq li dan u proġetti oħra simili huma vitali għall-futur tat-tnissil tal-pjanti, il-produzzjoni agrikola u l-provvista tal-ikel; |
|
16. |
Jenfasizza l-fatt li r-riċerka u l-prattika tat-tnissil tal-pjanti huma deċiżivi għall-ġejjieni tal-produzzjoni agrikola, b’mod partikolari l-ħidma fuq l-iżvilupp ta’ varjetajiet eżistenti u dawk ġodda, bil-ħsieb li tiġi salvagwardjata l-provvista tal-ikel tal-ġejjieni; |
|
17. |
Jirrikonoxxi l-importanza li tingħata garanzija ta' aċċess għal riżorsi ġenetiċi bħala l-bażi għat-tnissil ta’ pjanti; jiddefendi b’mod partikolari l-prinċipju fundamentali tas-sistema internazzjonali tad-drittijiet ta’ min inissel il-pjanti mnaqqax fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (Konvenzjoni tal-UPOV), u jenfasizza li l-użu ta’ varjetà protetta għal aktar tnissil u l-isfruttament tal-varjetà li tkun għada kemm ġiet imnissla ma jistgħux jiġu pprevenuti mid-detenturi ta' tali drittijiet; jinnota li dan il-prinċipju fundamentali huwa rikonoxxut ukoll fl-Artikolu 13.2(d)(ii) tat-Trattat Internazzjonali tal-FAO dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura; |
|
18. |
Jifhem li l-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda mtejba huwa kemm għoli kif ukoll jieħu ż-żmien, madankollu jenfasizza li dan huwa meħtieġ bil-għan li tinżamm il-kompetittività tal-Ewropa f’dan il-qasam; jissuġġerixxi li tali spejjeż jistgħu jiġu kumpensati billi tiġi estiża d-durata tad-drittijijiet tal-protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti wara li tkun saret valutazzjoni xierqa tal-impatt; |
|
19. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li s-suq dinji tat-tnissil tal-pjanti huwa ddominat minn għadd tassew żgħir ta' impriżi multinazzjonali kbar li jinvestu biss f'għadd limitat ta' varjetajiet, filwaqt li fl-Ewropa s-suq tat-tnissil tal-pjanti għadu aktar diversifikat meta mqabbel mas-sitwazzjoni globalment, fejn l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jiffurmaw parti sostanzali mis-settur; jenfasizza li s-suq Ewropew tat-tnissil tal-pjanti għandu jiġi mtejjeb aktar fl-interess tal-kompetizzjoni sana; |
|
20. |
Jemmen li l-impriżi dinjija kbar tat-tnissil tal-pjanti kisbu livell inkwetanti ta' influwenza fuq l-agrikoltura globali u l-politika agrikola; jenfasizza r-rwol tar-riċerka xjentifika indipendenti finanzjata pubblikament li ssir fl-interess pubbliku fit-tul fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel fuq żmien twil; |
|
21. |
Jemmen, barra minn hekk, li l-impriżi li huma akbar għandhom jisfruttaw aħjar u jaqsmu ma' xulxin it-tekniki tagħhom tat-tnissil tal-pjanti, li, jekk jintużaw b’mod korrett, jistgħu jgħinu fis-soluzzjoni ta’ problemi relatati mal-ambjent, mal-klima u mal-provvista tal-ikel; |
|
22. |
Jinnota l-fatt li l-SMEs għandhom rwol importanti x'jaqdu fis-suq taż-żrieragħ u fis-settur tat-tnissil tal-pjanti fl-UE, meta wieħed iqis il-kontribuzzjoni sinifikanti tagħhom għat-tnissil tal-pjanti kummerċjali, u jiġbed l-attenzjoni lejn l-abilità tagħhom li jaqilbu r-riċerka u l-għarfien fi prodotti kummerċjali ġodda; madankollu, waqt li t-tnissil tal-pjanti qed isir settur kulma jmur iktar intensiv fir-riċerka u b’teknoloġija avvanzata, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż u l-għodod meħtieġa biex varjetà ġdida tiġi żviluppata u mbagħad ikkummerċjalizzata, jistgħu jkunu ta' ostakolu għall-kumpaniji li huma ta' daqs iżgħar; jemmen li durata adegwata ta' protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fuq il-varjetà tal-pjanti u aċċess sħiħ għar-riżultati tar-riċerka jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex il-kundizzjonijiet isiru ekwi għal dawk involuti, u jenfasizza li huwa ta' importanza vitali li l-investiment f'dawn il-kumpaniji fl-UE jinżamm miexi 'l quddiem; |
|
23. |
Jisħaq li huwa importanti li l-Ewropa tirbaħ lura u tkompli tiżviluppa aktar ir-riċerka u l-prattika Ewropej tat-tnissil tal-pjanti; |
|
24. |
Jenfasizza l-importanza tad-diversità tal-ispeċijiet fl-Ewropa, u tar-riċerka Ewropea dwar it- tnissil tal-pjanti li tiffoka fuq il-bżonnijiet Ewropej, inklużi pjanti, ċereali u frott li huma adattati għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali; jinnota li kwalunkwe żvilupp li jsir f’dan il-qasam se jgħin sabiex il-bdiewa Ewropej itejbu l-kwantità u l-kwalità tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf tagħhom; |
|
25. |
Jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ firxa ta’ atturi differenti fis-settur tat-tnissil tal-pjanti u li għandu jsir possibbli li aktar impriżi u ċentri tar-riċerka jwettqu proġetti ta’ riċerka u joperaw fis-settur tat-tnissil tal-pjanti; |
|
26. |
Iqis li r-riċerka tat-tnissil tal-pjanti, jekk għandha tkompli, teħtieġ appoġġ finanzjarju fit-tul, u li mhuwiex sostenibbli li jingħata appoġġ finanzjarju għal proġett ta’ riċerka tat-tnissil tal-pjanti biss għal perjodu relattivament qasir, peress li huma meħtieġa medja ta’ 10 snin biex tiġi żviluppata varjetà ġdida; |
|
27. |
Jisħaq li l-UE, skont il-Politika Agrikola Komunit, għandha d-dmir li tassumi r-responsabilità tagħha biex tissodisfa l-isfidi futuri fil-qasam tal-agrikoltura u t-tnissil tal-pjanti fl-Ewropa; iqis li l-UE għandha taqdi rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ tekniki sostenibbli ta’ tnissil tal-pjanti u fil-promozzjoni tar-riċerka u l-prattika agrikoli u tat-tnissil tal-pjanti; |
|
28. |
Jenfasizza li riċerka fundamentali tat-tnissil tal-pjanti fl-UE għandha tkun finanzjata mill-UE u mill-Istati Membri tagħha; ma jemminx li huwa possibbli għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tat-tnissil tal-pjanti fl-UE li jiffinanzjaw il-parti l-kbira tar-riċerka huma stess u fl-istess waqt ikunu kompetittivi; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni talloka riżorsi finanzjarji u toħloq struttura koerenti għar-riċerka u l-prattika tat-tnissil tal-pjanti fi ħdan il-programmi ta’ riċerka u strumenti ta’ politika adegwati oħra, sabiex id-diversità Ewropea tkun tista’ tiġi preservata u żviluppata; jemmen li huwa importanti, b’mod partikolari, li l-proġetti ta’ riċerka jingħataw biżżejjed żmien u fondi biex jiksbu r-riżultati; jenfasizza li huwa wkoll ta’ importanza kbira li l-impriżi tat-tnissil ta’ pjanti jkollhom aċċess bla restrizzjonijiet għar-riżultati tar-riċerka, u li għandu jkun hemm firxa ta’ proġetti ta’ riċerka differenti, sabiex il-falliment ikollu impatt iżgħar; |
|
30. |
Jenfasizza l-fatt li se jkun hemm ħtieġa kontinwa ta’ nies tas-sengħa ta' ħila kbira biex jiġu ssodisfati d-domandi tal-futur fir-riċerka tat-tnissil tal-pjanti, u li x-xjenza tal-pjanti u t-tnissil tal-pjanti għandhom jiġu promossi aktar fl-iskejjel, l-universitajiet u fost il-pubbliku ġenerali; jirrimarka b’mod partikolari dwar is-suċċess “Jum il-Faxxinu tal-Pjanti” fit-18 ta’ Mejju 2013; |
|
31. |
Jenfasizza li l-għan aħħari tal-leġiżlazzjoni dwar it-tnissil tal-pjanti għandu jkun li jiġu ffaċilitati kemm l-applikazzjoni tat-tekniki tat-tnissil tal-pjanti u kemm ir-riċerka dwar l-agrikoltura u t-tnissil tal-pjanti; jemmen li dan għandu jirriżulta fi prodotti adattati aħjar għall-klima lokali u l-kundizzjonijiet ġeografiċi lokali, li finalment se jwasslu għal rendimenti kbar li jkunu sikuri għas-saħħa tan-nies u għall-ambjent; |
|
32. |
Jinnota li, bil-leġiżlazzjoni tal-lum dwar it-tnissil tal-pjanti bbażata fuq it-tekniki, irriżulta li huwa diffiċli, wara l-avveniment, li jiġi definit liema teknika tkun intużat fil-waqt tat-tnissil tal-pjanti, li jservi ta' konferma tad-diffikultajiet ippreżentati minn liġijiet ibbażati fuq it-teknika; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni tal-isfidi u s-sitwazzjoni attwali tas-settur Ewropew u globali tat-tnissil tal-pjanti, kif deskritta hawn fuq, teżamina u tanalizza b’attenzjoni s-sitwazzjoni u tipproponi miżuri effettivi u prattiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi enormi li jiffaċċjaw in-nissiela u l-bdiewa Ewropej; |
|
34. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ġenerali dwar l-inputs tal-agrikoltura, speċjalment fir-rigward ta’ tnissil ta’ pjanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi qafas ta’ politika li jappoġġja l-input tas-settur tal-agrikoltura bħala wieħed mill-oqsma ewlenin għall-iżvilupp ta’ produttività u sostenibbiltà agrikola; |
|
35. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) http://www.regjeringen.no/en/dep/lmd/campain/svalbard-global-seed-vault.html?id=462220.
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(3) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.
(4) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(5) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
L-Erbgħa 26 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/52 |
P7_TA(2014)0132
Politika ta' Koeżjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar is-seba’ u t-tmien rapporti ta’ progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE u r-Rapport Strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013 (2013/2008(INI))
(2017/C 285/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra 'Is-seba' rapport ta' progress dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali', tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2011 (COM(2011)0776), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SEC(2011)1372), |
|
— |
wara li kkunsidra 'It-tmien rapport ta' progress dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – L-aspetti reġjonali u urbani tal-kriżi', tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 2013 (COM(2013)0463), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SWD(2013)0232), |
|
— |
wara li kkunsidra 'Il-politika ta’ koeżjoni: Rapport strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013', tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2013 (COM(2013)0210), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SWD(2013)0129), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011)0615), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-Politika ta' Koeżjoni: investiment fl-ekonomija reali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-ksib tal-objettivi ta’ Lisbona u tal-UE2020 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614), |
|
— |
wara li kkunsidra r-raba' Rapport ta' Monitoraġġ KtR dwar l-istrateġija Ewropa 2020, il-Kumitat tar-Reġjuni, ta' Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument konġunt mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u d-Direttorat Ġenerali għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, bl-isem 'Politika ta' Koeżjoni tal-UE li tikkontribwixxi għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa', ta' Lulju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mill-Parlament bl-isem “Politika ta' koeżjoni wara l-2013: valutazzjoni kritika tal-proposti leġiżlattivi”, ta' Ġunju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0081/2014), |
|
A. |
billi l-evidenza empirika turi li l-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali waqqfet il-proċess ta’ konverġenza jew saħansitra qalbitu, u b’hekk aggravat id-dispartià bejn ir-reġjuni u wasslet fi tmiemu perjodu twil ta’ żmien li fih id-disparità reġjonali fil-PDG per capita u l-qgħad fi ħdan l-UE, kienu qegħdin jonqsu b’mod kostanti, waqt li fl-istess ħin affettwat b’mod aktar aħrax lir-reġjuni l-aktar dgħajfa fl-Unjoni; |
|
B. |
billi r-riżorsi pubbliċi kemm fuq livell tal-Istati Membri u kemm fuq livell tal-UE saru aktar skarsi u soġġetti għal pressjoni dejjem tiżdied, filwaqt li l-kriżi u r-reċessjoni li segwiet, kif ukoll il-kriżi tad-dejn sovran f’diversi Stati Membri, ġiegħlu lill-Istati Membri finalment jimplimentaw ir-riformi strutturali importanti meħtieġa biex jikkontribwixxu għar-restawrazzjoni ta’ tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, u li xi drabi wasslu għal tnaqqis fil-kofinanzjament tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni; |
|
C. |
billi l-politiki ta' konsolidazzjoni fiskali żiedu r-rwol u l-importanza tal-politika ta' koeżjoni bħala sors ta' investiment pubbliku, partikolarment fuq livell subnazzjonali, peress li din il-politika ta' finanzjament tirrappreżenta aktar minn nofs l-investiment pubbliku kollu f'għadd sinifikanti ta' Stati Membri u reġjuni; |
|
D. |
billi l-kriżi taffettwa b’mod negattiv ir-reġjuni u l-bliet Ewropej kollha, u b’hekk iżżid l-importanza tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni anke f’reġjuni li għaddejjin minn tranżizzjoni u dawk aktar żviluppati; |
|
E. |
billi l-kontribuzzjoni għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandha dimensjoni reġjonali b'saħħitha li għandha titqies fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi fl-ambitu ta' politiki tal-UE dwar il-koeżjoni u investiment ieħor tal-ġenerazzjoni li jmiss; |
|
F. |
billi l-enfasi tal-politika ta’ koeżjoni s’issa kienet aktar dwar l-assorbiment milli dwar id-definizzjoni u l-monitoraġġ – u l-evalwazzjoni tal-ksib – tal-objettivi, filwaqt li l-monitoraġġ u s-sistemi ta’ evalwazzjoni jonqsu milli jiksbu l-għan tagħhom b’mod sħiħ li jtejbu d-definizzjoni tal-miri differenzjati skont il-karatteristiċi, l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet lokali, reġjonali u interreġjonali; |
|
G. |
billi l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ tkun is-sors ewlieni tal-finanzjament pubbliku tal-UE fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020, u billi fil-qafas il-ġdid tal-politika ta’ koeżjoni l-enfasi kollha qed titqiegħed fuq il-ħtieġa li l-investiment ikun iffukat fuq il-livell reġjonali u lokali f’oqsma importanti bħall-ħolqien tal-impjiegi, l-SMEs, l-impjiegi (partikolarment l-impjiegi taż-żgħażagħ), il-mobilità tax-xogħol, it-taħriġ u l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ICT, it-trasport sostenibbli u t-tneħħija tal-konġestjonijiet, l-enerġija sostenibbli, l-ambjent, il-promozzjoni tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti, l-iżvilupp urban u l-ibliet; |
|
H. |
billi l-ħtieġa li jinkisbu aktar riżultati b’anqas riżorsi wasslet għall-inklużjoni ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (4)) il-ġdid, sabiex ir-reġjuni jassumu approċċ strateġiku u anqas frammentat lejn l-iżvilupp ekonomiku permezz ta’ appoġġ immirat għar-riċerka u l-innovazzjoni; |
|
I. |
billi s-sħubija u l-governanza fuq diversi livelli jikkostitwixxu prinċipji ġenerali orizzontali bil-għan li jwasslu l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, fil-kuntest ta' qafas leġiżlattiv ta' politika ta' koeżjoni ġdid; |
|
J. |
billi l-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-programm tal-2007-2013 ma ħarsux lejn iċ-ċiklu sħiħ tal-evalwazzjoni inkluż l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt; |
|
K. |
billi r-rata tal-assorbiment tal-fondi hija ta’ madwar 50 % fl-Istati Membri u ta’ madwar 30 % fl-aħħar sena tal-perjodu; |
|
L. |
billi l-SMEs qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzjament mis-settur bankarju; |
Sfidi ta' implimentazzjoni ġenerali għall-perjodu ta' programmazzjoni attwali
|
1. |
Jilqa' s-seba' u t-tmien rapporti ta' progress, kif ukoll ir-rapport strateġiku tal-2013, u jistieden lill-Kummissjoni, li issa qiegħda tniedi l-evalwazzjoni ex-post tal-2007-2013, u lill-Istati Membri kollha jiżguraw li l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jkunu ibbażati fuq data affidabbli, iħarsu lejn l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt tal-operazzjonijiet, u jiżguraw li l-evalwazzjoni ex-post titlesta sa tmiem l-2015 kif stipulat f'dak li kien ir-Regolament Ġenerali, sabiex jittieħdu tagħlimiet ċari għall-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għall-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid; |
|
2. |
Jikkunsidra li l-politiki dwar sforz ta’ konsolidazzjoni fiskali fihom infushom mhumiex biżżejjed biex jistimulaw it-tkabbir u jippromwovu l-investiment li jiġġenera impjiegi ta’ kwalità tajba u sostenibbli, li jirrikjedu wkoll miżuri li jappoġġjaw l-ekonomija u li jħeġġu li jsir progress – li għadu fraġli u timidu – lejn l-irkupru; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu l-investiment fl-oqsma tal-intraprenditorija, tan-negozji li jkunu għadhom kemm fetħu u tal-impjiegi indipendenti bħala mezz kif jinħolqu aktar impjiegi, b’mod partikolari minħabba li l-SMEs u l-mikroimpriżi jipprovdu aktar minn żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat tal-UE; huwa tal-fehma li għandu jkun hemm enfasi speċjali fuq il-livelli reġjonali u lokali; barra minn hekk, iqis li l-investiment fin-negozji soċjali u fl-intraprenditorija soċjali joffri għażla addizzjonali tajba bil-għan li jintlaħqu l-bżonnijiet soċjali li ma jiġux milqugħa minn beni u servizzi pubbliċi; |
|
4. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji pubbliċi suffiċjenti, partikolarment fuq livell subnazzjonali, biex tiġi implimentata b'mod adegwat l-Istrateġija Ewropa 2020, minħabba l-impatt tal-kriżi ekonomika, u l-fatt li għadd sinifikanti ta' Stati Membri u reġjuni anqas żviluppati fil-parti l-kbira jiddependu mill-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni; jikkunsidra li qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni marbuta ma' sanzjonijiet makroekonomiċi potenzjali, għandha titqies sew id-dipendenza kbira ta' xi Stati Membri mill-fondi ta' koeżjoni; |
|
5. |
Jemmen li, minkejja li r-riżorsi allokati għall-politika ta' koeżjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali huma relattivament żgħar meta mqabbla mal-ħtiġijiet fuq il-post, jiżguraw effiċjenza kif ukoll sinerġiji akbar bejn il-baġit tal-UE u l-baġits nazzjonali u madankollu jistgħu jkunu mezzi importanti għall-politiki li jistimulaw it-tkabbir; |
|
6. |
Hu tal-fehma li sabiex issir kontribuzzjoni lejn il-kisba tal-Istrateġija 2020 tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv bi qbil mal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, minkejja l-ħtieġa għal enfasi fuq is-setturi b'potenzjal fuq terminu twil għall-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni, hu importanti li jitqiesu l-ħtiġijiet sinifikanti ta' bosta mir-reġjonu inqas żviluppati rigward l-investiment fi proġetti tal-infrastruttura f'setturi bażiċi bħat-trasport, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija sostenibbli; |
|
7. |
Jemmen li – minkejja l-evidenza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma involuti fil-preparazzjonijiet tal-Ftehimiet ta’ Sħubija – hemm bżonn li tittieħed aktar azzjoni biex jissaħħu d-dimensjoni territorjali tas-sistema ta’ governanza tal-politika ta’ koeżjoni, l-istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew, billi jkunu żgurati d-djalogu u l-komplementarjetà reali fost il-livelli differenti ta’ governanza, minn naħa waħda, u l-konsistenza tal-prijoritajiet stabbiliti f’dawk il-livelli mal-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet identifikati fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, fuq in-naħa l-oħra; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tal-iżgurar li l-muniċipalitajiet u r-reġjuni jkun involuti kif suppost fl-istabbiliment ta' strateġiji nazzjonali u li l-problemi u l-isfidi speċifiċi tagħhom jiġu definiti, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-piż amministrattiv; |
|
8. |
Jikkunsidra li l-politika ta’ koeżjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tagħti lill-Istrateġija Ewropa 2020 id-dimensjoni territorjali neċessarja li hi meħtieġa biex tindirizza kemm id-differenzi rilevanti ħafna tat-tkabbir fi ħdan l-Unjoni, u fi ħdan l-Istati Membri, kif ukoll biex tiżgura li l-potenzjal ta’ tkabbir jintuża wkoll fiż-żoni l-aktar imbiegħda u l-anqas popolati, u tindirizza l-fatt li d-differenzi fil-kapaċità istituzzjonali jfissru li r-reġjuni differenti ma jistgħux jużaw il-miri mogħtija bħala referenza bl-istess mod; |
Fokus fuq l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali
|
9. |
Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li, minħabba l-kriżi, il-perċentwal tal-popolazzjoni li jinsab f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, li jbatu minn nuqqasijiet materjali serji, degradazzjoni ambjentali jew kundizzjonijiet ħżiena tad-djar, jew li jkollhom intensità ta’ xogħol baxxa ħafna u li jinsabu f’riskju tal-esklużjoni u l-faqar tal-enerġija żdied b'mod konsiderevoli, bi prevalenza akbar fil-konverġenza tar-reġjuni u tal-ibliet, u b'mod partikolari fir-reġjuni madwar l-ibliet kapitali li, skont l-indikaturi, jiġu kklassifikati bħala żviluppati, b'effett partikolari wkoll fuq in-nisa, familji b'ġenitur wieħed, familji kbar b'erbat itfal jew aktar, persuni li jindukraw (speċjalment dawk li jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabbiltà), membri ta' komunitajiet emarġinati jew persuni akbar fl-età li qed joqorbu lejn il-pensjoni li għalihom l-aċċess għal opportunitajiet indaqs huwa diffiċli; |
|
10. |
Jikkunsidra li dawn il-kwistjonijiet – li jdgħajfu serjament il-koeżjoni bejn ir-reġjuni u jistgħu jpoġġu f’riskju l-kompetittività tal-Unjoni fuq perjodu twil u medju – iridu jiġu indirizzati b’mod urġenti permezz ta’ ffukar fuq politiki li jiżguraw l-aċċess għal impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità tajba u l-inklużjoni soċjali, u b'mod partikolari permezz taż-żgħażagħ, bil-promozzjoni tar-rwol kruċjali li għandhom l-SMEs f'dan ir-rigward, it-tnaqqis tal-frammentazzjoni u l-faċilitazzjoni ta' tranżizzjoni bejn impjieg u ieħor, b'enfasi fuq programmi ta' taħriġ mill-ġdid professjonali għall-persuni qiegħda fuq terminu twil, billi tittieħed tagħlima mill-esperjenza miksuba mill-persuni li jinsabu fi tmiem il-karrieri tagħhom u tiġi promossa l-indipendenza ekonomika ugwali għan-nisa u l-irġiel; iqis essenzjali l-promozzjoni tal-aċċessibbiltà fiżika u l-aċċess għall-informazzjoni u l-midja ta' komunikazzjoni, li l-kisba tagħhom għandha tiġi vvalutata bl-użu ta' indikaturi oġġettivi u kumparabbli, u billi jitqiesu l-isfidi demografiċi; |
|
11. |
Jinsisti fuq ir-rwol tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fit-tnaqqis tad-disparitajiet fil-kapital uman fost ir-reġjuni u fl-għajnuna biex jiżdiedu r-rati ta' impjiegi b'mod parallel u flimkien mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), fil-kontribuzzjoni għas-sodisfazzjon ta’ xi prijoritajiet ewlenin attwali tal-Unjoni, partikolarment billi jagħti spinta lill-impjiegi taż-żgħażagħ u lis-suq tax-xogħol, jippromwovi ekonomija sostenibbli u t-tkabbir, inaqqas l-għadd ta’ persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, u jiġġieled il-faqar, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali; għaldaqstant jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari l-effiċjenza u l-effikaċja tal-operazzjonijiet tal-FSE, u jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b'mod sħiħ l-effett globali u l-impatt reali tal-FSE fuq il-qgħad u l-ħolqien ta’ impjiegi; |
|
12. |
Jirrikonoxxi li proporzjon kbir min-nefqa tal-FSE tiġi allokata bil-għan tal-promozzjoni ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar, tal-appoġġ tal-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati, inklużi persuni b'diżabilità, u tal-iżvilupp ta’ soċjetà inklużiva li tkun aċċessibbli għal kulħadd; jenfasizza, madankollu, li fi żminijiet ta' kriżi, għandu jitqiegħed aktar enfasi fuq il-fatt li l-FSE jkun mmirat b'mod effiċjenti biex jiġġieled l-inugwaljanzi lokali u reġjonali u l-esklużjoni soċjali, jipprovdi aċċess għall-impjiegi għall-gruppi l-aktar vulnerabbli u ż-żgħażagħ b'mod partikolari, u biex jgħin ir-riintegrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol billi jnaqqas is-segregazzjoni abbażi tas-sessi; |
|
13. |
Jindika li l-proporzjon kbir ta’ persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien f’xi reġjuni jaqbeż b’mod sinifikanti l-10 % u li jeħtieġ li persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien jirċievu offerta ta' edukazzjoni, taħriġ jew xogħol li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom; jirreferi, f’dan il-kuntest. għall-importanza tal-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ għal dawk il-persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien; jenfasizza li sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, huwa importanti li s-sistema edukattiva tkun inklużiva u li toffri opportunitajiet ugwali għaż-żgħażagħ kollha; jenfasizza li għandha tinstab soluzzjoni għall-problema tal-integrazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ bi ftit kwalifiki fis-suq tax-xogħol, billi jiġi pprovdut taħriġ vokazzjonali u taħriġ fuq il-post tax-xogħol li jkun mingħajr ostakli, aċċessibbli u ta’ kwalità u li jgħinhom jiksbu ħiliet, filwaqt li jitqies il-fatt li n-nuqqas ta’ kwalifiki jista' jżid ir-riskju tal-qgħad, li min-naħa tiegħu jżid ir-riskju tal-faqar u jinvolvi għadd kbir ta’ sfidi soċjali marbuta mal-esklużjoni, l-aljenazzjoni u l-isforzi falluti fil-bini ta’ ħajja indipendenti; jinnota li, għal dan il-għan, il-kontribuzzjoni tal-FSE hija kruċjali biex tgħin aktar żgħażagħ jibqgħu l-iskola u jiksbu l-kwalifiki xierqa meħtieġa biex isibu xogħol u għall-karriera tagħhom, u biex jiġi żgurat aċċess usa’ għall-edukazzjoni ta’ kwalità għolja bi proġetti speċjali għat-tfal minn gruppi żvantaġġati u minoranzi, inklużi persuni b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu taħriġ vokazzjonali u taħriġ fuq il-post tax-xogħol xieraq għal dawk li se jibbenefikaw minnu; |
|
14. |
Jenfasizza li l-qagħda tal-impjiegi taż-żgħażagħ hija dipendenti ħafna fuq is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali u li għalhekk huwa importanti ħafna li ż-żgħażagħ ikunu appoġġati, iggwidati u ssorveljati fil-mixja tagħhom mill-edukazzjoni għall-ħajja professjonali; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni, għalhekk, tista’ tallinja kwalunkwe proposti leġiżlattivi futuri f’dan il-qasam mal-inizjattivi “Żgħażagħ Attivi” u “Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ”; |
|
15. |
Jenfasizza li l-okkupazzjoni f’xi reġjuni għadha anqas minn 60 % u li xi reġjuni lanqas biss jilħqu l-miri nazzjonali ta’ madwar 20–25 %, li għandu effett żvantaġġjuż ħafna fuq iż-żgħażagħ, in-nisa, persuni akbar fl-età, persuni li jindukraw (carers) u persuni b'diżabilitajiet; jenfasizza li ċerti miżuri għall-kriżi kellhom effett ħażin fuq il-koeżjoni u fundamentalment żiedu l-inugwaljanzi fl-UE; jenfasizza li sabiex il-gruppi b'riskju għoli jinżammu f'impjieg jew jinħolqu alternattivi ta’ impjieg għalihom, jeħtieġ li jkun hemm miżuri mmirati li jindirizzaw il-ħolqien tax-xogħol, l-opportunitajiet ta’ taħriġ u ż-żamma tal-impjiegi; jenfasizza li l-qgħad kien jikkaratterizza ċerti komunitajiet iżolati matul ġenerazzjonijiet sħaħ u dan jippreżenta riskju partikolari għall-gruppi ta’ popolazzjoni emarġinati; |
|
16. |
Jinnota li r-rati ta’ impjieg għadhom lura ħafna mill-mira tal-Ewropa 2020, li jkun hemm tal-anqas 75 % tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena li jkollhom impjieg sal-2020; jinnota li filwaqt li m’hemm l-ebda mira speċifika fir rigward tar-rata ta' impjieg fil-livell reġjonali, l-Istati Membri tal-UE stabbilixxew miri nazzjonali b'mod individwali li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma nkisbux, minħabba l-impatt ewlieni asimetriku li kellha l-kriżi finanzjarja u ekonomika fuq is-swieq tax-xogħol reġjonali, b’mod predominanti fin-Nofsinhar tal-Ewropa fejn kien hemm żieda eċċezzjonali fil-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
|
17. |
Jemmen li r-reġjuni kollha jħabbtu wiċċhom mal-isfida tal-ħolqien ta' tkabbir sostenibbli u t-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal politiki, li jinkludu l-prijoritizzazzjoni tal-infiq fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, l-effiċjenza enerġetika u l-intraprenditorija lokali, kif ukoll il-ħolqien ta' strumenti finanzjarji ġodda għal kull tip ta' negozju, u speċjalment għall-SMEs; |
|
18. |
Ifakkar fil-potenzjal li għandhom l-SMEs fil-ħolqien tal-impjiegi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-SMEs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem flimkien mal-Istati Membri għaż-żieda tat-trasparenza tas-sistema tas-sejħiet għal offerti u l-prevedibbiltà tagħha kif ukoll għat-tnaqqis taż-żmien bejn is-sejħiet għal offerti u l-għoti ta’ kuntratti, b’mod partikolari għall-SMEs, li jikkompetu f’ambjent li qed jinbidel b’rata mgħaġġla; |
|
19. |
Iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari għas-settur tal-industriji kulturali u kreattivi, li jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, u partikolarment għall-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-kontribuzzjoni vitali ta’ dawn l-industriji għall-iżvilupp tar-reġjuni u tal-bliet; jitlob li jittieħdu miżuri fuq żmien twil li jippromwovu t-taħriġ kontinwu tan-nisa speċifikament marbut ma' dawn is-setturi, bil-għan li jiżguraw li l-kwalifiki tan-nisa jkunu jistgħu jiġu utlizzati b'mod effikaċi u jinħolqu prospettivi ġodda ta’ impjieg; |
Evidenza ta' evalwazzjoni
|
20. |
Ifakkar li filwaqt li hemm evidenza qawwija li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni aċċellerat, u li l-programmi li rriżultaw taw kontribut importanti f’ħafna oqsma fejn l-investiment huwa neċessarju għall-modernizzazzjoni u l-kompetittività ekonomika (bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-appoġġ lill-SMEs, l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni u t-taħriġ), għadd ta’ Stati Membri qegħdin fir-riskju li ma jimplimentawx il-programmi tagħhom qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tanalizza fil-fond il-kawżi tar-rata baxxa ta' assorbiment, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu kofinanzjament sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-fondi; |
|
21. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jesploraw sinerġiji bejn finanzjament tal-politika ta' koeżjoni u sorsi oħra ta' finanzjament mill-UE (bħat-TENT-T, it-TEN-E, is-CEF, Orizzont 2020, COSME u programmi oħra) kif ukoll mal-forniment ta' finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċelleraw l-implimentazzjoni u jissimplifikaw u jtejbu l-aċċess għall-fondi disponibbli sabiex jistimulaw lill-SMEs, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-muniċipalitajiet lokali u lill-benefiċarji interessati oħra sabiex jużawhom; |
Sfidi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni
|
22. |
Jikkunsidra li l-evalwazzjoni għandha rwol importanti fid-dibattitu u t-tagħlim tal-politika, iżda jinsab imħasseb li, minkejja li l-provvista ta’ data ta’ monitoraġġ u ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni qed ittejjeb il-kwalità tal-miri stabbiliti, il-kwalità mhux uniformi, f’ħafna każijiet ta’ rappurtar ta’ progress tagħmilha diffiċli li tiġi żviluppata stampa sħiħa tal-progress lejn il-miri fil-livell reġjonali u f’dak lokali; jenfasizza li l-evalwazzjoni għandha wkoll tivvaluta u tipproponi miżuri biex jittaffew il-piżijiet żejda fuq il-benefiċjarji, inklużi l-SMEs, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-NĠOs; jikkunsidra li kwlaunkwe piż addizzjonali marbut mal-monitoraġġ m'għandux jiġi impost; |
|
23. |
Jemmen li r-rapporti ta' progress ma jipprovdux b'mod sħiħ stampa ċara tal-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u lejn il-miri stabbiliti, jew għar-raġuni ta' nuqqas ta' disponibbiltà tad-data fil-livell rilevanti jew għar-raġuni ta' nuqqas ta' rabta ċara biżżejjed bejn id-data statistika provduta u safejn il-miri tal-politika ta' koeżjoni li jeħtieġu monitoraġġ jintlaħqu; |
|
24. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tar-rappurtar u l-kwalità tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha, jagħmlu użu sħiħ tal-għodda ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni disponibbli fil-kuntest tal-qafas leġiżlattiv attwali (orjentazzjoni tar-riżultati aktar b’saħħitha, użu ta’ indikaturi komuni tar-riżultati, għażla ta’ indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm u qafas tal-prestazzjoni ċar); |
|
25. |
Jikunsidra li, filwaqt li evalwazzjonijiet tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 kofinanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni juru għarfien tajjeb fl-Istati Membri rigward ir-rekwiżit ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fit-twaqqif ta' tali programmi (70 % (5)), ir-rapporti jindikaw ukoll li l-ugwaljanza bejn is-sessi bl-ebda mod mhija integrata effettivament f’dawn il-programmi permezz ta’ identifikazzjoni ċara tal-problemi jew miri kwantifikati (anqas minn 8 %); jitlob li l-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistemi ta’ rappurtar tal-Istati Membri billi tintroduċi u tuża indikaturi ħalli tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni tas-sostenn mogħti taħt il-politika ta’ koeżjoni għal progress ġenwin rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u sa liema grad dan il-progress qed isir; |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel verifika tal-Awtoritajiet Maniġerjali jekk japplikaw id-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard fir-rigward tal-benefiċjarji ta' proġetti u jekk jieħdu l-miżuri adegwati biex inaqqsu d-dewmien fil-ħlas; |
|
27. |
Jistieden lis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jżidu l-verifiki tal-prestazzjoni tagħhom dwar il-Fondi ta’ Koeżjoni u l-Fondi Strutturali u b’mod partikolari dwar il-FSE; |
o
o o
|
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 113.
(2) ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 39.
(3) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(5) http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/evaluation/pdf/2009-03-16-inception-report.pdf
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/58 |
P7_TA(2014)0133
Reġjuni Ultraperiferiċi, fondi strutturali u programmi oħra tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-Reġjuni Ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fondi strutturali tal-UE u programmi oħra tal-UE (2013/2178(INI))
(2017/C 285/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 349 u 355, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrikonoxxi status partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jipprevedi l-adozzjoni ta’ “miżuri speċifiċi” li jippermettu l-implimentazzjoni sħiħa tat-trattati u tal-politiki komuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE dwar l-iskema ta' għajnuniet tal-Istat għal dawk ir-reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 174 u dawk segwenti tat-TFUE li jassenjaw objettiv ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiddefinixxu l-istrumenti finanzjarji strutturali sabiex dan jintlaħaq, |
|
— |
wara li kkunsidra t-totalità ta' komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi, u b'mod partikolari l-komunikazzjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 bl-isem “Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda: vantaġġ għall-Ewropa” (COM(2008)0642), |
|
— |
wara li kkunsidra t-totalità tar-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi, u b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar strateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Reġjuni 2020 – evalwazzjoni tal-isfidi futuri għar-reġjuni tal-Unjoni” (SEC(2008)2868), |
|
— |
wara li kkunsidra l-messaġġ tal-gżira ta' La Réunion tas-7 ta' Lulju 2008 fil-kuntest tal-konferenza “L-Unjoni Ewropea u r-reġjuni extra-Ewropej: Strateġiji b'rabta mat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità”, u wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar “Valutazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-KE għall-Bijodiversità u Lejn Strateġija tal-Unjoni dwar Speċijiet Eżotiċi Invażivi”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum Konġunt tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-14 ta’ Ottubru 2009 dwar “Ir-reġjuni ultraperiferiċi: minn issa sal-2020”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pjattaforma komuni tas-6 ta' Lulju 2010 indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Durão Barroso, mill-Konferenza tal-Membri Ewropej tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum Konġunt ta’ Spanja, Franza, il-Portugall u tar-reġjuni ultraperiferiċi, tas-7 ta’ Mejju 2010, dwar “Viżjoni mġedda tal-istrateġija Ewropea għar-reġjuni ultraperiferiċi”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni konġunta tar-reġjuni ultraperiferiċi tat-28 ta' Jannar 2011 fir-rigward tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' Ottubru 2011 bit-titolu “Europe's Outermost Regions and the Single Market: The EU's influence in the world” ippreżentat lill-Kummissarju Michel Barnier mis-Sur Pedro Solbes Mira, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Istrateġija “Ewropa 2020” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2012 bl-isem: “Ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea: Lejn sħubija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2012)0287), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Membru Serge Letchimy għall-Prim Ministru tar-Repubblika Franċiża, intitol"L-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: Kontribuzzjoni għall-applikazzjoni tal-qafas derogatorju favur proġett globali ta' żvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontributi konġunti u d-dokumenti tekniċi u politiċi tal-Konferenza tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni finali tad-XIX-il Konferenza tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea tas-17 u t-18 ta’ Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0121/2014), |
|
A. |
billi l-vantaġġi, ir-riżorsi u l-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi, rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea fl-istrateġija tagħha tal-2008 u l-komunikazzjoni tagħha tal-2012, ikopru oqsma kruċjali għall-Unjoni Ewropea f’termini ta’ riċerka, innovazzjoni u tkabbir, u billi dawn mhumiex sostnuti u ffinanzjati biżżejjed mill-fondi u l-programmi Ewropej; |
|
B. |
billi r-reġjuni ultraperiferiċi jinkludu arċipelagi, gżejjer u reġjun maqtugħ fil-foresta tal-Amazon li huma kkaratterizzati minn restrizzjonijiet speċifiċi komuni li jagħmluhom differenti minn sitwazzjonijiet ġeografiċi partikolari oħrajn tal-Unjoni (gżejjer, reġjuni muntanjużi u dawk b’popolazzjoni baxxa); |
|
C. |
billi, fir-rigward tal-objettivi li l-Unjon ffissat għaliha nnifisha għat-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, l-istrateġija Orizzont 2020, l-istrateġija Enerġija 2020, il-programmi LIFE+ u Natura 2000, in-netwerks trans-Ewropej ta' telekomunikazzjoni, tat-trasport u tal-enerġija, ir-reġjuni ultraperiferiċi jikkostitwixxu reġjuni ta' eċċellenza li jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv għat-twettiq ta' dawn l-isfidi, |
|
D. |
billi huwa għalhekk importanti li jitħeġġeġ l-investiment fuq żmien twil u tiġi promossa l-forza tal-innovazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi għat-tisħiħ sostenibbli tat-tkabbir ekonomiku u soċjali tagħhom, u li jiżdiedu l-probabilitajiet ta' suċċess tad-diversi strateġiji tal-Unjoni; |
|
E. |
billi, biex jitwettqu dawn l-istrateġiji, il-Fondi Strutturali u l-Fond Ewropew tal-Investiment għar-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jiġu aġġustati u ssupplimentati biex ir-reġjuni ultraperiferiċi jipparteċipaw, b’konformità mal-potenzjal u intenzjonijiet tagħhom, fl-isfidi l-kbar tal-Unjoni Ewropea; |
|
F. |
billi s-sitwazzjoni attwali tal-kriżi ekonomika u soċjali qed tħalli effetti partikolarment serji fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’termini ta’ kompetittività u ta’ impjiegi, u billi, biex jiġu indirizzati l-bżonn ta’ tkabbir ekonomiku u l-problema tal-qgħad, għandu jkun hemm reazzjonijiet urġenti u xierqa matul il-perjodu ta' finanzjament u ta’ programmazzjoni li jmiss; |
|
G. |
billi l-Artikolu 349 għandu jintuża wkoll bħala bażi legali li tippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi, permezz ta' miżuri speċifiċi, isibu posthom fil-programmi tal-Unjoni li jistgħu jiżviluppaw b’mod konkret il-potenzjal ta’ dawn ir-reġjuni; |
|
H. |
billi r-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jsiru territorji pilota u territorji ta' eċċellenza għall-benefiċċju tal-Unjoni kollha f’oqsma bħalma huma: il-bijodiversità, l-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-attenwazzjoni tiegħu, il-ġestjoni u l-osservazzjoni ta’ fenomeni klimatiċi estremi, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-ispazju, il-qasam ajruspazjali, l-oċeani, it-tkabbir “blu”, il-ġestjoni spazjali marittima u l-governanza marittima, is-sismoloġija, il-vulkanoloġija, il-mard emerġenti, l-enerġiji rinnovabbli, it-trasport, it-telekomunikazzjoni, il-kapaċità ta’ intervent umanitarju urġenti f’pajjiżi terzi u l-kultura; |
|
I. |
billi r-reġjuni ultraperiferiċi jinsabu fil-baċiri marittimi tal-Karajbi, tal-Oċean Indjan u tal-Oċean Atlantiku li jikkonferixxu lill-Unjoni Ewropea status ta’ setgħa marittima mondjali, billi l-pożizzjoni ġeostrateġika tagħhom tikkontribwixxi għad-dimensjoni dinjija tal-Unjoni, u billi huma karatterizzati minn riżorsi naturali, tal-baħar u tas-sajd eċċezzjonali, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-bijodiversità dinjija; |
|
J. |
billi r-reġjuni ultraperiferiċi jikkostitwixxu realtà unika u jiffurmaw għaqda komuni kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll lil hinn minnha li għandha tiġi promossa u appoġġjata mill-Kummissjoni Ewropea, partikolarment bl-implimentazzjoni ta’ politiki komuni; |
|
K. |
billi l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi tirrikjedi l-ħolqien ta’ sinerġiji massimi bejn l-istrumenti, il-fondi u l-programmi kollha tal-Unjoni, |
Perspettivi ġodda għar-reġjuni ultraperiferiċi
|
1. |
Jinsab konvint li l-potenzjal, il-vantaġġi, ir-riżorsi u l-esperjenza tar-reġjuni ultraperiferiċi jikkostitwixxu opportunità oħra biex l-Unjoni u l-Istati Membri jegħlbu l-isfidi li qed jiffaċċjaw f’termini ta’ globalizzazzjoni, kapaċità ta’ innovazzjoni, tkabbir, koeżjoni soċjali, pressjonijiet demografiċi, tibdil fil-klima, prevenzjoni tar-riskji maġġuri ta' katastrofi naturali, enerġija, ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-preservazzjoni tal-bijodiversità; |
|
2. |
Jinsab konvint li t-titjib tal-aċċess tar-reġjuni ultraperiferiċi għad-diversi programmi u fondi tal-Unjoni jsir kemm f'termini ta' żmien qasir kif ukoll żmien twil għall-benefiċċju tal-Unjoni kollha kemm hi; jiddispjaċih dwar l-approċċ imħeġġeġ fil-livell Ewropew li jintużaw biss politiki ta’ koeżjoni biex tiġi ffinanzjata l-biċċa l-kbira tal-proġetti ta' żvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
3. |
Jappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fix-xewqa tagħha li timplimenta politiki li jsaħħu l-awtonomija, il-konsolidazzjoni ekonomika u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi billi jittieħed benefiċċju mill-vantaġġi tagħhom, u miżuri prattiċi u innovattivi abbażi tal-Artikolu 349 TFUE u l-istrumenti ad hoc, b’mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni, għal kull wieħed mill-fondi u l-programmi b’objettivi li jkunu jistgħu jżidu l-valur tal-vantaġġi tar-reġjuni ultraperiferiċi għal żvilupp sostenibbli; |
|
4. |
Jenfasizza wkoll il-ħtieġa u l-importanza li l-politiki Ewropej jikkontribwixxu, inter alia permezz ta' strumenti fiskali u doganali speċifiċi, għall-promozzjoni u d-diversifikazzjoni tal-bażi ekonomika tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-ħolqien tal-impjiegi; |
|
5. |
Iqis li l-Artikolu 349 tat-TFUE jikkostitwixxi bażi legali adegwata għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, iżda jiddispjaċih dwar ir-rikors limitat u mnaqqas għal din id-dispożizzjoni tat-Trattat li tipprovdi l-possibbiltà li jkun hemm reġim partikolari għal status ultraperiferiku; |
|
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta’ kuntatt bejn il-Kummissarji Ewropej ikkonċernati, il-grupp ta’ ħidma interservizzi li jikkoordina l-politiki dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi u membri eletti tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-Parlament Ewropew sabiex jaraw is-sitwazzjoni attwali li jkunu qegħdin fiha l-programmi previsti u/jew mibdija għar-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
7. |
Jenfasizza li r-reġjuni ultraperiferiċi, għaliex jinsabu ’l bogħod mill-kontinent Ewropew, huma vetturi tal-influwenza ta’ Unjoni Ewropea li qed issir konxja mid-dimensjoni dinjija tagħha u r-rwol tagħha f’dinja li għaddejja minn bidla profonda; |
|
8. |
Jinsisti li għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni ultraperiferiċi f’każ ta’ diżastru naturali, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tagħhom f’konformità mal-Artikolu 349, li jipprovdi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi, filwaqt li jfakkar fl-importanza tal-koordinament tal-Fondi Strutturali mal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea; |
|
9. |
Jitlob biex l-investimenti magħmula permezz tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fit-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni, it-trasport, l-ilma u l-enerġija jsiru prijorità f’dawn ir-reġjuni u jiddefendi aktar koerenza tal-qafas tal-għajnuna mill-Istat fir-reġjuni ultraperiferiċi, biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija “Ewropa 2020”; |
|
10. |
Jinsab konvint li hemm rabta mill-qrib bejn is-sensibilizzazzjoni dwar id-dimensjoni dinjija li jista’ jkollha l-Unjoni u l-attenzjoni mogħtija lir-reġjuni ultraperiferiċi; huwa konvint li l-kunsiderazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-piż u l-importanza fil-ġejjieni li jirrappreżentaw l-għażliet strateġiċi ta’ investiment tagħhom fir-reġjuni ultraperiferiċi mhijiex suffuċjenti u hija indikatur tal-investiment baxx li l-Unjoni tagħmel fid-dimensjoni dinjija u internazzjonali tagħha stess; iqis essenzjali għar-reġjuni ultraperiferiċi t-titjib tas-sinerġiji f’dak li għandu x’jaqsam mal-istrumenti u l-programmi sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali ta’ dawn ir-reġjuni fid-dinja; |
|
11. |
Ifakkar li huwa essenzjali, għall-promozzjoni tal-ħolqien ta’ sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u l-programmi l-oħra tal-Unjoni, li tiġi adottata perspettiva makroreġjonali u li jiġu żviluppati strateġiji għall-makroreġjuni li jinkludu r-reġjuni ultraperiferiċi, billi jittieħed vantaġġ mill-karatteristiċi u r-riżorsi ta’ dawn ir-reġjuni; |
|
12. |
Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jieħdu vantaġġ minn approċċ ibbażat fuq diversi fondi u jimplimentaw, safejn possibbli u bl-aktar mod effikaċi possibbli, punti ta’ kollegament bejn il-Fondi Strutturali u l-istrumenti finanzjarji ta’ programmi oħra tal-Unjoni Ewropea; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tapprofondixxi l-istrateġija Ewropea fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi b’mod li tippermetti li l-vantaġġi ta’ dawn ir-reġjuni jiġu żviluppati, kif ukoll tqis ir-restrizzjonijiet strutturali u permanenti tagħhom; jistieden, f’dan il-qafas, lill-Kummissjoni tindirizza l-proposti tar-reġjuni ultraperiferiċi li jinsabu partikolarment fil-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom; |
Sinerġiji mal-programm Orizzont 2020
|
14. |
Iqis li r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom il-potenzjal li jkunu fuq quddiem nett fir-riċerka u t-teknoloġija fl-oqsma kkonċernati mill-objettivi tal-Programm Orizzont 2020, bħall-ispazju, il-qasam ajruspazjali, il-bijoteknoloġiji, l-osservazzjoni tar-riskji naturali, ir-riċerka marittima, il-bijodiversità, l-enerġiji rinnovabbli, is-saħħa, l-adattament għat-tibdil fil-klima u t-trasport intelliġenti; |
|
15. |
Ifakkar li l-objettiv tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 huwa, fost l-oħrajn, it-tisħiħ tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-innovazzjoni; |
|
16. |
Jiddispjaċih li l-proġetti tar-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba l-fatt li l-proġetti tagħhom ftit li xejn jissodisfaw ir-rekwiżiti li jippermettu l-kisba ta’ finanzjament Komunitarju minħabba l-karatteristiċi partikolari tagħhom, ma bbenefikawx biżżejjed mill-programm qafas għar-riċerka u l-iżvilupp għall-perjodu 2007-2013, u dan wassal għal parteċipazzjoni u rata ta’ suċċess baxxi ħafna, kif ukoll inqas preżenza fin-netwerks Ewropej ta’ riċerka; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, taġixxi sabiex tappoġġja r-riċerka fir-reġjuni ultraperiferiċi u tiffavorixxi l-kisba ta' massa kritika; |
|
17. |
Iqis li l-FEŻR waħdu ma jkunx jista' jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jissodisfaw l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u l-istrateġiji tal-UE 2020 u ta' Orizzont 2020; iqis, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tadatta u tiggarantixxi l-aċċess tar-reġjuni ultraperiferiċi għall-programm Orizzont 2020 bil-ħolqien ta' programmi dedikati li jiffavorixxu l-integrazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fin-netwerks Ewropew u internazzjonli ta' riċerka u innovazzjoni; ifakkar f’dan ir-rigward li l-istrateġija Orizzont 2020, fil-parti li tikkonċerna l-programm “It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni”, tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ differenzi sinifikanti fejn għandha x’taqsam il-prestazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni identifikati mit-Tabella tal-Innovazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li tippromwovi miżuri speċifiċi maħsuba biex ixerrdu l-eċċellenza u jżidu l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u r-reġjuni li jinabu lura fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni; |
|
18. |
Jitlob li jiġu valorizzati u żviluppati strutturalment l-universitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex b’sinerġija ma’ Orizzont 2020, jikkontribwixxu għall-valorizzazzjoni kemm Ewropea kif ukoll internazzjonali tal-universitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, taċ-ċentri ta’ riċerka, tar-riċerkaturi u tal-istudenti tagħhom; ifakkar li l-programmi li jippromwovu l-mobilità bejn l-universitajiet tal-istudenti, tal-professuri u l-uffiċjali qed jiġu mxekkla serjament fir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-pożizzjoni iżolata u d-distanza; |
|
19. |
Ifakkar li l-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jadattaw għal fruntieri ġodda u sfidi ġodda tal-għarfien, bħall-baħar fond, li jirrappreżentaw potenzjal għoli; |
|
20. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn l-interess ekonomiku li dejjem jikber, imqanqal mir-rikkezza immensa ta’ qiegħ il-baħar u l-potenzjal bijoġenetiku, minerali u bijoteknoloġiku enormi tar-reġjuni ultraperiferiċi f’dawn l-oqsma kif ukoll l-importanza li dan jiġi kkunsidrat fil-qafas tal-“Istrateġija Ewropea Ġdida għar-reġjuni ultraperiferiċi”, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ ekonomija tal-għarfien ibbażata fuq il-baħar u l-ħolqien ta’ attivitajiet ekonomiċi b’valur miżjud għoli f’oqsma bħall-mediċina, il-farmakoloġija u l-enerġija fost oħrajn; |
Sinerġiji mas-suq intern
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu ispirazzjoni mid-diversi konklużjonijiet tar-rapport Solbes biex tintensifika l-integrazzjoni u l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-suq intern; |
|
22. |
Jissottolinja li l-kompetizzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi ma tikkonkretizzax ruħha bl-istess mod bħal fil-kumplament tat-territorju Ewropew, meta l-funzjonament ħieles tas-suq f'dawn ir-reġjuni ma jkunx possibbli fil-parti l-kbira tas-setturi tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, li l-attività tagħhom mhix attraenti għall-investiment privat; jissottolinja li l-offerta ta’ prodotti ta’ kwalità bi prezzijiet kompetittivi fir-reġjuni ultraperiferiċi hija possibbli biss b’kumpens adegwat mill-Istat u l-forniment ta’ dawn is-servizzi fir-reġjuni ultraperiferiċi jeħtieġ evalwazzjoni urġenti mill-Kummissjoni b’mod li tipprevedi flessibilità u adattament ikbar tal-qafas leġiżlattiv attwali tal-Unjoni għal din ir-realtà; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinforza aħjar id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ monopolju u ta’ kartelli illeċiti fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika gwida għall-intrapriżi żgħar u medji fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-kontribut tagħhom għas-suq intern, filwaqt li tqis il-programmi u l-fondi Ewropej differenti fis-seħħ fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-ispejjeż addizzjonali u lill-problema tal-għoli tal-ħajja fir-reġjuni ultraperiferiċi u biex tikkunsidrahom fl-iżvilupp tal-politiki Ewropej; |
Sinerġiji mal-programm LIFE+ u l-istrateġija Enerġija 2020
|
26. |
Iqis li l-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-kwistjoni tal-ġestjoni, il-preservazzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-bijodiversità, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli jista’ jkun ottimizzat billi l-Unjoni tkun kapaċi tilħaq l-objettivi tagħha permezz tal-ħolqien ta’ sinerġiji u ta’ finanzjament komplementari bejn il-politika ta’ koeżjoni, il-programm LIFE+ u l-istrateġija Enerġija 2020; |
|
27. |
Jinnota li l-programm LIFE+ għall-perjodu 2014-2020 għandu l-għan li jikkofinanzja proġetti innovattivi favur il-preservazzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jissottolinja l-fatt li huwa essenzjali li jiġu ġġenerati sinerġiji bl-objettivi 5 u 6 tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020, meta jitqies li huwa indispensabbli, f'dan ir-rigward, li l-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi f'LIFE+ tissaħħaħ; |
|
28. |
Jiddeplora l-fatt li l-azzjoni preparatorja BEST ma ġietx ittrasformata fi programm reali ddedikat għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej, kontra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2009; |
|
29. |
Jiddeplora l-fatt li l-ħabitats u l-ispeċijiet annimali u veġetali li għandhom jiġu protetti fit-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi ma ġewx imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-ħabitats/flora/fawna, li jagħmel impossibbli l-implimentazzjoni tad-direttiva fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u jeskludi l-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi fin-netwerks u programmi NATURA 2000; |
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal programm Natura 2000 speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fuq il-bażi ta' eżempji tajba u riżultati miksuba minn ċertu reġjuni ultraperiferiċi fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli, miżuri bl-għan li tintlaħaq awtonomija enerġetika u l-objettivi tal-istrateġija Enerġija 2020 u jfakkar lill-Kummissjoni dwar il-proposta tagħha li toħloq programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija bl-għan li titnaqqas l-ispiża tal-provvista, l-infrastruttura u s-servizzi pprovduti fir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex tħeġġeġ il-politiki fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tal-programmi POSEI, filwaqt li jintlaħaq l-aħjar livell possibbli ta’ sinerġiji ma’ linji ta’ azzjoni oħra tal-UE; |
|
32. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jittieħed vantaġġ mill-potenzjal li jeżisti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli fil-gżejjer, fejn id-dipendenza fuq l-enerġija fossili hija ggravata minħabba d-distanza u l-iżolament ġeografiku tagħhom; Iqis, minħabba dan, li għandu jittieħed kont tal-bżonn li jiġu previsti, fil-qafs tal-politika Ewropea dwar l-enerġija, strumenti li bihom ikun possibbli li jiġu indirizzati kif xieraq il-problemi li jippreżentaw is-sistemi iżolati tal-enerġija; |
Sinerġiji mal-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ
|
33. |
Jenfasizza li l-objettivi 8, 9 u 10 tal-politika l-ġdida ta' koeżjoni huma l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ professjonali; |
|
34. |
Jissottolinja l-fatt li r-reġjuni ultraperiferiċi huma fost ir-reġjuni Ewropej bl-ogħla rati ta’ qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jiġbed l-attenzjoni, madanakollu, lejn id-diffikultà ta' applikazzjoni tal-fondi ddedikati għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ permezz tal-kofinanzjament; jiddispjaċih, barra minn hekk, dwar in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi fil-programmi għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali u jfakkar li r-reġjuni ultraperiferiċi kellhom diffikultajiet biex ibbenefikaw mill-possibilitajiet offruti mill-programm “Progress”; jitlob li jsir żvilupp tal-linja soċjali permezz tal-implimentazzjoni ta' proġett pilota urġenti dwar il-ġlieda kontra l-qgħad fir-reġjuni ultraperiferiċi; jitlob l-istabbiliment ta' skwadri ta' azzjoni speċjali għall-impjieg taż-żgħażagħ fi ħdan il-Kummissjoni sabiex tiġi applikata l-garanzija għaż-żgħażagħ u l-mobilizzazzjoni tal-FSE u l-YEI; |
|
35. |
Jistieden lill-BEI jintegra lir-reġjuni ultraperiferiċi fl-inizjattiva tiegħu intitolata “Impjiegi għaż-żgħażagħ” u fil-programm tiegħu “Investiment fil-kompetenzi”; |
|
36. |
Jinsab imħasseb dwar it-telf kbir ta' kompetenzi li jridu jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba r-rata għolja ta’ qgħad u l-insuffiċjenza tat-taħriġ propost, filwaqt li ħaddiema mħarrġa u kwalifikati huma indispensabbli għall-ġenerazzjoni ta' tkabbir sostenibbli, speċjalment fis-setturi proprji ta’ dawn ir-reġjuni jew fl-oqsma tradizzjonali, iżda wkoll biex ikun hemm żvilupp dinamiku ta’ attivitajiet ġodda u tiġi kkonfrontata l-kompetizzjoni dinjija; |
|
37. |
Jinnota li l-programm il-ġdid Erasmus għandu bħala objettiv l-iżvilupp ta’ soċjetà tal-għarfien; jenfasizza li l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi huwa indispensabbli għat-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 li tqiegħed l-għarfien bħala l-element ewlieni tal-ekonomija Ewropea; jindika għalhekk il-ħtieġa li jinħolqu iktar sinerġiji bejn il-programm Erasmus u l-FSE fir-reġjuni ultraperiferiċi, b'tali mod li jiġu mobilizzati r-riżorsi umani u l-għarfien espert lokali, li jikkostitwixxu muturi qawwija tat-tkabbir; |
|
38. |
Jappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet universitarji tar-reġjuni ultraperiferiċi u ta’ oqsma ġodda ta’ eċċellenza biex l-universitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-Ewropa jsiru iktar attraentiu u l-istandard tagħhom joġħla; jappoġġja l-iżvilupp ta’ sħubijiet interuniversitarji, ukoll bis-saħħa tal-estensjoni tal-universitajiet tal-pajjiżi terzi li magħhom ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom relazzjonijiet privileġġjati; jitlob ugwalment li l-programmi ERASMUS+ u “EURES” jieħdu ħsieb tal-ispejjeż addizzjonali tat-trasport marbuta mar-restrizzjoni tal-bogħod, sabiex l-istudenti mir-reġjuni ultraperiferiċi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-programmi Ewropej ta’ skambju ta’ taħriġ u biex l-universitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi jippruvaw jieħdu l-aħjar vantaġġ mill-programm Erasmus Mundus bejn l-Istati Membri u l-bqija tad-dinja; |
Sinerġiji man-netwerks trans-Ewropej (trasport, telekomunikazzjonijiet, enerġija)
|
39. |
Jerġa’ jirreferi għar-rapport Teixeira dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 (2011/2195(INI)) li jistieden lill-Kummissjoni toħloq programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, abbażi tal-programmi POSEI, u b’mod partikolari qafas speċifiku għall-għajnuna għat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi, partikolarment favur it-trasport pubbliku komuni, fost affarijiet oħra, u biex jiġi żviluppat it-trasport fuq il-baħar bejn il-gżejjer; |
|
40. |
Jenfasizza l-bżonn li fir-reġjuni ultraperiferiċi jiġu żviluppati sinerġiji bejn in-netwerks trans-Ewropej, il-mekkaniżmu għall-interkonnessjoni fl-Ewropa, il-programmi Civitas, Orizzont 2020 u l-investimenti tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni b’rabta mat-trasport, it-telekomunikazzjonijiet u l-enerġija; |
|
41. |
Ifakkar li l-aċċessibilità għandha rwol ċentrali fil-kuntest tal-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi u spiss timponilhom li jkun hemm netwerk intern u estern kumpless ta’ servizzi tat-trasport fuq il-baħar u bl-ajru, u b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet ta’ mobilità u aċċessibilità diffiċli fir-reġjuni ultraperiferiċi, liema reġjuni m’għandhomx alternattiva oħra għat-trasport bl-ajru jew dak fuq il-baħar u barra minn hekk ikollhom jaffrontaw iż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport, ħaġa li ġġib magħha riperkussjonijiet negattivi fil-qasam ekonomiku u soċjali; |
|
42. |
Jilqa’ r-rieda tal-Kummissjoni li tintegra lir-reġjuni ultraperiferiċi fin-netwerks trans-Ewropej, iżda jiddeplora l-esklużjoni tal-parti l-kbira minn dawn ir-reġjuni mill-kurituri prijoritarji u b'hekk mill-finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi din l-esklużjoni fil-qafas tal-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi u tiggarantixxi l-investimenti fit-traport fir-reġjuni ultraperiferiċi biex jiġu kkumbattuti l-iżolament u l-insularità; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas settorjali speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jiġu favoriti l-aċċessibilità u l-konnessjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi mal-kontinent Ewropew; |
|
43. |
Jiddeplora l-fatt li l-proġetti tal-awtostradi tal-baħar madankollu mhumiex iktar avvanzati, minħabbl l-prijorità li tingħata lill-konnessjonijiet b’distanza qasira, u b’hekk issir esklużjoni diskriminatorja tar-reġjuni ultraperiferiċi; jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ teżamina din l-esklużjoni fil-qafas tal-istrateġija tagħha għat-territorji ultraperiferiċi; |
|
44. |
Jenfasizza l-bżonn li jerġa’ jiġi eżaminat il-qafas ta’ għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu sabiex ikun permess l-għoti ta’ għajnuna pubblika lill-konnessjonijiet bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi; |
|
45. |
Jinsisti fuq il-bżonn li tiġi adattata l-klassifikazzjoni tal-ajruporti reġjonali sabiex, fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kwistjonijiet ta’ fluss ta’ passiġġieri u l-profitabilità ma jkunux l-uniċi kriterji kkunsidrati; |
|
46. |
Iqis li, meta tiġi kkunsidrata l-importanza tal-ekonomija diġitali, il-problema tad-distakk diġitali bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-Ewropa tikkostitwixxi ostaklu għall-iżvilupp u l-kompetittività tar-reġjuni ultraperiferiċi; jinnota li d-distakk fl-użu u l-modernizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi jkompli jitfa lura lil dawn ir-reġjuni l-iżvilupp diġitali flimkien mal-iżolament ġeografiku; jissuġġerixxi li jiġi intensifikat l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni bl-estensjoni u l-modernizzazzjoni tan-netwerks, bl-użu ta' sinerġiji mal-FEŻR u b’aċċess iffaċilitat ta’ dawn il-proġetti għall-finanzjamenti tal-BEI, u, barra minn hekk, jinsisti fuq il-ħtieġa li dawn ir-reġjuni jingħataw aċċess prijoritarju għall-programmi ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà u GALILEO; |
Sinerġiji mal-politika marittima tal-Unjoni (PKS, FEMS)
|
47. |
Ifakkar li r-reġjuni ultraperiferiċi jikkontribwixxu lill-Unjoni Ewropea status ta' setgħa marittima dinjija; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkun iktar konxja mid-dimensjoni marittima dinjija, mill-importanza tal-baħar, l-oċeani u t-tkabbir “blu” għall-Unjoni kollha, mill-pożizzjoni strateġika tar-reġjuni ultraperiferiċi, mir-rwol li dawn jista’ jkollhom fl-isfruttament sostenibbli tal-ibħra, l-oċeani u ż-żoni kostali, fil-governanza marittima dinjija u fl-iżvilupp ta’ ekonomija tal-għarfien ibbażata fuq il-baħar; |
|
49. |
Jikkonstata n-nuqqas ta' sinerġiji bejn il-politika ta' koeżjoni u PKS li għadha mhix qed tqis biżżejjed ir-realtajiet ta' dawn ir-reġjuni; jinsisti fuq l-importanza li jinżamm programm POSEI għas-sajd filwaqt li jipproponi li r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu żviluppati fl-ekonomija marittima bħala fatturi potenzjali għat-tkabbir; |
|
50. |
Jenfasizza l-fatt li r-reġjuni ultraperiferiċi jiddependu mir-riżorsi tal-baħar taż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi tagħhom, u dan joħloq fraġilità kbira fuq livell bijoloġiku u ekoloġiku, u li għalhekk huwa rilevanti li ż-żoni tagħhom li huma fraġli mil-lat bijoġeografiku jiġu protetti b’mod xieraq u effikaċi, b’mod partikolari billi jingħataw aċċess esklużiv għall-flotot lokali li joperaw b’irkapti tas-sajd li jirrispettaw l-ambjent; jenfasizza li jeħtieġ li jiġi garantit sfruttament ekwilibrat u sostenibbli tar-riżorsi filwaqt li tinżamm l-attività tas-sajd; jitlob biex il-ftehimiet dwar is-sajd tal-Unjoni fil-ġejjieni jkunu nnegozjati bl-inklużjoni tal-atturi tar-reġjuni ultraperiferiċi u maħsuba fl-interess tal-popolazzjonijiet lokali fuq żmien twil, u sabiex kapitlu dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi jiġi integrat sistematikament fl-analiżi tal-impatt; |
|
51. |
Jiddeplora l-fatt li l-programm POSEI-Sajd, li jwaqqaf reġim ta’ kumpens għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn ċerti prodotti tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi ikkawżati mis-sitwazzjoni ta' dawn ir-reġjuni, ġie integrat reċentement fil-Fond Ewropej għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u li għalhekk m’għadux regolament awtonomu maħsub speċifikament u esklussivament għal dawn ir-reġjuni, u b’hekk inaqqas l-importanza tad-diskriminazzjoni pożittiva li hija rikonoxxuta bħala dritt tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE; |
|
52. |
Jiddispjaċih li fil-PKS il-ġdida l-għajnuna għat-tiġdid tal-flotot ma ġewx awtorizzati f’ċerti reġjuni ultraperiferiċi minħabba s-sitwazzjoni tagħhom; |
Sinerġiji mal-politika agrikola komuni
|
53. |
Jinnota li l-agrikoltura hija settur dinamiku, li jipprovdi impjiegi u jipparteċipa fl-iżvilupp ta’ attivitajiet b’valur miżjud għoli; ifakkar madankollu fl-ispeċifiċitajiet tal-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi li jaffettwaw b’mod qawwi din l-attività, partikolarment id-daqs żgħir tal-isfruttament jew il-limiti tas-suq; ifakkar li t-tielet objettiv tal-politika l-ġdida ta’ koeżjoni huwa t-tisħiħ tal-SMEs fis-settur agrikolu; |
|
54. |
Jinnota li l-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi qed tiffaċċja kwistjonijiet ta’ diversifikazzjoni u ta’ kompetittività, kif ukoll sfidi ġodda partikolarment marbuta mal-globalizzazzjoni, mal-liberalizzazzjoni tas-swieq, mas-sikurezza alimentari u l-iżvilupp sostenibbli; |
|
55. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ppreservat il-POSEI, programm li diġà ta prova ta' validità u li huwa adattat għar-realtajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, iżda li jbati min-nuqqas ta' finanzjament kroniku li għandu jiġi solvut b'urġenza; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-bżonn li l-POSEI jingħata l-mezzi meħtieġa biex jgħin lill-produtturi tar-reġjuni ultraperiferiċi jissuperaw l-effetti tal-liberalizzazzjoni, previsti f'diversi setturi, marbuta mal-politiki Ewropej, u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, fost l-oħrajn, fis-setturi tal-ħalib, taz-zokkor, tar-rum, tal-laħam u tal-banana; jissottolinja wkoll l-importanza ekonomika, soċjali u ambjentali tal-produzzjonijiet agrikoli kollha tar-reġjuni ultraperiferiċi; jiddefendi ż-żamma tar-reġim POSEI fil-qafas proprju u awtonomu; |
|
56. |
Iħeġġeġ il-ħolqien ta’ sinerġiji bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-FAEŻR biex tiġi garantita ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi fl-ilma permezz tal-modernizzazzjoni, l-estensjoni tan-netwerks ta’ irrigazzjoni, il-ġestjoni tat-territorju, it-taħriġ, il-valutazzjoni turistika tal-agrikoltura sostenibbli u l-komunitajiet rurali; |
|
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-produzzjoni agrikola endoġena aktar dinamika u l-kummerċjalizzazzjoni f'ċirkuwitu qasir, jiġifieri produzzjoni lokali ta' kwalità li tissostitwixxi l-importazzjonijiet; |
|
58. |
Jappoġġa l-ħolqien ta’ DPO, AOC u ta’ tikketti lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi u jappella għal politika ta’ promozzjoni li tissodisfa l-bżonnijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u li tiddefendi l-indikazzjonijiet ġeografiċi; |
Sinerġiji mal-politika esterna tal-Unjoni
|
59. |
Jiddeplora l-persistenza tan-nuqqas ta’ korrelazzjoni bejn il-fondi Ewropej, il-FEŻ, il-FEŻR u l-ETC, b’mod partikolari fil-proġetti ta’ kooperazzjoni transkonfinali, minkejja li din hija essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dawn il-fondi; ifakkar, f’dan ir-rigward, fil-bżonn li jiġi żgurat li l-modalitajiet tal-programmazzjoni bejn il-FEŻ u l-FEŻR ikunu kompatibbli; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal diskussjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u l-pajjiżi tal-AKP għat-tisħiħ tad-djalogu u biex tiġi ffavorita l-integrazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-baċiri ġeografiċi tagħhom; jissottlinja, għal dan l-għan, ir-rwol importanti ikbar li għandu jkollhom id-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġi faċilitat id-djalogu bejn l-atturi differenti tal-programmazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej, u l-pajjiżi tal-AKP; |
|
61. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssir iktar konxja mill-pożizzjoni ġeostrateġika tar-reġjuni ultraperiferiċi minħabba l-viċinanza tagħhom ma' għadd ta’ kontinenti; |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-pjan ta' azzjoni għall-viċinat, li ilu taħdem fuqu mill-1999, u biex tidentifika l-ostakli u s-soluzzjonijiet li jiffaċilitaw l-integrazzjoni reġjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-baċini ġeografiċi rispettivi; ifakkar, f’dan il-kuntest, fir-relazzjonijiet storiċi u kulturali privileġġjati ta' kull reġjun ulraperiferiku ma’ ċerti pajjiżi terzi, kif ukoll l-iżvilupp potenzjali ta’ relazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u ta’ kooperazzjoni ma’ diversi reġjuni fid-dinja; |
|
63. |
Jitlob lill-Kummissjoni tqis iktar l-impatt tal-ftehimiet konklużi mal-pajjiżi terzi fuq l-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi, billi tirrikjedi t-twettiq sistematiku ta’ studju tal-impatt minn qabel dwar il-protezzjoni ta’ prodotti msejħa sensittivi, meta jkun il-każ, u dwar il-kumpens ġust għal ħsarat ikkawżati lil setturi speċifiċi; jitlob ukwalment għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali ta’ dawn ir-reġjuni; jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tipprevedi, għall-ftehimiet intrenazzjonali li qed jiġu applikati, studji perjodiċi li jippermettu l-valutazzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-vulnerabilità tas-swieq fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
64. |
Jiddispjaċih li l-ftehimiet tal-passat mal-pajjiżi tal-Amerka t'Isfel u l-pajjiżi tal-AKP ma kinux iqisu l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi, u li ma sar l-ebda studju tal-impatt qabel ma ġew innegozjati dawn il-ftehimiet; |
|
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja b’mod sistematiku, fil-ftehimiet kummerċjali passati mal-pajjiżi tal-AKP ġirien tar-reġjuni ultraperiferiċi, parti speċifika favur il-ħolqien ta’ suq bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-AKP bl-għan li r-reġjuni ultraperiferiċi jiġu integrati aħjar fl-ambjent ġeografiku tagħhom; |
|
66. |
Ifakkar fl-importanza tar-reġjuni ultraperiferiċi biex l-Unjoni tiżviluppa u tagħmel użu mill-kapaċitajiet tagħha ta’ intervent umanitarju meta jseħħu diżastri naturali; jirrakkomanda għalhekk li tinħoloq forza Ewropea ta’ sigurtà ċivili; |
Sinerġiji mal-programmi ta' ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
|
67. |
Jinnota l-problemi fundamentali, partikolarment ta’ esklużjoni soċjali, li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi; ifakkar li l-objettiv 9 tal-politika l-ġdida ta’ koeżjoni jikkonċerna l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull forma ta’ diskriminazzjoni, u li l-FEŻR jipprevedi l-appoġġ tal-iktar popolazzjonijiet fil-bżonn bħala prijorità ta’ investiment; |
|
68. |
Jilqa' l-adozzjoni tal-FEAD u jitlob li l-implimentazzjoni tiegħu tkun partikolarment effettiva fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
69. |
Jinnota li ċerti reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw bżonn kbir ta’ djar patikolarment minħabba ż-żieda demografika qawwija f’uħud minn dawn it-territorji; iħeġġeġ it-twaqqif ta’ qafas ta’ investiment fid-djar soċjali u l-ħolqien ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex l-għajnuniet li jappoġġaw l-investimenti fid-djar soċjali ma jiġux meqjusa bħala għajnuniet tal-Istat; josserva li ċerti reġjuni ultraperiferiċi qed jiffaċċjaw proċess ta’ deżertifikazzjoni li qed jikber, li jinvolvi d-degradazzjoni tal-ħabitat karatteristiku ta’ dawn il-postijiet, fenomenu li jeħtieġ li jiġi miġġieled permezz ta’ għajnuna għar-riabilitazzjoni tal-ibliet u għall-promozzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi adattati għall-postijiet differenti bl-iskop li jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tal-popolazzjoni; |
Sinerġiji mal-programmi COSME u l-istrument ta' mikrofinanzjament Progress
|
70. |
Jinnota li ċerti reġjuni ultraperiferiċi jinsabu f’ambjent fejn il-kompetizzjoni industrijali hija qawwija, partikolarment minħabba l-ispejjeż baxxi li jirrappreżentaw il-ħaddiema u l-abbondanza ta’ materja prima fil-pajjiżi ġirien; ifakkar li l-objettivi 3 u 8 tal-politika ġdida ta’ koeżjoni 2014-2020 jikkonċernaw it-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs u l-promozzjoni ta’ impjiegi sostenibbli ta’ kwalità għolja; |
|
71. |
Jinnota li l-mikrointrapriżi u l-SMEs tar-reġjuni ultraperiferiċi, li r-ritmu ta’ produzzjoni tagħhom għadu għoli minkejja l-kriżi, ikollhom jiffaċċjaw diffikultajiet ikbar fl-aċċess għall-finanzjament, li jipperikola l-iżvilupp tagħhom u t-tul ta’ ħajja tagħhom; |
|
72. |
Jilqa’, f’dan ir-rigward, l-objettivi tal-programm COSME futur maħsub biex jappoġġa l-SMEs Ewropej, partikolarment fi kwistjonijiet b’rabta mal-finanzjament u l-konkwista ta’ swieq ġodda; jilqa’ l-iżvilupp tal-istrument ta’ mikrofinanzjament Progress; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dawn il-programmi fir-reġjuni ultraperiferiċi u jilqa’ l-possibbiltà ta’ djalogu mal-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment dwar il-possibilità ta' kontribuzzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs tar-reġjuni ultraperiferiċi, bl-għan li jinħolqu fondi ta’ investiment lokali f’kull reġjun ultraperiferiku u li jiġu żviluppati s-swieq reġjonali tal-kapital tar-riskju; |
|
73. |
Jenfasizza l-bżonn ta’ adattament tal-iżvilupp ekonomiku ta’ kull reġjun ultraperiferiku skont il-potenzjal tiegħu; josserva, pereżempju, li l-insuffiċjenza ta' kapaċitajiet ta' pproċessar tal-iskart toffri marġni ta' progress kemm fil-qasam tal-impjiegi kif ukoll f'dak ambjentali; |
|
74. |
Jilqa' l-ftuħ reċenti tal-konsultazzjoni pubblika bl-isem “Pjan ta' azzjoni aħdar għall-SME”; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tintegra l-problematiċi u l-kompetenzi tal-SMEs tar-reġjuni ultraperiferiċi f'dan il-qasam fil-konklużjonijiet futuri tagħha; |
|
75. |
Jenfasizza li t-turiżmu huwa wieħed mill-muturi ewlenin tal-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi; iqis, f’dan ir-rigward, li l-iżvilupp u l-immodernizzar tal-lukandi tar-reġjuni ultraperiferiċi permezz ta’ appoġġ konġunt mill-FEŻR u mill-programm COSME huma indispensabbli biex jiġu favoriti d-diversifikazzjoni u l-iżvilupp tal-possibilitajiet ta’ turiżmu sostenibbli tar-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
76. |
Jissuġġerixxi s-semplifikazzjoni tal-politiki fil-qasam tal-viżi mhux biss għall-Istati Membri tal-Unjoni, iżda wkoll għal ċerti pajjiżi terzi, biex jiġi ffaċilitat it-turiżmu u favorit it-l-iżvilupp ta' turiżmu multidestinatarju bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi ġirien; |
Sinerġiji mal-programm Ewropa Kreattiva
|
77. |
Jinnota li ċerti reġjuni ultraperiferiċi huma karatterizzati minn multikulturaliżmu qawwi u li l-kultura tar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tibbenefika u tieħu benefiċċju wkoll mill-kultura Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tiftaħ l-aċċess għall-proġetti ħerġin mir-reġjuni ultraperiferiċi għall-programm Ewropa kreattiva; |
|
78. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi strateġija għall-iżvilupp u l-importanza tal-wirt kulturali tar-reġjuni ultraperiferiċi fuq il-mudell tal-programm Euromed Heritage IV; |
o
o o
|
79. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 12.
(2) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 1.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/68 |
P7_TA(2014)0134
Evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba: għodda ġdida għall-proċedura ta’ kwittanza mtejba tal-Kummissjoni Ewropea (2013/2172(INI))
(2017/C 285/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti ta’ evalwazzjoni adottati mill-Kummissjoni fl-2012 u l-2013 (COM(2012)0040, COM(2012)0675 u COM(2013)0461), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0068/2014), |
|
A. |
billi l-evalwazzjoni hija għodda mmirata biex jiġu identifikati u mifhuma r-riżultati u l-impatt ta’ proċess u jiġu identifikati alternattivi biex jgħinu fit-teħid tad-deċiżjonijiet li kieku jwassal għal titjib ulterjuri ta' dak il-proċess; |
|
B. |
billi l-awditjar m'għandux jiġi konfuż mal-evalwazzjoni, għaliex l-evalwazzjoni hija kompetenza tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni filwaqt li l-awditjar huwa r-responsabbiltà tal-korpi tal-awditjar; |
|
C. |
billi l-evalwazzjoni tar-riżultati u l-awditjar tal-prestazzjoni jiddependu fuq l-objettivi stabbiliti fl-istadju l-aktar bikri fil-livell ta’ programmazzjoni; |
|
D. |
billi, fil-preżentazzjoni tiegħu tal-abbozz tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid f’Ġunju 2011, il-President Barroso talab biex id-deċiżjonijiet tal-baġit isiru “mhux permezz ta’ intestaturi tradizzjonali ġġenerati mill-burokrazija imma f’termini ta’ fatti u għanijiet […] biex jiġi sfruttat kull Euro minfuq”; |
|
E. |
billi, minkejja l-impenn tal-Kummissjoni għall-prestazzjoni, l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività xorta għadu l-prinċipju fundamentali fl-abbozzar tal-baġit tal-Unjoni; |
|
F. |
billi, fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri biex jeżaminaw il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni u jiżviluppaw pjan ta’ azzjoni skedat f’dan ir-rigward; |
|
1. |
Jirrimarka li, bis-saħħa tal-fokus tiegħu fuq il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, ir-rapport ta’ evalwazzjoni introdott taħt l-Artikolu 318 TFUE jikkomplementa l-approċċ ta’ konformità żviluppat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Kapitoli 1 sa 9 tar-rapport annwali tagħha u jagħti lill-Parlament l-opportunità li jeżerċita b'mod aktar effettiv il-poter tiegħu ta' skrutinju politiku fuq l-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi Ewropej; |
|
2. |
Ifakkar li l-kwittanza hija proċedura politika li tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni taħt ir-responsabilità tagħha stess u f'kooperazzjoni mal-Istati Membri; |
|
3. |
Ifakkar li, fis-17 ta' April 2013, il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni timmodifika l-istruttura tar-rapport ta’ evalwazzjoni previst mill-Artikolu 318, “billi tiddistingwi l-politiki interni minn dawk esterni u tiffoka, fi ħdan it-taqsima relatata mal-politiki interni, fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 [waqt li] tqiegħed l-enfasi fuq il-progress li sar fil-ksib tal-inizjattivi emblematiċi” (1); |
|
4. |
Ifakkar ukoll li l-Ftehim Interistituzzjonali (2) li jakkumpanja l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jispeċifika li “il-Kummissjoni għandha tiddistingwi bejn il-politiki interni, iffukati fuq l-istrateġija Ewropa 2020, u l-politiki esterni u għandha tuża aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni, inkluż riżultati tal-verifika tal-prestazzjoni, biex tevalwa l-finanzi tal-Unjoni skont ir-riżultati miksuba”; |
|
5. |
Jinnota li l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività għadu l-prinċipju fundamentali fit-tfassil tal-baġit tal-Unjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha tal-2012, tikkonkludi li għal bosta oqsma tal-baġit tal-UE l-qafas leġiżlattiv huwa kumpless u li l-enfasi fuq il-prestazzjoni hi insuffiċjenti, u jiddispjaċih li l-proposti dwar l-agrikoltura u l-koeżjoni għall-perjodu ta' pprogrammar 2014–2020 baqgħu fundamentalment ibbażati fuq l-input (orjentati lejn in-nefqa) u għalhekk għadhom iffokati fuq il-konformità mar-regoli aktar milli fuq il-prestazzjoni; |
|
6. |
Jilqa' l-fatt li fl-aħħar rapport tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2013)0461) il-Kummissjoni aċċettat diversi rakkomandazzjonijiet li saru mill-Parlament fid-deċiżjoni tiegħu li jagħti kwittanza; |
|
7. |
Jiddeplora, madankollu, l-fatt li minflok ma ffokat fuq il-ksib tal-objettivi prinċipali tal-Unjoni, u l-effettività tal-politiki tagħha, il-Kummissjoni pprovdiet firxa ta’ sommarji ta’ evalwazzjoni li jkopru l-programmi tal-UE fl-oqsma ta’ politika kollha tal-infiq taħt il-QPF attwali, skont l-intestaturi baġitarji attwali; |
|
8. |
Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri evalwat t-tieni u t-tielet rapport ta' evalwazzjoni u waslet għall-konklużjoni li, filwaqt li kien hemm titjib, ir-rapporti għadhom ma jipprovdux biżżejjed evidenza ta' dak li kisbu l-politiki tal-UE li tkun ukoll rilevanti u affidabbli biżżejjed sabiex tintuża fil-proċedura ta' kwittanza; |
|
9. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża informazzjoni speċifika dwar il-kisbiet tal-Istati Membri fl-evalwazzjoni tagħha dwar il-kisbiet finanzjarji tal-Unjoni; |
|
10. |
Jinsisti li r-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-prestazzjoni finanzjarja m’għandux jipproduċi sett ieħor ta’ evalwazzjonijiet parzjali, sew jekk isiru f’nofs it-terminu, kif ukoll jekk isiru fl-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni; |
|
11. |
Jirrimarka li l-awtorità tal-baġit teħtieġ, kull sena, viżjoni ċara tal-livell reali sa fejn ikunu nkisbu l-objettivi prinċipali tal-Unjoni, li għandha tiġi pprovduta, fl-ewwel pass, permezz ta' evalwazzjoni tal-programmi finanzjarji ewlenin u, fit-tieni pass, evalwazzjoni trażversali, skont id-dikjarazzjonijiet dwar l-infiq operattiv tal-programmi (3) li tivvaluta sa liema punt il-programmi kkontribwixxew għall-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; |
|
12. |
Iqis li l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni għandha tkun sors ta’ informazzjoni u ispirazzjoni għall-Qorti tal-Awdituri; jitlob lill-Qorti biex ta' kull sena tawditja l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, biex tirrapporta dwaru lill-Parlament fir-rapport annwali tagħha u li tikkunsidrah meta tiddefinixxi l-programm tagħha għall-awditjar tal-prestazzjoni; |
|
13. |
Jistieden lill-Qorti tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress li sar mill-Kummissjoni fit-tfassil t-tħaddim tal-proċessi tagħha għall-ġestjoni tar-riskju, il-governanza u l-kontroll intern bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni b'mod trasparenti u responsabbli, u biex din tifformula r-rakkomandazzjonijiet tagħha jekk tiltaqa' ma' xi nuqqasijiet; |
|
14. |
Jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 318, kif stabbilit fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja l-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni (SWD(2013)0229), u b’mod partikolari, japprezza l-fatt li r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 318 jinkorpora tagħrif dwar il-prestazzjoni mill-pjanijiet ta’ ġestjoni, ir-rapporti annwali tal-attività u r-rapport ta’ sinteżi, kif mitlub mill-Parlament fl-2013; |
|
15. |
Jilqa’ wkoll il-fatt li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistruttura u tibbaża r-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha fuq il-qafas ta’ prestazzjoni l-ġdid għall-QFP li jmiss; |
|
16. |
Jirrimarka li qafas ta’ prestazzjoni bħal dan għandu jħaddan it-tliet elementi prinċipali li ġejjin: il-ksib tal-objettivi (riżultati) tal-programm, il-ġestjoni tajba tal-programm mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, u kif ir-riżultati tal-programm u l-ġestjoni tajba jikkontribwixxu għall-objettivi prinċipali tal-Unjoni; |
|
17. |
Jenfasizza li din il-valutazzjoni ta' prestazzjoni tista' ssir biss f'oqsma fejn l-UE teżerċita responsabbiltà politika reali u fejn tista' effettivament teżerċita influwenza sinifikanti; |
|
18. |
Jinsisti dwar il-ħtieġa li d-data miksuba mill-proċess ta’ evalwazzjoni tiġi aggregata fil-livell globali, u, fir-rigward tal-politiki interni, skont ir-relazzjoni mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapport ta' evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 318 TFUE, qabel it-30 ta' Ġunju tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja li tkun is-suġġett tal-evalwazzjoni; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Ara d-deċiżjoni tal-Parlament dwar “il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi” (ĠU L 308, 16.11.2013, p. 27.).
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ara l-“Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014: Dokument ta' Ħidma Taqsima I – Id-dikjarazzjonijiet dwar l-infiq operattiv tal-programmi”, COM(2013)0450, Ġunju 2013
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/71 |
P7_TA(2014)0161
Finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea (2013/2175(INI))
(2017/C 285/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni intitolata “Il-Finanzjament fuq Terminu Twil tal-Ekonomija Ewropea” (COM(2013)0150), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Livell Għoli tal-OECD tal-Finanzjament ta' Investiment fit-Tul minn Investituri Istituzzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”: “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (COM(2008)0394), li tirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-SMEs fl-ekonomija tal-UE u għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-SMEs u tippromwovi t-tkabbir tagħhom u l-potenzjal li joħolqu l-impjiegi billi ttaffi għadd ta' problemi meqjusa li qed ifixklu l-iżvilupp tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs” (COM(2011)0870), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal “regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)” (COM(2011)0834), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2011 intitolata “Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa” (COM(2011)0078) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Mejju 2011 dwarha (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati tas-Sħubija Transatlantika għall-Kummerċ u l-Investiment, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0065/2014), |
|
A. |
billi, skont il-Kummissjoni, il-banek kummerċjali huma sors primarju ta' finanzjament fl-UE, peress li jipprovdu aktar minn 75 % ta' intermedjazzjoni finanzjarja; |
|
B. |
billi l-kriżi finanzjarja globali u l-kriżi tad-dejn sovran fl-UE fixklu b’mod sinifikanti l-proċess ta’ intermedjazzjoni finanzjarja u l-abilità tas-settur finanzjarju tal-Ewropa li jidderieġi t-tfaddil għall-ħtiġijiet ta’ investiment fuq terminu twil, minħabba l-ambjent makroekonomiku dgħajjef; |
|
C. |
billi l-investiment pubbliku għandu rwol ewlieni x’jaqdi biex jimmotiva l-investiment fit-tul; billi, kif jidher mill-istudji reċenti tal-Kummissjoni (4), il-politiki ta’ konsolidazzjoni fiskali, b’mod partikolari meta kkoordinati fil-livell tal-UE, kellhom impatt kbir ħafna fuq l-investiment fit-tul, minħabba l-effetti sekondarji u l-eżistenza ta’ multiplikatur fiskali pożittiv; |
|
D. |
billi l-kompetituri internazzjonali tal-UE, bħall-Istati Uniti jew il-Ġappun, żammew livelli għolja ta’ investiment pubbliku, filwaqt li l-politiki tal-UE wasslu għal livelli baxxi ħafna ta’ dan it-tip ta' investiment; |
|
E. |
billi hemm nuqqas persistenti ta' fiduċja u livell għoli ta' averżjoni għar-riskju min-naħa tal-investituri kemm privati kif ukoll istituzzjonali; |
|
F. |
billi l-interessi baxxi u l-projezzjonijiet ta’ tkabbir baxx, għall-inqas għall-futur prevedibbli u l-inċertezza ekonomika naqqsu b’mod sinifikanti l-provvista tal-finanzjament fit-tul kif ukoll il-ħajra għar-riskju għall-proġetti fit-tul; |
|
G. |
billi finanzi pubbliċi limitati fl-Istati Membri fixklu l-kapaċità tas-settur pubbliku li jinvesti fl-infrastruttura; |
|
H. |
billi l-Parlament talab aktar minn darba att leġiżlattiv dwar ir-ristrutturar tal-kumpaniji (kif kien diġà mitlub f'Jannar 2013) sabiex in-negozji jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul; |
|
I. |
billi ż-żieda fil-qgħad ġenerali, b’mod partikolari fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, tibqa’ theddida kbira għall-konverġenza ekonomika u soċjali fil-livell tal-UE; |
Raġunament
|
1. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tibda dibattitu wiesa' dwar modi li jħeġġu l-provvista ta' finanzjament fit-tul u jtejbu u jiddiversifikaw is-sistema ta' intermedjazzjoni finanzjarja għal investiment fit-tul fl-UE; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ isir progress konkret b'mod urġenti sabiex jerġa’ jiġi mniedi l-investiment fit-tul u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-UE; jenfasizza li d-definizzjoni ta’ finanzjament fit-tul għandha tkun ibbilanċjata u tinkludi l-eżistenza ta’ obbligazzjonijiet stabbli li jimmaniġġjaw l-assi fit-tul mingħajr ebda riskju ta’ likwidità eċċessiva; |
|
2. |
Jenfasizza li l-investimenti fit-tul iridu jkunu konformi mal-ħtiġijiet tal-ekonomija reali sabiex jipprovdu l-bażi neċessarja għat-tkabbir ekonomiku kontinwu u sostenibbli u l-benessri soċjali meħtieġa biex tinkiseb UE kompetittiva, sostenibbli, soċjalment inklussiva u innovattiva; |
|
3. |
Jinnota l-ispeċifiċità taċ-ċirkostanzi ffaċċjati fil-livelli lokali u reġjonali u jitlob kooperazzjoni effiċjenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu ffaċilitati proġetti transnazzjonali u l-istabbiliment ta' kultura ta' investiment fit-tul fl-UE kollha; |
|
4. |
Jenfasizza li l-investimenti fit-tul iridu jkunu konformi mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, l-aġġornament tal-politika industrijali tal-2012, l-inizjattiva tal-Unjoni ta' Innovazzjoni kif ukoll il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
|
5. |
Jenfasizza li l-ispejjeż tat-taħriġ u l-edukazzjoni għandhom jiġu trattati bħala investimenti fit-tul; |
|
6. |
Jinnota li l-kapaċità tal-ekonomija li tipprovdi finanzjament għal investiment fit-tul tiddependi fuq id-domanda pubblika u privata, li t-tnejn huma baxxi ħafna fl-UE, il-kultura ta’ investiment tagħha kif ukoll il-kapaċità tagħha li tiġġenera finanzjamenti u li tattira u żżomm kapital ta’ investiment dirett domestiku u barrani; |
|
7. |
Jenfasizza li l-investimenti fit-tul għandhom rwol kruċjali fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji permezz ta' investiment kontroċikliku li jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli; |
|
8. |
Jinnota li l-banek fl-UE jipprovdu aktar minn 75 % tal-investiment fit-tul, li joħloq dipendenza sinifikanti fuq dan is-sors ta' finanzjament, filwaqt li fl-Istati Uniti anqas minn 20 % tal-finanzjament fit-tul huwa pprovdut mill-banek, u maġġoranza kbira minn swieq tal-kapital żviluppati sew; |
|
9. |
Jinnota li s-sistema finanzjarja tal-UE se ssir aktar flessibbli b’firxa usa’ ta’ sorsi ta’ finanzi mhux bankarji u strumenti li jservu lil dawk li jfaddlu u l-ħtiġijiet finanzjarji fit-tul tal-kumpaniji; |
|
10. |
Jinnota li biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE fil-qasam tal-klima u l-enerġija, jeħtieġ li allokazzjoni tal-assi tiġi indirizzata lejn l-investiment ekoloġiku fit-tul; |
|
11. |
Jenfasizza li l-konsolidazzjoni fiskali hija l-prijorità għall-baġits pubbliċi bl-għan li tiżgura u tirkupra l-konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u mat-tieni pakkett ta' proposti għall-governanza ekonomika; għalhekk jappoġġja l-inizjattiva maħsuba biex issaħħaħ l-investiment privat fil-finanzjament fit-tul; |
Ostakoli għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv
|
12. |
Jinnota li l-finanzjament pubbliku huwa limitat minħabba t-tkabbir ekonomiku bil-mod, ġestjoni ħażina tal-baġit pubbliku u l-għoti tal-għajnuna statali biex ikunu salvati l-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
13. |
Jinnota li ċerti pajjiżi qed jiffaċċjaw ostakoli serji għall-aċċess tas-swieq tal-kapital, jew qed ikunu saħansitra mċaħħda minn dan l-aċċess għaliex akkumulaw livelli eċċessivi ta' dejn fis-snin riċenti, filwaqt li s-swieq tal-kapital kienu l-kawża ewlenija tal-kriżi riċenti; jinnota wkoll li l-SMEs f’bosta Stati Membri qed ikollhom diffikultà kbira biex jaċċedu għall-kapital, minħabba li l-banek kummerċjali huma lesti biss li jselfu taħt kundizzjonijiet diffiċli wisq; |
|
14. |
Jinnota li ċerti investituri mis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni jeħtieġu jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom għal rekwiżiti regolatorji stretti u li qed jevolvu; jenfasizza li dawn ir-rekwiżiti huma mistennija li jsaħħu l-finanzjament tal-ekonomija reali u għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali tal-UE maħsuba għal ekonomija sostenibbli, inklussiva u intelliġenti; |
|
15. |
Jinnota li l-investituri jistgħu wkoll jiġu skoraġġuti milli jinvestu f’ċerti setturi, minħabba r-riskju ta’ tibdiliet regolatorji li jistgħu materjalment ibiddlu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ta’ proġett; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, tivvaluta r-riskji sistemiċi li jinħolqu għas-swieq tal-kapital u s-soċjetà ġenerali minħabba l-eċċess ta' assi marbuta mal-karbonju li ma jistgħux jerġgħu jintużaw; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar dik il-valutazzjoni bħala segwitu għall-Green Paper tagħha; |
|
17. |
Jinnota li l-kodiċijiet ta’ falliment attwali fl-UE huma frammentati u jistgħu, f'ċerti każijiet, jiskoraġġixxu l-investiment transfruntier u jirrestrinġu l-kapaċità tal-investituri li jirkupraw il-kapital tagħhom f’każ li jfalli proġett; iwissi li ġirja lejn l-iktar livell baxx rigward il-protezzjoni tal-investitur trid tiġi evitata; jirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet tal-falliment jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri; |
Mekkaniżmi alternattivi ta' finanzjament
|
18. |
Jinnota li l-banek kummerċjali x’aktarx jibqgħu sors ewlieni ta’ finanzjament u li huwa fundamentali għall-Istati Membri li jistabbilixxu sorsi ġodda biex jikkumplimentaw mekkaniżmi stabbiliti u jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ finanzjament, filwaqt li jipprovdu qafas regolatorju u superviżorju xieraq immirat lejn il-ħtiġijiet tal-ekonomija reali; jiddispjaċih li matul l-aħħar għoxrin sena l-offerti pubbliċi fl-UE naqsu u dan fixkel it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-istabbiltà. jinnota li l-SMEs elenkati jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-impjiegi kollha maħluqa fl-UE u jiddispjaċih għall-konsegwenzi negattivi li jkollhom dawn il-kumpaniji minħabba kapital limitat fil-fażi tat-tkabbir; |
|
19. |
Jipproponi li jitqies il-ħolqien ta’ sezzjoni ta’investiment fi ħdan il-baġit tal-UE; |
|
20. |
Jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar il-fondi ta' investiment fit-tul; jinnota li l-karatteristiċi previsti tagħhom ifisser li se jservu prinċipalment lill-investituri istituzzjonali; jirrimarka li r-reġim tal-UE dwar fondi alternattivi ta' investiment, kapital ta' riskju u fondi ta' investiment soċjali jipprovdi wkoll mudelli ta' strument xieraq ta' investiment; |
|
21. |
Jenfasizza r-rwol imsaħħaħ ta’ strumenti finanzjarji innovattivi ġodda fl-oqsma kollha ta’ attività u fil-fondi kollha koperti mill-Fondi Strutturali u mill-Fondi ta’ Investiment Ewropej; jenfasizza li r-rwol tal-istrumenti finanzjarji fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni qed jikber, minħabba d-disponibilità fqira ta’ self għall-investiment fl-ekonomija reali; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi ċ-ċarezza legali u t-trasparenza tal-istrumenti finanzjarji ġodda kummerċjalment disponibbli u tistabbilixxi rabtiet aktar sodi mal-għażliet ta’ self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas Ewropew imsaħħaħ għall-fondi ta’ investiment anqas likwidi sabiex tidderieġi l-likwidità għal żmien qasir tal-unitajiet domestiċi privati f’investimenti fit-tul, u biex tipprovdi soluzzjoni addizzjonali ta’ rtirar; |
|
23. |
Iħeġġeġ lill-partijiet interessati jiżviluppaw aktar l-Inizjattiva tal-UE-Bank Ewropew tal-Investiment tal-Bonds tal-Proġetti biex iżidu l-finanzjament ta’ proġetti kbar Ewropej ta’ infrastruttura fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi nazzjonali tal-bonds tal-proġetti appoġġati minn skemi ta' garanzija; ifakkar li l-garanziji pubbliċi għandhom jingħataw biss taħt kundizzjonijiet stretti maħsuba biex jiżguraw il-provvediment xieraq tal-beni pubbliċi; |
|
24. |
Jemmen li s-Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPP) jistgħu jkunu metodu effettiv u kosteffiċjenti biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat għal ċerti investimenti, speċjalment fil-proġetti ta’ infrastruttura; jinnota li hemm ħtieġa kbira għal livell għoli ta’ għarfien li jippermetti selezzjoni xierqa, evalwazzjoni, disinn, ippjanar fit-tul u stabbiliment ta' arranġamenti ta’ finanzjament ta’ tali proġetti. |
|
25. |
Jemmen li l-investituri pubbliċi fit-tul (banek ta' żvilupp nazzjonali, reġjonali u multilaterali u istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi) huma għodda b'saħħithom biex jistimulaw l-investiment privat u b'hekk jippermettu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament u jikkatalizzaw il-finanzjament fit-tul għall-impriżi ta' interess pubbliku usa' u ta' importanza strateġika, jiġifieri dawk li jżidu l-valur għall-objettivi ta' politika pubblika relatati mat-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-protezzjoni ambjentali; jenfasizza l-importanza tar-responsabbiltà, it-trasparenza u s-sjieda demokratika tal-għanijiet mixtieqa tal-investiment fit-tul u l-mekkaniżmi ta’ faċilitazzjoni; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'dokument ta’ segwitu, tesplora u tiżviluppa approċċ armonizzat għal valutazzjoni fit-tul ta’ proġetti ta’ interess ġenerali appoġġjat mir-riżorsi pubbliċi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri joħolqu netwerks xierqa għall-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, u jistabbilixxu investituri pubbliċi fit-tul nazzjonali jew reġjonali li jistgħu jitgħallmu mill-aħjar prattika tal-istituzzjonijiet diġà stabbiliti; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li tali banek tal-iżvilupp nazzjonali jew reġjonali, li spiss huma strutturati fuq linji kooperattivi, komplew joffru finanzjament affidabbli għall-ekonomiji reġjonali u lokali matul il-kriżi attwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ dan it-tip; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi li bihom tappoġġja lill-Istati Membri li jirrikjedu assistenza finanzjarja u teknika biex jistabbilixxu l-investituri pubbliċi fit-tul nazzjonali u reġjonali tagħhom, u biex jeżaminaw il-possibilità ta’ mekkaniżmu ta’ garanzija tal-UE għall-investituri fit-tul nazzjonali; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-potenzjal għal tekniki ta’ aggregazzjoni u raggruppament biex b’hekk itejbu l-prospetti għal proġetti ta’ infrastruttura soċjali u proġetti oħrajn fuq skala iżgħar biex jiġi attirat l-investiment meħtieġ; |
|
30. |
Jinnota t-tkabbir mgħaġġel tal-finanzjament kollettiv u jemmen li dan jista’ jġib opportunitajiet ġodda; jenfasizza, madankollu, li l-protezzjoni u t-trasparenza tal-investitur iridu jiġu rispettati; |
|
31. |
Jemmen li l-investituri istituzzjonali – kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, negozji tal-familja, fondi mutwi u allokazzjonijiet – huma fornituri xierqa u affidabbli tal-finanzjament fit-tul, minħabba l-perspettivi ta’ żmien itwal tal-mudelli ta’ negozju tagħhom; jenfasizza li r-rekwiżiti ta’ superviżjoni u dawk prudenzjali xierqa relatati ma’ dawn l-investituri istituzzjonali jeħtieġu jiġu mtejba u kkalibrati sabiex jippromwovu l-investimenti fit-tul għal ekonomija reali intelliġenti, sostenibbli u inklussiva; |
|
32. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-aċċess għas-swieq tal-kapital permezz ta’ sorsi ġodda ta’ finanzjament bħal pereżempju offerti inizjali għall-pubbliku, finanzjament kollettiv, self bejn il-pari u bonds (koperti) jew permezz ta’ sezzjonijiet ġodda tas-suq; jistieden lill-UE tieħu rendikont tal-inizjattivi nazzjonali li rnexxew u tibni fuqhom sabiex tidentifika u tneħħi l-ostakoli għall-offerti pubbliċi inizjali; jappoġja l-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni tas-swieq tat-tkabbir tal-SME skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp tagħhom permezz tar-rieżami tad-Direttiva dwar il-Prospett; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra approċċ trasversali bl-għan li tesplora modi għat-tisħiħ tas-swieq pubbliċi għall-SMEs u ta' diversifikazzjoni tar-raggruppamenti ta' investituri fid-dawl tad-Direttivi dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji; |
|
33. |
Iħeġġeġ sforzi regolatorji li jiggarantixxu t-titolizzazzjoni ta' kwalità għolja tal-assi filwaqt li jipprevjenu strutturi ta' titolizzazzjoni mill-ġdid kumplessi ħafna u eċċessivi u li jkollhom aktar minn tliet segmenti; jinnota li hemm skop għal aktar standardizzazzjoni u trasparenza fir-rigward ta' riskji sottostanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew isegwu mill-qrib il-ħidma tal-grupp ta' ħidma dwar it-titolizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli–Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u jipparteċipaw b'mod attiv f'din il-ħidma; jinnota li huwa nieqes approċċ konsistenti, u għalhekk jitlob l-iżvilupp ta' qafas regolatorju ġenerali u definizzjoni ta' “titolizzazzjoni ta' kwalità għolja”; iqis li t-titolizzazzjoni jista’ jkollha rwol importanti fl-intermedjazzjoni finanzjarja kemm ta’ assi fuq terminu twil kif ukoll fuq terminu qasir u tista’ tkun ta’ benefiċċju għal mutwatarji ta’ daqs żgħir u medju; |
|
34. |
Jinnota li t-titolizzazzjoni kienet waħda mill-fatturi li kkontribwixxew għall-kriżi, peress li r-responsabbiltà fit-tul għar-riskju ġiet imxerrda mal-katina ta’ titolizzazzjoni. għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ kemm is-sistema bankarja, inklużi banek kooperattivi u ta’ tfaddil pubbliċi, kif ukoll il-kapaċità tal-banek li jaċċedu għal finanzjament mill-ġdid fit-tul sabiex ikopru l-investimenti tagħhom fit-tul; |
|
35. |
Jilqa' l-operazzjonijiet tat-tisħiħ tal-kreditu tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni maħsuba biex jiġġeneraw finanzjament addizzjonali għall-SMEs; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u regolatorji żejda, u biex speċjalment tqis l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs u l-intraprendituri; jilqa' l-adozzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) u l-Programm Orizzont 2020; jinnota li l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji għamlet il-finanzjament tas-settur tal-SME aktar diffiċli u ta' piż; |
|
37. |
Jirrakkomanda li l-BEI iwaqqaf fergħa speċjali għall-finanzjament tal-SMEs b’kundizzjonijiet tas-self imfassla apposta; |
|
38. |
Jinnota s-sejħa tal-Kummissjoni għall-użu ta’ ekwità privata jew kapital ta’ riskju, kif irregolat mid-Direttiva dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (AIFM) u r-Regolament dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju, bħala sors alternattiv ta’ finanzjament, partikolarment lejn kumpaniji f’fażijiet ta’ bidu u tkabbir; jinnota li bħalissa hemm żbilanċ fiskali qawwi li jiffavorixxi l-finanzjament tad-dejn; jemmen li l-ekwità privata u d-ditti tal-kapital ta’ riskju jipprovdu appoġġ mhux finanzjarju ta’ valur fosthom servizzi ta’ konsulenza, konsulenza finanzjarja, konsulenza dwar strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni u taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta aktar ir-rwol ta' dawn id-ditti fil-finanzjament tal-ekonomija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex telimina l-preġudizzju kollu kontra l-ekwità fid-diversi ekonomiji nazzjonali, Ewropej u globali; |
Ambjent regolatorju
|
39. |
Jemmen li klima ta' negozju favur l-investitur b'rieda b'saħħitha lejn progress teknoloġiku hija prerekwiżit biex l-UE ssir destinazzjoni attraenti għall-investiment dirett barrani; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġeġ il-moviment liberu tal-kapital kemm fl-UE kif ukoll bejn l-UE u pajjiżi terzi, sabiex l-Ewropa tkun tista’ taċċessa r-raggruppamenti globali tal-kapital; f’dan ir-rigward jinnota b’mod partikolari l-importanza li jiġi żgurat li d-Direttiva dwar l-AIFM tiġi implimentata b’tali mod li jitħeġġeġ l-investiment barrani fl-Ewropa; |
|
40. |
Iqis li huwa importanti għall-investituri li jkollhom għażla bejn bosta prodotti ta’ investiment attraenti biex jiddiversifikaw l-investiment tagħhom; |
|
41. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi eliminata l-perspettiva ta' inklinazzjoni eċċessiva għal terminu qasir fl-imġiba tal-investitur u li nersqu qrib kultura ta’ investiment responsabbli li jwassal għal investiment fit-tul fl-EU; |
|
42. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem fehim komuni li l-istabbiltà finanzjarja u t-tkabbir ma jeskludux lil xulxin iżda jkunu pjuttost interdipendenti u jiffurmaw bażi importanti li fuqha tinbena u tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri fuq bażi fit-tul; |
|
43. |
Jissottolinja l-importanza tal-edukazzjoni finanzjarja u l-fehim tal-investitur fl-istabbiliment ta’ kultura ta’ investiment fit-tul fl-Ewropa u jenfasizza r-rwol li r-regolamentazzjoni tal-UE jista’ jkollha f’dan ir-rigward; |
|
44. |
Jenfasizza li qafas regolatorju konsistenti u ċertezza legali huma indispensabbli għal suq uniku li jiffunzjona għas-servizzi finanzjarji; jemmen li r-riforma attwali u futura tas-sistema regolatorja għandha tiġi vvalutata sew u l-konsegwenzi tagħha jiġu segwiti mill-qrib; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-promozzjoni tal-Unjoni Bankarja sabiex inaqqsu l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tikkompleta s-suq uniku għas-servizzi sabiex tuża l-potenzjal kollu tiegħu; |
|
45. |
Jitlob implimentazzjoni ta’ inċentivi biex itejbu l-ishma fit-tul, bħad-drittijiet addizzjonali tal-vot fil-bordijiet ta’ tmexxija, ishma addizzjonali jew dividendi ogħla; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-impatt kumulattiv tar-regolament finanzjarju diġà konkluż u li għaddej bħalissa dwar l-investiment fit-tul; |
|
47. |
Jilqa’ l-iżviluppi fin-negozjati li għaddejjin dwar is-Sħubija Transatlantika għall-Kummerċ u l-Investiment; jinnota l-importanza ta’ dawn in-negozjati fit-tisħiħ tal-politiki u l-miżuri biex jiżdied l-investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE b’appoġġ għall-ħolqien ta’ impjiegi, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kompetittività internazzjonali; |
|
48. |
Jemmen li valutazzjoni tal-impatt speċifika dwar il-finanzjament fit-tul għandha tiġi inkluża f'kull proposta leġiżlattiva rigward ir-regolament dwar is-servizzi finanzjarji rilevanti; |
|
49. |
Jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Kummissjoni lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol biex teżamina l-kalibrar potenzjali ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ rekwiżit tal-kapital skont ir-reġim tas-Solvenza II biex tevita ostakoli possibbli għall-finanzjament fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta b’mod sħiħ dwar il-kalibrazzjonijiet proposti u tkompli temenda l-leġiżlazzjoni attwali; |
|
50. |
Itenni t-talba tiegħu għall-proposta għal regolament dwar rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment biex ikun assenjat piż tar-riskju xieraq għal skoperturi ggarantiti totalment u kompletament b'ipoteki fuq proġetti ta' infrastruttura kritiċi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-kommunikazzjoni; iqis li leġiżlazzjoni ulterjuri għandha tqis il-ħtiġijiet ta’ investituri fit-tul, tevalwa r-riskju ta’ assi finanzjarji billi tinkludi n-natura u t-tul ta’ żmien tal-obbligazzjonijiet u tirrikonoxxi l-effett pożittiv ta’ obbligazzjonijiet stabbli; |
|
51. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfittex kooperazzjoni internazzjonali mtejba u konverġenza fil-qasam tal-investiment fit-tul permezz ta’ djalogu globali kemm fil-livell tal-G20 kif ukoll f’dak tal-FSB; |
|
52. |
Jemmen li l-investimenti f’assi fit-tul jeħtieġu għarfien fil-fond u valutazzjoni tar-riskji fit-tul marbuta magħhom; għalhekk, jenfasizza, li l-investituri jeħtieġu jistabbilixxu kompetenza qawwija u ġestjoni tajba tar-riskju biex jissalvagwardjaw impenji fit-tul; |
|
53. |
Jemmen li prinċipji sodi ta’ kontabilità konsistenti ma' objettivi fit-tul applikabbli għall-investituri istituzzjonali, bħat-tranżizzjoni għal ekonomija favur il-klima, jistgħu jsaħħu t-trasparenza u l-konsistenza tal-informazzjoni finanzjarja u għandhom jirriflettu b’mod sistematiku l-approċċ ekonomiku użat mill-investituri fit-tul; jenfasizza li, minkejja dan, l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji ta’ kontabilità ma jrid ikollhom l-effett li joħolqu inċentivi għal strateġiji pro-ċikliċi; iħeġġeġ lill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà jqis ir-riskju tal-proċikliċità meta jerġa' jeżamina l-prattiki skont is-suq u skont il-mudelll u jirrikonoxxi l-importanza ċentrali tal-prudenza fir-reviżjoni tal-Qafas Kunċettwali tiegħu; jemmen li l-iżvelar ta’ informazzjoni mhux finanzjarja ċara u standardizzata ta’ kumpaniji kbar jista’ jżid it-trasparenza u jrawwem klima aktar favorevoli għall-investitur; |
|
54. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib ix-xogħol tal-G20 dwar il-proposti biex jinħoloq qafas ta’ investiment multilaterali li jistabbilixxi standards minimi u jimmodifika ċerti regolamenti ta’ investiment fit-tul u regoli tal-kontabbiltà ta’ valur ġust sabiex jiġu indirizzati varjazzjonijiet u volalitilità fuq terminu qasir u li konsegwentement ikattru investimenti transkonfinali; |
|
55. |
Jemmen li hemm ħtieġa kbira għal ambjent prevedibbli tat-taxxa li jipprevjeni impedimenti għall-investimenti fit-tul; jinnota li ċerti inċentivi u konċessjonijiet tat-taxxa jistgħu jkunu fundamentali għat-trawwim tal-investiment; jinkoraġixxi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u jenfasizza li s-suq intern jirrikjedi trasparenza u koordinazzjoni aktar qawwija tal-politiki tat-taxxi nazzjonali sabiex jiffaċilitaw l-investiment transfruntiera u jevitaw tassazzjoni doppja jew nontassazzjoni doppja; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tagħti rendiment fiskali vantaġġjuż fuq proġetti ta' infrastruttura sostenibbli jew inċentivi u konċessjonijiet fiskali oħra biex jippromwovu l-investiment fit-tul; |
|
56. |
Jistieden lill-Istati Membri biex f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jeżaminaw mill-ġdid l-għodod tagħhom ta' ppjanar tal-baġit u biex jiżviluppaw u jippubblikaw il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom stess sabiex jipprovdu lill-investituri u lill-partijiet interessati oħra b'informazzjoni dettaljata u jippermettu aktar ċertezza u ppjanar bil-quddiem fir-rigward ta' proġetti futuri; jistieden lill-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri jiżviluppaw mezz ta' standardizzazzjoni tad-data tal-proġetti ta' infrastruttura u biex jagħmluh disponibbli permezz ta’ maħżen tad-data ċentrali; |
|
57. |
Jemmen li qafas regolatorju settorjali stabbli fit-tul huwa essenzjali għal detenturi ta' konċessjonijiet li joperaw infrastrutturi kbar ta’ trasport, iffinanzjati mingħajr fondi pubbliċi, għaliex dan se jippermettilhom, permezz tal-applikazzjoni ta' regoli ta’ pprezzar xieraq, jiksbu l-finanzjament li għandhom bżonn, jirkupraw l-ispejjeż tagħhom fit-tul u jiżguraw biżżejjed ritorn fuq l-investiment tagħhom; |
|
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-inċentivi fiskali tal-Istati Membri dwar il-finanzjament fit-tul u t-tranżizzjoni tal-enerġija u tidentifika l-aħjar prassi fid-distinzjoni bejn l-ispejjeż kapitali aktar baxxi għall-investimenti ekoloġiċi u l-ispejjeż kapitali ogħla għall-investimenti fi proġetti inkompatibbli mat-tranżizzjoni għal provvista ta’ enerġija sostenibbli; |
|
59. |
Jitlob biex l-SMEs jingħataw aċċess prijoritarju għall-fondi ta' investiment fit-tul (ELTIFs) peress li huma jiffurmaw is-sinsla tat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-UE; iqis li dan l-aċċess għandu jiġi akkumpanjat minn simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ applikazzjoni; jenfasizza l-importanza li jkun żgurat aċċess aktar faċli għall-finanzjament matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ kumpanija sabiex jinħolqu u jinżammu impjiegi sostenibbli ta’ kwalità; |
|
60. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu lill-fondi tal-pensjonijiet jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment soċjalment responsabbli li jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali u tal-UE, inklużi l-linji gwida u l-prinċipji rilevanti tal-OECD u tan-NU; ifakkar li l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tagħmel rieżami tad-Direttiva dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mill-impjieg (id-Direttiva IORP) m’għandhomx jiskoraġġixxu l-finanzjament fit-tul sostenibbli; |
|
61. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal regolamentazzjoni u superviżjoni finanzjarja aħjar biex jiġu protetti l-ħaddiema, il-kontribwenti u l-ekonomija reali kontra fallimenti futuri tas-suq; |
|
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-komunikazzjoni u r-relazzjoni mal-BEI fir-rigward ta' self imfassal apposta u skemi ta' garanzija; iħeġġeġ lill-BEI biex jaħdem aktar mill-qrib mal-Istati Membri u mar-reġjuni b'rabta mal-implimentazzjoni, min-naħa tagħhom, ta' strumenti finanzjarji ġodda mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, u biex ikompli jsostni l-istrateġiji ta' investiment tagħhom immirata lejn is-settur soċjoekonomiku; barra minn hekk, jistieden lill-BEI biex jikkunsidra wkoll il-possibbiltà ta' flessibbiltà akbar fit-tfassil tad-daqs u r-regoli ta' dan is-self imfassal apposta u skemi oħra relatati, b'tali mod li jkunu kompatibbli kemm jista' jkun mal-istrumenti finanzjarji offruti permezz tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-finanzjament adatt ta' imprendituri żgħażagħ u impriżi soċjali; |
o
o o
|
63. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 102.
(2) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1.
(4) http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/economic_paper/2013/pdf/ecp506_en.pdf
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/78 |
P7_TA(2014)0162
L-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi (2013/2103(INI))
(2017/C 285/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tal-1949 dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni tal-Oħrajn, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tas-CEDAW tal-1979 li tfittex li tiġġieled kull forma ta’ traffikar tan-nisa u l-isfruttament tal-prostituzzjoni tan-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1993 dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, li l-Artikolu 2 tagħha jgħid li l-vjolenza kontra n-nisa tinkludi: “vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika li ssir fi ħdan il-komunità ġenerali, inkluż stupru, abbuż sesswali, fastidju sesswali u intimidazzjoni fuq il-post tax-xogħol, fl-istituzzjonijiet edukattivi u postijiet oħra, traffikar tan-nisa u prostituzzjoni furzata”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll ta’ Palermo 2000 għall-prevenzjoni, is-soppressjoni u l-punizzjoni tat-traffikar ta’ persuni, speċjalment ta’ nisa u tfal, li jissupplementa l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, annessa mal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-objettiv strateġiku D.3 tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni tal-1995 u d-Dikjarazzjoni ta’ Bejġing, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO dwar ix-xogħol furzat jew obbligatorju, li l-Artikolu 2 tagħha jiddefinixxi x-xogħol furzat, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Brussell (11) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li titlob politika komprensiva, multidixxiplinari u koordinata b’mod effikaċi li tinvolvi atturi minn kull qasam ikkonċernat, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa f’dan il-qasam, bħar-Rakkomandazzjoni Nru R 11 tal-2000, dwar it-traffikar tal-bnedmin għal finijiet ta’ sfruttament sesswali, ir-Rakkomandazzjoni Nru R 5 tal-2002 dwar il-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza, u r-Rakkomandazzjoni 1545 tal-2002 dwar il-kampanja kontra t-traffikar tan-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar “Il-Kriminalizzazzjoni tax-xiri ta’ servizzi sesswali biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-persuni għal sfruttament sesswali”, Dok. 12920 tas-26 ta’ April 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Ministerjali Nru 1(12) tal-OSKE ta’ Vjenna 2000 b’appoġġ għall-miżuri tal-OSKE u tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-OSKE biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin (Deċiżjoni Nru 557, meħuda fl-2003), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2011/36/UE tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI tad-19 ta’ Lulju 2002, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inizjattivi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikolari n-nisa (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE Lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 1995 dwar ir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, li saret f’Bejġing “Azzjoni għall-Ugwaljanza, l-Iżvilupp u l-Paċi” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 1997 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kontenut illegali u ta’ ħsara fuq l-Internet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 1997 dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita kampanja madwar l-Unjoni Ewropea għal tolleranza żero tal-vjolenza kontra n-nisa (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-24 ta’ Ottubru 1997 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-minorenni u d-dinjità umana fis-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Novembru 1997 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra t-turiżmu sesswali tat-tfal u d-dokument informali dwar l-kontribut tal-Unjoni Ewropea għat-tisħiħ tal-prevenzjoni tal-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-traffikar tan-nisa għall-finijiet ta’ sfruttament sesswali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Mejju 1998 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-minorenni u d-dinjità umana fis-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 1999 dwar l-armonizzazzjoni tal-forom ta’ protezzjoni li jikkumplimentaw l-istatus ta’ refuġjat fl-Unjoni Ewropea, (10) |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-30 ta’ Marzu 2000 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-ġlieda kontra t-turiżmu sesswali tat-tfal (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2000 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Awstrija bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni tal-Kunsill għall-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-Internet (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Bejġing (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Dwar azzjonijiet ulterjuri fil-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa” (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2000 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-vittmi ta’ reati fl-Unjoni Ewropea: Riflessjonijiet fuq standards u azzjoni (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2001 dwar il-proposta għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2006 dwar strateġiji ta’ prevenzjoni kontra t-traffikar tan-nisa u t-tfal li jkunu vulnerabbli għall-isfruttament sesswali (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u kwalunkwe attività fil-futur (18), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-prostituzzjoni furzata fil-qafas tal-eventi sportivi dinjija (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (20), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tas-CSW tan-NU: l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta’ vjolenza fuq in-nisa u t-tfajliet (22), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus – rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (23), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kampanja ta' sensibilizzazzjoni “Mhux għall-Bejgħ” tal-Lobby Ewropew tan-Nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0071/2014), |
|
A. |
billi l-prostituzzjoni u l-prostituzzjoni furzata huma fenomeni bbażati fuq il-ġeneru, b’dimensjoni globali li tinvolvi madwar 40-42 miljun persuna madwar id-dinja, fejn il-maġġoranza vasta tal-persuni prostitwiti jkunu nisa u tfajliet ta' taħt l-età, u kważi x-xerrejja kollha jkunu rġiel, u billi huwa għalhekk kemm kawża kif ukoll konsegwenza ta’ inugwaljanza bejn is-sessi, li hija taggrava saħansitra iktar; |
|
B. |
billi l-prostituzzjoni u l-prostituzzjoni furzata huma forom ta’ skjavitù inkompatibbli mad-dinjità umana u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; |
|
C. |
billi t-traffikar tal-persuni, b’mod partikolari tan-nisa u t-tfal, għal sfruttament sesswali jew ta’ forom oħra huwa fost l-iktar ksur ovvju tad-drittijiet tal-bniedem; billi t-traffikar tal-bnedmin qed jikber globalment immexxi miż-żieda fil-kriminalità organizzata u l-profittabilità tiegħu; |
|
D. |
billi x-xogħol huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tal-awtorealizzazzjoni tal-bniedem, li permezz tiegħu l-individwi jagħtu kontribut ta’ sostenn għall-benessri kollettiv; |
|
E. |
billi l-prostituzzjoni u l-prostituzzjoni furzata huma marbuta b’mod intrinsiku mal-inugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà u għandhom impatt fuq l-istatus tan-nisa u l-irġiel fis-soċjetà u l-perċezzjoni tar-relazzjonijiet reċiproċi u s-sesswalità; |
|
F. |
billi s-saħħa sesswali u riproduttiva hija promossa permezz ta’ approċċi b’saħħithom għal sesswalità li titwettaq fir-rispett reċiproku; |
|
G. |
billi d-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu tistabbilixxi dispożizzjonijiet robusti dwar il-vittmi; |
|
H. |
billi kwalunkwe politika dwar il-prostituzzjoni għandha impatt fuq ir-realizzazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, taffettwa l-fehim tal-kwistjonijiet b'rabta mal-ġeneru u tibgħat messaġġi u normi lis-soċjetà, inkluż liż-żgħażagħ fiha; |
|
I. |
billi l-prostituzzjoni tiffunzjona bħala negozju u toħloq suq, b'diversi protagonisti interkonnessi fejn il-pimps u dawk li jħaddmu jikkalkulaw u jaġixxu biex jiksbu jew iżidu s-swieq tagħhom u jkabbru l-profitti tagħhom għall-massimu, u billi dawk li jixtru s-sess għandhom rwol ewlieni fiż-żamma tad-domanda f’dan is-suq; |
|
J. |
billi skont id-WHO, is-saħħa sesswali “tirrikjedi approċċ pożittiv u mibni fuq rispett lejn is-sesswalità u r-relazzjonijiet sesswali, kif ukoll il-possibbiltà li wieħed ikollu esperjenzi sesswali ta’ pjaċir u sikuri, mhux sfurzati u mingħajr diskriminazzjoni u vjolenza”; |
|
K. |
billi l-prostituzzjoni tnaqqas l-atti intimi kollha għall-valur monetarju tagħhom u twaqqa’ l-bniedem fil-livell ta’ merkanzija jew ta’ oġġett li għandu jintuża mill-klijent; |
|
L. |
billi l-maġġoranza l-kbira tal-persuni prostitwiti ġejjin minn gruppi vulnerabbli; |
|
M. |
billi l-akkwist huwa marbut mill-qrib mal-kriminalità organizzata; |
|
N. |
billi l-kriminalità organizzata, it-traffikar, il-kriminalità estremament vjolenti u l-korruzzjoni jirnexxu fid-dell tal-prostituzzjoni, u kwalunkwe qafas tal-legalizzazzjoni primarjament ikun ta’ benefiċċju għall-pimps, li huma kapaċi jittrasformaw ruħhom f’“negozjanti”; |
|
O. |
billi s-swieq tal-prostituzzjoni jħeġġu t-traffikar tan-nisa u t-tfal (24); |
|
P. |
billi t-traffikar jaġixxi bħala mezz ta’ provvista ta’ nisa u tfajliet ta' taħt l-età għas-swieq tal-prostituzzjoni; |
|
Q. |
billi d-dejta tal-UE turi li l-politika attwali għall-ġlieda kontra t-traffikar mhijiex effettiva u li hemm problema biex jiġu identifikati u mressqa quddiem il-ġustizzja t-traffikanti u li għandna l-ħtieġa li nsaħħu l-investigazzjoni tal-każijiet tat-traffikar għal finijiet sesswali u l-prosekuzzjoni u l-kundanna tat-traffikanti tal-bnedmin; |
|
R. |
billi aktar u aktar żgħażagħ, li b’mod allarmanti fosthom hemm ħafna tfal, qed jiġu sfurzati fil-prostituzzjoni; |
|
S. |
billi r-restrizzjoni li taħtha huma mwettqa l-attivitajiet tal-prostituzzjoni tista’ tkun diretta u fiżika, jew indiretta minħabba pressjoni fuq il-familja fil-pajjiż ta’ oriġini pereżempju, filwaqt li r-restrizzjoni tista’ tkun ukoll waħda psikoloġika insidjuża; |
|
T. |
billi r-responsabbiltà ewlenija għall-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin hija f’idejn l-Istati Membri, filwaqt li f’April 2013 sitt Stati Membri biss innotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin, li d-data tal-għeluq tagħha għall-implimentazzjoni skadiet fis-6 ta’ April 2013; |
|
U. |
billi l-Kummissjoni, fl-Istrateġija tagħha għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel (2010-2015), tiddikjara li “l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel jiksru drittijiet fundamentali”; |
|
V. |
billi hemm diverġenza enormi fil-mod kif l-Istati Membri jindirizzaw il-prostituzzjoni, u jeżistu żewġ approċċi prinċipali: l-ewwel approċċ iħares lejn il-prostituzzjoni bħala ksur tad-drittijiet tan-nisa – forma ta’ skjavitù sesswali – li jirriżulta u jżomm l-inugwaljanzi bejn is-sessi għan-nisa; l-approċċ l-ieħor isostni li l-prostituzzjoni fiha nnifisha tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi billi tippromwovi d-dritt li l-mara tikkontrolla dak li trid tagħmel b’ġisimha; fiż-żewġ każijiet l-Istati Membri individwali għandhom il-kompetenza li jiddeċiedu dwar l-approċċ tagħhom għall-kwistjoni tal-prostituzzjoni; |
|
W. |
billi hemm differenza bejn il-prostituzzjoni “furzata” u “volontarja”; |
|
X. |
billi l-kwistjoni tal-prostituzzjoni għandha tiġi indirizzata b’viżjoni fit-tul u mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
1. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-prostituzzjoni, il-prostituzzjoni furzata, u l-isfruttament sesswali huma kwistjonijiet ibbażati ħafna fuq il-ġeneru u l-ksur tad-dinjità umana, kontra l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom l-ugwaljanza bejn is-sessi, u għalhekk kontra l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-għan u l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
2. |
Jenfasizza li d-drittijiet tas-saħħa tan-nisa kollha għandhom jiġu rrispettati, inkluż id-dritt għall-ġisimhom u għas-sesswalità tagħhom, mingħajr ma jġarrbu sfurzar, diskriminazzjoni u vjolenza; |
|
3. |
Jenfasizza li hemm bosta rabtiet bejn il-prostituzzjoni u t-traffikar, u jirrikonoxxi li l-prostituzzjoni – kemm globalment kif ukoll madwar l-Ewropa – tikkostitwixxi sors għat-traffikar ta' nisa vulnerabbli u tfajliet ta' taħt l-età, li perċentwal kbir minnhom jinsabu f'età bejn it-13 u l-25 sena; Jenfasizza li, kif muri fid-dejta tal-Kummissjoni, il-maġġoranza tal-vittmi (62 %) huma traffikati għal finijiet ta' sfruttament sesswali, u n-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età jikkostitwixxu 96 % tal-vittmi identifikati u preżunti, u jidher li l-għadd ta' vittmi minn pajjiżi li mhumiex fl-UE qed jiżdied f'dawn l-aħħar snin; |
|
4. |
Jirrikonoxxi madankollu li n-nuqqas ta' dejta affidabbli, preċiża u paragunabbli bejn il-pajjiżi, dovut prinċipalment għan-natura illegali u spiss inviżibbli tal-prostituzzjoni u tat-traffikar, iżomm is-suq tal-prostituzzjoni fid-dlam u jxekkel it-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, li jfisser li ċ-ċifri kollha huma bbażati fuq stimi; |
|
5. |
Jenfasizza li l-prostituzzjoni hija wkoll kwistjoni ta’ saħħa, peress li għandha impatt ta’ detriment għas-saħħa tal-persuni fil-prostituzzjoni, li għandhom possibbiltà akbar li jbatu minn trawmi sesswali, fiżiċi u mentali, dipendenza mid-drogi u l-alkoħol, telf ta' rispett proprju, kif ukoll rata ta’ mortalità akbar minn tal-popolazzjoni ġenerali; iżid jgħid u jenfasizza li bosta mix-xerrejja tas-sess jitolbu sess kummerċjali mingħajr protezzjoni, u dan iżid ir-riskji ta' impatt negattiv fuq is-saħħa, kemm għall-persuni fil-prostituzzjoni kif ukoll għax-xerrejja; |
|
6. |
Jisħaq li l-prostituzzjoni furzata, il-prostituzzjoni u l-isfruttament fl-industrija sesswali jista’ jkollhom konsegwenzi psikoloġiċi u fiżiċi li jdumu (anke wara l-waqfien mill-prostituzzjoni), għall-individwi involuti, speċjalment għat-tfal u l-adolexxenti, minbarra li jkunu kemm kawża kif ukoll konsegwenza tal-inugwaljanza bejn is-sessi u jkomplu l-isterjotipi bejn is-sessi u l-ħsibijiet sterjotipiċi dwar in-nisa li jbiegħu s-sess, bħall-idea li l-ġisem tan-nisa u tat-tfajliet ta' taħt l-età huwa għall-bejgħ biex jissodisfa d-domanda tal-irġiel għas-sess; |
|
7. |
Barra minn hekk jistieden lill-Istati Membri biex f’konformità mal-liġi nazzjonali jintroduċu appuntamenti regolari tal-konsultazzjoni u tas-saħħa għall-prostituti barra l-postijiet tal-prostituzzjoni; |
|
8. |
Jirrikonoxxi li l-prostituti jikkostitwixxu grupp b'riskju għoli għall-infezzjonijiet tal-HIV u mard ieħor trażmess sesswalment; |
|
9. |
Jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar il-modi biex inaqqsu l-perikli assoċjati mal-prostituzzjoni tat-triq; |
|
10. |
Jirrikonoxxi li l-prostituzzjoni u l-prostituzzjoni furzata jista' jkollhom impatt fuq il-vjolenza kontra n-nisa inġenerali, billi r-riċerka fuq ix-xerrejja tas-sess turi li l-irġiel li jixtru s-sess għandhom stampa degradanti tan-nisa (25); jissuġġerixxi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għalhekk, biex il-projbizzjoni tax-xiri tas-servizzi sesswali tkun akkumpanjata minn kampanja għas-sensibilizzazzjoni fost l-irġiel; |
|
11. |
Jisħaq li l-persuni prostitwiti huma partikolarment vulnerabbli soċjalment, ekonomikament, fiżikament, psikoloġikament, emozzjonalment u f’termini tal-familja u huma iktar f’riskju ta’ vjolenza u ħsara milli l-persuni fi kwalunkwe attività oħra; il-forzi nazzjonali tal-pulizija għalhekk għandhom jitħeġġu jindirizzaw, inter alia, ir-rati baxxi ta' prosekuzzjoni għal stupri fost il-prostituti; jenfasizza li l-persuni prostituti huma wkoll soġġetti għall-opinjoni pubblika u huma stigmatizzati soċjalment, anke meta jieqfu jipprattikaw il-prostituzzjoni; |
|
12. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prostituti nisa għandhom id-dritt għall-maternità, li jrabbu lill-uliedhom u li jieħdu ħsiebhom; |
|
13. |
Jenfasizza li n-normalizzazzjoni tal-prostituzzjoni għandha impatt fuq il-vjolenza kontra n-nisa; jirrimarka b’mod partikolari d-dejta li turi li l-irġiel li jixtru s-sess għandhom possibbiltà akbar li jikkommettu atti ta’ koerċizzjoni sesswali kontra n-nisa1 u atti oħra ta’ vjolenza kontra n-nisa, u spiss urew attitudnijiet miżoġeni; |
|
14. |
Jinnota li 80-95 % tal-persuni prostitwiti batew minn xi forma ta’ vjolenza qabel daħlu fil-prostituzzjoni (stupru, inċest, pedofilija), 62 % minnhom jirrapportaw li ġew stuprati, u 68 % ibatu minn diżordni ta’ stress post-trawmatiku – perċentwal simili għall-vittmi ta’ torturi (26); |
|
15. |
Jenfasizza li l-prostituzzjoni tat-tfal qatt ma tista' tkun volontarja, peress li t-tfal mgħandhomx il-kapaċità li jagħtu l-'approvazzjoni' tagħhom għall-prostituzzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiġġieldu l-prostituzzjoni tat-tfal (li tinvolvi persuni ta' taħt l-età tat-18-il sena) bl-iktar mod qawwi possibbli, billi hija l-iktar forma serja ta' prostituzzjoni furzata; jitlob b'mod urġenti li jkun hemm approċċ ta' tolleranza żero abbażi tal-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prosekuzzjoni tal-klijenti; |
|
16. |
Jinnota li qiegħda tiżdied il-prostituzzjoni tat-tfal, kif ukoll l-isfruttament sesswali tal-persuni taħt l-età, anki permezz tal-midja fin-netwerks soċjali, fejn ta' spiss jintużaw forom ta’ tqarrieq u intimidazzjoni; |
|
17. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fenomenu tal-prostituzzjoni ta’ minorenni, li mhuwiex identiku għall-molestja sesswali u li l-għeruq tiegħu jinsabu f’sitwazzjonijiet ekonomiċi diffiċli u nuqqas ta’ kura mill-ġenituri; |
|
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri effettivi biex tingħata attenzjoni speċjali fuq it-tneħħija ta’ persuni taħt l-età prostitwiti mill-hekk imsejjaħ suq tal-prostituzzjoni u fuq id-dħul tagħhom f’dak is-suq, kif ukoll jiffukaw fuq attivitajiet li jmorru kontra l-għanijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv rilevanti tagħha; |
|
19. |
Huwa tal-fehma li x-xiri ta' servizzi sesswali mingħand prostituti taħt il-wieħed u għoxrin sena għandu jitqies bħala att kriminali, iżda mill-banda l-oħra, is-servizzi minn prostituti ma għandhomx ikunu punibbli; |
|
20. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fenomenu ta’ “grooming”, li huwa l-prostituzzjoni ta’ tfajliet taħt l-età jew tfajliet li jkunu għadhom kemm saru maġġorenni, bi skambju għall-oġġetti ta’ lussu jew somom żgħar ta’ flus li jipprovdu fondi biex ikopru l-infiq jew spejjeż ta’ kuljum relatati mal-edukazzjoni; |
|
21. |
Jirrimarka lill-Istati Membri li l-edukazzjoni għandha rwol importanti fil-prevenzjoni tal-prostituzzjoni u l-kriminalità organizzata assoċjata magħha, u għalhekk jirrakkomanda li jsiru kampanji fl-iskejjel u l-kulleġġi li jqajmu kuxjenza u ta’ prevenzjoni li jkunu speċjali, speċifiċi għall-età u edukattivi, u jirrakkomanda li l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza tkun għan fundamentali fil-proċess edukattiv taż-żgħażagħ; |
|
22. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riklami għal servizzi sesswali fil-gazzetti u l-midja soċjali jistgħu jkunu mezz ta' appoġġ għat-traffikar u l-prostituzzjoni; |
|
23. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol dejjem jikber tal-internet u tal-midja fin-netwerks soċjali fir-reklutaġġ ta’ prostituti ġodda u żgħażagħ minn netwerks tat-traffikar tal-bnedmin; isejjaħ biex jitwettqu kampanji ta’ prevenzjoni wkoll fuq l-internet u jitqiesu l-miri vulnerabbli ta’ dawn in-netwerks tat-traffikar tal-bnedmin; |
|
24. |
Jiġbed l-attenzjoni għal xi effetti, primarjament negattivi, tal-produzzjoni tal-midja tal-massa u l-pornografija, speċjalment onlajn, fil-ħolqien ta’ immaġni mhux favorevoli tan-nisa, li jista’ jkollha l-effett li tħeġġeġ in-nuqqas ta’ rispett tal-personalità umana tan-nisa u l-preżentazzjoni tagħhom bħala merkanzija; Iwissi wkoll li l-libertà sesswali mgħandhiex tiġi interpretata bħala liċenzja għan-nuqqas ta' rispett lejn in-nisa; |
|
25. |
Jenfasizza li n-normalizzazzjoni tal-prostituzzjoni għandha impatt fuq il-perċezzjoni tas-sesswalità taż-żgħażagħ u r-relazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
26. |
Jisħaq li persuni prostitwiti m’għandhomx ikunu kriminalizzati, u jistieden lill-Istati Membri kollha jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ripressiva kontra l-persuni prostitwiti; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jieqfu milli jikkriminalizzaw u jippenalizzaw il-prostituti u jiżviluppaw programmi biex jassistu l-prostituti/ħaddiema għas-sess biex iħallu l-professjoni jekk jixtiequ jagħmlu dan; |
|
28. |
Jemmen li t-tnaqqis fid-domanda għandu jifforma parti minn strateġija integrata kontra t-traffikar fl-Istati Membri; |
|
29. |
Jikkunsidra li mod wieħed kif tista' tiġi miġġielda l-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età għall-isfruttament sesswali u t-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa l-mudell implimentat fl-Isvezja, l-Islanda u n-Norveġja (dak li jissejjaħ il-mudell Nordiku), u li attwalment qed jiġi kkunsidrat f’bosta pajjiżi Ewropej, fejn ix-xiri ta’ servizzi sesswali jikkostitwixxi l-att kriminali, mhux is-servizzi tal-persuni prostitwiti; |
|
30. |
Jenfasizza li l-prostituzzjoni hija problema transkonfinali u li l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-ġlieda kontra x-xiri ta’ sess barra mit-territorju tagħhom stess; |
|
31. |
Jenfasizza li xi dejta tikkonferma l-effett deterrenti tal-mudell Nordiku fuq it-traffikar lejn l-Isvezja, fejn il-prostituzzjoni u t-traffikar sesswali ma żdidux, u li dan il-mudell huwa dejjem aktar appoġġjat mill-popolazzjoni, speċjalment miż-żgħażagħ, li juri li l-leġiżlazzjoni ġabet magħha bidla fl-atitudnijiet; |
|
32. |
Jirrikonoxxi r-riżultati ta’ rapport governattiv riċenti fil-Finlandja, li jitlob il-kriminalizzazzjoni sħiħa tax-xiri tas-sess, peress li l-approċċ Finlandiż, li jikkriminalizza lix-xiri tas-sess mill-vittmi tat-traffikar, wera li ma kellux effett fil-ġlieda kontra t-traffikar; |
|
33. |
Jemmen li l-leġiżlazzjoni tipprovdi opportunità biex jiġu ċċarati n-normi aċċettabbli fis-soċjetà u biex tinħoloq soċjetà li tirrifletti dawn il-valuri; |
|
34. |
Jemmen li, li wieħed iħares lejn il-prostituzzjoni bħala “xogħol sesswali” legali u d-dikriminalizzazzjoni tal-industrija sesswali inġenerali u l-legalizzazzjoni tal-akkwist mhumiex soluzzjoni biex in-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età jinżammu sikuri mill-vjolenza u l-isfruttament, anzi għandha l-effett oppost u tqegħedhom f’periklu ta’ livell ogħla ta’ vjolenza, filwaqt li tħeġġeġ iż-żieda fis-swieq tal-prostituzzjoni, u għalhekk fl-għadd ta' nisa u tfajliet ta' taħt l-età li jbatu minn abbuż; |
|
35. |
Jikkundanna kwalunkwe tentattivi ta’ politika jew diskorsi abbażi tal-kunċett li l-prostituzzjoni tista’ tkun soluzzjoni għan-nisa migranti fl-Ewropa; |
|
36. |
Għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex f’konformità mad-dritt nazzjonali jintroduċu drittijiet tal-aċċess u l-kontrolli għall-pulizija u l-awtoritajiet kompetenti għall-postijiet tal-prostituzzjoni independentement mill-avveniment; |
|
37. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmobilizzaw il-mezzi u l-għodda neċessarji għall-ġlieda tat-traffikar u l-isfruttament sesswali u għat-tnaqqis tal-prostituzzjoni bħala ksur tad-drittijiet fundamentali tan-nisa, b’mod partikolari dawk taħt l-età, u l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri biex, b’mod partikolari b’ħarsien lejn il-protezzjoni tal-vittmi, jimplimentaw f’liġi nazzjonali mill-aktar fis possibbli d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI; |
|
39. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt li l-qafas legali Ewropew disinjat għall-eliminazzjoni tat-traffikar għall-isfruttament sesswali kellu s’issa, tagħmel riċerka ulterjuri ta’ mudelli ta’ prostituzzjoni u traffikar tal-bnedmin għall-fini tal-isfruttament sesswali u ż-żieda fil-livelli tat-turiżmu sesswali fl-UE, b'referenza partikolari għall-minorenni, u li tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiċi fost l-Istati Membri; |
|
40. |
Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkompli tiffinanzja proġetti u programmi biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali; |
|
41. |
Jistieden lill-Istati Membri, ifasslu u jimplimentaw politiki biex jindirizzaw it-traffikar, l-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni, biex jiżguraw li l-partijiet kollha rilevanti bħall-NGOs, il-pulizija u aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi, u s-servizzi soċjali u mediċi jiġu appoġġati, involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet u jaħdmu b’kooperazzjoni; |
|
42. |
Jirrikonoxxi li l-maġġoranza l-kbira tal-persuni fil-prostituzzjoni jixtiequ jieqfu iżda ma jħossux li jistgħu jagħmlu dan; jenfasizza li dawn il-persuni għandhom jiġu appoġġati kif xieraq, b'mod partikolari permezz ta' għajnuna psikoloġika u soċjali, biex joħorġu min-netwerks ta' sfruttament sesswali u d-dipendenzi li ta' spiss huma assoċjati ma' dawn; għalhekk jipproponi lill-awtoritajiet kompetenti biex jimplimentaw programmi bħala għajnuna biex dawn joħorġu mill-prostituzzjoni, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati; |
|
43. |
Jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ adegwat għas-servizzi tal-pulizija u għall-persunal tas-sistema ġudizzjarja b’mod aktar ġenerali, b’dimensjonijiet varji relatati mal-isfruttament sesswali, inkluż il-ġeneru u l-immigrazzjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet tal-pulizija biex jikkooperaw mal-vittmi u jħeġġuhom jixhdu, biex iħeġġu l-eżistenza ta' servizzi speċjalizzati fi ħdan il-pulizija u jimpjegaw pulizija nisa; jinsisti fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri biex jiġġieldu aħjar kontra n-netwerks tat-traffikar tal-bnedmin fl-Ewropa; |
|
44. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq in-numru dejjem jikber ta’ nisa u tfajliet ta' taħt l-età, inklużi nisa migranti, sfurzati jidħlu fil-prostituzzjoni, |
|
45. |
Jirrimarka li l-problemi ekonomiċi u l-faqar huma l-kawżi ewlenin tal-prostituzzjoni fost in-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età, u li l-istrateġiji ta’ prevenzjoni li jkunu speċifiċi għall-ġeneru, il-kampanji nazzjonali u madwar l-Ewropa speċjalment immirati lejn komunitajiet li jbatu minn esklużjoni soċjali u dawk f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli (bħall-persuni b'diżabilità u ż-żgħażagħ fis-sistema ta' protezzjoni tat-tfal), il-miżuri li jnaqqsu l-faqar u li jqajmu l-kuxjenza kollha huma essenzjali għall-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età, speċjalment fost il-migranti; jirrakkomanda li l-Kummissjoni taħtar 'Ġimgħa Ewropea għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin'; |
|
46. |
Jenfasizza li l-esklużjoni soċjali hija fattur ewlieni li tikkontribwixxi għall-vulnerabbiltà miżjuda tan-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età żvantaġġjati għat-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza wkoll li l-kriżi ekonomika u soċjali wasslet għall-qgħad, li spiss wassal biex l-iktar nisa vulnerabbli, inklużi dawk li jinsabu 'l fuq fl-iskala soċjali, jidħlu fis-suq tal-prostituzzjoni, sabiex joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; jitlob lill-Istati Membri jaffaċċjaw il-problemi soċjali sottostanti li jisfurzaw lill-irġiel, lin-nisa u lit-tfal għal ġol-prostituzzjoni; |
|
47. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffinanzjaw organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-post, bi strateġiji ta' appoġġ u ta' ħruġ, jipprovdu servizzi soċjali għall-vittmi tat-traffikar jew sfruttament sesswali, inkluż għan-nisa migranti u mingħajr dokumenti, billi jiġu vvalutati l-ħtiġijiet u r-riskji individwali tagħhom sabiex jirċievu l-assistenza u l-protezzjoni xierqa, u biex jimplimentaw politiki – b'approċċ olistiku u permezz tad-diversi servizzi tal-pulizija, tal-immigrazzjoni, tas-saħħa u tal-edukazzjoni, biex in-nisa vulnerabbli u l-minorenni jingħataw għajnuna biex joħorġu mill-prostituzzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-programmi jkollhom bażi legali u finanzjament adegwat biex jinkiseb dan l-objettiv; jinsisti dwar l-importanza ta’ kura psikoloġika u dwar ir-riintegrazzjoni soċjali tal-vittmi tal-isfruttament sesswali; jirrimarka li dan il-proċess jieħu ż-żmien u jirrikjedi l-iżvilupp ta' pjan għall-ħajja li jirrappreżenta alternattiva kredibbli u vijabbli għall-eks prostituti; |
|
48. |
Jenfasizza li huma meħtieġa aktar analiżi u provi statistiċi biex jiġi ġġudikat liema mudell huwa l-aktar mod effettiv biex jiġi miġġieled it-traffikar tan-nisa u t-tfajliet ta' taħt l-età għall-finijiet ta' sfruttament sesswali; |
|
49. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jivvalutaw kemm l-effetti pożittivi kif ukoll dawk negattivi tal-kriminalizzazzjoni tax-xiri ta’ servizzi sesswali fuq it-tnaqqis tal-prostituzzjoni u t-traffikar; |
|
50. |
Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiżviluppaw politiki ta’ prevenzjoni abbażi tal-ġeneru fil-pajjiżi ta’ oriġini tal-persuni li huma prostitwiti bħala riżultat tat-traffikar tagħhom, immirati kemm lejn ix-xerrejja tas-sess kif ukoll lejn in-nisa u l-minorenni, permezz ta' sanzjonijiet, kampanji ta' sensibilizzazzjoni u edukazzjoni; |
|
51. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiskoraġġixxu l-prattika tat-turiżmu sesswali ġewwa kif ukoll barra mill-UE; |
|
52. |
Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jieħu miżuri biex tieqaf il-prattika tal-prostituzzjoni f'żoni ta' kunflitt fejn huma preżenti l-forzi militari tal-UE; |
|
53. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 260, 29.10.2003, p. 4.
(2) ĠU C 166, 3.7.1995, p. 92.
(3) ĠU C 150, 19.5.1997, p. 38.
(4) ĠU C 304, 6.10.1997, p. 55.
(5) ĠU C 339, 10.11.1997, p. 420.
(6) ĠU C 358, 24.11.1997, p. 37.
(7) ĠU C 14, 19.1.1998, p. 39.
(8) ĠU C 167, 1.6.1998, p. 128.
(9) ĠU C 98, 9.4.1999, p. 279.
(10) ĠU C 150, 28.5.1999, p. 203.
(11) ĠU C 378, 29.12.2000, p. 80.
(12) ĠU C 40, 07.02.2001, p. 41.
(13) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.
(14) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 307.
(15) ĠU C 67, 1.3.2001, p. 304.
(16) ĠU C 53 E, 28.2.2002, p. 114.
(17) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 75.
(18) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 66.
(19) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 292.
(20) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.
(21) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(22) Testi adottati, P7_TA(2013)0045.
(23) Test adottat, P7_TA(2013)0444.
(24) Ir-rapport tal-2006 minn Sigma Huda, Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Traffikar tal-Bnedmin, speċjalment tan-nisa u t-tfal, enfasizza l-impatt dirett tal-politiki dwar il-prostituzzjoni fuq l-iskala ta’ traffikar tal-bnedmin.
(25) Bosta studji dwar ix-xerrejja tas-sess jistgħu jinsabu hawn: http://www.womenlobby.org/spip.php?article1948&lang=en.
(26) Farley, M., “Violence against women and post-traumatic stress syndrome”, Women and Health, 1998; Damant, D. et al., “Trajectoires d’entrée en prostitution: violence, toxicomanie et criminalité”, Le Journal International de Victimologie, Nru 3, April 2005.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/87 |
P7_TA(2014)0163
Il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta’ prattiki ta’ negozju responsabbli
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta’ prattiki ta’ negozju responsabbli, inkluż ir-rwol tal-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2013/2126(INI))
(2017/C 285/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Addis Ababa dwar l-Iżvilupp u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Minerali tal-Afrika, adottata mill-Ewwel Konferenza tal-Unjoni Afrikana tal-Ministri Responsabbli għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Minerali f’Ottubru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Viżjoni Afrikana fuq it-Tħaffir fil-Minjieri adottata mill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern fis-Samit tal-UA ta’ Frar 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Lusaka tas-Samit Speċjali tal-ICGLR għall-Ġlieda Kontra l-Isfruttament Illegali tar-Riżorsi Naturali fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-15 ta’ Diċembru 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Implimentzzjoni tal-Viżjoni Afrikana fuq it-Tħaffir fil-Minjieri adottat mit-tieni Konferenza tal-Unjoni Afrikana tal-Ministrri responsabbli għall-iżvilupp tar-riżorsi minerali, li saret f’Addis Ababa f’Diċembru 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-10 prinċipji għall-integrazzjoni tal-ġestjoni tar-riskji marbuta mad-drittijiet tal-bniedem fin-negozjati tal-kuntratti bejn l-Istat u l-investituri, proposti mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali fis-17-il Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Mejju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli, li toffri rakkomandazzjonijiet dettaljati biex jgħinu lill-kumpaniji jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jevitaw il-finanzjament ta’ kunflitti permezz tal-prattiki ta’ provvista tagħhom (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istandard ta' trasparenza internazzjonali tal-EITI, li jirrekjedi lill-gvernijiet jippubblikaw dettalji tad-dħul tagħhom minn riżorsi naturali, |
|
— |
wara li kunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Lough Erne tal-G8 ta’ Ġunju 2013, li fiha l-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern tennew mill-ġdid l-importanza ta’ ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali u l-katina ta’ provvista tagħhom (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-G20 ppubblikata fis-6 ta' Settembru 2013, li fiha l-mexxejja tad-dinja esprimew appoġġ għall-Inizjattivi għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0132/2014), |
|
A. |
billi għal bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw l-estrazzjoni tar-riżorsi naturali tikkostitwixxi proporzjon sinifikanti tal-PDG u ta’ spiss tikkostitwixxi l-parti l-kbira tad-dħul mill-kambju u l-investiment barrani; |
|
B. |
billi l-Afrika għandha wħud mill-akbar riżervi minerali fid-dinja, u billi l-profitti mit-tħaffir fil-minjieri ta' riżorsi minerali tal-Afrika għandhom jintużaw biex jintlaħqu l-MDGs, biex jinqered il-faqar u jintlaħaq żvilupp u tkabbir soċjoekonomiku ta’ malajr u b’bażi wiesgħa; billi, madankollu, il-pajjiżi Afrikani għad għandhom il-ħtieġa li jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji koerenti biex idawru l-isfruttament tar-riżorsi naturali f’mutur għall-iżvilupp ekonomiku u d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom; |
|
C. |
billi, jekk id-dħul li jiġġeneraw huwa amministrat sew u b'mod trasparenti, ir-riżorsi naturali jistgħu jkunu xprun sinifikanti ta' tkabbir ekonomiku u żvilupp soċjali; |
|
D. |
billi t-tilwim dwar iż-żejt, il-gass, il-minerali, l-injam u riżorsi minerali oħra jikklassifikaw fit-tieni post bħala sors ta’ kunflitti madwar id-dinja; billi l-kompetizzjoni għar-riżorsi, bħall-art u l-ilma, qiegħda tiżdied, u taggrava kunflitti eżistenti jew tkun il-kawża ta’ kunflitti ġodda; billi l-ġesjoni ħażina tal-art u tar-riżorsi naturali hija aggravata mid-degradazzjoni ambjentali, iż-żieda fil-popolazzjoni u t-tibdil fil-klima; |
|
E. |
billi, paradossalment, il-pajjiżi li huma għonja fir-riżorsi naturali ta’ spiss ikunu f’sitwazzjoni agħar minn pajjiżi oħra (il-fenomenu tas-“saħta tar-riżorsi”) u l-kontroll, l-isfruttament, il-kummerċ u t-tassazzjoni tal-minerali f’ċerti każijiet jikkontribwixxu għal kunflitti armati (il-problema tal-“minerali ta’ kunflitt”); |
|
F. |
billi l-benefiċċji tat-tħaffir fil-minjieri għall-popolazzjonijiet lokali ta’ spiss ma jimmaterjalizzawx jew jiddgħajfu ferm minħabba l-impatti soċjali u ambjentali negattivi; billi l-awtoritajiet lokali jew nazzjonali jistgħu jużaw governanza aktar effettiva u aktar trasparenza biex isaħħu l-benefiċċji tat-tħaffir fil-minjieri għall-popolazzjonijiet lokali, u b'hekk jiġi kkanċellat kwalunkwe impatt soċjali u ambjentali negattiv; |
|
G. |
billi l-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u ambjentali għandhom rwol importanti fil-ħarsien tad-drittijiet tal-popli indiġeni fiż-żoni tat-tħaffir fil-minjieri; |
|
H. |
billi fl-2008, il-Bank Dinji għamel stima li 90 % tal-produzzjoni minerali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ġejja minn minjieri fuq skala żgħira, li mhumiex reġistrati u joperaw f'żoni remoti u mhux sikuri kkontrollati minn gruppi armati; |
|
I. |
billi t-tħaffir fil-minjieri fuq skala żgħira jipprovdi ammont ta’ impjiegi konsiderevoli, b’mod speċjali fiż-żoni rurali; billi l-formalizzazzjoni tat-tħaffir fil-minjieri artiġjanali u fuq skala żgħira (ASM) hija meħtieġa biex tistimula l-intraprenditorija lokali/nazzjonali, ittejjeb l-għajxien u tmexxi ’l quddiem l-iżvilupp soċjali u ekonomiku rurali integrat; billi, madankollu, in-natura informali tat-tħaffir fil-minjieri artiġjanali u fuq skala żgħira fl-Afrika tagħmel is-settur vulnerabbli għall-kriminalità organizzata u l-organizzazzjonijiet paramilitari u billi huwa mdawwar b’għadd ta’ sfidi, bħat-tħaddim tat-tfal, li ma jħalluħx jilħaq il-potenzjal sħiħ ta’ żvilupp tiegħu; |
|
J. |
billi l-industriji estrattivi għandhom irawmu l-iżvilupp ta' teknoloġija għolja, setturi innovattivi u joffru soluzzjonijiet fl-oqsma tal-effiċjenza fir-riżorsi u l-enerġija, l-ekodisinn, it-tisħiħ fil-prestazzjoni, ir-riċiklaġġ u l-ekonomija ċirkolari li jistgħu jibbenefikaw minnhom kemm il-pajjiżi żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw; |
|
K. |
billi l-Viżjoni Afrikana fuq it-Tħaffir fil-Minjieri toffri qafas għall-integrazzjoni tas-settur b'mod aktar koerenti u sod fl-ekonomija u fis-soċjetà tal-kontinent; |
|
L. |
billi l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem huma komuni fl-industrija estrattiva u jinkludu t-tħaddim tat-tfal, il-vjolenza sesswali, l-għajbien ta’ persuni, il-vjolazzjoni tad-dritt għal ambjent nadif, it-telf ta’ art u għajxien mingħajr negozjar u mingħajr kumpens adegwat, ir-risistemazzjoni furzata u l-qerda ta’ postijiet b’sinifikat ritwali jew kulturali; |
|
M. |
billi t-tħaddim furzat, u ċ-ċaħda ta’ drittijiet għal trejdjunjins u ta’ negozjar kollettiv għadhom jikkostitwixxu tħassib kbir; billi bl-istess mod l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà ta' spiss skarsi ħafna jew assenti huma kawża kbira ta' tħassib, b'mod speċjali fil-minjieri fuq skala żgħira, li ta' spiss joperaw f'kundizzjonijiet prekarji ħafna; |
|
N. |
billi r-responsabbiltà tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem hija standard globali ta’ kondotta mistennija mill-impriżi ta’ negozju kollha kull fejn joperaw, kif imfakkar fil-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem imħejjija mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-korporazzjonijet transnazzjonali u impriżi ta’ negozju oħra, John Ruggie; billi, madankollu, ftit li xejn hemm qbil dwar l-implikazzjonijiet konkreti ta’ din ir-responsabbiltà u li l-progress lejn ir-rispett komprensiv tagħha huwa serjament imfixkel anke minħabba n-nuqqas ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ, rappurtar, verifika u responsabbiltà; |
|
O. |
billi l-proliferazzjoni tal-kodiċijiet tal-kondotta, ta’ standards u ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni b’ambitu tematiku differenti fil-qasam tas-CSR trendi diffiċli jew impossibbli valutazzjonijiet, tqabbil u verifiki; billi din il-proliferazzjoni għandha għeruq differenti, inkluż impenn insuffiċjenti biex ikun segwit il-funzjonament effettiv tas-CSR kif ukoll il-manuvrar tal-kumpaniji li jixtiequ jitqiesu bħala responsabbli mil-lat soċjali u ambjentali; |
|
P. |
billi, sabiex tiżdied l-effiċjenza u tinkiseb l-ekwità fil-qasam tas-CSR, hija ta’ importanza primarja li tiġi evitata s-sistema “à la carte” attwali, fejn il-kumpaniji jagħżlu kodiċijiet u standards skont il-preferenzi tagħhom stess, favur standards komuni fl-industriji kollha; |
|
Q. |
billi l-greenwashing – li tiġi murija immaġini ta' azzjoni ambjentali meqjusa bħala pożittiva sabiex tqarraq bil-pubbliku u tbiegħed l-attenzjoni mill-prattiki li jagħmlu ħsara lill-ambjent – iqarraq bil-konsumaturi, il-pubbliku ġenerali u r-regolaturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali u jimmina l-insegwiment ta’ kondotta ta’ negozju responsabbli u għalhekk għal dawn ir-raġunijiet għandu jiġi miġġieled; billi, b'mod aktar ġenerali, il-kumpaniji li jużaw CSR bħala għodda kummerċjali, għandhom jiżguraw li t-talbiet huma magħmula korrettament; |
|
R. |
billi l-implimentazzjoni ta' EITI hija maħsuba biex iżżid it-trasparenza fil-ġestjoni tad-dħul, bil-għan li tnaqqas il-possibbiltà tal-korruzzjoni u tippermetti kondiviżjoni ekwa tal-benefiċċji; |
|
S. |
billi għalkemm ħafna mill-pajjiżi Afrikani f’dawn l-aħħar żewġ deċennji wettqu liberalizzazzjoni ekonomika, kummerċjali u ta’ investiment, dawn ma kisbux diversifikazzjoni ekonomika, u għandhom bħala medja ekonomiji inqas diversifikati li huma aktar ikkonċentrati, pereżempju, f’esportazzjonijiet ta’ prodotti minerali u agrikoli b’valur miżjud baxx, li t-tnejn huma estremament sensittivi għax-xokkijiet esterni fil-prezzijiet; billi llum il-ġurnata l-isforzi kollha għandhom jiffokaw biex tinkiseb diversifikazzjoni ekonomika akbar, fi kliem ieħor titnaqqas id-dipendenza fuq l-industriji estrattivi jew l-esportazzjonijiet agrikoli; |
|
T. |
billi d-Dikjarazzjoni ta’ Addis Ababa dwar l-Iżvilupp u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Minerali tal-Afrika tħeġġeġ lill-pajjiżi Afrikani jiżguraw li l-FSE u n-negozjati ġenerali tad-WTO ma jillimitawx il-politika nazzjonali ta' żvilupp, u li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, li tista' żżid id-dipendenza fuq prodotti bażiċi ta' pajjiżi Afrikani bi dħul baxx, ma tipprovdix “effett lock-in”; |
|
U. |
billi wara r-riformi fit-tħaffir tal-minjieri mmexxija mill-Bank Dinji fis-snin tmenin, l-Amerika Latina qed tagħmel pass ġdid lejn it-tisħiħ tar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-istat, u qed tiffoka fuq prijoritajiet nazzjonali u objettivi ta' żvilupp ekonomiku; |
|
V. |
billi t-taxxi fuq l-esportazzjonijiet qed jintużaw b’mod wiesa', għalkemm ħafna ftehimiet kummerċjali reġjonali u l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) segwiti mill-UE jipprojbixxu l-użu tagħhom; |
|
W. |
billi wħud mill-pajjiżi tal-AKP huma mħassba dwar il-fatt li r-restrizzjonijiet tal-FSE fuq it-taxxi fuq l-esportazzjonijiet jistgħu jrendu l-moviment lejn il-quċċata tal-katina tal-valuri aktar diffiċli; |
|
X. |
billi l-korruzzjoni u l-kuntratti mhux trasparenti huma mifruxa fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri; |
|
Y. |
billi n-natura globali tal-ktajjen tal-provvista moderni timplika li r-riżorsi naturali li kienu l-kawża ta’ wħud mill-kunflitti l-aktar brutali fid-dinja jinxtraw u jinbiegħu f’livell internazzjonali, inkluż minn kumpaniji li joperaw fl-UE; |
|
Z. |
billi, għalkemm jintlaqgħu b’approvazzjoni, l-isforzi volontarji mill-kumpaniji biex jevitaw ix-xiri ta’ minerali tal-kunflitti ma kinux dejjem effettivi; |
|
AA. |
billi t-Taqsima 1502 tal-Att ta’ Dodd Frank tal-Istati Uniti tal-2010 tirrekjedi li l-kumpaniji elenkati mal-Kummissjoni dwar is-Sigurtajiet u l-Kambju (SEC), inklużi kumpaniji Ewropej, iwettqu diliġenza dovuta biex jiddeterminaw jekk il-prodotti tagħhom jinkludux minerali li ffinanzjaw gruppi armati fir-RDK; billi f'deċiżjoni ta' akkumpanjament, is-SEC irrefera għall-Gwida tal-OECD bħala standard ta' diliġenza dovuta kredibbli għall-kumpaniji li qed jimplimentaw il-liġi; |
|
AB. |
billi l-isforzi biex jintemmu l-kunflitti bil-prevenzjoni tal-fluss tad-dħul mit-tħaffir fil-minjieri artiġjanali dirett lejn gruppi armati kienu relattivament ta’ suċċess għal dak li jirrigwarda d-djamanti, iżda huma meħtieġa sforzi usa’ biex jinbena qafas legali u istituzzjonali b’saħħtu għat-tħaffir fil-minjieri artiġjanali, minbarra l-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR); |
Tħaffir fil-minjieri u Żvilupp Sostenibbli
|
1. |
Jinnota bi tħassib li t-tħaffir fil-minjieri mhux sostenibbli jista’ jkollu impatti ambjentali u soċjali negattivi kbar ħafna, b’mod speċjali fl-Afrika; |
|
2. |
Jenfasizza li l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-komoditajiet fuq livell globali, xprunata mid-domanda tal-ekonomiji emerġenti, toffri opportunità kbira lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma għonja fir-riżorsi, b’mod speċjali fl-Afrika, li jżidu d-dħul u jsarrfuh fl-iżvilupp, fl-interess tal-popli tagħhom; jappoġġja l-politiki nazzjonali li għandhom dan il-għan; jirrimarka li r-riformi leġiżlattivi u regolatorji ta’ spiss huma ta’ importanza kruċjali u jenfasizza li l-ispazju ta’ politika meħtieġ m’għandux ikun ristrett minn ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment; |
|
3. |
Jenfasizza li minbarra l-ġenerazzjoni ta’ dħul min-naħa tal-gvern li jista’ jintuża għall-iżvilupp, l-industriji estrattivi għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp permezz ta’ konnessjonijiet mal-ekonomija lokali, pereżempju permezz tal-impjieg u t-taħriġ tal-persuni lokali, ix-xiri ta’ prodotti u servizzi lokali, l-ipproċessar lokali ta’ minerali estratti u l-parteċipazzjoni fi sforzi għall-iżvilupp ta’ industriji lokali li jużaw materjali pproċessati jew mhux ipproċessati bħala inputs jew li jistgħu jibbenefikaw mill-preżenza tal-kumpaniji estrattivi b’modi oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana jimplimentaw b’mod sistematiku l-Viżjoni Afrikana fuq it-Tħaffir fil-Minjieri tagħha; huwa konvint li b’dawn il-modi l-progress lejn l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju jista’ jitħaffef ħafna; għal dan l-għan, jenfasizza l-ħtieġa li jitrawmu prinċipji dwar żvilupp sostenibbli bbażati fuq tħaffir fil-minjieri responsabbli mil-lat ambjentali u soċjali; |
|
4. |
Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex itejbu l-kooperazzjoni reġjonali tagħhom, billi jiżviluppaw u jadottaw standards u normi ambjentali, soċjali, tas-saħħa u tas-sigurtà komuni għas-settur tat-tħaffir fil-minjieri, inkluż għall-ASM; |
|
5. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċi reġjonali u internazzjonali fit-trażżin tal-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali; iħeġġeġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jieħdu passi biex jifformalizzaw is-settur tat-tħaffir fil-minjieri artiġjanali u fuq skala żgħira sabiex itejbu l-għajxien, jiżguraw pagi li jiggarantixxu l-għajxien u jintegraw is-settur tal-ASM fl-ekonomija rurali u nazzjonali, filwaqt li jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku aċċessibbli għal dan l-għan u jassiguraw reġim legali li jagħti lid-detenturi ta’ drittijiet tal-ASM art biżżejjed u sigurtà tal-pussess tal-art; jistieden lill-UE tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżidu l-kapaċità fil-livell lokali biex imexxu skemi ta’ traċċar u ċertifikazzjoni qabel ma jinfurzaw projbizzjonijiet fuq it-trasport ta’ minerali mhux konformi; |
|
6. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-isforzi tal-UE li jappoġġjaw aktar żvilupp istituzzjonali u bini ta’ kapaċitajiet fil-gvernijiet ospitanti biex jiġi stabbilit il-qafas istituzzjonali u legali meħtieġ għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tad-dħul mill-industriji estrattivi (EI) b’mod trasparenti u effettiv; jiġbed l-attenzjoni, ukoll, għas-sħubijiet żviluppati bejn l-UE u l-Bank Afrikan tal-Iżvilupp; b’mod partikolari, iħeġġeġ lill-UE li tagħmel bħala prijorità l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u politika ta’ tassazzjoni biex timmassimizza l-benefiċċji lokali u nazzjonali tal-iżvilupp tal-EI, li jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi lokali, pagi li jiggarantixxu l-għajxien għall-impjegati u l-familji tagħhom u aktar konnessjonijiet bejn l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u l-katina tal-provvista assoċjata mal-iżvilupp tal-EI; |
|
7. |
Jenfasizza, b’konformità mal-prinċipju tas-sjieda, li l-komunitajiet lokali għandhom jipparteċipaw fl-ippjanar u l-iżvilupp ta’ proġetti rigward ir-riżorsi naturali, li għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’ ktajjen tal-provvista u impjiegi lokali tal-komunità lokali; |
|
8. |
Iqis li huwa essenzjali li jiġu rikonoxxuti u żgurati d-drittijiet u l-kulturi tradizzjonali ta' popli indiġeni fl-iżvilupp tal-industriji estrattivi u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom minn qabel u informata; |
|
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-vittmi ta’ ksur ta’ leġiżlazzjoni soċjali jew ambjentali minn kumpaniji multinazzjonali jkollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja; |
|
10. |
Jenfasizza li, f'kuntest fejn ir-regolamentazzjoni domestika f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, ta' spiss mhijiex adegwata fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem minħabba kontravenzjonijiet korporattivi, il-Qafas tan-NU Protezzjoni, Rispett u Rimedju joffri sensiela ta' prinċipji komprensiva u utli għar-rispett u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem mill-kumpaniji; |
|
11. |
Jitlob l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem, li tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-ġid u tar-riżorsi naturali u prinċipji għal kumpens adegwat; |
|
12. |
Jitlob lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jirratifikaw il-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti rilevanti għas-settur minerali u mbagħad jimplimentawhom, fost l-oħrajn billi jawtorizzaw l-istituzzjonijiet pubbliċi dwar id-drittijiet tal-bniedem jissorveljaw l-infurzar tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem rigward it-tħaffir fil-minjieri u jiżviluppaw għodod u metodoloġiji għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet dwar is-saħħa u d-drittijiet tal-bniedem fil-proċeduri tal-valutazzjoni tal-impatt; |
|
13. |
Jinnota bi tħassib li skont John Ruggie, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, madwar żewġ terzi tal-abbużi korporattivi tad-drittijiet tal-bniedem joriġinaw mis-setturi taż-żejt, il-gass u t-tħaffir fil-minjieri; jenfasizza li l-Istati Membri tal-UE u l-komunità internazzjonali għandhom id-dmir skont il-liġi internazzjonali u dik Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem li jiżguraw li dawk il-kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunux qed jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod dirett jew indirettt, permezz tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom; |
|
14. |
Jesprimi tħassib dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fit-tħaffir fil-minjieri fuq skala żgħira, fejn bosta impjiegi huma prekarji u għadhom ’il bogħod milli jikkonformaw mal-istandards tax-xogħol internazzjonali u nazzjonali, u fejn huwa stmat li r-rati ta’ inċidenti huma sitt jew seba’ darbiet ogħla minn operazzjonijiet akbar; jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri jimplimentaw standards tax-xogħol fundamentali kif stabbilit fil-Konvenzjonijiet tal-ILO biex jiġi żgurat xogħol deċenti u sigur għall-ħaddiema kollha tal-minjieri, inkluża l-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fil-Minjieri; |
|
15. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex iżidu l-għajnuna tagħhom fil-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal fil-minjieri u jappoġġjaw l-impriżi tal-ILO biex jipprovdu opportunitajiet edukattivi u prospetti alternattivi li jiġġeneraw dħul sabiex it-tfal jitneħħew mill-attivitajiet ta' tħaffir fil-minjieri; |
|
16. |
Jilqa’ l-fatt li l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali żviluppaw metodi biex jiżguraw li l-investituri tal-minerali jwettqu Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjonijiet tal-Impatt Soċjali (SIAs); jinnota, madankollu, li l-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu infurzati dawn ir-rekwiżiti għadha tikkostitwixxi sfida, fid-dawl ta' restrizzjonijiet finanzjarji u ta' riżorsi umani; jistieden, għaldaqstant, lill-UE ttejjeb l-għajnuna teknika tagħha biex tippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistabbilixxu l-prattika ta’ valutazzjoni sistematika tar-riskji tas-saħħa, soċjali u ambjentali, b’dispożizzjonijiet għal parteċipazzjoni pubblika effettiva; |
|
17. |
Jenfasizza r-rwol li għandu l-Grupp tal-Bank Dinji fl-iżvilupp ta' prattiki ta' negozju responsabbli; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitjieb il-mod kif l-għarfien dwar it-twaqqif ta' istituzzjonijiet li jitfgħu enfasi akbar fuq l-integrità huwa kondiviż u applikat u sabiex l-informazzjoni u r-riżorsi jkunu disponibbli għan-nies komuni, ħalli l-gvernijiet tagħhom ikunu furzati jiffunzjonaw b'aktar effikaċi u jqisu aktar il-ħtiġijiet tagħhom; |
|
18. |
Jitlob lill-awtoritajiet jipprojbixxu l-esplorazzjoni minerali u l-isfruttament f'ġonna nazzjonali u f'Siti ta' Wirt Dinji u jistieden lill-kumpaniji jimpenjaw ruħhom sabiex ma jkunux parti mit-tali esplorazzjoni u sfruttament; |
|
19. |
Jemmen li l-industrija tat-tħaffir fil-minjieri tista’ u għandha tagħmel kontribuzzjonijiet ta’ valur għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tat-trasferiment tat-teknoloġija u ta’ investiment responsabbli; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri fuq skala kbira jistgħu potenzjalment jipprovdu l-għarfien għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet fis-settur tat-tħaffir fil-minjieri fuq skala żgħira u ta’ daqs medju; itenni mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-UE biex tipprova tilħaq ftehimiet dwar il-finanzjament tal-klima, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini ta’ kapaċitajiet u biex ittejjeb l-għajnuna tagħha lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2; |
|
20. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal leġiżlazzjoni Ewropea b’saħħitha dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni mhux finanzjarja minn ċerti kumpaniji kbar, inkluż l-obbligu għall-kumpaniji li jwettqu diliġenza dovuta abbażi tar-riskji, billi jikkunsidraw il-katina tal-provvista kollha tagħhom; |
Ir-Rwol tas-Settur Privat
|
21. |
Jitlob l-implimentazzjoni effettiva tad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (MNEs), il-Patt Globali tan-NU (UNGC) u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGP) permezz ta’ mekkaniżmi komuni fl-industriji kollha; |
|
22. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-uffiċjali tal-UE fil-qasam tal-kummerċ li jkunu parti minn delegazzjonijiet tal-UE, jingħataw taħriġ regolari dwar kwistjonijiet tas-CSR; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv imġiba kummerċjali responsabbli fost il-kumpaniji tal-UE li joperaw barra l-Unjoni, biex tiġi żgurata konformità stretta mal-obbligi legali kollha, b'mod partikolari mal-istandards u r-regoli internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-ambjent; |
|
24. |
Jenfasizza li l-ambitu tematiku tal-iskemi ta’ implimentazzjoni differenti tas-CSR huwa ta’ spiss selettiv, u dan japplika wkoll għall-kwistjonijiet soċjali u ambjentali; iqis li dan l-approċċ frammentat huwa ta’ detriment għal valutazzjoni tal-prestazzjoni sostenibbli ġenerali ta’ kumpanija; iqis li waqt li dawk l-oqfsa ġenerali żviluppaw fehim u lingwa komuni għall-prinċipji tas-CSR, għandhom ukoll jiffurmaw il-bażi għal standards internazzjonali komuni fl-industriji kollha dwar x’jikkostitwixxi prattiki ta' negozju responsabbli; |
|
25. |
Jenfasizza bl-istess mod li l-inizjattivi tas-CSR m’għandhomx jitqiesu bħala sostitut għar-responsabbiltà ta’ gvern lejn iċ-ċittadini tiegħu fil-provvista ta’ infrastruttura bażika u oġġetti pubbliċi oħra, iżda minflok għandhom jikkumplimentawha; |
Reġimi Internazzjonali ta’ Kummerċ u ta’ Investiment
|
26. |
Jistieden lill-UE tuża r-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment tagħha ma’ pajjiżi msieħba ewlenin (pereżempju l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Brażil u l-Indja) biex trawwem djalogu dwar is-CSR; iħeġġeġ ukoll lill-UE biex twettaq valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà ta’ ftehimiet kummerċjali proposti qabel tidħol fil-fażi tan-negozjati; jitlob għal trattati dwar l-investiment li jrawmu prattiki u rapportar pożittivi tas-CSR; |
|
27. |
Jenfasizza li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jirrispettaw il-ħtieġa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom u jtejbu t-teknoloġiji tagħhom; |
|
28. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' investiment dirett barrani għat-tkabbir tal-industrija filwaqt li jinnota li termini ġenerużi żżejjed għall-investiment dirett barrani (IDB) fit-tħaffir fil-minjieri offruti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fis-snin tmenin u disgħin, flimkien ma' ġestjoni domestika ħażina, korruzzjoni, nuqqas ta' responsabbiltà u regolamenti dgħajfa, ma ħallewhomx jiksbu sehem ġust tal-profitti mill-isfruttament tar-riżorsi naturali tagħhom, riżorsi meħtieġa ferm għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom; |
|
29. |
Jikkondividi t-tħassib tar-Rappreżentant Speċjali tal-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem li l-metodi attwali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-investituri f’kuntratti u ftehimiet internazzjonali jillimitaw il-kapaċità tal-Istati li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet tal-investituri jiġu bbilanċjati bl-obbligi f’termini ta’ żvilupp uman sostenibbli; |
|
30. |
Iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jimplimentaw l-10 prinċipji tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem li għandhom l-għan li jintegraw il-ġestjoni tar-riskji għad-drittijiet tal-bniedem f’negozjati tal-kuntratti bejn l-Istat u l-investituri, sabiex jiġi żgurat li klawżoli ta’ stabilizzazzjoni ma jikkompromettux il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett lejhom; jistieden lill-UE tappoġġja l-bini ta’ kapaċitajiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għan-negozjar u l-implimentazzjoni ta’ klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ żvilupp sostenibbli fi ftehimiet ta’ investiment; |
|
31. |
Jenfasizza li r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni li għandhom l-għan, pereżempju, li jżidu l-konnessjonijiet bejn l-investituri barranin u l-manifatturi lokali huma karatteristika ewlenija tal-politika industrijali; jenfasizza li l-ftehimiet ta’ investiment għandhom jippermettu l-użu tar-rekwiżiti tal-kontenut lokali u tat-trasferiment tat-teknoloġija, biex l-impriżi barranin jiġu mħeġġa jistabbilixxu konnessjonijiet upstream u downstream u jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż ospitanti; |
|
32. |
Iħeġġeġ lill-pajjiżi Afrikani biex jagħmlu progress fl-isforzi tagħhom ta' integrazzjoni reġjonali sabiex jitneħħew uħud mill-ostakli intra-Afrikani tal-industrijalizzazzjoni bbażata fuq il-minerali; |
|
33. |
Jenfasizza li t-taxxi fuq l-esportazzjoni huma permessi taħt ir-reġim tad-WTO u jistgħu jkunu parti minn strateġiji ta’ politika li l-għan tagħhom ikun l-iżvilupp ta’ industriji domestiċi ta’ manifattura jew tal-ipproċessar; |
Benefiċċji mid-Dħul
|
34. |
Iħeġġeġ lill-UE tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fin-negozjar ta’ ftehimiet ta’ investiment li jrendu benefiċċji soċjali sostenibbli u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi mtejba; jirrimarka li meta ssir pressjoni fuq il-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimminimizzaw it-taxxi u d-drittijiet dovuti tagħhom, il-kumpaniji ta’ tħaffir fil-minjieri effettivament ikunu qegħdin idgħajfu l-kapaċità fiskali tal-Istat, filwaqt li, għall-kuntrarju, l-“eskalazzjoni tat-tariffi” applikata mill-UE fuq l-oġġetti lesti tagħmilha aktar diffiċli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jipproduċu materja prima għall-ipproċessar u l-manifattura ta’ prodotti b’valur miżjud għall-esportazzjoni; |
|
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu nnegozjati u implimentati trattati fiskali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġi żgurat li l-impriżi multinazzjonali jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxi; jistieden, b’mod usa’, lill-UE ssaħħaħ l-appoġġ għall-għajnuna tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-riformi fiskali u t-tisħiħ tal-amministrazzjonijiet fiskali, sabiex tippermetti l-irkupru, il-ġestjoni u l-kondiviżjoni adegwati tad-dħul mir-riżorsi minerali, u taħdem biex twettaq ftehimiet ta' kummerċ li jneħħu l-eskalazzjoni tariffarja fuq prodotti lesti magħżula li tista’ tfixkel l-ipproċessar u l-manifattura ta’ prodotti b’valur miżjud abbażi ta’ minerali, u b’hekk tiġi ostakolata l-istrateġija tad-diversifikazzjoni ekonomika tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
36. |
Jenfasizza li l-flussi illegali ta’ kapital mill-Afrika huma konnessi mas-segretezza li teżisti madwar il-kuntratti ta’ tħaffir fil-minjieri u r-reġimi fiskali; iqis, għaldqstant, li l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u r-rifuġji fiskali għandha tibqa’ prijorità assoluta; |
|
37. |
Huwa mħasseb dwar il-mod kif jistgħu jingħataw konċessjonijiet lill-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri u l-problemi li dan jista’ joħloq, inkluż l-esproprjazzjoni, li persuni jiġu mċaħħda mill-mezzi tal-għajxien tagħhom u problemi li jirrigwardaw id-drittijiet tal-utent u d-drittijiet tal-art; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiddemarkaw “żoni projbiti” għal konċessjonijiet f’żoni li jkunu protetti bil-liġi mil-lat ambjentali jew li jkollhom konċentrazzjoni għolja ta’ minaturi artiġjanali, u li dan isir qabel ma jingħataw konċessjonijiet sabiex jiġu evitati inkwiet u problemi mhux meħtieġa mal-komunitajiet u l-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri lokali; jistieden ukoll lill-awtoritajiet joħolqu kapaċità biex jorganizzaw konsultazzjonijiet mal-komunitajiet lokali, jevalwaw sew it-talba ta' konċessjoni, jagħmlu monitoraġġ tas-sit u jevalwaw l-impatt tat-tħaffir fil-minjieri qabel ma jingħataw il-konċessjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li l-konċessjonijiet għat-tħaffir fil-minjieri artiġjanali jiġu fformalizzati u rikonoxxuti kif xieraq mill-Istati, inkluż f’każijiet fejn l-Istati mixjin lejn it-tħaffir fil-minjieri industrijali; |
|
38. |
Jilqa' r-reviżjoni riċenti tad-Direttivi dwar it-Trasparenza u r-Responsabbiltà li tintroduċi l-obbligi ta' rappurtar fuq ħlasijiet lill-gvernijiet għall-industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw dawn id-direttivi b'mod rapidu; jitlob sabiex il-ġabra ta' informazzjoni dwar id-dħul tkun disponibbli f'format kemm jista' jkun miftuħ u aċċessibbli; |
|
39. |
Jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li l-liċenzji għat-tħaffir fil-minjieri u assi oħra jinbiegħu jew jingħataw permezz ta’ proċessi ta’ offerti miftuħa u trasparenti; jistieden lill-awtoritajiet jippubblikaw kuntratti, inklużi annessi, mapep u d-dettalji finanzjarji kollha, bħala mezz ta’ prevenzjoni tal-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet u l-kumpaniji kkonċernati jipproduċu lista sħiħa ta’ azzjonisti tal-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri kollha, b’mod partikolari għal kwalunkwe ftehim ġdid, u lista sħiħa ta’ dawk li jibbenefikaw b’mod sistematiku minn dawn il-ftehimiet, bħala mezz ta’ prevenzjoni tal-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet u l-kumpaniji jiżguraw li l-ħlasijiet kollha lill-gvern jiġu ppubblikati b’mod li jkun aċċessibbli b’mod wiesa’; jistieden lill-UE tirrekjedi lill-kumpaniji estrattivi elenkati fl-Ewropa biex jippubblikaw kull kuntratt konkluż; |
|
40. |
Jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni fis-settur tat-tħaffir fil-minjieri u jħarrku, jiffriżaw fondi jew jirrifjutaw il-proċediment ta’ tranżazzjonijiet fejn ikun xieraq; jitlob li l-valutazzjonijiet ta’ riskji ta’ korruzzjoni jinkludu l-analiżi tal-proċess tal-konfiska tal-assi, u l-bejgħ mill-ġdid tal-assi kkonfiskati, l-involviment ta' individwi jew kumpaniji bħala intermedjarji f"konċessjonijiet ittrasferiti" (b'mod partikolari fejn dawn l-intermedjarji jkollhom relazzjonijiet mal-awtoritajiet governattivi), u l-bejgħ ta' assi b'valur imnaqqas, u l-bejgħ ta' assi mingħajr sejħa għall-offerti (b'mod partikolari fejn l-assi huma ta' importanza ekonomika ewlenija jew inkella fejn l-offerti huma n-norma); jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li x-xerrejja finali ta’ dawn l-assi jinżammu responsabbli għall-intermedjarji li jkunu l-imsieħba tagħhom; |
L-Interruzzjoni tal-Konnessjoni bejn il-Kunflitti Armati u l-Isfruttament tal-Minerali
|
41. |
Jinnota bi tħassib li l-isfruttament ta’ riżorsi naturali ta’ valur għoli, inkluż iż-żejt, il-gass, il-minerali u l-injam, huwa kawża ewlenija ta’ kunflitti madwar id-dinja; jemmen li biex l-istrateġiji ta’ prevenzjoni tal-kunflitti jkollhom suċċess għandhom jindirizzaw: l-involviment skars tal-komunitajiet fil-proċess tal-iżvilupp tal-industriji estrattivi; il-kondiviżjoni mhux adegwata tal-benefiċċji; l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali negattivi; il-ġestjoni ħażina tal-fondi; il-korruzzjoni; ir-rwol tal-armati u l-movimenti ribelli; l-oqfsa istituzzjonali u legali mhux adegwati għall-amministrazzjoni tal-iżvilupp tal-industriji estrattivi; u n-nuqqas ta’ attenzjoni għall-kwistjonijet dwar ir-riżorsi naturali fil-ftehimiet ta’ paċi; |
|
42. |
Jilqa' l-Viżjoni Afrikana fuq it-Tħaffir fil-Minjieri li permezz tagħha, settur tat-tħaffir fil-minjieri inklużiv u trasparenti, responsabbli mil-lat ambjentali u soċjali, li jipprovdi benfiċċji aktar dejjiema lill-komunitajiet, huwa essenzjali għall-indirizzar tal-impatti negattivi tas-settur tat-tħaffir fil-mijieri u biex jiġu evitati kunflitti li ġejjin minn sfruttament tal-minerali; jitlob, f'dan il-kuntest, għal proċessi ta' governanza parteċipattiva u trasparenti, fil-livelli kollha, u biex jiġu evalwati l-impatti soċjali u ambjentali tat-tħaffir fil-minjieri; |
|
43. |
Jenfasizza li l-minerali tal-kunflitt jirrappreżentaw sfida ewlenija f’termini ta’ drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-governanza tajba, inklużi prattiki u kontroll ta’ ġestjoni ambjentali b’saħħitha u r-rispett għall-istandards soċjali huma essenzjali għall-ġlieda kontra l-problema tal-minerali tal-kunflitt; |
|
44. |
Jirrimarka li l-parti l-kbira tal-inizjattivi mnedija f’livell internazzjonali kontra l-minerali tal-kunflitt għandhom l-għan li jħeġġu kondotta responsabbli min-naħa tal-industriji li jixtru l-minerali, permezz ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni għall-fundituri; jitlob l-inklużjoni ta’ aspetti tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti fil-programmi kollha ta’ ċertifikazzjoni f'konformità ma' standards internazzjonali bħal dawk stabbiliti fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli; |
|
45. |
Jenfasizza li biex l-inizjattivi ta’ negozju attwali dwar minerali tal-kunflitt ikunu effettivi fl-interruzzjoni tal-konnessjoni bejn il-kunflitti armati u l-isfruttament tal-minerali, u biex jiġi żgurat li jikkonformaw ma’ standards internazzjonali stabbiliti mill-OECD, għandha tiġi introdotta leġiżlazzjoni Ewropea biex tirregola lil dawn l-inizjattivi u l-kumpaniji li joperaw fl-UE li jużaw u jikkummerċjalizzaw riżorsi naturali koperti; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni vinkolanti dwar il-minerali tal-kunflitt; |
|
46. |
Jenfasizza li regolament tal-UE, li jirrikjedi li l-kumpaniji li jużaw u jikkummerċjalizzaw minerali u riżorsi naturali oħra mixtrija minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli jwettqu diliġenza dovuta skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli, huwa meħtieġ biex jikkumplimenta r-reviżjonijiet tad-Direttivi tal-UE dwar it-Trasparenza u r-Responsabbiltà fir-rigward tal-iżvelar ta’ informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tal-kumpaniji l-kbar kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-minerali tal-kunflitt tal-Att ta’ Dodd Frank; b’mod partikolari, jemmen li din il-leġiżlazzjoni għandha:
|
|
47. |
Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta tal-UE għandha tkun parti minn approċċ usa’ u kumplimentari li jindirizza l-kawżi tal-oriġini tal-kunflitti u l-fraġilità, u għandha tiġi kkumplimentata minn programmi ta’ għajnuna għall-iżvilupp, li għandhom jimmiraw lejn kwistjonijiet ta’ governanza u r-riforma tas-settur tas-sigurtà u għandu jkollhom l-għan li jibnu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u l-komunitajiet lokali biex jimmaniġġjaw ir-riżorsi naturali tagħhom b’mod sostenibbli u għall-benefiċċju tal-popolazzjoni lokali tagħhom; |
|
48. |
Jistieden lill-UE tappoġġja l-bini ta’ kapaċitajiet fil-pajjiżi li qed jiżvilppaw għonja fil-minerali u li tistabbilixxi programmi ta’ xiri ta’ minerali mingħajr kunflitt; |
|
49. |
Iħeġġeġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jinfurzaw liġi domestika dwar id-diliġenza dovuta u jinkludu diliġenza dovuta tal-OECD bħala rekwiżit fil-Kodiċi Minerarju nazzjonali; |
|
50. |
Iħeġġeġ lis-SEAE biex irawwem djalogu ma' pajjiżi msieħba ewlenin (pereżempju ċ-Ċina, il-Ġappun, il-Brażil, l-Indja u l-Afrika t'Isfel) fir-rigward tal-importanza ta' politiki dwar il-kummerċ li jirrispettaw, b'mod ġenerali, il-prinċipju ta' “dmir għall-protezzjoni”, u l-prinċipji gwida tan-NU u l-qafas tal-OECD b'mod partikolari; |
|
51. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu gwida lill-kumpaniji Ewropej dwar strateġiji għat-tnaqqis tar-riskji meta joperaw f'riskju għoli u f'żoni ta' kunflitt, bil-għan li jgħinu dawn il-kumpaniji jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom f'dawn iż-żoni meta dan huwa wkoll l-interess tal-popolazzjoni lokali; |
o
o o
|
52. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) http://www.oecd.org/corporate/mne/47143500.pdf
(2) http://www.oecd.org/daf/inv/mne/GuidanceEdition2.pdf
(3) https://www.gov.uk/government/publications/g8-lough-erne-declaration/g8-lough-erne-declaration-html-version
Il-Ħamis 27 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/96 |
P7_TA(2014)0164
SOLVIT
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-SOLVIT (2013/2154(INI))
(2017/C 285/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta' Settembru 2013 dwar il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2013 dwar “Li tagħti aktar setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini fis-suq uniku tal-Ewropa: Pjan ta’ azzjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jagħti spinta ’l quddiem lill-Ewropa Tiegħek” (COM(2013)0636), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2012 bl-isem “Ir-rinfurzar tas-soluzzjoni effettiva tal-problemi fis-Suq Uniku – Inħollu l-potenzjal tas-SOLVIT fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tiegħu”(SWD(2012)0033), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel Rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar “L-Istat ta’ Integrazzjoni tas-Suq Uniku 2013 – Kontribuzzjoni għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013” (COM(2012)0752), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Governanza Aqwa tas-Suq Uniku” (COM(2012)0259), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2012 bit-titolu “Nagħmlu Suċċess mis-Suq Uniku – Kontroll annwali fuq il-governanza 2011” (SWD(2012)0025), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku online li saret pubblika fl-4 ta’ Lulju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju “Punt ta’ Kuntatt Uniku Ewropew” ta’ Lulju 2013, ikkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar il-governanza tas-Suq Uniku (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 bl-isem 'L-Att dwar is-Suq Uniku – il-Passi li jmiss għat-tkabbir' (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar governanza u sħubija fis-Suq Uniku (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010 dwar is-SOLVIT (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0059/2014), |
|
A. |
billi d-drittijiet taċ-ċittadini u n-negozji fis-suq uniku jeħtieġ li jintużaw b’mod effettiv, u billi l-liġi tal-UE li tiggarantixxi dawn id-drittijiet jeħtieġ li tiġi infurzata b’mod effettiv biex ikun żgurat li ċ-ċittadini u n-negozji kollha jibbenefikaw mill-potenzjal tas-suq intern; |
|
B. |
billi l-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom u l-iffaċilitar tat-tgawdija ta’ dawk id-drittijiet jgħinu biex is-suq intern jaħdem aħjar; |
|
C. |
billi attwalment is-SOLVIT jimmaniġġja madwar 1 300 każ fis-sena, u jirnexxielu jsib soluzzjonijiet għal madwar 90 % tal-klijenti tiegħu sad-data ta’ skadenza ta’ 70 ġurnata; |
|
D. |
billi l-interess f’“L-Ewropa Tiegħek” u l-użu tiegħu qiegħed jikber b’mod mgħaġġel u, skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku online, fl-2012 aktar minn 11 000 viżitatur ikkonsultaw il-portal kuljum, meta mqabbel ma’ 6 500 fis-sena preċedenti; |
|
E. |
billi ripetutament talab biex jissaħħaħ in-netwerk tas-SOLVIT, u biex tkun disponibbli aktar informazzjoni u informazzjoni aħjar dwar id-drittijiet tal-UE; |
|
F. |
billi s-SOLVIT għandu rwol importanti bħala għodda ewlenija għas-soluzzjoni tal-problemi u, għaldaqstant, bħala mezz sabiex tiġi żgurata konformità aħjar mal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tas-suq uniku; billi, minkejja dan, is-SOLVIT jibqa’ mhux utilizzat biżżejjed u mhux qed jilħaq il-potenzjal tiegħu; |
|
G. |
billi, jekk isir użu sħiħ tiegħu, is-SOLVIT jista’, f’numru kbir ta’ oqsma, isir mod utli li bih is-sistemi tal-qrati, li jistgħu jkunu kumplikati ħafna u b'hekk tkun diffiċli għaċ-ċittadini u n-negozji biex isolvu l-problemi tagħhom, ma jibqgħux jintużaw b'mod eċċessiv; |
|
H. |
billi, skont l-istudju kkummissjonat tiegħu bl-isem “Punt Uniku ta’ Kuntatt Ewropew”, għalkemm hija disponibbli firxa estensiva ta’ informazzjoni, pariri u assistenza online għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, l-għarfien dwar dawn is-servizzi huwa baxx ħafna, bir-riżultat li 91,6 % ta’ dawk intervistati m’għandhom l-ebda għarfien dwar servizz online li jistgħu jirrikorru għalih sabiex jindirizzaw problemi relatati mas-suq uniku; |
|
I. |
billi l-effettività tal-assistenza pprovduta mis-SOLVIT tiddependi ħafna minn kemm hu mħarreġ sew il-persunal tiegħu; |
|
J. |
billi għandu jsir sforz akbar biex is-SOLVIT jiġi integrat aħjar fil-firxa ta’ servizzi ta’ għajnuna u ta' strumenti ta’ infurzar disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni; |
|
K. |
billi sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jidentifikaw problemi b’mod korrett meta dawn iseħħu u jkunu jistgħu jsolvuhom, jeħtieġ li jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom fis-suq uniku, u billi għad hemm ħafna aktar xi jsir biex jiżdied dak l-għarfien; |
Introduzzjoni: użu effettiv tad-drittijiet u l-opportunitajiet fis-suq uniku
|
1. |
Itenni li l-potenzjal tas-suq uniku jista’ jiġi sfruttat biss jekk iċ-ċittadini u n-negozji jkunu konxji mid-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom, u jkunu jistgħu jagħmlu użu effettiv minnhom; ifakkar li dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu biss jekk l-Istati Membri jiżguraw l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku u jekk ikunu disponibbli informazzjoni ta’ kwalità tajba u mekkaniżmi effiċjenti għas-soluzzjoni tal- problemi; |
|
2. |
Jenfasizza li ħafna kwistjonijiet tas-suq uniku huma r-riżultat ta’ regolamentazzjoni żejda, implimentazzjoni tard jew ħażina minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew regoli nazzjonali li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni; jitlob b’mod qawwi lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tpoġġi pressjoni fuq dawk l-Istati Membri li mhumiex qed jikkonformaw mar-regoli tas-suq uniku; |
|
3. |
Jindika li ħafna problemi relatati mal-implimentazzjoni ta’ regoli tas-suq uniku jiġu identifikati permezz tan-netwerk tas-SOLVIT, u jfaħħar il-kontribut tas-SOLVIT għall-bidliet amministrattivi u regolatorji sabiex jiġu rimedjati dawn il-problemi; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu miżuri li jtejbu l-kompiti tal-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni; |
|
4. |
Jenfasizza l-ħtieġa li s-SOLVIT ikollu mezzi effiċjenti biex iwissi lill-Kummissjoni dwar problemi tas-suq intern li jkun sar jaf bihom, li jirriżultaw minn nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-liġi tal-UE; |
|
5. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku, u l-konformità magħha, huma ta’ importanza assoluta għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej u, għaldaqstant, għall-ekonomija b’mod ġenerali u għall-fiduċja taċ-ċittadini fil-funzjonament tas-suq uniku; jenfasizza wkoll l-obbligi legali tal-Istati Membri f’dan ir-rigward; |
|
6. |
Itenni t-talba tiegħu sabiex jiġu żviluppati aktar il-proċeduri ta’ ksur applikabbli, inkluż billi jkun żgurat l-użu aktar strinġenti ta’ dawn il-proċeduri ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-suq uniku, u billi jiġu applikati proċeduri aktar mgħaġġla; |
|
7. |
Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jsir kull sforz sabiex jiġi żgurat li jiġu evitati, identifikati jew li jitneħħew problemi ta’ infurzar qabel ma jsir meħtieġ li jinbdew proċeduri ta’ ksur formali; |
|
8. |
Jenfasizza l-użu ta’ tolleranza żero għan-nuqqas ta’ konformità u ta’ reviżjoni bejn il-pari fl-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi, bħala metodi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-liġi dwar is-suq uniku; |
Is-SOLVIT: għajnuna għall-individwi u n-negozji biex isolvu l-problemi
|
9. |
Jilqa' r-rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT, li twitti t-triq għas-SOLVIT 2.0; |
|
10. |
Jinnota li n-netwerk tas-SOLVIT kiseb riżultati tanġibbli u wera l-utilità tiegħu; jinnota, madankollu, li għad hemm lok għal titjib, partikolarment fir-rigward tar-riżoluzzjoni tat-tilwim relatat man-negozji u l-ħin meħud biex jissolvew dawn id-diffikultajiet; |
|
11. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb il-ħidma effettiva tan-netwerk tas-SOLVIT dwar ir-riżoluzzjoni informali u rapida ta' kwistjonijiet transkonfinali relatati mas-suq intern – għodda li tindirizza l-applikazzjoni żbaljata wara t-traspożizzjoni – bl-użu ta' proċeduri li huma kemm jista' jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini, u jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni biex itejbu s-sistema tas-SOLVIT, bħala servizz bla ħlas u faċli jintuża; |
|
12. |
Iqis li l-prestazzjoni taċ-ċentri tas-SOLVIT għandha tittejjeb kontinwament, speċjalment fir-rigward tal-każijiet tas-sigurtà soċjali, u jinkoraġġixxi koordinazzjoni aħjar tas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali; |
|
13. |
Jitlob biex tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet transkonfinali relatati mal-liġi tax-xogħol, id-drittijiet soċjali u t-trattament ugwali, b'attenzjoni partikolari lil kwistjonijiet relatati mal-pensjonijiet, il-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea u l-ħaddiema stazzjonati; |
|
14. |
Jenfasizza b’mod partikolari l-importanza tas-SOLVIT għall-ħaddiema migranti fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ trattament ugwali u tas-soluzzjoni ta’ problemi transkonfinali; |
|
15. |
Jinnota li l-maġġoranza kbira tal-klijenti tas-SOLVIT huma ċittadini; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal kbir tas-SOLVIT bħala għodda għas-soluzzjoni tal-problemi għan-negozji; jenfasizza li hemm ħafna aktar xi jsir sabiex in-negozji, b’mod partikolari negozji żgħar u medji, isiru aktar konxji mis-SOLVIT, jiġu edukati dwar il-possibbiltajiet tiegħu u jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar minnu; jilqa’ l-aġġornament riċenti tal-portal tan-negozju L-Ewropa Tiegħek bħala pass pożittiv f’dik id-direzzjoni; |
|
16. |
Jitlob biex ir-relazzjonijiet pubbliċi tas-SOLVIT jissaħħu sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni ferm akbar tan-netwerk; jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Membri tal-Parlament Ewropew, fil-kostitwenzi tagħhom, jimpenjaw lilhom infushom f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jippromovu r-rwol tal-Ewropa Tiegħek u tas-SOLVIT; jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri għandhom l-għażla li jkomplu jippromovu s-SOLVIT b'mod reġjonali filwaqt li jinnota li l-każijiet kollha għandhom jiġu ttrattati fil-livell nazzjonali; |
|
17. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-SOLVIT għadu qed jattira volum kbir ta’ każijiet mhux SOLVIT, u li dan qed inaqqas il-pass tal-ġestjoni ta’ lmenti SOLVIT; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-mandat tas-SOLVIT jiġi spjegat aħjar liċ-ċittadini u n-negozji; |
|
18. |
Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm disponibbli riżorsi adegwati bħala appoġġ għan-netwerk tas-SOLVIT, b'referenza għall-kundizzjonijiet li jirregolaw l-organizzazzjoni taċ-ċentri tas-SOLVIT kif stabbilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2013; |
|
19. |
Jenfasizza l-importanza li tinżamm il-kwalità tas-servizz offrut mis-SOLVIT minkejja restrizzjonijiet baġitarji u riżorsi umani limitati; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li ċ-ċentri tas-SOLVIT ikollhom numru suffiċjenti ta’ persunal imħarreġ sew, b’kompetenzi legali adegwati u għarfien tal-lingwi rilevanti tal-Unjoni, u li l-persunal jiġi pprovdut b’taħriġ xieraq sabiex jibqa’ jtejjeb il-ħiliet u l-għarfien tiegħu; |
|
20. |
Jenfasizza l-importanza taċ-ċentri kollha tas-SOLVIT fid-diversi Stati Membri li jipprovdu standard simili ta’ servizz, peress li dan huwa essenzjali għal riżoluzzjoni effettiva tal-problemi; |
|
21. |
Jenfasizza l-importanza ta' soluzzjonijiet rapidi għall-problemi li jitolbu biss kjarifika tad-dritt tal-Unjoni u komunikazzjoni adegwata mal-applikanti f'każijiet kumplikati; |
|
22. |
Jitlob integrazzjoni aħjar ma’ proċeduri oħra tal-immaniġġjar tal-ilmenti, b’mod partikolari l-EU Pilot; |
|
23. |
Jenfasizza l-importanza li s-SOLVIT ikun indirizzat biex jitratta każijiet relatati aktar man-negozju; jinnota li dan jitlob għarfien akbar dwar is-SOLVIT fil-komunità tan-negozju, kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn is-SOLVIT u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju Ewropej u nazzjonali, pereżempju fil-forma ta' grupp ta' ħidma li jġib flimkien ċentri tas-SOLVIT u assoċjazzjonijiet tan-negozju, u rieda f'uħud miċ-ċentri tas-SOLVIT li jitrattaw każijiet aktar kumplessi; |
|
24. |
Jiddispjaċih li ħafna każijiet relatati man-negozju li jistgħu jiġu mmaniġġjati mis-SOLVIT qed jiġu rrifjutati għar-raġuni li huma kumplessi wisq; iqis li jekk xi ċentri tas-SOLVIT isibu li tali każijiet relatati man-negozju huma kumplessi wisq sabiex jiġu mmaniġġjati, din hija problema li teħtieġ li tiġi indirizzata lokalment f’dawk iċ-ċentri tas-SOLVIT; |
|
25. |
Jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni tipprovdi assistenza informali fl-immaniġġjar tal-każijiet, inkluż parir legali informali f’każijiet kumplessi; jistieden liċ-ċentri tas-SOLVIT sabiex jagħmlu użu minn tali assistenza; |
|
26. |
Jenfasizza l-importanza ta' skambji ta' informazzjoni bejn iċ-ċentri tas-SOLVIT u jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvestu biex itejbu l-kooperazzjoni bejn dawn iċ-ċentri; jinkoraġġixxi liċ-ċentri tas-SOLVIT fl-Unjoni kollha biex jibdew skambju aktar dettaljat u estensiv tal-aħjar prattika, u jenfasizza l-importanza ta' tali skambji bejn iċ-ċentri tas-SOLVIT fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-promozzjoni tas-servizzi provduti; |
|
27. |
Jilqa’ l-kjarifika magħmula fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE dwar il-mandat tas-SOLVIT fir-rigward ta’ każijiet fejn regoli nazzjonali jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni (magħrufa wkoll bħala każijiet strutturali); jilqa’ l-adozzjoni ta’ tali każijiet minn uħud miċ-ċentri tas-SOLVIT; jitlob liċ-ċentri kollha tas-SOLVIT jipprovdu assistenza effettiva kull meta jqumu dawn il-problemi strutturali, inkluż billi jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ problemi potenzjali li jistgħu jinħolqu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali proposta; |
|
28. |
Jitlob liċ-ċentri tas-SOLVIT ikunu aktar deċiżi u effiċjenti fir-reazzjoni tagħhom għall-ilmenti u, b’mod partikolari, fl-immaniġġjar ta’ każijiet aktar kumplessi; |
|
29. |
Jenfasizza li huwa importanti li l-applikant, iċ-ċentri tas-SOLVIT involuti u l-Kummissjoni jżommu komunikazzjoni u kollaborazzjoni mill-qrib matul il-proċedura; jinnota li f’ħafna każijiet, l-applikant ma jiġix ikkonsultat matul il-proċedura iżda jkun f’kuntatt maċ-ċentru tas-SOLVIT biss meta jissottometti l-applikazzjoni u meta l-każ jitlesta; |
|
30. |
Jemmen li għandu jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-livelli kollha tal-gvern fl-Istati Membri u fis-SOLVIT; |
|
31. |
Jilqa' b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali murija miċ-ċentri tas-SOLVIT u jitlob biex din il-protezzjoni tkun sorveljata kontinwament u, fejn meħtieġ, tiżdied biex tissodisfa t-talbiet dwar il-protezzjoni tad-data tal-utenti; |
|
32. |
Jenfasizza l-importanza li jiżdied l-għarfien dwar u l-viżibilità tan-netwerk tas-SOLVIT u li jinġieb aktar viċin tal-persuni li ma jafux bih; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw aċċess ugwali għaċ-ċentri tas-SOLVIT u għall-portals online, pereżempju għal persuni b'diżabbiltà u l-anzjani, u biex jiġu żviluppati l-possibbiltajiet kollha li jkun stabbilit kuntatt bejn l-utenti u ċ-ċentri tas-SOLVIT f'dan il-kuntest; jikkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (COM(2012)0721); |
|
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' rabta u integrazzjoni tal-portals tas-SOLVIT ma' atturi u pjattaformi relatati oħra sabiex jiżdiedu l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà għall-utenti kollha; jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni biex itejbu s-sistema tas-SOLVIT billi jiżguraw approċċ koerenti fl-UE kollha u jtejbu l-viżibbiltà tagħha; iqis li l-webpages tal-istituzzjonijiet Ewropej relevanti għandhom jinkludu link għas-sit L-Ewropa Tiegħek; |
|
34. |
Jenfasizza l-importanza li jitwassal it-tagħrif dwar il-bażi tad-data tal-każijiet tas-SOLVIT u jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tipprovdi informazzjoni dwar netwerks ta' soluzzjonijiet ta' problemi jew sorsi ta' informazzjoni alternattivi, inkluż mezzi oħra possibbli ta' rimedju, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, f'każijiet li s-SOLVIT ma jistax jitratta; |
|
35. |
Jinkoraġġixxi liċ-ċentri tas-SOLVIT jinvolvu lilhom infushom b'mod proattiv billi jieħdu inizjattivi minn rajhom biex joħolqu kuntatti maċ-ċittadini, man-negozji u mal-parlamenti nazzjonali; |
|
36. |
Jilqa t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku online, li tipprovdi data dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tas-SOLVIT u L-Ewropa Tiegħek, u dwar il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE relevanti għall-funzjonament tas-suq uniku; |
|
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu aktar passi sabiex ixerrdu l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ dawn l-istrumenti fost iċ-ċittadini, in-negozji u l-imprendituri, billi jużaw il-mezzi tal-midja kollha, inkluż l-internet, sabiex jiżguraw li l-informazzjoni tilħaq l-akbar numru ta’ ċittadini u negozji possibbli; jistieden lill-Istati Membri jorganizzaw kampanji tal-informazzjoni mmirati lejn gruppi speċifiċi, inklużi n-negozji – b’mod partikolari n-negozji żgħar u medji; |
|
38. |
Jitlob lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja, fi ħdan ir-rapport annwali dwar l-integrazzjoni tas-suq uniku, il-prestazzjoni tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-problemi tal-Unjoni – b’mod partikolari s-SOLVIT – bħala parti mill-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; itenni, barra minn hekk, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ il-governanza tas-suq uniku billi tistabbilixxi pilastru speċifiku tas-Semestru Ewropew, inkluż rakkomandazzjonijiet iddedikati għall-pajjiżi speċifiċi; |
|
39. |
Jibqa’ impenjat li jimmonitorja mill-qrib il-progress tas-SOLVIT; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi stadji importanti miżurabbli għall-iżvilupp mixtieq tas-SOLVIT; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu wkoll il-miri miżurabbli tagħhom kif ukoll skadenzi għall-mod li bih jiġu ttrattati l-każijiet fiċ-ċentri lokali tas-SOLVIT; iqis, f'dan ir-rigward, li s-separazzjoni ta' każijiet relatati ma' ċittadini minn dawk relatati man-negozji sabiex ikun sorveljat il-progress tista' tkun l-aħjar triq li għandha tittieħed; jemmen li, jekk dawn il-miri ma jintlaħqux, għandha terġa' tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-proċedura informali tiġi sostitwita minn att leġiżlattiv, filwaqt li jitqiesu l-mekkaniżmi eżistenti bħal dawk provduti fid-Direttiva 2013/11/UE dwar riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim u r-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim online; iħeġġeġ lill-Kunsill isegwi l-ambizzjoni tal-Parlament f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib il-progress biex jintlaħqu dawn il-miri tal-UE u tas-SOLVIT nazzjonali fis-Semestru Ewropew; |
L-Ewropa Tiegħek: inwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozji
|
40. |
Jinnota ż-żieda kontinwa fl-użu tal-portal L-Ewropa Tiegħek; |
|
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu distinzjoni ċara bejn l-Ewropa Tiegħek u s-SOLVIT filwaqt li jikkoordinaw il-kampanji ta’ viżibilità rispettivi tagħhom; |
|
42. |
Jilqa' l-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Ewropa Tiegħek, fosthom li jitkompla l-għoti ta' informazzjoni prattika u ta' kwalità tajba dwar id-drittijiet tal-UE fis-Suq Uniku, li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar L-Ewropa Tiegħek u li titqiegħed fil-prattika sħubija mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; |
|
43. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tieħu aktar passi effettivi li jqiegħdu L-Ewropa Tiegħek bħala għodda għan-negozji u jżidu l-viżibbiltà tiegħu, inkluż billi jsir użu aħjar tal-midja soċjali; iqis, li permezz tal-branding u bl-inklużjoni tas-SOLVIT, il-portal L-Ewropa Tiegħek isir il-punt ta' aċċess uniku għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej meta jkunu ffaċċjati minn problemi jew meta qed ifittxu informazzjoni; jemmen li punt ta’ aċċess uniku jista’ jservi ta’ punt ta’ referenza għaċ-ċittadini u n-negozji u jħaffef aktar l-aċċess tagħhom għall-għodod differenti ta’ informazzjoni u għall-mekkaniżmi speċjalizzati li jsolvu l-problemi, inkluż is-SOLVIT; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-portal L-Ewropa Tiegħek biex ikopri kompletament id-drittijiet, l-obbligi u l-opportunitajiet fis-suq uniku u tagħmlu faċli kemm jista’ jkun għall-utent; |
|
45. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar regoli u proċeduri nazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li din l-informazzjoni tkun prattika, ħielsa mill-kliem tekniku, aċċessibbli b’mod ugwali għal kulħadd, aġġornata u disponibbli fil-lingwi rilevanti, u sabiex il-portal nazzjonali tagħhom (gvern elettroniku) jiġi konness mal-Ewropa Tiegħek; |
o
o o
|
46. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0054.
(3) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 72.
(4) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 51.
(5) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 10.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/102 |
P7_TA(2014)0170
Is-sitwazzjoni fl-Ukraina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (2014/2595(RSP))
(2017/C 285/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-Politika tal-Lvant (SL) u dwar l-Ukraina, b'riferiment partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-eżitu tas-summit ta' Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar l-Ukraina fl-20 ta' Frar 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi mid-deċiżjoni tal-President u l-Gvern Ukrain li jissospendi l-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, mijiet ta' eluf ta' nies niżlu minn jeddhom fit-toroq tal-pajjiż kollu biex jipprotestaw favur l-integrazzjoni Ewropea; billi fi Kiev id-dimostranti qegħdin jokkupaw paċifikament Pjazza Indipendenza (Maidan Nezalezhnosti), u qed jappellaw għal bidla politika qawwija bil-għan li jġiegħlu lill-gvern jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu; |
|
B. |
billi l-awtoritajiet taħt il-President Yanukovych ksiru l-liġi b'mod ċar meta awtorizzaw lill-forzi ta' sigurtà jagħmlu użu minn munizzjoni attiva kontra d-dimostranti u skjeraw tiraturi magħżula fuq il-bjut fi Pjazza Maidan u madwarha, li minn nofs Novembru 'l hawn kienet l-epiċentru ta' protesti kontra l-gvern u favur l-Ewropa; billi inqatlu kemm dimostranti kif ukoll persuni li kienu jinsabu fit-toroq ta' Kiev, u dan ipprovoka għadab u kundanni fil-livell internazzjonali; |
|
C. |
billi fl-istess waqt, tliet ministri għall-affarijiet barranin mill-UE vvjaġġaw lejn Kiev fi sforz ta' medjazzjoni biex tinstab soluzzjoni ta' kompromess bejn il-President Yanukovych u l-oppożizzjoni; billi dawn irnexxielhom jiksbu ftehim dwar pjan direzzjonali għal ħruġ paċifiku u demokratiku mill-kriżi; billi l-mibgħut speċjali Russu wkoll iffaċilita l-ftehim, iżda mingħajr ma kien kofirmatarju; |
|
D. |
billi, bħala konsegwenza, l-UE ddeċidiet li timponi sanzjonijiet immirati, inkluż l-iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-għoti tal-viża, fuq dawk il-persuni responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, vjolenza u użu ta' forza eċċessiva; billi l-Istati Membri qablu, barra min hekk, li jissospendu l-liċenzji ta' esportazzjoni għal tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna u li jerġgħu jeżaminaw il-liċenzji ta' esportazzjoni għal tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK; |
|
E. |
billi ċ-ċittadini ta' Lviv u Donetsk ħadu l-inizjattiva li jużaw il-lingwa Russa u dik Ukraina rispettivament fin-negozju tagħhom ta' kuljum fis-26 ta' Frar 2014 bħala ġest ta' solidarjetà u unità għall-pajjiż kollu; |
|
F. |
billi l-Verkhovna Rada adottat riżoluzzjoni fil-21 ta' Frar 2014 li fiha tiddenunzja l-operazzjonijiet ta' kontra t-terroriżmu u titlob li l-forzi tas-sigurtà joħorġu miċ-ċentru ta' Kiev; billi, b'dan il-mod, il-parlament wera d-determinazzjoni tiegħu li jkollu rwol ċentrali u jieħu kontroll tas-sitwazzjoni fil-pajjiż; billi, il-ġurnata ta' wara, il-parlament ivvota favur it-tkeċċija tal-President Yanukovych, ir-ritorn tal-Kostituzzjoni tal-2004, elezzjonijiet bikrija fil-25 ta' Mejju 2014 u r-rilaxx tal-ex-Prim Ministru' Yulia Tymoshenko; |
|
1. |
Jagħti ġieħ lil dawk li ġġieldu u mietu għall-valuri Ewropej, u jesprimi l-kondoljanzi l-aktar profondi tiegħu lill-familji tal-vittmi, jikkundanna bil-qawwa kull att ta' vjolenza u jitlob liċ-ċittadini Ukraini kollha biex, flimkien mal-mexxejja politiċi u ċiviċi, jaġixxu bl-ikbar responsabbiltà f'dan il-waqt storiku għall-Ukraina; |
|
2. |
Jikkundanna bis-saħħa l-azzjoni brutali u sproporzjonata tal-forzi kontra l-irvellijiet bħal Berkut, it-tiraturi magħżula u oħrajn, li wassal għal eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza; jiddeplora l-imwiet u l-feriment li saru fin-naħat kollha u jesprimi l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi; iwissi li kull eskalazzjoni ulterjuri ta' vjolenza tkun diżastruża għan-nazzjon Ukrain u tista' timmina l-unità u l-integrità territorjali tal-pajjiż; jenfasizza li issa importanti ħafna li l-partijiet kollha juru sens ta' responsabbiltà, rażan u impenn għal djalogu politiku inklużiv, u jeskludu ritaljazzjoni extraġudizzjarja; iħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha jaħdmu flimkien f'dan il-punt kritiku għall-Ukraina u jiffaċilitaw soluzzjonijiet ta' kompromess, iżommu 'l bogħod mill-estremisti u jevitaw provokazzjoni u azzjonijiet vjolenti li jistgħu jwasslu għal inizjattivi tas-separatisti; |
|
3. |
Jilqa' r-rwol responsabbli li kellha l-Verkhovna Rada fl-eżerċitar tal-funzjonijiet kostituzzjonali tagħha bis-sħiħ, billi pattiet għan-nuqqasijiet politiċi u istituzzjonali maħluqa mir-riżenja tal-gvern u t-tkeċċija tal-President, li mbagħad tneħħa mill-Parlament; jieħu nota tal-miżuri adottati s'issa mill-parlament, b'mod partikolari fir-rigward tar-ritorn għall-Kostituzzjoni tal-2004, id-deċiżjoni li jiġu organizzati elezzjonijiet presidenzjali fil-25 ta' Mejju 2014, id-deċiżjoni tal-irtirar tal-forzi tal-pulizija u tas-sigurtà, u tal-ħelsien mill-ħabs ta' Yulia Tymoshenko; jenfasizza kemm huwa importanti li l-Parlament Ukrain u l-membri tiegħu jibqgħu jirrispettaw l-istat tad-dritt; |
|
4. |
Ifaħħar lill-poplu Ukrain għall-bidla bl-ordni fil-poter u r-reżiljenza ċivika li wera f'dawn l-aħħar xhur, u jenfasizza l-fatt li din il-protesta ċivika u popolari għandha sservi ta' eżempju u se tibqa' titfakkar bħala waqt importanti fl-istorja tal-Ukraina; jenfasizza li din ir-rebħa demokratika u ċivika m'għandhiex titħassar bi spirtu ta' tpattija jew atti ta' retribuzzjoni lejn l-avversarji, jew bi ġlied politiku intern; jenfasizza li dawk li wettqu reati kontra ċ-ċittadini tal-Ukraina u li għamlu użu ħażin mill-poter tal-istat għandhom jiffaċċjaw proċessi indipendenti; jitlob li titwaqqaf kummissjoni indipendenti ta' investigazzjoni, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE, fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li seħħ sa mill-bidu tal-protesti; |
|
5. |
Jappoġġja l-approċċ tal-UE, li jgħaqqad flimkien l-isforzi diplomatiċi intensifikati ma' sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli li ordnaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati ma' opressjoni politika; jitlob l-adozzjoni tas-sanzjonijiet immirati kif miftiehem mill-Kunsill “Affarijiet Barranin” u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess kontra l-ħasil tal-flus biex iwaqqfu l-fluss ta' flus illeċitu mill-Ukraina, u biex jiżguraw ir-ritorn ta' assi misruqa depożitati fl-UE; iqis li investigazzjoni verament indipendenti tad-delitti mwettqa għandha tibda immedjatament u li s-sanzjonijiet immirati għandhom jitneħħew malli s-sitwazzjoni fl-Ukraina titjieb u tali investigazzjoni tad-delitti kommessi tibda tħalli l-frott; jitlob li ssir investigazzjoni dwar l-approprjazzjoni massiva ta' fondi u assi tal-istat mill-ħbieb u l-“familja” tal-President li tneħħa Yanukovych, għall-iffriżar tal-assi kollha tagħhom sakemm tingħata kjarifika dwar kif akkwistawhom u, jekk ikun ippruvat li dawn kienu misruqa, għar-ritorn ta' dawn l-assi mill-gvernijiet ta' Stati Membri tal-UE bħar-Renju Unit, il-Latvja u l-Awstrija, li hu maħsub li huma l-benefiċjarji ewlenin; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet umanitarji jistabbilixxu għajnuna medika u umanitarja rapida, robusta u diretta għall-vittmi kollha; |
|
7. |
Jistieden lill-partijiet kollha u lill-pajjiżi terzi biex jirrispettaw u jappoġġjaw l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukraina; Jistieden lill-forzi politiċi kollha fl-Ukraina u l-atturi kollha internazzjonali involuti, sabiex jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu għall-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-Ukraina, waqt li jieħdu kont tal-kompożizzjoni kulturali u lingwistika tal-pajjiż u l-istorja tiegħu; jistieden lill-Parlament Ukrain u lill-gvern il-ġdid jirrispettaw id-drittijiet tal-minoranzi fil-pajjiż u l-użu tar0Russu u l-lingwi minoritarji l-oħra; Jitlob l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida f'konformità mal-obbligi tal-Ukraina fl-ambitu tal-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji; |
|
8. |
Ifakkar li l-fruntieri eżistenti tal-Ukraina kienu ggarantiti mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Federazzjoni Russa u r-Renju Unit fil-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà meta l-Ukraina rrinunzjat għall-armi nukleari tagħha u ssieħbet fit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP); ifakkar lill-Federazzjoni Russa li, flimkien maż-żewġ pajjiżi msemmija hawn fuq, impenjat ruħha fl-istess att biex toqgħod lura mill-pressjoni ekonomika maħsuba biex tissubordina l-eżerċitar mill-Ukraina tad-drittijiet inerenti fis-sovranità tagħha għall-interess tagħha stess u b'hekk tikseb kull tip ta' benefiċċju; |
|
9. |
Jenfasizza l-importanza li ma tintilifx id-dinamika fl-ittrattar tal-kawżi fundamentali tal-kriżi, u tiġi stabbilita l-fiduċja tan-nies fil-politika u fl-istituzzjonijiet; jemmen, barra minn hekk, li dan jeħtieġ riformi kostituzzjonali u strutturali bil-għan li tinħoloq sistema effettiva ta' kontrolli u bilanċi, rabta eqreb bejn il-politika u s-soċjetà, l-istat tad-dritt, ir-responsabbiltà u sistema ġudizzjarja verament indipendenti u imparzjali u elezzjonijiet kredibbli; |
|
10. |
Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill straordinarju tal-Affarijiet Barranin tal-20 ta' Frar 2014 u, b'mod partikolari, id-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet immirati, inkluż l-iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-għoti tal-viża kontra l-persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-vjolenza u l-użu eċċessiv tal-forza, u s-sospensjoni ta' liċenzji ta' esportazzjoni għal tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna; jinnota l-impatt enormi li kellhom dawn is-sanzjonijiet fuq l-opinjoni publika fl-Ukraina, u huwa tal-fehma li dawn il-miżuri setgħu ġew adottati qabel; huwa tal-fehma, madankollu, li dawn is-sanzjonijiet għandhom jinżammu bħala parti mill-politika tal-UE lejn l-Ukraina waqt dan il-perjodu tranżitorju; |
|
11. |
Jilqa' r-rilaxx tal-ex-Prim Ministru Yulia Tymoshenko mill-ħabs, u jittama li r-rilaxx tagħha se jissimbolizza t-tmiem ta' ġustizzja selettiva u motivata politikament fl-Ukraina; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tad-dimostranti u l-priġunieri politiċi kollha li ġew detenuti b'mod illegali, it-tneħħija tal-akkużi kollha kontrihom u r-riabilitazzjoni politika tagħhom; |
|
12. |
Iħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha jaħdmu flimkien f'dan il-punt kritiku għall-Ukraina, favur tranżizzjoni politika paċifika, aġenda ta' riforma ambizzjuża u fuq skala wiesgħa u gvern orjentat lejn l-istandards Ewropej, biex jiddefendu l-unità u l-integrità territorjali tal-pajjiż, u jiffaċilitaw soluzzjonijiet ta' kompromess għall-futur tal-Ukraina; jistieden lill-awtoritajiet intermedjarji biex jiggarantixxu d-drittijiet u l-libertajiet demokratiċi lill-forzi politiċi demokratiċi kollha u biex jipprevjenu attakki kontra kull wieħed minnhom; |
|
13. |
Jenfasizza li hu l-poplu tal-Ukraina, u huwa biss, li jista' jiddeċiedi, ħieles minn kwalunkwe interferenza barranija, dwar l-orjentament ġeopolitiku tal-pajjiż u liema ftehimiet u komunitajiet li l-Ukraina għandha tingħaqad magħhom; |
|
14. |
Jikkundanna l-attakk fuq u d-distruzzjoni tal-kwartieri ġenerali tal-Partit Komunista tal-Ukraina u ta' partiti oħra, u t-tentattivi ta' projbizzjoni tal-Partit Komunista tal-Ukraina; |
|
15. |
Itenni li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA) huwa lest biex jiġi ffirmat mal-gvern il-ġdid, malajr kemm jista' jkun u hekk kif il-gvern il-ġdid ikun lest biex jagħmel dan; |
|
16. |
Jilqa' l-fatt li minn tliet punti ta' referenza stabbiliti mill-Kunsill “Affarijiet Barranin” fl-2012, il-punt dwar it-tmiem ta' ġustizzja selettiva (inkluża l-priġunerija ta' Yulia Tymoshenko) intlaħaq, filwaqt li t-tnejn l-oħra, dwar il-ġustizzja u s-sistemi elettorali, li huma t-talbiet tal-moviment ta' protesta, huma diġà s-suġġett ta' bidla u riforma profonda, li wieħed jittama li jintlaħqu dalwaqt mill-gvern ta' koalizzjoni l-ġdid u appoġġjati mill-maġġoranza parlamentari l-ġdida; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-awtoritajiet Ukraini bil-għan li jinstabu modi kif jiġu kontrobilanċjati l-effetti tal-miżuri ta' ritaljazzjoni adottati mir-Russja biex twaqqaf l-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, kif ukoll ta' miżuri ġodda possibbli; jilqa' l-aħbar mill-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Euro, Olli Rehn, tar-rieda tal-UE li tipprovdi pakkett ta' għajnuna finanzjarja sostanzjali, ambizzjuż kemm fuq terminu qasir kif ukoll fuq terminu twil, sakemm tinstab soluzzjoni politika bbażata fuq prinċipji demokratiċi, impenn għal riforma u l-ħatra ta' gvern leġittimu; jistieden lir-Russja tadotta attitudni kostruttiva sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet biex l-Ukraina tibbenefika minn relazzjonijiet bilaterali kemm mal-UE kif ukoll mar-Russja; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jitkellmu mar-Russja b’vuċi waħda b’appoġġ għall-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukraina u tal-pajjiżi oħra tas-SL li b’mod liberu jagħżlu li japprofondixxu r-relazzjonijiet tagħhom mal-UE; |
|
18. |
Jistenna li l-Kunsill u l-Kummissjoni, flimkien mal-FMI, il-Bank Dinji, jaġixxu malajr kemm jista' jkun b'assistenza finanzjarja fuq terminu ta' żmien qasir u bilanċ ta' faċilità ta' pagamenti, ikkomplementat b'pakkett fuq terminu ta' żmien twil, flimkien mal-BERŻ u l-BEI, ta' sostenn finanzjarju biex l-Ukraina tingħata l-għajnuna ħalli taffronta s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tagħha li qiegħda tmur għall-agħar kif ukoll jagħtu sostenn ekonomiku biex tagħti bidu għal riformi profondi u komprensivi neċessarji għall-ekonomija Ukraina; Jitlob, għalhekk, li tiġi organizzata konferenza tad-donaturi mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi disponibbli għall-Ukraina fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji eżistenti u biex, mill-iktar fis possibli, jikkunsidraw jagħmlu riżorsi addizzjonali disponibbli għall-Ukraina; |
|
19. |
Jirrikonoxxi li l-korruzzjoni mifruxa fil-livelli kollha tal-gvern għadha qed tostakola l-potenzjal tal-Ukraina għall-iżvilupp u qed tipperikola l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tagħhom stess; Iħeġġeġ, għalhekk, lill-gvern il-ġdid iqiegħed il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fuq quddiem nett fil-prijoritajiet tal-programm tiegħu u jitlob li l-UE tgħin dawn l-isforzi; |
|
20. |
Jenfasizza l-bżonn li tiġi stabbilita sistema ġudizzjarja verament indipendenti u imparzjali; |
|
21. |
Jistieden lill-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tħaffef id-djalogu dwar il-viża mal-Ukraina; jenfasizza l-finalizzazzjoni malajr tal-ftehim liberalizzazzjoni tal-viża – wara l-eżempju tal-Moldova – bejn l-UE u l-Ukraina hija l-aħjar mod kif għandha tingħata tweġiba għall-aspettattivi tas-soċjetà ċivili u taż-żgħażagħ Ukraini; jitlob, sadattant, l-introduzzjoni immedjata ta' proċeduri tal-viża temporanji, sempliċi ħafna u bi ħlas baxx fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, flimkien ma' kooperazzjoni msaħħa għar-riċerka, skambji ta' studenti aktar wesgħin u boroż ta' studju aktar disponibbli; |
|
22. |
Huwa tal-fehma li l-dispożizzjonijiet tad-DCFTA ma jirrappreżentaw l-ebda sfida kummerċjali għall-Federazzjoni Russa u li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mhuwiex ta' impediment għar-relazzjonijiet tajba bejn l-Ukraina u l-ġar tagħha fil-Lvant; jenfasizza li l-instabilità fil-viċinat konġunt mhu la fl-interess tal-UE u lanqas tar-Russja; jenfasizza li l-applikazzjoni ta' pressjoni politika, ekonomika jew pressjoni oħra hija bi ksur tal-Att Finali ta' Ħelsinki; |
|
23. |
Jinnota d-deċiżjoni li jiġu organizzati elezzjonijiet presidenzjali fil-25 ta' Mejju 2014; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-elezzjonijiet isiru b'mod ħieles u ġust; iħeġġeġ bil-qawwa li l-Verkhovna Rada tadotta l-leġiżlazzjoni elettorali neċessarja f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezia, inkluża liġi mġedda dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi li tindirizza l-kwistjonijiet identifikati minn GRECO u OSKE/ODIHR; iħeġġeġ li jkun hemm osservazzjoni internazzjonali tal-elezzjonijiet li ġejjin u jiddikjara r-rieda tiegħu li tiġi stabbilita missjoni ta' osservazzjoni tiegħu stess għal dan il-għan permezz ta' missjoni sostanzjali ta' osservazzjoni mill-Parlament Ewropew; jemmen li l-elezzjonijiet leġiżlattivi għandhom jiġu organizzati malajr wara l-elezzjonijiet presidenzjali u qabel l-aħħar tas-sena; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSKE/ODIHR jipprovdu appoġġ imsaħħaħ pre-elettorali u missjoni sostanzjali ta' monitoraġġ fit-tul tal-elezzjonijiet sabiex l-elezzjonijiet presidenzjali skedati għall-25 ta' Mejju 2014 ikunu jistgħu jsiru skont l-ogħla standards u jipproduċu riżultat li jkunu jistgħu jaċċettawh ir-rivali kollha; jitlob li persunal mill-Parlament Ewropew jintbagħat fid-delegazzjoni tal-UE fi Kiev għal perjodu tranżitorju sa ma jsiru l-elezzjonijiet; |
|
24. |
Jilqa' r-rikonoxximent riċenti mill-Kunsill li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż DCFTA, ma jikkostitwix l-għan aħħar fil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina; jirrimarka li l-UE tinsab lesta li tiffirma l-AA/DCFTA hekk kif il-kriżi politika attwali tiġi solvuta u l-awtoritajiet Ukraini ġodda jkunu lesti għal perspettiva Ewropea serja;; jenfasizza wkoll li l-Artikolu 49 TUE jirreferi għall-Istati Ewropej kollha, inkluża l-Ukrajna, li tista' tapplika biex issir Membru ta' l-Unjoni, sakemm hija taderixxi mal-prinċipji tad-demokrazija, tirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittjiet tal-minoranzi, u tiżgura l-istat tad-dritt; |
|
25. |
Jenfasizza l-importanza ta ' provvista tal-enerġija sikura, diversifikata u affordabbli bħala pilastru ta' tranżizzjoni ekonomika, soċjali u politika u ta' garanzija ta' ekonomija kompetittiva u prospera għall-Ukrajni kollha; f'dan ir-rigward jenfasizza r-rwol strateġiku tal-Komunità tal-Enerġija, li tagħha l-Ukraina għandha l-presidenza fl-2014, bħala l-uniku trattat li bħalissa jgħaqqad l-Ukraina mal-Unjoni Ewropea; |
|
26. |
Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva mhux partitika tas-soċjetà ċivili li titwaqqaf 'Pjattaforma ta' Maidan', għall-iżvilupp ta' strateġija biex tintemm il-korruzzjoni endemika fl-Ukraina; |
|
27. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Aġent President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0098.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0595.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/106 |
P7_TA(2014)0171
Is-sitwazzjoni fl-Iraq
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq (2014/2565(RSP))
(2017/C 285/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iraq, b'mod partikolari dik tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar il-vjolenza reċenti fl-Iraq (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument Strateġiku Konġunt tal-UE għall-Iraq 2011-2013 tal-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” dwar l-Iraq, b'mod partikolari dawk tal-10 ta' Frar 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, dwar l-Iraq, b'mod partikolari dawk tal-5 ta' Frar 2014, tas-16 ta' Jannar 2014, tat-18 ta' Diċembru 2013 u tal-5 ta' Settembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ tat-28 ta' Diċembru 2013 dwar il-qtil ta' residenti f'Kamp Hurriya, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) tal-10 ta' Jannar 2014 dwar l-Iraq, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Iraq hu parti tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Iraq għadu jħabbat wiċċu ma' sfidi gravi fl-ambitu politiku, tas-sigurtà u soċjoekonomiku u billi x-xena politika tiegħu hija estremament frammentata u kkaratterizzata mill-vjolenza u mill-politika settarja, fatt li jmur askapitu tal-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tal-Iraq għall-paċi, għall-prosperità u għal tranżizzjoni effettiva lejn id-demokrazija; billi l-Iraq qiegħed jaffronta l-aktar mewġa ta' vjolenza gravi mill-2008; |
|
B. |
billi anke minkejja li l-Iraq irnexxielu jerġa' jilħaq livelli ta' produttività taż-żejt sa kważi kapaċità sħiħa, l-inugwaljanza soċjali qed tikber hekk kif l-Istat tal-Iraq għadu mhux qed jirnexxielu jipprovdi servizzi bażiċi lill-popolazzjoni Iraqina, bħal elettriku regolari fis-sajf, ilma nadif u kura tas-saħħa pubblika; billi l-popolazzjoni kollha tal-Iraq tinsab maħsuda bi gwerra li kkawżat aktar minn miljun vittma u farrket partijiet kbar tal-infrastruttura tal-Iraq, u biż-żieda konsegwenti tal-vjolenza fil-pajjiż; billi għaxar snin ta' okkupazzjoni ħallew lill-pajjiż ifqar, l-għadd ta' persuni illitterati żdied filwaqt li aktar nies qed imutu bil-ġuħ; billi l-faqar laqat 88 % tal-popolazzjoni tal-Iraq u madwar sitt miljun Iraqi jgħixu taħt is-soll tal-faqar; |
|
C. |
billi skont in-numru ta' vittmi ppubblikat mill-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iraq (UNAMI) fl-1 ta' Frar 2014, l-ammont totali ta' Iraqin maqtula kien 733 filwaqt li 1 229 oħra ndarbu f'atti ta' terroriżmu u vjolenza f'Jannar 2014; billi n-numru għal Jannar 2014 ma jinkudix il-vittmi tal-ġlied li għaddej fil-provinċja ta' Anbar, minħabba problemi fir-rigward tal-verifika u l-aċċertament tal-istatus ta' dawk maqtula jew midruba; |
|
D. |
billi l-gwerra ċivili li għaddejja fis-Sirja aggravat is-sitwazzjoni fl-Iraq; billi din qiegħda tinfirex fl-Iraq, bil-militanti, partikolarment dak tal-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Lvant (Islamic State of Iraq and the Levant – ISIL) qegħdin jespandu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-Iraq; |
|
E. |
billi fl-10 ta' Jannar 2014 il-KSNU kkundanna l-attakki li qed jitwettqu mill-ISIL kontra l-poplu tal-Iraq b'tentattiv biex jiddestabilizza l-pajjiż u r-reġjun; |
|
F. |
billi l-gvern tal-Prim Ministru Nuri al-Maliki ma affrontax it-tħassib espress mill-minoranza Sunnita; billi l-politika ta' “de-Baathifikazzjoni” skont il-Liġi dwar il-Ġustizzja u l-Obbligu ta' Rendikont waslet għat-tkeċċija prevalentement ta' uffiċjali Sunniti li saħħet il-perċezzjoni tal-aġenda settarja tal-gvern; billi, partikolarment, it-twaqqigħ tal-kamp ta' protesta tas-Sunniti li dam sena, f'Ramadi, min-naħa tal-gvern fit-30 ta' Diċembru 2013 aggrava l-konfront vjolenti fil-provinċja ta' Anbar; billi, b'konsegwenza ta' dan, f'Fallujah u fi bliet oħrajn fil-provinċja ta' Anbar kien hemm ġlied bejn il-forzi governattivi u l-militati tal-ISIL minn Diċembru 2013; |
|
G. |
billi fit-13 ta' Frar 2014 iktar minn 63 000 familja (li jirrappreżentaw aktar minn 370 000 ruħ, skont il-kalkoli tan-NU) milquta mill-ġlied fil-provinċja ta' Anbar ġew irreġistrati bħala spustati internament; billi bosta nies ħarbu lejn partijiet oħra tal-pajjiż, fosthom il-provinċji ta' Karbala, Bagdad u Erbil, filwaqt li oħrajn fittxew kenn f'komunitajiet imbiegħda fil-provinċja ta' Anbar jew ma jistgħux jaħarbu mill-ġlied; billi l-kundizzjoni tagħhom għadha waħda prekarja, b'livelli baxxi ta' ħażniet tal-ikel u tal-ilma tax-xorb, kundizzjonijiet sanitarji ħżiena u aċċess limitat għall-kura tas-saħħa; |
|
H. |
billi ma waqfux l-attakki mortali bil-bombi fl-Iraq kollu, pereżempju l-attakk tal-5 ta' Frar 2014 fuq il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Iraq, li laqtu l-aktar liż-żoni b'maġġoranza Xiita, filwaqt li bosta evażjonijiet mill-ħabs żiedu l-għadd ta' ġellieda li jimlew l-istakkamenti tal-gruppi militanti estermisti; |
|
I. |
billi fil-25 ta' Diċembru 2013, inqatlu mill-inqas 35 persuna u għexieren oħra sfaw midruba f'attakki bil-bombi fl-inħawi Nsara ta' Bagdad; billi hu mifhum li mill-2003 mill-inqas nofs l-Insara tal-Iraq ħallew il-pajjiż; |
|
J. |
billi fil-5 ta' Frar 2014, ġie attakkat il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Iraq f'Bagdad, u billi fl-10 ta' Frar 2014 il-konvoj tal-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Osama al-Nujaifi, ġie attakkat fil-belt ta' Mosul fil-provinċja ta' Ninawa; |
|
K. |
billi l-gvern federali tal-Iraq u l-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan għadhom ma jaqblux dwar il-mod kif jikkondividu l-użu tar-riżorsi minerali tal-Iraq, b'pipeline ġdida mistennija ġġorr 2 miljun barmil żejt kull xahar mill-Kurdistan sat-Turkija u l-gvern ċentrali qiegħed iħejji azzjoni legali kontra l-provinċja; |
|
L. |
billi l-problemi soċjali u ekonomiċi serji – faqar mifrux, livell għoli ta' qgħad, staġnar ekonomiku, degrad ambjentali u nuqqas ta' servizzi pubbliċi bażiċi – għadhom jolqtu perċentwal kbir tal-popolazzjoni; |
|
M. |
billi l-vjolenza u s-sabutaġġ ostakolaw l-isforzi intiżi biex l-ekonomija, miflija minn għexieren ta' snin ta' kunflitti u sanzjonijiet, tingħata nifs ġdid; billi l-Iraq għandu t-tielet l-akbar riżerva taż-żejt mhux raffinat tad-dinja, iżda billi l-attakki, il-korruzzjoni u l-kuntrabandu rvinaw l-esportazzjonijiet; billi n-nisġa soċjali tal-pajjiż, inkluż il-livell ta' ugwaljanza għan-nisa milħuq preċedentement, tinsab f'diffikultà serja; |
|
N. |
billi l-libertà tal-istampa u tal-midja qed tiġi attakkata b'mod ripetut u dejjem aktar ta' sikwit mill-gruppi tal-gvern kif ukoll dawk estremisti; billi l-ġurnalisti u s-sorsi tal-aħbarijiet ġew attakkati jew iċċensurati, u Reporters Without Borders irrappurtat blackout fuq l-aħbarijiet dwar is-sitwazzjoni fil-provinċja ta' Anbar; billi l-Iraq hu klassifikat bħala “mhux liberu” mir-rapport Freedom in the World (“Il-Libertà fid-Dinja”) 2014 tal-organizzazzjoni mhux governattiva Freedom House; |
|
O. |
billi l-kostituzzjoni tal-Iraq tiggarantixxi l-ugwaljanza quddiem il-liġi għaċ-ċittadini kollha, flimkien mad-“drittijiet amministrattivi, politiċi, kulturali u edukattivi tad-diversi nazzjonalitajiet”; |
|
P. |
billi l-FSK UE-Iraq, b'mod partikolari l-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem misjuba fih, jenfasizza li d-djalogu politiku UE-Iraq għandu jikkonċentra fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi; |
|
Q. |
billi l-emendi lil-liġi elettorali tal-Iraq ġew adottati f'Novembru 2013 li wittew it-triq għall-elezzjonijiet ġenerali li mistennijin isiru fit-30 ta' April 2014; |
|
R. |
billi l-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha li tassisti lill-Iraq fit-tranżizzjoni tiegħu għad-demokrazija, u fakkret li l-unità u l-integrità territorjali tal-Iraq huma elementi essenzjali fil-bini ta' stat sigur u għani għaċ-ċittadini kollha tiegħu u biex ikun hemm stabilità fir-reġjun kollu; |
|
S. |
billi l-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Iraq kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fi Brussell fl-20 ta' Jannar 2014; billi l-Kunsill ta' Kooperazzjoni, li qed jiltaqa' fil-qafas tal-FSK UE-Iraq, afferma mill-ġdid l-impenn taż-żewġ partijiet li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet ta' bejniethom; billi l-UE se tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni fl-oqsma kollha ta' interess reċiproku, filwaqt li toffri assistenza mmirata f'oqsma maqbula b'mod konġunt; |
|
T. |
billi l-awtoritajiet tal-Iraq qed ikomplu japplikaw il-piena tal-mewt; billi l-Kapjiet tal-Missjoni f'Bagdad tal-UE ffirmaw dikjarazzjoni dwar il-Jum Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt f'Ottubru, fejn esprimew tħassib kbir dwar l-użu tal-piena tal-mewt mill-Iraq u stiednu lill-Gvern tal-Iraq jintroduċi moratorja; |
|
U. |
billi għaddejja bħalissa kampanja ta' armament massiva għall-Iraq, bl-involviment ta' bejgħ fuq skala kbira ta' apparat militari; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-atti reċenti ta' terroriżmu u ż-żieda fil-vjolenza settarja, li ġġib magħha l-periklu li l-pajjiż jerġa' jaqa' fil-ġlied settarju u qiegħda tiġġenera biża' ta' kunflitt settarju usa' fir-reġjun kollu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li minkejja li l-vjolenza sseħħ fuq linji settarji, il-kawżi tagħha huma politiċi aktar milli reliġjużi; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tal-vittmi u tal-midruba; |
|
2. |
Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kommessi mill-ISIL fil-provinċja ta' Anbar u jappoġġa l-appell tal-KSNU lill-poplu tal-Iraq, inklużi t-tribujiet tal-Iraq, il-mexxejja lokali, u l-forzi tas-sigurtà tal-Iraq fil-provinċja ta' Anbar, biex jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-vjolenza u t-terrur; jenfasizza li l-ISIL huwa suġġett għall-embargo fuq l-armi u l-iffriżar tal-assi imposti bir-riżoluzzjonijiet nri 1267 (1999) u 2083 (2012) tal-KSNU u jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni fil-pront u effikaċi ta' dawk il-miżuri; |
|
3. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar l-iżviluppi fil-provinċja ta' Anbar u l-għadd kbir ta' persuni spustati internament li qed jaħarbu miż-żoni ta' kunflitt; jitlob aċċess umanitarju għal Fallujah; jitlob lill-Gvern tal-Iraq jonora dmiru li jipproteġi lill-popolazzjoni ċivili f'Fallujah u fi bnadi oħrajn; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Iraq ikompli jaħdem mal-UNAMI u mal-aġenziji umanitarji biex jiġi żgurat il-forniment tal-għajnuna umanitarja; jilqa' l-isforzi tan-NU intiżi biex tingħata għajnuna lil dawk milquta mill-ġlied fil-provinċja ta' Anbar, minkejja l-isfidi maħluqa mill-ambjent ta' sigurtà deterjoranti u l-operazzjonijiet li għaddejjin fil-provinċja; |
|
4. |
Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jsostnu l-isforzi kollha tal-Gvern tal-Iraq u tal-UNAMI f'dik li hija protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili f'Fallujah u fi bnadi oħrajn bil-għan li jippruvaw jassiguraw il-passaġġ sigur taċ-ċivili maqbuda fiż-żoni tal-kunflitt, kif ukoll ir-ritorn bla periklu tal-persuni spustati internament malli l-kundizzjonijiet jippermettu; |
|
5. |
Jistieden lill-Gvern tal-Iraq jittratta l-kwistjonijiet fit-tul li jikkontribwixxu għall-instabbiltà tal-pajjiż, fosthom it-tħassib leġittimu tal-minoranza Sunnita, billi jvara djalogu nazzjonali inklużiv dwar ir-riforma tal-Liġi dwar il-Ġustizzja u l-Obbligu ta' Rendikont, jastjeni minn dikjarazzjonijiet settarji xewwiexa u jimplimenta miżuri mmirati għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali; jirrifjuta l-appelli għall-ħolqien ta' reġjun federali Sunnita fl-Iraq bħala soluzzjoni għall-kunflitt attwali billi dan x'aktarx isarraf f'aktar settariżmu u vjolenza; |
|
6. |
Jinnota bi tħassib l-effetti b'konsegwenza tal-vjolenza tal-kunflitt fis-Sirja; jistieden lill-Gvern tal-Iraq jagħmel sforz qawwi biex jiżola lill-Iraq mill-gwerra ċivili Sirjana billi jastjeni milli jappoġġa lil xi parti involuta fil-kunflitt u billi jipprevjeni lill-ġellieda, kemm Sunniti kif ukoll Xiiti, milli jaqsmu minn jew ġewwa s-Sirja; |
|
7. |
Huwa preokkupat ħafna dwar l-atti kontinwi ta' vjolenza kommessi kontra l-popolazzjoni ċivili, il-gruppi vulnerabbli u l-komunitajiet reliġjużi; jistieden lill-Gvern tal-Iraq u lill-mexxejja politiċi kollha jadottaw il-miżuri neċessarji biex jipprovdu sigurtà u protezzjoni lill-poplu kollu tal-Iraq, partikolarment il-membri tal-minoranzi vulnerabbli bħan-nisa, il-ġurnalisti, iż-żgħażagħ, l-attivisti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, it-trejdunjonisti u l-komunitajiet reliġjużi, fosthom l-Insara; jistieden lill-Gvern tal-Iraq jiżgura li l-forzi ta' sigurtà jottemperaw mal-Istat tad-dritt u mal-istandards internazzjonali; |
|
8. |
Jappoġġa l-isforzi tal-UE intiżi biex jassistu lill-Iraq fil-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u l-Istat tad-dritt, anki billi tibni fuq l-esperjenzi u l-kisbiet tal-missjoni EUJUST LEX-Iraq, li sfortunatament lestiet il-mandat tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013, flimkien mal-isforzi tal-UNAMI u tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jassistu lill-Gvern tal-Iraq fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi tiegħu, fil-promozzjoni tal-Istat tad-dritt, fil-faċilitazzjoni tad-djalogu reġjonali, fit-titjib tal-forniment ta' servizzi bażiċi u fl-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' b'sodisfazzjon il-programm ta' bini ta' kapaċitajiet mniedi fit-22 ta' Jannar 2014, finanzjat mill-UE u implimentat mill-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Proġetti tan-NU, sabiex jgħin lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Iraq fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu li jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq; |
|
9. |
Jilqa' pożittivament l-emendi adottati tal-liġi elettorali tal-Iraq fl-4 ta' Novembru 2013, li wittew it-triq għall-elezzjonijiet ġenerali li mistennijin isiru fit-30 ta' April 2014; jenfasizza l-importanza ta' dawn l-elezzjonijiet għat-tranżizzjoni demokratika kontinwa tal-Iraq u jistieden lill-atturi kollha jiżguraw li jkunu inklużivi, trasparenti, kredibbli u puntwali; jistieden lis-SEAE jassisti lill-Gvern tal-Iraq kemm jista' jkun fil-preparamenti prattiċi; |
|
10. |
Huwa preokkupat ħafna dwar ir-rata għolja ta' eżekuzzjonijiet fl-Iraq; jistieden lill-awtoritajiet tal-Iraq jintroduċu moratorja fuq l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta' mewt kollha; jemmen li huma ta' importanza primarja r-riformi tas-sistema ġudizzjarja bil-għan li jerġa' jiġi stabbilit sens ta' sigurtà għaċ-ċittadini tal-Iraq, u għandhom jinkludu r-reviżjoni tal-Liġi kontra t-Terroriżmu, li toffri konsiderevolment inqas protezzjoni għas-suspettati u għad-detenuti mill-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, u jappella għat-tmiem tal-impunità, partikolarment fir-rigward tal-forzi statali ta' sigurtà; |
|
11. |
Jistieden lill-atturi kollha tal-Istat u mhumiex jirrispettaw il-libertà tal-istampa u tal-midja u biex iħarsu lill-ġurnalisti u lill-sorsi tal-aħbarijiet mill-vjolenza; jirrikonoxxi li stampa u midja liberi huma parti essenzjali ta' demokrazija li tiffunzjona, li joffru aċċess għall-informazzjoni u pjattaforma għaċ-ċittadini; |
|
12. |
Jistieden lill-UE tiżviluppa pożizzjoni komuni tal-UE favur il-projbizzjoni tal-użu tal-munizzjon bl-uranju mfaqqar u toffri sostenn għat-trattament tal-vittmi, inklużi l-vittmi tal-armi kimiċi, u l-isforzi possibbli għad-dekontaminazzjoni taż-żoni milquta; |
|
13. |
Iqis li t-taħditiet reċenti bejn l-E3+3 u l-Iran ukoll joffru opportunità għall-Iraq biex jistabbilizza ruħu, dment li l-setgħat kollha tal-madwar jieqfu jindaħlu fl-affarijiet interni tal-Iraq; |
|
14. |
Jikkundanna bil-qawwa l-attakk bil-missili f'Kamp Hurriya fis-26 ta' Diċembru 2013, li skont rapporti varji ħalla bosta residenti tal-kamp mejta u midruba; jenfasizza li ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ dan l-inċident brutali għandhom jiġu ċċarati; jistieden lill-awtoritajiet tal-Iraq iżidu l-miżuri ta' sigurtà madwar il-kamp sabiex jipproteġu r-residenti tiegħu minn kwalunkwe vjolenza ulterjuri; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Iraq isib l-awturi tal-attakk u jżommhom responsabbli; jinnota li l-UE tistieden lill-partijiet kollha jiffaċilitaw il-ħidma tal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-NU fit-trasferiment tar-residenti kollha ta' Kamp Hurriya f'post permanenti u sikur barra mill-Iraq malajr kemm jista' jkun; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0424.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0022.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/110 |
P7_TA(2014)0172
L-użu ta' drones armati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati (2014/2567(RSP))
(2017/C 285/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-użu ta' drones armati tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji tat-28 ta' Mejju 2010 u tat-13 ta' Settembru 2013 u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu tat-18 ta' Settembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-13 ta' Awwissu 2013 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, dwar l-użu ta' drones armati, |
|
— |
wara li kkunsidra s-smigħ tal-25 ta' April 2013 dwar l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem mill-użu ta' drones, organizzat b'mod konġunt mis-Sottokumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tal-Bniedem flimkien mas-Sottokumitat tiegħu għas-Sigurtà u d-Difiża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tat-3 ta' Mejju 2013 dwar “L-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem mill-użu ta' drones u robots awtonomi fil-gwerer”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013 dwar tħejjijiet għal programm tal-ġenerazzjoni li jmiss rigward sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS) Ewropej ta' Altitudni Medja u Awtonomija fit-Tul, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-użu ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS, minn hawn 'il quddiem “drones”) f'operazzjonijiet extraterritorjali letali żdied b'mod qawwi matul l-aħħar deċennju; |
|
B. |
billi għadd mhux magħruf ta' ċivili ġew maqtula, midruba serjament jew trawmatizzati fil-ħajja tagħhom ta' kuljum minħabba attakki bid-drones barra żoni ddikjarati ta' kunflitt; |
|
C. |
billi fil-każ ta' allegazzjonijiet ta' qtil ta' ċivili minħabba attakki bid-drones, l-istati huma obbligati li jwettqu investigazzjonijiet immedjati, indipendenti u imparzjali u, jekk l-allegazzjonijiet ikunu pruvati bħala korretti, jipproċedu għal attribuzzjoni pubblika ta' responsabbiltà, pieni għal dawk responsabbli u dispożizzjoni ta' aċċess għal rimedju, inkluż ħlas ta' kumpens lill-familji tal-vittmi; |
|
D. |
billi l-Artikolu 51(2) tal-Protokoll Addizzjonali I għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, jiddikjara li “atti jew theddid ta' vjolenza li l-għan ewlieni tagħhom ikun li jxerred it-terrur fost il-popolazzjoni ċivili huma projbiti”; |
|
E. |
billi l-attakki bid-drones barra gwerra ddikjarata minn stat fit-territorju ta' stat ieħor mingħajr il-kunsens ta' dan tal-aħħar jew tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali u tal-integrità u s-sovranità territorjali ta' dak il-pajjiż; |
|
F. |
billi d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprojbixxi l-qtil arbitrarju fi kwalunkwe sitwazzjoni; billi d-dritt umanitarju internazzjonali ma jippermettix il-qtil immirat ta' persuni li jinsabu fi stati nonbelliġerenti; |
|
G. |
billi kwalunkwe infiq minn operazzjonijiet b'implikazzjonijiet militari jew ta' difiża hu eskluż mill-fondi tal-baġit tal-UE (Artikolu 41(2) TUE); |
|
H. |
billi seba' Stati Membri (Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u Spanja) ffirmaw ittra ta' intenzjoni mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) li ngħatat il-kompitu li tħejji studju dwar il-produzzjoni konġunta ta' inġenji ta' Altitudni Medja u Awtonomija fit-Tul (MALE), li jistgħu jintużaw f'attakki fuq miri militari jew għas-sorveljanza ta' dgħajjes ta' migranti fil-Baħar Mediterran, u b'hekk jibda x-xogħol fuq RPAS Ewropew; |
|
I. |
billi studji ta' riċerka u żvilupp assoċjati mal-kostruzzjoni ta' drones, militari u ċivili, ġew appoġġjati b'fondi tal-UE, u billi dan hu ppjanat li jsir anke fil-ġejjieni; |
|
1. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fuq l-użu ta' drones armati barra l-qafas legali internazzjonali; iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa rispons ta' politika xieraq kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak globali li jħares id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; |
|
2. |
Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri u lill-Kunsill sabiex:
|
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-użu ta' drones armati; |
|
4. |
Jitlob lill-UE tippromwovi aktar trasparenza u responsabbiltà min-naħa tal-pajjiżi terzi fl-użu ta' drones armati fir-rigward tal-bażi legali għall-użu tagħhom u għar-responsabbiltà operattiva, li tipprevedi rieżami ġudizzjarju tal-attakki bid-drones u tiżgura li l-vittmi ta' attakki illegali bid-drones ikollhom aċċess effettiv għal rimedji; |
|
5. |
Jitlob ukoll lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament informat sew dwar l-użu tal-fondi tal-UE għall-proġetti kollha ta' riċerka u żvilupp assoċjati mal-kostruzzjoni tad-drones; jitlob li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem rigward proġetti ulterjuri ta' żvilupp tad-drones; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu, u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/112 |
P7_TA(2014)0173
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012 (2013/2078(INI))
(2017/C 285/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'l isfel imsejjaħ “Trattat UE”), b’mod partikulari t-tieni inċiż u mir-raba’ sas-seba’ inċiżi tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(3), it-tieni inċiż, u l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli relatati mar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE, kemm fit-TUE kif ukoll fit-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000 (minn hawn 'l isfel imsejħa “il-Karta”), ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu u li daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra s-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, kif riveduta fl-1996, u l-ġurisprudenza tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li l-UE hija parti minna, flimkien ma' kważi l-Istati Membri kollha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji gwida dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem, adottati fis-27 ta’ Ottubru 2012 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (A/HRC/21/39); |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “Rispett u promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea” (COM(2003)0606), dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-drittijiet fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573), dwar l-orjentamenti operattivi rigward ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-analiżi tal-impatt (SEC(2011)0567), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, adottati mill-Kunsill fit-23 ta' Mejju 2011, u d-Direttivi tal-Kunsill dwar l-istadji metodoloġiċi li għandhom jiġu segwiti biex tiġi verifikata l-kompatibilità tad-drittijiet fundamentali mal-livell tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (COM(2013)0271) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal mehmuża magħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-2013 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE: Id-drittijiet tiegħek, il-futur tiegħek’ (COM(2013)0269), |
|
— |
wara li kkunsidra l-“Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (COM(2011)0173) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Passi 'l quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom” (COM(2013)0454) u l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (COM(2013)0460), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċit (4), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħolfn (5) u l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjun jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ din id-data (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-każistika tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali, li għalihom il-Karta hija wieħed mid-dokumenti ta' riferiment ewlenin tagħhom fl-interpretazzjoni tal-liġi nazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-diskors tas-Sur Barroso dwar l-istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew fil-11 ta' Settembru 2013 u d-diskors tas-Sna. Reding dwar l-Unjoni Ewropea u l-istat tad-dritt fl-4 ta' Settembru 2013 fiċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS) (Brussell), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta’ Marzu 2013 mibgħuta mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, id-Danimarka u l-Finlandja lill-President tal-Kummissjoni, is-Sur Barroso, fejn jitolbu mekkaniżmu biex titrawwem il-konformità mal-valuri fundamentali fl-Istati Membri, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 u s-7 ta' Ġunju 2013 dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-konferenza dwar “Ewropa ta' ċittadini ugwali: ugwaljanza, drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt”, organizzata mill-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill fid-9 u l-10 ta' Mejju 2013; |
|
— |
wara li kkunsidra r-raba' simpożju tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tas-7 ta' Ġunju 2013, bl-isem “Nippromwovu l-istat tad-dritt fl-UE”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-13 ta' Settembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-attivitajiet, ir-rapporti annwali, l-istudji u l-opinjonijiet tal-FRA, u partikolarment ir-Rapport Annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2012, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-FRA, tal-UNDP, tal-Bank Dinji u tal-Kummissjoni “The situation of Roma in 11 EU Member States – Survey results at a glance” (Is-Sitwazzjoni tar-Rom fi 11-il Stat Membru: Daqqa t’għajn lejn ir-riżultati tal-istħarriġ), ippubblikat f’Mejju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport, ippubblikat f’April 2013, tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, bl-isem “Management of the external borders of the European Union and its impact on the human rights of migrants” (Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u l-istudji tal-NGOs dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istudji rilevanti mitluba mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u b'mod partikolari l-istudju dwar “Ir-relazzjoni trijangolari bejn id-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-Istat tad-Dritt fl-UE – lejn mekkaniżmu UE Kopenħagen”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (8) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010-2011) (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2004 dwar ir-riskji tal-vjolazzjoni, fl-UE u speċjalment fl-Italja, tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (l-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2005 dwar il-ħarsien tal-minoranzi u politiki kontra d-diskriminazzjoni f’Ewropa akbar (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Rom fuq bażi tal-etniċità fl-Italja (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2010 dwar il-qagħda tar-Roma u dwar il-libertà tal-moviment fl-Unjoni Ewropea (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-ksur tal-libertà ta' espressjoni u diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali fil-Litwanja (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi Ungeriża dwar il-midja (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-Karta tal-UE: iffissar ta’ standards għal-libertà tal-midja fl-UE kollha (18), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar il-ġlieda kontra l-omofobija fl-Ewropa (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u r-reati ta’ mibegħda (20), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali) (22), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta’ Frar 2012) (23), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-allegat trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-rapport tal-Kumitat TDIP tal-Parlament Ewropew (24) u r-riżoluzzjoni ta' segwitu tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 (25), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta’ estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea (26), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill f'Marzu 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tas-7 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta’ qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (27) u tas-6 ta' Frar 2013 dwar is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: L-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u t-tfajliet (28), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (29), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma I u II dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012 (rapporteur Louis Michel), |
|
— |
wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku li sar fil-5 ta' Novembru 2013 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea: kif insaħħu d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-UE”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0051/2014), |
|
A. |
whereas European integration is a political project born out of the ashes of the Second World War and the persecution and repression of individuals by totalitarian regimes, and whereas its aim has been to anchor European states to democracy and the rule of law in order to respect and promote human rights, fundamental rights, equality and the protection of minorities, on the basis of the Universal Declaration of Human Rights (UDHR), the European Convention on Human Rights (ECHR) and other instruments on human rights and fundamental freedoms, and avoid a return to any kind of authoritarian regime; billi l-integrazzjoni Ewropea hija proġett politiku li nibet mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-persekuzzjoni u l-oppressjoni mir-reġimi totalitarji, u bl-għan li jiġu stabbiliti d-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Ewropej u sabiex jiġu rispettati u promossi d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u l-protezzjoni tal-minoranzi, abbażi tad-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u strumenti oħra għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u jiġi evitat ritorn ta' kwalunkwe tip lejn reġim awtoritarju; |
|
B. |
billi l-individwu, ċittadin jew resident, għandu jkun iċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea u li d-drittijiet fundamentali jipproteġu lil kull individwu kontra l-interferenzi, l-abbużi u l-vjolenza possibbli mill-awtoritajiet – fuq kull livell – fuq l-isfera tal-ħajja privata tiegħu u tal-libertajiet u d-drittijiet tiegħu; u billi r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-valuri u l-prinċipji kif stabbiliti fit-Trattat tal-UE u l-istrumenti internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem (l-UDHR, il-KEDB, l-ICCPR, l-ICESCR, eċċ.) għandhom ikunu ċ-ċentru tal-integrazzjoni Ewropea; |
|
C. |
billi l-Unjoni Ewropea żviluppat acquis fundamentali bl-għan li jiġu garantiti r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-“kriterji ta’ Kopenħagen”, l-inklużjoni tal-Artikoli 2, 6 u 7 fit-Trattat UE, il-Karta tad-Drittijiet fundamentali, l-obbligu ta’ adeżjoni għall-konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri; |
|
D. |
billi, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Karta bidlet valuri u prinċipji fi drittijiet konkreti u opponibbli u billi għandha l-istess valur tat-Trattat ta’ Lisbona, din saret legalment vinkolanti għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll għall-Istati Membri fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, |
|
E. |
billi għandha tiġi żviluppata, promossa u msaħħa kultura reali tad-drittijiet fundamentali kemm fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri, b’mod partikolari meta japplikaw u jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni kemm internament kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi; billi l-implimentazzjoni ta’ dawn il-valuri u prinċipji għandha wkoll tiddependi fuq kontroll effettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali garantiti fil-Karta, inklużi mit-tfassil tal-proposti leġiżlattivi; billi kunsiderazzjonijiet oħrajn ma jistgħux jieħdu preċedenza fuq ir-rispett u l-iżgurar tad-drittijiet fundamentali msemmijin, b’riskju li jiġu skreditati r-rwol u r-reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem partikolarment fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi; |
|
F. |
billi l-Unjoni Ewropea topera abbażi tal-preżunzjoni u l-fiduċja reċiproka li l-Istati Membri tal-UE jikkonformaw mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fil-KEBD u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u t-tħaddim tal-prinċipji ta' rikonoxximent reċiproku; |
|
G. |
billi l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku jwassal għal sitwazzjoni fejn persuni jistgħu jiġu trasferiti minn ġurisdizzjoni għal oħra, mingħajr l-ebda skrutinju minn qabel tad-drittijiet tal-bniedem tad-deċiżjonijiet rispettivi; |
|
H. |
billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea enfasizzat fil-każijiet konġunti C-411/10 u C-493/10 li tali preżunzjoni ta' konformità mad-drittijiet fundamentali bħal din għandha tkun konfutabbli u li għalhekk l-imħallfin għandhom jikkontrollaw jekk hemmx raġunijiet sostanzjali biex jemmnu li hemm nuqqasijiet sistematiċi fis-sistema ġudizzjarja tal-Istati Membri l-oħra; |
|
I. |
billi huwa konsegwentament meħtieġ li jkun żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom evidenza biżżejjed disponibbli sabiex jieħdu deċiżjoni informata dwar jekk hemmx nuqqasijiet sistematiċi jew le fis-sistemi ġudizzjarji ta' Stat Membri oħra; |
|
J. |
billi l-korruzzjoni tikkawża ħsara soċjali u ksur tad-drittijiet fundamentali, minħabba li gruppi ta' kriminalità organizzata jużawha biex jikkommettu reati serji oħra, bħat-traffikar tal-bnedmin; billi sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali hija essenzjali għall-istat tad-dritt u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ċivili taċ-ċittadini fl-Ewropa; |
|
K. |
billi l-Unjoni Ewropea għaddejja minn perjodu ta' kriżi ekonomika u finanzjarja, iżda wkoll demokratika u kostituzzjonali, kif urew l-avvenimenti reċenti f'ċerti Stati Membri, u billi dawn it-tensjonijiet urew li hemm nuqqas ta' strumenti adegwati biex tiġi ffaċċjata din il-kriżi, kif ukoll in-nuqqas ta' rieda politika u d-diffikultajiet biex jiġu applikati l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ, valutazzjoni u sanzjonament previsti mit-trattati attwali u b'mod partikolari r-rekwiżiti skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 7 tat-Trattat UE; |
|
L. |
billi l-Parlament Ewropew bosta drabi esprima ruħu favur it-tisħiħ tal-mekkaniżmi għall-garanzija tar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni, imħabbra fl-Artikolu 2 tat-Trattat UE u biex tingħeleb il-kriżi fi ħdan l-Unjoni u l-Istati Membri, u billi għaddej dibattitu dwar il-ħolqien ta' “mekkaniżmu ġdid”, fejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri se jingħaqdu mal-Parlament u l-NGOs f'dan ir-rigward; |
|
M. |
billi l-FRA enfasizzat fit-taqsima tal-fokus tar-Rapport Annwali tagħha dwar l-2012 iddedikat għall-“Unjoni Ewropea bħala Komunità ta' valuri: nissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali fi żminijiet ta' kriżi” l-fatt li fehim komuni tal-valuri u l-obbligi legali tal-Artikolu 2 huwa aspirazzjoni li jistieden stabbiliment ta' djalogu regolari fi ħdan l-UE; |
|
N. |
billi l-Kummissjoni indikat li tixtieq issaħħaħ l-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u li tista’ tipproponi l-użu ta’ avviżi ta’ tqegħid fil-mora fil-kuntest tal-Artikolu 7(1) tat-Trattat UE skont it-Trattat attwali; billi hija semmiet ukoll il-bżonn li jiġu modifikati t-trattati u ħabbret li tista’ tipproponi emendi qabel tmiem l-2013, u anke fil-bidu tal-2014, sabiex jiġi organizzat dibattitu fi żmien l-elezzjonijiet (inkluż dwar l-Artikolu 7) u jitfittex kunsens dwar dawn il-proposti li l-objettiv tiegħu għandu jkun li jiġi garantit li l-politika Ewropea dwar id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea tiddependi fuq regoli u mekkaniżmi ċari; indikaturi, dejta u provi oġġettivi; |
|
O. |
billi kwalunkwe deċiżjoni f’dan ir-rigward għandha tippermetti li tiġi garantita mingħajr dewmien l-applikazzjoni kif xieraq tal-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat UE u li jiġi żgurat li kull deċiżjoni meħuda tkun ibbażata fuq kriterji u evalwazzjoni oġġettivi, u b’hekk jingħelbu l-kritiki dwar in-nuqqas ta’ indikaturi u ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni, ta’ differenzi fit-trattament u ta’ parzjalità politika; |
|
P. |
billi għadhom qed iseħħu bosta każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, kif indikat fir-rapporti (annwali u speċifiċi) tal-Kummissjoni Ewropea, l-FRA, il-Kunsill tal-Ewropa (rapporti annwali u sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dokumenti u r-rapporti tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, id-dokumenti tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa), dokumenti tan-NU (inklużi d-dokumenti u r-rapporti tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, tar-Rapporteurs Speċjali, eċċ.), dokumenti tal-NGOs (bħall-Human Rights Watch, l-Amnesty International, l-Open Society Institute, ILGA-Europe, ECRE, ir-Reporters without Borders, il-Freedom House, FIDH, eċċ.), etc.; Billi ksur ta' dan it-tip jirrikjedi rispons adegwat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Istati Membri, dovut għas-serjetà u r-rikorrenza tagħhom; |
|
Q. |
billi dawn il-korpi rrappurtaw u esprimew it-tħassib tagħhom, partikolarment fir-rigward tas-sitwazzjoni tar-Rom, tal-migranti, tal-applikanti għall-asil u tar-refuġjati, tal-minoranzi u tal-persuni LGBT, tal-midja u tal-ġurnalisti, l-azzjonijiet tal-forzi ta’ sigurtà, tal-pulizija, tas-servizzi sigrieti u tal-inkjesti neċessarji sabiex dawk responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem jitressqu quddiem il-ġustizzja u jiġu kastigati, għal parteċipazzjoni tal-Istati f’każijiet ta’ tortura u abbuż f’pajjiżi terzi u l-użu ta’ provi miksuba b’dan il-mod, ta’ kundizzjonijiet ta’ arrest u abbuż; |
|
R. |
Billi l-preambolu tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 8, 9, 10, 19 u 21 tal-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-każistika stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu l-importanza tad-drittijiet soċjali fundamentali billi bħala simboli tal-prinċipji trażversali tad-dritt Komunitarju, u b'hekk huwa ċar li l-UE għandha tiggrantixxi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, bħad-drittijiet sindakali, id-dritt għall-istrajk u d-dritt għall-assoċjazzjoni u l-assemblea, eċċ., kif definit fil-Karta Soċjali Ewropea, u billi l-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fih riferiment espliċitu għad-drittijiet soċjali fundamentali, bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea; |
|
S. |
billi l-Artikoli 2 u 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirrikonoxxu d-dritt għall-ħajja u d-dritt għall-integrità tal-bniedem; |
|
T. |
billi fl-Unjoni Ewropea jgħixu madwar 100 miljun tifel u tifla u madwar 80 miljun persuna Ewropea b’diżabbiltà; billi persuni b'diżabilità u b'mod partikolari tfal għadhom qed ibatu minn nuqqas ta' assistenza u appoġġ fir-rigward tal-inklużjoni tagħhom fi skejjel, u qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-aċċess għal bini jew servizzi u problemi sabiex jinstemgħu u jipparteċipaw f'deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajjithom; billi l-UE, bħala parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, għandha l-obbligu li tippromwovi, tipproteġi u tirrispetta d-drittijiet ta' persuni b'diżabilitajiet, kif tgħid il-Konvenzjoni, u li tadotta strateġija għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u li tiżgura li l-politiki u l-liġi primarja u sekondarja eżistenti u futura tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni; |
|
U. |
billi n-nisa u l-bniet huma l-vittmi ewlenin ta' vjolenza sessista, għaliex skont estimi fl-UE, 20-25 % tan-nisa ġarrbu vjolenza fiżika mill-anqas darba f'ħajjithom; billi mijiet ta' eluf ta' nisa li jgħixu fl-Ewropa ġew soġġetti għal mutilazzjoni ġenitali u eluf ta' bniet huma fir-riskju; |
|
V. |
billi n-nisa fl-UE jaqilgħu madwar 16 % inqas fis-siegħa mill-irġiel; |
|
W. |
billi l-faqar, l-inugwaljanza bejn is-sessi u l-isterjotipi tas-sessi jżidu r-riskju tal-vjolenza u forom oħra ta’ sfruttament, inkluż it-traffikar tan-nisa u l-prostituzzjoni, u jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja; |
|
X. |
billi l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-opportunitajiet indaqs għandhom jiġu garantiti għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea; billi madankollu, il-protezzjoni ta' minoranzi nazzjonali u lingwi reġjonali u minoritarji f'UE mkabbra hija kwistjoni ewlenija, li mhux se tissolva sempliċiment bil-ġlieda kontra l-ksenofobija u d-diskriminazzjoni, iżda billi jiġu adottati reġimi u trattamenti legali, lingwistiċi, kulturali, soċjali speċifiċi; |
|
1. |
Jenfasizza l-fatt li l-proġett politiku, storiku u etiku tal-UE huwa li jiġu assoċjati l-Istati li għandhom l-istess valuri Ewropej komuni u li jippromwovuhom, bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll fil-KEDB, b’mod partikolari ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza, il-libertà, in-non diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi, li huma marbuta mill-qrib u li jikkostitwixxu prekundizzjonijiet reċiproċi, u jqis għalhekk li pilastru fundamentali tal-identità Ewropea huwa u għandu jkun il-promozzjoni interna u esterna tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tad-demokrazija, li huma valuri Ewropej; |
|
2. |
Jirrakkomanda li l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill jirrikonoxxu l-eżistenza ta’ obbligi pożittivi biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li r-rispett tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali jimplika azzjonijiet f’livelli differenti; jenfasizza r-rwol li għandhom f'dan il-qasam l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-NGOs u s-soċjetà ċivili u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itejbu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ dawn l-atturi; |
|
3. |
Ifakkar lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri kollha dwar il-ħtieġa li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jinnota li l-parteċipazzjoni fi trattati internazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tista’ sservi biss biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE; |
|
4. |
Jikkundanna t-tendenzi inkwetanti fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali ġewwa l-Unjoni Ewropea, partikolarment fir-rigward tal-immigrazzjoni u l-asil, tad-diskriminazzjonijiet u l-intolleranza partikolarment lejn ċerti popolazzjonijiet (minoranzi u migranti), tas-sigurtà u t-terroriżmu, tal-libertà tal-istampa, tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni, tad-drittijiet soċjali u tal-organizzazzjoni; jinnota żieda fin-nuqqas mill-Istati Membri ta’ rispett ta’ dawn il-libertajiet u drittijiet fundamentali, partikolarment fir-rigward tar-Rom, tan-nisa, tal-LGBT, tal-applikanti għal asil, tal-migranti, u ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli oħrajn; |
Kwistjonijiet istituzzjonali
|
5. |
Ifakkar li huwa fundamentali għall-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u għall-Istati Membri li jiggarantixxu r-rispett tal-valuri Ewropej stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u li huwa urġenti l-bżonn li jiġu applikati u implimentati l-istrumenti kollha attwalment previsti mit-trattati f’dan ir-rigward, kif ukoll li jitħejju modifiki lit-trattati meta dawn ikunu meħtieġa; jenfasizza li l-obbligu li jiġu ssodisfati l-kriterji ta' Kopenħagen ma jiskadix wara s-sħubija, iżda jibqa' responsabilità tal-Istati Membri, li d-drittijiet fundamentali huma parti mil-liġi primarja tal-Unjoni u li dawn għandhom jiġu rispettati meta jiġi applikat d-dritt tal-Unjoni minn kwalunkwe qorti jew awtorità, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali. b'rabta ma' dan, jiddispjaċih b'mod partikolari dwar it-tul tan-negozjati ta’ adeżjoni għall-KEDB u jiddispjaċih li l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB għadha ma ġietx ikkumpletata; |
|
6. |
Ifakkar lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri li kull politika dwar id-drittijiet fundamentali għandha tevita qabel xejn li jsir ksur, partikolarment permezz ta’ strumenti aċċessibbli ta’ prevenzjoni u rikors qabel ma tittieħed deċiżjoni jew miżura, sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati u ġġudikati każijiet partikolari fl-iqsar żmien possibbli u b’mod effiċjenti, ġust, ekwu, mingħajr diskriminazzjoni; |
|
7. |
Jikkunsidra li ċ-ċittadini huma aktar impenjati li jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali, kif muri mill-mobilizzazzjoni u ż-żieda fl-attenzjoni għall-każijiet ta’ ksur, abbuż jew inugwaljanza, fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fil-każijiet simboliċi jew magħrufin, kif ukoll grazzi għall-moviment imtejjeb tal-informazzjoni permezz tat-teknoloġiji ġodda, in-netwerks soċjali u l-midja; ifakkar li kull ksur, abbuż jew inugwaljanza huwa ta’ ħsara għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt kif ukoll għall-fiduċja taċ-ċittadini lejn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tagħhom, partikolarment l-uffiċjali responsabbli politiċi; jenfasizza li l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali responsabbli politiċi għandhom iqisu u jappoġġjaw din id-dinamika demokratika, billi jistabbilixxu mekkaniżmi ġodda ta’ djalogu maċ-ċittadini u billi jinfurzaw il-kontroll taċ-ċittadini, parlamentari, ġudizzjarju u tal-midja fuq l-awtoritajiet tal-Istat, li għandhom ikunu aktar onesti u trasparenti, sabiex jaqdu aħjar l-interessi taċ-ċittadini; |
|
8. |
Iqis li, biex jittieħed benefiċċju sħiħ mill-potenzjal tat-trattati, jeħtieġ li:
|
|
9. |
Jenfasizza li dan il-'mekkaniżmu ġdid ta' Kopenħagen', bl-għan li tiġi monitorata l-konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen minn kull Stat Membru b'mod effikaċi u vinkolanti, jista' jiġi attivat immedjatament, abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, bl-involviment sħiħ tal-Parlament, u li għandu:
|
|
10. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, b’kollaborazzjoni mal-FRA, tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi “mekkaniżmu ta' Kopenħagen ġdid” bħal dan, kif għamlet għas-segwitu fil-qasam tal-korruzzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, kif ukoll reviżjoni tar-regolament tal-FRA biex jingħataw setgħat u kompetenzi miżjuda; |
|
11. |
Jitlob għat-twaqqif, preferibbilment taħt ftehim interistituzzjonali, ta' “Kummissjoni ta' Kopenħagen” magħmula minn esperti dwar id-drittijiet fundamentali indipendenti ta' livell għoli, li għandhom jiġu maħtura inter alia mill-Parlament, li l-għan tagħhom għandu jkun li jiżguraw konformità mill-Istati Membri kollha mal-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, il-konformità kontinwa mal-“Kriterji ta' Kopenħagen” u jagħtu pariri u jirrapportaw b'rabta mal-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jistennew l-emenda tar-Regolament dwar il-FRA biex l-Aġenzija jkollha setgħat ikbar u mandat iktar wiesgħa, inkluż il-monitoraġġ ta' Stati Membri individwali fil-kamp tad-drittijiet fundamentali, kif mitlub bosta drabi mill-Parlament; |
|
12. |
Jirrakkomanda l-ftuħ ta’ djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u Stat Membru fejn hemm riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri tal-UE u l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu rakkomandazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat UE; jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li jintużaw avviżi ta' tqegħid fil-mora f'dan il-kuntest; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jistabbilixxu flimkien mal-Parlament grupp ta' kuntatt biex isegwi l-implimentazzjoni effettiva tal-valuri tal-Unjoni, u biex iwettaq speċifikament valutazzjonijiet konġunti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali f'każijiet speċifiċi li ġew innutati bi tħassib minn kwalunkwe wieħed minn dawn it-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistieden ukoll lil dawn l-istituzzjonijiet biex jikkunsidraw ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
14. |
Jilqa' l-istqarrijiet magħmula mill-President tal-Kummissjoni u mill-Viċi-President Reding fejn iħabbru komunikazzjoni li tistabbilixxi tibdil possibbli fit-Trattati, flimkien mal-għażliet disponibbli skont it-Trattati attwali, u jistieden lill-kumitati kompetenti sabiex jeżaminaw il-proposti li ġejjin bir-reqqa, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-Trattati tal-UE:
Jistieden ukoll lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jiċċara l-applikazzjoni, u eventwalment ir-reviżjoni, tal-proċedura relatata mal-attivazzjoni mill-Parlament tal-Artikolu 7 tat-TUE; |
|
15. |
Jistieden lill-FRA sabiex toħloq website pubbliku li jiġbor flimkien informazzjoni u dokumenti relatati ma' kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali mfassla min-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE, l-NGOs, il-FRA, il-Parlament Ewropew, il-qrati, il-kumitati tal-parlamenti nazzjonali, l-ombudsmen, eċċ; Iqis li informazzjoni bħal din għandha tkun tista' tiġi rkuprata permezz ta' data, stat, awtur u dritt, sabiex jiġu provduti sorsi u informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE u l-Istati Membri tagħha; |
Drittijiet speċifiċi, abbażi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali
Dinjità
|
16. |
Jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar il-persistenza ta' każijiet ta’ ksur tad-dinjità tal-bniedem fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha, li l-vittmi tagħhom jinkludu l-minoranzi, b'mod partikolari r-Rom, il-persuni li jitolbu l-asil, il-migranti, il-persuni sospettati li għandhom rabtiet mat-terroriżmu u l-persuni mnaqqsa mil-libertà, kif ukoll gruppi vulnerabbli u persuni foqra; jissottolinja li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jirrispettaw il-projbizzjoni assoluta tat-tortura u tat-trattamenti krudili, inumani jew degradanti u jistħarrġu fil-fond u b’mod veloċi, effikaċi u indipendenti dwar kwalunkwe ksur billi l-persuni ħatja jinġiebu quddiem il-ġustizzja; |
|
17. |
Jinsab imħasseb dwar il-bosta każijiet ta’ trattament ħażin li jsir min-naħa tal-pulizija u l-forzi tal-liġi u l-ordni, partikolarment b’rabta mal-użu sproporzjonat tas-saħħa kontra parteċipanti paċifiċi u ġurnalisti matul protesti, l-użu eċċessiv tal-armi mhux letali, bħal-lembubi, il-balal tal-lastku u t-“tasers”; jitlob li l-Istati Membri jiżguraw l-ilbies ta’ elementi ta’ identifikazzjoni fuq l-uniformijiet tal-forzi ta’ sigurtà u ma jagħtux lok għall-impunità; jitlob it-tmiem tal-kontrolli tal-pulizija bbażati fuq it-tfassil ta’ profil etniku u razzjali; Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fl-għadd ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-assemblea u ta' protesta paċifika u jirrimarka li d-dritt tal-assemblea, tal-assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni huma l-bażi tad-dritt għall-protesta; Jitlob lill-Istati Membri ma jieħdux miżuri li jipperikolaw jew jikkriminalizzaw l-eżerċizzju min-naħa tal-persuni tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tagħhom, iħeġġiġhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-forza tintuża biss f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq minn theddida reali u serja għall-ordni pubbliku, u jfakkar li r-rwol primarju tal-forzi tal-pulizija huwa li jiggarantixxu s-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni; |
|
18. |
Jerġa’ jafferma l-pożizzjoni tiegħu favur inizjattiva Ewropea li tiżgura li d-drittijiet fundamentali tal-persuni mingħajr il-libertà tagħhom tiġi żgurata u li d-detenzjoni tista’ tiżgura d-dħul mill-ġdid tal-ħabsin fis-soċjetà; jitħasseb dwar il-pjaga tal-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs li tolqot numru kbir ta’ Stati Membri, tal-kundizzjonijiet ħżiena tal-priġunerija u t-trattament tal-ħabsin u jitlob li titnieda inizjattiva Ewropea sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew kontra t-Tortura u s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż fl-għases tal-pulizija, fiċ-ċentri ta’ immigrazzjoni, u l-isptarijiet psikjatriċi; jirrakkomanda li jittieħdu miżuri sabiex titnaqqas il-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs, bħal pereżempju jiġi evitat l-użu eċċessiv tad-detenzjoni preventiva, jiġu previsti pieni alternattivi għall-ħabs, titqies id-dekriminalizzazzjoni ta’ ċerti azzjonijiet u/jew jitnaqqsu l-limiti ta’ detenzjoni; |
|
19. |
Itenni t-talba tiegħu li jinxteħed dawl fuq il-kollaborazzjoni tal-istati Ewropej fil-programm tal-Istati Uniti u s-CIA dwar il-“konsenji straordinarji”, is-serq u l-ħabsijiet sigrieti fit-territorju tal-Unjoni, u jinsisti mal-Istati Membri biex isiru inkjesti effikaċi, imparzjali, approfonditi, indipendenti u trasparenti f'waqthom, u biex ma jkunx hemm post għall-impunità; Ifakkar lill-Istati Membri li l-projbizzjoni tat-tortura hija assoluta u li, għalhekk, is-sigriet statali ma jistax jiġi invokat biex jiġi limitat l-obbligu tal-istati li jwettqu inkjesti fuq il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ta' hawn fuq, ir-reputazzjoni u l-fiduċja tal-Istati Membri fl-impenn tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali huma fil-periklu; |
|
20. |
Jenfasizza li l-klima tal-impunità fir-rigward tal-programm tas-CIA ppermettiet il-prosekuzzjoni tal-ksur tad-drittijiet fundamentali fil-politiki ta’ ġlied kontra t-terroriżmu tal-UE u tal-Istati Uniti, kif misjub fost oħrajn mill-attivitajiet ta’ spjunaġġ tal-massa tal-programm ta’ sorveljanza tal-Aġenzija Nazzjonali Amerikana ta’ Sigurtà u l-korpi ta’ sorveljanza f’diversi Stati Membri u li qed jiġu eżaminati bħalissa mill-Parlament; jitlob ir-reviżjoni tal-liġijiet relatati mal-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri li jintervjenu fil-qasam tas-sigurtà u tal-informazzjoni dwar il-kontroll ġudizzjarju ex ante u parlamentari u d-dritt għal rikors u għar-rettifika tad-dejta miġbura, miżmuma jew proċessata minn dawn l-aġenziji; |
|
21. |
Jistieden lill-Istati Membri, li għadhom ma għamlux dan, sabiex jittrasponu bis-sħiħ u jimplimentaw id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu u sabiex jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw li vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma assistiti u protetti b'mod xieraq, it-traffikanti huma mħarrka, jittieħdu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jkunu fis-seħħ ukoll miżuri ta' prevenzjoni; |
|
22. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jittrasponu bis-sħiħ id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi istandards fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, filwaqt li jadottaw miżuri xierqa biex ikunu żgurati assistenza u protezzjoni adegwata għall-vittmi tal-kriminalità; |
|
23. |
Jitlob għar-rispett tad-dinjità fl-aħħar tal-ħajja, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet espressi f’testmenti ħajjin jiġu rikonoxxuti u rispettati; |
|
24. |
Jirrikonoxxi li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SDSR) huma element essenzjali tad-dinjità tal-bniedem, li jeħtieġu li jkunu indirizzati fil-kuntest aktar wiesa' ta' diskriminazzjoni strutturali u inugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri jissalvagwardjaw l-SDSR permezz tal-FRA u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), mhux l-inqas billi jipprovdu għal programmi u servizzi relatati mas-saħħa riproduttiva, inklużi t-tipi ta' kura u mediċini essenzjali għall-ippjanar tal-familja volontarju u s-saħħa materna u tat-trabi tat-twelid, u billi jżommu l-viġilanza fuq il-politiki u/jew il-leġiżlazzjoni li jistgħu jiksru s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
Libertajiet
|
25. |
Jenfasizza li d-demokrazija u l-istat tad-dritt huma bbażati fuq ir-rispett tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali u li kwalunkwe azzjoni u kwalunkwe azzjoni jew miżura kontra t-terroriżmu jewil-kriminalità organizzata, u l-kooperazzjoni internazzjonali b’dan l-għan m’għandhomx jipperikolaw ir-regoli Ewropej fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u għandhom jirrispettawhom b’mod strett partikolarment b'rabra mal-preżunzjoni ta’ innoċenza, proċess ġust, drittijiet tad-difiża, protezzjoni tal-ħajja privata u tad-dejta personali, eċċ.; Jenfasizza l-bżonn għal skrutinju demokratiku iktar b'saħħtu, u l-protezzjoni u r-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni transkonfinali f'dawn l-oqsma, b'mod partikolari fid-dawl ta' ġbir u użu dejjem ikbar tad-dejta personali min-naħa tal-awtoritajiet; jistidinhom għalhekk jadottaw miżuri li jiżguraw il-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali f'dan il-qasam; |
|
26. |
Jiddispjaċih minħabba l-orjentazzjoni lejn is-sigurtà tal-istrateġija ta' sigurtà interna (ISS) a skapitu tal-libertajiet ċivili, id-drittijiet fundamentali u l-adozzjoni ta’ miżuri preventivi; jiddispjaċih dwar id-distakk li qed jiżdied bejn l-objettivi ddikjarati u l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki; iqis li l-Parlament Ewropew għandu jkollu rwol determinanti fil-valutazzjoni u d-definizzjoni tal-politiki ta’ sigurtà interna, li jkollhom konsegwenzi gravi fuq il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha li joqogħdu fl-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu żgurati s-sorveljanza u l-kontroll demokratiċi tal-politiki ta’ sigurtà, inklużi l-attivitajiet ta’ informazzjoni, u jekk neċessarju r-reviżjoni tagħhom sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; |
|
27. |
Jinsab imħasseb dwar ir-rivelazzjonijiet b’rabta mal-ksur ċar tad-dritt għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali mwettqa minn programmi sigrieti ta’ sorveljanza massiva taċ-ċittadini Ewropej, mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja skont il-każ, u mingħajr kontroll parlamentari adegwat, li qed iseħħu f’ċerti stati Ewropej u mhux Ewropej; Jikkundanna prattiki bħal dawn u jħeġġeġ lil dawn l-istati jtemmu dan il-ksur mingħajr dewmien; jitlob li jinxteħet dawl sħiħ fuq il-kontenut ta’ dawn il-programmi, fuq il-kollaborazzjoni internazzjonali eventwali f’dan il-kuntest u li jiġu riveduti immedjatament; Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu inizjattivi qawwija lejn dawk l-istati li jiksru d-dritt fundamentali għall-ħajja privata billi jwettqu spjunaġġ fuq il-komunikazzjonijiet taċ-ċittadini, tar-rappreżentanti u tal-atturi istituzzjonali, politiċi u ekonomiċi Ewropej; Jinsab imħasseb dwar il-fatt li s-servizzi sigrieti ħarbu l-kontroll demokratiku, parlamentari u ġudizzjarju, billi wettqu programmi u operazzjonijiet sigrieti mingħajr approvazzjoni politika; konsegwentament jitlob reviżjoni urġenti tal-mekkaniżmi għas-sorveljanza ġudizzjarja u parlamentari ta' servizzi sigrieti sabiex is-servizzi tal-intelligence jiġu marbuta mad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, kif mitlub mill-Artikolu 2 tat-TUE; jikkundanna l-kollaborazzjoni sigrieta tal-impriżi privati fis-sorveljanza massiva; jenfasizza li l-UE għandha tirreaġixxi b'mod iktar b'saħħtu u għandha tippromwovi miżuri fuq livell internazzjonali sabiex jiġi żgurat li r-regoli Ewropej għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta jiġu rispettati u infurzati, u jiġu promossi teknoloġiji li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet Ewropej; |
|
28. |
Jiddeplora l-fatt li d-diskussjonijiet dwar l-adozzjoni ta' abbozz ta' regolament u direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta personali qed jiġu blukkati fil-Kunsill, minkejja l-fatt li l-Parlament esprima appoġġ qawwi għal regoli iktar strett; Juri dispjaċir tiegħu rigward id-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Ewropew tal-24/25 ta' Ottubru 2013 li jitlesta s-Suq Uniku Diġitali sal-2015 biss, li għaldaqstant se ddewwem l-adozzjoni tal-Pakkett tal-Protezzjoni tad-Dejta, u jistieden lill-Kunsill sabiex jimxi l-quddiem bin-negozjati tad-direttiva u r-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta sabiex il-pakkett tal-protezzjoni tad-dejta jiġi adottat qabel it-tmiem ta' dan it-terminu parlamentari; |
|
29. |
Jemmen li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jadottaw sistema ta' protezzjoni tal-informaturi għall-persuni li jiżvelaw ksur serju tad-drittijiet fundamentali mis-servizzi sigrieti li ħarbu kull tip ta' skrutinju demokratiku, parlamentari u ġudizzjarju; |
|
30. |
Jenfasizza li l-evoluzzjoni rapida tad-dinja diġitali (inkluż iż-żieda fl-użu tal-Internet, tal-applikazzjonijiet u tan-netwerks soċjali) teħtieġ żieda fil-protezzjoni tad-dejta personali u tal-ħajja privata sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tagħhom; |
|
31. |
Jilqa’ l-għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri li jiżguraw ir-rispett tad-dritt li wieħed jibni familja permezz taż-żwieġ, is-sħubija ċivili jew il-koabitazzjoni rreġistrata u l-adozzjoni mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-orjentament sesswali, u jitlob lill-Istati Membri l-oħra jieħdu miżuri simili; jilqa’ s-sentenza riċenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Vallianatos u oħrajn vs Il-Greċja li tafferma li l-unjonijiet ċivili ma jistgħux jeskludu l-koppji tal-istess sess; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha jipproponu u jadottaw leġiżlazzjonijiet u politiki għall-ġlieda kontra l-omofobija, it-transfobija u r-reati abbażi tal-mibegħda u jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni 2/2013 tal-FRA dwar id-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija – b’attenzjoni partikolari għad-drittijiet tal-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu mingħajr diskriminazzjoni lejn l-orjentament sesswali; itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament ambizzjuż dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-effetti tad-dokumenti dwar l-istat ċivili; |
|
32. |
Huwa mħasseb ħafna dwar in-numru ta' suiċidji fost iż-żgħażagħ li jsiru vittmi tal-omofobija; ifakkar fis-sejbiet tal-istħarriġ tal-LGBT tal-UE tal-FRA li wera li 26 % ta' dawk kollha li rrispondew ġew attakkati jew mhedda bi vjolenza d-dar jew xi mkien ieħor, figura li titla' għal 35 % fost il-persuni transgender li rrispondew, filwaqt li 19 % ta' dawk li rrispondew ħassew diskriminazzjoni kontrihom ix-xogħol jew waqt li kienu qed ifittxu mpjieg, minkejja l-protezzjoni legali taħt il-liġi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni għalhekk sabiex tuża dawn is-sejbiet bħala bażi għal rispons Ewropew komprensiv għall-problemi tad-drittijiet fundamentali ta' persuni LGBT, fil-forma ta' pjan direzzjonali tal-UE għall-ugwaljanza abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru, kif mitlub ripetutament mill-Parlament u l-NGOs; |
|
33. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċeduri ta' rikonoxximent tal-ġeneru legali għal persuni transgender għadhom jinkludu sterilizzazzjoni obbligatorja f'14-il Stat Membru; jistieden lill-Istati Membri sabiex jirrevedu dawn il-proċeduri sabiex dawn jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt ta' persuni transgender għad-dinjità u integrità tal-ġisem; jikkongratula lill-Kummissjoni għall-impenn tagħha biex taħdem mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex ineħħu d-diżordnijiet tal-identità tal-ġeneru mil-lista ta' diżordnijiet mentali u tal-imġiba, u biex jiżguraw riklassifikazzjoni li ma tqishomx bħala patoloġiji fin-negozjati dwar il-ħdax-il verżjoni tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-11); |
|
34. |
Itenni l-libertà tal-ħsieb, ta’ kuxjenza, ta’ reliġjon, ta’ twemmin u ta’ nuqqas ta’ twemmin, ta’ prattika tar-reliġjon magħżula, li tinbidel ir-reliġjon; jikkundanna kull forma ta' diskriminazzjoni u intolleranza u jqis li s-sekulariżmu definit bħala s-separazzjoni stretta bejn l-awtoritajiet politiċi mhux reliġjużi u l-awtoritajiet reliġjużi, kif ukoll l-imparzjalità tal-istat, huma l-aħjar mod biex jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn ir-reliġjonijiet kif ukoll bejn il-persuni li jemmnu u li ma jemmnux; Jistieden lill-Istati Membri jipproteġu l-libertà ta’ reliġjon jew twemmin, inkluża l-libertà ta’ dawk mingħajr reliġjon biex ma jbatux diskriminazzjoni bħala riżultat ta’ eżenzjonijiet eċċessivi għar-reliġjonijiet mil-liġijiet dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; |
|
35. |
Ifakkar li l-liġijiet nazzjonali li jikkriminalizzaw id-dagħa jillimitaw l-espressjoni marbuta ma' twemmin reliġjuż jew twemmin ieħor, li huma spiss applikati sabiex jippersegwitaw, jimmaltrattaw, jew jintimidaw persuni li jappartjenu għal minoranzi reliġjużi jew oħrajn, u li jista’ jkollhom effett serju ta' inibizzjoni fuq il-liberta ta' espressjoni u l-libertà ta' reliġjon jew twemmin; jirrakkomanda lill-Istati Membri sabiex jiddekriminalizzaw reati bħal dawn; |
|
36. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li ż-żgħażagħ f’uħud mill-Istati Membri għadhom qed jiġu pproċessati u mogħtija sentenzi ta’ priġunerija peress li d-dritt ta’ oġġezzjoni kuxjenzjuża kontra s-servizz militari għadu mhuwiex rikonoxxut b’mod adegwat u jistieden lill-Istati Membri biex iwaqqfu l-persekuzzjoni ta' u d-diskriminzzjoni kontra dawk li joġġezzjonw b'mod kuxjenzjuż; |
|
37. |
Ifakkar li l-libertajiet tal-espressjoni, tal-informazzjoni u tal-midja huma fundamentali biex tiġi żgurata d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni għal reviżjoni tad-direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi skont il-linji indikati mill-Parlament fir-rapport tiegħu dwar dan is-suġġett; jesprimi l-kundanna qawwija tiegħu tal-vjolenzi, il-pressjonijiet jew it-theddid kontra l-ġurnalisti u l-midja, inkluż b’rabta mad-divulgazzjoni tas-sorsi tagħhom u ta’ informazzjoni dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali mwettaq mill-gvernijiet u mill-istati; Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw, jiggarantixxu, jipproteġu u jippromwovu d-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, u għaldaqstant sabiex joqogħdu lura milli jeżerċitaw jew jiżviluppaw mekkaniżmi li jfixklu dawn il-libertajiet; |
|
38. |
Huwa mħasseb dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika fl-Ewropa dwar is-sjieda tas-swieq tal-midja u l-prospett ta' privatizzazzjoni ta' midja tas-servizz pubbliku f'xi Stati Membri; jitlob lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-midja tas-servizz pubbliku u jirrispettaw id-dmir istituzzjonali tagħhom sabiex jissalvagwardjaw il-pluraliżmu tal-midja u jipprovdu informazzjoni ta' kwalità għolja, diversifikata, preċiża u affidabbli; jemmen li l-proprjetà u l-ġestjoni tal-midja għandhom ikunu trasparenti u ma jkunux ikkonċentrati; Jisħaq li t-trasparenza tal-proprjetà tal-midja hija kruċjali għall-monitoraġġ ta' investimenti ta' midja intra-UE, u investituri mhux Ewropej li jinfluwenzaw dejjem aktar l-informazzjoni li hija provduta fl-Istati Membri; |
|
39. |
Jisħaq fuq l-importanza li jiġu rispettati u protetti d-drittijiet tar-refuġjati u l-migranti, u jenfasizza l-fatt li għandha tingħata attenzjoni speċjali lil migranti nisa u tfal; jinsab imħasseb dwar il-bosta każijiet ta’ ksur tad-dritt għall-asil u tal-obbligu li jiżguraw protezzjoni f’każ ta’ tbegħid, tkeċċija u estradizzjoni tal-migranti kollha; jenfasizza b’mod partikolari l-obbligu tar-rispett tal-konvenzjonijiet internazzjonali b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-konvenzjoni tan-NU b'rabta mal-Istejtus tar-Refuġjati u l-prinċipju tan-non-refoulement, li jingħata sokkors lill-persuni fil-baħar li jinsabu f’riskju sabiex dawn jidħlu fl-UE, li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ lqugħ u proċeduri denji u rispettużi tad-drittijiet fundamentali tal-persuni; Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jemendaw jew jirrevedu kwalunkwe leġiżlazzjoni li tikkriminalizza n-nies li jassistu lill-migranti li jsibu ruħhom f'diffikultà fuq il-baħar; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE li tiddefinixxi s-sanzjonijiet f'każ ta' ffaċilitar ta' dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati sabiex tiċċara l-fatt li l-għotja ta' għajnuna umanitarja lill-migranti fil-baħar li jinsabu f'diffikultà tkun milqugħa u mhux azzjoni li għandha qatt twassal għal xi forma ta' sanzjoni; |
|
40. |
Jilqa' t-tlestija tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) u jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu r-riformi leġiżlattivi u amministrattivi meħtieġa sabiex jimplimentawh b’mod effettiv sabiex jiżguraw li s-SEKA hija stabbiliti bis-sħiħ kif ippjanat u tipprovdi aċċess aħjar għall-proċedura tal-asil għal dawk li jfittxu l-protezzjoni u twassal għal deċiżjonijiet dwar l-asil aktar ġusti, mgħaġġla u ta' kwalità aħjar u tipprovdi kundizzjonijiet dinjitużi u diċenti kemm għal dawk li japplikaw għal asil kif ukoll dawk li jingħataw protezzjoni internazzjonali fl-UE; jiddispjaċih madankollu li t-tfal għadhom jistgħu jitqiegħdu f’detenzjoni, u jitlob li dawn jiġu esklużi b’mod sistematiku mill-proċeduri aċċellerati; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tfassal linji gwida strateġiċi bbażati fuq l-aħjar prattiki għall-istabbiliment ta' regoli minimi komuni għall-ilqugħ u l-protezzjoni tat-tfal; Jenfasizza l-fatt li s-salvagwardji proċedurali għandhom ikunu adegwati u xierqa; Jitlob l-applikazzjoni tas-sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara li applikanti LGBT għall-asil jistgħu jikkostitwixxu grupp soċjali partikolari li jista' jiġi ppersegwitat abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu u li l-eżistenza ta' terminu ta' priġunerija fil-pajjiż tal-oriġini li jissanzjona atti omosesswali jista' jikkostitwixxi att ta' persekuzzjoni fih innifsu; |
|
41. |
Jikkundanna l-fatt li numru kbir ta’ migranti li qed jippruvaw jilħqu l-Unjoni Ewropea għadhom imutu fuq il-baħar minkejja d-diversi modi tekniċi numerużi offruti mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-sorveljanza u l-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE; Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' April 2012, bl-isem “Ħajjiet Mitlufa fil-Baħar Mediterran: min hu responsabbli?” (30); jilqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li ħassret id-Deċiżjoni 2010/252/UE; |
|
42. |
Jisħaq fuq il-vulnerabbiltà ta' persuni li qed jaqsmu l-fruntieri tal-baħar ta' nofsinhar tal-Ewropa, jitlob soluzzjoni vjabbli tal-kwistjoni ġenerali tal-immigrazzjoni fil-Mediterran b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' non-refoulement u jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkunsidraw l-opinjonijiet riċenti tal-FRA dwar kif l-aħjar jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-immigranti fil-kuntest ta' sorveljanza marittima; |
|
43. |
Jilqa' l-manwal dwar il-liġi Ewropea marbuta mal-asil, il-fruntieri u l-immigrazzjoni magħmul mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) flimkien mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala kontribut konkret li jassisti l-professjonisti legali fl-Ewropa sabiex jiddefendu d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem; |
|
44. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill sabiex iħaffu x-xogħol tal-grupp ta’ ħidma għall-Mediterran sabiex tkun żgurata espansjoni sinifikanti ta' kapaċità ta' salvataġġ fil-baħar u sabiex jitnieda pjan komprensiv dwar il-migrazzjoni u l-asil, ibbażat fuq kondiviżjoni ta' solidarjetà u responsabbiltà, li jiffoka fuq l-aspetti rilevanti kollha bħar-reviżjoni tal-liġijiet tal-UE u l-Istat Membru li jippermettu l-kriminalizzazzjoni ta' assistenza umanitarja għal persuni f'periklu fil-baħar, l-iżvilupp ta' rotot siguri u legali għal refuġjati u migranti fl-Ewropa kif ukoll l-iżvilupp, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt sabiex ikun żgurat li traġedji bħal dawk li seħħew f'Lampedusa ma jerġgħu qatt iseħħu; |
|
45. |
Jikkundanna ż-żieda fil-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-migranti u partikolarment dawk imkeċċija lejn pajjiżi terzi kif imressaq mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-migranti fir-rapport speċjali tiegħu ppubblikat fl-24 ta’ April 2013 (31) , kif ukoll mir-rapport tal-FRA (32); jenfasizza f’dan ir-rigward il-bżonn li tiġi vvalutata realment id-Direttiva dwar ir-Ritorn, il-ftehimiet ta’ riammissjoni kif ukoll l-azzjoni tal-Frontez fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni tagħti kontinwazzjonijiet konkreti għar-rapport kritiku tagħha dwar il-ftehimiet u l-miżuri ta’ riammissjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi ppubblikat fl-2011; jikkundanna l-politiki restrittivi tal-Istati Membri dwar l-għoti tal-viża liċ-ċittadini ta’ ċerti Stati terzi; |
|
46. |
Jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki li jħeġġu l-migrazzjoni legali u jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji tagħhom; |
Ugwaljanza
|
47. |
Jenfasizza li l-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi huma fost il-pedamenti ta' soċjetà demokratika; Iqis li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-qasam tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni anzjani, id-drittijiet tal-persuni diżabbli, id-drittijiet tal-persuni LGBT u d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali; |
|
48. |
jistieden lill-Istati Membri jadottaw qafas leġiżlattiv nazzjonali biex jindirizzaw il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u jiggarantixxu l-implimentazzjoni effikaċi tal-qafas legali eżistenti tal-UE, inkluż bit-tnedija tal-proċedimenti ta' ksur; Jiddeplora l-imblukkar fin-negozjati tal-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali u jtenni għal darb'oħra t-talba tiegħu biex il-Kunsill jadotta l-proposta; Jilqa' l-pożizzjoni tal-Presidenza Litwana tal-Kunsill li tappoġġja l-proposta u jistieden lill-Istati Membri l-oħra biex isegwu dan l-eżempju; jilqa' b'rabta ma' dan l-opinjoni ta’ FRA 1/2013 dwar is-sitwazzjoni ta’ ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea 10 snin wara l-implimentazzjoni tal-bidu tad-direttivi dwar l-ugwaljanza; Iqis li d-diskriminazzjoni fuq bażi lingwistika għandha tiġi ttrattata wkoll; |
|
49. |
Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (33) li titlob għar-rispett sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
50. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li persuni b'diżabilità għadhom jiffaċċjaw d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni, li jxekklu l-abbiltà tagħhom li jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom fuq bażi ugwali mal-oħrajn; Jitlob lill-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE biex jibqgħu jimplimentaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom; Jinnota li l-iżvilupp ulterjuri tal-liġi u l-politika tal-UE fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni jista' jkollu rwol fil-proċess tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mas-CRPD fl-UE kollha, pereżempju fir-rigward tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi; inkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki b'riżorsi xierqa sabiex jintegraw aħjar persuni b'diżabilità u jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, it-trasport pubbliku u l-faċilitajiet, u l-parteċipazzjoni fil-proċess politiku, partikolarment permezz tal-abolizzjoni ta' diskriminazzjoni legali u prattika u restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom għall-vot u biex joħorġu għall-elezzjonijiet; Jiddispjaċih li ċerti persuni b’diżabilità huma sfurzati li jgħixu f’istituzzjonijiet speċjalizzati, f’nuqqas ta’ alternattivi disponibbli fil-komunità, u jitlob lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom sabiex joffru aċċess akbar lil persuni b’diżabilità għal ħajja indipendenti; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq reviżjoni komprensiva tal-leġiżlazzjoni u politiki tal-UE sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; Jemmen li l-proċeduri leġiżlattivi u t-tfassil tal-politika tal-UE għandhom jiġu adattati sabiex jiżguraw ir-rispett, u jipprovdu għall-implimentazzjoni tas-CRPD; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tadotta linji gwida ta' valutazzjoni tal-impatt speċifiċi għal dak il-għan u biex tibgħat l-abbozz tar-rapport ta' progress tal-UE dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD fl-UE lill-Parlament; Jemmen li l-Parlament għandu jorganizza dibattiti regolari u jifformula rakkomandazzjonijiet permezz ta' riżoluzzjoni dwar il-progress miksub fir-rispett tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità mħaddna fis-CRPD, inkluż abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni; Jappoġġa l-inizjattivi li qed iseħħu bħalissa għat-twaqqif ta' task force fil-Parlament dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-Parlament fil-monitoraġġ u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni jkunu komprensivi u konsistenti; |
|
52. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jipproteġu, jippromwovu u jinfurzaw id-drittijiet tat-tfal fl-azzjonijiet u politiki interni u esterni kollha li għandhom impatt fuqhom; Jinsab imħasseb dwar tfal li jsofru vjolenza u sfruttament sesswali u jistieden lill-Istati Membri biex ilestu t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal; Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-FRA sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jevalwaw il-mod li bih huma ttrattati t-tfal waqt proċeduri ġudizzjarji; Iqis li f’każ ta’ separazzjoni jew divorzju tal-ġenituri, ir-rispett tal-aħjar interess tal-minuri għandu jitqies dejjem u li kull minuri għandu jkun jista’ jkollu rapporti regolari u kuntatti diretti maż-żewġ ġenituri; |
|
53. |
Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tar-Roma fl-Unjoni Ewropea u l-bosta każijiet ta’ persekuzzjoni, vjolenza, stigmatizzazzjoni, diskriminazzjoni, tkeċċija, rilokazzjonijiet u tkeċċija furzata illegali, reġistrazzjoni illegali u profiling etniku min-naħa tal-awtoritajiet tal-infurzar, li jmorru kontra d-drittijiet fundamentali u d-dritt tal-Unjoni Ewropea; Itenni l-pożizzjoni tiegħu iddikjarata fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (34) u jitlob għal darb'oħra għal implimentazzjoni effettiva ta' strateġiji għat-trawwim ta' inklużjoni reali u għal azzjoni msaħħa għall-promozzjoni tal-integrazzjoni, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, l-impjieg, id-djar u l-kura tas-saħħa, u l-ġlieda kontra l-vjolenza, id-diskors li jqajjem il-mibgħeda u d-diskriminazzjoni tar-Rom; Jitlob biex jintemmu t-tkeċċijiet furzati illegali, iż-żarmar ta' insejdamenti mingħajr ma jiġu pprovduti alternattivi għal djar, u s-segregazzjoni tat-tfal Roma fl-iskejjel u t-tpoġġija llegali tagħhom fi skejjel speċjali; f’dan ir-rigward, jitlob li l-Istati Membri jużaw aktar fondi Ewropej offruti lilhom sabiex jimplimentaw proġetti ta’ integrazzjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali, l-ewwel nett fil-ġestjoni ta’ kuljum ta’ wasliet ġodda fit-territorju tagħhom; |
|
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu rispons effettiv għall-esklużjoni tar-Roma billi jiżviluppaw politiki integrati u jimplimentaw il-miżuri stipulati fl-istrateġiji u jiffokaw fuq miżuri ta’ antidiskriminazzjoni u miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-impjegabilità tagħhom u l-aċċess għas-suq tax-xogħol f'kooperazzjoni ma' rappreżentanti tal-popolazzjoni tar-Roma, filwaqt li tkun żgurata wkoll il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' proġetti li jaffettwaw il-komunitajiet tagħhom, kif ukoll li jkunu allokati riżorsi ta' baġit biżżejjed għal dan il-għan u tkun żgurata l-effiċjenza tal-infiq; Jitlob ukoll li l-Kummissjoni u l-FRA jippreżentaw indikaturi komuni, paragunabbli u affidabbli għall-monitoraġġ tal-progress fl-Istati Membri; |
|
55. |
Jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tar-Rom fl-Istati Membri, speċjalment bil-ftuħ ta' proċedimenti ta' ksur f'każ li ma jitħallewx jaċċedu għal u jeżerċitaw id-drittijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, id-dritt għal-libertà tal-moviment u tar-residenza, id-dritt għall-kwalità u n-nondiskriminazzjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali; Jitlob lill-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu ta' monitoraġġ dwar reati ta' mibgħeda kontra r-Rom, u jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta' reġistrazzjoni tat-twelid u ta' ċertifikati tat-twelid għal Rom li jirrisjedu fl-UE; Itenni t-talba tiegħu għal approċċ immirat għall-inklużjoni soċjali ta' nisa Roma sabiex tkun evitata diskriminazzjoni multipla; Jistieden l-iżvilupp tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fi Strateġija Ewropea żviluppata għalkollox; |
|
56. |
Jenfasizza li huwa essenzjali li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni li huma parti minn minoranzi nazzjonali jew etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, fil-ħajja ta' kuljum, il-persuni li jagħmlu parti minn dawn il-minoranzi jiffaċċjaw ostakli fil-ġustizzja, fis-saħħa u fis-servizzi soċjali, kif ukoll fl-edukazzjoni u l-kultura, u li dan jipperikola d-drittijiet u d-dinjità tagħhom bħala bnedmin u bħala ċittadini tal-Unjoni, u jwassal għal sitwazzjonijiet fejn huma jiġu trattati bħala ċittadini tat-tieni kategorija mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom stess; Iqis li dawn il-minoranzi għandhom ħtiġijiet speċifiċi li huma differenti minn gruppi ta' minoranzi oħra, li politiki pubbliċi għandhom ikunu aktar iffokati u li l-Unjoni stess għandha tindirizza dawn il-ħtiġijiet b'mod aktar xieraq; |
|
57. |
Iqis li ma teżistix soluzzjoni unika sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni ta' dawn il-minoranzi fl-Istati Membri kollha, iżda li għandhom jiġu żviluppati xi objettivi komuni u minimi għall-awtoritajiet pubbliċi fl-UE, filwaqt li jitqiesu l-istandards legali internazzjonali rilevanti u l-prattiki tajba eżistenti; Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistema legali tagħhom tiggarantixxi li ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra persuni li jappartjenu għal minoranza nazzjonali rikonoxxuta, u jadottaw miżuri adegwati biex jippromwovu ugwaljanza effikaċi, abbażi tal-prattiki tajbin u n-normi internazzjonali rilevanti, inter alia l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa; Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi standard politiku għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali, inklużi komunitajiet minoritarji indiġeni, etniċi tradizzjonali u lingwistiċi, billi wieħed iqis li dawn jikkostitwixxu 'l fuq minn 10 % tal-popolazzjoni totali tal-UE, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' standards doppji li jiddiferenzjaw bejn il-pajjiżi kandidati u l-Istati Membri; Jenfasizza l-bżonn għal sistema ta' protezzjoni komprensiva tal-UE għall-minoranzi nazzjonali tradizzjonali, gruppi lingwistiċi reġjonali u reġjuni kostituzzjonali akkumpanjati minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ operattiv, skont l-eżempju tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma; Jitlob lill-Istati Membri jipprovdu dejta komprensiva dwar ksur tad-drittijiet fundamentali tal-minoranzi, sabiex il-FRA u l-UE jkunu jistgħu jiżguraw ġbir u rappurtaġġ tad-dejta; |
|
58. |
Jindika li miżuri pożittivi implimentati bl-għan li jkunu protetti persuni u gruppi minoritorji, filwaqt li jitrawwem l-iżvilupp xieraq tagħhom u jkun żgurat li jingħataw drittijiet u trattament ugwali meta mqabbla mal-bqija tal-popolazzjoni fl-oqsma amministrattivi, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali u fi sferi oħra ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala diskriminazzjoni; |
|
59. |
Jikkundanna l-vjolenzi razzisti, anti-Semitiċi, omofobiċi/transfobiċi, ksenofobiċi u kontra l-migranti, il-minoranzi reliġjużi u gruppi etniċi, li laħqu livelli allarmanti, b'mod partikolari l-internet, fin-nuqqas ta’ azzjonijiet qawwija min-naħa tal-awtoritajiet li jiġġieldu kontra dawn it-tipi ta' vjolenza; Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tad-dritt kriminali, jindirizzaw id-diskriminazzjoni, jiżguraw l-investigazzjonijiet ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda, jadottaw leġiżlazzjoni kriminali li tipprojbixxi l-inċitament għall-mibegħda fuq kwalunkwe bażi inkluża l-orjentazzjoni sesswali, u jiżguraw li jkun hemm protezzjoni effikaċi kontra r-razziżmu, l-anti-Semitiżmu, l-antiżingariżmu, il-ksenofobija u l-omofobija u li l-vittmi jiġu offruti assistenza xierqa; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tniedi proċedimenti ta' ksur kontra Stati Membri li jonqsu milli jimplimentaw id-deċiżjoni qafas b'mod korrett mill-1 ta' Diċembru 2014; Jitlob ir-reviżjoni tad-deċiżjoni qafas biex jiżgura li tkopri wkoll diskors ta' mibegħda u atti ta' antisemitiżmu, Iżlamofobija u intolleranza reliġjuża, antiżingariżmu, omofobija u transfobija, u tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħha; Jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva mnedija mill-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-intolleranza u jistieden lill-Kunsill sabiex ikompli xogħol kostruttiv bħal dan; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iniedu azzjoni koordinata u komprensiva sabiex jiġġieldu kontra u jipprevjenu r-reati ta' mibegħda b'mod sistematiku fl-UE u biex jagħmlu r-reati ta' mibegħda viżibbli permezz ta' dejta, li tiżgura li din id-dejta tkun kumparabbli sabiex tippermetti evalwazzjoni tal-UE tas-sitwazzjoni, billi jaħdmu flimkien mal-FRA sabiex tittejjeb il-ġabra ta' dejta dwar reati ta' mibegħda u armonizzazzjoni ta' dejta; Jikkundanna diskors li jqajjem il-mibgħeda li jistigmatizza gruppi ta' persuni minħabba l-oriġini soċjali, kulturali, reliġjuża jew barranija u inċitament għall-mibgħeda razzjali, partikolarment meta dan iseħħ minn persuni pubbliċi; Jindika li l-Opinjoni tal-FRA 2/2013, fuq id-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija u jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità, u b'mod partikolari f'każijiet ta' reati ta' mibegħda; |
|
61. |
Jistieden lill-Istati Membri, filwaqt li jirrikonoxxu li l-edukazzjoni hija vitali fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, sabiex jiżguraw li l-istrateġiji ta' integrazzjoni tagħhom jiffokaw fuq ir-riforma ta' kurrikuli nazzjonali sabiex jinkludu l-ksenofobija, ir-razziżmu u l-antiżingariżmu fis-sillabi u sabiex jistabbilixxu dan bħala forma ta' diskriminazzjoni fid-diskors pubbliku minn età żgħira; |
|
62. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex:
|
|
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-ħtiġijiet u l-interessi tan-nisa billi, fost l-oħrajn, jikkollaboraw mas-soċjetà ċivili u l-NGOs tan-nisa meta jfasslu l-leġiżlazzjoni u janalizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE; jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea relatata mal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri; |
|
64. |
Jitlob lill-Istati Membri jiggarantixxu pagi u pensjonijiet diċenti, inaqqsu d-differenza fil-pagi bejn is-sessi, joħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja għan-nisa kif ukoll jippermettu li n-nisa jibbenefikaw minn servizzi pubbliċi ta’ standard għoli u jtejbu d-dispożizzjonijiet dwar is-servizz soċjali; |
|
65. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni għall-ġlieda kontra l-kawżi ekonomiċi u soċjali li jrawmu l-vjolenza kontra n-nisa, bħan-nuqqas ta’ impjieg, pagi u pensjonijiet baxxi, nuqqas ta’ akkomodazzjoni, faqar u servizzi pubbliċi li ma jeżistux jew li mhumiex adegwati, b’mod partikolari s-servizzi tas-saħħa pubblika, l-edukazzjoni u s-sigurtà soċjali; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-azzjonijiet tagħha kontra l-ksur tad-drittijiet fundamentali tat-tfajliet, speċifikament kontra l-industrija li tipperċepixxi lit-tfajliet bħala oġġetti sesswali u li tikkawża żieda fit-traffikar sesswali tat-tfajliet fl-UE; |
|
67. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali dwar ir-rispett u l-protezzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa (SRHRs); jinsisti fuq ir-rwol tal-Unjoni fil-qawmien tal-kuxjenza u l-promozzjoni tal-aqwa prattiki dwar din il-kwistjoni, minħabba li s-saħħa hi dritt tal-bniedem fundamentali essenzjali għall-eżerċizzju ta' drittijiet tal-bniedem oħra; |
|
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali; |
|
69. |
Iqis li s-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u tan-negozju jikkostitwixxi defiċit; jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri jintroduċu miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittiva bħal leġiżlazzjoni għal sistemi tal-parità u kwoti tas-sessi; |
|
70. |
Jenfasizza li l-progress fit-tnaqqis fid-differenza fil-pagi bejn is-sessi miexi b'pass bil-mod ħafna; jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali hi kruċjali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi mingħajr dewmien id-Direttiva 2006/54/KE u tipproponi emendi għaliha skont l-Artikolu 32 tad-direttiva u abbażi tal-Artikolu 157 tat-TFUE b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-anness tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju 2012; |
|
71. |
Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis fis-servizzi pubbliċi li jipprovdu l-kura tat-tfal għandu impatt dirett fuq l-indipendenza ekonomika tan-nisa; Jirrimarka li fl-2010, 28,3 % tan-nuqqas ta’ attività u tal-parteċipazzjoni f'xogħol part time tan-nisa kien spjegat minħabba nuqqas ta’ servizzi tal-kura, meta mqabbla ma' 27,9 % fl-2009; Jirrimarka li fl-2010, ir-rata tal-impjiegi tan-nisa bi tfal żgħar fl-UE kienet ta’ 12,7 % inqas minn dik tan-nisa bla tfal, żieda minn 11,5 % fl-2008; |
|
72. |
Jikkundanna l-fatt li d-drittijiet fundamentali tan-nisa anzjani qed jinkisru ta’ spiss, inkluż numru kbir ta’ każijiet ta’ vjolenza, abbuż fiżiku, abbuż emozzjonali u abbuż finanzjarju f’bosta Stati Membri tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet ulterjuri sabiex jipproteġu lin-nisa anzjani minn kull forma ta’ abbuż, inkluż trattament ħażin fid-djar tal-kura għall-anzjani; |
|
73. |
Iqis li n-nisa b’diżabilitajiet isofru minn diskriminazzjoni doppja minħabba l-ġeneru u d-diżabilità tagħhom; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jissalvagwardjaw u jipproteġu d-drittijiet fundamentali tan-nisa b’diżabilità fl-UE; |
|
74. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b’mod aktar sod sabiex jintemmu l-istereotipi sessisti mrawma mill-midja, b’mod partikolari fir-riklami, minħabba r-rwol kruċjali li jista’ jkollhom biex jinbidlu r-rappreżentazzjonijiet kollettivi dwar ir-rwoli tal-irġiel u tan-nisa; |
|
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-kuxejnza u l-għarfien taċ-ċittadini rigward id-drittijiet kollha tagħhom stabbiliti fil-Karta u jinkoraġġixxu demokrazija parteċipattiva billi jinżamm djalogu kontinwu mas-soċjetà ċivili, NGOs rilevanti u organizzazzjonijiet tan-nisa; Jistieden l-organizzazzjonijiet tan-nisa b'mod partikolari, sabiex jaqsmu l-kompetenzi imprezzabbli tagħhom rigward l-isterjotipar u d-diskriminazzjoni persistenti minħabba li huma dejjem kienu l-aktar vittmi vulnerabbli; |
|
76. |
Jitlob involviment akbar mill-istituzzjonijiet tal-UE u djalogu bejn il-partijiet interessanti mtejjeb dwar l-isfidi li jiffaċċjaw persuni anzjani fl-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; |
Solidarjetà
|
77. |
Jenfasizza li l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-miżuri meħuda biex din tiġi ffaċċjata kellhom konsegwenzi qawwija fuq l-iktar oqsma foqra u żvantaġġjati tas-soċjetà, spiss b'effetti serji ħafna, kif rifless fil-karta dwar il-kwistjoni mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem bl-isem 'Salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali fi żminijiet ta’ kriżi', li fiha jsir riferiment għall-gruppi li jinsabu f'riskju ta' marġinalizzazzjoni soċjali, bħall-migranti, il-persuni li jfittxu l-asil, ir-Rom, in-nisa u t-tfal; Jirrimarka li fl-2012, kwart tal-popolazzjoni fl-UE 28 kienet tinsab f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari u jittieħdu miżuri adegwati, iktar inċiżivi u effettivi biex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni u jiġu miġġielda l-inugwaljanzi u l-faqar; jikkundanna l-proposti tal-persuni politiċi li jwaħħlu kollox f’dawn il-popolazzjonijiet; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-kriżijiet ekonomiċi u soċjali poġġew id-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u l-valuri demokratiċi taħt stress, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll sovranazzjonali; |
|
78. |
Jenfasizza l-fatt li d-drittijiet soċjali u fundamentali, kif rikonoxxut mit-trattati internazzjonali, il-KEDB, il-Karta tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea; Jenfasizza li dawn id-drittijiet għandhom jiġu protetti kemm fid-dritt kif ukoll fil-prattika biex tiġi żgurata ġustizzja soċjali, partikolarment f'perjodi ta' kriżi ekonomika u miżuri ta' awsterità; Jenfasizza l-importanza tad-dritt għad-dinjità, il-libertà okupazzjonali u d-dritt għax-xogħol, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, inkluż abbażi tan-nazzjonalità, protezzjoni f'każ ta' tkeċċija inġustifikata, id-dritt għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali, id-dritt għall-kura tas-saħħa, il-libertà tal-moviment u r-residenza, id-dritt għal protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, permezz tal-provvista ta' aċċess effettiv għall-impjieg, djar adegwati, taħriġ, edukazzjoni, kultura u assistenza soċjali u mediċi, u b'rabta mar-remunerazzjoni u l-benefiċċji soċjali, filwaqt li jiġi garantit standard deċenti ta' għajxien għall-ħaddiema u l-membri tal-familji tagħhom, kif ukoll kundizzjonijiet oħra ta' impjieg u ta' xogħol, awtonomija tas-sieħba soċjali, u libertà li wieħed jingħaqad ma' assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali għall-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u soċjali tal-ħaddiema u għan-negaozjati soċjali; |
|
79. |
Jenfasizza li l-fatt li wieħed jinsab qiegħed jew f'sitwazzjoni ta' faqar jew marġinalizzazzjoni soċjali għandu effetti konsiderevoli, u anki diżastrużi, fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-iktar drittijiet u libertajiet ipperikolati fosthom huma: id-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-ewwel Artikolu), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (Artikolu 15), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (Artikolu 21), il-protezzjoni f'każ ta' tkeċċija inġustifikata (Artikolu 30), id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (Artikolu 34), id-dritt għall-kura tas-saħħa (Artikolu 35) u l-libertà tal-moviment u tas-soġġorn (Artikolu 45); jindika barra minn hekk li l-fatt li wieħed ikun qiegħed jew ikun qed jgħix f'sitwazzjoni ta' faqar jew marġinalizzazzjoni soċjali għandu ukoll konsegwenzi fil-qasam tal-aċċess għas-servizzi bażiċi, soċjali, finanzjarji, eċċ.; |
|
80. |
Ifakkar li s-sistemi li jirrikonoxxu l-ġustizzja soċjali bħala prinċipju importanti implimentat minn leġiżlazzjoni solida jikkostitwixxu l-aqwa difiża kontra l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; |
|
81. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri jneħħu r-riservi li fadal fir-rigward tal-Karta Soċjali Ewropea mill-aktar fis possibbli; Iqis li l-Parlament għandu jistimula djalogu permanenti dwar il-progress magħmul f'dan ir-rigward; Jemmen li r-referenza għall-ESC fl-Artikolu 151 tat-TFUE għandha tintuża b’mod aktar effettiv, pereżempju, billi jiġi inkluż test tad-drittijiet soċjali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u l-Parlament; |
|
82. |
Jitlob azzjoni aktar b'saħħitha biex jiġu megħjuna persuna bla djar u jiġu provduti b'kenn u appoġġ, jiġu kkundanatti – partikolarment f'waqt meta l-kriżi ekonomika u soċjali persistenti qed twassal dejjem iktar persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli biex jgħixu fit-toroq – liġijiet u politiki fuq livell nazzjonali jew lokali li jikkriminalizzaw lil dawn il-persuni, li huma aktar fil-bżonn, għaliex dan jammonta għal vjolazzjoni inumana u li tispikka tad-drittijiet fundamentali, |
|
83. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-kompatibilità ta' miżuri ta' rimedju tal-kriżijiet mal-valuri u l-objettivi tal-Unjoni, u partikolarment sabiex ikun żgurat ir-rispett tal-istat tad-dritt b'rabta mal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi l-aktar milquta mill-effetti tal-kriżi fiż-żona euro; |
|
84. |
Itenni b’urġenza l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jinkludi s-suġġett “Aċċess lill-aktar gruppi fqar għad-drittijiet fundamentali kollha tagħhom” fl-oqsma tematiċi tal--qafas pluriennali li jmiss tal-FRA; |
|
85. |
Jiddeplora l-fatt li f'uħud mill-Istati Membri għadhom jeżistu regoli tranżitorji dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema; jenfasizza li biżgħat imqanqla mill-impatti negattivi tal-migrazzjoni tax-xogħol ma għandhomx bażi; jindika li l-istimi juru żieda fit-tul ta' kważi 1 % fil-PGD tal-pajjiżi tal-UE15 sforz il-mobbiltà wara t-tkabbir (bejn l-2004 u l-2009) (35); |
|
86. |
Jinnota li d-dibattiti reċenti li jiddeskrivu l-moviment liberu bħala migrazzjoni f'sistemi ta' sigurtà soċjali mhumiex imsejsa fuq il-fatti (36); jenfasizza l-fatt li d-diskriminazzjoni hija xkiel kbir biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet fundamentali; jagħmel enfasi li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu b'mod permamenti fi Stat Membru ieħor għandhom jibbenefikaw mid-dritt għal trattament indaqs fejn tidħol is-sigurtà soċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004; |
|
87. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsaħħu l-ħidma tagħhom fir-rigward tal-iżvilupp u jagħtu garanzija tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet fundamentali soċjali, bħala pass kruċjali sabiex jiġi żgurat li fl-Unjoni Ewropea jkun hemm trattament indaqs. impjiegi u salarji deċenti; |
|
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li d-dritt tal-ħaddiema għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u sani, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Karta Soċjali Ewropea, huwa essenzjali għall-ħaddiema biex ikollhom l-opportunità li jgħixu ħajja diċenti u biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tagħhom jiġu rispettati; |
|
89. |
Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-imsieħba soċjali fin-negozjar kollettiv biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet fundamentali u t-trattament ugwali tal-ħaddiema, b'mod partikolari fejn jidħlu ż-żgħażagħ, in-nisa, il-persuni b'diżabilità u gruppi oħra soċjalment żvantaġġati fis-suq tax-xogħol; |
Ċittadinanza
|
90. |
Jenfasizza li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll l-aspettattivi dejjem jiżdiedu taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili – kif muri mill-falliment tal-ACTA u l-iskandli tas-sorveljanza -, jagħmlu neċessarji t-tisħiħ u ż-żieda fit-trasparenza u l-ftuħ demokratiċi u istituzzjonali tal-UE, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha u l-Istati Membri tagħha; Huwa tal-opinjoni li t-trasparenza u l-onestà huma prinċipji ewlenin li għandhom jissaħħu u jiġu promossi aħjar sabiex tkun żgurata governanza tajba u parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE; |
|
91. |
Jiddispjaċih dwar l-imblukkar interistituzzjonali tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew; Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jissoktaw bil-ħidma tagħhom fuq ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament, abbażi tal-proposti tal-Parlament biex jiggarantixxu iktar trasparenza fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE kif ukoll aċċess imtejjeb għad-dokumenti għaċ-ċittadini tal-UE; Jistieden lill-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-UE sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kif meħtieġ mit-Trattat ta' Lisbona u jinnota, fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u ilmenti mal-Ombudsman, li dan mhuwiex il-każ; jitlob fl-istess ħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżgurar tat-trasparenza fl-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar kif qed jintuża l-finanzjament li ngħata lill-Istati Membri mill-baġit tal-UE; |
|
92. |
Jenfasizza li d-dritt għal amministrazzjoni soda jimplika wkoll dmir tal-awtoritajiet li jinfurmaw liċ-ċittadini dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom u li jispjegaw lill-persuni l-aktar foqra d-drittijiet tagħhom u jappoġġjawhom sabiex jiġu rispettati; |
|
93. |
Ifakkar li ċ-ċittadinanza tinvolvi d-dritt ta’ kull persuna li tipparteċipa fl-affarijiet pubbliċi tal-pajjiż li fih tirrisjedi skont l-Artikolu 21 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR); ifakkar li ċ-ċittadinanza Ewropea mhijiex limitata għad-drittijiet tal-vot u eliġibilità għall-elezzjonijiet muniċipali u Ewropej, u lanqas għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom, iżda hija essenzjali wkoll biex dawn jiġu eżerċitati f’termini ta’ moviment liberu u residenza; jenfasizza għalhekk, li ċ-ċittadinanza Ewropea timplika l-kapaċità ta’ kull resident fit-territorju tal-Unjoni li jipparteċipa b’mod attiv u mingħajr l-ebda tip ta’ diskriminazzjoni fil-ħajja demokratika, politika, soċjali u kulturali tal-Istat Membru li fih jirrisjedi u li jeżerċita d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kollha politiċi, ċivili, ekonomiċi, kulturali u soċjali rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea; |
|
94. |
Jitlob attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni u informattivi, sabiex jiġu promossi fost iċ-ċittadini l-valuri u l-objettivi tal-Unjoni, u speċifikament jitlob għat-tixrid l-aktar wiesa' possibbli tat-test tal-artikoli rilevanti tat-TUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
|
95. |
Jilqa' d-deċiżjoni li l-2013 tiġi ddikkjarata bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini; madankollu jistieden lill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri biex ikomplu jinformaw liċ-ċittadini tal-UE rigward id-drittijiet tagħhom, sabiex ikunu jistgħu igawdu bis-sħiħ iċ-ċittadinanza tal-UE tagħhom; |
|
96. |
Jitlob lill-Istati Membri jniedu kampanji ta’ informazzjoni biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-UE dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu għal elezzjoni; jitlob li ssir riforma neċessarja tal-proċeduri elettorali Ewropej biex isiru f’kull Stat Membru sabiex tiġi promossa ċittadinanza attiva tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini permezz ta’ inizjattivi taċ-ċittadini u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ petizzjoni u d-dritt li wieħed iressaq ilmenti lill-Ombudsman Ewropew; |
|
97. |
Ifakkar fl-importanza tax-xogħol tal-Ombudsman Ewropew għad-drittijiet tal-individwi; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza tiegħu sabiex tiġi żgurata l-kredibilità tiegħu u b’hekk jitlob li l-istatus tiegħu jiġi modifikat sabiex jeskludi b’mod formali li jkun jista’ jintgħażel mill-eletturi tiegħu, antiki jew maħtura; |
|
98. |
Jenfasizza li d-dritt għall-moviment liberu, għax-xogħol u ta’ soġġorn taċ-ċittadini Ewropej u tal-familja tagħhom, kif ukoll il-libertà li jagħżlu impjieg u d-dritt li jaħdmu, stabbilit fit-trattati u garantit mid-Direttiva dwar il-moviment liberu, huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej u jirrappreżenta benefiċċju ekonomiku importanti għall-pajjiżi ospitanti, billi jikkontribwixxi għall-indirizzar tad-diskrepanza bejn il-ħiliet u x-xogħol u jgħin sabiex jiġi kkumpensat id-defiċit demografiku tal-Unjoni Ewropea; Jenfasizza l-fatt li d-direttiva diġà tipprovdi għal eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet għad-dritt tal-moviment liberu; Jikkundanna kwalunkwe tentattiv ta’ reviżjoni ta’ dan l-acquis u jitlob li kwalunkwe ksur tar-regoli jinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; |
Ġustizzja
|
99. |
Jenfasizza li amministrazzjoni tal-ġustizzja indipendenti, ġusta, effikaċi, imparzjali u li taħdem bi skadenzi raġonevoli hija fundamentali għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-kredibilità ta’ dawn; Jinsab imħasseb dwar il-bosta każijiet ta' ksur f'dan il-kuntest, kif juri l-għadd ta' kundanni kontra l-istati min-naħa tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Qorti; Jenfasizza li kull impunità dovuta għal pożizzjoni ta' poter, ta' forza jew ta' influwenza fuq il-persuni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew politiċi ma tistax tiġi tollerata fl-UE; |
|
100. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' – flimkien mal-qrati – l-istituzzjonijiet nonġudizzjarji u kważiġudizzjarji għall-aċċess għall-ġustizzja, bħal istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, korpi ta' ugwaljanza, istituzzjonijiet ta' ombudsperson, u awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta kif ukoll istituzzjonijiet oħra simili b’mandat tad-drittijiet tal-bniedem; Jenfasizza f'dan il-kuntest li l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu maħtura jew stabbiliti fl-Istati Membri kollha bl-għan tal-akkreditazzjoni sħiħa tagħhom taħt l-hekk imsejħa Prinċipji ta' Pariġi (Prinċipji relatati mal-istatus u l-funzjonament ta' istituzzjonijiet nazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni ta' drittijiet tal-bniedem, Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/48/134, 20 ta' Diċembru 1993); Jisħaq li rekwiżit għal indipendenza sħiħa jkun ta' benefiċċju wkoll għal istituzzjonijiet oħra b’mandat tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
101. |
Jitlob lill-FRA twettaq studju dwar il-liġijiet u l-proċeduri straordinarji motivati mill-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-konformità tagħhom mad-drittijiet fundamentali, f’kollaborazzjoni mar-rapporteur speċjali tan-NU dwar dan is-suġġett; Jirrifjuta kull proċedura eċċezzjonali li tiżbilanċja biċ-ċar il-pożizzjoni tagħha tal-akkuża u tad-difiża fil-proċedura ġudizzjarja, bħas-smigħ sigrieti jew is-sentenzi sigrieti, jew li jagħtu setgħat speċjali ta’ ċensura tal-midja lill-gvern jew li tiġi permessa sorveljanza sigrieta tal-popolazzjoni; jisħaq u jikkundanna li l-politiki ta’ ġlieda kontra t-terroriżmu huma estiżi progressivament għal numru akbar ta’ reati u delitti li partikolarment b’konsegwenza taż-żieda fil-proċeduri ġudizzjarji mgħaġġla, fil-pieni minimi inkompressibbli u ż-żieda fil-ġbir tad-dejta personali tal-popolazzjonijiet; |
|
102. |
Jitlob lill-Kummissjoni tkompli x-xogħol tagħha fir-rigward tal-ġustizzja kriminali u tal-applikazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-garanziji proċedurali u lill-Istati Membri jadottaw pożizzjoni aktar ambizzjuża f’dan ir-rigward; |
|
103. |
Jilqa' r-rapport tal-FRA dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'każijiet ta' diskriminazzjoni fl-UE u jisħaq li l-aċċess għall-ġustizzja huwa ta' spiss ikkumplikat u ta’ xkiel; Jemmen li t-titjib jista' jinkludi proċeduri faċilitati, u appoġġ imsaħħaħ għal dawk li qed ifittxu l-ġustizzja; |
|
104. |
Jieħu nota tat-tabella ta' valutazzjoni tal-ġustizzja mnedija mill-Kummissjoni li sfortunatament tkopri biss kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili, kummerċjali u amministrattivi, minkejja l-fatt li l-Parlament kien talab li din tkopri wkoll il-ġustizzja ċivili u kriminali, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jitlob għalhekk li din tiġi żviluppata biex tkopri wkoll dawn l-oqsma; jenfasizza li t-tabella ta' valutazzjoni għandha tiddaħħal fil-mekkaniżmu ta' Kopenħagen ġdid u fiċ-ċiklu politiku Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE; jinsisti wkoll li t-titjib tal-funzjonament tas-sistemi tal-ġustizzja ma jistax ikollu bħala objettiv uniku li titjieb l-attrattività ta’ pajjiż għall-investituri u biex isir in-negozju, u jimmira essenzjalment l-effettività tal-proċeduri ġudizzjarji, iżda għandu wkoll jiżgura s-salvagwardja tad-dritt għal proċess ġust u r-rispett tad-drittijiet fundamentali; |
|
105. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-implimentazzjoni effettiva fl-UE tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja fil-kuntest tad-dritt ta' kull persuna tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li tgħix f'ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-benessri tiegħu jew tagħha; |
|
106. |
Jinsab imħasseb dwar il-politiċizzazzjoni tal-qrati kostituzzjonali f'ċerti Stati Membri u jiftakar fl-importanza kruċjali ta' sistema ġudizzjarja indipendenti; |
o
o o
|
107. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa. |
(1) Id-dokument 10140/11 tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2011.
(3) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(4) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(5) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(8) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 49.
(9) Testi adottati, P7_TA(2012)0500.
(10) ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 1026.
(11) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 405.
(12) ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 54.
(13) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 18.
(14) ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 73.
(15) ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 50.
(16) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112.
(17) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 154.
(18) Testi adottati, P7_TA(2013)0203.
(19) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 54.
(20) Testi adottati, P7_TA(2013)0090.
(21) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121.
(22) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.
(23) Testi adottati, P7_TA(2013)0315.
(24) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 1.
(25) Testi adottati, P7_TA(2013)0418.
(26) Testi adottati, P7_TA(2013)0350.
(27) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(28) Testi adottati, P7_TA(2013)0045.
(29) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.
(30) Ir-Riżoluzzjoni 1872(2012) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat fl-24 ta’ April 2012.
(31) Studju reġjonali: il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-implikazzjonijiet tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti, François Crépeau, 24 ta’ April 2013, A/HRC/23/46
(32) Rapport tal-FRA dwar id-Drittijiet Fundamentali għall-Fruntieri Marittimi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, Marzu 2013
(33) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(34) Testi adottati, P7_TA(2013)0594.
(35) Żviluppi fl-Impjiegi u Soċjali fl-Ewropa (2011), Kapitolu 6: Mobbiltà tax-xogħol fi ħdan l-UE u l-impatt tat-tkabbir, p. 274
(36) Ara “A fact finding analysis on the impact on the Member States' social security systems of the entitlements of non-active intra-EU migrants to special non-contributory cash benefits and healthcare granted on the basis of residence”, DĠ Impiegi, Rapport finali ppreżentat mill-ICF GHK flimkien ma' Milieu Ltd., l-14 ta' Ottubru 2013.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/135 |
P7_TA(2014)0174
Mandat ta' arrest Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-Mandat ta' Arrest Ewropew (2013/2109(INL))
(2017/C 285/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri(COM(2005)0063 u SEC(2005)0267, COM(2006)0008 u SEC(2006)0079, COM(2007)0407 u SEC(2007)0979 u COM(2011)0175 u SEC(2011)0430), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2009 dwar ir-raba' ċiklu ta' evalwazzjonijiet reċiproċi – l-applikazzjoni prattika tal-Mandat ta' Arrest Ewropew (EAW) u l-proċeduri ta' konsenja korrispondenti bejn l-Istati Membri (8302/4/2009 – CRIMORG 55), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-verżjoni riveduta tal-Manwal Ewropew għall-ħruġ ta' Mandat ta' Arrest Ewropew (17195/1/10 REV 1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm dwar il-Ġustizzja għall-perijodu 2014 sa 2020 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2011, “Inkattru l-Fiduċja f'Ġustizzja Ewropea – Dimensjoni Ġdida Għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew” (COM(2011)0551), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-UE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2004 lill-Kunsill dwar id-drittijiet tal-priġunieri fl-Unjoni Ewropea (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew tal-miżuri tal-Unjoni rigward il-Mandat ta' Arrest Ewropew, imwettqa mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tal-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta' Ottubru 2010 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0039/2014), |
|
A. |
Billi l-Unjoni Ewropea ffissat għaliha nnifisha l-għan li toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u billi, skont l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b’mod li tidħol għal obbligi pożittivi li trid tissodisfa biex tonora dak l-impenn; billi, sabiex ikun effettiv, il- prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu jkun ibbażat fuq il-fiduċja reċiproka li tista’ tinkiseb biss jekk ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni ssuspettati u akkużati u d-drittijiet proċedurali fil-proċedimenti kriminali jiġu ggarantiti fl-Unjoni kollha; billi l-fiduċja reċiproka tissaħħaħ permezz tat-taħriġ, il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-awtoritajiet ġuridiċi u l-professjonisti legali, biex b’hekk tinħoloq kultura ġudizzjarja Ewropea ġenwina; |
|
B. |
Billi d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI fil-biċċa l-kbira kellha suċċess fl-ilħiq tal-għan tagħha li tħaffef il-proċeduri ta’ konsenja fl-Unjoni kollha kemm hi meta mqabbla mas-sistema ta’ estradizzjoni tradizzjonali fost l-Istati Membri u tikkostitwixxi l-bażi għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji kriminali, li issa huwa stabbilit fl-Artikolu 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); |
|
C. |
Billi, madankollu, nqalgħu xi problemi fl-operazzjoni tagħha, fejn xi wħud huma speċifiċi għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI u jirriżultaw mil-lakuni li jinsabu fid-Deċiżjoni Kwadru bħalma hu n-nuqqas li jiġu espliċitament inklużi salvagwardji għad-drittijiet fundamentali jew verifika tal-proporzjonalità kif ukoll mill-implimentazzjoni inkompleta u inkonsistenti tagħha; billi hemm problemi oħra li għandhom x’jaqsmu wkoll mal-ġabra ta' strumenti għal rikonoxximent reċiproku minħabba l-iżvilupp inkomplet u żbilanċjat tal-qasam tal-ġustizzja kriminali tal-Unjoni; |
|
D. |
Billi strumenti ddefiniti b’mod ċar u effettivi għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ġudizzjarji huma ta’ importanza ewlenija għas-servizzi nazzjonali ta’ prosekuzzjoni f’rabta mal-investigazzjonijiet dwar reati serji transkonfinali u dawn l-istrumenti se jkunu importanti wkoll f’investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew la darba jkun ġie stabbilit; |
|
E. |
Billi l-Kumitat Speċjali għall-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil ta’ Flus (CRIM) fir-rapport tiegħu saħaq fuq il-bżonn li jiġi żgurat ir-rikonoxximent rapidu u reċiproku, b’rispett sħiħ għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-miżuri ġudizzjarji kollha, b’referenza partikolari għas-sentenzi kriminali, għall-ordnijiet ta’ konfiska u għall-Mandati ta’ Arrest Ewropej (EAWs); |
|
F. |
Billi hemm tħassib inter alia dwar:
|
|
1. |
B’kunsiderazzjoni tal-qafas ġuridiku l-ġdid mill-2014 skont it-Trattat ta’ Lisbona, iqis li din ir-riżoluzzjoni ma għandhiex tittratta problemi li jinqalgħu biss minn implimentazzjoni mhux korretta tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI peress li tali problemi jistgħu u għandhom jiġu rrimedjati permezz ta’ implimentazzjoni korretta mill-Istati Membri u infurzar permezz ta’ proċedimenti tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw f'waqtu u b'mod effettiv il-korp kollu tal-miżuri ta’ ġustizzja kriminali tal-Unjoni peress li huma kumplementari inkluża l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, l-Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja u l-miżuri tad-drittijiet proċedurali, u b’hekk jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet ġudizzjarji strumenti għal rikonoxximent reċiproku alternattivi u inqas intrużivi filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-persuni ssuspettati u akkużati fil-proċedimenti kriminali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni korretta tagħhom kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tal-EAW u l-qasam tal-ġustizzja kriminali tal-Unjoni; |
|
3. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom jesploraw il-possibilitajiet eżistenti kollha li jinsabu fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (bħalma hi l-Premessa 12) biex tiġi salvagwardjata l-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali; jeżawrixxu l-mekkaniżmi alternattivi possibbli kollha qabel ma joħorġu EAW; u jippreċessaw il-kawża mingħajr dewmien żejjed ladarba EAW jkun wassal għal arrest sabiex id-detenzjoni ta’ qabel is-smigħ tal-proċess tinżamm l-iqsar possibbli; |
|
4. |
Jirrimarka li r-rikonoxximent sħiħ u l-infurzar rapidu tal-miżuri ġuridiċi huma pass lejn l-istabbiliment ta’ qasam tal-ġustizzja kriminali tal-Unjoni, u jenfasizza kemm huwa importanti l-EAW bħala mezz effettiv kif tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali serja; |
|
5. |
Iqis li peress li l-problemi sottolinjati fil-premessa F jirriżultaw kemm mill-ispeċifiċitajiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI u kemm min-natura inkompleta u żbilanċjata tal-qasam tal-ġustizzja kriminali tal-Unjoni, is-soluzzjonijiet leġiżlattivi jeħtieġu jindirizzaw iż-żewġ kwistjonijiet permezz ta’ ħidma kontinwa biex jiġu stabbiliti l-istandards minimi dwar inter alia d-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati u miżura orizzontali li tistabbilixxi l-prinċipji li japplikaw għall-istrumenti għal rikonoxximent reċiproku kollha, jew jekk din il-miżura orizzontali mhijiex fattibbli jew tonqos milli tirrimedja l-problemi identifikati f’din ir-riżoluzzjoni, emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI; |
|
6. |
Iqis li d-dgħufijiet identifikati mhux biss ifixklu l-fiduċja reċiproka iżda huma wkoll għaljin mil-lat soċjali u ekonomiku għall-individwi kkonċernati, il-familji tagħhom u s-soċjetà in ġenerali. |
|
7. |
Għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tissottometti, fi żmien sena mill-adozzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni, abbażi tal-Artikolu 82 tat-TFUE, proposti leġiżlattivi b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness ta’ ma’ din ir-riżoluzzjoni u li jipprovdu għal:
|
|
8. |
Jitlob għal applikazzjoni ċara u konsistenti mill-Istati Membri kollha tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet proċedurali fil-proċedimenti kriminali marbuta mal-użu tal-EAW; inklużi d-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali; id-dritt ta’ aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta’ komunikazzjoni mal-arrest; u d-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni titlob mill-Istati Membri dejta komprensiva relatata mal-operazzjoni tal-mekkaniżmu tal-EAW u tinkludi din id-dejta fir-rapport ta’ implimentazzjoni li jmiss tagħha bil-ħsieb li tipproponi azzjoni xierqa jekk tinstab xi problema: |
|
10. |
Jitlob rieżami regolari ta’ EAWs mhux eżegwiti u li jitqies jekk dawn, flimkien mat-twissijiet korrispondenti tas-SIS II u tal-Interpol, għandhomx jiġu rtirati; jitlob ukoll l-irtirar ta’ EAWs u tat-twissijiet korrispondenti tas-SIS II u tal-Interpol, meta l-EAW ikun ġie rrifjutat abbażi ta’ raġunijiet mandatarji, bħalma huma raġuni ta’ ne bis in idem jew inkompatibilità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li ssir dispożizzjoni biex it-twissijiet tas-SIS II u tal-Interpol jiġu aġġornati b’mod mandatarju bl-informazzjoni dwar ir-raġunijiet tar-rifjut tal-eżekuzzjoni tal-EAW li jikkorrispondi mat-twissija u li jsir aġġornament xieraq tal-fajls tal-Europol; |
|
11. |
Filwaqt li jenfasizza l-importanza primarja ta’ proċeduri korretti inklużi d-drittijiet ta’ appell, jitlob lill-Istati Membri, jew bħala Stat Membru emittenti jew bħala Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, jipprovdu għal mekkaniżmi ġuridiċi biex jikkumpensaw id-danni li jirriżultaw minn żbalji ġudizzjarji fir-rigward tal-operazzjoni tal-istrumenti għal rikonoxximent reċiproku, bi qbil mal-istandards stipulati fil-KEDB u fil-ġurisprudenza stabbilita sew tal-QĠUE; |
|
12. |
Jistieden lill-Kunsill jinkludi fil-verżjoni riveduta tal-Manwal Ewropew dwar kif għandu jinħareġ Mandat tal-Arrest Ewropew (17195/1/10 REV 1) limitu ta’ żmien ta’ sitt ijiem għat-trażmissjoni tal-EAWs tradotti sabiex jiġu pprovduti iktar ċarezza u ċertezza; |
|
13. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkooperaw fit-tisħiħ tan-netwerks ta’ kuntatt għall-imħallfin, prosekuturi u avukati ta’ difiża kriminali sabiex jiġu faċilitati proċedimenti ta’ EAW effikaċi u infurmati tajjeb, u joffru t-taħriġ rilevanti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-professjonisti ġudizzjarji u legali f’inter alia l-lingwi, l-użu xieraq tal-EAW u l-użu kkumbinat tal-istrumenti differenti għal rikonoxximent reċiproku; jistieden lill-Kummissjoni tabbozza manwal prattiku tal-Unjoni li jkun iddisinjat għall-avukati difensuri li jkunu qed jaġixxu fil-proċedimenti tal-EAW u li jkun faċilment aċċessibbli fl-Unjoni kollha filwaqt li jieħu kont tax-xogħol kollu eżistenti tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Kriminali Ewropea dwar din il-materja u jiġi kkumplementat mill-manwali nazzjonali; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-istabbiliment ta’ Netwerk Ġudizzjarju tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew speċifiku u netwerk ta’ avukati difensuri li jaħdmu fuq il-ġustizzja kriminali Ewropea u fuq kwistjonjiet ta’ estradizzjoni u tipprovdi finanzjament adegwat kemm lilhom kif ukoll lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju; jemmen li l-Kummissjoni tista’ tiżgura l-finanzjament xieraq permezz tal-programmi eżistenti fil-qasam tal-ġustizzja kriminali tal-Unjoni. |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi u tagħmel aċċessibbli faċilment database tal-Unjoni li jiġbor fih il-ġurisprudenza nazzjonali kollha relatata mal-EAW u ma’ proċedimenti oħrajn ta’ rikonoxximent reċiproku biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-professjonisti u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-problemi li jinqalgħu; |
|
16. |
Jenfasizza r-rabta bejn il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u l-miżuri tal-EAW u jfakkar lill-Istati Membri li l-Artikolu 3 tal-KEDB u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) jimponu fuq l-Istati Membri mhux biss obbligi negattivi, billi jipprojbixxuhom milli jittrattaw lill-priġunieri b’mod inuman u degradanti, iżda anke obbligi pożittivi, billi jobbligawhom li jiżguraw li l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni huma konsistenti mad-dinjità umana, u li jitwettqu investigazzjonijiet bir-reqqa u effettivi jekk dawn id-drittijiet jiġu miksura; jistieden lill-Istati Membri jieħdu kont partikolari tad-drittijiet tal-persuni vulnerabbli u b’mod ġenerali jeżaminaw bir-reqqa l-alternattivi għad-detenzjoni; |
|
17. |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-qafas tar-rikonoxximent reċiproku, jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-mezzi ġuridiċi u finanzjarji disponibbli fil-livell tal-Unjoni sabiex jittejbu l-istandards ta’ detenzjoni inklużi proposti leġiżlattivi dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni ta’ qabel il-proċess; |
|
18. |
Jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u l-prinċipju ta’ proporzjonalità; |
|
19. |
Iqis li kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja tal-proposti rikjesti għall-baġit tal-Unjoni jenħtieġ tkun koperta mill-allokazzjonijiet baġitarji attwali; jenfasizza li kemm għall-Istati Membri kif ukoll għaċ-ċittadini, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-proposti għandhom iwasslu għal iffrankar sostanzjali fl-ispejjeż u l-ħin, u b’hekk għandhom ikunu ta’ benefiċċju mil-lat ekonomiku u soċjali, kif indikat b’mod ċar fil-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew tal-miżuri tal-Unjoni dwar ir-rieżami tal-EAW. |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
(1) ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.
(4) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 73.
(5) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 82.
(6) ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 154.
(7) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR DWAR UĦUD MILL-PROPOSTI LEĠIŻLATTIVI PREVISTI
Proċedura ta’ validazzjoni għal strumenti legali tal-Unjoni għal rikonoxximent reċiproku:
|
— |
“l-awtorità emittenti” fil-leġiżlazzjoni kriminali tal-Unjoni għandha tiġi definita bħala:
|
Kontroll tal-proporzjonalità għall-ħruġ tal-istrumenti legali tal-Unjoni għal rikonoxximent reċiproku:
|
— |
Meta toħroġ deċiżjoni li għandha tiġi esegwita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa bir-reqqa l-ħtieġa għall-miżura mitluba abbażi tal-fatturi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata u d-disponibbiltà ta’ miżura alternattiva inqas invażiva xierqa biex jinkisbu l-għanijiet maħsuba, u għandha tapplika l-miżura disponibbli l-inqas invażiva. Fejn l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha raġuni biex temmen li l-miżura hija sproporzjonata, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista’ tikkonsulta lill-awtorità emittenti dwar l-importanza tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku. Wara din il-konsultazzjoni, l-awtorità emittenti tista' tiddeċiedi li tirtira d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku. |
Proċedura ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru emittenti u ta’ eżekuzzjoni li tintuża għal istrumenti legali tal-Unjoni għal rikonoxximent reċiproku:
|
— |
Mingħajr ħsara għall-possibilità li l-awtorità eżekutriċi kompetenti tagħmel użu mir-raġunijiet għar-rifjut, jenħtieġ tiġi stabbilita proċedura standardizzata li biha l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru emittenti u ta’ eżekuzzjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni bla xkiel u effiċjenti tal-istrumenti għal rikonoxximent reċiproku rilevanti jew il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, bħall-valutazzjoni tal-proporzjonalità inkluż, fir-rigward ta’ EAW sabiex tkun ivverifikata l-prontezza għal proċess; |
Bażi taċ-ċaħda tad-Drittijiet Fundamentali li għandha tiġi applikata għall-istrumenti legali tal-Unjoni għal rikonoxximent reċiproku:
|
— |
Hemm raġunijiet sostanzjali li jikkonfermaw li l-eżekuzzjoni tal-miżura mhijiex kompatibbli mal-obbligi tal-Istati Membri li jesegwihom skont l- Artikolu 6 tat-TUE u l-Karta. |
Dispożizzjoni dwar ir-rimedji legali applikabbli għal strumenti tal-Unjoni għal rikonoxximent reċiproku:
|
— |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw f’konformitá mal-Karta, il-ġurisprudenza stabbilita tal-QĠUE u l-QEDB, li kull persuna li jkollha d-drittijiet u l-libertajiet tagħha miksura permezz ta' deċiżjoni, azzjoni jew ommissjoni fl-applikazzjoni ta’ strument għal rikonoxximent reċiproku fi kwistjonijiet kriminali għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Jekk tali rimedju jiġi eżerċitat fl-Istat ta’ eżekuzzjoni u jkollu effett ta’ sospensjoni, id-deċiżjoni finali fuq tali rimedju għandha tittieħed fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-istrument għal rikonoxximent reċiproku applikabbli jew, fin-nuqqas ta’ limiti ta’ żmien espliċiti, b’disponibilità suffiċjenti li tiżgura li l-għan tal-proċess ta’ rikonoxximent reċiproku ma jkunx ipperikolat. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/141 |
P7_TA(2014)0175
Ftehim ta' Sħubija Volontarju UE-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fil-prodotti tal-injam lejn l-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (2013/2990(RSP))
(2017/C 285/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (1) |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (2), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(3)(1) u 207(4)(1), l-Artikolu 218(6)(2), il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0344/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (adottata mir-Riżoluzzjoni 61/295 tal-Assemblea Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2007) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-Ġustizzja għall-Foresti: Intejbu l-isforzi tal-ġustizzja kriminali għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar (Justice for forests: improving criminal justice efforts to combat illegal logging) (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Human Rights Watch tas-16 ta' Lulju 2013 dwar L-Aspett Negattiv tat-Tkabbir Ekoloġiku: L-Impatti tal-governanza dgħajfa fuq id-drittijiet tal-bniedem fis-settur tal-forestrija fl-Indoneżja (The dark side of green growth: Human rights impacts of weak governance in Indonesia’s forestry sector) (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, iffirmat fid-9 ta’ Novembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fit-30 ta' Settembru 2013, il-Gvern tal-Indoneżja u l-UE ffirmaw Ftehim ta' Sħubija Volontarju dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fi prodotti tal-injam għall-UE (FLEGT), biex b'hekk ikkonfermaw l-impenn reċiproku tagħhom biex jiżguraw li l-injam li jidħol fl-UE ikun prodott, maħsud u trasportat legalment; |
|
B. |
billi l-Ftehimiet ta' Sħubiji Volontarji huma mfassla biex jiġi eradikat il-qtugħ illegali tas-siġar, tittejjeb il-governanza tal-foresti, u biex finalment iwasslu għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, filwaqt li jappoġġjaw l-isforzi dinjija biex jitwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti; |
|
C. |
billi l-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji għandhom l-għan li jħeġġu bidliet sistemiċi fis-settur tal-forestrija, billi jippremjaw l-isforzi ta' operaturi diliġenti li jixtru l-injam minn sorsi legali u affidabbli, u billi jipproteġuhom minn kompetizzjoni inġusta; |
|
D. |
billi fl-Indoneżja tinsab it-tielet l-akbar erja fid-dinja f’termini ta’ foresti pluvjali wara l-Amażonja u l-Baċir tal-Kongo, iżda billi hija wkoll emittent sinifikanti fid-dinja ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, prinċipalment minħabba l-konverżjoni fuq skala kbira tal-foresti pluvjali tagħha u tat-torbieri li fihom ħafna karbonju għal użi oħrajn tal-art bħall-produzzjoni taż-żejt tal-palm u tal-karta; |
|
E. |
billi l-Indoneżja tilfet tal-inqas 1 240 000 ettaru ta' foresti bejn l-2009 u l-2011; |
|
F. |
billi 10 % biss, skont il-valur, tal-esportazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti tal-injam tal-Indoneżja huma attwalment destinati għall-UE, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet hija diretta lejn pajjiżi Ażjatiċi, u għalhekk il-Ftehim ta' Sħubija Volontarju huwa importanti għat-tfassil tal-istandards għall-industrija Indoneżjana kollha tal-injam; |
|
G. |
billi s-settur tal-foresti tal-Indoneżja għandu riskju għoli ta’ ħasil tal-flus u evażjoni tat-taxxa, skont l-Interpol u studju tal-Bank Dinji tal-2012; |
|
H. |
billi skont il-Human Rights Watch, il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus fis-settur tal-forestrija swew lill-pajjiż sa USD 7 biljun bejn l-2007 u l-2011; billi l-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Qerda tal-Korruzzjoni tal-Indoneżja ddeskriva s-settur tal-forestrija bħala “sors ta' korruzzjoni mingħajr limitu” (7); billi, madankollu, l-Indoneżja għamlet progress sinifikanti fis-snin riċenti rigward il-prosekuzzjoni tar-reati finanzjarji, kif ġie ppruvat mill-kundanna tal-Qorti Suprema għal evażjoni tat-taxxa tal-produttur taż-żejt tal-palm, Asian Agri Group, f'Diċembru 2012; |
|
I. |
billi ż-żewġ partijiet iridu jaqblu dwar is-Sistema ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam tal-Indoneżja (it-TLAS)/is-Sistem Verifikasi Legalitas Kayu (SVLK) sabiex l-injam u l-prodotti tal-injam Indoneżjani koperti bil-Ftehim ta' Sħubija Volontarju jkunu jistgħu jidħlu fis-suq tal-UE bħala injam awtorizzat mill-FLEGT, li awtomatikament jitqies bħala legali skont it-termini tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (8); |
|
J. |
billi s-SVLK Indoneżjan attwalment qed jiġi rivedut biex jiġi konformi mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju; |
|
K. |
billi l-Kummissjoni għandha s-setgħa, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (9), li tadotta rekwiżiti dettaljati għall-għoti tal-liċenzji FLEGT u temenda l-lista tal-pajjiżi sħab u l-awtoritajiet tal-liċenzjar nominati tagħhom stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament; |
|
L. |
billi fis-6 ta’ Mejju 2013 il-Qorti Kostituzzjonali tal-Indoneżja ddeċidiet li l-foresti konswetudinarji tal-popli indiġeni m’għandhomx jiġu klassifikati bħala li jaqgħu fiż-“Żoni Forestali Statali”, li wittiet it-triq għal aktar rikonoxximent tad-drittijiet tal-popli indiġeni fl-arċipelagu; |
|
1. |
Ifaħħar l-isforz volontarju enormi tal-Indoneżja biex issolvi l-problema tal-qtugħ illegali tas-siġar rampanti u l-kummerċ assoċjat bl-iżvilupp tal-SVLK tagħha permezz ta’ proċess ta' diversi partijiet interessati u speċjalment bil-progress sinifikanti miksub fix-xhur riċenti; jibqa' madankollu mħasseb dwar ċerti problemi; ifakkar li sabiex formalment jinħarġu liċenzji FLEGT, is-SVLK għandha topera bil-għan li tikseb il-miri tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju; |
|
2. |
Jilqa’ r-riżultat tan-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fi prodotti tal-injam għall-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju u r-rieda tiegħu biex jappoġġja l-implimentazzjoni ta' suċċess tiegħu; |
|
3. |
Jinnota li l-maġġoranza tas-sorsi ta’ injam inkwistjoni fil-pajjiż għadhom ma ġewx iċċertifikati mis-SVLK u li volumi kbar ta’ injam mid-deforestazzjoni mhux ivverifikat qed jidħlu fil-katina tal-provvista; |
|
4. |
Jenfasizza l-importanza tal-estensjoni tal-kopertura tal-iskema tas-SVLK, inkluż l-awditjar, biex tkopri l-oqsma kollha tal-produzzjoni tal-injam u kull stadju tal-katina tal-provvista, tiżgura li l-injam legali verifikat ikun separat minn injam mhux verifikat sabiex dan ma jidħolx fil-katini tal-provvista tas-SVLK; |
|
5. |
Iqis il-kwistjoni tal-konverżjoni tal-foresti bħala problema kontinwa tas-sistema ta' governanza tal-użu tal-art tal-Indoneżja; jiddispjaċih għall-fatt li attwalment is-SVLK mhijiex tawditja l-proċess ta' kif jingħataw konċessjonijiet lill-impriżi għall-konverżjoni tal-foresti, speċjalment fir-rigward tat-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali (AMDALs) u l-konformità tagħhom ma' restrizzjonijiet imposti fil-proċess biex jiksbu permessi ta' konverżjoni tal-foresti (IPK); |
|
6. |
Jinnota li l-SVLK attwali tiċċertifika l-operazzjonijiet tal-injam bħala legali anke meta l-pretensjonijiet għad-drittijiet tal-użu tal-art minn popli indiġeni u l-komunitajiet lokali jkunu għadhom ma ġewx stabbiliti u/jew ikun għadu ma tħallasx kumpens adegwat, fejn xieraq jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan jiżgura li fejn xieraq, ikunu kkunsidrati d-drittijiet tradizzjonali tal-komunità għall-foresti, il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, u l-kumpens għall-aċċess mitluf tal-art tal-foresti fil-verifika tal-legalità u li l-korpi tal-verifika jingħataw mandat biex jivvalutaw jekk l-impriżi rrispettawx id-drittijiet lokali tal-użu tal-art u jekk l-art ġietx ippubblikata legalment; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan jiżgura li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni ma jiddiskriminax kontra l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan tagħti assigurazzjoni li:
|
|
9. |
Jistieden lill-Gvern Indoneżjan, bil-għan li tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-pajjiż fil-ħruġ tal-liċenzji FLEGT, jikkumplimenta l-verifika legali taħt is-SVLK b’azzjonijiet deċiżivi li jikkumbattu r-reati finanzjarji marbuta mas-settur tal-forestrija bħall-ħasil tal-flus u l-frodi fiskali; |
|
10. |
Jistieden lill-Gvern Indoneżjan isegwi d-deċiżjoni riċenti tiegħu li jinforza l-liġijiet dwar it-taxxa u jikseb dokumentazzjoni li turi li l-kumpaniji li jesportaw l-injam ikunu konformi għalkollox mal-liġijiet dwar it-taxxa tal-Indoneżja u mal-liġi tal-2010 kontra l-ħasil tal-flus; |
|
11. |
Jilqa' l-inizjattiva “mappa waħda” tal-Gvern Indoneżjan biex jiżdied l-aċċess tal-pubbliku għal data u mapep aġġornati u trasparenti, li mingħajrhom il-governanza tajba tal-foresti fl-Indoneżja tkun imfixkla permezz ta' interpretazzjonijiet tal-liġijiet inkonsistenti u multipli, u kunflitti mal-komunitajiet lokali u indiġeni; jenfasizza l-fatt li monitoraġġi indipendenti tal-foresti jeħtieġ ikollhom aċċess għal tali informazzjoni bażika sabiex iwettqu dmirhom b’mod kredibbli, u li l-mapep tal-konċessjonijiet, il-pjanti tal-ħsad u informazzjoni dwar il-permessi għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku; jistieden lill-Gvern Indoneżjan iħaffef l-inizjattiva “mappa waħda” u jippubblika l-ewwel verżjoni tagħha, inkluża l-informazzjoni rilevanti marbuta mal-liċenzjar tal-foresti u d-dikjarazzjonijiet tal-użu tal-art; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Kumitat Konġunt għall-Implimentazzjoni, tiżgura li r-riskju tal-frodi u l-korruzzjoni jiġi indirizzat b'mod sostanzjali, inkluż permezz tat-tħejjija ta' pjan ta’ kontroll tal-frodi bbażat fuq ir-riskji; |
|
13. |
Jirrikonixxi l-fatt li l-verifika tal-legalità tal-injam tiddependi kważi kompletament fuq il-prestazzjoni tal-awdituri u monitoraġġ indipendenti; ifaħħar lis-SVLK għar-rwol uffiċjali tagħha fir-rigward tal-monitoraġġ indipendenti mis-soċjetà ċivili; jinnota, madankollu, li l-kapaċità tan-netwerks ta' monitoraġġ indipendenti għadha ferm limitata f’termini ta’ riżorsi umani u finanzjarji; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan biex tiżgura li l-awdituri u l-korpi tal-verifika flimkien mal-monitoraġġi indipendenti tal-foresti jirċievu finanzjament u taħriġ xierqa biex ikunu jistgħu jagħmlu monitoraġġi fuq il-post, verifiki għall-għarrieda u awditi regolari; |
|
15. |
Jilqa’ l-isforzi tal-Gvern Indoneżjan biex isaħħaħ ir-rwol tal-pulizija nominata tal-forestrija; jinnota madankollu li l-Ministeru għall-Forestrija tal-Indoneżja għandu jkompli jtejjeb il-politika tiegħu ta' monitoraġġ, l-ikkatalogar u s-segwitu ta' każijiet tal-qtugħ illegali tas-siġar; jenfasizza l-importanza kbira tal-fatt li kumpaniji li jinstabu joperaw b'mod illegali jiġu rrapurtati lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan jiżgura li rapporti ta' monitoraġġ indipendenti li juru ksur tal-leġiżlazzjoni rilevanti jingħatalhom segwitu adegwat, u li tittieħed azzjoni ta' infurzar effettiva u dissważiva mill-awtoritajiet rilevanti fejn jinsab ksur tal-leġiżlazzjoni kkonċernata; |
|
17. |
Jenfasizza l-fatt li l-monitoraġġ indipendenti u r-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali huma fatturi kritiċi li jagħtu kredibbiltà lis-SVLK; jenfasizza, għalhekk, li huwa importanti li dan l-impenn ikompli u li t-trasparenza fir-rigward ta’ partijiet interessati oħrajn tas-soċjetà ċivili tittejjeb, u li l-monitoraġġ indipendenti mis-soċjetà ċivili jseħħ mingħajr il-vjolenza, it-theddid jew kwalunkwe forma ta’ abbuż u, jekk dan iseħħ, għandhom jiġu kkastigati severament; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan biex jiżgura li:
|
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sejbiet tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Indoneżja tas-6 ta' Mejju 2013 jitqiesu kif suppost fir-reviżjoni tas-SVLK; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-isforzi mitluba mill-Gvern Indoneżjan u biex tiżgura ambjent ekwu reġjonali billi tilqa' t-talba tal-Gvern Indoneżjan li jinkludi r-reġjun ta’ Sarawak fin-negozjati tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-UE u l-Malasja; |
|
21. |
Huwa konxju tal-fatt li ċerti talbiet f’din ir-riżoluzzjoni jmorru lil hinn mill-kriterji stabbiliti fl-Anness 8 tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju rigward l-approvazzjoni tas-sistema tal-liċenzjar; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura progress biex jintlaħqu dawn it-talbiet addizzjonali li l-Parlament iqishom importanti u tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-progress li sar qabel tiġi approvata s-sistema tal-liċenzjar; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju u b’mod partikolari dwar kif il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq ġew u se jiġu indirizzati; |
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern kif ukoll lill-Parlament tal-Indoneżja. |
(1) Dokument tal-Kunsill 11767/1/2013.
(2) Dokument tal-Kunsill 11769/1/2013.
(3) http://www.un.org/esa/socdev/unpfii/documents/DRIPS_en.pdf
(4) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(5) Bank Dinji, Justice for forests: Improving criminal justice efforts to combat illegal logging, 2012, pp. 5-10, http://siteresources.worldbank.org/EXTFINANCIALSECTOR/Resources/Illegal_Logging.pdf
(6) Human Rights Watch, The dark side of green growth: Human rights impacts of weak governance in Indonesia’s forestry sector, 2013, http://www.hrw.org/sites/default/files/reports/indonesia0713webwcover_1.pdf
(7) Reuters Online News, 17 ta' Settembru 2010, “Graft could jeopardise Indonesia’s climate deals”, http://www.reuters.com/article/2010/09/17/indonesia-corruption-idUSSGE68G03P20100917
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010.
(9) ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/145 |
P7_TA(2014)0176
Is-sitwazzjoni fil-Venezwela
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2014/2600(RSP))
(2017/C 285/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, jiġifieri dik tal-24 ta' Mejju 2007 dwar il-każ dwar l-istazzjon televiżiv Radio Caracas (1), dik tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-iskwalifiki politiċi (2), dik tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-każ ta' Manuel Rosales (3), dik tal-11 ta' Frar 2010 dwar il-Venezwela (4), dik tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-każ ta' Maria Lourdes Afiuni (5) u dik tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-irtirar eventwali mill-Venezwela tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (6); |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-14 ta' Frar 2014 mill-kelliem ta' Catherine Ashton, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Frar 2014 mill-VP/RGħ Catherine Ashton dwar il-kunflitti fil-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hi parti tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi titqies il-gravità tas-sitwazzjoni attwali fil-Venezwela; billi mit-12 ta' Frar 2014 saru parati paċifiċi mmexxija minn studenti fil-Venezwela kollha u dawn spiċċaw fi vjolenza fatali, fejn inqatlu minn tal-anqas 13-il ruħ, indarbu aktar minn 70 ruħ u mijiet oħra ġew arrestati; billi t-talbiet tal-istudenti jirreferu għan-nuqqas, min-naħa tal-gvern tal-President Maduro, li jsolvi l-problema tal-inflazzjoni għolja, ir-rata ta' kraminilità għolja u l-iskarsezza ta' xi prodotti tal-ikel ta' kuljum kif ukoll il-korruzzjoni li kull ma tmur qed tiżdied, u l-intimidazzjoni tal-midja u tal-oppożizzjoni demokratika; billi l-gvern qiegħed iwaħħal “f'saboteurs” u “negozjanti korrotti għatxana għall-profitti” għal dawn in-nuqqasijiet; billi l-Venezwela hija l-pajjiż li għandu l-akbar riservi tal-enerġija fl-Amerika Latina; |
|
B. |
billi f'dawn l-aħħar jiem, l-għadd ta' protesti ma nasaqx, anzi baqa' jiżdied, u b'hekk żdied l-għadd ta' mejtin, midruba u detenuti, bħala konsegwenza tar-ripressjoni brutali min-naħa tal-awtoritajiet governattivi u mill-gruppi armati illegali; |
|
C. |
billi t-tensjoni politika u l-polarizzazzjoni fil-Venezwela qegħdin jiżdiedu; billi, minflok ma kkontribwew għaż-żamma tal-paċi u l-kalma, l-awtoritajiet tal-Venezwela heddew li se jmexxu “rivoluzzjoni armata”; |
|
D. |
billi titqies ir-ripressjoni eżerċitata b'mod partikolari kontra l-istudenti, il-ġurnalisti, il-mexxejja tal-oppożizzjoni u l-attivisti paċifiċi tas-soċjetà ċivili, li ġew ippersegwitati u li tilfu l-libertà tagħhom; |
|
E. |
billi gruppi armati favur il-gvern vjolenti u mhux ikkontrollati kienu qed jaġixxu b'impunità fil-Venezwela għal żmien twil; billi l-oppożizzjoni akkużat lil dawn il-gruppi li qed jistigaw il-vjolenza waqt id-dimostrazzjonijiet paċifiċi, u jikkaġunaw imwiet u diversi korrimenti; billi l-Gvern tal-Venezwela għadu ma tax spegazzjoni ċara dwar dak li ġara; |
|
F. |
billi l-midja hija soġġetta għal ċensura u intimidazzjoni, u bosta ġurnalisti issawtu jew ġew detenuti jew ġie meqrud it-tagħmir professjonali tagħhom; |
|
G. |
billi l-libertà tal-espressjoni u d-dritt tal-parteċipazzjoni fi protesti paċifiċi jikkostitwixxu elementi bażiċi tad-demokrazija, u l-ugwaljanza u l-ġustizzja għal kulħadd mhumiex possibbli mingħajr l-eżistenza tal-libertajiet fundamentali u r-rispett tad-drittijiet taċ-ċittadini kollha; billi l-kostituzzjoni Venezwelana tiggarantixxi d-dritt għall-assemblea, l-assoċjazzjoni u l-protesta ċivika b'mezzi paċifiċi; billi s-setgħat pubbliċi għandhom id-dmir li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħhom u jiggarantixxu s-sigurtà tagħhom u ħajjithom, mingħajr ma jillimitaw dawn id-drittijiet; |
|
H. |
billi huma biss ir-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, djalogu kostruttiv u rispettuż u tolleranza li jistgħu jgħinu lill-pajjiż sabiex joħroġ minn din il-kriżi serja u jegħleb id-diffikultajiet futuri; |
|
1. |
Jikkundanna l-atti kollha ta' vjolenza u t-telf traġiku tal-ħajja matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi tat-12 ta' Frar 2014 u l-ġranet ta' wara, u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri lill-familji tal-vittmi; |
|
2. |
Jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu mal-poplu tal-Venezwela u t-tħassib tiegħu dwar il-possibilità li protesti ġodda jistgħu jwasslu għal aktar atti ta' vjolenza li se jservu biss biex japprofondixxu d-distakk bejn il-pożizzjoni tal-gvern u dik tal-oppożizzjoni u jippolarizzaw sa punt saħansitra akbar l-iżviluppi politiċi sensittivi li qed iseħħu fil-Venezwela; jistieden lir-rappreżentanti tal-partijiet u s-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà tal-Venezwela biex jibqgħu kalmi kemm fl-azzjonijiet tagħhom u kif ukoll fi kliemhom; |
|
3. |
Ifakkar lill-Gvern tal-Venezwela li l-libertà tal-espressjoni u d-dritt li wieħed jipparteċipa f'dimostrazzjonijiet paċifiċi huma drittijiet fundamentali tal-bniedem f'demokrazija, kif rikonoxxut fil-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u jitlob lill-President Maduro jirrispetta t-trattati internazzjonali li l-Venezwela hi parti minnhom, b'mod partikolari l-Karta Demokratika Inter-Amerikana; |
|
4. |
Ifakkar lill-Gvern tal-Venezwela fl-obbligu tiegħu li jiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini kollha fil-pajjiż, irrispettivament mill-fehmiet u affiljazzjonijiet politiċi tagħhom; jesprimi tħassib profond dwar l-arresti ta' studenti u mexxejja tal-oppożizzjoni u jitlob ir-rilaxx immedjat tagħhom; |
|
5. |
Ifakkar li r-rispett għall-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri huwa fundamentali għad-demokrazija u li s-sistema ġudizzjarja ma tistax tintuża mill-awtoritajiet bħala mezz ta' persekuzzjoni u ripressjoni politika tal-oppożizzjoni demokratika; jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela jirtiraw l-akkużi u l-mandati ta' arrest bla bażi maħruġa kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni; |
|
6. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex immedjatament jikkonfiskaw l-armi tal-gruppi armati mhux ikkontrollati li jiffavorixxu lill-gvern u jtemmu l-impunità tagħhom; jitlob kjarifika rigward l-imwiet li seħħew biex dawk ħatja jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lill-awtoritajiet tal-Venezwela, isegwu djalogu paċifiku, li jilħaq is-setturi kollha tas-soċjetà Venezweljana sabiex jiddefinixxu punti ta' konverġenza u jippermettu lill-atturi politiċi jiddiskutu l-problemi l-aktar serji li qed jaffronta l-pajjiż; |
|
8. |
Jenfasizza li r-rispett tal-libertà tal-istampa, tal-informazzjoni u tal-opinjoni kif ukoll tal-pluraliżmu politiku jikkostitwixxu bażi fundamentali tad-demokrazija. Jiddispjaċih għall-eżistenza ta' ċensura tal-midja u l-internet u għall-fatt li l-aċċess għal xi blogs u netwerks soċjali huwa limitat; jikkundanna l-persekuzzjoni li sfaw vittmi tagħha bosta gazzetti u midja awdjoviżivi oħra bħall-istazzjon NTN24, u s-CNN bl-Ispanjol, u jqis li dawn il-prattiki jmorru kontra l-kostituzzjoni Venezwelana u l-impenji li ħadet ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela; |
|
9. |
Jitlob li tintbagħat delegazzjoni ad hoc ta' dan il-Parlament biex tevalwa s-sitwazzjoni fil-pajjiż mill-iktar fis; |
|
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani. |
(1) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 484.
(2) ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 85.
(3) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 113.
(4) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 69.
(5) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 130.
(6) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 88.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/147 |
P7_TA(2014)0177
Il-futur tal-politika dwar il-viżi tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-futur tal-politika dwar il-viżi tal-UE (2014/2586(RSP))
(2017/C 285/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 77 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra lkomunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'L-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar il-viżi sabiex jiġi xprunat it-tkabbir fl-UE' (COM(2012)0649), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar kif ħadmet il-Kooperazzjoni Lokali ta' Schengen fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi (COM(2012)0648), |
|
— |
wara li kkunsidra s-seba' rapport tal-Kummissjoni dwar iż-żamma ta' obbligi ta' viża minn ċerti pajjiżi terzi bi ksur tal-prinċipju tar-reċiproċità (COM(2012)0681), |
|
— |
wara li kkunsidra r-reviżjonijiet reċenti (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi mal-Ġeorġja (3), l-Ukraina (4), il-Moldova (5), il-Kap Verde (6), l-Armenja (7) u l-Azerbajġan (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-futur tal-politika tal-viża tal-UE (O-000028/2014 – B7-0108/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-politika komuni dwar il-viża tikkostitwixxi konsegwenza neċessarja għat-tneħħija ta' kontrolli mal-fruntiera interna fi ħdan iż-żona ta' Schengen; |
|
B. |
billi l-elementi prinċipali tal-politika komuni dwar il-viża huma: il-lista komuni ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għar-rekwiżit tal-viża u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minnha, kif anness mar-Regolament (KE) Nru 539/2001, ir-regoli komuni dwar il-ħruġ ta' viżi li jinsabu fil-Kodiċi dwar il-Viżi, il-format uniformi għall-viżi, l-iskambju ta' informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, u serje ta' ftehimiet internazzjonali ma' pajjiż terzi dwar l-eżenzjoni u l-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi; |
|
C. |
billi t-Trattat ta' Lisbona jipprevedi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-aspetti kollha tal-politika komuni dwar il-viża, u l-approvazzjoni tal-Parlament għall-ftehimiet internazzjonali dwar is-suġġett; |
|
D. |
billi huwa importanti li jingħata bidu għal riflessjoni u diskussjoni interistituzzjonali dwar il-futur tal-politika komuni tal-UE dwar il-viża, b'mod partikolari rigward il-passi lejn iktar armonizzazzjoni ta' proċeduri tal-viża, inkluż regoli komuni dwar il-ħruġ ta' viżi; |
Politika ġenerali dwar il-viża u reviżjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi
|
1. |
Jilqa' l-progress magħmul fil-qasam tal-acquis tal-viża, iżda jistieden ukoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jtejbu l-implimentazzjoni tal-acquis attwali dwar il-viża; jitlob, speċjalment, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi f'terminu ta' żmien qasir; |
|
2. |
Jemmen li fil-ġejjieni għandhom jittieħdu passi favur aktar armonizzazzjoni tal-proċeduri tal-viża, inkluż regoli verament komuni dwar il-ħruġ ta' viżi; |
|
3. |
Iqis li huwa ċar li f'bosta pajjiżi terzi kopertura konsulari mhijiex soddisfaċenti; |
|
4. |
Iqis li ċentri ta' applikazzjoni tal-viża komuni taw prova ta' għodda utli li fil-futur tista' ssir proċedura standard; |
|
5. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma ppreżentatx studju dwar il-possibilità li jiġi stabbilit 'mekkaniżmu Ewropew komuni għall-ħruġ ta' viżi għal terminu qasir', inkluża analiżi dwar 'sa liema grad il-valutazzjoni ta' riskju individwali tista' tissupplimenta l-preżunzjoni ta' riskju assoċjat maċ-ċittadinanza ta' applikant', kif ġiet mistiedna tagħmel fil-Programm ta' Stokkolma (punt 5.2); |
|
6. |
Iqis li vjaġġi li jsiru bona fide u frekwenti għandhom jiġu ulterjorment faċilitati, partikolarment permezz ta' użu aktar frekwenti ta' viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' żmien itwal; |
|
7. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet attwali tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen biex ikun permess il-ħruġ ta' viżi umanitarji, u biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta' kenn temporanju għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu fir-riskju f'pajjiżi terzi; |
|
8. |
Jistenna bil-ħerqa l-proposta mistennija għal rieżami tal-Kodiċi dwar il-Viżi, iżda jiddeplora l-fatt li l-adozzjoni tiegħu ġie pospost ripetutament mill-Kummissjoni; |
|
9. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-evalwazzjoni ġenerali tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandha ma ġietx ippreżentata mill-Kummissjoni; jiddeplora l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta din l-evalwazzjoni flimkien mal-proposta għal rieżami tal-Kodiċi dwar il-Viżi; iqis li tkun ħaġa iktar xierqa jekk il-Kummissjoni tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni l-ewwel u b'hekk tippermetti lill-istituzzjonijiet jagħmlu diskussjoni bbażata fuqu; |
Faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi
|
10. |
Jitlob li jiġu konklużi aktar ftehimiet għall-faċitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fejn ikun xieraq, u il-monitoraġġ u t-titjib ta' dawk li diġà jeżistu; |
|
11. |
Jitlob evalwazzjoni sistematika tal-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi li diġà jeżistu, sabiex jiġi eżaminat jekk humiex qed jilħqu l-objettivi intenzjonati tagħhom; |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001
|
12. |
Jilqa' l-aġġornamenti reċenti tal-listi ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti jew mhumiex soġġetti għall-ħtieġa tal-viża, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 539/2001, u b'mod partikolari l-eżenzjonijiet addizzjonali mill-ħtieġa tal-viża; ifakkar fl-importanza ta' vvjaġġar mingħajr viża għal pajjiżi terzi u partikolarment is-soċjetajiet ċivili tagħhom, iżda wkoll għall-interessi tal-UE stess; |
|
13. |
F'dan il-kuntest, huwa tal-fehma li ftehim għall-ħelsien mill-viża bejn l-UE u l-Ukraina huwa mod kif wieħed iwieġeb għas-sejħiet tas-soċjetà ċivili Ukraina u l-istudenti li ddimostraw tul l-aħħar ftit jiem; jinnota li tali ftehim isaħħaħ l-iskambji u l-kuntatti fost il-popli bejn is-soċjetajiet ċivili, u b'hekk jiżdied il-fehim reċiproku, u dan ikun ta' benefiċċju għall-iskambji ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta sabiex l-Ukraina titpoġġa fil-lista ta' pajjiżi terzi li n-nazzjonali tagħhom ma jkunux soġġetti għall-ħtieġa tal-viża; u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-ftehim attwali ta' faċilitazzjoni tal-viża sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-UE, partikolarment għall-istudenti u x-xjentisti; |
|
14. |
Jilqa' l-aġġornament tal-kriterji ta' eżenzjoni tal-viża biex jinkludu kunsiderazzjonijiet ta' drittijiet fundamentali iżda wkoll benefiċċji ekonomiċi, b'mod partikolari f'termini ta' turiżmu u kummerċ barrani, u l-inklużjoni tagħhom f'artikolu tar-regolament; |
|
15. |
Jenfasizza li liberalizzazzjoni ulterjuri teħtieġ aktar għarfien dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet attwali għall-viża, inkluż permezz tas-Sistema Elettronika tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (EU-ESTA); jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-Parlament ikun infurmat b'mod aktar komplet rigward is-sitwazzjoni ta' terzi pajjiżi fid-diskussjoni, sabiex ikun jista' jsir skrutinju demokratiku adegwat; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrefletti dwar kif, fil-ġejjieni, tibdil fl-annessi tar-regolament u ftehimiet bilaterali ta' eżenzjoni mill-viża, fejn jitqies meħtieġ, jisttgħu jitqiesu b'mod parallel, sabiex jiġi evitat ir-riskju li modifika fl-annessi tiġi segwita immedjatament bil- ftehim neċessarju ta' eżenzjoni mill-viża; |
|
17. |
Jinnota l-ftehim dwar il-mekkaniżmu ta' sospensjoni; jistenna l-Istati Membri jagħmlu użu minn dan il-mekkaniżmu bona fide u biss bħala l-aħħar possibilità f'sitwazzjoni ta' emerġenza, fejn ikun meħtieġ rispons urġenti sabiex jiġu solvuti diffikultajiet iffaċċjati mill-Unjoni b'mod ġenerali, u meta l-kriterji relevanti jiġu sodisfatti; |
|
18. |
Iqis li reċiproċità sħiħa tal-viżi hija objettiv li l-Unjoni għandha ssegwi b’mod proattiv fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, u b’hekk tgħin biex jittejbu l-kredibilità u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni fil-livell internazzjonali; |
|
19. |
Jitlob li jsir dibattitu dwar il-konnessjoni bejn liberalizzazzjoni ulterjuri tal-viża u s-sejħiet li qed isiru minn ċerti Stati Membri għal aktar miżuri ta' sigurtà u kontrolli aktar stretti mal-fruntieri għal vjaġġaturi eżentati mill-ħtieġa tal-viża; |
Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)
|
20. |
Jistieden lill-eu-LISA tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni mistenni tal-VIS malajr kemm jista' jkun; |
Involviment tal-Parlament Ewropew
|
21. |
Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni jtejbu l-fluss ta' informazzjoni lill-Parlament fir-rigward ta' negozjati dwar ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-viża, f'konformità mal-Artikolu 218(10) tat-TFUE u l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea; |
|
22. |
Iħabbar l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi grupp ta' kuntatt dwar il-politika tal-viża fi ħdan il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, jipparteċipaw fil-laqgħat ta' dan il-grupp ta' kuntatt; |
o
o o
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Regolament (UE) Nru 1091/2010, ĠU L 329, 14.12.2010, p. 1; Regolament (UE) Nru 1211/2010, ĠU L 339, 22.12.2010, p. 6; Regolament (UE) Nru 1289/2013, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74; COM(2012)0650; COM(2013)0853.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/117/EU, ĠU L 52, 25.2.2011, p. 33.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/297/EU, ĠU L 168, 20.6.2013, p. 10.
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/296/EU, ĠU L 168, 20.6.2013, p. 1.
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/521/UE, ĠU L 282, 24.10.2013, p. 1.
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/628/UE, ĠU L 289, 31.10.2013, p. 1.
(8) COM(2013)0742.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/150 |
P7_TA(2014)0178
Azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Komuni tas-Sajd għall-iżvilupp tar-rwol tan-nisa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Komuni tas-Sajd għall-iżvilupp tar-rwol tan-nisa (2013/2150(INI))
(2017/C 285/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES), speċjalment ir-Regolamenti (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 tal-Kunsill, li jistabbilixxu r-regoli u l-arranġamenti dwar l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-principju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu, tat-12 ta’ Settembru 2012, dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament u l-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (COM(2011)0804), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta magħmula mill-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament u l-Kunsill dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’‘Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)’ (COM (2011)0810), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010–2015” (COM(2010)0491), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu, tal-15 ta’ Diċembru 2005, dwar in-netwerks tan-nisa: sajd, biedja u diversifikazzjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu, tat-22 ta’ Novembru 2012, dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012 dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd – Komunikazzjoni Ġenerali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduta dwar in-nisa u l-iżvilupp sostenibbli fil-qasam tas-sajd fil-Kumitat għas-Sajd tal-1 ta’ Diċembru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduta tal-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi li saret fil-Parlament Ewropew fl-14 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iżvilupp tar-rwol tan-nisa fis-sajd u fl-akkwakultura Ewropej, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0070/2014), |
|
A. |
billi x-xogħol li jsir min-nisa fis-sajd u l-akkwakultura mhuwiex rikonoxxut u, ġeneralment, jibqa’ inviżibbli, minkejja l-fatt li jirrappreżenta valur ekonomiku konsiderevoli u jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta’ diversi lokalitajiet u reġjuni fl -Ewropa, b’mod partikolari fiż-żoni li jiddependu mis-sajd; |
|
B. |
billi aktar minn 100 000 mara jaħdmu fis-settur tas-sajd fl-Istati Membri, li 4 % minnhom iwettqu xogħol fis-settur tal-estrazzjoni, u b’xogħlijiet marbuta mal-attività tal-bastimenti tas-sajd bħala nisa li jsewwu x-xbieki, jaħdmu fil-portijiet jew jieħdu ħsieb l-ippakkjar, 30 % f’dak tal-akkwakultura, prinċipalment fis-sajd għall-frott tal-baħar li jsir bil-mixi, u madwar 60 % fl-industrija tal-ipproċessar; |
|
C. |
billi x-xogħol li tradizzjonalment jagħmlu n-nisa fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura huwa xogħol tqil: is-sajd għall-frott tal-baħar li jsir bil-mixi, il-bejgħ tradizzjonali tal-ħut, kemm jekk ikun mobbli jew f’faċilità fit-triq jew f'ħanut, il-manifattura u t-tiswija tax-xbieki tas-sajd, l-iżbarkar u l-ikklassifikar tal-qabdiet, u l-imballaġġ f’kundizzjonijiet klimatiċi partikolarment diffiċli; |
|
D. |
billi l-istatistika tissottavaluta bil-kbir ir-realtà tax-xogħol tan-nisa f’xi wħud minn dawn is-setturi u l-kriżi ekonomika mifruxa u l-qgħad għoli f’xi Stati Membri għenu biex jiżdiedu aktar dawn iċ-ċifri u wasslu għal numru dejjem akbar ta’ nisa involuti f’attivitajiet fis-settur tas-sajd, partikolarment fil-ġbir tal-molluski tal-art, bħala mezz biex jikkomplimenta jew anke jiżgura d-dħul tal-familja tagħhom; |
|
E. |
billi jirrikonoxxi l-kontribut tan-nisa fl-attivitajiet relatati mas-sajd u l-akkwakultura, u b’mod partikolari f’dawk relatati mal-preparazzjoni u t-tiswija tax-xbieki tas-sajd, dawk relatati mar-rimi u l-klassifikazzjoni tal-ħut, il-ġestjoni tal-provvista tal-prodotti għal kull bastiment, mal-ipproċessar, it-trasformazzjoni, l-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut, jew il-ġestjoni tal-intrapriżi tas-sajd; |
|
F. |
billi fil-paragrafu 30 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd il-Parlament jistieden lill-Istati Membri jqisu l-importanza tar-rwoli ekonomiċi, soċjali u kulturali tan-nisa fl-industrija tas-sajd sabiex in-nisa jkun jista’ jkollhom aċċess għall-benefiċċji soċjali; jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fl-attivitajiet relatati mas-sajd tikkontribwixxi, l-ewwel nett, għaż-żamma u s-sopravivenza tas-settur tas-sajd u t-tieni nett, dik tat-tradizzjonijiet, prattiki speċifiċi kif ukoll għas-salvagwardja tad-diversità kulturali tad-diversi reġjuni; |
|
G. |
billi fil-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012 il-Parlament jitlob li tittieħed azzjoni biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; |
|
H. |
billi fil-paragrafu 31 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd il-Parlament jappella lill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) biex jipprovdi fondi ħalli jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur tas-sajd, appoġġ għall-assoċjazzjonijiet tan-nisa, taħriġ vokazzjonali għan-nisa, u tisħiħ tar-rwol tan-nisa fis-sajd billi jingħata appoġġ kemm għall-attivitajiet li jitwettqu fuq l-art kif ukoll dawk assoċjati mas-sajd, kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni; |
|
I. |
billi fil-paragrafu 39 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd il-Parlament jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jiggarantixxu li n-nisa jkunu jistgħu jgawdu paga ugwali u drittijiet tax-xogħol, soċjali u ekonomiċi oħra, inkluża l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji u miżuri għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti għall-irtirar bikri biex jingħata kumpens għad-diffikultà tax-xogħol (xogħol bil-lejl, periklu, ħinijiet skont ir-ritmu tal-produzzjoni jew possibbiltà ta’ sajd) li huma esposti għalihom minħabba li jaħdmu fis-settur tas-sajd, kif ukoll ir-rikonoxximent tal-patoloġiji speċifiċi tagħhom bħal mard okkupazzjonali; |
|
J. |
billi d-data statistika dwar il-forza tax-xogħol, u b’mod partikolari, dik dwar it-tqassim skont il-ġeneru f’ċerti attivitajiet, kif ukoll dik dwar is-sajd artiġjanali jew fuq skala żgħira, l-akkwakultura estensiva u l-attivitajiet relatati, tingħata inqas prijorità minn dik dwar il-qbid, il-ħatt, it-tunnellaġġ, eċċ.; |
|
K. |
billi d-data statistika għall-UE u l-Istati Membri dwar il-forza tax-xogħol fis-sajd, l-akkwakultura u setturi relatati mhijiex kompluta, armonizzata jew imqassma f'indikaturi biex ikun possibbli li jiġi stimat il-kontribut tan-nisa f'dawn is-setturi; |
|
L. |
billi jirrikonoxxi li, minkejja x-xogħol imwettaq min-nisa fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura u l-kontribut ekonomiku importanti tagħhom, ma jgawdux protezzjoni soċjali u tax-xogħol adegwata u lanqas ma għandhom status professjonali u tax-xogħol xieraq; |
|
M. |
billi jirrikonoxxi li n-nisa jbatu minn diskriminazzjoni ekonomika fis-settur tas-sajd, u jirċievu paga inqas mill-irġiel għat-twettiq tal-istess xogħol; |
|
N. |
billi f’ħafna każijiet ix-xogħol imwettaq min-nisa fis-settur tas-sajd ma jkollu ebda rikonoxximent legali u ma jinvolvix aċċess għal protezzjoni soċjali proporzjonat mar-riskji u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa u l-karatteristiċi ta’ dawn l-attivitajiet; |
|
O. |
billi fil-paragrafu 42 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd il-Parlament jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri passi biex jippromwovu u jiksbu rikonoxximent akbar, kemm fuq livell legali kif ukoll soċjali, għax-xogħol tan-nisa fis-settur tas-sajd, u biex jiżguraw li n-nisa li jaħdmu full-time jew part-time għal impriżi tal-familja jew li jgħinu lill-konjuġi tagħhom u li jikkontribwixxu b’dal-mod għas-sostenibbiltà ekonomika tagħhom stess u tal-familja, jingħataw l-istess rikonoxximent legali jew benefiċċji soċjali li jgawdu minnhom persuni li jaħdmu għal rashom, b’mod partikolari billi tiġi applikata d-Direttiva 2010/41/UE, u biex jiġu żgurati d-drittijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom, inkluża l-ugwaljanza fis-salarji, il-benefiċċji tal-qgħad fil-każ li jitilfu l-impjiegi tagħhom (b’mod temporanju jew definittiv), id-dritt għal pensjoni, il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u tal-familja, l-aċċess għal-liv tal-maternità, l-aċċess għas-sigurtà soċjali u għas-servizzi tas-saħħa mingħajr ħlas, u l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u drittijiet soċjali u ekonomiċi oħra, inkluża assigurazzjoni li tkopri r-riskji fuq il-baħar; |
|
P. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012 il-Parlament jitkellem dwar il-ħtieġa ta’ rikonoxximent legali u soċjali akbar u kumpens ikbar għar-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd, u l-istess drittijiet bħall-irġiel, kif ukoll status legali u benefiċċji soċjali ekwivalenti għal dawk disponibbli għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom għall-konjuġi u l-koabitanti tas-sajjieda li jgħinu biex iżommu n-negozju tal-familja; |
|
1. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi programm tal-istatistika speċifiku fuq ir-reġjuni li jiddependu mis-sajd, b’attenzjoni partikolari għas-sajd kostali artiġjanali, il-metodi tas-sajd tradizzjonali u l-kanali kummerċjali speċifiċi, u x-xogħol u l-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tan-nisa li jiġbru l-frott tal-baħar, in-nisa li jsewwu x-xbieki u n-nisa artiġjani li jaħdmu fis-sajd u attivitajiet relatati mas-sajd, sabiex jiġu evalwati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-attività tan-nisa u jiġi mtejjeb ir-rikonoxximent soċjali ta’ dawn il-professjonijiet li huma verament iebsin; |
|
2. |
Iqis li huwa meħtieġ li jitjieb il-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni statistika rigward l-impjiegi fis-settur tas-sajd, imqassma skont il-ġeneru, it-tip ta’ attività u t-tip ta’ kuntratt (awtonomu, part-time, full-time, każwali), sabiex tkun tista' ssir stima tal-kontribut tan-nisa fis-sajd u l-akkwakultura; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex il-ġbir tad-data mqassma skont il-ġeneri jiġi estiż għas-settur tal-qbid u biex jiġu introdotti indikaturi ġodda bħall-età, il-livell tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-attività tal-konjuġi jew l-imsieħeb; |
|
4. |
Iqis li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari dwar l-indikaturi statistiċi użati għall-ġbir ta’ data dwar l-impjieg tal-forza tax-xogħol fis-sajd, l-akkwakultura u fis-setturi relatati; iqis ukoll li hu neċessarju li titħejja firxa armonizzata ta’ indikaturi statistiċi fil-livell tal-UE u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu, fiż-żmien dovut, data kompluta b'konformità ma' dawk l-indikaturi; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirrikonoxxu r-rwol tan-nisa legalment u soċjalment fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni li jiddependu mis-sajd, sabiex jiġu eliminati l-ostakli ekonomiċi, amministrattivi u soċjali kollha li jagħmlu l-parteċipazzjoni tagħhom aktar diffiċli f’kundizzjonijiet ugwali; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iħeġġu lill-Istati Membri jirregolaw u jirrikonoxxu bħala mard okkupazzjonali l-korrimenti fil-ġogi jew fl-ispina jew il-mard rewmatiku kkawżati mill-kundizzjonijiet klimatiċi ħorox li jkollhom jaħdmu fihom in-nisa li jiġbru l-frott tal-baħar, in-nisa li jsewwu x-xbieki, in-“neskatillas”, in-nisa li jieħdu ħsieb l-ippakkjar, nisa tal-intrapriżi ta’ trasformazzjoni, il-proċessuri nisa, is-sajjieda nisa, in-negozjanti nisa kif ukoll dawk li jirriżultaw minn tqandil ta’ piżijiet eċċessivi; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li x-xogħol tan-nisa jikkontribwixxi biex itejjeb it-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd, ħaġa li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għall-għarfien tal-konsumatur u tiggarantixxi standards ogħla ta’ kwalità u sigurtà tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u b’hekk iżżid l-opportunitajiet ekonomiċi, gastronomiċi u turistiċi taż-żoni tas-sajd; |
|
8. |
Jitlob li jinħolqu (taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u/jew strumenti oħra) mekkaniżmi speċifiċi ta’ appoġġ li jistgħu jkunu attivati f’emerġenzi (diżastri naturali) kif ukoll mekkaniżmi ta’ kumpens finanzjarju biex jassistu lis-sajjieda irġiel u nisa u lill-familji tagħhom matul il-projbizzjoni temporanja tas-sajd, speċjalment f’żoni fejn is-sajd huwa l-uniku sors ta’ qliegħ; |
|
9. |
Iqis li huwa meħtieġ li tiġi promossa u appoġġata finanzjarjament il-kooperazzjoni bejn in-nisa permezz ta’ netwerks nazzjonali u Ewropej tan-nisa, bil-għan li tiżdied il-viżibilità tan-nisa fis-settur tas-sajd, li tinħoloq kuxjenza soċjali dwar il-kontribut tan-nisa fl-attività tas-sajd, li jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenzi kif ukoll biex il-bżonnijiet u t-talbiet tan-nisa jiġu kkomunikati mill-gvernijiet lokali lill-korpi Ewropej; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tan-nisa fis-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u f'setturi relatati, ħaġa li tagħmilha possibbli li dawn jimplimentaw l-inizjattivi tagħhom, jikkonsolidaw l-organizzazzjonijiet tagħhom u jikkuntattjaw organizzazzjonijiet oħra tan-nisa għal skambji tal-esperjenzi u l-prattiki tajbin; |
|
11. |
Iqis li huwa meħtieġ li tiġi promossa u msaħħa l-parteċipazzjoni effettiva tan-nisa fil-korpi konsultattivi, fil-kunsilli konsultattivi u fil-korpi deċiżjonali, rappreżentattivi, reġjonali u professjonali, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u privat bl-istess kundizzjonijiet bħall-irġiel; |
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 2013–2020
|
12. |
Jinnota li Stat Membru wieħed biss uża l-opportunitajiet offruti mill-Assi 4 tal-Fond Ewropew għas-Sajd biex jiffinanzja proġetti li għandhom lin-nisa bħala benefiċjarji, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jaħtfu l-opportunitajiet offruti mill-FEMS biex:
|
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu mezzi ta’ self b’imgħax favorevoli li jippermettu li jingħelbu d-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw in-nisa biex jiffinanzjaw proġetti suxxettibbli li jiddaħħlu fil-programmi nazzjonali skont il-FEMS; |
|
14. |
Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw inizjattivi kummerċjali tan-nisa billi jiffaċilitaw sistema iktar favorevoli ta’ mikrokreditu u jipprovdu informazzjoni xierqa dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżviluppaw u jimmordernizzaw l-infrastruttura lokali, jiddiversifikaw l-attivitajiet ekonomiċi u jtejbu l-kwalità tal-ħajja fiż-żoni tas-sajd, partikolarment fiż-żoni li jiddependu totalment mis-sajd, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli tagħhom, filwaqt li jiġġieldu l-faqar b’mod ġenerali, u partikolarment fejn dan jaffettwa n-nisa u t-tfal, u jfittxu li jevitaw il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika; |
|
16. |
Itenni l-pożizzjonijiet adottati fil-qafas tal-proċedura relatata mal-Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020), rigward l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tan-nisa fir-riċerka, il-proġetti u d-dixxiplini xjentifiċi kollha, u, b’mod partikolari, ta’ dawk li jiddedikaw l-attività professjonali tagħhom għall-għarfien tal-ambjent marittimu; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri biex:
|
|
18. |
Jinnota li fil-paragrafu 28 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd il-Parlament jistieden lill-UE biex, permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, taħdem favur il-penalizzazzjoni tal-pajjiżi li jwettqu azzjonijiet ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa, u li fil-paragrafu 45 tal-istess riżoluzzjoni hu jitlob lill-Kummissjoni biex, meta tinnegozja ftehimiet dwar is-sajd, tiżgura li l-istat kostali jiddedika parti sostanzjali tal-għajnuniet settorjali għall-iżvilupp tar-rikonoxximent, il-promozzjoni u d-diversifikazzjoni tar-rwol tan-nisa fis-settur tas-sajd u biex tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament u l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-taħriġ u l-aċċess għall-finanzjament u l-kreditu; |
|
19. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li d-dimensjoni Ewropea tal-ġeneru tiġi inkorporata u garantita fil-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika li jinvolvu s-settur tas-sajd; |
Regolament bażiku dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida dwar l-aċċess għal riżorsi tas-sajd ibbażati fuq kriterji trasparenti ta’ natura ambjentali, soċjali u ekonomika, billi jiġu inkorporati prinċipji ta’ trattament u opportunitajiet ugwali bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
21. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-istatus tax-xogħol tan-nisa f’każijiet ta’ waqfien temporanju tal-attività, inklużi l-perjodi ta’ mistrieħ bijoloġiku; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw konformità mad-Direttiva 2010/41/UE sabiex in-nisa fis-settur tas-sajd li jaħdmu full-time jew part-time fin-negozji tal-familja jew jappoġġjaw lill-konjuġi jew l-imsieħba tagħhom, billi jikkontribwixxu b’dan il-mod għas-sostenibbiltà ekonomika tagħhom u tal-familja, kif ukoll dawk li jwettqu tali attività bħala għajxien u ma jappartjenu għal ebda unità tal-familja, jirċievu r-rikonoxximent legali u l-benefiċċji soċjali ekwivalenti bħal dawk ta’ persuni awtonomi; |
o
o o
|
23. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0040.
(3) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 212.
(4) ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 519.
(5) Testi adottati, P7_TA(2012)0460.
(6) Testi adottati, P7_TA(2012)0461.
(7) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 104.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/156 |
P7_TA(2014)0179
Imposti fuq il-Kopji Privati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar imposti fuq l-ikkupjar privat (2013/2114(INI))
(2017/C 285/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użu online fis-suq intern (COM(2012)0372) u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjah, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 6, 114 u 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fil-kawża C-467/08, Padawan vs SGAE [2010] Ġabra I-10055 tal-21 ta’ Ottubru 2010, fil-kawża C462/09 Stichting de Thuiskopie vs Opus Supplies Deutschland GmbH u oħrajn [2011] Ġabra I-05331 tas-16 ta' Ġunju 2011, fil-kawża C-277/10, Martin Luksan vs Petrus van der Let (għadha ma ġietx irrappurtata) tad-9 ta’ Frar 2010, fil-Kawżi Magħquda C-457/11 sa C-460/11, VG Wort vs Kyocera Mita u oħrajn (għadha ma ġietx irrappurtata) tas-27 ta’ Ġunju 2013, u fil-kawża C-521/11, Austro Mechana vs Amazon (għadha ma ġietx irrappurtata) tal-11 ta’ Lulju 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwalili jagħti spinta lill-kreattività u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta’ kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa” tal-24 ta’ Mejju 2011 (COM(2011)0287), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2012 dwar il-kontenut fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2012)0789), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet ta’ António Vitorino li jirriżultaw mill-proċess ta’ medjazzjoni dwar l-imposti fuq l-ikkupjar privat u r-reprografija tal-31 ta’ Jannar 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali bit-titolu “Id-drittijiet tal-awtur fis-setturi tal-mużika u awdjoviżivi”, approvat fid-29 ta’ Ġunju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0114/2014), |
|
A. |
billi l-kultura u l-kreattività huma l-bażi tal-identità Ewropea passata u preżenti u se jkollhom ir-rwol essenzjali fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni Ewropea fil-futur; |
|
B. |
billi l-ħolqien kulturali u artistiku huwa integrali għall-ekonomija diġitali; billi l-espressjoni ta’ kontenut kulturali kemm ta’ kwalità għolja kif ukoll ordinarju jiddependi minn aċċess ugwali għat-tkabbir diġitali tal-Ewropa, u billi mill-konsultazzjonijiet jidher li s-suq diġitali Ewropew għadu ma wettaqx il-wegħdiet ta’ distribuzzjoni effettiva, kumpens ġust għall-kreaturi u distribuzzjoni ġusta u effettiva tad-dħul fis-settur kulturali b’mod ġenerali u biex jinstabu s-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi, hemm bżonn ta’ azzjoni fil-livell tal-UE; |
|
C. |
billi t-tranżizzjoni diġitali għandha impatt enormi fuq il-mod kif l-identitajiet kulturali huma espressi, distribwiti u żviluppati, u billi l-barrieri għall-parteċipazzjoni l-iktar baxxi u l-ħolqien ta’ kanali ta’ distribuzzjoni ġodda qed jiffaċilitaw l-aċċess għax-xogħlijiet u għall-kultura, itejbu ċ-ċirkolazzjoni, l-iskoperta u l-iskoperta mill-ġdid ta’ ħolqien kulturali u artistiku fid-dinja kollha u jipprovdu opportunitajiet għall-kreaturi u l-artisti; billi l-opportunitajiet tas-suq għal servizzi u negozji ġodda żdiedu ħafna bħala riżultat; |
|
D. |
billi l-pretensjoni tal-awturi għall-protezzjoni tax-xogħol kreattiv tagħhom u d-dritt għal remunerazzjoni ekwa għal dak ix-xogħol jeħtieġ li jeżistu wkoll fl-era diġitali; |
|
E. |
billi l-ikkupjar privat diġitali ħadu importanza ekonomika ewlenija b’riżultat tal-progress teknoloġiku u l-bidla lejn l-internet u l-cloud computing u billi s-sistema eżistenti tal-imposti fuq l-ikkupjar privat ma tqisx biżżejjed l-iżviluppi fl-era diġitali; billi attwalment m’hemmx approċċ alternattiv f’dan il-qasam li jiżgura remunerazzjoni xierqa għad-detentur tad-dritt u fl-istess ħin jagħmel l-ikkupjar privat possibbli; billi madanakollu għandha ssir diskussjoni bil-għan li taġġorna l-mekkaniżmu tal-ikkupjar privat, tagħmlu aktar effiċjenti u jqis aktar il-progress teknoloġiku; |
|
F. |
billi d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern, li ġiet adottata mill-Parlament u mill-Kunsill fl-4 ta’ Frar 2014, issaħħaħ il-fatt li l-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur jeħtieġ enfasi partikolari fuq it-trasparenza tal-flussi tar-remunerazzjoni rċevuta, imqassma u mħallsa lid-detenturi tad-drittijiet mis-soċjetajiet kollettriċi, inkluż għall-ikkupjar privat; |
|
G. |
billi fl-ambitu tad-Direttiva 2001/29/KE l-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjoni jew limitazzjoni fuq id-dritt ta’ riproduzzjoni għal ċertu tipi ta’ riproduzzjoni ta’ prodotti awdjo, viżivi u awdjoviżivi għall-użu privat, flimkien ma’ remunerazzjoni ġusta, u tippermetti lill-konsumaturi fil-pajjiżi li implimentaw limitazzjoni bħal din li jikkupjaw ir-repertorju mużikali u awdjoviżiv minn mezz wieħed jew tip ta’ materjal multimedjali għal ieħor b’mod liberu u b’mod frekwenti daqskemm jixtiequ, mingħajr ma jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-awtur, sakemm ikun użat għall-użu privat; billi l-imposti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ ħsara potenzjali li jsofru d-detenturi tad-drittijiet li tirriżulta mill-ikkupjar privat ikkonċernat; |
|
H. |
billi l-ammont totali tal-imposti fuq l-ikkupjar privat miġbura minn 23 mit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea żdied iktar mit-tripplu mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/29/KE u llum jirrappreżenta iktar minn EUR 600 miljun, skont l-estimi tal-Kummissjoni Ewropea u billi dan jirrappreżenta ammont konsiderevoli għall-artisti; |
|
I. |
billi dawn l-imposti jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna tal-fatturat – huwa stmat li dan jaqbeż il-EUR 1 000 biljun – tal-manifatturi u l-importaturi tal-mezzi u tal-materjal ta’ reġistrazzjoni tradizzjonali u diġitali; |
|
J. |
billi ħafna terminals mobbli jippermettu l-ikkupjar għal finijiet privati fit-teorija imma fil-fatt ma jintużawx għal dan l-għan; jistieden, konsegwentement, li jsiru diskussjonijiet fit-tul bil-ħsieb li jiġi żviluppat approċċ iżjed effiċjenti u aġġornat li mhux bilfors ikun ibbażat fuq imposti b’rata fissa fuq it-tagħmir; |
|
K. |
billi meta l-prezzijiet tal-materjali mibjugħa f’pajjiż li japplika l-imposti jitqabbel ma’ pajjiż li ma japplikahomx, huwa evidenti li l-imposti fuq l-ikkupjar privat m’għandhomx impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-prodott; |
|
L. |
billi n-numru ta’ azzjonijiet legali mmexxija mill-manifatturi u l-importaturi tal-mezzi u tal-materjal ta’ reġistrazzjoni tradizzjonali u diġitali mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/29/KE, kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew; |
|
M. |
billi d-Direttiva 2001/29/KE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma jobbligawx lill-Istati Membri jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jirċievi ħlas dirett tal-imposti kollha tal-ikkupjar privat u billi l-Istati Membri għandhom saħħa ta’ diskrezzjoni wiesgħa biex jistabbilixxu li parti minn din ir-remunerazzjoni għandha titħallas b’mod indirett; |
|
N. |
billi l-imposti fuq l-ikkupjar privat jitħallsu mill-konsumaturi meta jixtru mezzi jew servizz ta’ reġistrazzjoni u ta’ ħażna u billi għalhekk għandhom id-dritt li jkunu jafu bl-eżistenza u l-ammont tagħhom; billi l-ammont tal-imposti fuq l-ikkupjar privat għandu jirrifletti l-użu attwali ta’ dan it-tagħmir u ta’ dawn is-servizzi għall-iskop ta’ kkupjar privat ta’ materjal awdjo, viżiv u awdjoviżiv; |
|
O. |
billi l-prezzijiet tal-mezzi u tal-materjal ma jvarjawx skont ir-rati differenti tal-imposti fuq l-ikkupjar privat implimentati fl-Unjoni kollha u billi l-abolizzjoni tal-imposti fuq l-ikkupjar privat fi Spanja fl-2012 ma kellha l-ebda impatt fuq il-prezzijiet tal-mezzi u tal-materjal; |
|
P. |
billi jeżistu diverġenzi bejn il-mudelli differenti u r-rati ta’ ġbir għall-imposti fuq l-ikkupjar privat, inkluż fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-konsumaturi u s-suq uniku; billi jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas Ewropew li jiggarantixxi livell għoli ta’ trasparenza għad-detenturi tad-drittijiet, għall-manifatturi u l-importaturi tat-tagħmir, għall-konsumaturi u għall-fornituri ta’ servizzi fl-Unjoni kollha, u billi, sabiex il-bilanċ fil-bażi tas-sistema jkompli fl-era diġitali u fis-suq intern f’dawn iż-żminijiet tas-suq uniku, jeħtieġ li jiġu mmodernizzati l-mekkaniżmi tal-imposti f’ħafna Stati Membri u jeħtieġ li jinħoloq qafas Ewropew sabiex jiggarantixxi l-implimentazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għad-detenturi tad-drittijiet, għall-konsumaturi, għall-manifatturi u għall-importaturi ta’ tagħmir kif ukoll għall-fornituri ta’ servizzi fl-Unjoni kollha; |
|
Q. |
billi l-mekkaniżmi ta’ eżenzjoni u ta’ rimborż għall-użu professjonali, implimentati mill-Istati Membri għandhom ikunu effikaċi; billi f’xi Stati Membri dawn il-mekkaniżmi huma meħtieġa, u billi d-deċiżjonijiet ġudizzjarji adottati f’xi Stati Membri mhux dejjem ġew implimentati; |
|
R. |
billi fil-każ ta’ bejgħ ta’ xogħlijiet online, kemm f’termini ta’ aċċess kif ukoll ta’ bejgħ, il-prassi ta’ għoti ta’ liċenzji jikkumplimentaw is-sistema ta’ imposti fuq l-ikkupjar privat; |
|
S. |
billi fil-qasam diġitali b’mod partikolari l-proċess klassiku tal-ikkupjar qed jiġi sostitwit b’sistemi ta’ streaming fejn l-ebda kopja tax-xogħlijiet bid-drittijiet tal-awtur ma titqiegħed fuq it-terminal tal-utent, u billi għalhekk f’dawn il-każijiet għandha tingħata preferenza lill-mudelli ta’ liċenzja; |
Sistema sensibbli biex timmodernizza u tarmonizza
|
1. |
Jirrimarka li s-settur kulturali jirrappreżenta 5 miljun impjegat fl-UE u 2,6 % tal-PDG tagħha, li huwa wieħed mill-muturi prinċipali tat-tkabbir fl-Ewropa u s-sors ta’ impjiegi ġodda u li ma jistgħux jiġu rilokati, li jistimula l-innovazzjoni u li joffri mezzi effikaċi għall-ġlieda kontra r-riċessjoni attwali; |
|
2. |
Ifakkar li l-liġi tad-drittijiet tal-awtur għandha tibbilanċja l-interessi, inter alia, tal-kreaturi u l-konsumaturi; f’dan il-kuntest iqis li l-konsumaturi Ewropej kollha għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu l-ikkupjar privat ta’ kontenut miksub legalment; |
|
3. |
Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni inkluża dispożizzjoni li tarmonizza bis-sħiħ eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet rigward, inter alia, l-ikkupjar privat; |
|
4. |
Jenfasizza li r-reġim frammentat attwali għad-drittijiet tal-awtur jeħtieġ riforma sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal, u tiżdied iċ-ċirkolazzjoni (globali) tal-kontenut kulturali u kreattiv, b’tali mod li tippermetti lill-artisti, il-kreaturi, il-konsumaturi, in-negozji u l-udjenzi jibbenefikaw minn żviluppi diġitali, kanali ta’ distribuzzjoni ġodda, mudelli ta’ negozji ġodda u opportunitajiet oħra, speċjalment fi żminijiet ta’ awsterità fiskali; |
|
5. |
Jinnota li l-imposti fuq l-ikkupjar privat attwalment huma sors ta’ dħul li huwa ta’ importanza differenti skont il-kategorija differenti ta’ detenturi tad-drittijiet u li l-importanza tagħhom tvajra b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; |
|
6. |
Jemmen li s-sistema tal-ikkupjar privat tirrappreżenta sistema sensibbli u bbilanċjata bejn l-eċċezzjoni għall-ikkupjar għall-użu privat u d-dritt għal remunerazzjoni ġusta tad-detenturi tad-drittijiet, li jagħmel sens li jkun ippreżervat, speċjalment f’każijiet fejn id-detenturi tad-drittijiet mhumiex f’pożizzjoni li jagħtu liċenzja direttament għad-dritt ta’ riproduzzjoni fuq tagħmir multiplu; jikkunsidra li m’hemmx alternattiva għal din is-sistema bilanċjata fuq perjodu ta’ żmien qasir; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li jsiru diskussjonijiet fuq perjodu ta’ żmien twil bil-għan li s-sistema ta’ kkupjar privat tkun eżminata b’mod kontinwu fid-dawl tal-iżviluppi diġitali u tas-suq u tal-imġiba tal-konsumatur u, jekk possibbli, jiġu esplorati alternattivi potenzjali li jilħqu l-objettiv ta’ bilanċ bejn l-eċċezzjoni għall-ikkupjar mill-konsumaturi u l-kumpens tal-kreaturi; |
|
7. |
Jenfasizza li d-differenzi kbar bejn is-sistemi nazzjonali tal-ġbir tal-imposti, speċjalment fir-rigward tat-tipi ta’ prodotti soġġetti għal imposti u l-livell ta’ dawn l-imposti, jistgħu jirriżultaw f’distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-possibilità ta’ “forum shopping” fis-suq intern; |
|
8. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jwettqu studju dwar l-elementi essenzjali tal-ikkupjar privat u b’mod partikolari dwar definizzjoni komuni tal-kunċett ta’ “rimborż ġust”, li bħalissa mhuwiex espliċitament irregolat mid-Direttiva 2001/29/KE dwar il-‘ħsara’ li jsofri l-awtur minħabba l-produzzjoni mill-ġdid tax-xogħol tiegħu mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt għal użu privat; jistieden lill-Kummissjoni ssib bażi komuni fir-rigward ta’ liema prodotti għandhom ikunu suġġetti għall-imposti u tistabbilixxi kriterji komuni għall-modalitajiet ta' negozjati tar-rati applikabbli għall-ikkupjar privat, bil-għan li timplimenta sistema li hija trasparenti, ekwa u uniformi għall-konsumaturi u l-kreaturi; |
Proċedura ta' ġbir unika, viżibiltà aħjar fost il-konsumaturi u proċeduri ta' rimborż aktar effiċjenti
|
9. |
Jikkunsidra li l-imposti fuq l-ikkupjar privat għandhom japplikaw għall-materjal u l-midja kollha użati għar-reġistrazzjoni u għall-kapaċità ta' ħżin privat fejn l-azzjoni ta' kkupjar privat tikkawża ħsara għall-kreaturi; |
|
10. |
Jenfasizza li l-kunċett tal-ikkupjar privat għandu jkun definit b’mod ċar għall-materjali kollha, u li l-utent għandu jkun jista’ jkollu aċċess għall-kontenut bid-drittijiet tal-awtur fil-midja kollha fuq il-bażi ta’ pagament uniku; jappella għall-mekkaniżmi li diġà qegħdin fis-seħħ fl-Istati Membri, bħall-eċċezzjonijiet u l-eżenzjonijiet tal-imposti, sabiex jiġu rispettati u sabiex ikun possibbli li huma japplikawhom b’mod parallel fis-suq; |
|
11. |
Jikkunsidra li l-imposti fuq l-ikkupjar privat għandhom jinġabru mill-manifatturi jew mill-importaturi; jinnota li jekk l-imposti jiġu trasferiti fuq il-bejjiegħa bl-imnut dan jirriżulta f'piż amministrattiv eċċessiv ħafna għall-kumpaniji ta’distribuzzjoni żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi; |
|
12. |
Jissuġġerixxi, fil-każ ta' tranżazzjonijiet transkonfinali, li l-imposti fuq l-ikkupjar privat jinġabru mill-Istat Membru fejn l-utent finali li xtara l-prodott ikun residenti, skont is-sentenza tal-Kawża C-462/09 (Opus), iċċitata hawn fuq; |
|
13. |
Huwa tal-fehma, għalhekk, li sabiex jipprekludi kwalunkwe ħlas doppju fil-każ ta' tranżazzjonijiet transkonfinali, l-imposti fuq l-ikkupjar privat għall-istess prodott għandhom ikunu jistgħu jinġabru darba biss minn organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv ta' Stat Membru u l-imposti żejda li tħallsu fi Stat Membru ieħor għajr dak tal-utent finali għandhom jitħallsu lura; |
|
14. |
Huwa tal-fehma li l-Istati Membri fejn bħalissa jitħallsu jew jinġabru imposti għandhom jissimplifikaw u jarmonizzaw ir-rati tal-imposti tagħhom; |
|
15. |
Jistieden lill-Istati Membri, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, jissimplifikaw il-proċeduri biex ikunu stabbiliti l-imposti b’mod ġust u li jiżgura l-objettivi tagħhom; |
|
16. |
Jenfasizza l-ħtieġa li r-rwol tas-sistema tal-ikkupjar privat għall-ħlasijiet ta’ artisti u t-tixrid kulturali, ikun iktar ċar għall-konsumaturi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lid-detenturi tad-drittijiet jimplimentaw kampanji “pożittivi” dwar il-virtujiet tal-imposti fuq l-ikkupjar privat; |
|
17. |
Huwa tal-fehma li l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati bl-ammont, l-iskop u l-użu tal-imposti li jħallsu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, f'konsultazzjoni mal-manifatturi, l-importaturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli b'mod ċar għall-konsumaturi; |
|
18. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw regoli trasparenti ta’ eżenzjoni għall-użu professjonali sabiex jiżguraw li jkunu eżentati, anke fil-prattika, minn imposti fuq l-ikkupjar privat f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; |
|
19. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-imposti fuq l-ikkupjar privat qatt ma jkun meħtieġ li jitħallsu meta l-midja ikkonċernata tkun qed tintuża għal użu professjonali u li diversi mekkaniżmi għar-rimborż tal-imposti mħallsa għal utenti professjonali jiġu sostitwiti b’sistemi li jiggarantixxu li dawn l-utenti ma jkunux obbligati jħallsu t-tariffa; |
Trasparenza fir-rigward tal-allokazzjoni tad-dħul
|
20. |
Jilqa’ l-proposta tad-direttiva dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati adottata reċentement mill-Parlament u mill-Kunsill li hija favur aktar trasparenza fir-rigward tal-fluss tal-ħlasijiet riċevuti, imqassma u mħallsa lid-detenturi tad-drittijiet fl-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, pereżempju permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta’ rapport ta’ trasparenza li jinkludi sezzjoni speċjali dwar l-użu ta’ ammonti mnaqqsa għal għan soċjali u kulturali; |
|
21. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jassiguraw aktar trasparenza meta jallokaw id-dħul mill-imposti fuq l-ikkupjar privat; |
|
22. |
Jistieden lill-Istati Membri jaraw li minimu ta’ 25 % tad-dħul mill-imposti fuq l-ikkupjar privat jintużaw biex jippromwovu l-kreattività u l-arti tal-ispettaklu u l-produzzjoni tagħhom; |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jippubblikaw rapporti dwar dawn l-allokazzjonijiet b’mod miftuħ u b'data interpretabbli; |
|
24. |
Iħeġġeġ lill-organizzaturi ta’ attivitajiet kulturali u tal-arti tal-ispettaklu, li jibbenifikaw mill-imposti fuq l-ikkupjar privat, iġibu lill-udjenza fil-mira tagħhom aktar konxja minn dawn is-sussidji permezz ta' aktar pubbliċità; |
Miżuri tekniċi ta’ protezzjoni
|
25. |
Jirrimarka li l-eżenzjoni tal-ikkupjar privat tagħti liċ-ċittadini d-dritt li jikkupjaw liberament il-materjal mużikali u awdjoviżiv tagħhom minn mezz wieħed jew tip ta' materjal multimedjali għal ieħor mingħajr ma jitolbu l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, sakemm huma għall-użu privat; |
|
26. |
Jenfasizza li, b’mod partikolari fl-era diġitali, huwa meħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ miżuri tekniċi ta’ protezzjoni sabiex jerġa’ jinkiseb il-bilanċ bejn il-libertà tal-ikkupjar għall-użu privat u d-drittijiet esklussivi tal-ikkupjar; |
|
27. |
Jenfasizza li l-miżuri tekniċi ta’ protezzjoni m’għandhomx jostakolaw li jsiru kopji mill-konsumaturi jew li d-detenturi tad-drittijiet ma jkunux imħallsa b'mod ġust għall-ikkupjar privat; |
Liċenzji
|
28. |
Josserva li, minkejja xi flussi ta' aċċess għal xogħlijiet, it-tniżżil, il-ħżin u l-ikkupjar privat jippersistu; huwa tal-fehma li sistema ta' imposti fuq l-ikkupjar privat għalhekk hija relevanti fl-ambjent online; jenfasizza, madankollu, li l-preferenza għandha tingħata dejjem lil mudelli ta' liċenzjar li minnhom igawdu d-detenturi tad-drittijiet kollha jekk l-ebda kopja ta' xogħol bid-dritt tal-awtur ma hija possibbli fuq il-mezzi jew fuq it-tagħmir; |
|
29. |
Jenfasizza li mekkaniżmi tal-eċċezzjoni għall-ikkupjar privat għandhom japplikaw għal ċerti servizzi online, inklużi ċerti servizzi tal-cloud computing; |
Mudelli ta’ negozji ġodda fl-ambjent diġitali
|
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt fuq is-sistema tal-ikkupjar privat tas-servizzi tat-teknoloġija tal-cloud computing għar-reġistrazzjoni u l-ħażna privata ta' xogħol protett, sabiex jiddeterminaw jekk dan l-ikkupjar privat ta’ xogħol protett għandux jiġu kkunsidrat fil-mekkaniżmu ta' kumpens għall-ikkupjar privat u, jekk inhu hekk, kif dan għandu jsir; |
o
o o
|
31. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 25 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/161 |
P7_TA(2014)0110
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Tadeusz Cymański
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Tadeusz Cymański (2013/2278(IMM))
(2017/C 285/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Tadeusz Cymański, imressqa mill-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Polonja fit-23 ta' Ottubru 2013, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-18 ta' Novembru 2013, |
|
— |
wara li sema' lil Tadeusz Cymański skont l-Artikolu 7(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli 5(2), 6(1) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0099/2014), |
|
A. |
billi l-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Polonja talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Tadeusz Cymański f'konnessjoni ma' talba għal awtorizzazzjoni sabiex jitressqu proċedimenti kriminali kontra Membru tal-Parlament Ewropew imressqa mill-Ispettorat Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq fir-rigward tar-reat stabbilit fl-Artikolu 96(3) tal-Kodiċi għal Reati Minuri Pollakk; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, il-Membri tal-Parlament Ewropew ma jistgħux ikunu suġġetti għal kwalunkwe inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali minħabba l-opinjonijiet espressi jew il-voti mixħuta minnhom waqt li jkunu qed jaqdu dmirhom. |
|
C. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament ta' pajjiżhom; |
|
D. |
billi, skont l-Artikolu 105 tal-Konsitituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, Deputat ma jistax jinżammm responsabbli għall-attività tiegħu mwettqa fl-ambitu tal-mandat ta' Deputat matul it-terminu tiegħu jew wara l-għeluq tal-istess. Kwantu għal tali attivitajiet, id-Deputat jista' jinżamm responsabbli biss quddiem is-Sejm u, f'każ fejn ikun kiser id-drittijiet ta' terzi, jistgħu jinbdew proċedimenti kontra tiegħu quddiem qorti jekk kemm-il darba jkun hemm il-kunsens tas-Sejm; |
|
E. |
billi huwa l-Parlament biss li jista' jiddeċiedi jekk l-immunità titneħħiex jew le f'każ partikolari; billi l-Parlament jista' raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru biex jasal għad-deċiżjoni tiegħu dwar jekk ineħħix jew le l-immunità tiegħu (2); |
|
F. |
billi r-reat allegat ma għandux ness dirett u evidenti mat-twettiq tad-dmirijiet ta' Tadeusz Cymański bħala Membru tal-Parlament Ewropew u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot meħud fil-qadi ta' dmirjietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
G. |
billi l-proċedimenti kriminali kontra Tadeusz Cymański ma għandhom, għaldaqstant, l-ebda rabta mal-pożizzjoni tiegħu ta' Membru tal-Parlament Ewropew; |
|
H. |
billi, fil-każ preżenti, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat; |
|
I. |
billi t-talba tressqet insegwitu ta' dikjarazzjoni bil-miktub magħmula minn Tadeusz Cymański, li fiha huwa rrifjuta jikkonforma mal-obbligu li jidentifika l-persuna li lilha kien fada l-vettura msemmija fir-rapport tal-Ispettorat Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq u aċċetta li jħallas l-ammenda ta' PLN 500 għar-reat stabbilit fl-Artikolu 96(3) tal-Kodiċi għal Reati Minuri Pollakk; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Tadeusz Cymański; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Tadeusz Cymański. |
(1) Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63, Wagner vs Fohrmann u Krier (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1964, p. 381); Sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85, Wybot vs Faure et. (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1986, p. 2391); Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T–345/05, Mote vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. II–2849); Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi Magħquda C–200/07 u C–201/07, Marra vs De Gregorio u Clemente (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. I–7929); Sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T–42/06, Gollnisch vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2010, p. II–1135); Sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C–163/10, Patricello (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2011, p. I–7565).
(2) Kawża T-345/05 Mote vs il-Parlament, iċċitata aktar 'il fuq, punt 28.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/163 |
P7_TA(2014)0116
Emenda tal-Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-attendenza tal-Membri għas-seduti
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-attendenza tal-Membri għas-seduti (2013/2033(REG))
(2017/C 285/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B7-0051/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0038/2014), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 136 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. L-ismijiet tal-Membri preżenti, skond kif jidhru fir-reġistru ta' attendenza, għandom jitniżżlu fil-minuti ta' kull seduta. |
2. L-ismijiet tal-Membri preżenti, skont kif jidhru fir-reġistru ta' attendenza, għandhom jitniżżlu fil-minuti ta' kull seduta bħala “preżenti” . L-ismijiet tal-Membri li jkunu ġew skużati milli jattendu mill-President għandhom jitniżżlu fil-minuti ta' kull seduta bħala “skużati”. |
(2) ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1.
L-Erbgħa 26 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/164 |
P7_TA(2014)0145
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni – Proroga għall-Artikolu 147 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tat-tmien leġislatura
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 li testendi l-Artikolu 147 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tat-tmien leġiżlatura (2014/2585(RSO))
(2017/C 285/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau fis-17 ta' Novembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2009 li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 147 sat-tmiem tal-leġiżlatura attwali (3) u d-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Bureau li jestendu d-deroga mill-Artikolu 146 sal-aħħar ta' din il-leġiżlatura, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 146 u 147 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, skont l-Artikolu 146, id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitfasslu fil-lingwi uffiċjali, u l-Membri kollha għandhom id-dritt li fil-Parlament jitkellmu fil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, b'interpretazzjoni pprovduta fil-lingwi uffiċjali l-oħra; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 147, huwa permess li jingħataw derogi mill-Artikolu 146 sat-tmiem tas-seba' leġiżlatura jekk, u wara li, minkejja prekawzjonijiet xierqa, il-lingwisti meħtieġa għal lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli fin-numri meħtieġa; billi fir-rigward ta' kull lingwa uffiċjali li għaliha jitqies li tenħtieġ deroga, il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jaċċerta jekk il-kundizzjonijiet ikunux issodisfati u għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur; |
|
C. |
billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 (4) jipprevedi miżuri derogatorji temporanji (rinnovabbli) għal perjodu ta' ħames snin fir-rigward tal-Irlandiż sal-bidu tal-2017; |
|
D. |
billi, minkejja l-prekawzjonijiet kollha xierqa, il-kapaċità tal-Irlandiż u tal-Malti mhijiex mistennija li tkun tali li tippermetti servizz sħiħ ta' interpretazzjoni f'dawk il-lingwi mill-bidu tat-tmien leġiżlatura; billi, għal ċerti lingwi oħra, għalkemm ser ikun hemm kapaċità suffiċjenti sabiex il-ħtiġijiet normali tal-Parlament ikunu koperti, in-numru ta' interpreti jista' ma jkunx biżżejjed biex jippermetti l-kopertura sħiħa mistennija waqt il-presidenzi tal-Kunsill tal-Istati Membri konċernati waqt it-tmien leġiżlatura parlamentari, |
|
E. |
billi, minkejja sforzi istituzzjonali bla heda u kontiwni u progress sinifikanti, in-numru ta' tradutturi u ġuristi-lingwisti għall-Irlandiż huwa mistenni li jkun għadu tant limitat li, sa fejn wieħed jista' jbassar, ma tistax tiġi żgurata kopertura sħiħa ta' dik il-lingwa skont l-Artikolu 146; billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 ma jeħtieġx li l-leġiżlazzjoni tal-UE adottata qabel l-1 ta' Jannar 2007 (l-acquis) tinqaleb għall-Irlandiż; billi, bħala riżultat tal-miżuri derogatorji stabbiliti f'dak ir-regolament, huma biss il-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li bħalissa qed jiġu ppreżentati bl-Irlandiż u, jekk is-sitwazzjoni tibqa' l-istess, mhux ser ikun possibbli għas-servizzi tal-Parlament li jippreparaw verżjonijiet bl-Irlandiż għal tipi oħra ta' atti leġiżlattivi; |
|
F. |
billi, għalkemm il-kapaċità tal-Kroat qiegħda kull ma' jmur tiżdied wara l-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta' Lulju 2013, jista' jkun li ma tkunx tista' tiġi żgurata kopertura sħiħa ta' dik il-lingwa mill-bidu tat-tmien leġiżlatura; |
|
G. |
billi l-Artikolu 147(4) jipprevedi li, fuq rakkomandazzjoni raġunata mill-Bureau, il-Parlament jista' jiddeċiedi, fl-aħħar tal-leġiżlatura, li jestendi dak l-Artikolu; |
|
H. |
billi, fid-dawl tal-informazzjoni ta' hawn fuq, il-Bureau irrakkomanda li l-Artikolu 147 jiġi estiż sal-aħħar tat-tmien leġiżlatura; |
|
1. |
Iddeċieda li jestendi l-Artikolu 147 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tat-tmien leġiżlatura; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni. |
(2) ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1.
(3) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 186.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3), kif estiż mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/2010 (ĠU L 343, 29.12.2010, p. 5).
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/166 |
P7_TA(2014)0146
Emenda tal-Artikoli 166 (Votazzjoni aħħarija) u 195(3) (Votazzjoni fil-Kumitat) tar-Regoli ta' Proċedura
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament rigward il-votazzjoni aħħarija u l-Artikolu 195(3) rigward il-votazzjoni fil-Kumitat (2014/2001(REG))
(2017/C 285/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu(B7-0252/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0035/2014), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
Meta ssir votazzjoni fuq proposta għal att leġislattiv, kemm b'votazzjoni waħdanija u/jew b'votazzjoni aħħarija, il-Parlament għandu jivvota b'sejħa tal-ismijiet permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika . |
Meta tittieħed deċiżjoni abbażi ta' rapport, il-Parlament għandu jieħu kwalunkwe votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 167(2). Il-votazzjoni dwar l-emendi għandha tittieħed b'sejħa tal-ismijiet biss wara li tkun saret talba skont l-Artikolu 167. |
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 195(3)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
3. Votazzjonijiet fil-kumitat għandhom isiru b'turija ta' l-idejn, ħlief jekk kwart mill-membri tal-kumitat jitolbu votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet. F'dan il-każ, il-vot għandu jittieħed skont l-Artikolu 167(2). |
3. Kwalunkwe votazzjoni unika u/jew aħħarija fil-kumitat dwar rapport għandha ssir permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 167(2). Il-votazzjoni dwar l-emendi u votazzjonijiet oħrajn għandhom isiru b'turija tal-idejn, sakemm il-President jiddeċiedi li jkompli b'votazzjoni elettronika jew kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu li ssir votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet. |
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 25 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/167 |
P7_TA(2014)0111
Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom (COM(2013)0428 – C7-0178/2013 – 2013/0200(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0428), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0178/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-3 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7–0046/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 75.
P7_TC1-COD(2013)0200
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għandhom jew jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 335/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/169 |
P7_TA(2014)0112
Adattament ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0751 – C7-0386/2013 – 2013/0365(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/29)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0751), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 53(1), 62, 100(2), 114, 168(4), points (a) u (b), 172, 192(1), 207, 214(3) u 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0386/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 (2), |
|
— |
wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati, kif approvat fit-3 ta’ Marzu 2011 mill-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (3), b’mod partikolari l-punt 15 tiegħu u l-Anness 1 ta’ miegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta’ setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0011/2014), |
|
A. |
Billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta sa tmiem l-2012 kemm kien għad fadal fis-seħħ atti leġiżlattivi li fihom referenza għall-proċedura leġiżlattiva bi skrutinju, bil-għan li tħejji l-inizjattivi leġiżlattivi xierqa u b’hekk tlesti għalkollox l-adattament għall-qafas legali l-ġdid; billi l-objettiv imħabbar kien li, sa tmiem is-seba’ mandat tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet kollha li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu tneħħew mill-istrumenti leġiżlattivi kollha; billi l-Kummissjoni ressqet il-proposti li jissodisfaw dan l-impenn, għalkemm ħafna aktar tard milli kien mistenni; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(4) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 6.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0127.
P7_TC1-COD(2013)0365
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43(2), 53(1), 62, 100(2), 114, 168(4)a, 168(4)b, 172, 192(1), 207, 214(3), 338(1), tiegħu
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
It-Trattat ta' Liżbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti ta' delega), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti implimentattivi). |
|
(2) |
Il-miżuri li jistgħu jkunu koperti minn delegi ta’ setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkorrispondu fil-prinċipju ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/EC (3). |
|
(3) |
Huwa neċessarju li għadd ta’ atti diġà fi-seħħ li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju u li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 290(1) TFUE, jkunu adattati mal-Artikolu 290 tat-TFUE. |
|
(4) |
Meta l-Kummissjoni tipprepara atti ta' delega abbażi tal-atti ta' delega adattati minn dan ir-regolament, huwa ta’ importanza partikolari li twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(5) |
Huwa neċessarju li għadd ta’ atti diġà fis-seħħ li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju u li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 291(2) TFUE, jkunu adattati mal-Artikolu 291 tat-TFUE. |
|
(6) |
Meta jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(7) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat taliżbona, huwa wkoll meħtieġ li jiġu emendati għadd ta’ atti legali diġà fis-seħħ li jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju billi jitħassru ċerti miżuri koperti minn dik il-proċedura. |
|
(8) |
Dan ir-regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament. |
|
(9) |
Ladarba l-adattamenti u l-emendi li għandhom isiru b'dan ir-regolament jikkonċernaw biss proċeduri, fil-każ tad-direttivi, huma ma għandhomx għalfejn ikunu trasposti mill-Istati Membri. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ta' dan ir-regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a minn (1) sa (5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-regolament.
2. Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ma' dan ir-regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont il-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 3 ta' dan ir-regolament.
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti ta' delega tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu . [Em. 1]
3. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. It-tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att ta' delega jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-perijodu għall-oġġezzjonijiet għandu jkun ta’ tliet xhur, li għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, fir-rigward tal-atti delegati adottati skont ir-regolamenti elenkati fil-punti 12 (5) , 13 (6) , 14 (7) , 16 (8) u 18 (9) tat-Taqsima F, u l-punt 21 (10) tat-Taqsima G, tal-Anness I. [Em. 2]
6. Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ma' dan ir-regolament jipprevedu li l-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE hija mnaqqsa skont il-punt (b) tal-Artikolu 5a(5) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jkunu stabbiliti għal xahar.
Artikolu 3
1. L-atti ta' delega adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien, u għandhom japplikaw sakemm ma titqajjimx oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att ta' delega lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun saret il-proċedura ta’ urġenza.
2. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta' delega b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 2(5). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 4
1. Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness II għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a minn (1) sa (5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness II għall-użu tal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 5
Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE (11), Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Em. 61, 62 u 63] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (12) huma emendati kif stipulat fl-Anness III għal dan ir-regolament.
Artikolu 6
Dan ir-regolament ma jinċidix il-proċeduri pendenti li fuqhom kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Artikolu 7
Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Opinjoni tal-21 ta' Jannar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 fuq l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(11) Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' 24 metru tul jew aktar (ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1).
(12) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
ANNESS I
Dispożizzjonijiet ta' atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adatti għar-reġim tal-atti ta' delega (1).
|
A. |
NETWERKS TA’ KOMUNIKAZZJONI, KONTENUT U TEKNOLOĠIJA
|
|
B. |
AZZJONI KLIMATIKA
|
|
C. |
ENERĠIJA
|
|
D. |
INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA
|
|
E. |
AMBJENT
|
|
F. |
STATISTIKA
|
|
G. |
SUQ INTERN U SERVIZZI
|
|
H. |
MOBBILTÀ U TRASPORT
|
|
I. |
SAĦĦA U KONSUMATURI
|
(1) Għal raġunijiet ta’ informazzjoni, dispożizzjonijiet li jirreferu għall-iskadenza mnaqqsa skont l-Artikolu 2(6) huma indikati f’dan l-Anness bi *, dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 3 huma indikati f’dan l-Anness bi ** u dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 3 u għall-iskadenza mnaqqsa skont l-Artikolu 2(6) huma indikati f’dan l-Anness bi *** u d-dispożizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) huma indikati f’dan l-Anness bi **** . [Em. 3]
ANNESS II
Dispożizzjonijiet ta' atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adattati għar-reġim tal-atti implimentattivi (1).
|
A. |
NETWERKS TA’ KOMUNIKAZZJONI, KONTENUT U TEKNOLOĠIJA
|
|
B. |
AZZJONI KLIMATIKA
|
|
C. |
INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA
|
|
D. |
AMBJENT
|
|
E. |
STATISTIKA
|
|
F. |
SUQ INTERN U SERVIZZI
|
|
G. |
MOBBILTÀ U TRASPORT
|
|
H. |
SAĦĦA U KONSUMATURI
|
(1) Għal finijiet ta’ informazzjoni, dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 huma indikati f’dan l-Anness b’**
ANNESS III
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva lid-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE, Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 [Em. 61]
|
A. |
AMBJENT
|
|
B. |
MOBBILTÀ U TRASPORT
|
|
C. |
SAĦĦA U KONSUMATURI
|
|
D. |
GĦAJNUNA UMANITAJRA
|
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/190 |
P7_TA(2014)0113
L-adattament ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (l-Artikolu 290 tat-TFUE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0452 – C7-0197/2013 – 2013/0220(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0452), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0197/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-President tal-Parlament tal-11 ta' Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati, kif approvat fit-3 ta’ Marzu 2011 mill-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2), b’mod partikolari l-punt 15 tiegħu u l-Anness 1 għalih, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-setgħa tad-delega leġiżlattiva (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar is-segwitu tad-delega tas-setgħat leġiżlattivi u ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0480/2013)), |
|
A. |
billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-aħħar tal-2012 tistma kemm ikun għad baqa' fis-seħħ atti leġiżlattivi li jkun fihom referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, sabiex tipprepara l-inizjattivi leġiżlattivi xierqa u b'hekk l-adattment tal-qafas ġuridiku ġdid ikun komplut; billi l-objettiv imħabbar kien li, sa tmiem is-seba' mandat tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet kollha li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu tneħħew mill-istrumenti leġislattivi kollha; billi l-Kummissjoni ressqet il-proposti li jwettqu dan l-impenn, għalkemm ħafna aktar tard milli mistenni; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(3) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 6.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0127.
P7_TC1-COD(2013)0220
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara trażmissjonijiet tal-abbozz tal-att leġizlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
It-Trattat ta’ Lisbona jintroduċi l-possibilità li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. |
|
(2) |
Il-miżuri li jistgħu jkunu koperti minn delegi ta’ setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkorrispondi fil-prinċipju ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3). |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE atti legali diġà fis-seħħ li jagħmlu użu mill-proċedura regolatorja bi skrutinju. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Meta l-Kummissjoni tipprepara atti delegati abbażi tal-atti delegati adattati minn dan ir-Regolament, huwa ta’ importanza partikolari li twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(6) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta mill-atti legali msemmija fl-Anness u għalhekk jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fejn l-atti legali elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a minn (1) sa (4) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.
3. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li huma diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
5. Att delegat jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament ma jinċidix fuq proċeduri pendenti li dwarhom kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi…,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 104.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
ANNESS
Atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adatti għar-reġim tal-atti delegati
|
1. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali (1) |
|
2. |
Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (2) |
|
3. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (3) |
|
4. |
Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (4) |
|
5. |
Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (5). |
(1) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.
(2) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15.
(3) ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/194 |
P7_TA(2014)0114
L-adattament ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (l-Artikolu 290 tat-TFUE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0451 – C7-0198/2013 – 2013/0218(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/31)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0451), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33, 43(2), 53(1), 62, 64(2), 91, 100(2), 114, 153(2)(b), 168(4)(b), 172, 192(1), 207 u 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0198/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-President tal-Parlament, tal-11 ta' Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Fehim Komuni dwar l-Atti Delegati, kif approvat fit-3 ta’ Marzu 2011 mill-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2), b’mod partikolari l-punt 15 tiegħu u l-Anness 1 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-setgħa tad-delega leġiżlattiva (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 dwar segwitu dwar id-delega ta' setgħat leġiżlattivi u l-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0010/2014), |
|
A. |
Billi l-Kummissjoni ħadet l-impenn li, sa tmiem l-2012, tivvaluta kemm il-att leġiżlattiv li jinkludi referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju baqa' fis-seħħ għat-tħejjija tal-inizjattivi leġiżlattivi adegwati, u biex bhekk jitlesta l-adattament għall-qafas legali l-ġdid; billi l-objettiv imħabbar kien li, sa tmiem is-seba' mandat tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet kollha li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu tneħħew mill-istrumenti leġiżlattivi kollha; billi l-Kummissjoni ressqet il-proposti li jwettqu dan l-impenn, għalkemm għamlet dan ferm iktar tard milli kien mistenni; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(3) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 6.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0127.
P7_TC1-COD(2013)0218
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jippreved l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33, 43(2), 53(1), 62, 64(2), 91, 100(2), 114, 153(2)(b), 168(4)(b), 172, 192(1), 207 u 338(1), tiegħu
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara trażmissjonijiet tal-abbozz tal-att leġizlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
It-Trattat ta’ Lisbona jintroduċi l-possibilità li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. |
|
(2) |
Il-miżuri li jistgħu jkunu koperti minn delegazzjoni ta’ setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkorrispondi fil-prinċipju ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3). |
|
(3) |
Huwa neċessarju li għadd ta’ atti diġà fi-seħħ li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu adattati mal-Artikolu 290 tat-TFUE. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Ladarba l-adattamenti li għandhom isiru b'dan ir-Regolament jikkonċernaw biss proċeduri, fil-każ tad-direttivi, huma ma għandhomx għalfejn ikunu trasposti mill-Istati Membri. |
|
(6) |
Meta l-Kummissjoni tipprepara atti delegati abbażi tal-atti delegati adattati minn dan ir-Regolament, hija ta’ importanza partikolari li twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fejn l-atti legali elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a(1) sa (5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.
2. Fejn l-atti legali elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati ta' adozzjoni ta' tkun konferita fuq il-Kummissjoni hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa ’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin . Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu . [Em. 1]
3. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data aktar 'il quddiem kif speċifikata fl-istess deċiżjoni. Ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkun hemm diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
5. Att delegat jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-perjodu għall-oġġezzjonijiet għandu jkun ta' tliet xhur, li għandu jiġi estiż bi tliet xhur oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, fir-rigward ta' atti delegati adottati skont ir-regolamenti elenkati fil-punti 81 (4) , 82 (5) , 85 (6) , 86 (7) , 90 sa 93 (8) tat-Taqsima G, u l-punt 95 (9) tat-Taqsima H, tal-Anness. [Em. 2]
6. Fejn l-atti legali elenkati fl-Anness ma dan ir-Regolament jipprevedu li l-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE hija mnaqqsa skont il-punt (b) tal-Artikolu 5a(5) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jkunu stabbiliti għal xahar.
Artikolu 3
1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u japplikaw sakemm ma tkun espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 2(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament ma jinċidix il-proċeduri pendenti li fuqhom kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Opinjoni tas-16 ta' Ottubru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta' kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skont is-settur istituzzjonali (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
ANNESS
Atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adatti għar-reġim tal-atti delegati (1).
A. Netwerks ta' Komumunikazzjoni, Kontenut u Teknoloġija
|
1. |
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) |
|
2. |
Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva tal-Aċċess) |
B. Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni
|
3. |
Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskju relatat mal-espożizzjoni għal asbestos fuq il-post tax-xogħol** |
|
4. |
Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
5. |
Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u ta’ sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
6. |
Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, (is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
7. |
Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (is-17-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
8. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/44/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (is-16-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
9. |
Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba' direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
10. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/92/KE tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema potenzjalment fir-riskju mill-atmosferi splussivi (il-15-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
11. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-14-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
12. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/103/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd (it-13-il Direttiva individwali li taqa’ taħt it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
13. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/104/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi biex tittejjeb is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema tal-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art (it-12-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
14. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li tikkonċerna l-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (il-11-il Direttiva individwali fil-qofol tat-tifsir tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
15. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa' Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
16. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
17. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992, dwar ħtiġijiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti** |
|
18. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta' Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà għax-xogħol b'tagħmir li għandu display screen (il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
19. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema (ir-raba’ Direttiva individwali fit-tifsira ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE** |
|
20. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
21. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-ewwel direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)** |
|
22. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol** |
C. Azzjoni Klimatika
|
23. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu |
|
24. |
Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 |
D. Enerġija
|
25. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra. |
|
26. |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 |
|
27. |
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 |
|
28. |
Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija |
|
29. |
Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE |
|
30. |
Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE |
E. Intrapriża u Industrija
|
31. |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom |
|
32. |
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE |
|
33. |
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija |
|
34. |
Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE |
|
35. |
Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli |
|
36. |
Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità |
|
37. |
Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) |
|
38. |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru). |
|
39. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni. |
|
40. |
Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju u l-verifika tal-applikazzjoni tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi |
|
41. |
Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) |
|
42. |
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti |
|
43. |
Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewpopew u l-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra |
|
44. |
Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq |
|
45. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers |
F. Ambjent
|
46. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki |
|
47. |
Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi |
|
48. |
Id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz |
|
49. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006** |
|
50. |
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart) |
|
51. |
Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) |
|
52. |
Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa |
|
53. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji tal-għargħar |
|
54. |
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) |
|
55. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta' skart [Em. 4] |
|
56. |
Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE |
|
57. |
Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament |
|
58. |
Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE |
|
59. |
Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE |
|
60. |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE |
|
61. |
Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali |
|
62. |
Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċerti żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE |
|
63. |
Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali |
|
64. |
Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi |
|
65. |
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma |
|
66. |
Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw |
|
67. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar l-irdim ta’ skart |
|
68. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KEE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
|
69. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) |
|
70. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/63/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz |
|
71. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ |
|
72. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli |
|
73. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar trattament ta' ilma użat urban |
|
74. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura |
G. Statistika
|
75. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi |
|
76. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol |
|
77. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 |
|
78. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija |
|
79. |
Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar |
|
80. |
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja |
|
81. |
Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skond l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93**** [Em. 5] |
|
82. |
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid)**** [Em. 6] |
|
83. |
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin |
|
84. |
Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' April 2007 dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) |
|
85. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika**** [Em. 7] |
|
86. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta' kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skont is-settur istituzzjonali**** [Em. 8] |
|
87. |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar statistika Komunitarja dwar is-soċjetà tal-informazzjoni |
|
88. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, dwar it-twaqqif ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) |
|
89. |
Ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol. |
|
90. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir**** [Em. 9] |
|
91. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur**** [Em. 10] |
|
92. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità**** [Em. 11] |
|
93. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali**** [Em. 12] |
H. Suq Intern u Servizzi
|
94. |
Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern |
|
95. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità**** [Em. 13] |
|
96. |
Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz |
I. Mobbilità u Trasport
|
97. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 |
|
98. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE |
|
99. |
Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' inċidenti |
|
100. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija |
|
101. |
Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija |
|
102. |
Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
103. |
Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi |
|
104. |
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002** |
|
105. |
Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq |
|
106. |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi* |
|
107. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji |
|
108. |
Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità** |
|
109. |
Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid) |
|
110. |
Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 |
|
111. |
Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE *** |
|
112. |
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE |
|
113. |
Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet** |
|
114. |
Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità |
|
115. |
Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea |
|
116. |
Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 |
|
117. |
Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi tal-ajruplani [inġenji tal-ajru] |
|
118. |
Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi għas-sikurezza tal-mini fin-Netwerk tat-Toroq Trans-Ewropew |
|
119. |
Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità |
|
120. |
Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti |
|
121. |
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifikazzjoni inizjali u t-taħriġ perjodiku għal sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport tal- merkanzija jew tal-passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE |
|
122. |
Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġijiet ta' stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro |
|
123. |
Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri |
|
124. |
Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE |
|
125. |
Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità, |
|
126. |
Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b’sigurtà ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa |
|
127. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri |
|
128. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità |
|
129. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità |
|
130. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE, tas-6 ta' Ottubru 1995, dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq |
|
131. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili |
|
132. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma |
J. Saħħa u Konsumaturi
|
133. |
Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi |
|
134. |
Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali** |
|
135. |
Id-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (tfassil mill-ġdid) |
|
136. |
Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel |
|
137. |
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE |
|
138. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 |
|
139. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 |
|
140. |
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf |
|
141. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE*** |
|
142. |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman |
|
143. |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali |
|
144. |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel |
|
145. |
Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet |
|
146. |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel |
|
147. |
Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel |
|
148. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali |
|
149. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabiltà u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE |
|
150. |
Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta’ żoonosi u tal-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE** |
|
151. |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel |
|
152. |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered |
|
153. |
Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem |
|
154. |
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE |
|
155. |
Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni |
|
156. |
Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza*** |
|
157. |
Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid |
|
158. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel** |
|
159. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti tal-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem |
K. Tassazzjoni u Unjoni Doganali
|
160. |
Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ |
(1) Għal raġunijiet ta’ informazzjoni, atti legali li jirreferu għall-iskadenza mnaqqsa skont l-Artikolu 2(6) huma indikati f’dan l-Anness bi *, atti legali li jirreferu għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 3 huma indikati f’dan l-Anness bi **, atti legali li jirrefru għall-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 3 u għall-iskadenza mnaqqsa skont l-Artikolu 2(6) huma indikati f’dan l-Anness bi *** u atti legali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) huma indikati f'dan l-Anness bi **** [Em. 3].
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/207 |
P7_TA(2014)0115
Il-ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Oskar HERICS (AT)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-ħatra proposta ta' Oskar Herics bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0009/2014 – 2014/0802(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2017/C 285/32)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0009/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0128/2014), |
|
A. |
billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
B. |
billi fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Frar 2014, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' kandidat tal-Kunsill għall-isħubija tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Oskar Herics bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awditurikif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/208 |
P7_TA(2014)0117
Il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (COM(2012)0393 – C7-0184/2012 – 2012/0190(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/33)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0393), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0184/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0151/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 109.
P7_TC1-COD(2012)0190
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 333/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/209 |
P7_TA(2014)0118
Trade mark Komunitarja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar il-marka kummerċjali Komunitarja (COM(2013)0161 – C7-0087/2013 – 2013/0088(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/34)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0161), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0087/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-użu tal-atti delegati tal-14 ta' Ottubru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0031/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri għall-kodifikazzjoni tar-Regolament ladarba l-proċedura leġiżlattiva tkun waslet fit-tmiem; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2013)0088
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar il-marka kummerċjali Komunitarja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (2), fl-2009 kodifikat bħala r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (3), ħoloq sistema ta’ protezzjoni ta’ trade marks speċifika għall-Unjoni Ewropea li provvdiet għall-protezzjoni tat-trade marks fil-livell tal-Unjoni Ewropea, b’mod parallel għall-protezzjoni tat-trade marks disponibbli fil-livell tal-Istati Membri skont sistemi nazzjonali tat-trade marks armonizzati mid-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (4), ikkodifikata bħala d-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(2) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, it-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandu jiġi aġġornat. Dan jimplika jinvolvi s-sostituzzjoni ta’ “trade mark Komunitarja” b’“marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea”. F’konformità mal-approċċ komuni dwar l-Aġenziji deċentralizzati, miftiehem f’Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, l-isem “Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinji)” għandu jiġi sostitwit bi “L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal marki kummerċjali u disinji għall-Proprjetà Intellettwali ” (minn hawn’ il quddiem “l-Aġenzija”). [Em. 1] |
|
(3) |
Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali (6), il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament ġenerali tas-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa kollha kemm hi, li tkopri l-livelli tal-Unjoni u dawk nazzjonali u l-interrelazzjoni bejn dawn. |
|
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tal-marki kummerċjali fl-Unjoni Ewropea (7), il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u d-Direttiva 2008/95/KE. |
|
(5) |
L-esperjenza akkwistata minn mindu twaqqfet is-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja wriet li l-impriżi minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema, li saret alternattiva ta' suċċess u vijabbli għall-protezzjoni tal-marki kummerċjali tikkomplementa b'mod vijabbli u b'suċċess il-protezzjoni tal-marki kummerċjali filwaqt li hija wkoll alternattiva għalihom fil-livell tal-Istati Membri. [Em. 2] |
|
(6) |
Il-marki kummerċjalii nazzjonali jibqgħu madankollu meħtieġa għal dawk l-impriżi li ma jkunux jixtiequ l-protezzjoni tal-marki kummerċjali tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew li ma jkunux jistgħu jiksbu protezzjoni madwar l-Unjoni filwaqt li l-protezzjoni nazzjonali ma tiffaċċjax ostakli. Għandu jitħalla f’idejn id-deċiżjoni ta’ kull persuna li titlob il-protezzjoni tal-marka kummerċjali jekk tintalabx il-protezzjoni biss bħala marka nazzjonali fi Stat Membru wieħed jew iktar, jew biss bħala marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , jew it-tnejn. |
|
(7) |
Filwaqt li l-evalwazzjoni tal-funzjonament kumplessiv tas-sistema tal-marka kummerċjali Komunitarja kkonfermat li bosta aspetti ta’ dik is-sistema, inklużi l-prinċipji fundamentali li fuqhom hija bbażata, għaddew mill-eżami taż-żmien u jkomplu jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi kummerċjali, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-Komunikazzjoni tagħha “Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali” tal-24 ta’ Mejju 2011 (8) li hemm neċessità li tiġi modernizzata s-sistema tal-marki kummerċjali fl-Unjoni billi tagħmilha iktar effettiva, effiċjenti u konsistenti b’mod ġenerali u billi din tiġi adattata għall-era tal-internet. |
|
(8) |
B’mod parallel għat-titjib u l-emendi tas-sistema Komunitarja tal-marki kummerċjali, il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali tal-marki kummerċjali għandhom jiġu armonizzati iktar u jsiru konformi mas-sistema tal-marka kummerċjali tal-Unjoni safejn huwa xieraq sabiex jinħolqu kemm jista’ jkun kundizzjonijiet ugwali għar-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-marki kummerċjali fl-Unjoni kollha. |
|
(9) |
Sabiex tkun permessa iktar flessibilità filwaqt li tkun żgurata iktar ċertezza legali tad-dritt b’rabta mal-mezzi ta’ rappreżentazzjoni tal-marki kummerċjali, ir-rekwiżit tal-kapaċità għar-rappreżentazzjoni grafika għandu jitneħħa mid-definizzjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jkun permess li sinjal ikun rappreżentat fir-Reġistru tal-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe format xieraq, u b’hekk mhux neċessarjament b’mezzi grafiċi, sakemm ir-rappreżentanza is-sinjal ikun kapaċi jiġi rappreżentat b'mod li huwa ċar, preċiż, sħiħ fih innifsu, faċli, aċċessibbli, sostenibbli għal żmien twil u oġġettiv. Għalhekk, is-sinjal għandu jkun permess fi kwalunkwe format xieraq, wara li titqies it-teknoloġija ġeneralment disponibbli li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u l-pubbliku biex jiddeterminaw bi preċiżjoni u ċarezza s-suġġett preċiż ta’ protezzjoni. [Em. 3] |
|
(10) |
Id-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 ma joffrux l-istess grad ta’ protezzjoni għal denominazzjonijiet tal-oriġini u għal indikazzjonijiet ġeografiċi bħal strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-raġunijiet assoluti għal rifjut li għandhom x’jaqsmu mad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u li tiġi żgurata konsistenza sħiħa mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tipprovdi għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali ta’ dawk it-titoli. Għal raġunijiet ta’ koerenza ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-ambitu ta’ dawk ir-raġunijiet assoluti għandu jiġi estiż biex ikopri wkoll termini tradizzjonali protetti għall-inbid u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. |
|
(11) |
Il-marki kummerċjali li għalihom issir applikazzjoni b’kitba jew f’lingwa mhux intelliġibbli fl-Unjoni ma għandhomx jistħoqqilhom protezzjoni jekk ir-reġistrazzjoni tagħhom tkun trid tiġi rifjutata għal raġunijiet assoluti meta tradotta jew traskritta fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istati Membri. |
|
(12) |
Huwa kunsiljabbli li l-approprjazzjoni diżonesta tal-marki kummerċjali issir iktar diffiċli permezz tal-estensjoni tal-possibbiltajiet li wieħed jopponi l-applikazzjonijiet ta’ marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ppreżentati in mala fede. |
|
(13) |
Bil-għan li tinżamm protezzjoni qawwija tad-drittijiet f’denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fil-livell tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li dawk id-drittijiet jintitolaw li titressaq oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni iktar tard ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , irrispettivament minn jekk hemmx ukoll raġunijiet għar-rifjut li għandhom jitqiesu ex officio mill-eżaminatur. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta’ prijorità, li taħtu marka kummerċjali reġistrata preċedentement tieħu preċedenza fuq marki kummerċjali rreġistrati iktar tard, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li l-infurzar tad-drittijiet mogħtija minn marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetarji miksuba qabel id-data tal-applikazzjoni jew tal-prijorità tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan huwa f’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim dwar l-aspetti relatati mal-kummerċ tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-15 ta’ April 1994 (9). |
|
(15) |
Sabiex ikunu żgurati ċertezza u ċarezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li mhux biss f’każ ta’ similarità iżda anke fil-każ ta’ sinjal identiku li jintuża għal prodotti u servizzi identiċi, il-protezzjoni għandha tingħata lil marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea biss jekk u sal-punt li l-funzjoni prinċipali tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , li l-għan tagħha hu li tiggarantixxi l-oriġini kummerċjali tal-oġġetti jew servizzi, tkun affettwata b’mod negattiv. [Em. 4] |
|
(16) |
Konfużjoni rigward is-sors kummerċjali li minnu l-oġġetti jew servizzi joħorġu tista’ sseħħ meta kumpanija tuża l-istess sinjal jew wieħed simili bħala marka kummerċjali b’mod li tiġi stabbilita rabta bejn il-kumpanija li jkollha l-isem u l-oġġetti jew is-servizzi li ġejjin minn dik il-kumpanija. Il-vjolazzjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandha għalhekk tinkludi wkoll l-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew denominazzjoni simili sakemm l-użu huwa intiż għall-iskop ta’ distinzjoni ta’ oġġetti jew servizzi fir-rigward tal-oriġini kummerċjali tagħhom. |
|
(17) |
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u konsistenza sħiħa ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun intitolat li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża sinjal f’reklamar komparattiv fejn tali reklamar komparattiv huwa kuntrarju għad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(18) |
Bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-marka kummerċjali u jiġu tiġi miġġielda b’mod iktar effettiv il-falsifikazzjoni, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-WTO, b'mod partikolari tal-Artikolu V tal-GATT rigward il-libertà ta' tranżitu, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkunu jkun intitolat li jimpedixxi lil partijiet terzi milli jġibu oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn oġġetti bħal dawn jiġu minn pajjiżi terzi u jkollhom marka kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni, li tkun essenzjalment identika għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea rreġistrata fir-rigward ta’ oġġetti bħal dawn. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tranżitu bla tfixkil tal-mediċini ġeneriċi, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari kif rifless fid-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika” adottata fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001. [Em. 115] |
|
(18a) |
Il-proprjetarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu d-dritt li jieħu azzjonijiet ġuridiċi relatati, inkluż inter alia d-dritt li jitlob lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jieħdu azzjoni fir-rigward tal-prodotti li allegatament jiksru d-drittijiet tal-proprjetarju, bħaż-żamma u l-qerda f'konformità mar-Regolament (EU) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) . [Em. 6] |
|
(18b) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 jipprovdi li detentur tad-dritt jinżamm responsabbli fil-konfront tad-detentur tal-prodotti meta, inter alia, ikun instab li l-prodotti inkwistjoni ma jkunux jiksru d-dritt ta' proprjetà intelletwali. [Em. 7] |
|
(18c) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa bil-għan li jiżguraw tranżitu mingħajr xkiel ta' mediċini ġeneriċi. Proprjetarju ta' marka kummerċjali tal-Unjoni Ewopea ma għandux ikollu d-dritt li jipprevjeni lil kwalunkwe parti terza milli ġġib oġġetti, fil-kuntest ta' attività kummerċjali, fit-territorju doganali tal-Istat Membru abbażi ta' aspetti simili, reali jew perċepiti, bejn l-INN (international non-proprietary name – isem internazzjonali mhux proprejtarju) għal ingredjent attiv fil-mediċini u marka kummerċjali rreġistrata. [Em. 8] |
|
(19) |
Sabiex ikun hemm prevenzjoni iktar effettiva tad-dħul ta’ prodotti mhux konformi, ffalsifikati , b’mod partikolari fil-kuntest ta’ bejgħ fuq l-internet imwassla f'kunsinni żgħar kif definiti bir-Regolament (UE) Nru 608/2013, il-proprjetarju ta' marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea rreġistrata b'mod valida għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ oġġetti prodotti bħal dawn fl-Unjoni, fejn huwa biss dak li jikkonsenja l-oġġetti l-prodotti ffalsifikati li jaġixxi għal skopijiet kummerċjali waqt in-negozju . F'każijiet fejn jittieħdu dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi jew l-entitajiet li ordnaw dawn il-prodotti jiġu infurmati dwar ir-raġuni wara l-miżuri kif ukoll dwar id-drittijiet ġuridiċi tagħhom vis-à-vis l-konsenjatur . [Em. 9] |
|
(20) |
Sabiex il-proprjetarji ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġġieldu l-falsifikazzjoni b’mod iktar effettiv, għandhom ikunu intitolati li jipprojbixxu t-twaħħil ta’ marka mhux konformi fuq oġġetti u atti preparatorji qabel it-twaħħil. |
|
(21) |
Id-drittijiet esklużivi mogħtija minn marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jagħtu d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw b’mod ġust u skont prattiċi onesti f’materji industrijali jew kummerċjali. Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal ismijiet kummerċjali u marki kummerċjali f’każ ta’ kunflitti fl-isfond li ismijiet kummerċjali huma regolarment mogħtija protezzjoni mhux ristretta kontra marki kummerċjali iktar tard, dan l-użu għandu jiġi kkunsidrat li jinkludi l-użu tal-isem personali ta' dak li jkun biss. Għandu jinkludi wkoll l-użu ta’ sinjali deskrittivi jew nondeskrittivi jew indikazzjonijiet b’mod ġenerali. Barra minn hekk, il-proprjetarju ma għandux ikun intitolat li jipprevjeni l-użu ġenerali ġust u onest ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea li tintuża sabiex jiġu identifikati jew biex issir referenza għal oġġetti jew servizzi bħala dawk tal-proprjetarju. |
|
(22) |
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-marki kummerċjali miksuba b’mod leġittimu, huwa xieraq u neċessarju li jiġu stabbiliti, mingħajr ma jiġi affettwat il-prinċipju li l-marka kummerċjali sussegwenti ma tistax tiġi infurzata kontra l-marka kummerċjali preċedenti, li proprjetarji ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx ikunu intitolati li jopponi l-użu ta’ marka kummerċjali sussegwenti meta l-marka kummerċjali sussegwenti ġiet akkwistata fi żmien meta l-marka kummerċjali preċedenti ma setgħetx tiġi infurzata kontra l-marka kummerċjali sussegwenti. Fit-twettiq tal-kontrolli, l-awtoritajiet doganali għandhom jużaw il-poteri u l-proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-infurzar doganali tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali. [Em. 10] |
|
(23) |
Għal raġunijiet ta’ ekwità u ċertezza legali l-użu ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea f’forma li hija differenti fl-elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma kif hija ġiet reġistrata għandu jkun biżżejjed biex jippreserva d-drittijiet mogħtija irrispettivament minn jekk il-marka kummerċjali fil-forma kif użata hijiex ukoll irreġistrata. |
|
(24) |
Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta regoli li jimplimentaw dak ir-Regolament. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 jiġu allinjati mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(25) |
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(26) |
Sabiex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni effiċjenti ta’ atti legali li jikkonċernaw il- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġett ta’ proprjetà u sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa tar-reġistru tal-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta’ ċerti obbligi tal-applikant rigward marki kummerċjali speċifiċi, id-dettalji dwar il-proċeduri għad-dħul tat-trasferiment ta’ marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, il-ħolqien u t-trasferiment ta’ dritt in rem, l-imposta ta’ eżekuzzjoni, l-involviment fi proċediment ta’ insolvenza u l-għoti jew it-trasferiment ta’ liċenzja fir-Reġistru u biex jiġu kkanċellati jew modifikati l-entrati rilevanti. |
|
(27) |
Fid-dawl tat-tnaqqis gradwali u n-numru insinifikanti ta’ applikazzjonijiet għal marka kummerċjali Komunitarja ppreżentati f’uffiċċji tal-proprjetà intellettwali ċentrali tal-Istati Membri (“l-uffiċċji tal-Istati Membri”), għandha tiġi permessa biss l-applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Aġenzija. |
|
(28) |
Il-protezzjoni tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tingħata fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi speċifiċi li n-natura u n-numru tagħhom jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni mogħti lill-proprjetarju tal-marka kummerċjali. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli għall-għażla u l-klassifikazzjoni ta’ prodotti u servizzi fir-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tiġi żgurata ċertezza legali u amministrazzjoni tajba billi jkun meħtieġ li l-oġġetti u s-servizzi li għalihom qed tintalab il-protezzjoni tal-marki kummerċjali huma identifikati mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi, fuq il-bażi tal-applikazzjoni biss, biex jiddeterminaw il-grad ta’ protezzjoni li għaliha tkun saret l-applikazzjoni. L-użu ta’ termini ġenerali għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi biss l-oġġetti u s-servizzi kollha koperti bit-tifsira litterali tat-terminu. Proprjetarji ta’ marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, li minħabba l-prattika preċedenti tal-Aġenzija huma rreġistrati fir-rigward ta’ intestatura sħiħa ta’ klassi tal-Klassifikazzjoni Nice, għandhom jingħataw il-possibbiltà li jadattaw l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom ta’ prodotti u servizzi sabiex jiġi żgurat li l-kontenut tar-reġistru jissodisfa l-istandards meħtieġa ta’ ċarezza u preċiżjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
(29) |
Sabiex ikun hemm proviżjoni għal reġim effettiv u effiċjenti għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea inkluż talbiet ta’ prijorità u anzjanita, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-mezzi u l-modalitajiet ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , id-dettalji rigward ir-rekwiżiti formali ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , il-kontenut ta’ dik l-applikazzjoni, it-tip ta’ miżata ta’ applikazzjoni, kif ukoll dettalji dwar il-proċeduri biex tkun żgurata r-reċiproċità, li jitolbu l-prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti, il-prijorità ta’ wirja u l-anzjanità ta’ marka kummerċjali nazzjonali. [Em. 11] |
|
(30) |
Ir-reġim attwali tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u tiftix nazzjonali la huwa affidabbli u lanqas effiċjenti. Għandu għalhekk ikun sostitwit minn tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ magni tat-tiftix rapidi, qawwija u li jinkludi kollox għall-użu liberu tal-pubbliku fil-kuntest ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-uffiċċji tal-Istati Membri. |
|
(31) |
Sabiex jiġu żgurati l-eżaminazzjoni u r-reġistrazzjoni effettivi, effiċjenti u mħaffa ta’ applikazzjonijiet għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mill-Aġenzija permezz ta’ proċeduri li huma trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tad-dettalji dwar il-proċeduri marbuta mal-eżaminazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti dwar id-data tal-preżentazzjoni u mal-kundizzjonijiet formali ta’ applikazzjoni, il-proċeduri għall-verifikazzjoni tal-ħlas ta’ drittijiet għal kull klassi u l-eżami ta’ raġunijiet assoluti għal rifjut, id-dettalji dwar il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni, il-proċeduri biex jiġu korretti żbalji fil-pubblikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet, id-dettalji dwar il-proċeduri relatati ma’ osservazzjonijiet ta’ parti terza, id-dettalji dwar il-proċedura tal-oppożizzjoni, id-dettalji dwar il-proċeduri għall-preżentazzjoni u eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni u dawk li jirregolaw l-emendi u diviżjoni tal-applikazzjoni, id-dettalji li għandhom jitniżżlu fir-Reġistru meta marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tiġi reġistrata, il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni u l-kontenut u l-modalitajiet tal-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. |
|
(32) |
Sabiex il-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ikunu jistgħu jiġġeddu b’mod effettiv u effiċjenti u sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet b’mod sikur dwar l-alterazzjoni jew id-diviżjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea fil-prattika mingħajr ma tkun kompromessa ċ-ċertezza legali tad-dritt , is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-modalitajiet tal-proċedura għat-tiġdid ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u proċeduri li jirregolaw it-tibdil u d-diviżjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea . [Em. 12] |
|
(33) |
Sabiex il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jkun jista’ faċilment iċedi marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , filwaqt li jirrispetta d-drittijiet ta’ partijiet terzi mdaħħla fir-reġistru b’relazzjoni għal dik il-marka, u sabiex ikun żgurat li kull marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi revokata jew iddikjarata invalida b’mod effettiv u effiċjenti permezz ta’ proċeduri trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, u biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-proċedura li tirregola ċ-ċediment ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-proċeduri għal revoka u ta’ invalidità. |
|
(34) |
Sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni effettiva, effiċjenti u kompleta ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija mill-Bordijiet tal-Appell permezz ta’ proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa li tqis il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 207/2009, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tad-dettalji dwar il-kontenut tal-avviż tal-appell, il-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta’ appell, il-kontenut u l-forma ta’ deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell u r-rimborż tal-ħlas tal-appell. |
|
(35) |
Bħala komplement mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar marki kollettivi Komunitarji u bħala rimedju għall-iżbilanċ attwali bejn is-sistemi nazzjonali u s-sistema tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea , huwa meħtieġ li jiżdied sett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskop li tiġi pprovduta protezzjoni għal marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej li jippermettu istituzzjoni jew organizzazzjoni li tiċċertifika sabiex tippermetti aderenti mas-sistema ta’ ċertifikazzjoni jużaw il-marka bħala sinjal għal oġġetti jew servizzi li jikkonformaw mal-ħtiġijiet taċ-ċertifikazzjoni. |
|
(35a) |
Sabiex jikkontribwixxu għat-titjib fil-prestazzjoni tas-sistema sħiħa ta' reġistrazzjoni u jiġi żgurat li l-marki kummerċjali ma humiex reġistrati fejn hemm bażi assoluta għar-rifjut, inklużi, b'mod partikolari, meta l-marka kummerċjali hija deskrittiva jew mhux distintiva, jew ta' natura li tqarraq bil-pubbliku, bħal pereżempju fir-rigward tan-natura, il-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodott jew tas-servizz, il-partijiet terzi għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu osservazzjonijiet bil-miktub lill-uffiċċji ċentrali għall-proprjetà industrijali tal-Istati Membri fejn jispjegaw liema raġunijiet assoluti jikkostitwixxu ostaklu għar-reġistrazzjoni. [Em. 13] |
|
(36) |
Sabiex tippermetti l-użu effettiv u effiċjenti ta’ marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej kollettivi, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-perjodi għat-tressiq tal-kontenut formali tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ dawk il-marki u l-kontenut taghħom. [Em. 14] |
|
(37) |
L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tas-sistema attwali ta’ marki kummerċjali Komunitarji żvelat il-potenzjal għal titjib ta’ ċerti aspetti ta’ proċedura. Konsegwentement, ċerti miżuri għandhom jittieħdu biex jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri fejn xieraq u biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u l-previdibilità fejn meħtieġ. |
|
(38) |
Sabiex tiġi żgurata operazzjoni bla xkiel, effettiva u effiċjenti tas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tar-rekwiżiti rigward il-forma ta’ deċiżjonijiet, id-dettalji dwar il-proċedimenti orali u l-modalitajiet ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda, il-modalitajiet tan-notifika, il-proċedura ta’ notazzjoni tat-telf ta’ drittijiet, il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw mill-partijiet fil-proċedimenti, ir-regoli għall-kalkolu u t-tul tal-limiti taż-żmien, il-proċeduri għar-revoka ta’ deċiżjoni jew għat-tħassir ta’ dħul fir-Reġistru u għall-korrezzjoni ta’ żbalji ovvji fid-deċiżjonijiet u żbalji attribwibbli lill-Aġenzija, il-modalitajiet tal-interruzzjoni tal-proċedimenti u l-proċeduri dwar qsim u ffissar ta’ spejjeż, id-dettalji li għandhom jiddaħħlu fir-reġistru, id-dettalji dwar l-ispezzjoni u żamma ta’ fajls, il-modalitajiet ta’ pubblikazzjonijiet fil-Bulettin tal-Marki Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Aġenzija, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u d-dettalji dwar ir-rappreżentazzjoni quddiem l-Aġenzija. [Em. 15] |
|
(39) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u trasparenza ikbar, huwa xieraq li jiġu definiti b’mod ċar il-kompiti kollha tal-Aġenzija inklużi dawk li mhumiex relatati mal-ġestjoni tas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Unjoni. |
|
(40) |
Bil-għan li tinġieb ’il quddiem il-konverġenza ta’ prattiki u ta’ żvilupp ta’ għodod komuni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas adatt għal kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-uffiċċji tal-Istati Membri, li jiddefinixxi b’mod ċar l-oqsma ewlenin ta’ kooperazzjoni u li jippermetti lill-Aġenzija biex tikkoordina proġetti komuni rilevanti ta’ interess tal-Unjoni u tiffinanzja, sa ammont massimu, dawk il-proġetti komuni permezz ta’ għotjiet. Dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom ikunu ta’ benefiċċju għal impriżi li jużaw is-sistemi tal-marki kummerċjali fl-Ewropa fl-Unjoni. Għall-utenti tar-reġim tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-Regolament (KE) Nru 207/2009, il-proġetti komuni, partikolarment il-bażijiet ta’ dejta użati għal skopijiet ta’ tiftix u konsultazzjoni, għandhom jipprovdu mingħajr ħlas, għodod addizzjonali, inklusivi u effiċjenti u mingħajr ħlas biex jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi li joħorġu mill-karattru unitarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, m’għandux ikun obbligatorju għall-Istati Membri li jimplimentaw ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti komuni. Waqt li huwa importanti li l-partijiet kollha jikkontribwixxu għas-suċċess tal-proġetti komuni, mhux lanqas billi jikkondividu l-aqwa prattiki u esperjenzi, obbligu strett li jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jimplimentaw ir-riżultati ta’ proġetti komuni, anke fejn, pereżempju, Stat Membru jemmen li diġà għandu stabbilita sistema ta’ IT jew għodda simili aħjar, la jkun proporzjonali u lanqas fl-aqwa interess tal-utenti. [Em. 16] |
|
(41) |
Ċerti prinċipji fir-rigward tal-governanza tal-Aġenzija għandhom ikunu adattati għall-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE adottat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’Lulju 2012. |
|
(42) |
Fl-interess ta’ iktar ċertezza legali u trasparenza, huwa meħtieġ li jiġu aġġornati ċerti disposizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija. |
|
(43) |
Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-akkumulazzjoni ta’ bilanċi baġitarjipożittivi sinifikanti għandha tiġi evitata. Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żamma ta’ riżerva finanzjarja mill-Aġenzija li tkopri sena waħda tan-nefqa operazzjonali tagħha biex tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tagħha u l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha. |
|
(44) |
Sabiex tippermetti għal konverżjoni effettiva u effiċjenti ta’ applikazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea f’applikazzjoni ta’ marka kummerċjali nazzjonali filwaqt li tiżgura eżami bir-reqqa tar-rekwiżiti rilevanti, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-kundizzjonijiet formali li magħhom talba għal konverżjoni għandha tikkonforma u d-dettalji tal-eżaminazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha. |
|
(44a) |
L-istruttura tal-miżati ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 (12) . Madankollu, l-istruttura tal-miżati hija aspett ċentrali tal-funzjonament tas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Unjoni, u ġiet riveduta darbtejn biss minn meta ġiet stabbilita, u biss wara dibattitu politiku sinifikanti. Għaldaqstant l-istruttura tal-miżati għandha tiġi rregolata b’mod dirett fir-Regolament (KE) Nru 207/2009. Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2869/95 għandu jiġi revokat u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-istruttura tal-miżati inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (13) għandhom jitħassru. [Em. 17] |
|
(45) |
Sabiex jiġi żgurat metodu effettiv u effiċjenti biex jiġi riżolt it-tilwim, sabiex tiġi żgurata konsistenza il-konsistenza mar-reġim tal-lingwa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 207/2009, it-twettiq ta’ malajr ta’ deċiżjonijiet dwar f'każijiet li jkollhom suġġett sempliċi, u l-organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Bordijiet tal-Appell, u sabiex ikun hemm garanzija ta’ livell adattat u realistiku tal-piżijiet li jridu jiġu imposti mill-Aġenzija, filwaqt li jkun hemm konformità mal-prinċipji tal-baġit stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 207/2009, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar ta’ dettalji dwar li jikkonċernaw il-lingwi li għandhom jintużaw mal-Aġenzija, il-każijiet fejn li fihom deċiżjonijiet ta' oppożizzjoni u kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn membru wieħed, id-dettalji dwar li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell, l-ammonti tal-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija u d-dettalji relatati mal-ħlas tagħhom tal-miżati . [Em. 18] |
|
(46) |
Sabiex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ marki kummerċjali internazzjonali f’konsistenza sħiħa mar-regoli tal-Protokoll relatati mal-ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar ta’ dettalji dwar il-proċeduri li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki kummerċjali. |
|
(46a) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u ta opinjoni fil-11 ta' Lulju 2013 (15) . [Em. 19] |
|
(47) |
Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Titolu, “trade mark Komunitarja” hija sostitwita b'“marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea”; |
|
(2) |
Fir-Regolament kollu, il-kliem “trade mark Komunitarja” huma sostitwiti b’“marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; [Em. 20 Din l-emenda tapplika għat-test kollu] |
|
(3) |
Fir-Regolament kollu, il-kliem “il-qorti tal-marki kummerċjali Komunitarji” huma sostitwiti bi “il-qorti tal-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; [Em. 21 Din l-emenda tapplika għat-test kollu] |
|
(4) |
Fir-Regolament kollu, il-kliem “marka kollettiva Komunitarja” huma sostitwiti b“marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; [Em. 22 Din l-emenda tapplika għat-test kollu] |
|
(5) |
Fir-Regolament kollu, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punti (2), (3) u (4), il-kliem “Komunità”, “il-Komunità Ewropea” u “Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “Unjoni” u għandhom isiru wkoll kwalunkwe tibdiliet grammatikali neċessarji; |
|
(6) |
Fir-Regolament kollu, il-kelma “Uffiċċju”, sakemm din tirreferi għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki kummerċjali u disinji) stipulata fl-Artikolu 2 tar-Regolament, għandha tkun sostitwita minn “Aġenzija” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; |
|
(7) |
Fir-Regolament kollu, il-kelma “President” hija ssostitwita b'“Direttur Eżekuttiv”, u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju; |
|
(8) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Aġenzija 1. L- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal marki kummerċjali u disinji għall-Proprjetà Intellettwali , minn hawn’ il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’, hija b’dan stabbilita.[Em. 23 Din l-emenda tapplika għat-test kollu] 2. Ir-referenzi kollha fil-liġi tal-Unjoni għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki kummerċjali u disinji) għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Aġenzija.”; |
|
(9) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Sinjali li minnhom marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tista’ tikkonsisti Marka kummerċjali tal-Unjoni Europea tista’ tikkonsisti f’kwalunkwe sinjali sinjal , b’mod partikolari kliem, fosthom ismijiet personali, disinji, ittri, numri, kuluri bħala tali, il-forma ta’ oġġetti prodotti jew tal-imballaġġ tagħhom, jew ħsejjes, sakemm tali sinjali jistgħu huma adattati u sakemm tintuża teknoloġija ġeneralment aċċessibbli ,
|
|
(10) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Drittijiet mogħtija minn marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea 1. Ir-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklużivi. 2. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetarji akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta’ prijorità tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun intitolat li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma għandhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw matul il-kummerċ kull sinjal li għandu x’jaqsam ma’ oġġetti prodotti jew servizzi fejn:
3. Dawn li ġejjin, b’mod partikolari, huma projbiti taħt il-paragrafu 2:
4. Il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu wkoll ikun intitolat li jimpedixxi l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 3(c) imwassla f'kunsinni żgħar kif definit bir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) , fejn biss dak li jikkonsenja l-prodotti jaġixxi għal skopijiet kummerċjali fit-tranżazzjoni kummerċjali u fejn dawn il-prodotti, inkluż l-ippakkjar, ikollhom mingħajr awtorizzazzjoni marka kummerċjali li tkun identika għall-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea rreġistrata fir-rigward ta’ tali prodotti, jew li ma tistax issir distinzjoni fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik il-marka kummerċjali . F'każijiet fejn jittieħdu dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwu li ordna jew l-entità li ordnat dawn il-prodotti jiġu infurmati dwar ir-raġuni wara l-miżuri kif ukoll dwar id-drittijiet ġuridiċi tagħhom vis-à-vis l-konsenjatur. 5. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-WTO, b'mod partikolari l-Artikolu V tal-GATT rigward il-libertà ta' tranżitu, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun intitolat li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha minn importazzjoni ta’ prodotti, fil-kuntest ta’ attività kummerċjali, fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk, fejn tali prodotti, inkluż l-ippakkjar, jiġu minn pajjiżi terzi u jkollhom marka kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni, li tkun identika għall-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea reġistrata fir-rigward ta’ tali prodotti, jew li ma tistax tingħaraf fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik il-marka kummerċjali. [Em. 28 u 116] (*2) Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21)" (*3) Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15)”" |
|
(13) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 9a Ksur tad-drittijiet ta’ proprjetarju bl-użu ta’ preżentazzjoni, ippakkjar jew mezzi oħra Fejn huwa probabbli li l-preżentazzjoni, l-ippakkjar jew mezzi oħra li fuqhom titwaħħal il-marka se jintużaw għal prodotti jew servizzi u l-użu f’relazzjoni ma’ dawk il-prodotti jew servizzi jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju skont l-Artikolu 9(2) u (3), il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi dan li ġej:
Arikolu 9b Data ta’ prevalenza ta' drittijiet kontra partijiet terzi 1. Id-drittijiet li jirriżultaw minn marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jipprevalu kontra terzi persuni mid-data ta' pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali. 2. Jista' jintalab kumpens raġonevoli fir-rigward ta' atti li jiġru wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk dawn ikunu atti li, wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali, ikunu projbiti bis-saħħa tal-istess pubblikazzjoni. 3. Il-qorti li quddiemha jiġi każ ma tistax tiddeċiedi fuq il-merti tal-każ qabel ma tiġi ppubblikata r-reġistrazzjoni.”; |
|
(14) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Limitazzjoni tal-effetti ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea 1. Marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma tagħtix jedd lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fil-kummerċ:
2. L-użu minn parti terza għandu jkun meqjus bħala mhux f’konformità mal-użi onesti, b’mod partikolari fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
2a. Il-marka kummerċjali m’għandhiex tintitola lill-proprjetarju li jipprojbixxi parti terza milli tuża l-marka kummerċjali għal kawża xierqa b’rabta ma’ kwalunkwe użu mhux kummerċjali tal-marka. 2b. Il-marka kummerċjali ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ, dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jekk dak id-dritt ikun rikonoxxut mil-liġijiet tal-Istat Membru inkwistjoni u fil-limiti tat-territorju li fih huwa jkun rikonoxxut.”; [Em. 29] |
|
(15) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 13(1), il-kliem “fil-Komunità” huma ssostitwiti bi “Iż-Żona Ekonomika Ewropea”; huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma tintitolax lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta’ prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea taħt dik il-marka kummerċjali mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.”; [Em. 30] |
|
(16) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Dritt ta’ intervenzjoni tal-proprjetarju ta’ marka kummerċjali reġistrata sussegwentement bħala difiża għal proċedimenti ta’ ksur 1. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxu l-użu ta’ marka kummerċjali reġistrata sussegwentement fejn dik il-marka kummerċjali ma għandhiex tiġi dikjarata invalida skont l-Artikoli 53(3) u (4), 54(1) u (2) u 57(2). 2. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ marka kummerċjali nazzjonali reġistrata sussegwentement fejn dik il-marka nazzjonali reġistrata sussegwentement ma għandhiex tiġi dikjarata invalida skont l-Artikoli 8, 9(1) u (2) u 48(3) tad-Direttiva [xxx]. 3. Fejn il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxu l-użu ta’ marka kummerċjali reġistrata sussegwentement skont il-paragrafi 1 jew 2, il-proprjetarju ta’ dik il-marka kummerċjali reġistrata sussegwentement ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti fi proċedimenti ta’ ksur.”; |
|
(17) |
Fl-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Dan li ġej jikkostitwixxi wkoll użu fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu:
|
|
(18) |
Fl-Artikolu 16(1), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b’dan li ġej: “1. Sakemm l-Artikoli 17 sa 24 ma jipprovdux mod ieħor, marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġett ta' proprjetà għandha titqies fit-totalità tagħha, u fit-territorju kollu tal-Unjoni, bħala marka kummerċjali nazzjonali reġistrata fl-Istat Membru fejn, skont ir-Reġistru tal-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem ‘ir-Reġistru’).”, |
|
(19) |
Fl-Artikolu 17, għandu jitħassar il-paragrafu 4; |
|
(20) |
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 It-trasferiment ta’ marka kummerċjali reġistrata f’isem aġent 1. Meta marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tkun reġistrata f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li jkun il-proprjetarju ta' dik il-marka kummerċjali, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan tal-aħħar huwa intitolat li jitlob iċ-ċessjoni tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea favurih, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu. 2. Il-proprjetarju jista’ jissottometti talba għal assenjazzjoni skont il-paragrafu 1 għal dawn li ġejjin:
|
|
(21) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Annotazzjoni fir-Reġistru effettwata skont il-paragrafu 3 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.”; |
|
(23) |
Fl-Artikolu 22, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Annotazzjoni fir-Reġistru effettwata skont il-paragrafu 5 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.”; |
|
(24) |
Fit-Titolu II għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 5 Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 24a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(25) |
L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet Applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tkun ippreżentata fl-Aġenzija.”; |
|
(26) |
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
|
(27) |
L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 27 Id-data ta' preżentazzjoni Id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata f’Artikolu 26(1) ikunu ppreżentati mal-Aġenzija mill-applikant, soġġetti għall-ordni ta' għal ħlas ta’ miżata għall-applikazzjoni li għaliha l-ordni għall-ħlas għandha tkun ingħatat mhux iktar tard minn dik id-data. mogħtija fi żmien 21 ġurnata mill-preżentazzjoni tad-dokumenti msemmija hawn fuq .”; [Em. 32] |
|
(28) |
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28 L-għażla u l-klassifikazzjoni ta’ prodotti u servizzi 1. Prodotti u servizzi li fir-rigward tagħhom tkun qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandhom ikunu klassifikati skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta’ Nice dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-iskopijiet ta’ Reġistrazzjoni ta’ Marki tal-15 ta’ Ġunju 1957 (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ il-‘Klassifikazzjoni ta’ Nice’). 2. Il-prodotti u servizzi li għalihom hija mitluba l-protezzjoni tal-marka kummerċjali jridu jiġu identifikati mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni li tippermetti l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi, fuq dik l-unika bażi, sabiex jiddeterminataw il-firxa ta’ protezzjoni mixtieqa. Il-lista ta’ prodotti u servizzi għandha tippermetti li kull prodott jew servizz jiġi klassifikat fi klassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni Nice. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fil-klassi tal-intestaturi tal-Klassifikazzjoni Nice jew termini ġenerali oħrajn jistgħu jintużaw, diment li jkunu konformi mal-istandards meħtieġa ta’ ċarezza u preċiżjoni. 4. L-Aġenzija għandha tirrifjuta l-applikazzjoni fir-rigward ta’ indikazzjonijiet jew termini li mhumiex ċari jew mhux preċiżi, jekk l-applikant ma jissuġġerixxix kliem aċċettabbli fi żmien perjodu stabbilit mill-Aġenzija għal dak il-għan. 5. L-użu ta’ termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta’ klassijiet tal-Klassifikazzjoni Nice, għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi l-prodotti jew servizzi kollha koperti mit-tifsira litterali tal-indikazzjoni jew terminu. L-użu ta’ termini jew indikazzjonijiet bħal dawn ma għandux jiġi interpretat bħala li jinkludi pretensjoni għal prodotti jew servizzi li ma jistgħux ikunu mifhuma. 6. Fejn ir-rikorrent l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal iktar minn klassi waħda, l-applikant għandu jiġbor il-prodotti u s-servizzi għandhom jiġu miġbura skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni Nice, b’kull grupp ikun preċedut bin-numru tal-klassi li fih jaqa’ dak il-grupp ta’ prodotti jew servizzi u ppreżentat għandu jippreżentahom fl-ordni tal-klassijiet. [Em. 33] 7. Il-klassifika ta' prodotti u servizzi għandha sservi esklużivament għal għanijiet amministrattivi. Prodotti u servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin fuq il-bażi li jidhru fl-istess klassi skont il-klassifikazzjoni Nice, u prodotti u servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala differenti minn xulxin fuq il-bażi li jidhru fi klassijiet differenti skont il-Klassifikazzjoni Nice. 8. Proprjetarji ta’ marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel it-22 ta’ Ġunju 2012 li huma rreġistrati biss fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta’ klassi Nice, jistgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li jfittxu protezzjoni fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi lil hinn minn dawk li jaqgħu taħt it-tifsira litterali tal-intestatura ta’ dik il-klassi, sakemm il-prodotti jew is-servizzi hekk maħtura jkunu inklużi fil-lista alfabetika għal dik il-klassi ta’ edizzjoni tal-klassifikazzjoni Nice fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni. [Em. 34] Id-dikjarazzjoni għandha tiġi preżentata lill-Aġenzija fi żmien erba’ (4) sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandha tindika, b’mod ċar, preċiż u speċifiku, il-prodotti u servizzi, għajr dawk koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet tal-intestatura tal-klassi, oriġinarjament koperti mill-intenzjoni tal-proprjetarju. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri xierqa biex temenda r-Reġistru kif xieraq. Din il-possibbiltà hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Artikolu 15, l-Artikolu 42(2), il-punt (a) tal-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 57(2). [Em. 35] Marki kummerċjali Ewropej li għalihom ma ssir l-ebda dikjarazzjoni fi żmien il-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jinftehmu li japplikaw ukoll, minn meta jiskadi dak il-perjodu, biss għal prodotti jew servizzi koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.”; 8a. Fejn ir-reġistru jkun emendat, id-drittijiet esklużivi mogħtija mill-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 9 ma għandhom jimpedixxu lil ebda parti terza milli tkompli tuża marka kummerċjali fir-rigward ta' prodotti jew servizzi meta u sal-limitu li:
Barra minn hekk, l-emenda tal-lista ta’ prodotti jew servizzi rreġistrati fir-Reġistru m’għandhiex tagħti lill-proprjetarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea d-dritt li jopponi jew li japplika għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' marka kummerċjali sussegwenti fejn u sal-limitu li:
|
|
(29) |
Fl-Artikolu 29(5), tiżdied is-sentenza li ġejja: “Jekk neċessarju, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tistaqsi jekk Stat fi ħdan it-tifsira tal-ewwel sentenza jagħtix dak it-trattament reċiproku.”; [Em. 37] |
|
(30) |
L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 Pretensjonijiet ta' prijorità 1. Pretensjonijiet ta’ prijorità għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jinkludu d-data, in-numru u l-pajjiż tal-applikazzjoni preċedenti. L-applikant għandu jippreżenta kopja tal-applikazzjoni preċedenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni. Jekk l-applikazzjoni preċedenti tkun applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha ex officio tinkludi kopja tal-applikazzjoni preċedenti fil-fajl. [Em. 38] 2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jistabbilixxi li informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta mill-applikant f’appoġġ ta’ talba ta’ priorità tista’ tikkonsisti f’inqas milli huwa meħtieġ skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 35a(d), bil-kundizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Aġenzija minn sorsi oħra.”; |
|
(31) |
L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
|
(32) |
Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-anzjanità mitluba għall-applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiskadi meta l-marka kummerċjali preċedenti li għaliha tkun saret it-talba għal anzjanità tiġi ddikjarata invalida jew revokata. Meta l-marka kummerċjali preċedenti hi revokata, l-anzjanità għandha tiskadi sakemm ir-revoka tidħol fis-seħħ qabel id-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea .”; |
|
(33) |
Fit-Titolu III għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 5 Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 35a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(34) |
Fl-Artiklu 36(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(35) |
Fl-Artikolu 37, għandu jitħassar il-paragrafu 2. |
|
(36) |
Fit-Titolu IV, it-Taqsima 2 hija mħassra; |
|
(37) |
L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
|
(38) |
L-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 40 Osservazzjonijiet minn terzi persuni 1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lill-manifatturi, produtturi, fornituri ta’ servizzi, negozjanti jew konsumaturi jistgħu jissottomettu lill-Aġenzija osservazzjonijiet bil-miktub, li jispjegaw fuq liema bażi skont l-Artikoli 5 u 7, il-marka kummerċjali ma għandhiex tiġi reġistrata ex officio. Huma ma jistgħux ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Aġenzija. 2. L-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi għandhom jiġu ssottomessi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ oppożizzjoni jew, meta oppożizzjoni kontra l-marka kummerċjali tkun ġiet ippreżentata, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni. 3. Is-sottomissjoni li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Aġenzija li tiftaħ mill-ġdid l-eżaminazzjoni ta’ raġunijiet assoluti fuq inizjattiva tagħha stess fi kwalunkwe ħin qabel ir-reġistrazzjoni, fejn xieraq. 4. L-osservazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu notifikati lill-applikant li jista' jikkummenta dwarhom.”; |
|
(39) |
Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-oppożizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom tkun qiegħda ssir. L-oppożizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tal-miżata tal-oppożizzjoni. 4. Fi żmien perjodu stabbilit mill-Aġenzija, l-opponent jista' jissottometti fatti, evidenza u argumenti sabiex isaħħaħ il-każ tiegħu.”; |
|
(40) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 42(2), l-ewwel sentenza, il-frażi “matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni” jiġi huwa sostitwit b'“matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data tal-preżentazzjoni jew id-data tal-prijorità” b’dan li ġej: “2. Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti li jkun għamel notifika għandu jġib provi li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew id-data tal-prijorità għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun sar użu ġenwin mill-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti fl-Unjoni f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun rreġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m’għandhiex tintuża, sakemm il-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin sa dik id-data. F'nuqqas ta’ provi ta’ din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda. Jekk il-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti tkun intużat f’konnessjoni ma’ parti biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun irreġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni, titqies li hija rreġistrata biss f’konnessjoni ma’ dik il-parti tal-prodotti jew servizzi”; [Em. 40] |
|
(41) |
L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(42) |
L-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Ir-reġistrazzjoni 1. Meta applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u fejn l-ebda notifika ta’ oppożizzjoni ma tkun ingħatat fi ħdan il-perjodu msemmi fl-Artikolu 41(1) jew meta l-oppożizzjoni tkun ġiet rifjutata b’deċiżjoni finali, il-marka kummerċjali għandha tiġi reġistrata bħala marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi ppubblikata. 2. L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ b’mezzi elettroniċi. 3. Il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea reġistrata għandu jkollu d-dritt li juża, f’konnessjoni mal-prodotti u servizzi koperti mir-reġistrazzjoni, simbolu eżatt ħdejn il-marka kummerċjali li jattesta li l-marka kummerċjali hi reġistrata fl-Unjoni biss sakemm ir-reġistrazzjoni tibqa’ fis-seħħ. Il-konfigurazzjoni eżatta ta’ dak is-simbolu għandha tkun deċiża mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. 4. Is-simbolu tal-marka tal-kummerċjali reġistrata ma għandux jintuża minn kwalunkwe persuna għajr il-proprjetarju tal-marka, jew mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju. Il-proprjetarju tal-marka kummerċjali ma għandux juża s-simbolu tal-marka kummerċjali qabel ma tkun reġistrata l-marka jew wara r-revoka, dikjarazzjoni ta’ invalidità, skadenza jew ċessjoni tal-marka kummerċjali.”; |
|
(43) |
Fit-Titolu IV għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 7 Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 45a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(43a) |
Fl-Artikolu 47, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Il-miżata li għandha titħallas għat-tiġdid ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tikkonsisti minn:
|
|
(44) |
Fl-Artikolu għandu jitħassar il-paragrafu 3. |
|
(45) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 49a li ġej: “Artikolu 49a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(46) |
Fl-Artikolu 50, il-paragrafi 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “2. Iċ-ċessjoni għandha tiġi ddikjarata lill-Aġenzija bil-miktub mill-proprjetarju tal-marka kummerċjali. Ma għandhiex ikollha effett qabel ma tiddaħħal fir-Reġistru. Il-validità taċ-ċessjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea li hija dikjarata lill-Aġenzija wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dik il-marka kummerċjali skont l-Artikolu 56(1) għandha tkun kundizzjonali għar-rifjut finali jew l-irtirar tal-applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità . [Em. 43] 3. Iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal biss bi ftehim mal-proprjetarju ta’ dritt imdaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet reġistrata, iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal fir-Reġistru biss jekk il-proprjetarju tal-marka kummerċjali juri li huwa jkun għarraf lil-liċenzjat bil-ħsieb tiegħu li jċedi; din l-entrata għandha ssir meta jiskadi l-perjodu stabbilit skont l-Artikolu 57a(a) ta’ tliet xhur wara d-data li fiha l-proprjetarju tal-marka kummerċjali jissodisfa l-Aġenzija li jkun għarraf lil-liċenzjat dwar l-intenzjoni tiegħu li jċediha .”; [Em. 44] |
|
(47) |
Fl-Artikolu 53(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu sodisfatti fid-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea.”; |
|
(48) |
Fl-Artikolu Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 54(1) u (2), il-kliem “jew” u “jew biex jopponi l-użu ta’ marka kummerċjali sussegwenti” huma mħassra huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. Meta l-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jkun ta l-kunsens tiegħu, għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea sussegwenti fil-Komunità waqt li huwa jkun jaf b’dan l-użu, hu ma jkunx intitolat iżjed fuq il-bażi tal-marka kummerċjali preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li l-marka kummerċjali sussegwenti hija invalida […] fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun intużat il-marka kummerċjali sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea sussegwenti ma tkunx saret b'intenzjonijiet ħżiena. 2. Meta l-proprjetarju ta’ marka kummerċjali nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jew ta’ sinjal preċedenti ieħor imsemmi fl-Artikolu 8(4) ikun ta l-kunsens tiegħu, għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea sussegwenti fl-Istati Membri fejn il-marka kummerċjali preċedenti jew is-sinjal preċedenti huwa protett waqt li hu jkun jaf b’dan l-użu, hu ma jkunx intitolat iżjed fuq il-bażi tal-marka kummerċjali preċedenti jew tas-sinjal l-ieħor preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li l-marka kummerċjali sussegwenti hija invalida […] fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi li għalihom tkun intużat il-marka kummerċjali sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea sussegwenti ma tkunx saret b'intenzjonijiet ħżiena.”; [Em. 45] |
|
(49) |
L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:
|
|
(50) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 57(2), it-tieni sentenza, “ġiet ippubblikata” hija sostitwita b’“kienet preżentata jew fid-data ta’ priorità ta’ applikazzjoni għal marka Ewropea”; huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 2. Jekk issir talba mill-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti, li jkun parti fi proċedimenti ta’ invalidità, għandu jġib prova li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, il-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti intużat b’mod ġenwin fl-Unjoni f'konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata u li hija ċitata minnu bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu, sakemm sa dik id-data l-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. Jekk, fid-data li fiha l-applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tkun ġiet ippreżentata jew fid-data tal-prijorità tal-applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, il-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin, il-proprjetarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti għandu jġib prova li, barra dan, il-kundizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 42(2) ikunu ntlaħqu sa dik id-data. F’nuqqas ta’ provi f’dan ir-rigward l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha tiġi miċħuda. Jekk il-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea preċedenti tkun intużat biss fir-rigward ta’ parti mill-prodotti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, bħala rreġistrata biss fir-rigward ta’ dik il-parti tal-prodotti jew servizzi.”; [Em. 46] |
|
(51) |
Fit-Titolu VI għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 6 Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 57a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(52) |
L-Artikolu 58(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għandu jkun hemm dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet ta’ każijiet tat-tehid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija elenkati fl-Artikolu 130 il-punti (a) sa (d). Kemm il-perjodu ta’ appell previst fl-Artikolu 60, kif ukoll id-depożitu tal-Appell għandu jkollhom effett sospensiv.”; |
|
(53) |
L-Artikolu 62 huwa mħassar; |
|
(54) |
L-Artikolu 64(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell jiġu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 65(5) jew, jekk tkun infetħet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien dak il-perjodu, mid-data ta’ meta tiġi miċħuda dik il-kawża jew ta’ kwalunkwe appell ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.”; |
|
(55) |
L-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej:
|
|
(56) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 65a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(57) |
It-titolu tat-Titolu VIII jġi sostitwit b’dan li ġej: “DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR MARKI KOLLETTIVI EWROPEJ U MARKI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI”; |
|
(58) |
Bejn it-titolu tat-Titolu VIII u l-Artikolu 66, l-intestatura li ġejja hija mdaħħla: “TAQSIMA 1 Il-marki kollettivi tal-Unjoni Ewropea”; |
|
(59) |
Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. It-Titoli I sa VII u IX sa XIV għandhom japplikaw għal marki kollettivi tal-Unjoni Ewropea safejn din it-Taqsima ma tipprovdix xort’ oħra.”; |
|
(60) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 67(1), il-kliem “fi żmien il-perjodu preskritt” huma sostitwiti bi “fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 74a”; huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-applikant għal marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha f’perjodu ta’ xahrejn mid-data ta’ preżentazzjoni.”; [Em. 50] |
|
(61) |
L-Artikolu 69 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 69 Osservazzjonijiet minn terzi persuni Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea huma sottomessi lill-Aġenzija skont l-Artikolu 40, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu miċħuda skont l-Artikolu 68.”; |
|
(61a) |
L-Artikolu 71(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Jistgħu jiġu sottomessi wkoll osservazzjonijiet bil-miktub skont l-Artikolu 69 rigward regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.”; [Em. 51] |
|
(62) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 74a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika l-perjodu msemmi fl-Artikolu 67(1) għall-preżentazzjoni tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka kollettiva Ewropea lill-Aġenzija u l-kontenut ta’ dawk ir-Regolamenti formali tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-Artikolu 67(2).”; [Em. 52] |
|
(63) |
Fit-Titolu VIII għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 2 Marki Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni Artikolu 74b Marki Ewropej ta’ Ċertifikazzjoni 1. Il-marka Ewropea ta’ ċertifikazzjoni għandha tkun marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea li hija deskritta b’dan il-mod meta ssir l-applikazzjoni u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew servizzi li huma ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-oriġini ġeografika, il-materjal, il-metodu ta’ manifattura ta’ oġġetti jew tat-twettiq tas-servizzi, il-kwalità, il-preċiżjoni jew karatteristika oħra minn prodotti u servizzi li mhumiex ċertifikati b’dan il-mod. 2. Kwalunkwe persuna ġuridika, inklużi istituzzjonijiet, awtoritajiet u korpi rregolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għal marki ta’ ċertifikazzjoni sakemm:
3. B'deroga mill-Artikolu 7(1)(c), sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej skont it-tifsira tal-paragrafu 1. Marka ta’ ċertifikazzjoni ma tagħtix jedd lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil parti terza milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm il-parti terza tużahom skont il-prattika onesta fl-oqsma tal-industrija u tal-kummerċ; Marka ta’ ċertifikazzjoni ma tistax tiġi invokata kontra parti terza li hija intitolata li tuża isem ġeografiku. 4. It-Titoli I sa VII u IX sa XIV għandhom japplikaw għal marki ta’ ċertifikazzjoni Ewropej safejn din it-Taqsima ma tipprovdix xort’ oħra. Artikolu 74c Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka 1. Applikant għal marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni fil-perjodu preskritt f’konformità mal-Artikolu 74k f’perjodu ta’ xahrejn mid-data ta’ preżentazzjoni . [Em. 53] 2. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-karatteristiċi li għandhom ikunu ċċertifikati mill-marka, kif il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jittestja dawk il-karatteristiċi u jissorvelja l-użu tal-marka kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Artikolu 74d Rifjut tal-applikazzjoni 1. Minbarra raġunijiet għal rifjut ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea previsti fl-Artikoli 36 u 37, applikazzjoni għal marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandha tiġi rrifjutata fejn l-Artikoli 74b u 74c mhumiex sodisfatti, jew fejn ir-regolamenti li jirregolaw l-użu huma kuntrarji għall-politika pubblika jew għall-prinċipji aċċettati tal-moralità. 2. Applikazzjoni għal marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandha wkoll tiġi rifjutata jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikat tal-marka, b'mod partikolari jekk aktarx tista' tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka ta’ ċertifikazzjoni. 3. Applikazzjoni ma għandhiex tiġi rifjutata jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2. Artikolu 74e Osservazzjonijiet minn partijiet terzi Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea huma sottomessi lill-Aġenzija skont l-Artikolu 40, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandha tiġi rifjutata skont l-Artikolu 74d. Artikolu 74f L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka 1. Il-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandu jippreżenta lill-Aġenzija kull regolamenti emendati li jirregolaw l-użu. 2. L-emenda ma għandhiex tissemma fir-Reġistru jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 74c jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 74d. 3. Jistgħu jiġu sottomessi wkoll osservazzjonijiet bil-miktub skont l-Artikolu 74e għandu japplika għal rigward regolamenti emendati li jirregolaw l-użu. [Em. 54] 4. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta’ meta referenza għall-emenda titniżżel fir-Reġistru. Artikolu 74 g Trasferiment B’deroga mill-Artikolu 17(1), marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea tista' tiġi trasferita biss lil persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 74b(2). Artikolu 74h Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta’ vjolazzjoni 1. Biss il-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea jew kwalunkwe persuna speċifikament awtorizzata minnu għal dak l-għan għandhom ikunu intitolati jiftħu kawża ta’ vjolazzjoni. 2. Il-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea huwa intitolat li jitlob kumpens f’isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka jekk dawn ikunu sofrew danni b’konsegwenza ta’ użu mhux awtorizzat tal-marka. Artikolu 74i Ir-raġunijiet għal revoka Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikolu 51, id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Aġenzija jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, meta kwalunkwe mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:
Artikolu 74j Ir-raġunijiet għal invalidità Minbarra r-raġunijiet għal invalidità previsti fl-Artikoli 52 u 53, marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea li hija rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 74d għandha tkun iddikjarata invalida mal-applikazzjoni lill-Aġenzija jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, sakemm il-proprjetarju tal-marka, billi jemenda r-Regolamenti li jirregolaw l-użu, ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 74d. Artikolu 74k Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifikaw il-perjodu msemmi fl-Artikolu 74c(1) għas-sottomissjoni jispeċifika l-kontenut formali tar-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka ta’ ċertifikazzjoni Ewropea lill-Aġenzija u l-kontenut ta’ dawk ir-regolamenti kif stabbilit fl-Artikolu 74c(2).”; [Em. 55] |
|
(64) |
L-Artikolu 75 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 75 Forma ta' deċiżjonijiet u kommunikazzjonijiet tal-Aġenzija 1. Id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija għandhom jistqarru r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Għandhom ikunu msejsa biss fuq raġunijiet jew evidenza li fuqhom il-partijiet interessati jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. 2. Kwalunkwe deċiżjoni, komunikazzjoni jew avviż mill-Aġenzija jrid jindika d-dipartiment jew diviżjoni tal-Aġenzija kif ukoll l-isem jew l-ismijiet tal-uffiċċjal jew uffiċjali responsabbli. Huma jridu jiġu ffirmati mill-uffiċċjal jew uffiċjali, jew, minflok firma, jkun hemm siġill stampat jew ittimbrat tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li l-mezz l-ieħor li jidentifika dipartiment jew diviżjoni tal-Aġenzija u l-isem tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli jew identifikazzjoni minbarra siġill jistgħu jintużaw fejn id-deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet jew avviżi mill-Aġenzija huma trażmessi permezz ta’ telecopier jew kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor.”; |
|
(65) |
Fl-Artikolu 76(1), tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fi proċedimenti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52, l-Aġenzija għandha tillimita l-eżaminazzjoni tagħha għar-raġunijiet u l-argumenti ppreżentati mill-partijiet.”; |
|
(66) |
Fl-Artikolu 78, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jiddetermina l-ammonti ta’ spejjeż, li għandhom jitħallsu, inklużi dawk bil-quddiem, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ kumpilazzjoni ta’ evidenza msemmija fl-Artikolu 93a(b).”; |
|
(67) |
L-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 79 In-notifikazzjoni 1. L-Aġenzija għandha, fil-prattika, tinnotifika lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar kull notifika jew kull komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi ikkalkulat terminu ta' żmien, jew li dwarhom dawk konċernati għandhom jiġu notifikati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta’ atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, jew li tagħhom tkun ġiet ordnata n-notifika mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. 2. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina liema dokumenti minbarra deċiżjonijiet soġġetti għal limitu ta’ żmien għall-appell u ċitazzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati b’ittra rreġistrata b’avviż tal-wasla. 3. Notifika tista’ ssir b’mezzi elettroniċi, li d-dettalji tagħha għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur Eżekuttiv. 4. Fejn notifika ssir permezz ta’ avviż pubbliku, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kif għandu jingħata l-avviż pubbliku u għandu jiffissa l-bidu tal-perjodu ta’ xahar li meta jiskadi, id-dokument għandu jitqies li jkun ġie notifikat.”; |
|
(68) |
L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: “Artikolu 79a Notifika ta’ telf ta’ drittijiet Meta l-Aġenzija ssib li t-telf ta’ kwalunkwe drittijiet irriżulta minn dan ir-Regolament jew l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament mingħajr ma ttieħdet ebda deċiżjoni, għandu jikkomunika dan lill-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 79. Din tal-aħħar tista’ tapplika għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni. L-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni bħal din fejn ma taqbilx mal-persuna li titlobha; inkella l-Aġenzija għandha temenda s-sejba tagħha u tinforma lill-persuna li tkun qed titlob id-deċiżjoni. Artikolu 79b Komunikazzjonijiet lill-Aġenzija Komunikazzjonijiet indirizzati lill-Aġenzija jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi l-firxa u l-kundizzjonijiet tekniċi li bihom dawk il-komunikazzjonijiet jistgħu jitressqu elettronikament. Artikolu 79c Limiti ta’ żmien 1. Il-kalkolu u t-tul tal-limiti Il-limiti taż-żmien għandhom ikunu suġġetti għar-regoli adottati skont l-Artikolu 93a(f) iridu jinkitbu bħala perjodi ta’ snin, xhur, ġimgħat jew ġranet sħaħ. Il-kalkolu għandu jibda mill-jum wara l-jum li fih seħħ il-fatt rilevanti. [Em. 56] 2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi qabel il-bidu ta’ kull sena kalendarja l-jiem li fihom l-Aġenzija ma tkunx miftuħa biex tirċievi d-dokumenti jew li fihom il-posta ordinarja ma tiġix ikkonsenjata fil-lokalità li fihom l-Aġenzija tinsab. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina d-dewmien tal-perjodu ta’ waqfien f’każ ta’ interruzzjoni ġenerali fit-twassil ta’ posta fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija tinsab jew f’każ veru ta’ interruzzjoni ta’ konnessjoni tal-Aġenzija ma’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. 4. F’każ li avveniment straordinarju bħal diżastru naturali jew strajk jinterrompi jew ifixkel il-komunikazzjoni bejn il-partijiet fil-proċedimenti u l-Aġenzija jew viċi-versa, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista' jiddetermina li għall-partijiet fil-proċedimenti li għandhom ir-residenza tagħhom jew uffiċċju reġistrat fl-Istat ikkonċernat jew li appuntaw rappreżentant li għandu post ta' negozju fl-Istat ikkonċernat, il-limiti kollha ta' żmien li kellhom jiskadu fid-data jew wara d-data li fiha jkun beda dan l-avveniment, kif iddeterminati minnu, għandhom jiġu estiżi sa data ddeterminata minnu. Fid-determinazzjoni ta' dik id-data, huwa għandu jevalwa meta l-avveniment eċċezzjonali jasal fi tmiem. Jekk l-avveniment jaffettwa s-sede tal-Aġenzija, din id-determinazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv għandha tispeċifika li tapplika fir-rigward tal-partijiet kollha fil-proċedimenti. Artikolu 79d Korrezzjoni ta’ żbalji u żvisti manifesti L-Aġenzija għandha tikkoreġi kwalunkwe żbalji lingwistiċi jew żbalji ta’ traskrizzjoni u żvisti manifesti fid-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jew żbalji tekniċi attribwibbli lill-Aġenzija fir-reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha. L-Aġenzija għandha żżomm rekords ta’ kull korrezzjoni ta' dan it-tip. ”[Em. 57]; |
|
(69) |
L-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:
|
|
(70) |
L-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:
|
|
(71) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 82a Interruzzjoni tal-proċedimenti 1. Meta tinterrompi jew tkompli bil-proċedimenti, Proċedimenti quddiem l-Aġenzija għandha tikkonforma mal-modalitajiet stabbiliti skont Artikolu 93a(i)."; għandhom ikunu interrotti:
2. Meta, fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Aġenzija tkun infurmata bl-identità tal-persuna awtorizzata li tkompli l-proċedimenti quddiem l-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tgħarraf lil dik il-persuna u lil terzi persuni interessati li l-proċedimenti għandhom ikomplu minn data li għandha tkun iffissata mill-Aġenzija. 3. Fil-każ imsemmi f'punt (c) tal-paragrafu 1, il-proċedimenti għandhom ikomplu meta l-Aġenzija tkun infurmata bil-ħatra ta’ rappreżentant ġdid tal-applikant jew meta l-Aġenzija tkun avżat lill-partijiet l-oħra bil-komunikazzjoni tal-ħatra ta’ rappreżentant ġdid tal-propretarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk, tliet xhur wara l-bidu tal-interruzzjoni tal-proċedimenti, l-Aġenzija ma tkunx ġiet infurmata bil-ħatra ta’ rappreżentant ġdid, hija għandha tinforma lill-applikant jew il-proprjetarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea:
4. Il-limiti taż-żmien, barra l-limitu taż-żmien għall-ħlas tal-miżati tat-tiġdid, fis-seħħ fil-konfront tal-applikant jew il-proprjetarju tal-marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tal-interruzzjoni tal-proċedimenti, għandhom jerġgħu jibdew mill-jum li fih ikomplu l-proċedimenti.”; [Em. 60] |
|
(72) |
L-Artikolu 83 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 83 Referenza għall-prinċipji ġenerali Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet proċedurali f’dan ir-Regolament jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tqis il-prinċipji ta’ liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti mill-Istati Membri.”; |
|
(73) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 85(1), il-kliem “skont l-istess kundizzjonijiet li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni” huwa sostitwit b’dan li ġej: bi “taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti skont Artikolu 93a(j).”; “1. Il-parti telliefa fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni, proċedimenti ta’ revoka, proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew proċedimenti ta’ appell għandha tagħmel tajjeb għall-ħlas ta’ piżijiet li jkunu saru mill-parti l-oħra kif ukoll għall-ispejjeż, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(6), li hija tkun għamlet u li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, u dawn jinkludu spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza u ta’ remunerazzjoni ta’ aġent, konsulent jew avukat, fil-limiti tal-iskali stabbiliti għal kull kategorija ta’ spejjeż […].”; [Em. 61] |
|
(74) |
Fl-Artikolu 86(2), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni u għandu jikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Aġenzija, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar tad-deċiżjoni għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, mingħajr ebda formalità oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni.”; |
|
(75) |
L-Artikolu 87 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 87 Ir-reġistru tal-marki kummerċjali Ewropej 1. L-Aġenzija għandha żżomm Reġistru, li għandu jkun fih dawk id-dettalji li għandhom jiġu reġistrati jew inklużi skont dan ir-Regolament jew b’att delegat adottat skont dan ir-Regolament. L-Aġenzija tal-marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha żżomm dan ir-Reġistru aġġornat. [Em. 62] 2. Ir-Reġistru għandu jkun miftuħ għall-ispezzjoni pubblika. Dan jista’ jinżamm b’mod elettroniku. 3. L-Aġenzija għandha żżomm bażi ta’ dejta elettronika li jkun fiha l-partikolaritajiet ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u l-entrati li saru fir-Reġistru. Il-kontenut ta’ dik il-bażi ta’ dejta jista’ jsir disponibbli għall-pubbliku. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bażi ta’ dejta u l-mod li bih il-kontenut ta’ din il-bażi ta’ dejta jista’ jsir disponibbli f’forma li tista’ tinqara minn magna, inklużi l-ħlasijiet korrispondenti.”; |
|
(76) |
L-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:
|
|
(77) |
L-Artikolu 89 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 89 Pubblikazzjonijiet perjodiċi 1. L-Aġenzija għandha tippubblika perjodikament:
Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi. 2. Il-Bulettin tal-Marki Kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ppubblikat bil-mod u l-frekwenza stabbilita mid-Direttur Eżekuttiv. 3. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li ċerti oġġetti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.”; |
|
(78) |
L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:
|
|
(79) |
L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:
|
|
(80) |
Fit-Titolu IX għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 5 Konferiment tas-setgħat Artikolu 93a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(81) |
Fit-Titolu X, it-titlu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali”; |
|
(82) |
L-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:
|
|
(83) |
Fl-Artikolu 96(c), “Artikolu 9(3), it-tieni sentenza” hija sostitwita bl-“Artikolu 9b (2)”; |
|
(84) |
Fl-Artikolu 99, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 96(a) u (c), stqarrija relatata ma’ revoka jew invalidità ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mressqa b’mezz ieħor u mhux permezz ta’ kontrotalba għandha tkun ammissibbli sakemm il-konvenut jiddikjara li d-drittijiet tal-proprjetarju ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu revokati minħabba nuqqas ta’ użu ġenwin fiż-żmien meta saret l-azzjoni ta’ vjolazzjoni.”; |
|
(85) |
L-Artikolu 100 huwa emendat kif ġej:
|
|
(86) |
Fl-Artikolu 102, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-qorti ta’ marki kummerċjali tal-Unjoni Ewropea tista’ wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li jkun jidhrilha xieraq skont iċ-ċirkostanzi tal-każ.”; |
|
(87) |
L-Artikolu 108 huwa mħassar; |
|
(88) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 113(3), il-frażi “flimkien mal-kundizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament tal-Implementazzjoni” jinbidel bi “flimkien mal-kundizzjonijiet formali stabbiliti skont l-Artikolu 114a”; huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 3. L-Aġenzija għandha tivverifika jekk il-konverżjoni mitluba twettaqx il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, partikolarment l-Artikolu 112(1), (2), (4), (5) u (6), u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, flimkien mal-kondizzjonijiet formali stabbiliti skont l-Artikolu 114a. Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu milħuqa, l-Aġenzija għandha tittrażmetti t-talba għall-konverżjoni lejn l-uffiċċji tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri speċifikati hemmhekk. ”; [Em. 72] |
|
(89) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 114(2), il-kliem “ir-Regolament tal-Implimentazzjoni” huma sostitwiti bi “atti delegati adottati skont dan ir-Regolament”; huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jew marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea li tkun trażmessa skont l-Artikolu 113 m’għandhiex tiġi soġġetta għar-rekwiżiti formali tal-liġi nazzjonali li jkunu differenti jew żejda għal dawk li jipprovdi dan ir-Regolament jew l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.”; [Em. 73] |
|
(90) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 114a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti formali li magħhom applikazzjoni għal konverżjoni ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konformi, id-dettalji tal-eżaminazzjoni tagħha, u dawk li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni tagħha.”; |
|
(91) |
Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali ssekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.”; |
|
(92) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 117, il-kliem “lill-Uffiċċju” huwa sostitwit bi “lill-Aġenzija u l-persunal tagħha”; b’dan li ġej: “Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha.”; [Em. 74] |
|
(93) |
L-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:
|
|
(94) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 120(1), il-kliem “ir-Regolament tal-Implimentazzjoni” huma sostitwiti b'“atti delegati adottati skont dan ir-Regolament”; huwa sostitwit b’dan li ġej: “ 1. L-applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, kif deskritta fl-Artikolu 26(1), u kull informazzjoni oħra li għandha tiġi ppubblikata skont dan ir-Regolament jew skont att delegat adottat skont dan ir-Regolament, għandha tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. ”; [Em. 75] |
|
(95) |
L-Artikolu 122 huwa mħassar; |
|
(96) |
L-Artikolu 123 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 123 Trasparenza 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. 2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. 3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat rispettivament. 4. L-ipproċessar tad-dejta personali mill-Aġenzija għandha tkun suġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). (*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)." (*5) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta 'data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data(ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”;" |
|
(97) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 123a Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji ta’ sigurtà li jinsabu fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (*6). L-applikazzjoni tal-prinipji tas-sigurtà għandha tkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ informazzjoni bħal din. (*6) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).”;" |
|
(98) |
Fit-Titolu XII għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 1a Kompiti tal-Aġenzija u kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza Artikolu 123b Kompiti tal-Aġenzija 1. L-Aġenzija għandu jkollha dawn il-kompiti li ġejjin:
2. L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, awtoritajiet, korpi, uffiċċji tal-proprjetà industrijali, organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi fir-rigward tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1. 3. L-Aġenzija tista’ tipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni u arbitraġġ volontarja sabiex tgħin lill-partijiet biex jilħqu ftehim amikevoli. [Em. 77] Artikolu 123c Kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza ta’ prattiki u għodod 1. L-Aġenzija u l-uffiċċji għall-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jippromwovu l-konverġenza ta’ prattiki u għodod fil-qasam tal-marki kummerċjali u d-disinji. Din il-kooperazzjoni għandha tkopri, inter alia, l-oqsma ta’ attività li ġejjin: [Em. 78]
2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, telaboraw u tikkoordina proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni għall-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-oqsma msemmija fil-paragrafu 1. Id-definizzjoni tal-proġett għandu jkun fiha għandha tistabbilixxi l-obbligi u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta' kull uffiċċju tal-proprjetà industrijali parteċipanti tal-Istati Membri u tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux. Waqt il-fażijiet kollha tal-proġetti komuni, l-Agenzija għandha tikkonsulta mar-rappreżentanti tal-utenti. [Em. 79] 3. L-uffiċċju tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux għandhom jipparteċipaw b’mod effettiv fi proġetti komuni msemmija fil-paragrafu 2 bil-għan li jiġu żgurati l-iżvilupp, il-funzjonament, u l-interoperabbiltà tagħhom, u jinżammu aġġornati. Madankollu, jekk l-eżitu ta’ dawk il-proġetti jirriżulta fl-iżvilupp ta’ strumenti li Stat Membru, b'deċiżjoni sostanzjata, iqis li huma ekwivalenti għall-istrumenti li diġà jeżistu f'dak l-Istat Membru, il-parteċipazzjoni fil-proġett ta' kooperazzjoni ma għandhiex twassal għal obbligu li jiġu implimentati r-riżultati f'dak l-Istat Membru. [Em. 80] 4. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għal proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni għall-Unjoni u l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 sakemm dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata parteċipazzjoni effettiva tal-uffiċċji tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux fil-proġetti skont it-tifsira tal-paragrafu 3. Dan l-appoġġ finanzjarju jista’ jieħu l-forma ta’ għotjiet. L-ammont totali tal-finanzjament ma għandux jaqbeż 10 % l-20 % tad-dħul annwali tal-Aġenzija u għandhu jkopri l-ammont minimu għal kull Stat Membru għall-finijiet relatati mill-qrib mal-parteċipazzjoni fi proġetti komuni . Il-benefiċjarji ta’ għotjiet għandhom ikunu l-uffiċċju tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux. L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħiet għall-proposti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija u l-prinċipji ta’ proċeduri tal-għotja li jinsabu fir-Regolament Finanzjarju (UE , Euratom ) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) u fir-Regolament ta’ delega Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (*11). [Em. 81] (*7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1)." (*8) Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 dwar l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta 'rappreżentanti tas-settur pubbliku u dak privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1)." (*9) Direttiva 2012/28/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użijiet permessi ta 'xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5)." (*10) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)" (*11) Kummissjoni Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).”" |
|
(99) |
Fit-Titolu XII, it-Taqsimiet 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “TAQSIMA 2 Bord ta’ Tmexxija Artikolu 124 Funzjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija 1. Mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet attribwiti lill-Kumitat tal-Baġit fit-Taqsima 5, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
2. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal u 142 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, deċiżjoni msejsa fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega ta’ poteri tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat biex jgħaddi permezz ta’ sottodelega dawk is-setgħat. Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv. [Em. 84] Artikolu 125 Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija 1. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant tal-Parlament Ewropew u l-alternati rispettivi tagħhom. [Em. 85] 2. Bla ħsara għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. 3. It-tul tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin. Dan il-mandat jista' jiġġedded. Artikolu 126 Il-President tal-Bord ta’ Tmexxija 1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi president u viċi president minn fost il-membri tiegħu. Il-viċi president għandu ex officio jissostitwixxi liċ-chairman f'każ li dan ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu. 2. It-terminu tal-mandat tal-president u tal-viċi president għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat tagħhom ikun jista’ jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku. Artikolu 127 Laqgħat 1. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jissejħu mill-president tiegħu. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord ta’ Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor. 3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jorganizza laqgħa ordinarja darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva tal-president tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni , tal-Parlament Ewropew jew ta' terz tal-Istati Membri. [Em. 87] 4. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta regoli ta' proċedura. 5. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madanakollu, maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu għandhom ikunu meħtieġa għal deċiżjonijiet li l-Bord ta’ Tmexxija għandu s-setgħa li jieħu skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu l-Artikolu 124(1)(a) u (b), l-Artikolu 126(1) u l-Artikolu 129(2) u (4 3 ). Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu biss vot wieħed. [Em. 88] 6. Il-Bord ta’ Tmexxija jista' jistieden osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu. 7. Is-Segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija. TAQSIMA 2a Bord Eżekuttiv Artikolu 127a Twaqqif Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jistabbilixxi Bord Eżekuttiv. Artikolu 127b Funzjonijiet u organizzazzjoni 1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord ta’ Tmexxija. 2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
3. Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord ta’ Tmexxija, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inklużi s-sospensjoni tad-delega ta’ setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra. 4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord ta’ Tmexxija, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni fil-Bord ta’ Tmexxija u tliet membri oħra maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija minn fost il-membri tiegħu. Il-President tal-Bord ta’ Tmexxija għandu wkoll ikun il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot. 5. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ erba’ snin. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta s-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tieqaf. 6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jorganizza mill-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, hu għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu. 7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonforma mar-regoli ta’ proċedura stabbiliti mill-Bord ta’ Tmexxija. [Em. 86] TAQSIMA 3 Id-Direttur Eżekuttiv Artikolu 128 Funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv 1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti kont lill-Bord ta’ Tmexxija. 2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Kummissjoni, il-Bord ta’ Tmexxija, u l-Kumitat għall-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. 4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu b’mod partikolari l-funzjonijiet li ġejjin:
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi għandu jieħu postu skont il-proċedura stabbilita mill-Bord ta’ Tmexxija. Artikolu 129 Ħatra u tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u l-estensjoni tat-tul tal-kariga tiegħu 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija, minn lista ta’ mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni minn kumitat ta’ qabel l-għażla tal-Bord ta’ Tmexxija magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti u l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u postijiet oħra . Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Tmexxija jista’ jkun mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem kwalunkwe kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jsiru mill-membri tiegħu. Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord ta’ Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni , wara li jkun ġie ppreparat rapport ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni fuq talba tal-Bord ta' Tmexxija jew tal-Parlament Ewropew. 3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni il-Bord ta’ Tmexxija għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal aktar minn ħames snin. Il-Bord ta' Tmexxija, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, għandu jikkunsidra r-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv kif ukoll il-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija. 4. Il-Bord ta’ Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin. 5. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali. 6. Id-Deputat Direttur Eżekuttiv jew Deputati Diretturi Eżekuttivi għandhom jinħatru jew jitneħħew mill-kariga kif previst fil-paragrafu 2, wara konsultazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv jew, fejn applikabbli, id-Direttur Eżekuttiv elett. Il-mandat tad-Deptutat Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Dan jista’ jiġi estiż darba għal mhux aktar minn ħames snin mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni kif previst fil-paragrafu 4, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv.”; [Em. 92] |
|
(100) |
L-Artikolu 130 huwa emendat kif ġej:
|
|
(101) |
Fl-Artikolu 132(2), it-tieni sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej: “F’każijiet speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 144a(c), id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.”; |
|
(102) |
L-Artikolu 133 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 133 Dipartiment fdat biż-żamma tar-Reġistru 1. Id-Dipartiment fdat biż-żamma tar-Reġistru għandu jkun responsabbli għal deċiżjonijiet li jirrigwardaw entrati fir-Reġistru. 2. Huwa responsabbli wkoll għaż-żamma ta’ lista ta’ rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(2). 3. Id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment għandhom jittieħdu minn membru wieħed.”; |
|
(103) |
L-Artikolu 134 huwa emendat kif ġej:
|
|
(104) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 134a li ġej: “Artikolu 134a Kompetenza Ġenerali Id-deċiżjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ eżaminatur, ta’ Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ta’ Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew id-Dipartiment fdati biż-żamma tar-Reġistru, għandhom jittieħdu minn kull uffiċjal jew unità waħda maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak l-għan.”; |
|
(105) |
L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej:
|
|
(106) |
L-Artikolu 136 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 136 L-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell 1. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 129 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, għal terminu ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux ikunu mneħħija mill-kariga matul dan it-terminu, sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u sakemm il-Qorti tal-Ġustizja, b'applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, ma tkunx ħadet deċiżjoni dwar dan l-aspett. 2. Il-mandat tal-President tal-Bordijiet tal-Appell jista’ jiġi estiż darba għal perjodu addizzjonali wieħed ta’ ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tkun milħuqa matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tiegħu mill-Bord ta’ Tmexxija. 3. Il-mandat tal-presidenti tal-Bordijiet jista’ jiġi estiż għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tkun milħuqa matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord ta’ Tmexxija, soġġetti għal opinjoni favorevoli mill-President tal-Bordijiet tal-Appell. 4. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jkollu l-funzjonijiet maniġerjali u organizzazzjonali li ġejjin:
Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jippresjedi fuq il-Bord imkabbar. 5. Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija għal terminu ta' ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid wara li tkun saret evalwazzjoni pożittiva tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord ta’ Tmexxija, soġġetti għal opinjoni favorevoli mill-President tal-Bordijiet tal-Appell. 6. Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx ikunu mneħħija mill-kariga sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, wara li l-każ ikunu ġie referut lilha mill-Bord ta’ Tmexxija fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet tal-Appell, wara li jkun ikkonsulta mal-president tal-Bord li tiegħu l-membru jappartieni, jieħu deċiżjoni għal dan l-iskop. 7. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu independenti. Fid-deċiżjonijiet tagħhom dawn ma għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet. 8. Deċiżjonijiet meħuda minn Bord imkabbar dwar appelli jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-liġi riferiti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 135 għandhom jorbtu fuq l-istanzi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 130. 9. Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma jistgħux ikunu l-eżaminaturi jew il-membri tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Dipartiment fdati biż-żamma tar-Reġistru jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellament. Artikolu 136a Ċentru ta’ medjazzjoni u arbitraġġ 1. L-Aġenzija tista’ twaqqaf ċentru ta’ medjazzjoni u arbitraġġ, li jkun indipendenti mill-każijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li huma elenkati fl-Artikolu 130. Iċ-ċentru għandu jkun qiegħed fil-bini tal-Aġenzija. 2. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tuża s-servizzi taċ-ċentru fuq bażi volontarja, bil-għan li jissolva tilwim, permezz ta' ftehim reċiproku, li jaqa’ taħt dan ir-Regolament u taħt din id-Direttiva …. 3. L-Aġenzija fuq inizjattiva tagħha stess ukoll tista’ tibda proċedura ta' arbitraġġ, bil-għan li tagħti lill-partijiet l-opportunità li jilħqu ftehim b'kunsens komuni.. 4. Iċ-ċentru huwa mmexxi minn Direttur li għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet taċ-ċentru. 5. Id-Direttur huwa maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija. 6. Iċ-ċentru għandu jistabbilixxi regoli ta’ medjazzjoni u arbitraġġ u jistabbilixxi regoli għall-ħidma taċ-ċentru. Ir-regoli ta’ medjazzjoni u arbitraġġ u r-regoli jeħtieġu li jiġu kkonfermati mill-Bord ta’ Tmexxija. 7. Iċ-ċentru għandu jħejji reġistru ta’ medjaturi u arbitri sabiex jgħinu lill-partijiet isolvu t-tilwim tagħhom. Dawn għandhom ikunu indipendenti u jkollhom ħiliet u esperjenza rilevanti. Il-lista teħtieġ l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija. 8. L-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjoni tal-Istitut jew il-Bordijiet ta’ Appell ma jistgħu jieħdu sehem f'ebda medjazzjoni jew arbitraġġ rigward każ li fih huma:
9. L-ebda persuna li tiġi msejħa biex tixhed bħala membru ta’ bord ta’ arbitraġġ jew medjazzjoni ma tista’ tkun involuta fl-oġġezzjoni, l-annullament jew il-proċeduri li taw lok għall-proċess ta’ medjazzjoni jew arbitraġġ.”; [Em. 93] |
|
(107) |
L-Artikolu 138 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 138 Il-Kumitat tal-Baġit 1. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jkollu l-funzjonijiet assenjati lilu f'din it-Taqsima. 2. L-Artikoli 125, 126 u 127(1) sa (4), (6) u (7) għandhom japplikaw għall-Kumitat tal-Baġit mutatis mutandis. 3. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madanakollu, maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu għandhom ikunu meħtieġa għad-deċiżjonijiet li l-Kumitat tal-Baġit għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikoli 140(3) u 143. Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu biss vot wieħed.”; |
|
(108) |
Fl-Artikolu 139 għandu jiżdied il-paragrafi li ġejjin: “4. L-Aġenzija għandha tħejji fuq bażi ta’ kull sentejn rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Fuq il-bażi ta’ dan dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija."; [Em. 94] 4a. L-Aġenzija għandha tipprovdi fond ta’ riserva li jkopri sena tal-infiq operattiv tagħha sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet tagħha.” [Em. 95] |
|
(109) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 141a Ġlieda kontra l-frodi 1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) l-Aġenzija għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija bl-użu ta’ template stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim. 2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija. 3. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (*13) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dan l-awditjar u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. 5. Il-Kumitat tal-Baġit għandu jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji tal-frodi wara li jikkunsidra l-benefiċċju relatat mal-kost tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.; (*12) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1)." (*13) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, fuq il-post 15.11 0.1996, p. 2).”" |
|
(110) |
L-Artikolu 144 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 144 Miżati 1. Minbarra l-miżati imsemmija fl-Artikoli 26(2), 36(1)(c), 41(3), 44(4), 47(1) u (3), 49(4), 56(2), 60, 81(3), 82(1), 113(1) u 147(5), għandhom jiġu imposti miżati fil-każijiet li ġejjin:
2. L-ammonti tal-miżati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti f’livell fil-livelli stabbiliti fl-Anness -I sabiex jiġi żgurat li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti biex il-baġit tal-Aġenzija jiġi bbilanċjat filwaqt li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ eċċessi sinifikanti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 139(4), il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-livell ta’ miżati jekk bilanċ favorevoli sinifikanti jsir rikorrenti. Jekk din ir-reviżjoni ma twassalx għal tnaqqis jew modifika fil-livell ta’ miżati li għandu l-effett li jipprevjeni akkumulazzjoni ulterjuri ta’ bilanċ favorevoli sinifikanti, il-bilanċ favorevoli akkumulat wara r-reviżjoni għandu jiġi trasferiti għall-baġit tal-Unjoni. [Em. 96] 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas għal servizzi pprovduti mill-Aġenzija għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u għal pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-att delegat adottat skont Artikolu 144a(d). L-ammont tat-tariffa ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż ta’ servizz speċifiċi mogħtija mill-Aġenzija. 4. Skont il-kriterji stabbiliti fl-att delegat adottat skont Artikolu 144a(d), id-Direttur Eżekuttiv jista’ jieħu l-miżuri li ġejjin:
Meta l-metodi ta’ ħlas imsemmija fil-punt (a) jistgħu jintużaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha tali pagamenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala li saru lill-Aġenzija.”; |
|
(111) |
It-Taqsima li ġejja hi miżjuda: “TAQSIMA 6 Delegazzjoni tas-setgħat Artikolu 144a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 sabiex tistabbilixxi:
|
|
(112) |
Fl-Artikolu L-Artikolu 145, il-kliem “ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tiegħu” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “atti delegati adottati skont dan ir-Regolament”; huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 145 L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet “Ħlief jekk speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, dan ir-Regolament u l-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament għandhom jgħoddu għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet internazzjonali taħt il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki, adottat f'Madrid fis-27 ta’ Ġunju 1989 (minn issa ’l quddiem imsejħa ‘applikazzjonijiet internazzjonali’ u ‘l-Protokoll ta’ Madrid’ rispettivament), ibbażati fuq applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jew fuq marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u għal reġistrazzjonijiet ta’ marki fir-reġistri internazzjonali miżmuma mill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà (minn issa ’l quddiem imsejħa ‘reġistrazzjonijiet internazzjonali’ u ‘l-Bureau Internazzjonali’, rispettivament) li jinnominaw l-Unjoni Ewropea.”; [Em. 99] |
|
(113) |
Fl-Artikolu 147, il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “4. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' miżata lill-Aġenzija. Fejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea ladarba tkun reġistrata, il-miżata għandha tkun dovuta fid-data ta’ reġistrazzjoni tal- marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea . L-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li ma ġietx ippreżentata sakemm il-miżata meħtieġa tkun ġiet imħallsa. 5. L-applikazzjoni internazzjonali għandha tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti skont l-Artikolu 161a(a). 6. L-Aġenzija għandha teżamina jekk l-applikazzjoni internazzjonali tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 146 u fil-paragrafi 1, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu. 7. L-Aġenzija għandha tibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali malajr kemm jista' jkun.”;[Em. 100] |
|
(114) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 148a Notifika tal-invalidità tal-applikazzjoni jew reġistrazzjoni bażika Fi żmien Waqt ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Bureau Internazzjonali dwar il-fatti kwalunkwe fatt u d-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-validità ta’ applikazzjoni għal marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jew ir-reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali tal-Unjoni Ewropea li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata.”; [Em. 101] |
|
(115) |
“It-talba għandha tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti skont l-Artikolu 161a(c).”; [Em. 102] |
|
(116) |
L-Artikolu 154(4) huwa mħassar; |
|
(117) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 154a Marki kollettivi u ta’ ċertifikazzjoni Fejn reġistrazzjoni internazzjonali hija bbażata fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka ta’ ċertifikazzjoni jew marka ta’ garanzija, l-Aġenzija għandha tikkonforma mal-proċeduri previsti skont Artikolu 161a(f).”, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li ħatret l-Unjoni Ewropea għandha tiġi kkunsidrata bħala l-marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea . Id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jissottometti r-regolamenti li jawtorizzaw l-użu tal-marka kif prevista fl-Artikolu 67 direttament lill-Aġenzija fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Aġenzija. ; [Em. 103] |
|
(118) |
L-Artikolu 155 huwa mħassar; |
|
(119) |
L-Artikolu 156 huwa emendat kif ġej:
|
|
(120) |
L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: “Artikolu 158a Effett legali tar-reġistrazzjoni tat-trasferiment Ir-rekordjar ta’ tibdil fil-pussess tar-reġistrazzjoni internazzjonali fuq ir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħall-entrata tat-trasferiment fir-Reġistru skont l-Artikolu 17. Artikolu 158b Effetti legali ta reġistrazzjoni ta' liċenzi u drittijiet oħra Ir-rekordjar ta’ liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt tal-kontroll tad-detentur fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja, dritt in rem, taxxa ta’ eżekuzzjoni jew proċedimenti ta’ insolvenza fir-reġistru skont l-Artikoli 19, 20, 21 u 22 rispettivament. Artikolu 158c Eżaminazzjoni ta' talbiet għal reġistrazzjonijiet ta’ trasferimenti, liċenzji u restrizzjonijiet tad-dritt tal-kontroll tad-detentur L-Aġenzija għandha tittrażmetti talbiet biex tiġi rreġistrata bidla fil-pussess, liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt tal-kontroll tad-detentur, l-emenda jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja jew it-tneħħija ta’ restrizzjoni tad-dritt tal-kontroll tad-detentur li ġew iffajljati sottomessi miegħu lill-Bureau Internazzjonali fil-każijiet speċifikati skont Artikolu 161a(h).”; [Em. 105] |
|
(121) |
L-Artikolu 159 huwa emendat kif ġej:
|
|
(122) |
Fit-Titolu XIII għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja: “TAQSIMA 4 Konferiment tas-setgħat Artikolu 161a Delegazzjoni tas-setgħat Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163 li jispeċifika:
|
|
(123) |
L-Artikolu 162 huwa mħassar; |
|
(124) |
L-Artikolu 163 huwa mħassar; |
|
(125) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 163a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 24a, 35a, 45a, 49a, 57a, 65a, 74a, 74k, 93a, 114a, 144a u 161a għandha tiġi konferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat. 3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 24a, 35a, 45a, 49a, 57a, 65a, 74a, 74k, 93a, 114a, 144a u 161a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn (2) erba' xhur (4) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 110] |
|
(126) |
L-Artikolu 164 huwa mħassar; |
|
(127) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 165a Evalwazzjoni u reviżjoni 1. Sal-2019, u kull ħames snin minn hemm’ il quddiem, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni tevalwa dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 112] 2. L-evalwazzjoni għandha tirrevedi l-qafas legali għall-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux, b’attenzjoni partikolari għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament. L-evalwazzjoni għandha tkompli tivvaluta l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. 3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi. 4. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija wara li jitqiesu l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li t-tkomplija tal-Aġenzija ma għadhiex iġġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti assenjati tagħha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi revokat.” |
|
(127a) |
Jiddaħħal l-Anness li ġej: “Anness -I Ammont ta’ miżati Il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 2868/95 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
[Em. 111] |
Artikolu 1a
Regolament (KE) Nru 2868/95 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Ir-Regola 4 hija mħassra; |
|
(2) |
L-Artikolu 30(2) huwa mħassar; [Em. 113] |
Artikolu 1b
Regolament (KE) Nru 2869/95 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness (*14) . [Em. 114]
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [speċifika data 90 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].
Artikolu 1(9), (10)(b), (21), (22), (23), (25), (26), (27), (29), (30), (31), (34), (37), (38), (41), (44), (46), (57), (58), (59), (60), (61), (63), (64), (66), (67), (68), (69), (70), (71), (72), (73), (75), (76), (77), (78), (79), (88), (89), (93), (94), (99) ħlief sa fejn dan ikollu x’jaqsam mal-Artikolu 128(4)(n), (101), (103)(b), (105)(d), (112), (113), (114), (115), (117), (120), (123) u (124) għandhom japplikaw mill-ewwel xahar wara t-18-il xahar wara d-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parliament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1).
(5) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks(ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).
(6) COM(2008)0465.
(7) ĠU C 140, 29.5.2010, p. 22.
(8) COM(2011)0287.
(9) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 214.
(10) Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).
(11) Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trade marks u d-Disinji) (ĠU L 303, 15.12.1995, p. 33).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 303, 15.12.1995, p. 1).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(15) ĠU C 32, 4.2.2014, p. 23.
(*14) It-tabella ta' korrelazzjoni titfassal skont il-konklużjonijiet tal-ftehim interistituzzjonali ta' dan ir-Regolament.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/262 |
P7_TA(2014)0119
Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (riformulazzjoni) (COM(2013)0162 – C7-0088/2013 – 2013/0089(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2017/C 285/35)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0162), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0088/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0032/2014), |
|
A. |
billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta’ sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 42
P7_TC1-COD(2013)0089
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 (1) tiegħu, [Em. 1]
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Se jsiru għadd ta’ emendi lid- Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal iktar ċarezza dik id- Direttiva għandha tiġi riformulata. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/95/KE għandha dispożizzjonijiet ċentrali armonizzati ta’ liġi sostantiva dwar it-trade marks li fil-waqt tal-adozzjoni kienu meqjusa li jaffettwaw b’mod dirett il-funzjonament tas-suq intern billi jimpedixxu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-provvista ta’ servizzi fl-Unjoni. |
|
(3) |
Il-protezzjoni tat-trade mark fl-Istati Membri teżisti flimkien mal-protezzjoni disponibbli fil-livell permezz tat-trade marks tal-Komunità li huma drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta' karattru unitarju u validi madwar l-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (4). Il-koeżistenza tas-sistemi tat-trade marks fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni tikkostitwixxi l-pedament tal-approċċ tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. |
|
(4) |
Minbarra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali (5), il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament sħiħ tas-sistema tat-trade marks fl-Ewropa kollha, filwaqt li kopriet il-livelli tal-Unjoni u dawk nazzjonali u l-interrelazzjoni bejn kull wieħed. |
|
(5) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta' Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-Sistema tat-Trade Marks fl-Unjoni Ewropea (6), il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u d-Direttiva 2008/95/KE. Filwaqt li tagħmel dan, ir-reviżjoni ta' din tal-aħħar għandha tinkludi miżuri biex tagħmilha aktar konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u , li għaldaqstant jitnaqqsmu l-oqsma ta' diverġenzi fis-sistema tat-trade marks fl-Ewropa kollha , filwaqt li tinżamm il-protezzjoni nazzjonali tat-trade marks bħala għażla attraenti għall-applikanti. F’dan il-kuntest, għandha tiġi żgurata r-relazzjoni kumplementarja ta' bejn is-sistema tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea u s-sistemi tat-trade marks nazzjonali . [Em. 2] |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-Komunikazzjoni tagħha “Suq Uniku għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali” tal-24 ta’ Mejju 2011 (7) li sabiex tissodisfa d-domandi li żdiedu mill-partijiet interessati għal kwalità aktar rapida u aħjar, sistemi aktar sempliċi ta’ reġistrazzjoni tat-trade marks, li huma aktar konsistenti, faċli għall-utent, aċċessibbli għall-pubbliku u teknoloġikament aġġornati, jeħtieġ li s-sistema tat-trade marks tiġi modernizzata fl-Unjoni kollha u tkun adatta għall-era tal-Internet. |
|
(7) |
Il-konsultazzjoni l-evalwazzjoni għall-iskop ta' din id-Direttiva wrew li minkejja l-armonizzazzjoni parzjali preċedenti tal-liġijiet nazzjonali, l-ambjent Ewropew tan-negozju jibqa' eteroġenu ħafna, billi jillimita l-aċċessibbiltà għall-protezzjoni tat-trade marks b’mod ġenerali u għaldaqstant għandu effett detrimentali fuq il-kompetittività u t-tkabbir. |
|
(8) |
Sabiex jintlaħaq l-għan ta’ trawwim u ħolqien ta’ suq uniku li jiffunzjona tajjeb u biex ikunu ffaċilitati x-xiri u l-protezzjoni ta’ trade marks fl-Unjoni, għaldaqstant huwa meħtieġ li wieħed imur lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni ta' approssimazzjoni miksub mid-Direttiva 2008/95/KE u jestendi l-approssimazzjoni tal-aspetti kollha ta' liġi sostantiva dwar it-trade marks li tirregola trade marks protetti permezz tar-reġistrazzjoni kif koperti bir-Regolament (KE) Nru 207/2009. |
|
(9) |
Sabiex ir-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Unjoni ssir aktar faċli biex wieħed jiksibha u jamministraha, huwa essenzjali li ssir approssimazzjoni mhux biss tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi sostantiva iżda wkoll tar-regoli proċedurali. Għaldaqstant, regoli proċedurali prinċipali fl-Istati Membru u fis-sistema Ewropea tat-trade marks, inklużi dawk li d-diverġenzi joħolqu problemi ewlenin għall-funzjonament tas-suq intern, għandhom ikunu allinjati. Fir-rigward tal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali huwa biżżejjed li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew liberi sabiex jistabbilixxu regoli aktar speċifiċi. |
|
(10) |
Huwa fundamentali li jiġi żgurat li t-trade marks reġistrati jgawdu mill-istess protezzjoni skont is-sistemi legali tal-Istati Membri kollha, u li l-protezzjoni tat-trade marks fil-livell nazzjonali hija l-istess bħall-protezzjoni tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea . B’konformità mal-protezzjoni estensiva mogħtija lit-trade marks Ewropej tal-Unjoni Ewropea li għandha reputazzjoni fl-Unjoni, għandha tingħata protezzjoni estensiva wkoll fil-livell nazzjonali lit-trade marks kollha reġistrati li għandhom reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. [Em. 3. Din l-emenda tapplika fit-test kollu] |
|
(11) |
Id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi d-dritt tal-Istati Membri li jkomplu jipproteġu t-trade marks miksuba permezz ta’ użu, iżda għandha tikkunsidrahom biss fir-rigward tar-relazzjoni ma t-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni. |
|
(12) |
Il-kisba tal-għanijiet li għalihom taspira din l-approssimazzjoni tal-liġijiet tirrikjedi li l-kundizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark reġistrata jkunu ġeneralment identiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(13) |
Għal dan l-iskop, huwa meħtieġ li jkunu elenkati eżempji ta’ sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark, sakemm dawn is-sinjali jkunu kapaċi jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra. Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi tas-sistema ta' reġistrazzjoni għat-trade marks, li għandhom jiżguraw ċertezza legali u amministrazzjoni soda, huwa essenzjali wkoll li jkun meħtieġ li s-sinjal jkun ikun kapaċi jiġi rappreżentat fir-reġistru b’tali mod li jippermetti determinazzjoni preċiża tas-suġġett ta’ protezzjoni jkun ċar, preċiż, komplut fih innifsu, faċilment aċċessibbli, durabbli u oġġettiv . Għaldaqstant għandu jkun permess sinjal biex ikun rappreżentat fi kwalunkwe forma, u għaldaqstant mhux bilfors permezz ta’ mezzi grafiċi, sakemm ir-rappreżentazzjoni tuża teknoloġija li tkun ġeneralment disponibbli u li toffri garanziji sodisfaċenti għal dan il-għan. [Em. 4] |
|
(14) |
Barra minn hekk, ir-raġunijiet għal rifjut jew nullità li jikkonċernaw it-trade mark stess, inkluż in-nuqqas ta’ kwalunkwe karattru distint, jew li jikkonċernaw konflitti bejn it-trade mark u d-drittijiet preċedenti, għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti, anki jekk ċerti minn dawn ir-raġunijiet huma elenkati bħala għażla għall-Istati Membri li għandhom ikunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċu dawk ir-raġunijiet fil-leġislazzjoni tagħhom. |
|
(15) |
Sabiex ikun żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni mogħtija lill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni huma applikati b’mod uniformi u eżawrjenti fl-eżami ta’ raġunijiet assoluti u relattivi għar-rifjut fl-Unjoni, din id-Direttiva għandha tinkludi l-istess dispożizzjonijiet b’rabta mal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 207/2009. |
|
(16) |
Il-protezzjoni mogħtija lit-trade marks reġistrati, li l-funzjoni tagħhom hi partikolarment li jiggarantixxu t-trade mark bhala indikazzjoni ta’ oriġini, għandha tkun assoluta fil-każ ta’ identità bejn il-marka u s-sinjal u l-merkanzija jew is-servizzi. Il-protezzjoni għandha tapplika wkoll f’każ ta’ similarità bejn il-marka u l-merkanzija jew is-servizzi. Hu indispensabbli li tingħata interpretazzjoni tal-kunċett ta’ similarità relatata mal-possibbiltà ta’ konfużjoni. Il-possibbiltà ta’ konfużjoni, li l-apprezzament tagħha jiddipendi fuq ħafna elementi u, partikolarment fuq ir-rikonoxximent tat-trade mark fis-suq, l-assoċjazzjoni li tista’ ssir mas-sinjal użat jew registrat, il-grad ta’ similarità bejn it-trade mark u s-sinjal u bejn il-merkanzija jew servizzi identifikati, għandha tikkostitwixxi l-kundizzjoni speċifika għal tali protezzjoni. Il-metodi għad-determinazzjoni tal-possibbiltà ta’ konfużjoni u partikolarment l-oneru tal-prova, għandhom ikunu kwistjoni għar-regolamenti proċedurali nazzjonali li ma għandhomx jiġu preġudikati minn din id-Direttiva. |
|
(17) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta’ prijorità, li skonti trade mark reġistrata aktar kmieni tieħu preċedenza fuq trade marks reġistrati aktar tard, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-infurzar tad-drittijiet mogħtija minn trade mark għandhom ikunu bla ħsara għad-drittijiet ta' proprjetarji miksuba qabel il-preżentazzjoni jew id-data prijoritarja tat-trade mark. Dan huwa b’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim tal-15 ta' April 1994 dwar kummerċ marbut ma’ aspetti ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (minn hawn ’il quddiem: “il-Ftehim TRIPS”) (8). |
|
(18) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li ksur ta' trade mark jista' jiġi stabbilit biss jekk ikun hemm sejba li l-marka jew sinjal ta' ksur jintuża matul il-kummerċ għal skopijiet ta’ distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi għall-oriġini kummerċjali tagħhom. L-użu għal skopijiet oħra għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali. |
|
(19) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li mhux fil-każ ta’ similarità biss iżda wkoll f’każ ta’ sinjal identiku li jintuża għal merkanzija jew servizzi identiċi, il-protezzjoni għandha tingħata lit-trade mark biss jekk u sal-limitu li l-funzjoni ewlenija tat-trade mark, li hija li tagħti l-oriġini kummerċjali tal-merkanzija u s-servizzi, hija affettwata b’mod negattiv. [Em. 5] |
|
(20) |
Il-ksur ta’ trade mark għandu jinkludi l-użu tas-sinjal bħal isem kummerċjali jew ħatra simili sakemm l-użu jkun għall-iskopijiet ta’ distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi għall-oriġini kummerċjali tagħhom. |
|
(21) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u l-konsistenza sħiħa ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi stipulat li l-proprjetarju ta' trade mark għandu jkun intitolat li jipprojbixxi parti terza milli tuża sinjal f'reklamar komparattiv fejn tali reklamar komparattiv huwa kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(22) |
Bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tat-trade marks u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni b’mod aktar effettiv, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-WTO, b'mod partikolari l-Artikolu V tal-GATT dwar il-libertà ta' transitu, il-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata għandu jkun intitolat li jipprevjeni partijiet terzi milli jġibu merkanzija fit-territorju doganali tal-Istat Membru mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn tali merkanzija tiġi minn partijiet terzi u jkollha mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li hija essenzjalment identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' din il-merkanzija. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-transitu bla xkiel ta' mediċini ġeneriċi, b'konformità mal-obbligi internazzzjonali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari kif riflessi fid-Dikjarazzjoni dwar il-ftehim TRIPS u s-saħħa pubblika adottata mill-Konferenza Ministerjali ta' Doha tad-WTO fl-14 ta' Novembru 2001.[Em. 6] |
|
(22a) |
Il-proprjetarju ta' trade mark għandu jkollu d-dritt li jieħu azzjonijiet ġuridiċi relatati, inkluż inter alia d-dritt li jitlob lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jieħdu azzjoni fir-rigward tal-prodotti li allegatament jiksru d-drittijiet tal-proprjetarju, bħall-qbid u l-qerda skont ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-proċeduri rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 fuq talba tad-detentur tad-dritt u abbażi ta' kriterji ta' analiżi tar-riskji. [Em. 7] |
|
(22b) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 jipprovdi li detentur tad-dritt jinżamm responsabbli għad-danni fil-konfront tad-detentur tal-prodotti meta, inter alia, ikun instab li l-prodotti inkwistjoni ma jkunux jiksru d-dritt ta' proprjetà intelletwali. [Em. 8] |
|
(22c) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa bil-għan li jiżguraw it-tranżitu mingħajr xkiel tal-mediċini ġeneriċi. Għalhekk, proprjetarju ta' trade mark m'għandux ikollu d-dritt li jipprevjeni lil kwalunkwe parti terza milli ġġib merkanzija, fil-kuntest ta' attività kummerċjali, fit-territorju doganali tal-Istat Membru abbażi ta' aspetti simili, perċepiti jew reali, bejn id-denominazzjoni internazzjonali komuni (INN – international non-proprietary name) għall-ingredjent attiv fil-mediċini u trade mark rreġistrata. [Em. 9] |
|
(23) |
Sabiex ikun hemm aktar prevenzjoni prevenzjoni aktar effettiva tad-dħul ta’ merkanzija ta’ ksur ffalsifikata , b’mod partikolari fil-kuntest ta’ bejgħ fuq l-Internet imwassla f'kunsinni żgħar kif definiti mir-Regolament (UE) Nru 608/2013, il-proprjetarju ta' trade mark irreġistrata b'mod valida għandu jkun intitolat li jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ tali merkanzija fl-Unjoni fejn huwa biss l-ispeditur tal-merkanzija ffalsifikata li jaġixxi għal skopijiet kummerċjali waqt il-kummerċ . F'każijiet fejn jittieħdu dawn il-miżuri, l-individwi jew l-entitajiet li ordnaw dawn il-prodotti jiġu infurmati bir-raġuni għall-miżuri kif ukoll bid-drittijiet ġuridiċi tagħhom vis-a-vis l-ispeditur. [Em. 10] |
|
(24) |
Sabiex il-proprjetarji ta' trade marks reġistrati jkunu jistgħu jiġġieldu l-falfsifikazzjoni b'mod aktar effettiv, huma għandhom ikunu intitolati li jipprojbixxu t-twaħħil ta' trade mark ta' ksur fuq merkanzija u ċerti atti preparatorji qabel it-twaħħil. |
|
(25) |
Id-drittijiet esklussivi mogħtija minn trade mark ma għandhomx jintitolaw lill-proprjetarju sabiex jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li huma użati b’mod ġust u b’konformità mal-prattiki onesti fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-ismijiet tal-kummerċ u t-trade marks kontra l-isfond li l-ismijiet kummerċjali huma ġeneralment mogħtija protezzjoni bla restrizzjoni kontra trade marks aktar tard, tali użu għandu jitqies bħala wieħed li jinkludi l-użu tal-isem personali tal-persuna stess. Dan għandu jinkludi l-użu ta’ sinjali deskrittivi u mhux distinti jew indikazzjonijiet in ġenerali. Barra minn hekk, il-proprjetarju ma għandux ikun intitolat milli jipprevjeni l-użu ġenerali ġust u onest tal-marka biex jidentifika jew jirreferi għall-merkanzija jew servizzi bħala li huma tal-proprjetarju. |
|
(26) |
Mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija jsegwi li l-proprjetarju ta' trade mark ma għandux ikun intitolat jipprojbixxi l-użu minn partijiet terzi fir-rigward ta' merkanzija li tkun tpoġġiet fiċ-ċirkulazzjoni tal-Unjoni, taħt it-trade mark, minnu jew bil-kunsens tiegħu, ħlief fejn il-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li din il-merkanzija tiġi kkummerċjalizzata aktar. |
|
(27) |
Huwa importanti, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u mingħajr ma jsir preġudizzju inġust lill-interessi ta’ proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, li jiġi stipulat li dan tal-aħħar ma jistax jitlob aktar dikjarazzjoni ta’ nullità u l-anqas ma jista’ jopponi l-użu ta’ trade mark sussegwenti għal tiegħu li tagħha huwa kuxjentement ittollera l-użu għal tul ta’ żmien sostanzjali, sakemm l-applikazzjoni għat-trade mark sussegwenti ma saritx in mala fede. |
|
(28) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu salvagwardjati b’mod leġittimu d-drittijiet tat-trade marks miksuba, huwa xieraq u meħtieġ li jiġi stabbilit, mingħajr ma jiġi affettwat il-prinċipju li t-trade mark ta’ wara ma tistax tkun infurzata kontra t-trade mark ta' qabel, li l-proprjetarji tat-trade marks ta' qabel ma għandhomx ikunu intitolati biex jiksbu rifjut jew invalidita jew jopponu għall-użu ta' trade mark tal-aħħar meta t-trade mark tal-aħħar tkun inkisbet fiż-żmien meta t-trade mark preċedenti kienet suxxettibbli biex tkun dikjarata invalida jew revokata, pereżempju minħabba li ma tkunx għada kisbet id-distintività permezz tal-użu, jew meta t-trade mark preċedenti ma setgħetx tkun infurzata kontra t-trade mark tal-aħħar minħabba li l-kundizzjonijiet meħtieġa ma kinux applikabbli, pereżempju meta t-trade mark preċedenti ma kinitx għadha kisbet ir-reputazzjoni. |
|
(29) |
It-trade marks jissodisfaw l-għan tagħhom li ssir distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi u jippermettu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati biss meta dawn jintużaw verament fis-suq. Huwa meħtieġ ukoll rekwiżit tal-użu sabiex inaqqas l-għadd totali tat-trade marks reġistrati u protetti fl-Unjoni u, konsegwentament, l-għadd ta’ kunflitti li jirriżultaw bejniethom. Għaldaqstant huwa essenzjali li jkun meħtieġ li trade marks reġistrati għandhom jintużaw b’konnessjoni mal-merkanzija jew servizzi li għalihom huma reġistrati, jew jekk ma jintużawx fi żmien ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni , dawn għandhom ikunu suxxettibbli għal revoka. [Em. 11] |
|
(30) |
Konsegwentament, trade mark reġistrata għandha tkun protetta biss sa fejn din tintuża fil-verità u trade mark reġistrata preċedentement ma għandhiex tippermetti lill-proprjetarju milli jopponu jew jinvalida trade mark tal-aħħar jekk dak il-proprjetarju ma kienx uża t-trade mark tiegħu għal użu ġenwin. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trade mark ma tistax tkun invokata b’suċċess fi proċedimenti ta’ ksur jekk jiġi stabbilit bħala riżultat ta’ eċċezzjoni li t-trade mark tista’ tiġi revokata jew, meta l-azzjoni ssir kontra dritt sussegwenti, setgħet tkun revokata fil-ħin meta nkiseb id-dritt sussegwenti. |
|
(31) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li, meta l-preċedenza ta’ marka nazzjonali tkun intalbet għal trade mark tal-Unjoni Ewropea u l-marka nazzjonali wara ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi, il-validità ta’ dik il-marka nazzjonali xorta tista’ tiġi kkontestata. Il-kontestazzjoni għandha tkun limitata għal sitwazzjonijiet fejn il-marka nazzjonali setgħet ġiet dikjarata invalida jew revokata fil-ħin li l-marka tneħħiet mir-reġistru. |
|
(32) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza u sabiex tkun faċilitata l-esplojtazzjoni kummerċjali tat-trade marks fl-Unjoni, ir-regoli applikabbli għat-trade marks bħala prodotti ta' proprjetà għandhom ikunu allinjati ma' dawk li diġà huma fis-seħħ għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jinkludu regoli dwar l-assenjar u t-trasferiment, il-liċenzjar, drittijiet in rem, imposta fuq l-eżekuzzjoni u proċedimenti ta' insolvenza. |
|
(33) |
Trade marks kollettivi wrew li huma strument utli għall-promozzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi bi proprjetajiet komuni speċifiċi. Għaldaqstant huwa xieraq li t-trade marks kollettivi nazzjonali jkunu soġġetti għal regoli simili għar-regoli applikabbli għall-marki kollettivi Ewropej. |
|
(34) |
Sabiex ittejjeb u tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni tat-trade mark u biex iżżid iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà, il-proċedura għar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Istati Membri għandha tkun effiċjenti u trasparenti u għandha ssegwi regoli simili għal dawk applikabbli għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea. Bil-għan li tinkiseb sistema tat-trade marks konsistenti u bilanċjata kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni, l-uffiċċji ċentrali kollha ta’ proprjetà industrijali tal-Istati Membri għandhom għaldaqstant jillimitaw l-eżami ex officio dwar jekk applikazzjoni għal trade mark hijiex eliġibbli għar-reġistrazzjoni għan-nuqqas ta’ raġunijiet assoluti għar-rifjut biss. Madankollu dan ma għandux jippreġudika d-dritt ta’ dawk l-uffiċċji milli jipprovdu, fuq talba tal-applikanti, tfittxijiet għal drittijiet preċedenti fuq bażi purament informattiva u bla ħsara għal jew mingħajr effett vinkolanti fuq il-proċess ulterjuri tar-reġistrazzjoni, inklużi proċedimenti sussegwenti ta' oppożizzjoni L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jiddeċiedu jekk għandhomx imexxu eżami ex ufficio għar-rifjut għal raġunijiet relattivi . [Em. 12] |
|
(35) |
Sabiex tiżgura ċertezza legali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet tat-trade marks u biex tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni tat-trade marks, il-ħatra u l-klassifikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi koperti minn applikazzjoni ta' trade mark għandhom isegwu l-istess regoli fl-Istati Membri kollha u għandhom ikunu allinjati ma' dawk applikabbli mat-trade marks tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw sa fejn tista' tintalab il-protezzjoni tat-trade marks abbażi tal-applikazzjoni waħedha, il-ħatra ta’ merkanzija u servizzi għandha tkun ċara biżżejjed u preċiża. L-użu ta’ termini ġenerali għandu jkun interpretat bħala li jinkludi merkanzija u servizzi koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tat-terminu. |
|
(36) |
Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tat-trade marks, l-Istati Membri għandu jkollhom disponibbli proċedura amministrattiva ta' oppożizzjoni effiċjenti, li tippermetti lill-proprjetarji tad-drittijiet preċedenti tat-trade marks jopponu għar-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni ta' trade mark. Barra minn hekk, sabiex jiġu offruti mezzi effiċjenti ta’ revoka jew dikjarazzjoni invalida tat-trade marks, l-Istati Membri għandhom jipprovdu proċedura amministrattiva għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità simili għal dik applikabbli għat-trade marks tal-Unjoni Ewropea fil-livell tal-Unjoni. |
|
(37) |
L-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Aġenzija tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għat-Trade Marks u d-Disinji (“l-Aġenzija”) fl-oqsma kollha ta' reġistrazzjoni u amministrazzjoni ta' trade mark sabiex jippromwovu l-konverġenza ta' prattika u għodod, bħall-ħolqien u l-aġġornament ta’ bażi ta’ dejta komuni jew konnessi u portali għall-iskopijiet ta’ konsultazzjoni u riċerka. L-uffiċċji tal-Istati Membru u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw aktar u fl-oqsma l-oħra kollha tal-attivitajiet tagħhom li huma rilevanti għall-protezzjoni tat-trade marks fl-Unjoni. |
|
(38) |
Din id-Direttiva ma għandhiex teskludi l-applikazzjoni għal trade marks ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Istati Membri li jkunu diversi mil-liġi tat-trade marks, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni inġusta, ir-responsabbiltà ċivili u l-protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(39) |
L-Istati Membri kollha huma marbuta mill-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (il-Konvenzjoni ta’ Pariġi) u l-Ftehim TRIPS. Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu għal kollox konsistenti ma’ dawk tal-Konvenzjoni u l-Ftehim msemmija. Din id-Direttiva ma għandhiex tinċidi fuq l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dik il-Konvenzjoni u Ftehim. Fejn il-każ ikun jeħtieġ, għandu jkun applikabbli t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 351 tat-Trattat. |
|
(40) |
L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti. |
|
(41) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fil- Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/95/KE, |
|
(41a) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (11) u ta opinjoni fil-11 ta' Lulju 2013 (12). |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trade mark fir-rigward ta’ merkanzija jew servizzi li fir-rigward taghħa saret reġistrazzjoni jew applikazzjoni għall-fini tar-reġistrazzjoni fi Stat Membru għall-fini tar-reġistrazzjoni tagħha bħala trade mark individwali, marka kollettiva jew garanzija jew marka ta’ ċertifikazzjoni, jew li fir-rigward tagħha saret reġistrazzjoni jew applikazzjoni għall-fini tar-reġistrazzjoni tagħha fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali jew reġistrazzjoni internazzjonali li jkollha effett fi Stat Membru. [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“uffiċċju” jfisser l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istat Membru jew tal-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali inkarigat mir-reġistrazzjoni tat-trade marks. |
|
(b) |
“Aġenzija” tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Trade Marks u d-Disinji għall-Proprjetà Intellettwali stabbilita b’konformità mal-Artikolu skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; [Em. 15. Din l-emenda tapplika fit-test kollu] |
|
(c) |
“reġistru” tfisser ir-reġistu ta’ trade marks miżmuma minn uffiċċju. |
|
(ca) |
“trade marks preċedenti” tfisser:
|
|
(cb) |
“marka ta' garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni” tfisser trade mark li hija deskritta bħala tali meta ssir l-applikazzjoni għall-marka u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew servizzi li huma ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-oriġini ġeografika, il-materjal, il-metodu ta’ manifattura ta’ oġġetti jew tat-twettiq tas-servizzi, il-kwalità, il-preċiżjoni jew karatteristiċi oħra minn prodotti u servizzi li mhumiex ċertifikati b’dan il-mod; [Em. 17] |
|
(cc) |
“Marka kollettiva” tfisser trade mark li hija deskritta bħala tali meta ssir l-applikazzjoni għall-marka u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew is-servizzi tal-membri ta’ assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tal-marka mill-prodotti jew mis-servizzi ta’ impriżi oħra. [Em. 18] |
Kapitolu 2
Il-liġi dwar it-trade marks
Taqsima 1
Sinjali li minnhom trade mark tista’ tikkonsisti
Artikolu 3
Sinjali li minnhom trade mark tista’ tikkonsisti
Trade mark tista’ tikkonsisti minn fi kwalunkwe sinjal, b’mod partikolari permezz ta’ kliem, inklużi fosthom ismijiet personali, disinji, ittri, numri, kuluri bħala tali, il-forma ta' oġġetti l-għamla ta’ merkanzija jew tal-imballaġġ tagħhom, jew ħsejjes kemm-il darba tintuża teknoloġija li hija ġeneralment disponibbli u dawn tali is-sinjali jkunu jistgħu:
|
(a) |
jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra; u, |
|
(b) |
ikunu rappreżentati f'reġistru b’mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku jiddeterminaw is-suġġett preċiż tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tagħhom. [Em. 19] |
Taqsima 2
Raġunijiet għal rifjut jew nullità
Artikolu 4
Ragunijiet assoluti għal rifjut jew nullità
1. Is-segwenti ma għandhomx jiġu reġistrati jew, jekk jiġu reġistrati, għandhom ikunu suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità:
|
(a) |
sinjali li ma jistgħux jikkostitwixxu trade mark; |
|
(b) |
trade marks li ma għandhom l-ebda karatteristika distintiva; |
|
(c) |
trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, jew iż-żmien ta’ produzzjoni tal-merkanzija jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizz; |
|
(d) |
trade marks li jikkonsistu esklussivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fil-lingwa kurrenti jew fil-prattika bona fide u stabbilita tal-kummerċ; |
|
(e) |
sinjali li jikkonsistu esklussivament minn:
|
|
(f) |
trade marks li jkunu kuntrarji għall-ordni pubbliku jew għal prinċipji aċċettati ta’ moralità; |
|
(g) |
trade marks li jkunu ta’ tali natura li jqarrqu l-pubbliku, pereżempju dwar in-natura, kwalità jew oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizz; |
|
(h) |
trade marks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiġu rifjutati jew dikjarati nulli skont l-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Pariġi”; |
|
(i) |
trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni u ma għandhomx ikomplu jintużaw skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni tifforma parti minnhom, għall-protezzjoni ta’ ħatriet ta' indikazzjonijiet ta' oriġini u dawk ġeografiċi. |
|
(j) |
trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-fethimiet tal-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni tifforma parti minnhom, li jipprovdu għall-protezzjoni ta’ tal-ispirti, termini tradizzjonali għall-ispeċjalitajiet tal-inbid u dawk tradizzjonali garantiti. [Em. 20] |
|
(ja) |
trade marks li fihom jew jikkonsistu f' denominazzjoni ta' varjetà preċedenti reġistrata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (13) fir-rigward tal-istess tip ta’ prodott. [Em. 21] |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet għala trade mark ma tistax tiġi reġistrata jinkisbu:
|
(a) |
fi Stati Membri oħra ħlief dawk fejn ġiet reġistrata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni; |
|
(b) |
biss fejn trade mark f’lingwa barranija hija tradotta jew transkritta fi kwalunkwe kitba jew lingwa uffiċjali tal-Istati Membri. [Em. 22] |
3. Trade marka għandha tkun suxxettibbli li tiġi dikjarata invalida meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tkun saret in mala fede mill-applikant. Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi wkoll li tali trade mark ma tiġix reġistrata.
4. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li trade mark ma tiġix reġistrata jew, jekk reġistrata, li għandha tkun suxxettibbli għal-dikjarazzjoni ta’ nullità jekk u sa fejn:
|
(a) |
l-użu ta’ dik it-trade mark jista’ jkun projbit skont dispożizzjonijiet ta’ liġi diversa mil-liġi tat-trade marks tal-Istat Membru konċernat jew tal- Unjoni; |
|
(b) |
it-trade mark tkopri sinjal ta’ valur simboliku kbir, b’mod partikolari simbolu reliġjuż; |
|
(c) |
it-trade mark tinkludi badges, emblemi u stemmi li jkunu diversi minn dawk koperti mill-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u li jkunu ta’ interess pubbliku, sakemm ma ngħatax il-kunsens tal-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tagħha konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru. |
5. Trade mark ma għandhiex tiġi rifjutata reġistrazzjoni jew tiġi dikjarata nulla skont il-paragrafu 1(b), (c) jew (d) jekk, qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew wara d-data tar-reġistrazzjoni u wara l-użu magħmul minnha, hi akkwistat karattru distintiv. Trade mark ma għandhiex tiġi dikjarata invalida skont il-paragrafu 1(b), (c) jew (d) jekk, qabel id-data tal-applikazzjoni għall-invalidità, u wara l-użu magħmul minnha, hi akkwistat karattru distintiv. [Em. 23]
6. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li l-paragrafu 5 għandujapplika wkoll fejn il-karatteristika distintiva kienet akkwistata wara d-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u qabel id-data tar-reġistrazzjoni
Artikolu 5
Raġunijiet relattivi għar-rifjut jew nullità
1. Trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità:
|
(a) |
jekk tkun identika għal trade mark preċedenti, u l-merkanzija jew is-servizzi li għalihom it-trade mark hi applikata jew reġistrata jkunu identiċi għall-merkanzija jew servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hi protetta; |
|
(b) |
jekk minħabba l-identità tagħha, jew similarità, għat-trade mark preċedenti u l-identità jew similarità tal-merkanzija jew is-servizzi koperti mit-trade marks, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti; |
2. L-espressjoni “trade marks preċedenti” fis-sens tal-paragrafu 1 tfisser:
|
(a) |
trade marks tas-segwenti tipi b’data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tkun preċedenti għad-data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, tenut kont, fejn ikun il-każ, tal-prijoritajiet pretiżi fir-rigward ta’ dawk it-trade marks;
|
|
(b) |
trade marks tal-Unjoni Ewropea li fir-rigward tagħhom tiġi ġustifikament invokata l-preċedenza, skont ir-Regolament (KE) Nru 207/2009, minn trade mark li hemm referenza għaliha fil-punti (a)(ii) u (iii), ank jekk din it-trade mark tal-aħħar ġiet ċeduta jew permessa li tiskadi; |
|
(c) |
applikazzjoniet għat-trade marks li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b), suġġett għar-reġistrazzjoni tagħhom; |
|
(d) |
trade marks li, fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, jew, fejn ikun il-każ, tal-prijorità pretiża fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, huma magħrufa sew fi Stat Membru, fis-sens li fih il-kliem “magħrufa sew” huma użati fl-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi. [Em. 24] |
3. Addizzjonalment, trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal-dikjarazzjoni ta’ nullità jekk:
|
(a) |
hija tkun identika, jew simili, għal trade mark preċedenti irrispettivament minn jekk il-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hija applikata jew reġistrata huma identiċi ma’, jew simili jew mhumiex simili għal dawk li għalihom it-trade mark preċedenti hi reġistrata, fejn it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni Stat Membru fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew li fih tkun irreġistrata t-trade mark jew, f’każ fil-każ ta’ trade mark Ewropea, għandha reputazzjoni fl-Unjoni u l-użu tat-trade mark tal-aħħar, mingħajr raġuni valida, tieħu vantaġġ żleali minn, jew tippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti; [Em. 25] |
|
(b) |
meta aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f’ismu stess mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant jiġġustifika l-azzjoni tiegħu; |
|
(c) |
meta t-trade mark hija suxxettibbli li tkun konfuża ma’ marka preċedenti protetta barra l-Unjoni, sakemm dik il-marka tkun għadha tintuża ġenwinament fid-data tal-applikazzjoni u l-applikanti kien qed jaġixxi in mala fede; |
|
(d) |
jekk tkun eskluża mir-reġistrazzjoni u ma għandhiex tkompli tintuża skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' ħatriet ta' indikazzjonijiet ta' oriġini u dawk ġeografiċi. [Em. 26] |
4. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata jew li, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità jekk, u sa fejn:
|
(a) |
xi drittijiet għat-trade mark mhux reġistrata jew għal sinjal ieħor użat matul il-kummerċ ġew miksuba qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, u dik it-trade mark mhux reġistrata jew sinjal ieħor jagħtu lill-proprjetarju tagħhom id-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti; |
|
(b) |
l-użu tat-trade mark jista’ jkun projbit permezz ta’ dritt preċedenti divers mid-drittijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u b’mod partikolari:
|
5. L-Istati Membri jistgħu għandhom jippermettu li, f’ċirkostanzi xierqa, ma jkunux meħtieġa r-rifjut tar-reġistrazzjoni jew id-dikjarazzjoni ta’ nullità tat-trade mark fejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jew ta’ dritt preċedenti ieħor jagħti l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti. [Em. 27]
6. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li, b’deroga mill-paragrafi 1 sa 5, ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni jew nullità, fis-seħħ f’dak l-Istat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità sabiex mad-Direttiva 89/104/KE, għandhom japplikaw għal trade marks li għalihom saret applikazzjoni qabel dik id-data.
Artikolu 6
Stabbiliment a posteriori ta’ nullità jew revokazzjoni ta’ trade mark
Fejn tiġi invokata l-preċedenza ta’ trade mark nazzjonali li ġiet ċeduta jew li tħalliet tiskadi għal trade mark Ewropea, in-nullità jew revokazzjoni tat-trade mark nazzjonali tista’ tiġi stabbilita a posteriori sakemm il-validità jew ir-revoka tkun tista’ tiġi dikjarata wkoll fil-ħin li l-marka kienet ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi. F’każ bħal dan il-preċedenza għandha twaqqaf milli tipproduċi l-effetti tagħha.
Artikolu 7
Raġunijiet għar-rifjut jew nullità fir-rigward ta’ x’uħud biss mill-merkanzija jew servizzi
Fejn xi raġunijiet għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew nullità ta’ trade mark jeżistu fir-rigward biss ta’ x’uħud mill-merkanzija jew servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ dik it-trade mark, ir-rifjut tar-reġistrazzjoni jew nullità għandhom ikopru biss dik l-merkanzija jew dawk is-servizzi.
Artikolu 8
Nuqqas ta’ karattru jew ta’ reputazzjoni distinta ta’ trade mark preċedenti li tipprekludi dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark reġistrata
Trade mark reġistrata ma għandhiex tiġi dikjarata invalida abbażi ta’ trade mark preċedenti fi kwalunwke wieħed minn dawk il-każijiet:
|
(a) |
meta t-trade mark preċedenti, suxxettibbli li tiġi dikjarata invalida skont l-Artikolu 4(1)(b), (c) jew (d), ma tkunx kisbet karattru distint b’konformità mal-Artikolu 4(5) fid-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata; |
|
(b) |
meta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq l-Artikolu 5(1)(b) u t-trade mark preċedenti ma saritx biżżejjed distinta biex tappoġġa sejba ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(b) fid-data tal-preżentazzjoni jew fid-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata; |
|
(c) |
meta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq punt (a) ta l-Artikolu 5(3) u t-trade mark preċedenti ma kellhiex reputazzjoni skont it-tifsira tal-punt (a) tal- Artikolu 5(3) fid-data tal-preżentazzjoni jew fid-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata. [Em. 28] |
Artikolu 9
Preklużjoni ta' dikjarazzjoni ta’ invalidità konsegwenti għal tolleranza
1. Fejn, fi Stat Membru, il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 5(2) u fil-punt (a) tal-Artikolu 5 (3) ittollera, għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, l-użu ta’ trade mark sussegwenti reġistrata f’dak l-Istat Membru filwaqt li kien konxju ta’ tali użu, huwa ma għandux ikollu aktar id-dritt, abbażi tat-trade mark preċedenti, li japplika għal dikjarazzjoni ta’ nullità tat-trade mark sussegwenti fir-rigward tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ġiet użata t-trade mark sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti ma saritx in mala fede. [Em. 29]
2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li l-paragrafu 1 għandu japplika għall-proprjetarju ta’ kwalunkwe dritt ieħor preċedenti li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(4)(a) jew (b).
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta’ trade mark sussegwenti reġistrata ma għandux ikollu d-dritt jopponi għall-użu tad-dritt preċedenti, anki jekk dak id-dritt ma jistax jiġi aktar invokat kontra t-trade mark sussegwenti.
Taqsima 3
Drittijiet mogħtija u limitazzjonijiet
Artikolu 10
Drittijiet mogħtija minn trade mark
1. Ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi f'dak ir-rigward .
2. Bla ħsara għad-drittijiet tal-proprjetarju miksuba qabel id-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata, il-proprjetarju ta’ trade mark għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ kwalunkwe sinjal b’rabta mal-merkanzija jew is-servizzi meta:
|
(a) |
is-sinjal ikun identiku għat-trade mark u jintuża relattivament għall-merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata u fejn tali użu jaffettwa jew ikun u suġġettivvli li jaffettwa l-funzjoni tat-trade mark biex jiggarantixxi lill-konsumaturi l-oriġini tal-merkanzija jew tas-servizzi; |
|
(b) |
mingħajr preġudizzju għall-punt a, is-sinjal huwa identiku jew simili, għat-trade mark u huwa użat għal merkanzija jew servizzi li huma identiċi jew simili għall-merkanzija jew servizzi li għalihom it-trade mark hija reġistrata, jekk teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark; |
|
(c) |
is-sinjal huwa identiku, jew simili, għat-trade mark irrispettivament minn jekk jintużax relattivament għall-merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal, simili jew ma jkunux simili għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata, fejn tal-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru u fejn l-użu ta’ dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ żleali minn, jew jippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark. |
3. Is-segwenti, b’mod partikolari, jistgħu jkunu projbiti taħt il-paragrafu 2:
|
(a) |
li jitwaħħal is-sinjal mal-merkanzija jew mal-imballaġġ ta’ dan; |
|
(b) |
li l-merkanzija tiġi offerta, jew li titqiegħed fis-suq jew li tinħażen għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew li jiġu offerti jew provduti servizzi taħtu; |
|
(c) |
l-importazzjoni jew esportazzjoni tal-merkanzija taħt is-sinjal; |
|
(d) |
l-użu tas-sinjal bħala isem tal-kummerċ jew tal-kumpanija jew parti minn isem tal-kummerċ jew tal-kumpanija; |
|
(e) |
l-użu tas-sinjal fuq karti tal-kummerċ u fir-reklamar; |
|
(f) |
l-użu tas-sinjal f’reklamar komparattiv b’tali mod li jmur kontra d-Direttiva 2006/114/KE. |
4. Il-proprjetarju ta' marka reġistrata għandu jkun intitolat jipprevjeni l-importazzjoni għal ġol-Unjoni ta’ merkanzija skont il-paragrafu 3(c) imwassla f'konsenji żgħar kif definit mir-Regolament (UE) Nru 608/2013 fejn l-ispeditur tal-merkanzija biss jaġixxi għal skopijiet kummerċjali waqt attività kummerċjali u fejn tali merkanzija, inkluż l-imballaġġ, ikollha fuqha mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li hija identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta’ tali merkanzija, jew li ma tistax tiġi distinta fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trade mark . F'każijiet fejn jittieħdu tali miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwu jew l-entità li jkunu ordnaw il-merkanzija jiġu mgħarrfa bir-raġuni għall-miżuri kif ukoll bid-drittijiet ġuridiċi tagħhom vis-a-vis l-ispeditur.
5. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-WTO, b'mod partikolari l-Artikolu V tal-GATT dwar il-libertà ta' transitu, Il-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata għandu jkun intitolat ukoll jipprevjeni lill-partijiet terzi kollha milli jġibu merkanzija, fil-kuntest ta’ attività kummerċjali, fit-territorju doganali tal-Istati Membri fejn it-trade mark hija reġistrata mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera meta, tali merkanzija, inkluż l-imballaġġ, tiġi minn pajjiżi terzi u ma jkollha mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li hija identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' tali merkanzija, jew li ma tistax issir distinzjoni fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trade mark. [Emendi 30 u 56]
6. Fejn, taħt il-liġi tal-Istat Membru, l-użu ta’ sinjal taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, punt (b) jew (c) ma jistax jiġi projbit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex għall-konformità mal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (14) fl-Istat Membru konċernat, id-drittijiet mogħtija mit-trade mark ma jistgħux jiġu invokati sabiex jiġi impedit l-użu kontinwat tas-sinjal
7. Il-paragrafi 1, 2, 3 u 6 ma għandhomx jinċidu fuq id-dispożizzjonijiet fi kwalunkwe Stat Membru relattivament għall-protezzjoni kontra l-użu ta’ sinjal ħlief milli sabiex issir distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi, fejn l-użu ta’ dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ żleali minn, jew jippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark.
Artikolu 11
Ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju permezz tal-użu ta’ preżentazzjoni, imballaġġ jew mezzi oħra
Meta huwa probabbli li l-preżentazzjoni, l-imballaġġ jew mezzi oħra li l-marka hija mwaħħla magħhom se tintuża fir-rigward tal-merkanzija jew servizzi u l-użu fir-rigward ta’ dik il-merkanzija jew servizzi tista’ tinkludi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju skont l-Artikolu 10(2) u (3), il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi dan li ġej:
|
(a) |
twaħħil matul il-kummerċ ta’ sinjal li jkun, kif speċifikat fl-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva, identiku jew simili għat-trade mark fuq preżentazzjoni, imballaġġ jew fuq l-imballaġġ, tabelli, tikketti, karatteristiċi ta’ sigurtà, strumenti ta’ awtentiċità jew kwalunkwe mezzi oħra li fuqhom tista' titwaħħal il-marka; [Em. 31] |
|
(b) |
offerta jew tqegħid fis-suq, jew ħzin għal dawk l-għanijiet, jew importazzjoni jew esportazzjoni tal-preżentazzjoni, l-imballaġġ jew , imballaġġ, tabelli, tikketti, karatteristiċi ta’ sigurtà, strumenti ta’ awtentiċità jew kwalunkwe mezzi oħra li fuqhom hemm imwaħħla l-marka. [Em. 32] |
Artikolu 12
Riproduzzjoni ta' trade marks fid-dizzjunarji
Jekk ir-riproduzzjoni ta' trade mark f'dizzjunarju, f'enċiklopedija jew f'xogħol ta' referenza simili tagħti l-impressjoni li din tikkostitwixxi l-isem ġeneriku tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark hija reġistrata, il-pubblikatur tax-xogħol għandu, wara talba tal-proprjetarju tat-trade mark, jiżgura li sa mhux iktar tard mill-edizzjoni li jkun imiss tal-pubblikazzjoni, ir-riproduzzjoni tat-trade mark tkun tinkludi indikazzjoni li din hija trade mark reġistrata.
Artikolu 13
Projbizzjoni tal-użu ta' trade mark reġistrata f'isem ta' aġent jew rappreżentant
1. Meta trade mark hija reġistrata f’isem l-aġent jew rappreżentant ta' persuna li hija l-proprjetarju ta' dik it-trade mark, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, dan tal-aħħar għandu jkun intitolat għal wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
jopponi l-użu tal-marka tiegħu mill-aġent jew rappreżentant tiegħu; |
|
(b) |
jitlob mill-aġent jew rappreżentant l-assenjazzjoni tat-trade mark favur tiegħu. |
2. L-ewwel paragrafu ma għandux japplika meta l-aġent jew ir-rappreżentant jiġġustifika l-azzjoni tiegħu.
Artikolu 14
Limitazzjoni tal-effetti ta’ trade mark
1. It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża, fl-eżerċizzju tal-kummerċ:
|
(a) |
l-isem jew l-indirizz personali tiegħu stess; |
|
(b) |
sinjali jew indikazzjonijiet li mhumiex distinti jew li jirrigwardjaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni tal-merkanzija jew tal-għoti tas-servizz, jew xi karatteristika oħra ta’ merkanzija jew servizzi; |
|
(c) |
it-trade mark għall-iskop ta’ identifikazzjoni jew referenza għal merkanzija jew servizzi bħal dawk tal-proprjetarju tat-trade mark, b'mod partikolari fejn l-użu tat-trade mark ikun meħtieġ sabiex jindika l-iskop intiż ta’ prodott jew servizz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aċċessorji jew spare parts:
|
L-ewwel subparagrafu Dan il-paragrafu għandu japplika biss fejn l-użu magħmul mill-parti terza huwa skont prattika onesta f’materji industrijali jew kummerċjali. [Em. 33]
2. L-użu mill-parti terza għandu jitqies li mhuwiex b’konformità ma’ prattika onesta, b’mod partikolari fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
dan jagħti l-impressjoni li hemm konnessjoni kummerċjali bejn il-parti terza u l-proprjetarju tat-trade mark; |
|
(b) |
dan jieħu vantaġġ mhux ġust jew huwa ta’ detriment għall-karattru distint jew ir-reputazzjoni tat-trade mark mingħajr raġuni valida. [Em. 34] |
(2a) It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju jipprojbixxi lil parti terza milli tuża t-trade mark għal kawża ġusta għal kwalunkwe użu mhux kummerċjali ta' marka. [Em. 35]
3. It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ, dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jekk dak id-dritt ikun rikonoxxut mil-liġijiet tal-Istat Membru inkwistjoni u fil-limiti tat-territorju li fih huwa jkun rikonoxxut.
Artikolu 15
Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark
1. It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha relattivament għal merkanzija li tqiegħdet fis-suq fl-Unjoni taħt dik it-trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn jeżistu raġunijiet leġittimi għall-proprjetarju sabiex jopponi aktar kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija, speċjalment fejn il-kundizzjoni tal-merkanzija tkun mibdula jew danneġġata wara li tqiegħdet fis-suq.
Artikolu 16
Użu ta’ trade marks
1. Jekk, f’perjodu ta’ ħames snin wara d-data tar-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma użax it-trade mark ġenwinament fl-Istat Membru relattivament għall-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, jew jekk tali użu ġie sospiż matul perjodu mhux interrott ta’ ħames snin, it-trade mark għandha tkun suġġettibbli għal-limitazzjonijiet u s-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 17, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 48(3) u (4), sakemm ma hemmx raġunijiet tajba għan-nuqqas ta’ użu.
2. Meta Stat Membru jipprovdi proċedimenti ta’ oppożizzjoni wara r-reġistrazzjoni, il-ħames snin imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mid-data meta l-marka ma tistax tiġi aktar opponuta, f’każ li tkun ġiet ippreżentatat oppożizzjoni u ma tkunx irtirata, mid-data meta ssir finali d-deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.
3. Fir-rigward tat-trade marks reġistrati skont l-arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru, il-ħames snin imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mid-data meta l-marka ma tistax tiġi rifjutata jew opponuta aktar. Meta tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni u din ma tkunx irtirata, il-perjodu għandu jiġi kkalkulat mid-data meta ssir finali d-deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti ta' oppożizzjoni.
3a. Id-data tal-bidu tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tiġi mdaħħla fir-reġistru. [Em. 36]
4. Is-segwenti għandhom ukoll jikkostitwixxu użu fis-sens tal-ewwel paragrafu:
|
(a) |
l-użu tat-trade mark f’forma li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma li fiha ġiet reġistrata, irrelevanti minn jekk it-trade mark fil-forma kif użata hijiex ukoll reġistrata fl-isem tal-proprjetarju; |
|
(b) |
it-twaħħil tat-trade mark fuq merkanzija jew mal-imballaġġ tagħha, fl-Istat Membru konċernat, unikament għal finijiet ta’ esportazzjoni. |
5. L-użu tat-trade mark bil-kunsens tal-proprjetarju għandu jitqies bħala użu mill-proprjetarju.
Artikolu 17
In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fi proċedimenti ta' ksur
Il-proprjetarju ta’ trade mark għandu jkun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali biss sal-limitu li d-drittijiet tiegħu mhumiex suxxettibbli li jkunu revokati skont l-Artikolu 19 fil-ħin li tiġi ppreżentata l-azzjoni ta’ ksur.
Artikolu 18
Dritt tal-proprjetarju għal intervenzjoni ta’ trade mark reġistrata sussegwentament bħala difiża fi proċedimenti ta’ ksur
1. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’ trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark reġistrata sussegwentament ma għandux ikun dikjarat invalidu skont l-Artikoli 8, 9(1) u (2) u 48(3).
2. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’ trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea reġistrata sussegwentament meta dik it-trade mark sussegwenti ma għandhiex tiġi dikjarata invalida skont l-Artikolu 53(3), u (4), l-Artikolu 54(1) u (2) jew l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
3. Meta l-proprjetarju ta’ trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ marka reġistrata sussegwenti skont l-ewwel jew it-tieni paragrafu, il-proprjetarju ta' dik it-trade mark reġistrata sussegwentement ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark preċedenti fi proċedimenti ta' ksur, minkejja li dak id-dritt jista' ma jiġix aktar invokat kontra t-trade mark sussegwenti.
Taqsima 4
revoka tad-drittijiet ta’ trade mark
Artikolu 19
Nuqqas ta’ użu ġenwin bħala raġuni għar-revokazzjoni
1. Trade mark għandha tkun suġġettibbli għar-revokazzjoni jekk, f’perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma tkunx ġiet użata ġenwinament fl-Istat Membru relattivament għall-merkanzija jew servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu.
2. L-ebda persuna ma tista’ tinvoka d-dritt li titlob ir-revokazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju fi trade mark fejn, matul l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni għar-revokazzjoni, inbeda jew tkompla mill-ġdid l-użu ġenwin tat-trade mark.
3. Il-bidu jew tkomplija mill-ġdid tal-użu matul perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni għar-revokazzjoni li beda l-aktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin tan-nuqqas ta’ użu għandu jiġi injorat fejn isiru preparazzjonijiet għall-bidu jew tkomplija mill-ġdid biss wara li l-proprjetarju jsir konxju li tista’ tiġi preżentata l-applikazzjoni għar-revokazzjoni.
Artikolu 20
Żvilupp f’isem komuni jew indikazzjoni qarrieqa bħala raġunijiet għar-revokazzjoni
Trade mark tista’ tiġi suġġetta għar-revokazzjoni jekk, wara d-data li fiha ġiet reġistrata:
|
(a) |
b’konsegwenza ta’ atti jew inattività tal-proprjetarju, saret l-isem komuni fil-kummerċ għal prodott jew servizz li fir-rigward tagħhom hija ġiet reġistrata; |
|
(b) |
b’konsegwenza tal-użu li jagħmel minnha l-proprjetarju tagħha jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-merkanzija jew servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, hija tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tan-natura, kwalità jew oriġini ġeografika ta’ dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi. |
Artikolu 21
Revokazzjoni fir-rigward ta’ x’uħud biss mill-merkanzija jew servizzi
Fejn xi raġunijiet għar-revokazzjoni ta’ trade mark jeżistu fir-rigward biss ta’ x’uħud mill-merkanzija jew servizzi li għalihom saret ir-reġistrazzjoni ta’ dik it-trade mark, ir-revokazzjoni għandhom ikopru biss dik l-merkanzija jew dawk is-servizzi.
Taqsima 5
It-trade marks bħala prodotti ta' proprjetà
Artikolu 22
Trasferiment ta’ trade marks reġistrati
1. Trade mark tista' tiġi trasferita, separatament minn kull trasferiment tal-impriża, fir-rigward jew ta' xi wħud mill-merkanzija jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta' kollha kemm huma.
2. It-trasferiment tal-impriża kollha għandu jinkludi t-trasferiment tat-trade mark ħlief meta jkun hemm ftehim kuntrarju jew meta ċ-ċikostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni kuntrattwali biex isir trasferiment tal-impriża.
3. Bla ħsara għall-paragrafu 2, assenjar tat-trade mark għandha ssir bil-miktub u għandha teħtieġ il-firma tal-partijiet għall-kuntratt, ħlief meta tkun riżultat ta’ sentenza; jekk ma ssirx b'dan il-mod hija nulla. [Em. 37]
4. B'talba Fuq talba ta' waħda mill-partijiet it-trasferiment għandu jitniżżel fir-reġistru u għandu jiġi ppubblikat , jekk il-parti li għamlet ir-rikjesta tkun ipprovdiet lill-uffiċċju provi dokumentati tat-trasferiment . [Em. 38]
5. Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-reġistru, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun għadha ma ġietx irċevuta mill-uffiċċju , is-suċċessur tat-titolu ma jistax jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat-trade mark kontra partijiet terzi. [Em. 39]
6. Meta jkun hemm limiti ta' żmien li għandhom jiġu osservati fil-konfront tal-uffiċċju, is-suċċessur tat-titolu jista' jagħmel l-istqarrijiet korrispondenti għall-Uffiċċju la darba t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-uffiċċju.
Artikolu 23
Drittijiet in rem
1. Trade mark tista', b'mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala sigurtà jew tkun is-soġġett ta' drittijiet in rem.
2. Bit-talba ta' wieħed mill-partijiet, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fir-reġistru u jiġu ppubblikati.
Artikolu 24
Imposta fuq l-eżekuzzjoni
1. Jista' jkun hemm imposta fuq l-eżekuzzjoni ta' trade mark.
2. Bit-talba ta' wieħed mill-partijiet, l-imposta fuq l-eżekuzzjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru u jiġi ppubblikat.
Artikolu 25
Proċedimenti ta' insolvenza
Meta trade mark tkun involuta fi proċedimenti ta’ insolvenza, wara talba tal-awtorità kompetenti għandha tiddaħħal fir-reġistru u tiġi ppubblikata entrata għal dan il-għan.
Artikolu 26
Liċenzjar
1. Tista’ tingħata liċenzja fir-rigward ta’ trade mark għal x’uħud mill-merkanzija jew servizzi jew għall-merkanzija jew servizzi kollha li għalihom hija ġiet reġistrata u għall-Istat Membru konċernat kollu jew għal parti minnu. Liċenzja tista’ tkun esklussiva jew nonesklussiva.
2. Il-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtija minn dik it-trade mark kontra liċenzjatarju li jikser kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt tal-liċenzja tiegħu dwar:
|
(a) |
it-tul taż-żmien tagħha; |
|
(b) |
il-forma koperta mir-reġistrazzjoni li fiha tista' tintuża t-trade mark; |
|
(c) |
l-iskop tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ingħatat il-liċenzja; |
|
(d) |
it-territorju fejn it-trade mark tista’ titwaħħal; jew |
|
(e) |
il-kwalità tal-merkanzija manifatturata jew tas-servizzi provduti mil-liċenzjatarju. |
3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-liċenzja, il-liċenzjat jista' jġib proċedimenti ta' ksur ta' trade mark biss bil-kunsens tal-proprjetarju. Madanakollu, id-detentur ta' liċenzja esklussiva jista jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat-trade mark, wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta' ksur fi żmien xieraq.
4. Il-liċenzjat għandu jkun intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta' ksur miġjuba min-naħa tal-proprjetarju ta' trade mark, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra minnu.
5. B'talba ta’ waħda mill-partijiet, il-ħruġ jew it-trasferiment ta’ liċenzja li tirrigwarda trade mark għandu jitniżżel fir-reġistru u għandu jkun pubblikat.
Artikolu 27
L-applikazzjoni għal trade mark bħala oġġett ta' proprjetà
L-Artikoli minn 22 sa 26 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trade marks.
Taqsima 6
Marki ta’ garanzija, marki ta’ ċertifikazzjoni u marki kollettivi
Artikolu 28
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, għandu japplika dan li ġej:
|
(1) |
“Marka ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni” tfisser trade mark li hija deskritta b'dan il-mod meta l-marka hija applikata biex tiddistingwi merkanzija jew servizzi li huma ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka u hija kapaċi tagħmel dan fir-rigwar ta’ oriġini ġeografika, materjal, mod ta’ manifattura tal-merkanzija jew il-prestazzjoni tas-servizzi, kwalità, preċiżjoni jew karatteristiċi oħra minn merkanzija jew servizzi li mhumiex ċertifikati b’dan il-mod; |
|
(2) |
“Marka kollettiva” tfisser trade mark li hija deskritta hekk meta ssir l-applikazzjoni għall-marka u din tkun kapaċi tiddistingwi l-merkanzija jew is-servizzi tal-membri ta’ assoċjazzjoni li hija proprjetarja tal-marka mill-merkanzija jew mis-servizzi ta’ impriżi oħrajn. [Em. 40] |
Artikolu 29
Garanzija u marki ta’ ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ir-reġistrazzjoni ta’ marki ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-marki ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni ma għandhomx jiġu reġistrati, jew li għandhom jiġu revokati jew dikjarati nulli, għal raġunijiet apparti dawk speċifikati fl-Artikoli 3, 19 u 20 fejn hekk ikun meħtieġ mill-funzjoni ta’ dawk il-marki.
3. Marka ta’ garanzija jew ta' ċertifikazzjoni li tikkonsisti minn sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizzi. ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ sinjali jew indikazzjonijiet bħal dawn, sakemm huwa jużahom skond prattika onesta f’materji industrijali jew kummerċjali. B’mod partikolari, tali marka ma tistax tiġi invokata kontra terza persuna li jkollha d-dritt li tuża isem ġeografiku.
Artikolu 30
Marki kollettivi
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-reġistrazzjoni ta’ marki kollettivi.
2. Assoċjazzjonijiet ta’ manifatturi, produtturi, fornituri ta’ servizzi, jew negozjanti li, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, għandhom l-kapaċità li f’isimhom stess ikollhom drittijiet u obbligi ta’ kull xorta, li jidħlu f’kuntratti jew li jwettqu atti ġuridiċi oħra u li jfittxu u li jiġu mfittxa, kif ukoll persuni ġuridiċi irregolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għal marki kollettivi.
3. B’deroga mill-Artikolu 4(1)(c), is-sinjali jew l-indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki kollettivi.
Marka kollettiva ma għandhiex tintitola lill-proprjetarju li jipprojbixxi parti terza milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm huwa jużahom skont il-prattika onesta fl-oqsma tal-industrija u tal-kummerċ. B’mod partikolari, tali marka ma tistax tiġi invokata kontra parti terza li hi intitolata li tuża isem ġeografiku.
Artikolu 31
Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva
1. Applikant għal marka kollettiva jista’ jippreżenta r-regolamenti li jiggvernaw l-użu tagħhom lill-uffiċċju . [Em. 41]
2. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-kundizzjonijiet għal sħubija fl-assoċjazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta' marka msemmija fl-Artikolu 30(3) għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-merkanzija jew servizzi tagħha joriġinaw miż-żona ġeografika in kwistjoni sabiex din issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tal-marka.
Artikolu 32
Ċaħda tal-applikazzjoni
1. Minbarra r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' applikazzjoni għal trade mark stipulati fl-Artikoli 4 u 5, applikazzjoni għal marka kollettiva għandha tiġi miċħuda meta d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28(2), 30 jew 31 ma jkunux sodisfatti, jew jekk ir-regolamenti li jirregolaw l-użu jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.
2. Applikazzjoni għal marka kollettiva għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikanza tal-marka, b'mod partikolari jekk ikun hemm possibbiltà li din tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka kollettiva.
3. L-applikazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 33
L-użu ta' marki kollettivi
Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 16 għandhom jiġu sodisfati meta l-użu ġenwin ta’ marka kollettiva b'konformità mal-Artikolu 16 isir minn kwalunkwe persuna li għandha awtorità li tużaha.
Artikolu 34
Emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva
1. Il-proprjetarju ta’ marka kollettiva għandu jagħti lill-uffiċċju kwalunkwe regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.
2. L-emenda għandha tissemma fir-reġistru jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 31 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal ċaħda msemmija fl-Artikolu 32.
3. L-Artikolu 42(2) għandu japplika għal regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.
4. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta' meta referenza għall-emenda titniżżel fir-reġistru.
Artikolu 35
Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża għal ksur
1. L-Artikolu 26(3) u (4) għandhom japplikaw għal kull persuna li għandha awtorità tuża marka kollettiva.
2. Il-proprjetarju ta' marka kollettiva kollettiva għandu jkun intitolat li jitlob kumpens f'isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka jekk dawk ikunu sofrew danni b'konsegwenza ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.
Artikolu 36
Raġunijiet addizzjonali għar-revoka
Minbarra r-raġunijiet għar-revoka msemmija fl-Artikolu 19 u 20, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' marka kollettiva għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-uffiċċju jew abbażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-proprjetarju ma jiħux passi raġonevoli sabiex jipprevjeni li l-marka tintuża b'mod li huwa inkumpatibbli mal-kundizzjonijiet tal-użu stabbiliti fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, emendi li, fejn kien xieraq, issemmew fir-Reġistru; |
|
(b) |
il-mod kif il-marka ntużat mill-persuni awtorizzati wassal sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod msemmi fl-Artikolu 32(2); |
|
(c) |
tkun issemmiet emenda fir-reġistru għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dan bi ksur tal-Artikolu 34(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu. |
Artikolu 37
Raġunijiet addizzjonali għal invalidità
Minbarra r-raġunijiet għal invalidità stipulati fl-Artikoli 4 u 5, marka kollettiva li hija reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 għandha tiġi dikjarata invalida sakemm il-proprjetarju tal-marka, permezz ta' emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu, jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 32.
Kapitolu 3
Proċeduri
Taqsima 1
Applikazzjoni u reġistrazzjoni
Artikolu 38
Kundizzjonijiet li l-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi magħhom
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandu jkun fiha mill-inqas : [Em. 42]
|
(a) |
talba għar-reġistrazzjoni, |
|
(b) |
informazzjoni li tidentifika lill-applikant, |
|
(c) |
lista ta’ merkanzija jew servizzi fir-rigward ta’ liem ir-reġistrazzjoni hija mitluba, |
|
(d) |
rappreżentazzjoni tat-trade mark. |
2. L-applikazzjoni għal trade mark għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ miżata tal-applikazzjoni, u fejn xieraq, għal miżata waħda jew iżjed ta’ drittijiet għal kull klassi.
Artikolu 39
Data ta’ preżentazzjoni
1. Id-data ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark għandha tkun id-data li fiha jkunu ġew ippreżentati d-dokumenti li jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 38 fl-uffiċċju mill-applikant.
2. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-konformità tad-data ta’ preżentazzjoni għandha tkun soġġetta għall-ħlas tal-applikazzjoni bażika jew il-miżata għar-reġistrazzjoni.
Artikolu 40
Ħatra u klassifikazzjoni ta’ merkanzija u servizzi
1. Il-merkanzija u servizzi li hija applikata r-reġistrazzjoni fir-rigward tagħhom għandhom ikunu klassifikati b'konformità mas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Merkanzija u Servizzi għall-Iskopijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957 (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala l-“Klassifikazzjoni ta' Nizza”).
2. Il-merkanzija u s-servizzi li għalihom qed tingħat l-protezzjoni għandhom ikunu identifikati mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi, fuq dik il-bażi biss, sabiex jiddeterminaw sa fejn tingħata l-protezzjoni. Il-lista ta’ merkanzija u servizzi għandha tippermetti kull oġġett ikun klassifikat fi klassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza.
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fl-intestaturi tal-klassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza jew termini oħra ġenerali jistgħu jintużaw, sakemm dawn ikunu konformi mal-istandards mitluba ta’ ċarezza u preċiżjoni.
4. L-uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjon fir-rigward ta’ termini li mhumiex ċari jew mhumiex preċiżi jekk l-applikant ma jissuġġerix kompożizzjoni aċċettabbli f’perjodu stabbilit mill-uffiċċju għal dan il-għan. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, l-uffiċċji b’kooperazzjoni ma’ xulxin għandhom jiġbru lista li tirrifletti l-prattiki amministrattivi tagħhom fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi.
5. L-użu ta’ termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi tal-klassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza, għandhom jiġu interpretati bħala li jinkludu l-merkanzija u s-servizzi kollha koperti b'mod ċar mis-sens litterali tal-indikazzjoni jew it-terminu. L-użu ta’ tali termini jew indikazzjonijiet ma għandux ikun interpretat bħala wieħed li jinkludi lment għal merkanzija jew servizzi li ma jistgħux jiġu mifhuma.
6. Meta l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal aktar minn klassi waħda, il-merkanzija u s-servizzi għandhom ikunu miġbura , l-applikant għandu jiġbor fi gruppi l-merkanzija u s-servizzi skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nizza, kull grupp ikun preċedut min-numru tal-klassi li għaliha jkun jappartjeni l-grupp ta' merkanzija u servizzu ppreżentat servizz u għandu jippreżentahom fl-ordni tal-klassijiet. [Em. 43]
7. Il-klassifikazzjoni ta' prodotti u servizzi għandha sservi esklussivament għal għanijiet amministrattivi. Il-merkanzija u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin għar-raġuni li dawn jidhru fl-istess klassi skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza, u l-merkanzija u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala li ma jkunux simili għal xulxin għar-raġuni li dawn jidhru fi klassijiet differenti skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza.
Artikolu 41
Eżami ex officio
L-uffiċċji għandhom jillimitaw l-eżami tagħhom ex officio dwar jekk applikazzjoni tat-trade mark hijiex eliġibbli għar-reġistrazzjoni għan-nuqqas ta' raġunijiet assoluti għal rifjut stipulati fl-Artikolu 4. [Em. 44]
Artikolu 42
Osservazzjonijiet minn partijiet terzi
1. Qabel ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark, kull persuna fiżika jew legali u kull grupp jew korp li jirrappreżenta l-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jista' jagħti lill-Uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub, li jispjegaw għal-liema raġunijiet elenkati fl-Artikolu 4 it-trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata ex officio. Dawn ma għandhomx ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-uffiċċju.
2. Minbarra r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull persuna fiżika jew legali u kull grupp jew korp li jirrappreżenta lill-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jista' jippreżenta lill-uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub ibbażati fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom tista' tiġi rifjutata l-applikazzjoni għal marka kollettiva skont l-Artikolu 32(1) u (2).
2a. L-Istati Membri li jkunu stabbilew proċeduri ta' oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet assoluti koperti mill-Artikolu 4 m'għandhomx jintalbu jimplimentaw dan l-Artikolu. [Em. 45]
Artikolu 43
Diviżjoni tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet
L-applikant jew il-proprjetarju jistgħu jaqsmu l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' trade mark f'applikazzjoni jew reġistrazzjoni waħda jew aktar billi jippreżentaw dikjarazzjoni lill-uffiċċju.
Artikolu 44
Miżati
Ir-reġistrazzjoni u t-tiġdid ta’ trade mark għandu jkun soġġett għal miżata addizzjonali għal kull klassi ta’ merkanzija u servizzi lil hinn mill-ewwel klassi.
Taqsima 2
Proċeduri għal oppożizzjoni, revoka jew invalidità
Artikolu 45
Proċedura ta’ oppożizzjoni
1. L-Istati Membru għandhom jipprovdu proċedura amministrattiva effiċjenti u bil-ħeffa quddiem l-uffiċċji tagħhom għal oppożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark għar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 5.
2. Il-proċeduri amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu li minn tal-inqas il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 4(1)(i) u fil-punt (a) tal-Artikolu 5 (3) għandu jkun jista’ jippreżenta avviż ta’ oppożizzjoni. Tista’ titressaq notifika ta’ oppożizzjoni fuq il-bażi ta’ dritt preċedenti wieħed jew aktar, bil-kundizzjoni li kollha jappartienu għall-istess propjetarju, u fuq il-bażi ta' parti mill-merkanzija jew servizzi jew kollha kemm huma li fir-rigward tagħhom id-dritt preċedenti huwa irreġistrat jew ikun hemm applikazzjoni għalih, u tista’ tiġi diretta kontra parti mill-merkanzija jew servizzi jew kollha kemm huma li fir-rigward tagħhom ikun hemm applikazzjoni għall-marka kkontestata. [Em. 46]
3. Il-partijiet għandu jkollhom garantit perjodu ta’ żmien ta’ mill-inqas għandhom, fuq talba konġunta tagħhom, jingħataw, minimu ta’ xahrejn qabel ma jibdew il-proċedimenti fil-proċediment ta’ oppożizzjoni sabiex jinnegozjaw il-possibbiltà ta’ ftehim amikevoli bejn il-parti li qed topponi u l-applikant. [Em. 47]
Artikolu 46
In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni
1. Fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni amministrattiva, meta fid-data ta’ preżentazzjoni jew fid-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, il-perjodu ta’ ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b’mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 ikun skada, b'talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti li ta l-avviż ta’ oppożizzjoni għandu jforni prova li t-trade mark preċedenti kienet intużat għal użu ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, jew li kien hemm raġunijiet xierqa għan-nuqqas ta’ użu. F'nuqqas ta' provi ta' din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi rifjutata.
2. Jekk it-trade mark preċedenti tkun intużat f'konnessjoni ma' parti biss mill-merkanzija jew servizzi li għalihom tkun reġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżami tal-oppożizzjoni, titqies li hija reġistrata biss f'konnessjoni ma' dik il-parti tal-merkanzija jew servizzi.
3. Il-paragrafu 1 u 2 għandhom japplikaw meta t-trade mark preċedenti tkun trade mark tal-Unjoni Ewropea. F’każ bħal dan, l-użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jkun determinat b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Artikolu 47
Proċedura għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw proċedura amministrattiva effiċjenti u bil-ħeffa quddiem l-uffiċċji tagħhom għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark. [Em. 48]
2. Il-proċedura amministrattiva għal revoka għandha tistipula li t-trade mark għandha tkun revokata skont ir-raġunijiet stipulati fl-Artikoli 19 u 20.
3. Il-proċedura amministrattiva għal invalidità għandhom jistipulaw li t-trade mark għandha tkun dikjarata invalida minn tal-inqas abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet:
|
(a) |
it-trade mark ma kellhiex tkun reġistrata minħabba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4; |
|
(b) |
it-trade mark ma kellhiex tiġi reġistrata minħabba l-eżistenza ta’ dritt preċedenti skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) u (3); |
4. Il-proċedura amministrattiva għandha tistipula li minn tal-inqas dan li ġej għandu jkun suxxettibbli li jippreżenta applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità.
|
(a) |
fil-każ tal-paragrafu 2 u l-punt (a) tal-paragrafu 3, kull persuna fiżika jew legali u kull grupp jew korp imwaqqaf bil-għan li jirrapreżenta l-interessi ta' manifatturi, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi, u li għandhom il-kapaċità li jfittxu jew li jiġi mfittxija f'isimhom stess skont il-liġi li tirregolahom; |
|
(b) |
fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 3, il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3). |
4a. Applikazzjoni għar-revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tista’ tiġi diretta kontra parti mill-merkanzija jew servizzi jew kollha kemm huma li fir-rigward tagħhom tiġi rreġistrata l-marka kkontestata. [Em. 49]
4b. Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tista’ titressaq fuq il-bażi ta’ dritt preċedenti wieħed jew aktar, bil-kundizzjoni li kollha jappartienu lill-istess propjetarju. [Em. 50]
Artikolu 48
In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fil-proċedimenti li jfittxu dikjarazzjoni ta’ invalidità
1. Fi proċedimenti amministrattivi għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq trade mark reġistrata b'data ta' preżentazzjoni jew data ta' prijorità preċedenti, jekk il-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti jitlob dan, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti għandu jforni prova lim matul il-perjodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, it-trade mark preċedenti ntużat b'mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 b'rabta mal-merkanzija jew is-servizzi li hija rreġistrata għalihom u li jikkwota bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li kien raġunijiet xierqa għal nuqqas ta' użu, sakemm il-perjodu ta' ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b'mod ġenwin skada fid-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. [Em. 51]
2. Meta, fid-data ta’ preżentazzjoni jew fid-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, il-perjodu ta’ ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b’mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 ikun skada, b'talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti minbarra li għandu jforni l-prova li mitluba fil-paragrafu 1, iforni prova li t-trade mark kienet intużat għal użu ġenwin matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, jew li kien hemm raġunijiet xierqa għan-nuqqas ta’ użu.
3. Fin-nuqqas ta’ provi msemmija fil-paragrafu 1 u 2, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta' trade mark preċedenti għandha tkun rifjutata.
4. Jekk it-trade mark preċedenti tkun intużat biss b’konformità mal-Artikolu 16 fir-rigward ta’ parti biss mill-merkanzija jew servizzi li għalihom hija rreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, bħala reġistrata biss fir-rigward ta’ dik il-parti tal-merkanzija jew servizzi.
5. Il-paragrafi 1 u 4 għandhom japplikaw meta t-trade mark preċedenti tkun trade mark tal-Unjoni Ewropea. F’każ bħal dan, l-użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jkun determinat b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Artikolu 49
Konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità
1. Trade mark reġistrata għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati f’din id-Direttiva, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista' tiġi ffissata data preċedenti meta waħda mir-raġuinijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni b'talba ta' waħda mill-partijiet.
2. Trade mark reġistrata għandha titqies li ma kellhiex, sa mill-bidu, l-effetti speċifikati minn din id-Direttiva, sa fejn it-trade mark tkun ġiet iddikjarata invalida.
Taqsima 3
Tul u tiġdid tar-reġistrazzjoni
Artikolu 50
Tul ta' żmien tar-reġistrazzjoni
1. It-trade marks għandhom jiġu reġistrati għal perjodu ta' 10 snin mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
2. Ir-reġistrazzjoni tista' tiġġedded b’koformità mal-Artikolu 51 għal aktar perjodi ta' 10 snin.
Artikolu 51
Tiġdid
1. Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark għandha tiġġedded b'talba tal-proprjetarju tat-trade mark jew ta' kull persuna awtorizzata minnu, sakemm il-miżati għat-tiġdid ikunu tħallsu.
2. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju ta' trade mark, u lil kull persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tat-trade mark, dwar l-iskadenza tar-reġistrazzjoni biżżejjed qabel l-iskadenza msemmija. Jekk din l-informazzjoni ma tingħatax, dan ma jinvolvix ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju.
3. It-talba għat-tiġdid għandha tiġi ppreżentata u l-miżata għat-tiġdid għandha titħallas f'perjodu ta’ żmien ta' sitt xhur li jagħlaq fl-aħħar jum tax-xahar li fih ittemm il-protezzjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, it-talba tista’ tiġi ppreżentata f’perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur wara l-jum imsemmi fl-ewwel sentenza. Il-miżati ta’ tiġdid u miżati addizzjonali għandhom jitħallsu f’dak iż-żmien ulterjuri.
4. Meta t-talba tiġi ppreżentata jew il-miżati jitħallsu fir-rigward ta' xi wħud mill-merkanzija jew servizzi biss li għalihom it-trade mark tkun irreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded għal dik il-merkanzija jew servizzi biss.
5. It-tiġdid għandu jkollu effett mill-jum ta' wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat u ppubblikat.
Taqsima 3a
Komunikazzjoni mal-uffiċċju
Artikolu 51 a
Komunikazzjoni mal-uffiċċju
Il-partijiet li jieħdu sehem fil-proċeduri jew, fejn dawn jiġu maħtura, ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jagħżlu indirizz uffiċjali fi ħdan wieħed mill-Istati Membri għall-komunikazzjoni uffiċjali kollha mal-uffiċċju. [Em. 53]
Kapitolu 4
Kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 52
Kooperazzjoni fl-oqsma tar-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ trade mark
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċji jikkooperaw b'mod effettiv ma’ xulxin u mal-Aġenzija sabiex jippromwovu konverġenza ta’ prattiki u għodod biex u bil-ħsieb li jiksbu riżultati koerenti fl-eżami u r-reġistrazzjoni ta’ trade marks tat-trade marks . [Em. 52]
Artikolu 53
Kooperazzjoni f'oqsma oħra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċji jikkooperaw b'mod effettiv mal-Aġenzija fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 52 li huma rilevanti għall-protezzjoni ta' trade marks fl-Unjoni. [Em. 54]
Kapitolu 5
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 54
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iġbu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieħa biex ikunu konformi mal-Artikoli 2 sa 6, 8 sa 14, 16, 17, 18, 22 sa 28, u 30 sa 53 mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dawn għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza dwar l-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu stqarrija li referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva li tħassret minn din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif din l-istqarrija għandha tiġi formulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 55
Tħassir
Id-Direttiva 2008/95/KE hija b’dan imħassra b’effett minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) ta’ din id-Direttiva], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relattivament għal-limitu ta’ żmien, indikat fil- Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/95/KE, għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1, 7, 15, 19, 20, 21 u 54 sa 57 għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) ta’ din id-Direttiva].'
Artikolu 57
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 42.
(2) Pożizzjoni tal-Parliament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(3) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).
(5) COM(2008)0465.
(6) ĠU C 140, 29.5.2010, p. 22.
(7) COM(2011)0287.
(8) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 213.
(9) Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).
(10) Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).
(11) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(12) ĠU C 32, 4.2.2014, p. 23.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).
(14) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1).
ANNESS
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2008/95/KE |
Id-Direttiva preżenti |
|
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
|
--- |
L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 3(1) minn (a) sa (h) |
L-Artikolu 4(1) minn (a) sa (h) |
|
--- |
L-Artikolu 4(1)(i) u (j) |
|
--- |
L-Artikolu 4(2) u (3), l-ewwel sentenza |
|
L-Artikolu 3(2) minn (a) sa (c) |
L-Artikolu 4(4) minn (a) sa (c) |
|
L-Artikolu 3(2)(d) |
L-Artikolu 4(3), it-tieni sentenza |
|
L-Artikolu 3(3), l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 4(5) |
|
L-Artikolu 3(3), it-tieni sentenza |
L-Artikolu 4(6) |
|
L-Artikolu 4(1) u (2) |
L-Artikolu 5(1) u (2) |
|
L-Artikolu 4(3) u (4)(a) |
L-Artikolu 5(3)(a) |
|
--- |
L-Artikolu 5(3)(b) |
|
L-Artikolu 4(4)(g) |
L-Artikolu 5(3)(c) |
|
--- |
L-Artikolu 5(3)(d) |
|
L-Artikolu 4(4)(b) u (c) |
L-Artikolu 5(4)(a) u (b) |
|
L-Artikolu 4(4) minn (d) sa (f) |
--- |
|
L-Artikolu 4(5) u (6) |
L-Artikolu 5(5) u (6) |
|
--- |
L-Artikolu 8 |
|
L-Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza introduttorja |
L-Artikolu 10(1) |
|
L-Artikolu 5(1), it-tieni sentenza introduttorja |
L-Artikolu 10(2), il-frażi introduttorja |
|
L-Artikolu 5(1)(a) u (b) |
L-Artikolu 10(2)(a) u (b) |
|
L-Artikolu 5(2) |
L-Artikolu 10(2) |
|
L-Artikolu 5(3) minn (a) sa (c) |
L-Artikolu 10(3) minn (a) sa (c) |
|
--- |
L-Artikolu 10(3)(d) |
|
L-Artikolu 5(3)(d) |
L-Artikolu 10(3)(e) |
|
--- |
L-Artikolu 10(3)(f) |
|
--- |
L-Artikolu 10(4) u (5) |
|
L-Artikolu 5(4) u (5) |
L-Artikolu 10(6) u (7) |
|
--- |
L-Artikolu 11 |
|
--- |
L-Artikolu 12 |
|
--- |
L-Artikolu 13 |
|
L-Artikolu 6(1) minn (a) sa (c) |
L-Artikolu 14(1) minn (a) sa (c) |
|
--- |
L-Artikolu 14(2) |
|
L-Artikolu 6(2) |
L-Artikolu 14(3) |
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 15 |
|
L-Artikolu 8(1) u (2) |
L-Artikolu 26(1) u (2) |
|
--- |
L-Artikolu 26 minn (3) sa (5) |
|
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 9 |
|
L-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 16(1) |
|
--- |
Artikolu 16(2) u (3) |
|
L-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 10(4) |
|
L-Artikolu 10(2) |
Artikolu 10 (5) |
|
L-Artikolu 10(3) |
--- |
|
L-Artikolu 11(1) |
L-Artikolu 48 minn (1) sa (3) |
|
L-Artikolu 11(2) |
L-Artikolu 46(1) |
|
L-Artikolu 11(3) |
L-Artikolu 17 |
|
L-Artikolu 11(4) |
L-Artikolu 17, 46(2) u l-Artikolu 48(4) |
|
--- |
L-Artikolu 18 |
|
L-Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 19(1) |
|
L-Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 19(2) |
|
L-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 19(3) |
|
L-Artikolu 12(2) |
L-Artikolu 20 |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 7 u l-Artikolu 21 |
|
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 6 |
|
--- |
L-Artikoli minn 22 sa 25 |
|
--- |
L-Artikolu 27 |
|
--- |
L-Artikolu 28 |
|
L-Artikolu 15(1) |
29(1) u (2) |
|
L-Artikolu 15(2) |
L-Artikolu 29(3) |
|
--- |
L-Artikoli minn 30 sa 54[1] |
|
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 54(2) |
|
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 55 |
|
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 56 |
|
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 57 |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/287 |
P7_TA(2014)0120
L-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (COM(2012)0085 – C7-0075/2012 – 2012/0036(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/36)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0085), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(2) u 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0075/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-4 ta' Diċembru 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-3 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0178/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 128.
(2) ĠU C 391, 18.12.2012, p. 134.
P7_TC1-COD(2012)0036
Pożizzjoni tal-Parlamen Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/42/UE.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/288 |
P7_TA(2014)0121
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (COM(2013)0173 – C7-0094/2013 – 2013/0091(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/37)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0173), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0094/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra Belġjana tar-Rappreżentanti, il-Bundesrat Ġermaniż u l-Parlament Spanjol, sostna li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0096/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1) għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Europol; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, ladarba jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament bejn il-Parlament Ewroew u l-Kunsill, tqis il-ftehim fl-intier tiegħu sabiex tissodisfa r-rekwiżiti baġitarji u tal-persunal tal-Europol u l-kompiti ġodda tiegħu, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità, skont il-paragrafu 42 tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
5. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
P7_TC1-COD(2013)0091
Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Frar 2014 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI [Em. 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tiegħu, [Em. 2]
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
L-Europol ġie stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI (2) bħala entità tal-Unjoni ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni biex jappoġġja u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI ssostitwiet il-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (3). |
|
(2) |
L-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Europol ikun irregolat b'regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali skont l-Artikolu 12(c) tat-TUE u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, sabiex jittejbu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tal-Europol u ċ-ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tinbidel b'regolament li jistipula r-regoli dwar l-iskrutinju parlamentari. [Em. 3] |
|
(3) |
Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew ('CEPOL') ġie stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI (4) sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali billi jorganizza u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ b'dimensjoni ta' ħidma tal-pulizija Ewropea. [Em. 4] |
|
(4) |
Il-“Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini” (5) jitlob li l-Europol jevolvi u jsir ċentru “għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi”. Abbażi ta' valutazzjoni tal-funzjonament tal-Europol, huwa meħtieġ tisħiħ ulterjuri tal-effikaċja operazzjonali tiegħu sabiex jintlaħaq dan l-għan. Il-Programm ta’ Stokkolma jistipula wkoll il-mira li tinħoloq kultura Ewropea ġenwina tal-infurzar tal-liġi billi jiġu stabbiliti skemi ta’ taħriġ u programmi ta’ skambju Ewropej għall-professjonisti tal-infurzar tal-liġi rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. [Em. 5] |
|
(5) |
Netwerks kriminali u terroristiċi fuq skala kbira huma ta' theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-Unjoni u għas-sigurtà u l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-valutazzjonijiet disponibbli tat-theddidiet juru li l-gruppi kriminali qed isiru dejjem aktar polikriminali u transfruntieri fl-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi għalhekk għandhom bżonn jikkooperaw dejjem iżjed mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li l-Europol jiġi mgħammar biex jappoġġja aktar lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjonijiet tal-kriminalità madwar l-Unjoni kollha. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-evalwazzjonijiet tad-Deċiżjonijiet l-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI. [Em. 6] |
|
(6) |
Fid-dawl tar-rabtiet bejn il-kompiti tal-Europol u s-CEPOL, l-integrazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonijiet taż-żewġ aġenziji jsaħħu l-effettività tal-attività operazzjonali, ir-rilevanza tat-taħriġ u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni. [Em. 7] |
|
(7) |
Id-Deċiżjonijiet Id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha għalhekk titħassar u 2005/681/ĠAI għandhom għalhekk jitħassru u jiġu ssostitwiti tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament, li jislet fuq it-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet. L-Europol kif stabbilit ta' dik id-Deċiżjoni. l-Aġenzija Europol kif stabbilita b'dan ir-regolament għandu jissostitwixxi u jassumi għandha tissosstitwixxi u tassumi l-funzjonijiet tal-Europol u s-CEPOL kif stabbiliti miż-żewġ Deċiżjonijiet imħassra maħluqa permezz tad-Deċiżjoni mħassra . [Em. 8] |
|
(8) |
Peress li l-kriminalità ħafna drabi sseħħ bejn il-fruntieri interni, L-Europol għandu jgħin u jsaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Peress li t-terroriżmu huwa wieħed mit-theddidiet l-aktar importanti jippreżenta theddida għas-sigurtà tal-Unjoni, l-Europol għandu jgħin lill-Istati Membri jaffrontaw l-isfidi komuni f’dan ir-rigward. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-infurzar tal-liġi, l-Europol għandu jappoġġja u saħħaħ ukoll l-azzjonijiet u l-kooperazzjoni fl-indirizzar tal-forom ta’ kriminalità li jaffettwaw l-interessi tal-UE. Għandu wkoll joffri appoġġ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati li jitwettqu sabiex jinkisbu l-mezzi, jiġu ffaċilitati, jitwettqu jew tiġi żgurata l-impunità ta’ atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol. [Em. 9] |
|
(9) |
L-Europol għandu jiżgura taħriġ ta' kwalità aħjar, koerenti u konsistenti għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-gradi kollha fi ħdan qafas ċar skont bżonnijiet identifikati ta’ taħriġ. [Em. 10] |
|
(10) |
L-Europol għandu jkun jista' jitlob lill-Istati Membri jiftħu, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjonijiet kriminali f’każijiet speċifiċi meta l-kooperazzjoni transfruntiera tkun ta’ valur miżjud. L-Europol għandu jinforma lill-Eurojust b'dawn it-talbiet. L-Europol għandu jiġġustifika t-talba. [Em. 11] |
|
(10a) |
L-Europol għandu jżomm ir-rekords tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' timijiet konġunti ta' investigazzjoni, li jieħdu ħsieb il-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt il-kompetentza tiegħu. [Em. 12] |
|
(10b) |
Kull meta tkun ġiet stabilita kooperazzjoni bejn l-Europol u l-Istati Membri dwar investigazzjoni speċifika, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet ċari bejn l-Europol u dawk l-Istati Membri involuti, b'dettalji tal-kompiti speċifiċi li għandhom jitwettqu, il-livell ta' parteċipazzjoni fil-proċeduri investigattivi jew ġudizzjarji tal-Istati Membri, u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi applikabbli għall-finijiet tas-sorveljanza ġudizzjarja. [Em. 13] |
|
(11) |
Biex tiżdied l-effettività tal-Europol bħala ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiġu stipulati obbligi ċari għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-Europol bid-dejta neċessarja biex ikun jista' jissodisfa l-għanijiet tiegħu. Meta jimplimentaw dawn l-obbligi, l-Istati Membri għandhom jridu jagħtu attenzjoni partikolari li jipprovdu dejta biss id-dejta rilevanti għall-ġlieda kontra kriminalità meqjusa bħala strateġika u ta' prijorità operazzjonali fl-istrumenti ta' politika rileventi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Europol b'kopja tal-iskambji bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħra dwar kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u fl-istess ħin jindikaw ukoll mil-liema sorsi toriġina d-dejta . Fl-istess ħin, l-Europol għandu jżid il-livell tal-appoġġ tiegħu lill-Istati Membri, sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni reċiproka u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. L-Europol għandu irid jissottometti rapport annwali lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni u lill-parlamenti nazzjonali dwar sa liema punt l-Istati Membri individwali jipprovdulu informazzjoni. [Em. 14] |
|
(12) |
Sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn l-Europol u l-Istati Membri, għandha titwaqqaf unità nazzjonali f'kull Stat Membru. F'dan ir-Regolament għandu jiġi ppreservat ir-rwol tal-unità nazzjonali tal-Europol bħala gwardjan u difensur tal-interessi nazzjonali fl-Aġenzija. Unità nazzjonali għandha tinżamm bħala punt ta' kuntatt bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti, li tiggarantixxi b'dan il-mod rwol ċentralizzat u fl-istess waqt tkun il-kollegament prinċipal bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u l-istituti tat-taħriġ u l-Europol koordinatur tal-kooperazzjoni kollha tal-Istati Membri mal-Europol u permezz tal-Europol, b'hekk tiżgura risposta unitarja mill-Istat Membru għall-appelli tal-Europol . Sabiex ikun żgurat skambju ta' informazzjoni effettiv u kontinwu bejn l-Europol u l-unitajiet nazzjonali u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejniethom, kull unità nazzjonali għandha tissekonda mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed għall-Europol. [Em. 15] |
|
(13) |
Filwaqt li titqies l-istruttura deċentralizzata ta’ xi Stati Membri u l-ħtieġa li f’ċerti każijiet jiġu żgurati skambji rapidi ta’ informazzjoni, l-Europol għandu jitħalla jikkoopera direttament mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri f'investigazzjonijiet individwali, filwaqt li jżomm lill-unitajiet nazzjonali tal-Europol infurmati. |
|
(14) |
Biex jiġi żgurat li t-taħriġ tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni jkun ta’ kwalità għolja, koerenti u konsistenti, l-Europol għandu jaġixxi f’konformità mal-politika għat-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni. It-taħriġ fil-livell tal-Unjoni għandu jkun disponibbli għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi ta’ kull grad. L-Europol għandu jiżgura li t-taħriġ jiġi evalwat u li l-konklużjonijiet mill-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ikunu parti mill-ippjanar ħalli titnaqqas d-duplikazzjoni. L-Europol għandu jippromwovi r-rikonoxximent fl-Istati Membri tat-taħriġ ipprovdut fil-livell tal-Unjoni. [Em. 16] |
|
(15) |
Hemm ukoll bżonn li tittejjeb il-governanza tal-Europol, billi wieħed ifittex li jikseb żieda fl-effiċjenza u jiġu rrazzjonalizzati l-proċeduri. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tal-Maniġment tal-Europol sabiex jagħmlu superviżjoni ta' ħidmietu b'mod effikaċi. Sabiex jirriflettu l-mandat doppju tal-aġenzija ġdida, l-appoġġ operazzjonali u t-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi, il-membri sħaħ tal-Bord tal-Maniġment għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, filwaqt li l-membri supplenti għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom tat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membri supplenti għandhom jaġixxu bħala membri sħaħ fin-nuqqas tal-membru sħiħ u fi kwalunkwe każ meta jkun qed jiġi diskuss jew deċiżi taħriġ. Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata pariri dwar kwistjonijiet ta' taħriġ tekniku minn kumitat xjentifiku. [Em. 17] |
|
(17) |
Il-Bord tal-Maniġment għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, sabiex b'mod partikolari jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji u d-dokumenti tal-ippjanar xierqa, jadotta miżuri għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi, kif ukoll jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol u jadotta r-rapport tal-attività annwali. Għandu jeżerċita l-poteri ta' awtorità li taħtar fil-konfront tal-persunal tal-aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex jiġi rrazzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tissaħħaħ is-superviżjoni amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-baġit, il-Bord tal-Maniġment għandu jkun jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv. [Em. 18] |
|
(18) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' kuljum tal-Europol, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku u l-maniġer tiegħu, jaġixxi b'indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-kompiti kollha u jiżgura li l-Europol iwettaq il-kompiti previsti f'dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-preparazzjoni tal-baġit u d-dokumenti tal-ippjanar sottomessi għad-deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment, l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u multiannwali tal-Europol u dokumenti oħra ta' ppjanar. |
|
(19) |
Għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tiegħu, huwa meħtieġ li l-Europol ikollu l-informazzjoni l-iktar sħiħa u aġġornata possibbli. Għalhekk, l-Europol għandu jkun jista' jipproċessa dejta pprovduta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi tal-Unjoni kif ukoll dik li tiġi minn sorsi disponibbli għall-pubbliku , sakemm l-Europol jista' jitqies li huwa riċevitur legali ta' dik id-dejta, biex jiżviluppa fehim tal-fenomeni u x-xejriet kriminali, jiġbor informazzjoni dwar in-netwerks kriminali u jiskopri rabtiet bejn reati differenti. [Em. 19] |
|
(20) |
Sabiex tittejjeb l-effettività tal-Europol fil-forniment ta' analiżi preċiża dwar il-kriminalità lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, għandu juża teknoloġiji ġodda biex jipproċessa d-dejta. L-Europol għandu jkun jista' jiskopri malajr konnessjonijiet bejn investigazzjonijiet u modi operandi komuni bejn gruppi kriminali differenti, jikkontrolla kontrokonkordji ta' dejta u jkollu ħarsa ġenerali ċara tax-xejriet, filwaqt li jżomm livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali għall-individwi. Għalhekk, il-bażijiet tad-dejta tal-Europol ma għandhomx ikunu predefiniti, ħalli l-Europol ikun jista' jagħżel l-aktar struttura tal-IT effiċjenti. Sabiex ikunu żgurati standards ta' livell għoli għall-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu stipulati l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u d-drittijiet tal-aċċess kif ukoll salvagwardji speċifiċi addizzjonali. Il-prinċipju tad-delimitazzjoni u l-prinċipju tal-proporzjonalità għandhom jiġu osservati fl-ipproċessar ta' dejta personali. [Em. 20] |
|
(21) |
Sabiex jiġu rrispettati s-sjieda tad-dejta u l-protezzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet f'pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw l-iskop li għalih l-Europol jista' jipproċessa d-dejta li jipprovdu u jirrestrinġu d-drittijiet tal-aċċess. Il-limitazzjoni tal-iskop tikkontribwixxi għat-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u hija b'mod speċjali ta' importanza kbira fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pulizija, fejn is-suġġetti tad-dejta normalment ma jkunux jafu meta d-dejta personali tagħhom qed tinġabar u tiġi proċessata u fejn l-użu tad-dejta prsonali jista' jkollu impatt sinifikanti kbir fuq il-ħajja u l-libertajiet tan-nies. [Em. 21] |
|
(22) |
Biex ikun żgurat li aċċess għad-dejta isir biss minn dawk li għalihom l-aċċess huwa meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, dan ir-Regolament għandu jistipula regoli dettaljati għal gradi differenti ta' drittijiet ta' aċċess għad-dejta pproċessata mill-Europol. Tali regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess imposti mill-fornituri tad-dejta, peress li għandu jiġu rrispettat il-prinċipju tas-sjieda tad-dejta. Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol, l-Europol għandu jinnotifika lill-Istati Membri bl-informazzjoni li tikkonċernahom. |
|
(23) |
Biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji, u b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess tal-aġenziji differenti, l-Europol għandu jippermetti lill-Eurojust u lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) aċċess għal, u li jkunu jistgħu jfittxu fid-dejta disponibbli għand l-Europol , abbażi ta' salvagwardji speċifiċi . [Em. 22] |
|
(24) |
L-Europol għandu jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra tal-UE, u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. [Em. 23] |
|
(25) |
Sabiex jiżgura l-effikaċja operazzjonali, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, ma' korpi oħra tal-Unjoni, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sa punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Peress li kumpaniji, ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizazzjonijiet mhux governattivi u partijiet privati oħra jkollhom għarfien espert u dejta b'rilevanza diretta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, l-Europol għandu jkun jista' jiskambja tali dejta ma' partijiet privati. Biex ikun hemm prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u tiġi miġġielda, fir-rigward ta' inċidenti fis-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, l-Europol għandu, skont id-Direttiva [isem tad-Direttiva adottata] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni madwar l-Unjoni (*1), jikkoopera u jiskambja informazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-sigurtà tas-sistemi tan-networks u l-informazzjoni. [Em. 24] |
|
(26) |
L-Europol għandu jkun jista' jiskambja dejta personali ma’ korpi oħra tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta jappoġġja l-limitazzjoni ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni għal dawk is-suġġetti li kkommettew jew li huwa suspettat li jistgħu jikkommettu reat fuq dawk li huma fil-ġurisdizzjoni tal-Europol. [Em. 25] |
|
(27) |
Ir-reati serji u t-terroriżmu ħafna drabi jkollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-UE. L-Europol għandu għalhekk ikun jista’ jiskambja dejta personali mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Fl-iskambju ta' dejta personali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandu jinżamm bilanċ xieraq bejn il-ħtieġa għal infurzar effikaċi tal-liġi u l-protezzjoni tad-dejta. [Em. 26] |
|
(28) |
L-Europol għandu jkun jista' jittrasferixxi dejta personali lill-awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat li l-pajjiż jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, jew, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-Europol u dan il-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali mehmuż mat-Trattat, l-effetti ġuridiċi ta’ tali ftehimiet għandhom jiġu ppreżervati sakemm dawk il-ftehimiet jiġu rrevokati, annullati jew emendati fl-implementazzjoni tat-Trattat. |
|
(29) |
Meta trasferiment ta' dejta personali ma jistax jiġi bbażat fuq deċiżjoni ta’ adegwatezza meħuda mill-Kummissjoni, jew minn ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, jew minn ftehim ta’ kooperazzjoni eżistenti, il-Bord tal-Maniġment u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jitħallew jawtorizzaw trasferiment jew sett ta’ trasferimenti, sakemm ikunu żgurati salvagwardji adegwati. Fejn ma tapplika l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitħalla jawtorizza t-trasferiment tad-data f’każijiet eċċezzjonali abbażi ta’ każ b’każ, jekk ikun meħtieġ li jiġu salvagwardjati l-interessi essenzjali ta’ Stat Membru, biex jiġi evitat periklu iminenti assoċjat ma’ reat jew terroriżmu, jekk b'xi mod ieħor it-trasferiment huwa meħtieġ jew legalment meħtieġ minħabba xi raġunijiet pubbliċi importanti, jekk is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu, jew jekk ikunu fil-periklu interessi vitali tas-suġġett tad-dejta. |
|
(30) |
L-Europol għandu jkun jista' jipproċessa dejta personali li toriġina minn partijiet privati u minn persuni privati biss jekk tiġi ttrasferita lill-Europol minn unità nazzjonali tal-Europol ta’ Stat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu jew, b’punt ta’ kuntatt f’pajjiż terz li teżisti kooperazzjoni miegħu permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li magħha l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE. |
|
(31) |
Kwalunkwe informazzjoni minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata. [Em. 27] |
|
(32) |
Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jiġu allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-proċessar tad-dejta personali fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-pulizija fl-Unjoni biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-iproċessar ta' dejta personali. Filwaqt li d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI tipprovdi għal reġim robust dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-Europol, għandha tiġi elaborata iżjed biex tallinja l-Europol mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona, tirrifletti r-rwol jikber tal-Europol, ittejjeb id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u ttejjeb iżjed il-fiduċja bejn l-Istati Membri u l-Europol li hija meħtieġa għal skambju ta' informazzjoni b'suċċess. Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jisiltu mill-prinċipji sottostanti r-Regolament (KE) Nru 45/2001 (6) jew l-istrument li jissostitwixxi r-Regolament biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-proċessar tal-ipproċessar ta' dejta personali Peress li , kif ukoll minn prinċipji oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta, inkluż il-prinċipju tal-kontabilità, il-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta, il-privatezza mit-tfassil u prestabbilità u n-notifika dwar il-ksur tad-dejta personali . Hekk kif jiġi adottat il-qafas il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, għandu jkun applikabbli għall-Europol. Kif tirrikonoxxi d-Dikjarazzjoni 21 mehmuża mat-Trattat tirrikonoxxi l-ispeċifiċità tal-proċessar , in-natura speċifika tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, ir-regoli tal-protezzjoni toħloq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Europol għandhom ikunu awtonomi personali u l-moviment liberu ta' din id-dejta għall-Europol abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE u allinjati ma' strumenti rilevanti oħra tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Nru 108 (7) u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 u r-Rakkomandazzjoni Nru R(87) tal-Kunsill tal-Ewropa (8) u d-Deċiżjoni r-reġim robust għall-protezzjoni tad-dejta stipulat fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (9) [tinbidel mad-Direttiva rileventi fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni]. It-trasparenza hija parti kruċjali mill-protezzjoni tad-dejta għaliex tippermetti li jiġu eżerċitati prinċipji u drittijiet oħra dwar il-protezzjoni tad-dejta. Sabiex titjieb it-trasparenza, l-Europol għandu jkollu politiki trasparenti dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandu jagħmilhom disponibbli b'mod faċli għall-pubbliku billi jistabbilixxi f'forma komprensibbli u bl-użu ta' kliem ċar u sempliċi d-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll jippubblika lista tal-ftehimiet internazzjonali u ta' kooperazzjoni li għandu ma' pajjiżi terzi, korpi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 28] |
|
(33) |
Kemm jista' jkun, Id-dejta personali għandha tiġi distinta skont il-grad ta' preċiżjoni u affidabbiltà tagħha. Il-fatti għandhom jridu jiġu distinti mill-valutazzjonijiet personali, sabiex tiġi żgurta protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni proċessata mill-Europol. [Em. 29] |
|
(33a) |
Minħabba n-natura speċjali tal-Aġenzija, din għandu jkollha kondizzjonijiet proprji, speċjali u fl-istess waqt li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tad-dejta, li fl-ebda każ m'għandhom ikunu inferjuri għall-arranġamenti ġenerali applikabbli għall-Unjoni u l-Aġenziji tagħha. F'dan is-sens, ir-riformi li jseħħu fir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom japplikaw għall-Europol mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sentejn minn meta r-regoli ġenerali l-ġodda jidħlu fis-seħħ; l-allinjament regolatorju bejn l-arranġamenti speċjali tal-Europol u partikolari tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jsir qabel jgħaddu sentejn minn meta tiġi approvata kwalunkwe regola għal dan il-għan. [Em. 30] |
|
(34) |
Dejta personali relatata ma’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta tiġi pproċessata fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. L-Europol għandu jagħmel id-distinzjonijiet, bejn id-dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta, ċari kemm jista' jkun. Dejta personali ta’ persuni bħal vittmi, xhieda, persuni b’informazzjoni rilevanti kif ukoll dejta personali ta' minuri għandha tiġi protetta b'mod partikolari. Għalhekk, l-Europol ma għandux jipproċessaha sakemm ma jkunx strettament meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tiegħu, u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol. |
|
(35) |
Fid-dawl tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali, l-Europol ma għandux jaħżen dejta personali għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Mhux aktar tard minn tliet snin minn meta tiddaħħal id-dejta, għandu jitqies jekk ikunx meħtieġ li din id-dejta tkompli tinħażen. [Em. 32] |
|
(36) |
Sabiex tiġi żgurta s-sigurtà tad-dejta personali, l-Europol għandu irid jimplimenta miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa l-miżuri kollha neċessarji . [Em. 33] |
|
(37) |
Kwalunkwe persuna għandha għandu jkollha d-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tikkonċernaha, li dejta mhux preċiża li tikkonċernaha tiġi rrettifikata u li tħassar jew timblokka dejta li tikkonċernaha, jekk id-dejta ma tkunx għadha meħtieġa. Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta u l-eżerċizzju tagħhom ma għandhomx jaffettwaw l-obbligazzjonijiet imqiegħda fuq l-Europol u għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. [Em. 34] |
|
(38) |
Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta teħtieġ attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u ż-żamma aġġornata tad-dejta li jkunu ttrasferew lill-Europol u għal-legalità ta' dan it-trasferiment. L-Europol għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni u biex iżomm aġġornata d-dejta provduta minn fornituri oħra ta' dejta. L-Europol għandu wkoll irid ukoll jiżgura li d-dejta tiġi pproċessata b’mod ġust u legali, tinġabar u tiġi pproċessata għal skop speċifiku, li hija adegwata, rilevanti, mhux iżżejjed f'relazzjoni mal-iskopijiet li tkun qed tiġi pproċessata għalihom u maħżuna għal mhux aktar żmien milli huwa neċessarju għal dak l-iskop. [Em. 35] |
|
(39) |
Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. L-Europol għandu jkun huwa obbligat jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u meta jintalab, għandu jpoġġi r-reġistrazzjonijet tal-aċċess jew id-dokumentazzjoni għad-dispożizzjoni, ħalli jkunu jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet ta' monitoraġġ tal-proċessar. [Em. 36] |
|
(40) |
L-Europol għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta biex jgħinu fil-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti u effettiv. L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta għandu jkollu r-riżorsi kollha neċessarji għall-qadi ta' dmirijietu. [Em. 37] |
|
(41) |
Hija meħtieġa struttura ta' superviżjoni indipendenti, b'biżżejjed setgħat, trasparenti, responsabbli u effettiva għall-protezzjoni tan-nies fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali kif mitlub mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-proċessar tad-dejta personali għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-proċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jimmonitorja l-legalità tal-proċessar tad-dejta mill-Europol billi jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’indipendenza sħiħa. [Em. 38] |
|
(42) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fuq kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu involviment nazzjonali u biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha. |
|
(43) |
Peress li l-Europol qiegħed jipproċessa wkoll dejta personali mhux operazzjonali, li ma tkun relatata mal-ebda investigazzjoni kriminali, il-proċessar bħad-dejta personali tal-persunal tal-Europol, il-fornituri tas-servizzi jew il-viżitaturi, l-ipproċessar ta' din id-dejta għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 40] |
|
(44) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jisma' u jinvestiga l-ilmenti mressqa mis-suġġetti tad-dejta. L-investigazzjoni li ssegwi l-ilment b'segwitu ta' lment għandha titwettaq, soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju, sa fejn dan ikun xieraq analiżi ġudizzjarja, sal-punt meħtieġ għal kjarifika komprensiva fil-każ speċifiku. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli immedjatament . [Em. 41] |
|
(45) |
Kwalunkwe individwu għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jirrigwardjawh. |
|
(46) |
L-Europol għandu jkun suġġett għal regoli ġenerali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u mhux kuntrattwali applikabbli għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, bl-eċċezzjoni tar-responsabbiltà għall-proċessar illegali ta' dejta. |
|
(47) |
Jista’ ma jkunx ċar għall-individwu konċernat jekk dannu mġarrab b’riżultat ta’ proċessar illegali ta' dejta kienx konsegwenza ta’ azzjoni mill-Europol jew minn Stat Membru. L-Europol u l-Istat Membru li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu għandhom għalhekk ikunu responsabbli in solidum. |
|
(48) |
Biex Sabiex jiġi żgurat rispettat ir-rwol tal-parlamenti fil-monitoraġġ tal-ispazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u r-responsabbiltajiet politiċi tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew fir-rispett u l-eżerċizzju tas-setgħat rispettivi tagħhom fil-proċess ta' leġiżlazzjoni, huwa meħtieġ li l-Europol tkun organizzazzjoni responsabbli u trasparenti bis-sħiħ, huwa meħtieġ .Għal dak l-għan , fid-dawl tal-Artikolu 88 tat-TFUE, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali, fejn b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni interparlamentari stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea , filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata l-konfidenzjalità tal-informazzjoni operazzjonali. [Em. 42] |
|
(49) |
Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (10) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol. L-Europol għandu jkun jista' jimpjega persunal ingaġġat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bħala aġenti temporanji li l-perjodu ta’ servizz tagħhom għandu jkun limitat sabiex jinżamm il-prinċipju ta’ rotazzjoni, peress li r-riintegrazzjoni tal-membri tal-persunal fis-servizz tal-awtorità kompetenti tagħhom tiffaċilita l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li l-persunal ingaġġat fl-Europol bħala aġenti temporanji jkunu jistgħu, meta jtemmu dan is-servizz fl-Europol, jirritornaw mas-servizz ċivili nazzjonali li jappartjenu fih. |
|
(50) |
Minħabba n-natura tad-dmirijiet tal-Europol u l-irwol tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel stqarrija quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt qabel il-ħatra tiegħu u jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu , kif ukoll qabel kwalunkwe estensjoni tal-mandat tiegħu id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jagħmel stqarrija quddiem u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt msemmi u lill-Kunsill. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu. [Em. 43] |
|
(51) |
Sabiex tkun żgurata l-awtonomija u l-indipendenza sħaħ tal-Europol, dan għandu jingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni. Il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni għandha tkun applikabbli kull fejn ikunu konċernati kontribuzzjoni mill-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor li jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri. |
|
(52) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (ir-Regolament Finanzjarju) għandu japplika għall-Europol. |
|
(53) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għandu japplika għall-Europol. |
|
(54) |
L-Europol jipproċessa dejta li teħtieġ protezzjoni partikolari peress li tinkludi informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata. L-Europol għandu għalhekk jistabbilixxi regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-proċessar ta' din l-informazzjoni, filwaqt li jqis il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stipulati mid-Deċiżjoni 2011/292/UE dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE. (13) |
|
(55) |
Huwa xieraq li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi evalwata regolarment. |
|
(56) |
Id-dispożizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-Europol fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-persunal kollu tal-Europol u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament korrett tal-Europol, inklużi l-iskejjel għat-tfal u t-trasport, sabiex jiġu attirati riżorsi umani ta' kwalità għolja minn firxa ġeografika wiesgħa kemm jista' jkun. [Em. 44] |
|
(57) |
L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. Għandu għalhekk ikun suċċessur ġuridiku tal-kuntratti kollha tagħhom, inklużi l-kuntratti tax-xogħol, l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet miksuba. Ftehimiet Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Europol kif stabbiliti stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali konkluż mis-CEPOL. [Em. 45] |
|
(58) |
Sabiex l-Europol ikun jista’ jkompli jaqdi l-kompiti tal-Europol kif stabbiliti stabbilit abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u tas-CEPOL kif stabbiliti abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI skont l-aħjar ħiliet tiegħu, għandhom jiġu stipulati miżuri tranżizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Bord tal-Maniġiment, id-Direttur u d-Direttur Eżekuttiv u d-delimitazzjoni ta' parti mill-baġit tal-Europol għat-taħriġ għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 46] |
|
(59) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ entità responsabbli għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u t-taħriġ fil-livell tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista', għalhekk, imma , minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. [Em. 47] |
|
(60) |
[Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] JEW [Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, dawk l-Istati Membri mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux se jkunu marbuta mill-applikazzjoni tiegħu jew ikunu soġġetti għalih]. |
|
(61) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(62) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt għall-privatezza kif protetti mill-Artikoli 8 u 7 tal-Karta, kif ukoll bl-Artikolu 16 tat-TFUE. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U GĦANIJIET TAL-EUROPOL
Artikolu 1
Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi [Em. 48]
1. B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) biex ittejjeb il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea, biex issaħħaħ u ssaħħaħ u tappoġġja l-azzjonijiet tagħhom kif ukoll tpoġġi fis-seħħ politika Ewropea koerenti għat-taħriġ. [Em. 49]
2. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament jissostitwixxi u jissuċċedi l-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u s-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. [Em. 50]
2a. L-Europol għandu jżomm kuntatt ma' unità nazzjonali waħda f'kull Stat Membru, li għandha tiġi stabbilita jew maħtura skont l-Artikolu 7. [Em. 51]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
“l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri” tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha tal-pulizija u servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi li jeżistu fl-Istati Membri li , b'konformità mad-dritt nazzjonali, huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom l-Europol huwa kompetenti ; [Em. 52] |
|
(b) |
“analiżi” tfisser il-ġbir, il-proċessar jew l-użu ta’ dejta bl-għan li tingħata għajnuna f’investigazzjonijiet kriminali l-eżami bir-reqqa tal-informazzjoni biex tinkixef it-tifsira speċifika tagħha u fatturi partikolari bil-għan li jiġu assistiti l-investigazzjonijiet kriminali u jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-kompiti l-oħra elenkati fl-Artikolu 4 ; [Em. 53] |
|
(c) |
“Korpi tal-Unjoni” tfisser istituzzjonijiet, entitajiet, missjonijiet, uffiċċji u aġenziji stabbiliti minn, jew abbażi tat-TUE u t-TFUE; |
|
(d) |
“uffiċjali tal-infurzar tal-liġi” tfisser uffiċjali tal-pulizija, tad-dwana u ta' servizzi oħra rilevanti, inklużi korpi tal-Unjoni, responsabbli mill-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni u għall-immaniġġjar ta' kriżi ċivili u tal-pulizija internazzjonali ta' avvenimenti ewlenin; |
|
(e) |
“pajjiżi terzi” tfisser pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
(f) |
“organizzazzjonijiet internazzjonali” tfisser organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi subordinati tagħhom regolati b'liġi pubblika jew korpi oħra li huma stabbiliti minn, jew abbażi ta' ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar; |
|
(g) |
“entitajiet privati” tfisser entitajiet u korpi stabbiliti skont il-liġi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz, partikolarment kumpaniji u ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ u persuni ġuridiċi oħrajn li ma jaqgħux taħt il-punt (f); |
|
(h) |
'persuni privati' tfisser kwalunke persuna fiżika; |
|
(i) |
“dejta personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli minn hawn ’il quddiem imsejħa (“suġġett tad-dejta”); persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal identifikatur, bħall-isem, numru ta' identifikazzjoni , dejta dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tal-persuna jew tal-ġeneru ta' dik il-persuna ; [Em. 54] |
|
(j) |
“proċessar ta' dejta personali” minn hawn 'il quddiem msejħa “proċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq dejta personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi jew le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, il-ħażna, adattament jew alterazzjoni, il-ġbid, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta’ trażmissjoni, tixrid jew b'modi oħra li jrendu disponibbli, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda; |
|
(k) |
“riċevitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta, kemm jekk parti terza jew le; madankollu, awtoritajiet li jistgħu jirċievu dejta fil-qafas ta’ inkjesta partikolari ma għandhomx jitqiesu bħala riċevituri; [Em. 55] |
|
(l) |
“trasferiment ta’ dejta personali” tfisser il-komunikazzjoni ta’ dejta personali, li b’mod attiv titqiegħed għad-dispożizzjoni, bejn għadd limitat ta’ partijiet identifikati, bl-għarfien jew l-intenzjoni tal-ispeditur li jagħti aċċess għal dejta personali lir-riċevitur; |
|
(m) |
“sistema ta’ filing tad-dejta personali” minn hawn 'il quddiem imsejħa “sistema ta’ filing” tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk b'mod ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux abbażi funzjonali jew ġeografika; |
|
(n) |
“il-kunsens tas-suġġett tad-dejta” tfisser kwalunkwe indikazzjoni speċifika , espliċita u infurmata tax-xewqa tas-suġġett tad-dejta, mogħtija liberament b'mod ċar u espliċitu , li permezz tagħha s-suġġett tad-dejta juri l-qbil tiegħu li tiġi pproċessata dejta personali marbuta miegħu; [Em. 56] |
|
(o) |
“dejta personali amministrativa” tfisser id-dejta personali kollha proċessata mill-Europol minbarra dik li tiġi pproċessata biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2). |
Artikolu 3
Għanijiet
1. L-Europol għandu jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja , kif speċifikat fl-Anness I u li tolqot jolqtu żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif speċifikat fl-Anness 1 b'mod li jkun meħtieġ approċċ komuni mill-Istati Membri meta jitqiesu l-iskala , is-sinifikat u l-konsegwenzi tar-reati ; [Em. 57]
2. L-Europol għandu wkoll jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali relatati mar-reati msemmija fil-punt(a). Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:
|
(a) |
reati kriminali mwettqa biex jinkisbu l-mezzi sabiex jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol; |
|
(b) |
reati kriminali mwettqa biex jiġi ffaċilitat jew jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol; |
|
(c) |
reati kriminali mwettqa biex tiġi żgurta l-impunità ta' atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol; |
3. L-Europol għandu wkoll jassisti, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina attivitajiet ta' taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. [Em. 58]
Kapitolu II
KOMPITI RELATATI MAL-KOOPERAZZJONI FL-INFURZAR TAL-LIĠI
Artikolu 4
Kompiti
1. L-Europol huwa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea li se jwettaq il-kompiti li ġejjin skont dan ir-Regolament:
|
(a) |
jiġbor, jaħżen, jipproċessa, janalizza u jiskambja informazzjoni; |
|
(b) |
jinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'informazzjoni , permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Europol, kif imsemmi fl-Artikolu 7, bl-informazzjoni li tikkonċernahom u bi kwalunkwe konnessjonijiet bejn reati kriminali; [Em. 59] |
|
(c) |
jikkoordina, jorganizza u jimplimenta investigazzjonijiet u azzjonijiet operazzjonali
|
|
(d) |
jipparteċipa f'timijiet investigattivi konġunti kif ukoll jipproponi li jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 5; |
|
(e) |
jipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f’konnessjoni ma’ avvenimenti internazzjonali ewlenin; |
|
(f) |
iħejji valutazzjonijiet ta’ theddid, analiżi strateġika u operazzjonali u rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali; |
|
(g) |
jiżviluppa, jikkondividi u jippromwovi għarfien speċjalizzat ta’ metodi ta’ prevenzjoni tal-kriminalità, proċeduri investigattivi u metodi tekniċi u forensiċi, u jipprovdi pariri lill-Istati Membri; |
|
(h) |
jipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju għal operazzjonijiet u investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, inklużi permezz ta' timijiet investigattivi konġunti b'konformità mal-Artikolu 5 ; [Em. 61] |
|
(i) |
jappoġġa, jiżviluppa, iwettaq, jikkoordina u jimplimenta taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'kooperazzjoni man-netwerk tal-istituti tat-taħriġ tal-Istati Membri kif stipulat fil-Kapitolu III; [Em. 62] |
|
(j) |
jipprovdi lill-korpi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-Trattat u lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) b’intelligence kriminali u appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom; [Em. 63] |
|
(k) |
jipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-istrutturi tal-UE tal-immaniġġjar tal-kriżijiet, u lill-missjonijiet tal-UE tal-immaniġġjar tal-kriżijiet stabbiliti fuq il-bażi tat-TUE; |
|
(l) |
jiżviluppa ċentri tal-UE ta' għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta' reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol, partikolarment iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità. |
|
(la) |
jgħin investigazzjonijiet fl-Istati Membri, b'mod partikolari billi jgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-unitajiet nazzjonali. [Em. 64] |
2. L-Europol għandu jipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid biex jassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-istipular tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-Europol għandu jassisti wkoll fl-implimentazzjoni operazzjonali ta' dawn il-prijoritajiet.
3. L-Europol għandu jipprovdi intelligence strateġika biex jassisti l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-attivitajiet operazzjonali u l-appoġġ għal dawn l-attivitajiet.
4. L-Europol għandu jaġixxi bħala l-Uffiċċju Ċentrali fil-ġielda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI (14). L-Europol għandu wkoll iħeġġeġ il-koordinazzjoni ta' miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-kuntest ta’ timijiet investigattivi konġunti, fejn xieraq b’kollegament ma’ korpi tal-Unjoni u mal-awtoritajiet ta’ pajjiż terzi, imwettqa biex jiġġieldu l-falsifikazzjoni tal-euro.
4a. L-Europol ma għandux japplika miżuri koerżivi. [Em. 65]
Artikolu 5
Parteċipazzjoni f'timijiet investigattivi konġunti
1. L-Europol jista' jipparteċipa fl-attivitajiet ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunti li jkunu qed jindirizzaw reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol.
2. L-Europol jista’, fil-limiti previsti mil-liġi tal-Istati Membri li fih ikun qed jopera t-tim investigattiv konġunt, jassisti fl-attivitajiet kollha u jiskambja informazzjoni mal-membri kollha tat-tim investigattiv konġunt. L-uffiċjali tal-Europol mhumiex se jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-infurzar tal-liġi. [Em. 66]
3. Fejn l-Europol ikollu raġunijiet biex jemmen li l-istabbiliment ta’ tim investigattiv konġunt iżid il-valur ta' investigazzjoni, jista’ jipproponi dan lill-Istati Membri konċernati u jieħu miżuri biex jgħinhom fl-istabbiliment tat-tim investigattiv konġunt.
3a. Il-parteċipazzjoni tal-Europol f'tim investigattiv konġunt se jkollha tikkonforma mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jiffurmawh u se jidher f'dokument, iffirmat minn qabel mid-Direttur tal-Europol, li se jiġi anness mal-ftehim korrespondenti tal-ħolqien tat-tim investigattiv konġunt. [Em. 67]
3b. L-anness imsemmi fil-paragrafu 3a se jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol fit-tim investigattiv konġunt, inklużi r-regolamenti dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' dawn l-uffiċjali u r-responsabilitajiet li jirriżultaw minn azzjonijiet irregolari possibbli tagħhom stess. [Em. 68]
3c. L-uffiċjali tal-Europol li jipparteċipaw f'tim investigattiv konġunt se jkunu suġġetti, fir-rigward tal-ksur li tiegħu jistgħu jkunu suġġetti jew li jistgħu jwettqu, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikun qed jaġixxi t-tim investigattiv konġunt u li tkun tapplika għall-membri tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta li jwettqu rwoli simili f'dan l-Istat Membru. [Em. 69]
3d. L-uffiċjali tal-Europol li jipparteċipaw f'tim investigattiv konġunt jistgħu jiskambjaw informazzjoni li ġejja mis-sistemi ta' ħżin tad-dejta tal-Europol mal-membri tat-tim. Peress li dan jinvolvi kuntatt dirett kif regolat fl-Artikolu 7, il-Europol se jinforma simultanjament lill-unitajiet nazzjonali tal-Eurool fl-istati Membri rrappreżentati fit-tim investigattiv konġunt u l-unitajiet nazzjonali tal-Europel fl-Istati membri li jipprovdu l-informazzjoni. [Em. 70]
3e. L-informazzjoni li jikseb uffiċjali tal-Europol waqt li jipparteċipa f'tim investigattiv konġunt tista' tiġi inkorporati fis-sistemi ta' ħżin tad-dejta tal-Europol, permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Europeolk, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti li tipprovdi dik l-informazzjoni u taħt ir-responsabilità tagħha. [Em. 71]
4. L-Europol ma għandux japplika miżuri koerżivi.
Artikolu 6
Talbiet mill-Europol biex jinbdew investigazzjonijiet kriminali
1. F’każijiet speċifiċi fejn l-Europol iqis li investigazzjoni kriminali għandha tinbeda fir-rigward ta' reat li jaqa’ taħt l-għanijiet tiegħu, għandu jinforma lill-Eurojust. [Em. 72]
2. Fl-istess ħin, l-Europol għandu jista' jitlob lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Istati Membri konċernati stabbiliti abbażi tal-Artikolu 7(2) biex tinbeda, titwettaq jew tiġi kkoordinata investigazzjoni kriminali. [Em. 73]
2a. F'każ ta' suspett ta' attakk malizzjuż fuq in-netwerk jew is-sistema tal-informazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew korpi tal-Unjoni jew aktar, imwettaq minn attur statali jew mhux statali li jinsab f'pajjiż terz, l-Europol għandu jibda investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess. [Em. 74]
3. L-Unitajiet L-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq dawn it-talbiet u għandhom, permezz tal-Unitajiet Nazzjonali għandhom tagħhom, jinformaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni jekk hux se tinfetaħ investigazzjoni . [Em. 75]
4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx mat-talba tal-Europol, huma għandhom jipprovdu lill-Europol ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, fi żmien xahar mit-talba. Ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:
|
(a) |
ta' ħsara għal interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali; jew |
|
(b) |
jipperikola s-suċċess ta’ investigazzjonijiet fis-seħħ jew is-sigurtà ta’ individwi. |
5. L-Europol għandu jinforma lill-Eurojust bid-deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tiftaħ jew tirrifjuta li tiftaħ investigazzjoni.
Artikolu 7
Kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-Europol
1. L-Istati Membri u l-Europol għandhom jikkooperaw mal-Europol fit-twettiq tal-kompiti tiegħu tal-Europol . [Em. 76]
2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar Unità Nazzjonali li għandha tkun il-korp l-organu ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll mal-istituti tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi maħtura mill-Istati . Kull Stat Membru għandu jappunta kap jaħtar uffiċjal tal-Unità Nazzjonali. [Em. 77]
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Unitajiet Nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom kif stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari li jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-infurzar tal-liġi.
4. L-unità nazzjonali għandha tkun l-uniku korp ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, l-Europol jista’ jikkoopera direttament mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' investigazzjonijiet fil-qafas tal-investigazzjonijiet individwali li dawn l-awtoritajiet ikunu qed jagħmlu sakemm dan il-kuntatt dirett jagħti valur miżjud għall-konklużjoni b'suċċess tal-investigazzjoni u b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali . F'dan il-każ, L-Europol għandu jinforma lill-Unità Nazzjonali mingħajr dewmien u bil-ħtieġa għal dan il-kuntatt minn qabel. L-Europol għandu jipprovdi , kemm jista' jkun malajr, kopja ta' kwalunkwe informazzjoni skambjata matul tal-informazzjoni skambjata permezz ta' dawn il-kuntatti diretti bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi. [Em. 78]
5. L-Istati Membri għandhom, permezz tal-Unità Nazzjonali tagħhom jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, b’mod partikolari: [Em. 79]
|
(a) |
jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa għalih biex jilħaq l-għanijiet tiegħu. Dan jinkludi li jipprovdu lill-Europol mingħajr dewmien b'informazzjoni marbuta mal-oqsma kriminali li huma meqjusa ta' prijorità mill-Unjoni. Dan jinkludi wkoll li tingħata kopja tal-iskambji bilaterali jew multilaterali ma’ Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra sakemm l-iskambju jirreferi għal reat li jaqa' taħt l-għanijiet tal-Europol fuq inizjattiva proprja l-informazzjoni u d-dejta neċessarja għat-twettiq tar-rwoli tiegħu u jirrispondu għat-talbiet ta' informazzjoni, provvista ta' dejta u assistenza provduta mill-Europol ; Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet imposti fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-ordni skont il-liġi u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, l-unità nazzjonali m'għandhiex tkun obbligata f'każ partikolari li tipprovdi informazzjoni u intelligence jekk dan ifisser:
|
|
(b) |
jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri, mal-Europol; [Em. 81] |
|
(c) |
jissensibilizzaw dwar l-attivitajiet tal-Europol. [Em. 82] |
|
(ca) |
l-Europol tintalab tagħti l-informazzjoni rilevanti li tista' tiffaċilita l-investigazzjonijiet li jwettqu l-awtoritajiet kompetenti nominati;[Em. 83] |
|
(cb) |
jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effikaċi mal-awtoritajiet kompetenti; [Em. 84] |
|
(cc) |
jiżguraw konformità mal-liġi f'kull skambju ta' informazzjoni bejniethom u l-Europol. [Em. 85] |
6. Il-kapijiet tal-Unitajiet Nazzjonali għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari, partikolarment biex jiddiskutu u jsolvu problemi li jseħħu fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom mal-Europol.
7. Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi l-organizzazzjoni u l-persunal tal-Unità Nazzjonali skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.
8. L-ispejjeż imġarrba mill-Unitajiet Nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-komunikazzjonijiet mal-Europol għandhom jitħallsu mill-Istati Membri u, minbarra l-ispejjeż tal-konnessjoni, ma għandhomx jiġu addebitati lill-Europol.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ogħla livell minimu possibbli ta’ sigurtà tas-sistemi kollha użati biex jagħmlu konnessjoni mal-Europol. [Em. 86]
10. Kull sena l-Europol għandu jħejji għandha tħejji rapport dwar il-kwantità u l-kwalità rigward il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mogħtija minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 5(a) u dwar il-prestazzjoni tal-Unità Nazzjonali tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi analizzat mill-Bord tal-Maniġment bl-objettiv li titjieb kontinwament il-kooperazzjoni reċiproka bejn l-Europol u l-Istati Membri. Għandu jintbagħat rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti lill-parlamenti nazzjonali. [Em. 229]
Artikolu 8
Uffiċjali ta’ kollegament
1. Kull Unità Nazzjonali għandha taħtar mill-inqas uffiċjal ta’ kollegament wieħed għall-Europol. Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar.
2. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jikkostitwixxu l-uffiċċji nazzjonali ta’ kollegament fil-Europol u għandhom jingħataw istruzzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tagħhom fl-Europol skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar u d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-amministrazzjoni tal-Europol.
3. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn jittrasmettu l-informazzjoni tal-unitajiet nazzjonali tagħhom lill-Europol, u l-Europol u l-Istati Membri tagħhom lill-unitajiet nazzjonali . [Em. 87]
4. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħhom u l-uffiċjali ta’ kollegament ta’ Stati Membri oħra skont il-liġi nazzjonali. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża, f’konformità b'konformità mal-liġi nazzjonali, biex dawn l-iskambji bilaterali jkopru wkoll reati lil hinn mill-għanijiet tal-Europol. Il-Bord tal-Maniġment għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali ta’ kollegament fir-rigward tal-Europol. Dawn l-iskambji kollha ta' informazzjoni għandhom ikunu skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2008/977/ĠAI jew id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) , kif applikabbli. L-Europol għandu jipproċessa d-dejta riċevuta skont din id-dispożizzjoni biss meta jista' jitqies bħala riċevitur legali skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. [Em. 88]
5. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 65.
6. L-Europol għandu jiżgura li l-uffiċjali ta’ kollegament ikunu informati bis-sħiħ dwar u assoċċjati mal-attivitajiet tiegħu kollha, sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
7. L-Europol għandu jkopri l-ispejjeż biex jagħti l-ispazju neċessarju lill-Istati Membri fil-bini tal-Europol u biex jagħti appoġġ adegwat lill-uffiċjali ta’ kollegament biex iwettqu dmirijiethom. L-ispejjeż l-oħra kollha li jinħolqu b'rabta mal-ħatra tal-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jaħtar, inklużi l-ispejjeż tat-tagħmir għall-uffiċjali ta’ kollegament, sakemm l-awtorità baġitarja ma tiddeċidix mod ieħor fuq rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Maniġment.
Kapitolu III
KOMPITI RELATATI MAT-TAĦRIĠ GĦALL-UFFIĊJALI TAL-INFURZAR TAL-LIĠI
Artikolu 9
Akkademja tal-Europol
1. Dipartiment fi ħdan l-Europol, imsejjaħ l-Akkademja tal-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jappoġġja, jiżviluppa, iwettaq u jikkoordina taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar u t-terroriżmu, l-immaniġġjar tal-ordni pubblika b'riskju kbir u avvenimenti sportivi, pjanar strateġiku u l-kmand ta' missjonijiet mhux militari tal-Unjoni, kif ukoll it-tmexxija tal-infurzar tal-liġi u l-ħiliet lingwistiċi u b'mod partikolari għal:
|
(a) |
sensibilizzazzjoni u l-għarfien ta':
|
|
(b) |
jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni reġjonali u bilaterali fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi; |
|
(c) |
jindirizza oqsma tematiċi speċifiċi ta' reati jew pulizija fejn taħriġ fil-livell tal-Unjoni jista' jżid il-valur; |
|
(d) |
ifassal kurrikuli komuni speċifiċi għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex iħarriġhom għal parteċipazzjoni f’missjonijiet ċivili tal-Unjoni; |
|
(e) |
jappoġġja lill-Istati Membri fl-attivitajiet bilaterali ta' bini ta' kapaċità fl-infurzar tal-liġi f'pajjiżi terzi; |
|
(f) |
iħarreġ lil min iħarreġ u jgħin fit-titjib u l-iskambju tal-aħjar prassi ta' tagħlim. |
2. L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna l-għodod u l-metodoloġiji tat-tagħlim u tapplikahom f'perspettiva ta' tagħlim matul il-ħajja sabiex jissaħħu l-ħiliet tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. L-Akkademja tal-Europol għandha tevalwa r-riżultati ta' dawk l-azzjonijiet bil-ħsieb li ttejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċja ta' azzjonijiet futuri.
Artikolu 10
Kompiti tal-Akkademja tal-Europol
1. L-Akkademja tal-Europol għandha tħejji analiżi strateġika multiannwali tal-ħtiġijiet tat-taħriġ u programmi ta’ tagħlim multiannwali.
2. L-Akkademja tal-Europol għandha tiżviluppa u timplimenta attivitajiet ta' taħriġ u prodotti ta' tagħlim li jistgħu jinkludu:
|
(a) |
korsijiet, seminars, konferenzi, attivitajiet bl-internet u ta' tagħlim-e; |
|
(b) |
kurrikuli komuni ta' sensibilizzazzjoni, tindirizza laguni u/jew tiffaċilita approċċ komuni fir-rigward ta' fenomeni kriminali transfruntieri; |
|
(c) |
moduli ta' taħriġ iggradati skont stadji progressivi jew livelli ta’ kumplessità tal-ħiliet meħtieġa mill-grupp rilevanti fil-mira, u ffukati jew fuq reġjun ġeografiku definit jew fuq qasam tematiku speċifiku ta' attività kriminali jew fuq sett speċifiku ta' ħiliet professjonali; |
|
(d) |
programmi ta' skambju u sekondar ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-kuntest ta' approċċ ta' taħriġ fuq bażi operazzjonali. |
3. Sabiex tiġi żgurata politika koerenti tat-taħriġ Ewropew b'sostenn għall-missjonijiet ċivili u l-bini tal-kapaċità f'pajjiżi terzi, l-Akkademja tal-Europol għandha:
|
(a) |
tivvaluta l-impatt tal-politiki u l-inizjattivi eżistenti tal-Unjoni relatati mat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi; |
|
(b) |
tiżviluppa u tipprovdi taħriġ sabiex tipprepara uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri għal parteċipazzjoni f’missjonijiet ċivili, inkluż biex tippermettilhom jiksbu ħiliet lingwistiċi rilevanti; |
|
(c) |
tiżviluppa u tipprovdi taħriġ għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni; |
|
(d) |
timmaniġġja fondi tal-Unjoni ddedikati għall-Assistenza Esterna biex tgħin pajjiżi terzi jibnu l-kapaċità tagħhom fl-oqsma ta’ politika rilevanti, f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti tal-Unjoni. |
4. L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u l-istandards ta’ kwalità Ewropej eżistenti relatati.
Artikolu 11
Riċerka rilevanti għat-taħriġ
1. L-Akkademja tal-Europol għandha tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-attivitajiet ta' taħriġ koperti minn dan il-Kapitolu.
2. L-Akkademja tal-Europol għandha tippromwovi u tistabbilixxi sħubija ma’ korpi tal-Unjoni kif ukoll ma’ istituti akkademiċi pubbliċi u privati u għandha tħeġġeġ l-ħolqien ta’ sħubijiet iktar b’saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri. [Em. 89]
Kapitolu IV
ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROPOL
Artikolu 12
Struttura amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-Europol
L-istruttura amministrattiva u tal-immaniġġjar tal-Europol għandha tinkludi:
|
(a) |
Bord tal-Maniġment, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14; |
|
(b) |
Direttur Eżekuttiv, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 19; |
|
(c) |
Kumitat xjentifiku għat-Taħriġ skont l-Artikolu 20; [Em. 90] |
|
(d) |
jekk xieraq, kwalunkwe korp konsultattiv ieħor stabbilit mill-Bord tal-Maniġment skont l-Artikolu 14(1)(p). |
|
(e) |
jekk xieraq, Bord Eżekuttiv skont l-Artikoli 21 u 22. [Em. 91] |
TAQSIMA 1
BORD TAL-MANIĠMENT
Artikolu 13
Kompożizzjoni tal-Bord tal-Maniġment
1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot. [Em. 92]
1a. Rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkun awtorizzat li jattendi l-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment bi status ta' osservatur. Dan ir-rappreżentant m'għandux ikun intitolat li jivvota. [Em. 93]
2. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza tagħhom fl-immaniġġjar ta’ organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku jew privat u l-għarfien dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.
3. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment jista' jkun rappreżentat minn membru supplenti li għandu jinħatar mill-membru abbażi tal-esperjenza tiegħu fl-immaniġġjar ta' organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku u privat u l-għarfien tal-politika nazzjonali dwar it-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13.2 . Il-membru supplenti għandu jaġixxi bħala membru fil-kwistjonijiet kollha relatati mat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Il-membru għandu jirrappreżenta lill-membru supplenti fi kwalunkwe kwistjoni relatata mat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fl-assenza tiegħu. [Em. 94]
4. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tal-Maniġment għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tal-Maniġment. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bilanċjata bejn irġiel u nisa fil-Bord tal-Maniġment. [Em. 95]
5. Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Mal-iskadenza tal-mandat tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti jdum skont iż-żmien li jingħata mill-Istat Membru li pprovdieh . [Em. 96]
5a. Il-President għandu jkollu l-appoġġ tas-Segretarjat tal-Bord tal-Maniġment. Is-Segretarjat għandu b'mod partikolari:
|
(a) |
ikun involut mill-qrib u kontinwament fl-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iżgurar tal-koerenza tal-ħidma tal-Bord tal-Maniġment. Filwaqt li jaġixxi taħt ir-responsabilità u b'konformità mal-linji gwida tal-President, |
|
(b) |
jipprovdi lill-Bord tal-Maniġment bl-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex iwettaq id-doveri tiegħu. [Em. 97] |
5b. Kull membru tal-Bord tal-Maniġment għandu jressaq dikjarazzjoni tal-interessi tiegħu jew tagħha fil-bidu tal-mandat tiegħu jew tagħha. [Em. 98]
Artikolu 14
Funzjonijiet tal-Bord tal-Maniġment
1. Il-Bord tal-Maniġment għandu:
|
(a) |
kull sena jadotta programm ta' Ħidma tal-Europol għas-sena ta' wara b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u skont l-Artikolu 15; |
|
(b) |
jadotta programm ta’ ħidma multiannwali, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri skont l-Artikolu 15; |
|
(c) |
jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Europol u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Europol skont il-Kapitolu XI; |
|
(d) |
jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali tal-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu u jippreżentah quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jippreżentah lill-Kunsill , lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-Data sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u l-Parlamenti nazzjonali. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku; [Em. 99] |
|
(e) |
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol skont l-Artikolu 63; |
|
(f) |
sal-31 ta’ Jannar jadotta, wara li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-pjan multiannwali tal-politika tal-persunal; |
|
(g) |
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; [Em. 100] |
|
(h) |
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġar l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ; [Em. 101] |
|
(i) |
f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra lill-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg (“setgħat tal-awtorità li taħtar”); [Em. 102] |
|
(j) |
fuq proposta tad-Direttur, jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; [Em. 103] |
|
(k) |
jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi u fejn rilevanti jestendi l-mandat tagħhom jew ineħħihom mill-uffiċċju skont l-Artikoli 56 u 57; |
|
(l) |
jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġiment; |
|
(m) |
jaħtar Uffiċjal tal-Kontijiet, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali oħra, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq tal-dmirijietu; |
|
(n) |
jaħtar lill-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ; [Em. 104] |
|
(o) |
jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ; [Em. 105] |
|
(p) |
jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Europol u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom; [Em. 106] |
|
(q) |
jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. |
|
(qa) |
jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-Bord tal-Maniġment u għandu jkun responsabbli biex jistabbilixxi u jimmaniġġja s-sistemi tal-ipproċessar tad-dejta. [Em. 107] Il-Bord tal-Maniġment jista', fuq rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 46(3)(f) u b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar. [Em. 108] |
2. Il-Bord tal-Maniġment għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema minn dawn il-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.
Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord tal-Maniġment jista’, permezz ta’ deċiżjoni, temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv. [Em. 109]
Artikolu 15
Programm ta' ħidma annwali u programm ta' ħidma multiannwali
1. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jadotta il-programm ta' ħidma annwali l-aktar tard sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv u preżentat lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt , filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni. Dan għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt , lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data . [Em. 110]
2. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi miri dettaljati u r-riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji tal-baġit u tal-immaniġġjar abbażi tal-attivitajiet. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm soġġett għall-programm ta' ħidma multiannwali pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti. [Em. 111]
3. Il-Bord tal-Maniġment għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat jekk l-Europol jingħata kompitu ġdid.
Kwalunkwe emenda sostanzjali L-emendi, fil-programm ta' ħidma annwali, għandha tkun addottata għandhom ikunu adottati bl-istess proċedura tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tal-Maniġiment jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali. [Em. 112]
4. Il-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jadotta l-programm ta’ ħidma multiannwali u jaġġornah sat-30 ta’ Novembru kull sena, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Parlamenti nazzjonali , kif ukoll mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data . [Em. 114]
Il-programm ta’ ħidma multiannwali adottat għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Grupp ta' Skruntinju Parlamentari Konġunt , u għandu jintbagħat lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data . [Em. 113]
Il-programm ta' ħidma multiannwali għandu jistipula miri strateġiċi u riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu wkoll jinkludi indikazzjoni tal-ammont u l-persunal allokat għal kull mira, skont il-qafas finanzjarju multiannwali u tal-pjan ta’ politika multiannwali għall-persunal. Għandu jinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 29.
Il-programm multiannwali għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali u għandu, fejn xieraq, jiġi aġġornat wara r-riżultati ta’ evalwazzjonijiet esterni u interni. Il-konklużjoni ta’ dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ukoll jiġu riflessi, fejn xieraq, fil-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta’ wara.
Artikolu 16
President tal-Bord tal-Maniġment
1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri. Il-President u l-Viċi President għandhom ikunu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bordijiet tal-Maniġment.
Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk ma jkunx jista' jieħu ħsieb dmirijietu.
2. Il-mandat tal-President u l-Viċi President għandu jkun ta' erba' ħames snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment tintemm fi kwalunkwe waqt tul it-terminu tagħhom bħala President jew Viċi President, it-terminu tagħhom għandu awtomatikament jiskadi f'dik id-data. [Em. 115]
Artikolu 17
Laqgħat tal-Bord tal-Maniġment
1. Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment.
2. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet.
3. Il-Bord tal-Maniġment għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.
4. Il-Bord tal-Maniġment jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun rilevanti għad-diskussjoni biex tattendi laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr dritt tal-vot.
4a. Rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkun awtorizzat li jattendi l-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment bi status ta' osservatur. [Em. 116]
5. Konsulenti jew esperti jistgħu jassistu l-membri tal-Bord tal-Maniġment, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
6. L-Europol għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord tal-Maniġment.
Artikolu 18
Regoli tal-votazzjoni
1. Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 14(1)(a), (b) u (c), l-Artikolu 14(1)(1a), l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 56(8), il-Bord tal-Maniġment għandu jieħu d-deċiżjonijiet permezz tal-maġġoranza tal-membri. [Em. 117]
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' xi membru bi dritt tal-vot, is-supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.
3. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.
4. Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.
4a. Ir-rappreżentant tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt ma għandux jipparteċipa fil-votazzjonijiet. [Em. 118]
5. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Maniġiment għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, u kwalunkwe rekwiżit ta' kworum, fejn meħtieġ.
TAQSIMA 2
Direttur Eżekuttiv
Artikolu 19
Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimmaniġġja l-Europol. Għandu jkun responsabbli lejn il-Bord tal-Maniġment.
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord tal-Maniġment, jew il-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew jidher quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġut u jirraporta lilu regolarment dwar il-prestazzjoni il-qadi ta' dmirijietu meta jiġi mistieden jagħmel hekk. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar il-prestazzjoni il-qadi ta' dmirijietu. [Em. 119]
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku tal-Europol.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Europol minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:
|
(a) |
l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Europol; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tal-Maniġment; |
|
(c) |
it-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma multiannwali u jressaqhom quddiem il-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni , filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni; [Em. 120] |
|
(d) |
l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u l-programm ta' ħidma multiannwali u jirrapporta lill-Bord tal-Maniġment dwar l-implimentazzjoni tagħhom; |
|
(e) |
it-tħejjija tar-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol u jippreżentah lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni; |
|
(f) |
it-tħejjija ta' pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tal-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll ir-rapporti ta' investigazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta għand il-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar il-progress, filwaqt li għand il-Bord tal-Maniġment b'mod regolari; |
|
(g) |
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
|
(h) |
it-tħejjija ta’ strateġija analiżi kontra l-frodi u strateġija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tal-Maniġiment għall-approvazzjoni; [Em. 121] |
|
(i) |
it-tħejjija ta' abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol; |
|
(j) |
it-tħejjija tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol u l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu; |
|
(k) |
it-tħejjija ta’ abbozz ta’ pjan ta’ politika multiannwali għall-persunal u jippreżentah lill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kummissjoni ; [Em. 122] |
|
(ka) |
l-eżerċitar, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, ta' dawk is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet lill-Awtorità bis-Setgħa biex Tikkonkludi l-Kuntratti ta' Impjieg (“setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra”), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(1)(j); [Em. 123] |
|
(kb) |
it-teħid tad-deċiżjonijiet kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Europol u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom; [Em. 124] |
|
(l) |
appoġġ lill-President tal-Bord tal-Maniġment fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment; |
|
(m) |
jinforma lill-Bord tal-Maniġment fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità. |
TAQSIMA 3
KUMITAT XJENTIFIKU GĦAT-TAĦRIĠ
Artikolu 20
Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ
1. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun korp konsultattiv indipendenti li jiżgura u jiggwida l-kwalità xjentifika tal-ħidma tal-Europol dwar it-taħriġ. Għal dan il-għan, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinvolvi lill-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ minn kmieni fit-tħejjija tad-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 14 sakemm dawn ikunu relatati mat-taħriġ.
2. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun magħmul minn ħdax-il (11) persuna tal-ogħla stima akkademika jew professjonali fis-suġġetti koperti mill-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jaħtar lill-membri wara sejħa trasparenti għall-applikazzjonijiet u l-proċedura tal-għażla, li tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment ma għandhomx ikunu membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandhom ikunu indipendenti. Huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi korp ieħor.
3. Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandha tkun pubblika u għandha tiġi aġġornata mill-Europol fil-websajt tiegħu.
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun ta' ħames snin. Ma għandux jiġi mġedded u l-membri tiegħu jistgħu jitneħħew mill-kariga jekk ma jissodisfawx il-kriterji tal-indipendenza.
5. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jeleġġi l-President u l-Viċi President tiegħu għal terminu ta’ ħames snin. Għandu jadotta pożizzjonijiet b’maġġoranza sempliċi. Għandu jitlaqqa' mill-President sa erba' darbiet fis-sena. Jekk meħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ mill-inqas erba' membri tal-Kumitat.
6. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat bħala osservaturi li ma jivvutax.
7. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jkun mgħejjun minn segretarju/a li għandu/ha j/tkun membru tal-persunal tal-Europol magħżul mill-Kumitat u maħtur mid-Direttur Eżekuttiv.
8. Il-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu, b'mod partikolari:
|
(a) |
jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ fl-abbozzar tal-programm ta' ħidma annwali u dokumenti strateġiċi oħra, biex jiżgura l-kwalità xjentifika tagħhom u l-koerenza tagħhom mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni għas-settur; |
|
(b) |
jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti lill-Bord tal-Maniġment dwar kwistjonijiet marbuta mal-mandat tiegħu; |
|
(c) |
jipprovdi opinjoni u pariri indipendenti dwar l-kwalità tal-kurrikula, il-metodi ta’ tagħlim applikati, l-alternattiv ta' tagħlim u l-iżviluppi xjentifiċi; |
|
(d) |
iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor ta' konsulenza relatat mal-aspetti xjentifiċi tal-ħidma tal-Europol b'rabta ma' taħriġ fuq talba tal-Bord tal-Maniġment jew mid-Direttur Eżekuttiv jew mill-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-Taħriġ. |
9. Il-baġit annwali tal-Kumitat Xjentifiku għat-Taħriġ għandu jiġi allokat taħt intestitura baġitarja individwali tal-Europol. [Em. 125]
TAQSIMA 4
BORD EŻEKUTTIV
Artikolu 21
Stabbiliment
Il-Bord tal-Manġiment jista’ jistabbilixxi Bord Eżekuttiv.
Artikolu 22
Funzjonijiet u organizzazzjoni
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord tal-Maniġment.
2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
iħejji deċiżjonijiet biex jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment; |
|
(b) |
jiżgura, flimkien mal-Bord tal-Maniġment, segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn rapporti tal-investigazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF); |
|
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 19, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Maniġment bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-maniġment amministrattiv. |
3. Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord tal-Maniġment, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ maniġment amministrattiv, inkluż is-sospensjoni tad-delega ta’ setgħat ta' awtorità tal-ħatra.
4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tal-Maniġment, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment u tliet membri oħra maħtura mill-Bord tal-Maniġment minn fost il-membri tiegħu. Il-President tal-Bord tal-Maniġment għandu wkoll jkun il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu dritt tal-vot.
5. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tispiċċa s-sħubija tagħhom fil-Bord tal-Maniġment.
6. Il-Bord Eżekuttiv għandu jagħmel mill-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu.
7. Il-Bord Eżekuttiv għandu jikkonforma mar-regoli ta’ proċedura stabbiliti mill-Bord tal-Maniġment. [Em. 126]
Kapitolu V
PROĊESSAR TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 23
Sorsi ta’ informazzjoni
1. L-Europol għandu jipproċessa biss informazzjoni li ġiet provduta lilu:
|
(a) |
Mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom; |
|
(b) |
minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-Kapitolu VI; |
|
(c) |
minn partijiet privati skont l-Artikolu 29(2). |
2. L-Europol jista’ jiġbed direttament u jipproċessa informazzjoni, inkluża dejta personali, minn sorsi disponibbli b’mod pubbliku, bħall-midja, inkluż l-internet u dejta pubblika.
3. L-Europol jista’ jiġbed u jipproċessa informazzjoni, inkluża dejta personali, minn sistemi tal-informazzjoni, ta’ natura nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali, inkluż permezz ta' aċċess dirett kompjuterizzat, sa fejn sakemm ikun awtorizzat minn strumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali u meta jkunu jistgħu jintwerew il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' dan l-aċċess għat-twettiq ta' xi kompitu li jaqa' taħt il-mandat tal-Europol . Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dawn l-istrumenti ġuridiċi tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali għandhom jirregolaw l-aċċess għal din id-dejta u l-użu tagħha mill-Europol, sakemm dawn jipprevedu regoli, dwar l-aċċess u l-użu, li jkunu aktar stretti minn dawk ta’ dan ir-Regolament. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta’ informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
Dawn għandhom jistabbilixxu l-objettivi, il-kategoriji tad-dejta personali u l-iskopijiet, il-mezzi u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tinġibed u tiġi proċessata l-informazzjoni, b'osservanza tal-leġiżlazzjoni u l-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut sakemm dan ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. [Em. 127]
Artikolu 24
Għanijiet tal-attivitajiet tal-proċessar tal-informazzjoni
1. Sa fejn ikun meħtieġ sabiex jikseb l-għanijiet tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 3(1) u (2), l-Europol għandu jista' jipproċessa informazzjoni, inkluż dejta personali għal dawn il-finijiet biss:
Id-dejta personali tista' tiġi pproċessata għal dawn il-finijiet biss:
|
(a) |
kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra rilevanti bejn informazzjoni l-informazzjoni limitati għal ;
|
|
(b) |
analiżi ta' natura strateġika jew tematika; |
|
(c) |
analiżi operazzjonali f'każijiet speċifiċi. |
It-twettiq ta' dawk il-kompiti għandhom jitwettqu skont il-kriterji li ġejjin:
|
— |
il-verifiki skont il-punt (a) għandhom jitwettqu b'konformita mal-garanziji neċessarji tal-protezzjoni tad-dejta, u għandhom, speċjalment, jipprovdu ġustifikazzjoni suffiċjenti għat-talba għad-dejta u l-iskop tagħha. Għandhom ukoll jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet biss li huma responsabbli inizjalment għall-ġbir tad-dejta jistgħu jbiddluhom sussegwentement; |
|
— |
għal kull każ ta' analiżi operazzjonali msemmi fil-punt (c) għandhom japplikaw is-salvagwardji li ġejjin:
|
L-Europol għandu jiddokumenta kif xieraq dawn l-operazzjonijiet. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli, fuq talba, għall-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-operazzjoni tal-ipproċessar.
2. Il-kategoriji ta’ dejta personali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista’ tinġabar għal kull skop speċifiku msemmi fil-paragrafu 1 jinsabu elenkati fl-Anness 2.
2a. L-Europol jista' temporanjament, f'każijiet eċċezzjonali, jipproċessa d-dejta bil-għan li jiddetermina jekk tali dejta hiex rilevanti għall-kompiti tiegħu u għal-liema skopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Bord tal-Maniġment, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur u wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tat-tali dejta, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għad-dejta u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-konservazzjoni u t-tħassir tad-dejta li ma jistgħux jaqbżu s-sitt xhur, wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 34.
2b. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jabbozza l-linji gwida li jispeċifikaw l-għanijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. [Em. 128]
Artikolu 25
Determinazzjoni tal-għan tal-attivitajiet tal-proċessar tal-informazzjoni
1. Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, tiddetermina l-iskop speċifiku u definit tajjeb li għalih għandha tiġi pproċessata kif imsemmi fl-Artikolu 24. Jekk ma tkunx għamlet dan, l-Europol għandu jiddetermina r-rilevanza ta' din l-informazzjoni kif ukoll l-iskop li għalih għandha tiġi pproċessata. L-Europol jista’ jipproċessa informazzjoni għal skop speċifiku u espliċitu differenti mill-iskop li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk jkun ikun awtorizzat espliċitament mill-fornitur tad-dejta biss , skont il-liġi applikabbli għalih . [Em. 129]
2. Stati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-tħassir jew il-qerda. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara t-trasferiment, huma għandhom jinformaw lill-Europol b’dan. L-Europol għandu jikkonforma ma' dawn ir-restrizzjonijiet.
3. L-Europol jista’ jassenja kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ informazzjoni miġbuda minn sorsi disponibbli pubblikament.
Artikolu 25a
Valutazzjoni tal-impatt fuq il-Protezzjoni tad-Dejta
1. Qabel kwalunkwe sett ta' proċessar ta' dejta personali, l-Europol għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi u l-proċeduri ta' proċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-dejta personali u jinnotifikaha lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta' proċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta' sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta' dejta personali u li juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati. [Em. 130]
Artikolu 26
Aċċess tal-persunal tal-Istati Membri u tal-Europol għall-informazzjoni maħżuna mill-Europol
1. L-Istati Membri , meta jkunu jistgħu jiġġustifikaw il-ħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħhom, għandu jkollhom aċċess u għandhom ikunu jistgħu jfittxu fl-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta' din id-dejta. L-Istati Membri għandhom jinnominaw dawk l-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jwettqu tali riċerka.
2. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess indirett abbażi ta’ sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu għal skop speċifiku skont l-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F’każ ta’ hit, l-Europol għandu jinforma lill-fornitur tal-informazzjoni u jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni 'konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u safejn ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompitu tal-Istat Membru li ta l-informazzjoni lill-Europol kkonċernat .
3. Il-persunal tal-Europol awtorizzat kif dovut mid-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni proċessata mill-Europol sal-punt meħtieġ għat-twettiq tad-doveri tiegħu.
3a. L-Europol għandu jżomm rekords dettaljati tal-hits u l-informazzjoni kollha mdaħħla b'konformità mal-Artikolu 43. [Em. 131]
Artikolu 27
Aċċess għall-informazzjoni tal-Europol għall-Eurojust u l-OLAF
1. L-Europol għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jippermetti lill-Eurojust u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) li, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom il-mandat rispettiv tiegħu, ikollu aċċess u jkunu jistgħu jfittxu jkun jista' jfittex fl-informazzjoni kollha li tkun ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu 24(1)(a) u (b), mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta’ dik id-dejta. L-Europol għandu jiġi infurmat f’każ li tfittxija mill-Eurojust jew l-OLAF tiżvela l-eżistenza ta’ konkordanza ma’ informazzjoni proċessata mill-Europol.
2. L-Europol għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jippermetti lill-Eurojust u lill-OLAF li, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom il-mandat tiegħu, ikollu aċċess indirett abbażi ta’ sistema hit/no hit għall-informazzjoni li ngħatat għall-iskopijiet tal-Artikolu għal skop speċifiku skont l-Artikolu 24(1)(c), bla preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, skont l-Artikolu 25(2). F’każ ta’ hit, l-Europol għandu jibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru, il-korp tal-Unjoni u l-pajjiżi terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li pprovdiet l-informazzjoni lill-Europol. Fil-każ ta' hit, l-Eurojust għandha tispeċifika liema dejta teħtieġ u l-Europol jista' jikkondividi d-dejta biss sal-punt li d-dejta li qegħda tiġġenera l-hit hija meħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu. L-Europol għandu jirreġistra liema informazzjoni ġiet aċċessata.
3. Tiftix ta’ informazzjoni f’konformità b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jsir biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni disponibbli għand l-Eurojust jew l-OLAF, rispettivament, tikkonkordjax mal-informazzjoni proċessata fl-Europol.
4. L-Europol għandu jippermetti tfittix skont il-paragrafi 1 u 2 wara li jkun kiseb mingħand l-Eurojust informazzjoni dwar liema l-Membri Nazzjonali, Deputati, Assistenti kif ukoll membri tal-persunal tal-Eurojust, u mingħand l-OLAF informazzjoni dwar liema membri tal-persunal ġew innominati bħala awtorizzati jwettqu biex iwettqu dan it-tfittix.
5. Jekk matul l-attivitajiet ta' proċessar ta' informazzjoni mill-Europol fir-rigward ta' investigazzjoni individwali, l-Europol jew Stat Membru jidentifika l-ħtieġa għal koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ skont il-mandat tal-Eurojust jew l-OLAF, l-Europol għandu jinnotifikahom dwar dan u għandu jibda l-proċedura għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, f'konformità b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li provda l-informazzjoni. F'dan il-każ l-Eurojust jew l-OLAF għandu jikkonsulta mal-Europol.
6. L-Eurojust, inkluż il-Kulleġġ inklużi l-Kulleġġ , il-Membri Nazzjonali, id-Deputati u l-Assistenti, kif ukoll il-membri tal-persunal tal-Eurojust, u l-OLAF, għandhom jirrispettaw kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, indikati indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(2).
6a. L-Europol u l-Eurojust għandhom jinfurmaw lil xulxin jekk, wara konsultazzjoni tad-dejta ta' xulxin, ikun hemm indikazzjonijiet li d-dejta tista' tkun żbaljata jew tkun qed toħloq kunflitt ma' dejta oħra. [Em. 132]
Artikolu 28
Dmir li jiġu nnotifikati l-Istati Membri
1. Jekk l-Europol, skont il-kompitu tiegħu skont l-Artikolu 4(1)(b), jeħtieġlu jinforma Stat Membru dwar informazzjoni li tikkonċernah, u dik l-informazzjoni hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess skont l-Artikolu 25(2), li jipprojbixxu l-kondiviżjoni tagħha, l-Europol għandu jikkonsulta mal-fornitur tad-dejta li stipula r-restrizzjonijiet tal-aċċess u jitlob il-kunsens tiegħu awtorizzazzjoni għall-kondiviżjoni.
Mingħajr din l-awtorizzazzjoni espliċita , l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża.
Jekk tali informazzjoni ma tkunx soġġetta għal restrizzjonijiet ta' aċċess taħt it-Taqsima 25, l-Europol għandu jinforma lill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni bit-trasmissjoni tagħha. [Em. 133]
2. Irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess, l-Europol għandu jinforma Stat Membru dwar informazzjoni li tikkonċernah jekk:
|
(a) |
dan hu assolutament neċessarju biex jiġi pprevenut periklu imminenti assoċjat ma’ reat serju jew reati terroristiċi; jew |
|
(b) |
dan huwa essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ dak l-Istat Membru. |
F’dan il-każ, l-Europol għandu jinforma lill-fornitur tad-dejta dwar il-kondiviżjoni ta' din l-informazzjoni kemm jista’ jkun malajr u jiġġustifika l-analiżi tiegħu tas-sitwazzjoni.
Kapitolu VI
RELAZZJONI MAS-SĦAB
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet komuni
1. Sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma’ korpi tal-Unjoni skont l-għanijiet ta' dawn il-korpi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi, istituti tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati.
2. Sal-punt rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata skont l-Artikolu 25(2), l-Europol jista’ jiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-Europol jista’ jirċievi u jipproċessa dejta personali mingħand l-entitajiet miżmuma mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ħlief minn partijiet privati, sal-punt strettament meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(4) 36(5) , dejta personali għandha tiġi trasmessa mill-Europol lil korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol u f'konformita b'konformita ma' dan il-Kapitolu u jekk id-destinatarju jikkommetti ruħu espliċitament li d-dejta għandha tintuża biss għall-għan li għalih ġiet trasmessa . Jekk id-dejta li se tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, l-Europol għandu jitlob il-kunsens espliċitu u minn qabel ta' dak l-Istat Membru, sakemm:
|
(a) |
l-awtorizzazzjoni tista' tiġi presunta għax l-Istat Membru ma llimitax espressament l-possibbiltà ta’ trasferimenti ulterjuri; jew |
|
(b) |
l-Istat Membru ta l-kunsens tiegħu minn qabel għal tali trasferiment ulterjuri, jew f’termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. Tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt. |
5. Trasferiment It-trasferiment ulterjuri ta’ dejta personali mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu pprojbiti sakemm l-Europol ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu minn qabel u d-destinatarju jikkommetti ruħu b'mod espliċitu li d-dejta għandha tintuża biss għall-għan li għalih ġiet trasmessa .
5a. L-Europol għandu jiżgura li rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha tad-dejta personali u r-raġunijiet għalihom jiġu rreġistrati b'konformità ma' dan ir-Regolament.
5b. Kwalunkwe informazzjoni li tkun inkisbet minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata bi ksur tad-drittijiet fundamentali, kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, m'għandhiex tiġi proċessata. [Em. 134]
TAQSIMA 2
Skambji/trasferimenti ta’ dejta personali
Artikolu 30
Trasferiment ta' dejta personali lil korpi tal-Unjoni
Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 25(2) jew (3) , u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 , l-Europol jista' jittrasferixxi b'mod dirett dejta personali lil korpi tal-Unjoni sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu jew dawk tal-korp tal-Unjoni destinatarju. L-Europol għandu jippubblika l-lista tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li magħhom jikkondividi l-informazzjoni, billi jtella' din il-lista fuq il-websajt tiegħu . [Em. 135]
Artikolu 31
Trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. Sal-punt meħtieġ biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ jittrasferixxi dejta personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, abbażi ta':
|
(a) |
deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont [l-Artikoli 25 u 31 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data] li dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew settur tal-proċessar f'dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni (deċiżjoni ta’ adegwatezza); jew |
|
(b) |
ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li joffri prova ta’ salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi; jew |
|
(c) |
ftehim ta' kooperazzjoni konkluż bejn l-Europol u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; |
Dawn il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom jiġu emendati fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu sostitwiti bi ftehim sussegwenti b'konformità mal-punt (b). [Em. 136]
Tali trasferimenti ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ulterjuri. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat fiż-żmien xieraq qabel u matul in-negozjati ta' ftehim internazzjonali msemmi fil-punt f(b) u b'mod partikolari qabel l-adozzjoni tal-mandat tan-negozjar kif ukoll qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim;
L-Europol għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista aġġornata regolarment tal-ftehimijiet internazzjonali u ta' kooperazzjoni li għamel ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, billi jqiegħed din il-lista fil-websajt tiegħu. [Em. 137]
L-Europol jista' jikkonkludi arranġament ta’ ħidma biex jimplimenta tali ftehimiet jew deċiżjonijiet tal-adegwatezza.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv , filwaqt li jħares l-obbligi ta' diskrezzjoni, kunfidenzjalità u proporzjonalità, jista' jawtorizza t-trasferiment ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk:
|
(a) |
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jkun assolutament meħtieġ biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi essenzjali ta' Stat Membru wieħed jew aktar fl-ambitu tal-għanijiet tal-Europol; jew ta' persuna oħra; jew |
|
(b) |
it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkun assolutament meħtieġ fl-interessi tal-prevenzjoni ta' perikolu imminenti assoċjat ma' reat jew reati terroristiċi; qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tiddisponi hekk; jew |
|
(c) |
it-trasferiment huwa xort'oħra neċessarju jew legalment meħtieġ minħabba raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' pretensjonijet ġuridiċi tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz ; jew |
|
(d) |
it-trasferiment ikun neċessarju biex jiġu protetti interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew persuna oħra. meħtieġ f'każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; jew |
|
(da) |
it-trasferiment ikun meħtieġ f'każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fiċ-ċirkostanzi kollha, iqis il-livell tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ikkonċernati, filwaqt illi jqis in-natura tad-dejta, l-għan li għalih hija intenzjonata d-dejta, it-tul ta' żmien tal-ipproċessar intenzjonat, id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta ġenerali jew speċifiċi li japplikaw f'dak il-pajjiż, u jekk ġewx aċċettati jew le l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar id-dejta meħtieġa mill-Europol.
Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.
Barra minn hekk, il-Bord tal-Maniġment jista', bi ftehim mal-Kontrollur il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tad-Dejta , jawtorizza trasferiment jew sett ta' trasferimenti f'konformità b'konformità mal-punti (a) sa (d) ta' hawn fuq, filwaqt li jqis l-eżistenza ta' illi joffri salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, għal perjodu ta' mhux aktar minn sena, li tista' tiġġedded jista' jiġġedded . [Em. 138]
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu , mingħajr dewmien, jinforma lill-Bord tal-Maniġment u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar każijiet fejn ikun applika l-paragrafu 2. [Em. 139]
3a. L-Europol għandu jżomm rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha skont dan l-Artikolu. [Em. 140]
Artikolu 32
Dejta personali minn entitajiet privati
1. Sal-punt meħtieġ biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Europol jista' jipproċessa dejta personali li toriġina minn partijiet privati bil-kundizzjoni li ma tasalx direttament mill-partijiet privati iżda tasal biss permezz ta': [Em. 141]
|
(a) |
unità nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
il-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz li l-Europol ikun ikkonkluda ftehim ta’ kooperazzjoni miegħu skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew |
|
(c) |
awtorità ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li l-Unjoni kkonkludiet ftehim internazzjonali magħha skont l-Artikolu 218 tat-TFUE. |
2. Jekk id-dejta li tasal taffettwa l-interessi ta’ Stat Membru, l-Europol għandu minnufih jinforma lill-Unità Nazzjonali tal-Istat Membru konċernat.
3. L-Europol ma għandux jikkuntattja jikkuntattjax partijiet privati direttament sabiex jiġbed dejta personali. [Em. 142]
4. Fi żmien tliet snin wara li dan ir-Regolament isir applikabbli, il-Kummissjoni għandha tevalwa il-ħtieġa u l-impatt possibbli ta' skambji diretti ta' dejta personali ma’ partijiet privati. Din l-evalwazzjoni għandha tispeċifika fost l-oħrajn ir-raġunijiet jekk skambji ta’ dejta personali ma’ partijiet privati humiex meħtieġa għall-Europol.
Artikolu 33
Informazzjoni minn persuni privati
1. Informazzjoni, inkluża dejta personali, li toriġina minn persuni privati tista’ tiġi pproċessata mill-Europol sakemm din tasal permezz ta’:
|
(a) |
Unità Nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
il-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz li l-Europol ikun ikkonkluda ftehim ta’ kooperazzjoni miegħu skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew |
|
(c) |
awtorità ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ftehim internazzjonali magħha skont l-Artikolu 218 tat-TFUE. |
2. Jekk l-Europol jirċievi informazzjoni, inkluża dejta personali, mingħand persuna privata li tirrisjedi f'pajjiż terz li miegħu la hemm ftehim internazzjonali konkluż abbażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI u lanqas abbażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE, l-Europol jista’ jgħaddiha biss lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz konċernat li miegħu jkun ġie konkluż ftiehem internazzjonali bħal dawn.
3. L-Europol ma għandux jikkuntattja jikkuntattjax partijiet privati direttament sabiex jiġbed dejta personali. [Em. 143]
Kapitolu VII
Salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta
Artikolu 34
Prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta
1. Dejta personali għandha tkun:
|
(a) |
proċessata ipproċessata skont il-liġi, b’mod ġust u skont il-liġi trasparenti u li jista' jiġi vverifikat fir-rigward tas-suġġett tad-dejta ; |
|
(b) |
miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet. Proċessar ulterjuri ta’ dejta personali għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi ma għandux jitqies inkompatibbli sakemm l-Europol jipprovdi salvagwardji xierqa, b'mod partikolari biex jiżgura li d-dejta ma tiġix ipproċessata għal xi skop ieħor; |
|
(c) |
adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva b'rabta mal-finijiet li għalih qed tiġi pproċessata u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk , u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta' informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali ; |
|
(d) |
preżiċa u, fejn meħtieġ, tinżamm preċiża u tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx preċiża, filwaqt li jitqiesu l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rranġata mingħajr dewmien; |
|
(e) |
tinżamm f'forma miżmuma b'mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u għal mhux iktar żmien aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tiġi pproċessata. |
|
(ea) |
ipproċessata b'mod li effettivament jippermetti li s-suġġett tad-dejta jeżerċita d-drittijiet tiegħu; |
|
(eb) |
ipproċessata b'mod li jipproteġi minn ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa; |
|
(ec) |
ipproċessata biss minn dak il-persunal awtorizzat kif xieraq li jeħtieġha għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
1a. L-Europol għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dokument li jistabbilixxi f'forma komprensibbli d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ipproċessar tad-dejta personali u l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta. [Em. 144]
Artikolu 35
Gradi differenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-dejta personali
1. Is-sors ta’ informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandu jiġi vvalutat sal-punt possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin: [Em. 145]
|
(A): |
fejn ma hemmx dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni hija fornuta minn sors li ta prova li huwa dejjem affidabbli; |
|
(B): |
fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi ta prova li huwa affidabbli; |
|
(C): |
fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi ta prova li mhuwiex affidabbli; |
|
(X): |
fejn l-affidabbiltà tas-sors ma tistax tiġi vvalutata. |
2. Informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sal-punt possibbli mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni abbażi tal-affidabbiltà tagħha bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin: [Em. 146]
|
(1): |
informazzjoni li ma hemmx dubju dwar il-preċiżjoni tagħha; |
|
(2): |
informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha; |
|
(3): |
informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda korroborata minn informazzjoni oħra diġà reġistrata; |
|
(4): |
informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi kkorroborata. |
3. Meta l-Europol, abbażi ta’ informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu, jasal għall-konklużjoni li l-valutazzjoni teħtieġ tiġi korretta, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru konċernat u jfittex ftehim dwar emenda għall-valutazzjoni. L-Europol ma għandux jibdel il-valutazzjoni mingħajr tali fethim.
4. Jekk l-Europol jirċievi informazzjoni mhux ivvalutata mingħand Stat Membru, l-Europol għandu jipprova sal-punt possibbli jivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew tal-informazzjoni abbażi tal-informazzjoni diġà fil-pussess tiegħu. Il-valutazzjoni ta' dejta u informazzjoni speċifiċi għandha ssir bi qbil mal-Istat Membru fornitur. Stat Membru jista' wkoll jilħaq qbil mal-Europol f’termini ġenerali dwar il-valutazzjoni ta’ tipi speċifikati ta’ dejta u sorsi speċifikati. Jekk ma jintlaħaqx qbil f’każ speċifiku, jew ma jkunx jeżisti ftehim f’termini ġenerali, l-Europol għandu jevalwa l-informazzjoni jew id-dejta u għandu jattribwixxi lil din l-informazzjoni jew dejta l-kodiċi tal-evalwazzjoni (X) u (4), imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. [Em. 147]
5. Meta l-Europol jirċievi dejta jew informazzjoni minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew korp tal-Unjoni, dan l-Artikolu għandu japplika kif xieraq.
6. Informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament għandha tiġi vvalutata mill-Europol bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni stipulati fil-paragrafi 1 u 2 (X) u (4) . [Em. 148]
Artikolu 36
Proċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta personali u ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta
1. Għandu jkun ipprojbit il-proċessar l-ipproċessar ta' dejta personali dwar il-vittmi ta' reat kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali u persuni taħt it-18-il sena, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol. [Em. 149]
2. Għandu jkun ipprojbit il-proċessar l-ipproċessar ta' dejta personali, proċessata b'mezzi awtomatizzati jew mezzi oħra, li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, , etnika jew soċjali , l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, sħubija fi trejdjunjin u dejta li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt l-għanijiet tal-Europol u jekk din id-dejta tissupplimenta dejta personali oħra diġà proċessata mill-Europol. [Em. 150]
3. L-Europol biss għandu jkollu aċċess għad-dejta personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jawtorizza kif dovut għadd limitat ta’ uffiċjali li jkollhom dan l-aċċess, jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
4. L-ebda deċiżjoni li tħalli effetti legali li jikkonċernaw suġġett tad-dejta ma għandha tkun ibbażata biss fuq proċessar awtomatizzat tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx espliċitament awtorizzata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew, jekk meħtieġ, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 151]
5. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trasmessa lill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm ma jkunx strettament meħtieġ u ġustifikat kif dovut f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu taħt l-għanijiet tal-Europol. Din it-trasmissjoni għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament . [Em. 152]
6. Kull sitt xhur l-Europol għandu jipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-dejta personali kollha msemmija fil-paragrafu 2 proċessata minnu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 37
Limiti ta’ żmien għall-ħżin u t-tħassir ta’ dejta personali
1. Dejta personali proċessata mill-Europol għandha tinħażen mill-Europol biss sakemm tkun strettament meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu għall-iskopijiet li għalihom qed tiġi proċessata d-dejta . [Em. 153]
2. L-Europol għandu fi kwalunkwe każ janalizza l-ħtieġa li d-dejta tibqa' maħżuma sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-proċessar inizjali tad-dejta personali. L-Europol jista' jiddeċiedi dwar li d-dejta personali tkompli tinħażen sal-analiżi li jmiss, li għandha ssir wara perjodu ieħor ta’ tliet snin jekk, ikun għadu meħtieġ li tkompli tinħażen għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol. Ir-raġunijiet biex id-dejta tkompli tinżamm maħżuna għandhom ikunu ġġustifikati u rreġistrati. Jekk ma titteħidx deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-ħżin tad-dejta personali, dik id-dejta għandha titħassar awtomatikament wara tliet snin.
3. Jekk dejta li tikkonċerna persuni msemmija fl-Artikolu 36(1) u (2) tinħażen għal perjodu itwal minn ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat dwar dan.
4. Fejn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tkun indikat xi restrizzjoni fir-rigward tat-tħassir jew il-qerda aktar kmieni tad-dejta personali fil-mument tat-trasferiment skont l-Artikolu 25(2), l-Europol għandu jħassar id-dejta personali skont dawn ir-restrizzjonijiet. Jekk jitqies neċessarju li d-dejta tkompli tinħażen biex l-Europol iwettaq il-kompiti tiegħu, abbażi ta’ informazzjoni li hija aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-dejta, l-Europol għandu jitlob awtorizzazzjoni mingħand il-fornitur tad-dejta biex ikompli jaħżen id-dejta u jippreżenta ġustifikazzjoni għal din it-talba.
5. Meta Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tħassar mill-fajls nazzjonali tad-dejta tagħha dejta pprovduta lill-Europol, għandha tgħarraf lill-Europol b’dan. L-Europol għandu jħassar id-dejta sakemm it-tkomplija tal-ħażna tad-dejta ma titqisx neċessarja biex l-Europol jilħaq l-għanijiet tiegħu, abbażi ta' informazzjoni aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-dejta. L-Europol għandu jinforma l-fornitur tad-dejta li ser ikompli jaħżen dik id-data u jippreżenta ġustifikazzjoni għalfejn ser ikompli jaħżinha.
6. Dejta personali ma għandhiex titħassar jekk:
|
(a) |
dan ikun ta' dannu għall-interessi tas-suġġett tad-dejta li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-dejta għandha tintuża biss bil-kunsens espress u bil-miktub tas-suġġett tad-dejta. [Em. 154] |
|
(b) |
il-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-Istati Membri jew lill-Europol, fejn xieraq, jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta; |
|
(c) |
id-dejta personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' pretensjonijiet ġuridiċi ; [Em. 155] |
|
(d) |
is-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha minflok. |
Artikolu 38
Sigurtà tal-proċessar
1. L-Europol għandu jimplimenta l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jipproteġi d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew żvelar mhux awtorizzat, alterazzjoni jew aċċess jew kwalunkwe forma oħra mhux awtorizzata ta' proċessar.
2. Fir-rigward tal-proċessar awtomatizzat tad-dejta, l-Europol għandu jimplimenta miżuri mfassla sabiex:
|
(a) |
jiċħad lil persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għat-tagħmir li jipproċessa d-dejta użat għall-proċessar ta’ dejta personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir); |
|
(b) |
jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-medja tad-dejta (kontroll tal-medja tad-dejta); |
|
(c) |
jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali maħżuna (kontroll tal-ħżin); |
|
(d) |
jimpedixxi l-użu ta’ sistemi ta’ proċessar tad-dejta awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati permezz ta' tagħmir tal-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent); |
|
(e) |
jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema ta’ proċessar tad-dejta awtomatizzata jkollhom aċċess biss għal dejta koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll tal-aċċess għad-dejta); |
|
(f) |
jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista’ tintbagħat, jew intbagħtet, dejta personali permezz ta’ tagħmir ta’ komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni); |
|
(g) |
jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema dejta personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati tal-proċessar tad-dejta u meta u minn min iddaħħlet id-dejta (kontroll tal-input); |
|
(ga) |
jiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema dejta ġiet aċċessata minn liema membru tal-persunal u f'liema ħin (reġistru tal-aċċess); [Em. 156] |
|
(h) |
jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta personali matul it-trasferiment ta' dejta personali jew matul it-trasportazzjoni tal-mezzi tad-dejta (kontroll tat-trasport); |
|
(i) |
jiżġura li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu restawrati minnufih (irkupru); |
|
(j) |
jiżgura li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu mingħajr difett, li meta jseħħu ħsarat fil-funzjonijiet jiġu rrappurtati minnufih (affidabbiltà) u li d-dejta maħżuna ma tistax tiġi korrotta mid-disfunzjoni tas-sistema (integrità). |
3. L-Europol u l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu mekkaniżmi li jiżguraw li l-ħtiġijiet tas-sigurtà jiġu implimentati fis-sistemi tal-informazzjoni kollha.
Artikolu 38a
Protezzjoni tad-dejta awtomatikament mit-tfassil
1. L-Europol għandu jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.
2. L-Europol għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jiżgura li, b'mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għall-għanijiet tal-ipproċessar. [Em. 157]
Artikolu 38b
Notifika ta' ksur tad-dejta personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Fil-każ ta' ksur ta' dejta personali, l-Europol għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-Europol għandu jipprovdi, fuq talba, ġustifikazzjoni motivata f'każijiet fejn in-notifika ma ssirx fi żmien 24 siegħa.
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:
|
(a) |
tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali, fosthom il-kategoriji u n-numru ta' suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta' reġistri tad-dejta kkonċernati; |
|
(b) |
tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali; |
|
(c) |
tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-ksur tad-dejta personali; |
|
(d) |
tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali. |
3. L-Europol għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, inkluż il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda, sabiex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista' jivverifika konformità ma' dan l-Artikolu. [Em. 158]
Artikolu 38c
Komunikazzjoni ta' ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta
1. Meta ksur tad-dejta personali msemmi fl-Artikolu 38b x'aktarx jaffettwa ħażin il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta, l-Europol għandu jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.
2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 44.
3. Il-komunikazzjoni ta' ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta m'għandhiex tkun meħtieġa jekk l-Europol juri għas-sodisfazzjon tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li huwa jkun implimenta miżuri ta' protezzjoni teknoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta personali kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata b'aċċess għaliha.
4. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta tista' tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra fejn tkun miżura meħtieġa u proporzjonata filwaqt illi jiġu kkunsidrati l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:
|
(a) |
biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali; |
|
(b) |
biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; |
|
(c) |
biex tiġi mħarsa s-sigurtà pubblika u nazzjonali; |
|
(d) |
tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi. [Em. 159] |
Artikolu 39
Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta
1. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, f’intervalli raġonevoli, li tikseb informazzjoni dwar jekk dejta personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata mill-Europol. Fejn tali dejta personali Meta tkun qed tiġi pproċessata, tali data l-Europol għandu jipprovdi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta: [Em. 160]
|
(a) |
konferma dwar jekk hijiex qed tiġi pproċessata dejta li tirrelata miegħu jew le; |
|
(b) |
informazzjoni tal-anqas dwar l-għanijiet tal-operazzjoni tal-proċessar, il-kategoriji ta' dejta konċernati, il-perjodu li għalih id-dejta tkun se tinħażen, u d-destinatarji għand min ġiet żvelata d-dejta; [Em. 161] |
|
(c) |
komunikazzjoni f’forma intelliġibbli tad-dejta li qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar is-sorsi tagħha. |
|
(ca) |
indikazzjoni tal-bażi legali li fuqha hija pproċessata d-dejta; [Em. 162] |
|
(cb) |
eżistenza tad-dritt li jitlob mill-Europol rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali li tikkonċerna s-suġġett tad-dejta; [Em. 163] |
|
(cc) |
kopja tad-dejta li qed tiġi-pproċessata. [Em. 164] |
2. Kwalunkwe suġġett tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-dejta personali jista’ jagħmel talba għal dak l-għan mingħajr spejjeż eċċessivi bla ħlas , lill-awtorità maħtura għal dan l-iskop fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandi għandha tirriferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha. L-Europol għandu jikkonferma li rċieva t-talba. [Em. 165 u 234]
3. L-Europol għandu jwieġeb it-talba mingħajr dewmien żejjed u f'kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba mill-awtorità nazzjonali . [Em. 166]
4. L-Europol għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati dwar id-deċiżjoni li se tittieħed. Deċiżjoni dwar l-aċċess għal dejta għandha tkun tiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Europol u l-Istati Membri konċernati direttament mill-aċċess tas-suġġett tad-dejta għal din id-dejta. Jekk Stat Membru joġġezzjona għat-tweġiba proposta tal-Europol, huwa għandu jgħarraf lill-Europol bir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu.
5. Aċċess Il-provvediment ta' informazzjoni bħala tweġiba għal dejta personali talba skont il-paragrafu 1 għandu jiġi rrifjutat sakemm tali rifjut parzjali jew ristrett, jekk dan jikkostitwixxi komplet ikun miżura neċessarja biex: [Em. 167]
|
(a) |
tippermetti lill-Europol iwettaq korrettament il-kompiti tiegħu; |
|
(b) |
tipproteġi s-sigurtà u l-ordni pubblika fl-Istati Membri jew timpedixxi l-kriminalità; |
|
(c) |
tiżgura li l-ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi pperikolata; |
|
(d) |
tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ partijiet terzi. |
Kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-restrizzjoni jew ir-rifjut tal-informazzjoni mitluba għandha tqis id-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta. [Em. 168]
6. L-Europol għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjuti jew restrizzjoni għall-aċċess, dwar ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni u dwar id-dritt tiegħu li jressaq ilment għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta. Informazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali u ġuridiċi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tista' tiġi ommessa fejn l-għoti ta' dik l-informazzjoni jannulla l-effett tar-restrizzjoni imposta mill-paragrafu 5.
Artikolu 40
Dritt għal korrezzjoni, tħassir u bblukkar
1. Kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol jikkoreġi d-dejta personali dwaru jekk ma tkunx korretta u, fejn dan ikun possibbli u meħtieġ, biex jikkompleta jew jaġġornaha. [Em. 169]
2. Kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt jitlob lill-Europol iħassar dejta personali relatata miegħu, jekk ma tkunx aktar meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabbret legalment jew proċessata aktar legalment.
3. Dejta personali għandha tiġi mblukkata minflok imħassra jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-tħassir ikun jista' jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta. Dejta mblukkata għandha tiġi pproċessata biss għall-għan li impedixxa t-tħassir tagħha.
4. Jekk id-dejta kif deskritt fil-paragrafi 1, 2 u 3 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta lilha minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, jew hija r-riżultat ta' analiżi mwettqa mill-Europol stess, l-Europol għandu jikkoreġi, iħassar jew jimblokka din id-dejta. u jinforma, meta jkun rilevanti, lill-oriġinaturi tad-dejta . [Em. 170]
5. Jekk dejta kif deskritt fil-paragrafi 1 u 2 miżmuma mill-Europol kienet ġiet ipprovduta direttament lill-Europol mill-Istati Membri, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkoreġu, iħassru jew jimblokkaw din id-dejta f’kolloborazzjoni mal-Europol.
6. Jekk kienet trasferita dejta skorretta b’mezzi adatti oħra jew jekk l-iżbalji fid-dejta mogħtija mill-Istati Membri jkunu minħabba trasferiment difettuż jew kienu trasferiti bi ksur ta’ dan ir-Regolament jew jekk jirriżultaw mit-tidħil, it-teħid jew il-ħżin b’mod skorrett jew bi ksur ta’ dan ir-Regolament mill-Europol, l-Europol għandu jikkoreġi jew iħassar id-dejta f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri konċernati.
7. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 d-destinatarji kollha ta’ din id-dejta għandhom jiġu nnotifikati minnufih. Skont ir-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji għandhom imbagħad jikkoreġu, iħassru jew jimblokkaw dik id-dejta fis-sistemi tagħhom.
8. L-Europol għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta bil-miktub mingħajr dewmien bla bżonn u f’kull każ fi żmien tliet xhur li d-dejta li tikkonċernah tkun ġiet ikkoreġuta, imħassra jew imblokkata.
9. L-Europol għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut ta' korrezzjoni, tħassir jew imblokkar, u l-possibbiltà li jippreżenta ilment għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data u li jfittex rimedju ġudizzjarju.
Artikolu 41
Responsabbiltà fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta
1. L-Europol għandu jaħżen id-dejta personali b'tali mod li jiżgura li jkun jista' jiġi stabbilit is-sors tagħha, skont l-Artikolu 23.
1a. L-Europol għandu jaħżen d-dejta personali b'tali mod li din tista' tiġi kkoreġuta u mħassra. [Em. 171]
2. Ir-responsabbiltà għall-kwalità tad-dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 34(d) għandha tkun tal-Istat Membru li pprovda d-dejta personali lill-Europol u tal-Europol għal dejta personali pprovduta minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għal dejta personali li l-Europol jiġbed minn sorsi disponibbli b’mod pubbliku. Il-korpi tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għall-kwalità tad-dejta sa u inkluż il-mument tat-trasferiment. [Em. 172]
3. Ir-responsabbiltà għall-konformità mal-prinċipji kif speċifikat fl-Artikolu 34(a), (b), (c) u (e) għandha tkun tal-Europol.
4. Ir-responsabbiltà għal-legalità ta’ trasferiment għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għandha tkun ta’: [Em. 173]
|
(a) |
l-Istat Membru li jkun ipprovda d-dejta fil-każ ta’ dejta personali pprovduta mill-Istati Membri lill-Europol; u |
|
(b) |
tal-Europol fil-każijiet ta’ dejta personali pprovduta mill-Europol lill-Istati Membri, u lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. |
5. F'każ ta' trasferiment bejn l-Europol u korp tal-Unjoni, ir-responsabbiltà għal-legalità tat-trasferiment tkun tal-Europol. Mingħajr preġudizzju għas-sentenza ta' qabel, weta d-dejta tiġi ttrasferita mill-Europol wara talba mingħand id-destinatarju, kemm l-Europol kif ukoll id-destinatarju għandhom iġorru r-responsabbiltà tal-legalità dan it-trasferiment. Barra minn hekk, l-Europol għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tal-proċessar tad-dejta mwettqa minnu.
L-Europol għandu jivverifika l-kompetenza tad-destinatarju u jivvaluta n-neċessità għat-trasferiment tad-dejta. Jekk jinqala' dubju dwar din il-ħtieġa, l-Europol għandu jitlob aktar informazzjoni mingħand id-destinatarju. Id-destinatarju għandu jiżgura li tkun tista' tiġi verifikata l-ħtieġa għat-trasferiment tad-dejta. Id-destinatarju għandu jipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasmessa. [Em. 174]
Artikolu 42
Kontroll minn qabel
1. Il-proċessar ta’ dejta personali li ser jifforma parti minn sistema ġdida ta’ fajling fi kwalunkwe sett ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar li se tinħoloq jservi għan uniku jew diversi għanijiet relatati fir-rigward tal-attivitajiet ewlenin tiegħu għandu jkun suġġett għal kontroll minn qabel meta: [Em. 175]
|
(a) |
ikunu se jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 36(2); |
|
(b) |
it-tip ta’ proċessar, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali, tas-suġġetti tad-dejta. |
2. Il-verifiki minn qabel għandhom jitwettqu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data malli jirċievi notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li, fil-każ ta' dubju dwar il-ħtieġa ta' verifikazzjoni minn qabel, għandu jikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
3. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahrejn wara li tasal in-notifika. Dan il-perjodu jista' jiġi sospiż fi kwalunkwe mument sakemm il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun kiseb aktar informazzjoni li jista' jkunu jkun talab. Jekk il-komplessità tal-kwistjoni hekk teħtieġ, dan il-perjodu jista' jittawwal għal xahrejn oħra, b'deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom ikunu possibbli żewġ estensjonijiet biss. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Europol qabel jiskadi l-perjodu inizjali ta' xahrejn. [Em. 176]
Jekk l-opinjoni ma tingħatax sat-tmiem tal-perjodu ta’ xahrejn, jew kwalunkwe estensjoni tiegħu, għandha titqies li tkun favorevoli.
Jekk l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tkun li l-proċessar notifikat jista’ jinvolvi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu fejn ikun xieraq, jagħmel proposti biex jiġi evitat dan il-ksur. Meta l-Europol ma jimmodifikax l-operazzjoni tal-proċessar skont dan, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jeżerċita l-poteri mogħtija lilu skont l-Artikolu 46(3).
4. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet tal-proċessar kollha li ġew innotifikati lilu skont il-paragrafu 1. Dan ir-reġistru għandu jkun integrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 43
Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni
1. Għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-proċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Europol għandu jżomm rekords tal-ġbir, l-alterazzjonijiet, l-aċċess, il-ġbid, l-iżvelar, il-kombinazzjoni jew it-tħassir ta' dejta personali. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandha titħassar wara tliet snin, sakemm id-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fit-tul minħabba kontroll fis-seħħ. Ma għandu jkun hemm l-ebda possibbiltà li r-reġistrazzjonijiet tal-aċċess jiġu mmodifikati. [Em. 177]
2. Reġistrazzjonijiet jew dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati, fuq talba, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-kontroll tal-protezzjoni tad-dejta. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu juża din l-informazzjoni biss biex jikkontrolla l-protezzjoni tad-dejta u jiżgura proċessar xieraq tad-dejta kif ukoll l-integrità u s-sigurtà tagħha.
Artikolu 44
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta
1. Il-Bord tal-Maniġment għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta li għandu jkun membru tal-persunal. Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, għandu jaġixxi indipendentement.
2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu u, b’mod partikolari, l-għarfien espert dwar il-protezzjoni tad-dejta.
3. L-għażla tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta ma għandhiex ikollha l-potenzjal li tirriżulta f’konflitt ta’ interessi bejn id-dmirijiet tiegħu bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
4. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinħatar għal terminu ta’ bejn sentejn u ħames snin. Għandu jkun eliġibbli għal ħatra mill-ġdid sa terminu massimu totali ta’ għaxar snin. Jista’ jitneħħa mill-kariga ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta mill-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità li jkun ħatru unikament bil-kunsens tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.
5. Wara l-ħatra tiegħu l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi rreġistrat mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-istituzzjoni jew il-korp li jkun ħatru.
6. L-uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta ma jista’ jirċievi l-ebda struzzjoni marbuta mal-qadi ta’ dmirijietu.
7. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin fir-rigward tad-dejta personali, bl-eċċezzjoni tad-dejta personali tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll tad-dejta personali amministrattiva:
|
(a) |
jiżgura, b'manjiera indipendenti, il-leġittimità u l-konformità mad-disposizzjonijiet l-applikazzjoni interna tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali; [Em. 178] |
|
(b) |
jiżgura li jinżamm rekord tat-trasferiment u l-wasla ta’ dejta personali, skont dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jiżgura li fuq talba tagħhom is-suġġetti tad-dejta jkunu mgħarrfin bid-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament; |
|
(d) |
jikkoopera mal-persunal tal-Europol responsabbli għal proċeduri, taħriġ u pariri dwar il-proċessar tad-dejta; |
|
(e) |
jikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data , b'mod speċjali fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 42 ; [Em. 179] |
|
(f) |
iħejji rapport annwali u jikkomunika dan ir-rapport lill-Bord tal-Maniġment u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
|
(fa) |
jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għal talbiet għal aċċess skont l-Artikolu 39; [Em. 180] |
|
(fb) |
iżomm reġistru dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha mwettqa mill-Europol, inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-għan, il-kategoriji tad-dejta, id-destinatarji, il-limiti ta' żmien għall-imblukkar u t-tħassir, it-trasferimenti lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u miżuri ta' sigurtà; [Em. 181] |
|
(fc) |
iżomm reġistru dwar l-inċidenti u l-ksur ta' sigurtà li jaffettwaw id-dejta personali operattiva jew amministrattiva. [Em. 182] |
8. Barra minn hekk, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-dejta personali tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll tad-dejta personali amministrattiva. [Em. 183]
9. Fil-qadi tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha proċessata mill-Europol u għall-postijiet kollha tal-Europol. Tali aċċess għandu jkun possibbli fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel. [Em. 184]
10. Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jqis li ma kienx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali, huwa għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u jitolbu jirriżolvi n-nuqqas ta’ konformità fi żmien speċifikat. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità fil-proċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jgħarraf lill-Bord tal-Maniġment u għandhom jiftiehmu dwar żmien speċifikat biex tittieħed azzjoni. Jekk il-Bord tal-Maniġment ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità fil-proċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jirriferi l-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
11. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom b’mod partikolari jirrigwardaw il-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta u t-tneħħija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu u s-salvagwardji għall-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta. L-Europol għandu jipprovdi lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta bil-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Dawn il-membri tal-persunal għandhom ikollhom aċċess għad-dejta personali proċessata fl-Europol u għall-postijiet tal-Europol biss sal-punt meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom. Tali aċċess għandu jkun possibbli fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel. [Em. 185]
11a. Il-Kontrollur għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun ipprovdut bil-mezzi neċessarji għall-qadi ta' dmirijietu. [Em. 186]
Artikolu 45
Superviżjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali bil-kompitu li timmonitorja b’mod indipendenti, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, il-permissibbiltà tat-trasferiment, il-ġbid u kwalunkwe komunikazzjoni lill-Europol ta’ dejta personali mill-Istat Membru konċernat u teżamina jekk tali trasferiment, ġbid jew komunikazzjoni jiksrux id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta. Għal dak il-għan, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha aċċess, fl-Unità Nazzjonali jew fil-postijiet tal-uffiċjali ta’ kollegament, għad-dejta sottomessa mill-Istat Membru tagħha lill-Europol f'konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti.
2. Għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjoni superviżorja tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikollhom aċċess għall-uffiċċji u d-dokumenti tal-uffiċjali ta’ kollegament rispettivi tagħhom fl-Europol.
3. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti, jagħmlu superviżjoni tal-attivitajiet tal-Unitajiet Nazzjonali u l-attivitajiet tal-uffiċjali ta’ kollegament, sa fejn dawn l-attivitajiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta personali. Għandhom ukoll iżommu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data infurmat b’kull azzjoni li jieħdu fir-rigward tal-Europol.
4. Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt titlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali biex tivverifika li t-trasferiment jew il-komunikazzjoni lill-Europol ta’ dejta li tikkonċernaha fi kwalunkwe forma u li l-aċċess għad-dejta mill-Istat Membru konċernat huma legali. Dan id-dritt għandu jkun eżerċitat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn issir it-talba.
Artikolu 46
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli li jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-proċessar ta' dejta personali mill-Europol, u biex jagħti pariri l-Europol u lis-suġġetti tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-proċessar tad-dejta personali. Għal dan il-għan għandu jwettaq id-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 2 u jeżerċita s-setgħat mogħtija fil-paragrafu 3.
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin skont dan ir-Regolament:
|
(a) |
jisma’ u jinvestiga lmenti, u jinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-riżultat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien; |
|
(b) |
iwettaq investigazzjonijiet jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq il-bażi ta’ lment, u jinforma lis-suġġetti tad-dejta dwar ir-riżultat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien mingħajr dewmien ; [Em. 187] |
|
(c) |
jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jirrelataw mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali mill-Europol; |
|
(d) |
jagħti parir l-Europol, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba għall-konsultazzjoni, dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-proċessar ta’ dejta personali, b’mod partikolari qabel ma jitfasslu regoli interni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali; |
|
(e) |
jiddetermina, jagħti raġunijiet għalfejn u jagħmel pubbliċi l-eżenzjonijiet, is-salvagwardji, l-awtorizzazzjonijiet u l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(4). |
|
(f) |
iżomm reġistru tal-operazzjonijiet tal-proċessar notifikati lilu bis-saħħa tal-Artikolu 42(1) u reġistrati skont 42(4), |
|
(g) |
iwettaq verifika minn qabel tal-proċessar notifikat lilu. |
3. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ skont dan ir-Regolament:
|
(a) |
jagħti pariri lis-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom; |
|
(b) |
jirreferi l-kwistjoni lill-Europol fil-każ ta' allegat ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-proċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, jagħmel proposti għar-rimedji ta' dak il-ksur u għat-titjib tal-protezzjoni tas-suġġetti tad-dejta; |
|
(c) |
jordna li talbiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet b'relazzjoni mad-dejta jiġu osservati meta dawk it-talbiet ikunu ġew irrifjutati bi ksur tal-Artikoli 39 u 40; |
|
(d) |
javża jew iċanfar lill-Europol; |
|
(e) |
jordna r-rettifika, l-imblukkar, it-tħassir jew id-distruzzjoni tad-dejta kollha meta din tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċessar tad-dejta personali u n-notifikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet lill-partijiet terzi li tkun ġiet żvelata d-dejta magħhom; |
|
(f) |
jimponi l-projbizzjoni jipproponi lill-Bord tal-Maniġment li tiġi imposta projbizzjoni temporanja jew definittiva parzjali jew totali fuq il-proċessar l-ipproċessar ; [Em. 189] |
|
(g) |
jirreferi l-kwistjoni lill-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità konċernat u, fejn meħtieġ, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; |
|
(h) |
jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattat; |
|
(i) |
jintervjeni fl-azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
4. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħa:
|
(a) |
jikseb mingħand l-Europol aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu; |
|
(b) |
jikseb aċċess għal kwalunkwe bini li fih l-Europol iwettaq l-attivitajiet tiegħu meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi preżunt li tkun qed titwettaq fih attività koperta b'dan ir-Regolament. |
5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji dwar l-Europol. Dan ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni ta' statistika dwar l-ilmenti, l-inkjesti, l-investigazzjonijiet, l-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva, it-trasferimenti ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kontroll minn qabel u notifiki, u l-użu tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 3.
Dan ir-rapport għandu jintbgħat u jiġi ppreżentat lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u għandu jintbgħat lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex iwettaq azzjoni addizzjonali biex jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. [Em. 190]
6. Il-membri u l-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 69.
Artikolu 47
Kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn il-prassi tal-Istati Membri jew trasferiment potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali tal-Europol għall-iskambju ta' informazzjoni, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità superviżorja nazzjonali jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data , meta rilevanti, għandu juża l-kompetenzi u l-esperjenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 46(2). Fit-twettiq tal-attivitajiet b'kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji ta' solidarjetà u proporzjonalità, għandu jkollhom is-setgħat ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 46(4) u għandhom ikunu marbuta b'obbligu ekwivalenti kif stabbilit fl-Artikolu 46(6).Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji ta' sorveljanza nazzjonali jistgħu, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom tiegħu , għandhom , jiskambjaw informazzjoni l-informazzjoni rilevanti, jgħinu jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni il-problemi relatati mal-eżerċizzju ta' sorveljanza indipendenti jew fl-eżerċizzju l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe kull problema u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni kuxjenza dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif meħtieġ ta' protezzjoni tad-data, skont il-ħtieġa . [Em. 191]
2a. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jżomm lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali infurmati bis-sħiħ dwar il-kwistjonijiet kollha rilevanti għalihom. [Em. 192]
2b. F'każijiet meta kwistjonijiet speċifiċi jikkonċernaw dejta minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, il-Kontrollow Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-awotritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetneti. Il-KEPD m'għandux jiddeċiedi dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed qabel ma l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u kompetenti jkunu infurmaw lill-KEPD dwar il-pożizzjoni tagħhom, sa skadenza speċifikata mill-KEPS li m'għandhiex tkun iqas minn xahrejn. Il-KEPD għandu jikkunsidra kemm jista' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti. Fil-każijiet meta l-KEPD jkollu l-intenzjoni ma jsegwix il-pożizzjonit agħhom, hu għandu jinformahom u jipprovdilhom ġustifikazzjoni. Fil-każijiet li l-KEPS jqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superiżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa. [Em. 193]
2c. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti qabel ma jieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46(3)(e) sa (h). Il-KEPD għandu jikkunsidra kemm jista' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u kompetenti kkomunikata sa skadenza speċifikata minnu u li m'għandhiex tkun iqas minn xahrejn Fil-każijiet meta l-KEPD jkollu l-intenzjoni ma jsegwix il-pożizzjonit agħhom, hu għandu jinformahom u jipprovdilhom ġustifikazzjoni. Fil-każijiet li l-KEPS jqis estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superiżorji nazzjonali kkonċernati u kompetenti u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa. Il-KEPD m'għandux jieħu azzjoni jekk l-awtoritajiet superviżjorji nazzjonali kollha jkunu infurmaw lill-KEPD bil-pożizzjoni negattiva tagħhom. [Em. 194]
3. L-Awtoritajiet Il-kapijiet tal-awtoritajiet supervi żorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak l-iskop, kif meħtieġ mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet strateġiċi u ta' politika ġenerali jew kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 1 u 2 . L-ispiża ta’ tali laqgħat għandha tiġġarrab mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skont il-bżonn. [Em. 195]
Artikolu 48
Dejta personali amministrattiva u dejta dwar il-Persunal [Em. 196]
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa applikabbli għad-dejta personali kollha tal-membri tal-persunal tal-Europol kif ukoll għad-dejta personali amministrattiva miżmuma mill-Europol. [Em. 197]
Kapitolu VIII
RIMEDJI U RESPONSABBILTÀ
Artikolu 49
Dritt li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Kwalunkwe suġġett ta' dejta għandu jkollu d-dritt jippreżenta ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk jidhirlu li l-proċessar ta' dejta personali relatata miegħu ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. Meta ilment lment ikun dwar deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 39 jew 40, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta mal-korpi superviżorji nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew mal-Istat Membru konċernat direttament. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, li tista’ twassal sa ċaħda li tiġi kkomunikata kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali jew mal-korp ġudizzjarju kompetenti. [Em. 198]
3. Fejn ilment jirrigwarda l-kontroll tad-dejta provduta minn Stat Membru lill-Europol, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-kontrolli neċessarji kienu twettqu b'mod korrett f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp superviżorju nazzjonali tal-Istat Membru li provda d-dejta , għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-dejta fl-Istat Membru kkonċernat kien legali u li l-kontrolli neċessarji kienu twettqu b'mod korrett . [Em. 199]
4. Meta ilment ikun marbut mal-proċessar tad-dejta pprovduta lill-Europol minn entitajiet tal-UE, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-Europol ikun wettaq il-kontrolli meħtieġa.
Artikolu 50
Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Azzjonijiet kontra deċiżjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-responsabbiltà u d-dritt għal kumpens
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Europol għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt konċernat.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Europol.
3. Bla ħsara għall-Artikolu 52, fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Europol għandu, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkaġunat mid-dipartimenti tiegħu jew mill-persunal tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha ġurisdizzjoni f'tilwim dwar kumpens għal kwalunkwe dannu msemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Europol lejn l-Europol għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.
Artikolu 52
Responsabbiltà għal proċessar ħażin ta' dejta personali u d-dritt għal kumpens
1. Kwalunkwe individwu li jkun ġarrab dannu b'riżultat ta' xi operazzjoni ta' proċessar illegali għandu jkollu d-dritt jirċievi kumpens għad-dannu mġarrab, jew mill-Europol skont l-Artikolu 340 tat-TFUE, jew mill-Istat Membru li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu skont il-liġi nazzjonali tiegħu. L-individwu għandu jieħu azzjoni kontra l-Europol quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew kontra l-Istat Membru quddiem qorti nazzjonali kompetenti ta’ dan l-Istat Membru.
2. Kwalunkwe tilwima bejn l-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà aħħarija għal kumpens mogħti lil individwu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi rriferita lill-Bord tal-Manġiment, li għandu jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju tad-dritt ta' kontestazzjoni ta' din id-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.
Kapitolu IX
SKRUTINJU PARLAMENTARI
Artikolu 53
Skrutinju Parlamentari konġunt
1. Il-mekkaniżmu għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, għandhom jieħdu l-forma ta' Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, li għandu jiġi stabbilit fil-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, li jkun jikkonsisti mill-Membri sħaħ tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u rappreżentant wieħed tal-kumitat kompetenti tal-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u sostitut. L-Istati Membri b'sistemi ta' żewġ kmamar parlamentari jistgħu minflok jiġu rrappreżenati minn rappreżentant minn kull kamra.
2. Il-laqgħat tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu dejjem jitlaqqa' fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew mill-President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-laqgħat għandhom jiġu kopreseduti mill-President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u mir-rappreżentant mill-parlament nazzjonali tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill.
3. Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi.
4. Għal dan l-għan, il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:
1. (a) Il-President tal-Bord tal-Maniġment , id-Direttur Eżekuttiv u d-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżenant tal-Kummissjoni għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tagħhom tiegħu biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Europol, filwaqt li jitqiesu , jekk ikun xieraq, l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità. ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità . Il-Grupp jista' jiddeċiedi li jistieden għal-laqgħat tiegħu persuni rilevanti oħra, jekk ikun xieraq;
2. L-iskrutinju parlamentari mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali, tal-attivitajiet tal-Europol għandu jiġi eżerċitat skont dan ir-Regolament.
|
(b) |
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jidher quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu u mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Europol, |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu preżentati u għandu jsir dibattitu dwarhom fil-laqgħat tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt:
|
— |
l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u multi annwali, imsemmija fl-Artikolu 15; |
|
— |
ir-rapport annwali ta' attività konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 14; |
|
— |
ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 46; |
|
— |
ir-rapport ta' evalwazzjoni mħejji mill-Kummissjoni biex tirrevedi l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 70. |
Il-persuni li ġejjin għandhom jidhru quddiem il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt fuq talba tiegħu:
|
— |
il-kandidati magħżula għall-karigi ta' Direttur Eżekuttiv, imsemmija fl-Artikolu 56(2); |
|
— |
id-Direttur Eżekuttiv, li l-mandat tiegħu jkun maħsub li jiġi estiż, kif previst fl-Artikolu 56(5); |
|
— |
id-Direttur Eżekuttiv, sabiex jirraporta dwar it-twettiq ta' dmirijietu. |
Il-President tal-Bord tal-Maniġment għandu jinforma lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt qabel ma jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga, kif ukoll dwar ir-raġunijiet għal tali deċiżjoni.
3. 5. Barra minn hekk , l-Europol għandu Minbarra l-obbligi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, jittrasmetti lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali, filwaqt li jqis l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità, għal finijiet ta’ informazzjoni: jittrasmetti lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, b'kunsiderazzjoni, jekk ikun xieraq, tal-obbligi ta' disrezzjoni u kunfidenzjalita, għal skopijiet ta' informazzjoni:
|
(a) |
il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġika u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-għan tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol; |
|
(b) |
l-arranġamenti ta’ ħidma adottati skont l-Artikolu 31(1). |
6. Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt jista' jitlob kwalunkwe dokument rilevanti neċessarju biex iwettaq il-kompiti tiegħu, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (16) kif ukoll ir-regoli li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew.
7. Il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għandu jħejji konklużjonijiet sommarji dwar l-attivitajiet superviżorji tal-Europol lill-Parlament Ewropew. [Em. 200]
Artikolu 54
Aċċess tal-Parlament Ewropew għal Informazzjoni Klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu
1. Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 53, jista' għandu jingħata aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata proċessata mill-Europol jew permezz tiegħu lill-Parlament Ewropew lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba u, fejn rilevanti, wara l-kunsens tal-fornitur tad-dejta u lir-rappreżentanti tiegħu fuq talba u, fejn rilevanti, wara l-kunsens tal-fornitur tad-dejta .
2. Aċċess Fid-dawl tan-natura sensittiva u klassifikata ta' din l-informazzjoni, l-aċċess għal Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata għandu jkun f’konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi kif imsemmi fl-Artikolu 69. Id-dettalji għandhom ikunu josserva r-regoli li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropea (17) . Aktar dettalji jistgħu jkunu regolati b'arranġament dwar l-operat konkluż bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew. [Em. 201]
Kapitolu X
PERSUNAL
Artikolu 55
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex idaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol bl-eċċezzjoni tal-persunal li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikollu kuntratti konklużi mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni dwar l-Europol.
2. Il-persunal tal-Europol għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u/jew persunal b’kuntratt. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jiddeċiedi liema karigi temporanji previsti fil-pjan tal-istabbiliment jistgħu jimtlew biss minn persunal ingaġġat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-membri tal-persunal reklutati biex jokkupaw tali karigi għandhom ikunu uffiċjali temporanji u jistgħu jingħataw biss kuntratti b’terminu fiss li jistgħu jiġġeddu darba għal perjodu fiss.
2a. L-awtorità tal-ħatra għandha tagħmel użu sħiħ mill-possibbiltajiet mogħtija mir-Regolament dwar il-Persunal u tipprovdi persunal speċjalizzat bħal esperti tat-tekonoloġija tal-informatika bi grupp ta' funzjoni u grad ogħla skont il-kwalifika tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 4 b'mod ideali. [Em. 202]
Artikolu 56
Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Europol skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tal-Maniġment, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. b'konformità ma' proċedura ta' kooperazzjoni, li għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
fuq il-bażi ta' lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposti minn kumitat magħmul mir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Maniġment u żewġ membri oħra tal-Bord tal-Maniġment , wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti, l-applikanti se jkunu mitluba, qabel ma ssir il-ħatra, jindirizzaw lill-Kunsill u lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jwieġbu għall-mistoqsijiet; |
|
(b) |
il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u l-Kunsill imbagħad jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u jiddikjaraw l-ordnijiet ta' preferenza tagħhom; |
|
(c) |
il-Bord tal-Maniġment jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv waqt li jikkunsidra dawn l-opinjonijiet. [Em. 203] |
Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Europol għandu jkun rappreżentat mill-President
Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Maniġiment jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.
3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Europol.
4. Il-Bord tal-Maniġment, wara li jitlob l-opinjoni tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin. [Em. 204]
5. Il-Bord tal-Maniġiment għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-intenzjoni li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament il-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu. [Em. 205]
6. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu kumplessiv.
7. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga unikament biss b’deċiżjoni tal-Bord tal-Maniġment li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni. Maniġerjali, spjegata lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u lill-Kunsill . [Em. 206]
8. Il-Bord tal-Maniġment għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat u tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u/jew id-Deputat(i) Direttur(i) Eżekuttiv(i) abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.
Artikolu 57
Diretturi Deputati Eżekuttivi
1. Erba' Tliet Deputati Diretturi Deputati Eżekuttivi, inkluż wieħed responsabbli għat-taħriġ, għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għat-taħriġ għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-Akkademja l-Europol u tal-attivitajiet tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tal-oħrajn. [Em. 207]
2. L-Artikolu 56 għandu japplika għall-Viċi Diretturi Eżekuttivi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi kkonsultat qabel il-ħatra jew it-tneħħija tagħhom mill-kariga.
Artikolu 58
Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor
1. L-Europol jista' jagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-aġenzija.
2. Il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Europol.
Kapitolu XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 59
Baġit
1. L-istimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Europol għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Europol.
2. Il-baġit tal-Europol għandu jkun bilanċjat f'termini ta' dħul u nfiq.
3. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Europol għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni, mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
4. L-Europol jista’ jibbenefika minn fondi tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delega jew ad-hoc u għotjiet eċċezzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politiki tal-Unjoni.
5. L-infiq tal-Europol għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u ta' infrastruttura u spejjeż operazzjonali.
Artikolu 60
Stabbiliment tal-baġit
1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u jibagħtu lill-Bord tal-Maniġiment.
2. Il-Bord tal-Maniġment għandu, abbażi ta' dak l-abbozz, jipproduċi abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara. L-abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni kull sena sa [data stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas]. Il-Bord tal-Manaġiment għandu jibgħat u jippreżenta abbozz finali tal-estimi , li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali sal-31 ta' Marzu. [Em. 208]
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-awtorità baġitarja) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
4. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li jiġi debitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.
5. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Europol.
6. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment tal-Europol.
7. Il-baġit tal-Europol għandu jiġi adottat mill-Bord tal-Maniġment. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
8. Għal kwalunkwe proġett, b’mod partikolari proġetti ta’ bini, li x’aktarx ikollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' [ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas]. .
Artikolu 61
Implimentazzjoni tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Europol.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, lill-awtorità baġitarja kull informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċess tal-evalwazzjoni.
Artikolu 62
Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza
1. Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
2. L-Europol għandu jibgħat ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-Parlament Ewropew u jippreżentah lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt , lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara. [Em. 209]
3. Sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet konsolidati provviżorji tal-Europol flimkien mal-kontijiet tal-Kummissjoni lill-Qorti tal-Awdituri.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Europol, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottomettihom lill-Bord tal-Maniġment għal opinjoni.
5. Il-Bord ta’Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Europol.
6. Id-Direttur Eżekuttiv, sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, għandu jibgħat il-kontijiet u jippreżenta l-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Grupp ta'; Skrutinju Parlamentari Konġunt , lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Parlamenti nazzjonali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Maniġiment. [Em. 210]
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet li jkunu saru fir-rapport annwali tagħha sa [id-data stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas]. Huwa għandu wkoll jibgħat din ir-risposta lill-Bord tal-Maniġment.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja konċernata, kif stabbilit fl-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fil-konfront tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 63
Regoli Finanzjarji
1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord tal-Maniġment wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitilqu minn [ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas FFR] qafas] għajr jekk dan ikun meħtieġ speċifikament għal operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel ; Il-Parlament Ewropew għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe devjazzjoni ta' dan it-tip . [Em. 211]
2. Minħabba l-ispeċifiċità tal-Membri tan-Netwerk tal-Istituti Nazzjonali tat-Taħriġ li huma l-uniċi korpi b’karatteristiċi speċifiċi u kompetenzi tekniċi biex iwettqu attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti, dawn il-membri jistgħu jirċievu għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti skont l-Artikolu 190(1)(d) ta’ Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012. (18) [Em. 212]
Kapitolu XII
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 64
Status ġuridiku
1. L-Europol għandu jkun korp tal-Unjoni. Huwa għandu personalità ġuridika.
2. L-Europol għandu jgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom fl-Istati Membri kollha. L-Europol jista' b'mod partikolari jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jkun parti fi proċeduri legali.
3. Is-sede tal-Europol għandha tkun fl-Aja, fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Artikolu 65
Privileġġi u immunitajiet
1. Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Europol u l-persunal tiegħu.
2. Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-uffiċjali ta’ kollegament u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, u lill-Istati Membri l-oħra. Dak il-ftehim għandu jipprovdi għal dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq korrett tal-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament.
Artikolu 66
Arranġamenti lingwistiċi
1. Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 (19) għandhom japplikaw għall-Europol.
2. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Europol għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 67
Trasparenza
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti amministrattivi kollha miżmuma mill-Europol. [Em. 213]
2. Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, u sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Bord tal-Maniġment għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Europol skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment għand l-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE.
3a. L-Europol għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu lista tal-membri tal-Bord tal-Maniġment, tal-esperti esterni u interni, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment għandhom ikunu ppubblikati sistematikament. L-Europol jista' jillimita b'mod temporanju jew permanenti l-pubblikazzjoni ta' dokumenti jekk il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tirrappreżenta riskju li tikkompremetti t-twettiq tal-kompiti tal-Europol, filwaqt li jqis l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. [Em. 214]
Artikolu 67a
Notifika minn qabel u mekkaniżmu tat-twissija
Il-Kummissjoni għandha tattiva sistema ta' twissija jekk ikollha tħassib serju li l-Bord tal-Maniġment ikun wasal biex jieħu deċiżjonijiet li ma jikkonformawx mal-mandat tal-Europol, jiksru l-liġi tal-Unjoni jew ikunu f'kontradizzjoni mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqajjem formalment il-kwistjoni mal-Bord tal-Maniġment u titolbu jieqaf milli jadotta d-deċiżjoni kkonċernata. Jekk il-Bord tal- Maniġment jirrifjuta li jikkonforma mar-rikjesta, il-Kummissjoni għandha formalment tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bl-għan li jkun hemm rispons rapidu. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Bord tal-Maniġment biex ma jimplimentax id-deċiżjoni kontroversjali sakemm ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet ikunu għadhom qed jiddiskutu l-kwistjoni. [Em. 215]
Artikolu 68
Ġlieda kontra l-frodi
1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mill-jum li l-Europol isir operattiv, huwa għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (20) u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Europol bl-użu tal-mudell li jidher fl-Anness ta' dak il-Ftehim.
2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tagħmel awditi, abbażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Europol.
3. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt finanzjat mill-Europol, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (21).
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Europol għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF iwettqu dawn l-awditi u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 69
Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
L-Europol għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu dwar l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità, u dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi tad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, il-proċessar u l-ħżin ta' din l-informazzjoni.
Artikolu 70
Evalwazzjoni u analiżi
1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Europol u l-prassi tal-ħidma tiegħu kif ukoll il-funzjonament tal-mekkaniżmi għall-kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali . L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-għanijiet tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. [Em. 216]
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport u tissottometti r-rapport tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, akkumpanjat jekk ikun xieraq minn proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament, lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt, lill-Kunsill, lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Bord tal-Maniġment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali kwalunkwe informazzjoni dwar l-evalwazzjoni, jekk mitluba. [Em. 217]
3. Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta r-riżultati miksuba mill-Europol fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-Europol ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet assenjati lilu, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew jitħassar skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja . [Em. 218]
Artikolu 71
Inkjesti amminstrattivi
L-attivitajiet tal-Europol huma soġġetti għall-kontrolli tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-TFUE.
Artikolu 72
Kwartieri Ġenerali
1. L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Europol fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord tal-Maniġiment, il-persunal tal-Europol u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali bejn l-Europol u l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord tal-Maniġment u mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament tal-Europol, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u konnessjonijiet xierqa tat-trasport.
Kapitolu XIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 73
Suċċessjoni ġuridika ġenerali
1. L-Europol, kif stabbilit minn dan ir-Regolament, għandu jkun is-suċċessur ġuridiku ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi minn, obbligazzjonijiet , l-obbligazzjonijiet preeżistenti, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, u s-CEPOL, kif stabbilit skont id-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI. [Em. 219]
2. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-saħħa ġuridika tal-ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-saħħa ġuridika tal-ftehimiet konklużi mis-CEPOL kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 220]
4. B'deroga mill-paragrafu 3, il-Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali konkluż abbażi tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandha tintemm fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 221]
Artikolu 74
Arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tal-Bord tal-Maniġment
1. It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord tal-Maniġment tas-CEPOL kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu jintemm fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 222]
2. It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord tal-Maniġment tal-Europol kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu jintemm fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3. Il-Bord tal-Maniġiment kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu fi żmien il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data tal-bidu tal-applikazzjoni:
|
(a) |
jeżerċita l-funzjonijiet tal-Bord tal-Maniġment kif imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
iħejji l-adozzjoni tar-regoli dwar l-obbligi tal-kunfidenzjalità u d-diskrezzjoni u l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE imsemmija fl-Artikolu 69 ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jipprepara kwalunkwe strument meħtieġ għat-tħejjija tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; u |
|
(d) |
jirrevedi l-miżuri mhux leġiżlattivi li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI sabiex jippermetti lill-Bord tal-Maniġment stabbilit skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 78(2). |
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li l-Bord tal-Maniġment stabbilit skont l-Artikolu 13 jibda l-ħidma tiegħu fi [data tal-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament];
5. Sa mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-persuni li huma jkunu ħatru bħala membru u membru supplenti tal-Bord tal-Maniġment, skont l-Artikolu 13.
6. Il-Bord tal-Maniġment stabbilit abbażi tal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament għandu jkollu l-ewwel laqgħa fi [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. F’dik l-okkażjoni għandu, jekk meħtieġ, jieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 78(2).
6a. Il-Bord tal-Maniġment għandu jifformula dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-proċedura prevista fl-Artikolu 67a u jressaqhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. [Em. 223]
Artikolu 75
Arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tad-Diretturi Eżekuttivi u l-Viċi Diretturi
1. Id-Direttur Eżekuttiv maħtur abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perjodi tal-mandat tiegħu, jingħata r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv kif previst fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu ma jinbidlux. Jekk il-mandat jintemm wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] iżda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għandu jiġu estiż awtomatikament sa sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jkunx lest jew ma jkunx jista' jaġixxi skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv għal perjodu li ma jaqbiżx 18-il xahar, sakemm isiru l-ħatriet previsti fl-Artikolu 56.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-Viċi Diretturi maħtura abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.
4. Id-Direttur Eżekuttiv tas-CEPOL maħtur abbażi tal-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perjodi li jibqa' tal-mandat tiegħu, jingħata l-funzjonijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tat-taħriġ tal-Europol. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu ma jinbidlux. Jekk il-mandat jintemm wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] iżda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għandu jiġu estiż awtomatikament sa sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 224]
Artikolu 76
Dispożizzjonijiet baġitarji tranżizzjonali
1. Għal kull sena tat-tliet snin baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, talanqas EUR 8 miljuni mill-infiq operazzjonali tal-Europol għandhom ikunu riżervati għat-taħriġ kif deskritt fil-Kapitolu III. [Em. 225]
2. Il-proċedura tal-kwittanza fir-rigward tal-baġits approvati abbażi tal-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti bl-Artikolu 43 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u r-regoli finanzjarji tal-Europol.
Kapitolu XIV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 77
Sostituzzjoni
Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI.
Referenzi għad-Deċiżjonijiet sostitwiti għad-Deċiżjoni sostitwita għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. [Em. 226]
Artikolu 78
Revoka
1. Il-miżuri leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjonijiet id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI huma revokati b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. l-miżuri mhux leġiżlattivi kollha li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi s-CEPOL għandhom jibqgħu fis-seħħ wara [id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Maniġment tal-Europol fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 227]
Artikolu 79
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu jkun japplika mill-[jum tal-applikazzjoni].
Madankollu, l-Artikoli 73, 74 u 75 għandhom japplikaw minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.05.2009, p. 37).
(3) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 1.
(4) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(*1) Proposta: COM(2013)0048.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.).
(7) Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku ta’ Dejta Personali, Strasburgu, 28.1.1981.
(8) Ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri dwar ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dejta personali fis-settur tal-pulizija, 17.9.1987.
(9) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
(10) Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(11) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(12) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).
(13) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta 'l-UE informazzjoni klassifikata (ĠU L 141, 27.05.2011, p. 17).
(14) Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, l-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 185, 16.07.2005, p. 35).
(15) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(16) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(17) Kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropwe tal-15 ta' April 2013.
(18) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(19) Kunsill KEE: Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(20) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(21) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
ANNESS I
Lista ta’ reati li fir-rigward tagħhom l-Europol għandu jappoġġja u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament
|
— |
terroriżmu, |
|
— |
kriminalità organizzata, |
|
— |
traffikar illegali ta’ drogi, |
|
— |
attivitajiet illegali ta’ ħasil tal-flus, |
|
— |
reati konnessi ma’ sustanzi nukleari u radjuattivi, |
|
— |
kuntrabandu ta’ immigranti illegali, |
|
— |
traffikar tal-bnedmin, |
|
— |
reati konnessi ma’ vetturi bil-mutur, |
|
— |
qtil, offiżi fiżiċi gravi fuq il-persuna, |
|
— |
kummerċ illegali ta’ organi u tessuti umani, |
|
— |
ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u teħid ta’ ostaġġi, |
|
— |
razziżmu u xenofobja, |
|
— |
serq |
|
— |
traffikar illegali ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta' arti, |
|
— |
egħmil qarrieqi u frodi, inkluża l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
|
— |
rikattar organizzat u estorsjoni, |
|
— |
falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas, |
|
— |
kriminalità bil-kompjuter, |
|
— |
korruzzjoni, |
|
— |
traffikar illegali fl-armi, il-munizzjon u l-isplussivi, |
|
— |
traffikar illegali fi speċi ta’ annimali fil-periklu, |
|
— |
traffikar illegali fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu, |
|
— |
reati ambjentali, inkluż it-tniġġis minn vapuri |
|
— |
traffikar illegali ta’ sustanzi ormonali u sustanzi oħra li jistimulaw it-tkabbir, |
|
— |
abbuż sesswali u esplojtazzjoni sfruttament sesswali ta' individwi, speċjalment nisa u tfal. [Em. 228] |
ANNESS II
Kategoriji ta’ dejta personali u kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista’ tiġi miġbura u proċessata għal għanijiet ta' kontroverifika kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a)
|
1. |
Dejta personali miġbura u proċessata għal għanijiet ta’ kontroverifika għandha tirrelata ma’:
|
|
2. |
Dejta relatata mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi biss il-kategoriji ta' dejta personali li ġejjin:
|
|
3. |
Addizzjonalment mad-dejta msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jinġabru u jiġu proċessati dawn il-kategoriji ta’ dejta personali dwar il-persuni msemmija fil-paragrafu 1:
Din id-dejta tista’ tingħata lill-Europol anki meta jkun għadu ma fihiex referenza għal xi persuna. |
|
4. |
Informazzjoni addizzjonali miżmuma mill-Europol jew l-Unitajiet Nazzjonali dwar il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista’ tiġi komunikata lil kwalunkwe unità nazzjonali jew lill-Europol jekk dawn jitolbuha. L-unitajiet nazzjonali għandhom jagħmlu dan b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom. |
|
5. |
Jekk il-proċedimenti kontra l-persuna konċernata jiġu rtirati definittivament jew jekk dik il-persuna tinħeles definittivament mill-akkuża, id-dejta marbuta mal-każ li dwaru tkun ittieħdet waħda minn dawn id-deċiżjonijiet għandha titħassar. |
ANNESS III
Kategoriji ta’ dejta personali u kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta li d-dejta tagħhom tista’ tiġi miġbura u proċessata għal għan ta’ analiżi strateġika jew ta' natura ġenerali oħra u għal għan ta’ analiżi operazzjonali (kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(b) u (c)
|
1. |
Id-dejta personali miġbura u proċessata għal għan ta’ analiżi strateġika jew natura ġenerali oħra u għall-analiżi operazzjonali għandha tirrelata ma’:
|
|
2. |
Dawn il-kategoriji ta’ dejta personali, inkluża dejta amministrattiva assoċjata, jistgħu jiġu proċessati meta jkunu tal-kategoriji tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b):
|
|
3. |
“Kuntatti u assoċjati”, kif imsemmi fil-paragrafu 1, punt (e), huma persuni li permezz tagħhom ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jemmen li l-informazzjoni, li tirrigwarda l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b) ta’ dan l-Anness u li hija rilevanti għall-analiżi, tista’ tinkiseb, kemm-il darba ma jkunux inklużi f’waħda mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafi 1 (a), (b), (c), (d) u (f). “Kuntatti” huma dawk il-persuni li għandhom kuntatt sporadiku mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b). “Assoċjati” huma dawk il-persuni li jkollhom kuntatt regolari mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 punt (a) u (b). F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntatti u assoċjati, id-dejta skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni biex wieħed jassumi li tali dejta tkun meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' dawn il-persuni bħala kuntatti jew assoċjati. F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat dan li ġej:
|
|
4. |
Fir-rigward ta’ persuni li, kif imsemmi fil-paragrafu 1 punt (d), kienu l-vittmi ta’ wieħed mir-reati konċernati jew li, ċerti fatti jagħtu lok biex wieħed jemmen li jistgħu jkunu l-vittmi ta’ tali reat, id-dejta msemmija fil-paragrafu 2 il-punt (a) inċiż “i” għall-paragrafu 2(c) inċiż “iii” ta’ dan l-Anness, kif ukoll dawn il-kategoriji ta’ dejta li ġejjin, jistgħu jinħażnu:
Dejta oħra skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta’ persuna bħala vittma jew vittma potenzjali. Dejta mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar. |
|
5. |
Fir-rigward ta’ persuni li, kif imsemmi fil-paragrafu 1 (c), jistgħu jintalbu jixhdu f’investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti, id-dejta msemmija fil-paragrafu 2 il-punt (a) inċiż “i” għall-paragrafu 2 (c) inċiż “iii” ta’ dan l-Anness kif ukoll kategoriji ta’ dejta li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:
Dejta oħra skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta’ dawn il-persuni bħala xhieda. Dejta mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar. |
|
6. |
Fir-rigward ta’ persuni li, kif imsemmi fil-paragrafu 1 il-punt (f), jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati, id-dejta msemmija fil-paragrafu 2 il-punt (a) inċiż “i” għall-paragrafu 2 (c) inċiż “iii” ta’ dan l-Anness, kif ukoll kategoriji ta’ dejta li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:
Dejta oħra skont il-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta’ dawn il-persuni bħala informaturi. Dejta mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar. |
|
7. |
Jekk, fi kwalunkwe mument matul il-kors ta’ analiżi, joħroġ ċar fuq il-bażi ta’ indikazzjonijiet serji u korroborattivi li persuna għandha titqiegħed taħt kategorija differenti ta’ persuni, kif definiti f’dan l-Anness, mill-kategorija li tpoġġiet fiha l-persuna inizjalment, l-Europol jista’ jipproċessa biss id-dejta dwar dik il-persuna li hija permessa taħt dik il-kategorija l-ġdida, u d-dejta l-oħra kollha għandha titħassar. Jekk, fuq il-bażi ta’ dawn l-indikazzjonijiet, joħroġ ċar li persuna għandha tiġi inkluża f'żewġ kategoriji differenti jew aktar kif definiti f’dan l-Anness, id-dejta kollha permessa taħt dawn il-kategoriji tista’ tiġi pproċessata mill-Europol. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/348 |
P7_TA(2014)0122
Il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skop ta' riċerka, studju, skambju ta' studenti, taħriġ bi ħlas u bla ħlas, servizz volontarju u au pairing ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skop ta’ riċerka, studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bi ħlas u bla ħlas, servizz volontarju u au pairing (riformulazzjoni) (COM(2013)0151 – C7-0080/2013 – 2013/0081(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
(2017/C 285/38)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013) 0151), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(a) u (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0080/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Grieg, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta' Settembru 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0377/2013), |
|
A. |
billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta’ sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 50.
(2) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 42.
P7_TC1-COD(2013)0081
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skop ta’ riċerka, studju, skambju ta' studenti, taħriġ bi ħlas u bla ħlas, servizz volontarju u au pairing (tfassil mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Għadd ta’ emendi għandhom isiru lid-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE (4) u d-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE (5). Dawn id-Direttivi, għal raġunijiet ta’ ċarezza għandhom jiġu mfasslin mill-ġdid. |
|
(2) |
Din id-Direttiva għandha tirrispondi għall-ħtieġa identifikata fir-rapporti ta’ implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi (6) sabiex issewwi n-nuqqasijiet identifikati, u tiżgura t-trasparenza u ċ-ċertezza legali biex toffri qafas legali koerenti għal gruppi differenti li jiġu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Għandha għalhekk tissimplifika u tikkonforma d-dispożizzjonijiet eżistenti għal gruppi differenti fi strument uniku. Minkejja d-differenzi bejn il-gruppi koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom ukoll numru ta’ karatteristiċi li jagħmilha possibbli biex jiġu indirizzati permezz ta’ qafas legali komuni fil-livell tal-Unjoni. [Em. 1] |
|
(3) |
Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-għan previst mill-Programm ta’ Stokkolma, li jqarreb il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. L-immigrazzjoni minn barra l-Unjoni hija sors wieħed għal nies b'ħiliet għoljin, u huma dejjem aktar mfittxija b’mod partikolari studenti u riċerkaturi. Huma għandhom rwol importanti fil-formazzjoni tar-riżorsa prinċipali tal-Unjoni – il-kapital uman – għax jiżguraw tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u għalhekk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
|
(4) |
In-nuqqasijiet enfasizzati fir-rapporti ta’ implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi jikkonċernaw prinċipalment il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni, id-drittijiet, is-salvagwardji proċedurali, l-aċċess tal-istudenti għas-suq tax-xogħol waqt l-istudji, id-dispożizzjonijiet dwar il-mobilità fl-Unjoni, kif ukoll in-nuqqas ta' armonizzazzjoni, għax tħalla b’mod fakultattiv f’idejn l-Istati membri jekk ikoprux xi gruppi bħall-voluntiera, it-tfal tal-iskola u l-apprentisti mhux imħallsin. Konsultazzjonijiet sussegwenti usa’ ġibdu wkoll l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jkun hemm possibbiltajiet aħjar fit-tfittxija tal-impjiegi għar-riċerkaturi u l-istudenti kif ukoll protezzjoni aħjar għall-au-pairs u l-apprentisti mħallisn li mhumiex koperti mill-istrumenti attwali. |
|
(5) |
Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' liberta', sigurtà u ġustizzja, it-Trattat jipprovdi għal miżuri li għandhom jiġu adottati fl-oqsma tal-ażil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi. |
|
(6) |
Din id-Direttiva għandha wkoll l-għan li tinkoraġġixxi l-kuntatti bejn il-persuni kif ukoll il-mobilità, bħala elementi importanti tal-politika esterna tal-Unjoni, b’mod speċjali fejn jidħlu l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jew l-imsieħba strateġiċi tal-Unjoni. Għandha tippermetti kontribut aħjar fl-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità u s-Sħubijiet għall-Mobilità tiegħu, li joffru qafas konkreti għad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, inklużi l-iffaċilitar u l-organizzazzjoni tal-migrazzjoni regolari. |
|
(7) |
Il-migrazzjoni għall-iskopijiet stipulati f’din id-Direttiva għandha tippromwovi l-ġenerazzjoni u l-akkwist tal-għarfien u l-ħiliet. Hija tikkostitwixxi forma ta’ arrikkiment reċiproku għall-migranti kkonċernati, għall-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u għall-Istat Membru Ospitanti, tgħin biex tippromwovi aktar familjarità bejn il-kulturi filwaqt li ssaħħaħ ir-rabtiet kulturali u tarrikkixxi d-diversità kulturali . [Em. 3] |
|
(8) |
Din id-Direttiva għandha tippromwovi lill-Unjoni bħala lok attraenti għar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll tressaq lill-Unjoni ’l quddiem fil-kompetizzjoni globali għat-talent u b'hekk tiżgura żieda fil-kompetittività ġenerali u fir-rati tat-tkabbir tal-Unjoni filwaqt li toħloq l-impjiegi li jagħtu l-akbar kontribut lit-tkabbir tal-PDG . Li l-Unjoni tinfetaħ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jiġu ammessi għal skopijiet ta’ riċerka huwa wkoll parti mill-Inizjattiva Ewlenija tal-Unjoni għall-Innovazzjoni. Il-ħolqien ta’ suq tax-xogħol miftuħ għal riċerkaturi tal-Unjoni u għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi kien ukoll iddikjarat bħala l-għan ewlieni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA), żona magħquda, fejn ir-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b'mod ħieles. [Em. 4] |
|
(9) |
Huwa xieraq li tiġi ffaċilitata l-ammissjoni ta' riċerkaturi permezz ta’ proċedura ta' ammissjoni li ma tiddependix fuq ir-relazzjoni legali mal-organizzazzjoni tar-riċerka ospitanti, u billi ma jkunx meħtieġ iktar permess tax-xogħol apparti l-permess ta' residenza jew il-viża għal permanenza fit-tul.Din il-proċedura għandha tkun bbażata fuq il-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni fl-Istati Membri. Għandha tagħti lil tal-ewwel rwol ċentrali fil-proċedura ta' ammissjoni bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat u jitħaffef d-dħul u r-residenza ta' riċerkaturi minn pajjiżi terzi fl-Unjoni filwaqt li jiġu ppreservati l-prerogattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal- politika tal-immigrazzjoni. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka approvati minn qabel mill-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiffirmaw ftehim ta' akkoljenza ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi bl-iskop li jitwettaq proġett ta' riċerka. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni abbażi tal-ftehim ta' akkoljenza jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza. |
|
(10) |
Billi l-isforz li għandu jsir sabiex tintlaħaq il-mira li jiġu investiti 3 % tal-PDG fir-riċerka jikkonċerna l-aktar lis-settur privat, li għalhekk għandu jirrekluta aktar riċerkaturi fis-snin li ġejjin, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka li jistgħu jiġu approvati skont din id-Direttiva għandhom jappartjenu jew għas-settur pubbliku jew għal dak privat. |
|
(11) |
Sabiex l-Unjoni issir aktar attraenti għar-riċerkaturi u l-istudenti b’ċittadinanza ta’ pajjiż terz, il-membri tal-familji tar-riċerkaturi u tal-istudenti , kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (7), għandhom ikunu ammessi magħhom. Huma għandhom jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet dwar il-mobilità fl-Unjoni, u għandu jkollhom ukoll aċċess għas-suq tax-xogħol. [Em. 5] |
|
(12) |
Fejn huwa opportun, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex iqisu l-kandidati b’PhD bħala riċerkaturi. |
|
(13) |
L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandhiex tinkoraġġixxi eżodu ta' mħuħ minn pajjiżi emerġenti jew li qegħdin jiżviluppaw. Fl-ambitu ta’ sħubija mal-pajjiżi ta’ oriġini, għandhom jittieħdu miżuri li jappoġġjaw l-integrazzjoni mill-ġdid ta' riċerkaturi fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, sabiex tiġi stabbilita politika ta' migrazzjoni komprensiva. |
|
(14) |
Sabiex tiġi promossa l-Ewropa kollha kemm hi bħala ċentru dinji ta’ eċċellenza għall-istudju u t-taħriġ, il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ dawk li jixtiequ jidħlu fl-Unjoni għal dawn l-għanijiet għandhom jitjiebu , simplifikati u ffaċilitati . Dan huwa konformi mal-objettivi tal-aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa (8), b'mod partikolari fil-kuntest tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja Ewropea. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti tal-Istati Membri lejn regoli aktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi hija parti minn dan l-isforz. [Em. 6] |
|
(15) |
L-estensjoni u l-approfondiment tal-proċess ta’ Bolonja imniedi permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja (9), wasslu għall-konverġenza progressiva tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fil-pajjiżi parteċipanti iżda wkoll lil hinn minnhom. Dan għaliex l-awtoritajiet nazzjonali appoġġjaw il-mobilità tal-istudenti kif ukoll tal-persunal akkademiku, u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja integrawha fil-kurrikuli tagħhom. Dan jeħtieġ li jkun rifless permezz ta’ titjib fid-dispożizzjonijiet dwar il-mobilità fl-Unjoni għall-istudenti. Wieħed mill-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja huwa li l-edukazzjoni għolja Ewropea tkun attraenti u kompettitiva. Il-proċess ta’ Bolonja wassal għat-twaqqif taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja. Is-simplifikazzjoni tas-settur Ewropew tal-edukazzjoni għolja għamlitha aktar attraenti għall-istudenti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jistudjaw fl-Ewropa. L-involviment ta' għadd ta' pajjiżi terzi fil-proċess ta' Bolonja u fi programmi ta' mobilità għall-istudenti tal-Unjoni jagħmel l-introduzzjoni ta' regoli ta' mobilità armonizzati u simplifikati għal ċittadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati essenzjali. [Em. 7] |
|
(16) |
It-tul u kundizzjonijiet oħra tal-korsijiet preparatorji għall-istudenti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. |
|
(17) |
Il-prova li student jiġi aċċettat minn istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja tista' tinkludi, fost affarijiet oħrajn ittra jew ċertifikat li jikkonfermaw ir-reġistrazzjoni tiegħu. |
|
(18) |
Il-boroż ta’ studju ta’ riċerka għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat hemmx riżorsi suffiċenti disponibbli. |
|
(19) |
Filwaqt li l-Istati Membri kellhom marġini ta’ diskrezzjoni dwar jekk jew le japplikawx id-Direttiva 2004/114/KE għat-tfal tal-iskola, il-voluntiera u l-apprentisti mhux imħallsin, dawn il-gruppi issa għandhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex ikunu ffaċilitati d-dħul u r-residenza tagħhom kif ukoll jiġu żgurati d-drittijiet tagħhom. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-au-pairs u l-apprentisti mħallsin, sabiex ikunu żgurati d-drittijiet legali u protezzjoni tagħhom. |
|
(20) |
L-apprentisti mħallsin li jiġu biex jaħdmu fl-Unjoni fil-kuntest ta’ trasferiment intrażjendali ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva, billi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-[Direttiva 2013/XX/UE dwar it-trasferimenti intrażjendali]. |
|
(21) |
Billi attwalment fil-livell tal-Unjoni m’hemm l-ebda qafas legali dwar l-au-pairs biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, sabiex ikunu ttrattati b’mod ġust għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom bħala grupp partikularment vulnerabbli. Din id-Direttiva għandha tipprevedi kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti kemm mill-au-pair kif ukoll il-familja ospitanti, b'mod partikolari dawk dwar il-ftehim ta’ bejniethom li għandu jinkludi elementi bħas-somom żgħar ta’ flus li għandhom jingħataw (10). |
|
(22) |
Ladarba l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha għall-ammissjoni jkunu sodisfatti, l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni, jiġifieri viża għal permanenza fit-tul u/jew permess ta’ residenza, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati , li m'għandhomx ikunu mfixkla jew invalidati minn rekwiżiti addizzjonali . Jekk Stat Membru joħroġ permess ta’ residenza fit-territorju tiegħu biss, u l-kundizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva relatati mal-ammissjoni jintlaħqu, l-Istat Membru għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat il-viża meħtieġa. [Em. 8] |
|
(23) |
L-awtorizzazzjoni għandha ssemmi l-istatus taċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat kif ukoll il-programmi rispettivi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri ta' mobilità. L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni addizzjonali fuq karta jew elettronikament, sakemm dan ma jżidx kundizzjonijiet oħra. |
|
(24) |
Il-perjodi differenti tat-tul ta' żmien rigward l-awtorizzazzjonijiet skont din id-Direttiva għandhom jirriflettu n-natura speċifika tal-permanenza ta’ kull grupp. |
|
(25) |
L-Istati Membri jistgħu jitolbu ħlas m’għand l-applikanti biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. It-tariffi għandhom jikkunsidraw li jneħħu tariffi għad-dħul jew għar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva . Jekk l-Istati Membri jitolbu lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jħallsu t-tariffi, dawk għandhom ikunu pproporzjonati mal-iskop tal-permanenza u ma għandhomx ikunu ta' ostaklu għall-objettivi ta' din id-Direttiva . [Em. 9] |
|
(26) |
Id-drittijiet mogħtija lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont din id-Direttiva m’għandhomx jiddependu fuq jekk l-awtorizzazzjoni hix fil-forma ta’ viża għal permanenza fit-tul jew permess ta' residenza. |
|
(27) |
It-terminu ammissjoni jkopri d-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi fi Stat Membru, għall-iskopijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(28) |
L-ammissjoni tista’ tiġi rrifjutata għal raġunijiet iġġustifikati kif dovut. B’mod partikolari, l-ammissjoni tista' tiġi rrifjutata jekk Stat Membru jqis, abbażi ta’ valutazzjoni tal-fatti, f’każ individwali, li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat huwa theddida potenzjali għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblikajew għas-saħħa pubblika . [Em. 10] |
|
(29) |
F'każ ta' dubju li jirrigwarda r-raġunijiet tal-applikazzjoni għall- ammissjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-provi kollha, li huma neċessarji biex issir valutazzjoni tal-koerenza tagħhom, b'mod partikolari abbażi tal-istudji previsti mill-applikant jew it-taħriġ, sabiex jiġu miġġielda l-abbuż u l-użu ħażin tal-proċedura stabbilita f'din id-Direttiva. |
|
(30) |
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għall-ammissjoni fi Stati Membri skont din id-Direttiva, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom. Huma għandhom jagħmlu dan bil-miktub kemm jista’ jkun malajr, u l-aktar tard fi żmien 60 30 jum, jew kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn 30 ġurnata fil-każ ta’ riċerkaturi u ta’ studenti koperti minn programmi tal-Unjoni inklużi l-miżuri għall-mobilità, skadenzi li jibdew mid-data tal-applikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti malajr kemm jista' jkun dwar kwalunkwe informazzjoni li jkollhom bżonn biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni. Fl-eventwalità li l-liġi nazzjonali tistipula appell amministrattiv kontra deċiżjoni negattiva, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinformaw lill-applikant dwar id-deċiżjoni tagħhom fi żmien 30 jum li jibdew mid-data meta l-appell kien ippreżentat. [Em. 11] |
|
(31) |
Il-mobilità fl-Unjoni, tar-riċerkaturi, tal-istudenti u tal-apprentisti mħallsin biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz għandha tiġi ffaċilitata, . Għar-riċerkaturi, din id-Direttiva għandha ttejjeb ir-regoli li jirrigwardaw il-perjodu li għalih l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-ewwel Stat Membru għandha tkopri l-permanenza fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun meħtieġ ftehim ta’ akkoljneza ġdid. Għandu jseħħ titjib fil-qagħda tal-istudenti u l-grupp il-ġdid ta’ apprentisti mħallsin, billi jitħallew joqogħdu fit-tieni Stat Membru għal perjodi li jtulu bejn it-tliet xhur u s-sitt xhur, dejjem jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati f’din d-Direttiva. Għall-apprentisti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz li ġejjin fl-Unjoni bħala ħaddiema bi trasferiment intrażjendali, dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-mobilita fl-Unjoni skont in-natura tat-trasferiment tagħhom għandhom japplilkaw skont [id-Direttiva 2013/xx/UE dwar it-trasferimenti intrażjendali]. |
|
(32) |
Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni u l-programmi tal-Unjoni li jinkludu miżuri ta’ mobilità għandhom jikkumplementaw aktar lil xulxin. Riċerkaturi, ustudenti, volontiera u apprentisti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz koperti minn programmi tal-Unjoni bħal dawn għandhom ikunu intitolati jiċċaqalqu lejn l-Istati Membri differenti previsti abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-ewwel Stat Membru, sakemm il-lista sħiħa ta’ dawn l-Istati Membri tkun magħrufa minn qabel ma jidħlu fl-Unjoni. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tippermettilhom ikunu mobbli mingħajr il-ħtieġa li jipprovdu xi informazzjoni addizzjonali, jew li jwettqu xi proċedura ta’ applikazzjoni oħra. L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw il-mobilità fl-Unjoni ta’ voluntiera biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, fejn il-programmi ta’ volontarjat ikopru aktar minn Stat Membru wieħed. [Em. 12] |
|
(33) |
Sabiex l-istudenti biċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz ikunu jistgħu jkopru aħjar parti mill-ispiża tal-istudju tagħhom, għandhom jingħataw aċċess akbar sħiħ għas-suq tax-xogħol skont il-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva, jiġifieri mill-inqas 20 siegħa fil-ġimgħa . Il-prinċipju ta' aċċess għall-istudenti għas-suq tax-xogħol għandu jkun japplika bħala regola ġenerali. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jieħdu kont tas-sitwazzjoni tas-swieq tax-xogħol nazzjonali tagħhom, għalkemm dan ma jistax ipoġġi f’riskju li jiġi miċħud kompletament id-dritt li huma jaħdmu. [Em. 13] |
|
(34) |
Bħala parti mill-ispinta sabiex fil-futur ikun hemm forza tax-xogħol kkwalifikata tajjeb u sabiex ikun rispettat u vvalutat ix-xogħol u l-kontribut ġenerali tal-istudenti , l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istudenti lil dawk l-istudenti li jiggradwaw fl-Unjoni jibqgħu fit-territorju tagħhom biex jidentifikaw opportunitajiet ta’ xogħol jew jiftħu negozju fi żmien 12-il xahar wara li tiskadi tal-ewwel l-ewwel awtorizzazzjoni. Huma għandhom ukoll jippermettu lir-riċerkaturi biex jagħmlu hekk wara li jlestu l-proġett ta’ riċerka tagħhom, kif definit fil-ftehim ta’ akkoljenza. Dan m’għandux jwassal għad-dritt awtomatiku ta’ aċċesss għas-suq tax-xogħol jew biex jinfetaħ negozju. Jistgħu skont l-Artikolu 24 jintalbu jagħtu prova. [Em. 14] |
|
(35) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw il-volum ta’ ammissjoni ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ xogħol. |
|
(36) |
Sabiex l-Unjoni ssir aktar attraenti għar-riċerkaturi, l-istudenti, l-istudenti tal-iskola, l-apprentisti, il-voluntiera u l-au-pairs biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, huwa importanti li jiġi żgurat it-trattament ġust tagħhom skont l-Artikolu 79 tat-Trattat. Dawn il-gruppi huma intitolati għal trattament indaqs bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti skont id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Aktar drittijiet favorevoli rigward il-fergħat tas-sigurtà soċjali għal trattament indaqs għandhom jibqgħu għal riċerkaturi biċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz, bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), minbarra d-drittijiet mogħtija skont id-Direttiva 2011/98/UE. Attwalment din tal-aħħar tipprevedi l-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw it-trattament indaqs fir-rigward ta’ fergħat ta' sigurtà soċjali, inklużi l-benefiċċji tal-familja, u din il-possibbiltà ta’ limitazzjoni tista’ tolqot lir-riċerkaturi. Barra minn hekk, indipendentement minn jekk l-Unjoni jew il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti tagħtix lill-istudenti, lit-tfal tal-iskola, lill-voluntiera, lill-apprentisti mhux imħallsin u lill-au-pairs biċ-ċittadinanza ta’ pajjiz terz l-aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom igawdu d-drittijiet għal trattament indaqs bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti rigward aċċess għal oġġetti u servizzi kif ukoll il-forniment ta' oġġetti u servizzi disponibbli għall-pubbliku. [Em. 15] |
|
(37) |
Din id-Direttiva m'għandha fl-ebda ċirkustanza taffetwa l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (13). |
|
(38) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea . |
|
(39) |
L-Istati Membri għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, razza, kulur, oriġni etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew opinjonijiet oħra, sħubija ma' minorità nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. |
|
(40) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata. |
|
(41) |
Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skop ta' riċerka studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew bi ħlas, servizz volontarju jew au pairing, ma jistax jintlaħaq f'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista', minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv. |
|
(42) |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġabra sħiħa possibbli ta’ informazzjoni aġġornata regolarment tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali, b'mod speċjali fuq l-Internet, dwar l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, approvati skont din id-Direttiva, li magħhom ir-riċerkaturi jistgħu jikkonkludu ftehim ta' akkoljenza, u dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal dħul u għal residenza fit-territorju rispettiv bl-iskop li ssir riċerka, kif adottati skont din id-Direttiva kif ukoll dwar informazzjoni rigward l-istituzzjonijiet kif definiti f'din id-Direttiva, il-korsijiet ta’ studju li ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu jidħlu għalihom u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal dħul u residenza fit-territorju rispettiv b’dawn l-iskopijiet. |
|
(42a) |
Kull Stat Membru għandu d-dmir li jinforma liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi dwar ir-regoli applikabbli għall-każ partikolari tagħhom sabiex jiżgura trasparenza u ċertezza legali u b'hekk jinkoraġġihom li jiġu fl-Unjoni. L-informazzjoni kollha li hi rilevanti għall-proċedura, inkluża dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istudji, l-iskambju jew il-programmi ta' riċerka kif ukoll informazzjoni speċifika dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti, għandhom għalhekk ikunu provduti b'mod li jkun faċilment aċċessibbli u mifhum miċ-ċittadini tal-pajjiż terz. [Em. 16] |
|
(43) |
[Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bla ħsara għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u għalhekk mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.] |
|
(44) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal- Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(45) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun ristrett għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostanzjali fid-Direttivi preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jiġu trasposti ġej mid-Direttivi ta' qabel. |
|
(46) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati għall-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tiddetermina:
|
(a) |
Il-kundizzjonijiet għal dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu li jaqbeż 90 jum għal skop ta' riċerka, studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bi ħlas u bla ħlas, servizz volontarju, au pairing; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ studenti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz u l-apprentisti mħallsin għal perjodu li jaqbeż id-90 jum fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru li jkun l-ewwel wieħed li jagħti awtorizzazzjoni liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz abbażi ta’ din id-Direttiva; |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ riċerkaturi biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru li jkun l-ewwel wieħed li jagħti awtorizzazzjoni liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz abbażi ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiż terz li japplikaw sabiex ikunu ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru għal skop ta’ riċerka, studju, skambju tal-istudenti, taħriġ bi ħlas jew bla ħlas, servizz volontarju jew au pairing .
2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta' pajjiżi terzi:
|
(a) |
li huma residenti fi Stat Membru bħala persuni li qed ifittxu l-asil, jew taħt forom sussidjarji ta' protezzjoni jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanja; |
|
(b) |
li t-tkeċċija tagħhom ġiet sospiża għal raġunijiet ta' fatt jew ta' liġi; |
|
(c) |
li huma membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu fl-Unjoni; |
|
(d) |
li jgawdu minn status ta' residenti minn żmien twil fi Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE (14) u jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor sabiex jistudjaw jew jirċievu taħriġ vokazzjonali; |
|
(e) |
li huma kkunsidrati bħala persuni li jaħdmu għal rashom skont il- leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
(f) |
li flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim jew bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, jew bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. |
|
(g) |
apprentisti li jiġu fl-Unjoni fil-kuntest ta’ trasferiment intrażjendali skont [id-Direttiva 2013/xx/UE dwar it-trasferimenti intrażjendali]. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni skont l-Artikolu 20(1) tat-Trattat; |
|
(b) |
“riċerkatur” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu kwalifika ta' edukazzjoni għolja adegwata, li tagħti aċċess għal programmi ta’ dottorat, li jiġi magħżul minn organizzazzjoni ta' riċerka għat-twettiq ta' proġett ta' riċerka li għalih tkun normalment meħtieġa l-kwalifika msemmija fuq; |
|
(c) |
“student” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz aċċettat minn istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja u ammess fit-territorju ta' Stat Membru biex isegwi bħala l-attività prinċipali tiegħu kors ta' studju full-time, li jwassal għal kwalifika ta' edukazzjoni għolja rikonoxxuta mill-Istat Membru, inklużi diplomi, ċertifikati u lawrji dottorali, f’istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja fejn jista' jkopri kors preparatorju qabel it-tali edukazzjoni, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu; |
|
(d) |
“student tal-iskola” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz ammess fit-territorju ta' Stat Membru biex isegwi programm rikonoxxut ta' edukazzjoni sekondarja fil-kuntest ta' skema ta' skambju operata minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal dan l-għan minn Stat Membru skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva tiegħu; |
|
(e) |
“apprentist mhux imħallas” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li ġie ammess fit-territorju ta' Stat Membru għal perijodu ta' taħriġ mingħajr ħlas, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat; |
|
(f) |
“apprentist imħallas” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu ta' taħriġ li għalih jingħata ħlas skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat; |
|
(g) |
“voluntier” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz ammess fit-territorju ta’ Stat Membru biex jieħu sehem fi skema rikonoxxuta ta’ servizz volontarju; |
|
(ga) |
'fornitur volontarju' tfisser organizzazzjoni responsabbli għal skema ta' servizz volontarju li magħha hu assenjat ċittadin ta' pajjiż terz. Tali organizzazzjonijiet u gruppi huma indipendenti u jmexxu lilhom infushom bħal entitajiet mingħajr skop ta' qligħ oħra, bħal ma huma l-awtoritajiet pubbliċi. Huma attivi fil-qasam pubbliku u l-attività tagħhom għandha l-għan, għall-inqas in parti, li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku (15) . [Em. 17] |
|
(h) |
“skema ta' servizz volontarju” tfisser programm ta' attivitajiet ta' solidarjetà prattika, bbażat fuq skema rikonoxxuta mill-Istat Membru jew l-Unjoni, li għandha objettivi ta' interess ġenerali għal kawża mingħajr skop ta' qligħ ; [Em. 18] |
|
(i) |
“au-pair” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li temporanjament tilqgħu familja fit-territorju ta' Stat Membru sabiex itejjeb il-ħiliet lingwistiċi kif ukoll l-għarfien tiegħu tal-pajjiż ospitanti u bi skambju jwettaq xogħol tad-dar ħafif u jieħu ħsieb it-tfal; |
|
(j) |
“riċerka” tfisser xogħol kreattiv eżegwit fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluża l-konoxxenza dwar il-bniedem, il-kultura u s-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jiġu żviluppati applikazzjonijiet ġodda; |
|
(k) |
“organizzazzjoni ta' riċerka” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata li twettaq riċerka u li ġiet approvata għall-iskop ta' din id-Direttiva minn Stat Membru skont il-liġi u l-prattika amministrattiva ta' dan tal-aħħar; |
|
(l) |
“istituzzjoni edukativa” tfisser istituzzjoni pubblika jew privata rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti u/jew li l-korsijiet ta' studju tagħha huma rikonoxxuti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva tiegħu, abbażi ta’ kriterji trasparenti għall-iskopijiet stabbiliti f'din id-Direttiva; |
|
(la) |
“entità ospitanti” tfisser l-istituzzjoni edukattiva, l-organizzazzjoni ta’ riċerka, l-impriża jew l-istituzzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali, l-organizzazzjoni li tħaddem skambji ta' studenti jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-iskema ta’ servizz volontarju li magħhom jiġi assenjat ċittadin ta’ pajjiż terz, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, stabbiliti f’konformità mal-liġi nazzjonali fit-territorju ta’ Stat Membru; [Em. 20] |
|
(lb) |
“familja ospitanti” tfisser il-familja li temporanjament tilqa’ lill-au-pair jew tħallih jaqsam il-ħajja ta’ kuljum tal-familja fit-territorju ta’ Stat Membru abbażi ta’ ftehim konkluż bejn il-familja ospitanti u l-au-pair; [Em. 21] |
|
(m) |
“ħlas” tfisser il-pagament, fi kwalunkwe forma li jista’ jkun, li wieħed jirċievi għas-servizzi mwettqa u li jiġi kkunsidrat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika stabbilita bħala element kostitwenti fir-relazzjoni ta’ impjieg; |
|
(n) |
“impjieg” tfisser l-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jkopru kull forma ta’ ħidma jew xogħol irregolati mil-liġi nazzjonali jew mill-ftehim kollettiv applikabbli jew minn prattika stabbilita taħt id-direzzjoni jew is-superviżjoni tal-impjegatur; [Em. 22] |
|
(na) |
'min iħaddem' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe entità legali, li għaliha jew taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni tagħha jitwettaq l-impjieg; [Em. 23] |
|
(nb) |
'membri tal-familja' tfisser iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/86/KE; [Em. 24] |
|
(o) |
“l-ewwel Stat Membru” tfisser l-Istat Membru li l-ewwel jagħti awtorizzazzjoni lil ċittadin ta' pajjiż terz abbażi ta' din id-Direttiva; |
|
(p) |
“it-tieni Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru minbarra l-ewwel Stat Membru; |
|
(q) |
“programmi tal-Unjoni li jinkludu miżuri ta’ mobilità” tfisser programmi ffinanzjati mill-Unjoni li jippromwovu l-mobilità ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni; |
|
(r) |
“awtorizzazzjoni” tfisser permess ta’ residenza maħruġ mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru li jippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi permanenza legali fit-territorju tiegħu, skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 jew il-viża għal permanenza fit-tul; |
|
(s) |
“viża għal permanenza fit-tul” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif hemm stipulat fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, jew maħruġa skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma jimplimentawx kompletament l-acquis ta’ Schengen. |
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet aktar favorevoli
1. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iktar favorevoli ta':
|
(a) |
ftehim bilaterali jew multilaterali konkluż bejn l-Unjoni jew il- l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u pajjiż terz jew aktar; jew |
|
(b) |
ftehim bilaterali jew multilaterali konkluż bejn Stat Membru jew aktar u pajjiż terz jew aktar. |
2. Din id-Direttiva tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri biex jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li hija tapplika għalihom skont l-Artikoli 16 , 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, u 29 , 30, 31, 32, 33 u 34 , speċjalment fil-kuntest ta' Sħubijiet għall-Mobilità. [Em. 25]
KAPITOLU II
AMMISSJONI
Artikolu 5
Il-prinċipju
1. L-ammissjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz taħt din id-Direttiva tkun soġġetta għall-verifika ta' prova ddokumentata li turi li hu jilħaq il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-kundizzjoni speċifiċi li jkunu f’liema Artikoli jkunu mis-7 sal- 14, japplikaw għall-kategorija rilevanti.
2. Ladarba l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha għall-ammissjoni jintlaħqu, l-applikanti jkunu intitolati għal viża għal permanenza fit-tul u/jew permess ta’ residenza. Jekk Stat Membru joħroġ permessi ta’ residenza fit-territorju tiegħu biss u mhux bnadi oħra, u l-kondizzjonijiet kollha ta’ammissjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jintlaħqu, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħroġ għaċ-ċittadin ta' pajjiż terż il-viża meħtieġa.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet ġenerali
Ċittadin ta' pajjiż terz li japplika sabiex jiġi ammess għall-iskopijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jrid:
|
(a) |
jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu, kif iddeterminat mill-leġiżlazzjoni nazzjonali; Stati Membri jistgħu jeħtieġu li l-perijodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar ikopri mill-inqas it-tul tal-permanenza ppjanata; |
|
(b) |
jekk skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti huwa minorenni, trid tiġi ppreżentata awtorizzazzjoni tal-ġenituri jew l-ekwivalenti għall-permanenza ppjanata; |
|
(c) |
ikollu assigurazzjoni kontra l-mard għar- riskji kollha normalment koperti, bħaċ-ċittadini fl-Istat Membru konċernat; |
|
(d) |
ma jitqiesx bħala jkunx ta' theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika; [Em. 26] |
|
(e) |
jipprovdi prova, jekk l-Istat Membru hekk jitlob, li huwa ħallas il-miżata għall-ipproċessar tal-applikazzjoni abbażi tal-Artikolu 31. |
|
(f) |
jipprovdi l-prova mitluba mill-Istat Membru li matul is-soġġorn tiegħu huwa se jkollu riżorsi suffiċjenti biex ikopri s-sussistenza tiegħu, it-taħriġ u l-ispejjeż għall-vjaġġ tar-ritorn, bla ħsara għall-valutazzjoni individwali ta’ kull każ. L-għoti ta' tali evidenza ma għandhiex tkun meħtieġa jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jista' joffri evidenza li qed jirċievi għotja jew borża ta' studju, li jkun irċieva impenn ta' sponsorship minn familja ospitanti jew ditta li toffri xogħol jew jekk organizzazzjoni li tħaddem skambji ta' studenti jew skema ta' servizz volontarju tiddikkjara lilha nnifisha responsabbli għall-għajxien tal-istudent jew tal-voluntier matul il-perjodu tas-soġġorn fl-Istat Membru inkwistjoni. [Em. 27] |
Artikolu 7
Il-kundizzjonijiet speċifiċi għar-riċerkaturi
1. Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 6, ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika biex ikun ammess sabiex jagħmel riċerka jrid:
|
(a) |
jippreżenta ftehim ta’ akkoljenza ffirmat ma' organizzazzjoni ta ‘riċerka skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 9(2); |
|
(b) |
fejn ikun il-każ, jippreżenta dikjarazzjoni ta' responsabbiltà finanzjarja maħruġa mill-organizzazzjoni ta' riċerka skond l-Artikolu 9(3); |
2. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw ukoll it-termini li fuqhom ġie bbażat u konkluż il-ftehim ta' akkoljenza.
3. Ladarba l-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jiġu konklużi b'mod pożittiv, ir-riċerkaturi jiġu ammessi fit-territorju tal-Istat Membru sabiex jagħmlu l-ftehim ta' akkoljenza.
4. Applikazzjonijiet minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jagħmlu riċerka fl-Unjoni jkunu kkunsidrati u eżaminata meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun qed jirrisjedi barra t-territorju tal-Istat Membru li fih huwa jixtieq li jiġi ammess.
5. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw, skond għandhom jeżaminaw, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, applikazzjoni ppreżentata meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun diġà jinsab fit-territorju tagħhom. [Em. 28]
6. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjonijiet għall-permessi ta' residenza għandhomx jintefgħu mir-riċerkatur jew mill-organizzazzjoni ta' riċerka kkonċernata.
Artikolu 8
L-approvazzjoni tal-organizzazzjonijite ta’ riċerka
1. Kwalunkwe organizzazzjoni ta' riċerka li tixtieq tospita riċerkatur taħt il-proċedura ta' ammissjoni stabbilita f'din id-Direttiva trid għal dan l-għan l-ewwel tiġi approvata mill-Istat Membru kkonċernat.
2. L-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka għandha tikkonforma mal-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali jew tal-prattika amministrattiva tal-Istati Membri. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni li jsiru minn organizzazzjonijiet kemm pubbliċi kif ukoll privati għandhom isiru skond dawn il-proċeduri u għandhom ikunu bbażati fuq il-kompiti statutorji jew l-għanijiet korporattivi tagħhom, skont il-każ, u fuq il-prova li jwettqu riċerka.
L-approvazzjoni mogħtija lil organizzazzjoni ta' riċerka għandha tkun għal perjodu minimu ta' ħames snin. F'każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħtu approvazzjoni għal perjodu iqsar.
3. L-Istati Membri jistgħu jesiġu, skond il-liġi nazzjonali, l-impenn bil-miktub tal-organizzazzjoni ta' riċerka li f'każijiet fejn riċerkatur jibqa' illegalment fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, l-organizzazzjoni msemmija tkun responsabbli għar-rimborż tal-ispejjeż relatati mal-permanenza u r-ritorn tiegħu li jkunu tħallsu mill-fondi pubbliċi. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjoni ta' riċerka għandha tintemm l-iktar tard sitt xhur wara li jintemm il-ftehim ta' akkoljenza.
4. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li, fi żmien xahrejn mid-data tal-iskadenza tal-ftehim ta' akkoljenza kkonċernat, l-organizzazzjoni approvata għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti, magħżulin għal dan il-għan mill-Istati Membri, konferma li x-xogħol ġie mwettaq għal kull wieħed mill-proġetti ta' riċerka li dwaru ġie ffirmat ftehim ta' akkoljenza skond l-Artikolu 9.
5. L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru jippubblikaw u jaġġorna il-listi tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka approvati skont din id-Direttiva, kull meta ssir tibdila f’dawn il-listi.
6. Stat Membru jista’, fost miżuri oħra, jirrifjuta li jġedded jew jiddeċiedi li jirtira l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni ta’ riċerka li ma tkunx għadha tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4, jew inkella f'każijiet fejn l-approvazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti jew meta organizzazzjoni ta’ riċerka tkun iffirmat ftehim ta’ akkoljenza ma' ċittadin ta’ pajjiż terz b’mod frodulenti jew b'negliġenza. Meta l-approvazzjoni tkun ġiet irrifjutata jew irtirata, l-organizzazzjoni kkonċernata tista’ tiġi pprojbita milli tapplika mill-ġdid għal approvazzjoni għal mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-irtirar jew in-nuqqas ta’ tiġdid.
7. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw fil-liġijiet nazzjonali tagħhom il-konsegwenzi tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tar-rifjut li tiġi mġedda l-approvazzjoni għal kull ftehim ta' akkoljenza eżistenti, konkluż skond l-Artikolu 9, kif ukoll il-konsegwenzi għall-permessi ta' residenza tar-riċerkaturi kkonċernati.
Artikolu 9
Ftehim ta' akkoljenza
1. Organizzazzjoni ta’ riċerka li tixtieq tospita riċerkatur għandha tiffirma ftehim ta’ akkoljenza ma' tal-aħħar dejjem jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 jintlaħqu .
Il-ftehim ta’ akkoljenza għandu jkun fih mill-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
It-titolu u l-għan tal-proġett ta’ riċerka; |
|
(b) |
impenn mir-riċerkatur biex jitlesta l-proġett ta’ riċerka; |
|
(c) |
konferma mill-organizzazzjoni li timpenja ruħha li tospita lir-riċerkatur sabiex ikun jista’ jlesti l-proġett ta’ riċerka; |
|
(d) |
id-data ta’ meta se jibda u jintemm il-proġett ta’ riċerka; |
|
(e) |
informazzjoni dwar ir-relazzjoni legali bejn l-organizzazzjoni tar-riċerka u r-riċerkatur; |
|
(f) |
informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tar-riċerkatur. |
2. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka jistgħu jiffirmaw ftehim ta' akkoljenza dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-proġett ta' riċerka jkun ġie aċċettat mill-awtoritajiet rilevanti tal-organizzazzjoni, wara li ssir verifika ta' li ġej:
|
3. Ladarba jiġi ffirmat il-ftehim ta' akkoljenza, l-organizzazzjoni ta' riċerka tista' tiġi mitluba, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi lir-riċerkatur b'dikjarazzjoni individwali li ttieħdet ir-responsabbiltà finanzjarja għall-ispejjeż skont l-Artikolu 8(3).
4. Il-ftehim ta' akkoljenza għandu jiskadi awtomatikament meta r-riċerkatur ma jiġix ammess jew meta r-relazzjoni legali bejn ir-riċerkatur u l-organizzazzjoni ta' riċerka tintemm.
5. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtorità magħżula għal dak l-għan mill-Istati Membri bi kwalunkwe avveniment li x'aktarx jimpedixxi l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' akkoljenza.
Artikolu 10
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-istudenti
1. Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 6, ċittadin ta' pajjiż terz li japplika biex jiġi ammess għall-finijiet ta' studju għandu:
|
(a) |
jagħti prova li huwa ġie aċċettat minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja biex jagħmel kors ta' studju; |
|
(b) |
jagħti prova, jekk l-Istat Membru jeħtieġ hekk, li huwa ħallas il-miżati mitluba mill-istituzzjoni; |
|
(c) |
jagħti prova, jekk l-Istat Membru hekk jeħtieġ, li għandu għarfien suffiċjenti tal-lingwa tal-kors li se jsegwi; |
2. Studenti li awtomatikament jikkwalifikaw għal assigurazzjoni kontra l-mard fir-rispett tar- għar-riskji kollha li normalment ikunu koperti għalihom iċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat bħala riżultat ta' reġistrazzjoni f’istituzzjoni, għandhom jitqiesu li jilħqu l-kondizzjoni tal-Artikolu 6(1)(ċ).
Artikolu 11
Kondizzjonijiet speċifiċi għall-istudenti tal-iskola
1. Ċittadin ta' pajjiż terz li japplika biex jiġi ammess fi skema ta' skambju tal-istudenti għandu, minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 6:
|
(a) |
ma jkunx taħt l-età minima jew 'il fuq mill-età massima stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat; |
|
(b) |
jagħti prova li ġie aċċettat f’istituzzjoni ta' edukazzjoni sekondarja; |
|
(c) |
jagħti prova ta' parteċipazzjoni fi programm rikonoxxut ta' skema ta' skambju tal-istudenti operat minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal dan l-għan mill-Istat Membru kkonċernat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prattika amministrattiva tiegħu; |
|
(d) |
jagħti prova li l-organizzazzjoni tal-iskambju tal-istudenti taċċetta li tkun responsabbli għalih waqt il-perijodu li jkun fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, b'mod partikolari fejn għandhom x'jaqsmu s-sussistenza, l-istudju, il-ħarsien tas-saħħa u l-ispejjeż għall-vjaġġ lura; |
|
(e) |
jirrisjedi ma' familja li tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat u magħżul skont ir-regoli tal-iskema ta' skambju tal-istudenti li fiha qed jipparteċipa. |
2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammissjoni ta' studenti tal-iskola li qed jipparteċipaw fi skema ta' skambju għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joffru l-istess possibbiltà liċ-ċittadini tagħhom stess. [Em. 29]
Artikolu 12
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-apprentisti mhux imħallsin u mħallsin [Em. 30]
1. Ċittadin ta' pajjiż terz li japplika biex jiġi ammess bħala apprentist mhux mħallas jew mħallas, għandu, minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 6:
|
(a) |
ikun iffirma jipprovdi prova ta’ ftehim ta' taħriġ jew kuntratt ta’ impjieg iffirmat , approvat jekk hemm bżonn mill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva tiegħu, għal kollokament ma' impriża fis-settur pubbliku jew privat jew istituzzjoni ta' taħriġ vokazzjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva tiegħu. [Em. 31] |
|
(b) |
jipprova, jekk l-Istat Membru jkun jeħtieġ dan, li għandu l-edukazzjoni rilevanti preċedenti jew il-kwalifiki jew l-esperjenza professjonali sabiex jibbenefika mill-esperjenza ta’ xogħol. [Em. 32] |
|
(c) |
jirċievi, jekk l-Istat Membru hekk jeħtieġ, taħriġ basiku tal-lingwa sabiex jakkwista l-għarfien meħtieġ għall-finijiet tal-impieg. |
Il-ftehim imsemmi fil-punt (a) jiddeskrivi l-programm ta’ taħriġ, jispeċifika t-tul tiegħu, il-kundizzjonijiet li dwarhom l-apprentist taħt monitoraġġ waqt li jwettaq il-programm, is-sigħat ta’ xogħol tiegħu, ir-relazzjoni legali mal-entità ospitanti u, fejn l-apprentist ikun mħallas, il-ħlas mogħti lilu.
2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-entità ospitanti biex tiddikjara li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx qed jieħu impjieg.
Artikolu 13
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-voluntiera
Ċittadin ta' pajjiż terz li japplika biex jiġi ammess fi skema ta' servizz volontarju għandu, minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 6:
|
(a) |
jipproduċi l-ftehim ta’ mal-organizzazzjoni responsabbli fl-Istat Membru kkonċernat għall-iskema /proġett ta' servizz volontarju li fiha hu qed jipparteċipa fejn jispeċifika l-isem , l-għan u jagħti deskrizzjoni tal-kompiti -bidu u d-data tat-tmiem tal-proġett ta' servizz volontarju , il-kompiti tal-voluntier, il-kundizzjonijiet li fihom hu qiegħed taħt monitoraġġ waqt li jwettaq dawn il-kompiti, is-sigħat ta' xogħol tiegħu, ir-riżorsi disponibbli biex ikopru l-vjaġġ, is-sussistenza, l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u s-somom żgħar ta’ flus li jaqla’ tul il-permanenza tiegħu, u jekk ikun il-każ, it-taħriġ li ser jirċievi biex jgħinu jagħti servizz; [Em. 33] |
|
(b) |
jagħti prova li l-organizzazzjoni responsabbli mill-iskema ta’ servizz volontarju li fiha qed partecipa, għandha polza ta’ assigurazzjoni għall-partijiet terzi; |
|
(c) |
u, jekk l-Istat Membru li jospita jitlob hekk b'mod speċifiku, jirċievi tagħlim bażiku fil-lingwa, fl-istorja u fl-istrutturi politiċi u soċjali ta' dan l-Istat Membru. |
Artikolu 14
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-au-pairs
Ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika biex ikun ammess sabiex jaħdem bħala au-pair għandu, minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 6:
|
(a) |
jkollu mill-inqas 17-il sena iżda mhux aktar minn 30 jew, ħlief f’xi każijiet iġġustifikati individwalment, aktar minn 30 sena; |
|
(b) |
jagħti prova li l-familja ospitanti hija responsabbli għalih tul il-perjodu li jkun fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, b'mod partikolari rigward is-sussistenza, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-maternità jew ir-riskji għall-inċidenti; [Em. 34] |
|
(c) |
jippreżenta ftehim bejn l-au-pair u l-familja ospitanti li jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tiegħu, inklużi speċifikazzjonijiet bħas-somom żgħar ta’ flus li għandhom jingħataw u l-arranġamenti adegwati għall-sigħat dedikati għall-parteċipazzjoni fid-dmirijiet ta’ kuljum tal-familja, b’indikazzjoni tas-sigħat massimi għal kull ġurnata li jistgħu jiġu ddedikati għall-parteċipazzjoni ta’ tali dmirijiet, inkluż l-għoti ta' mill-anqas ġurnata sħiħa libera waħda fil-ġimgħa u li li jippermettulu li jattendi korsijiet kif ukoll il-parteċipazzjoni fid-dmirijiet ta' kuljum tal-familja. [Em. 35] |
IL-KAPITOLU III
L-AWTOTRIZZAZZJONIJIET U T-TUL TA’ ŻMIEN TA’ RESIDENZA
Artikolu 15
Awtorizzazzjonijiet
Viżi għal permanenza fit-tul u permessi ta’ residenza jkollhom it-titolu “riċerkatur”, “student”, “voluntier”, “student tal-iskola”, “apprentist imħallas”, “apprentist mhux imħallas” jew “au-pair”. Għal riċerkaturi u studenti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz li ġejjin fl-Unjoni taħt programm speċifiku tal-Unjoni li jinkludi l-miżuri għall-mobilità, l-awtorizzazzjoni ssemmi l-programm speċifiku.
Wara awtorizzazzjoni pożittiva u l-għoti ta' viża, l-entità ospitanti għandha tkun reġistrata f'sistema ta' akkreditazzjoni, sabiex tiffaċilita proċeduri ta' applikazzjoni futuri. [Em. 36]
Artikolu 16
It-tul ta’ żmien ta’ residenza
1. Stat Membru joħroġ awtorizzazzjoni għar-riċerkaturi għal perjodu ta’ mill-inqas sena u jġeddidha jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6, 7 u 9 jibqgħu jintlaħqu. Jekk il-proġett ta’ riċerka huwa skedat li jdum anqas minn sena, l-awtorizzazzjoni tinħareġ għal kemm itul il-proġett.
2. L-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni għall-istudenti li għandha tkun għal perjodu ta’ mill-inqas sena istudju jew, meta t-tul ta' żmien tal-istudji tagħhom ikun itwal minn sena waħda, għat-tul ta' żmien kollu tal-istudji tagħhom u fejn xieraq għandhom jġedduha jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 u 10 jibqgħu jintlaħqu. Jekk il-perjodu ta’ studju huwa skedat li jdum anqas minn sena, l-awtorizzazzjoni tinħareġ għal kemm itul l-. [Em. 37]
3. Għat-tfal tal-iskola u l-au-pairs, l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni għat-tul kollu tal-perjodu tal-iskema ta' skambju ta' studenti jew għall-perjodu tal-ftehim bejn il-familja ospitanti u l-au pair għal perjodu massimu ta’ sena. [Em. 38]
4. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni maħruġa lill-apprentisti għandu jikkorrispondi għat-tul tal-kollokament, jew għandu jkun l-aktar għal sena. F'każijiet eċċezzjonali, jista' jiġi mġedded, darba biss u f’forma ta’ permess, u esklussivament għal dak iż-żmien meħtieġ sabiex tiġi akkwistata kwalifika vokazzjonali rikonoxxuta minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prattika amministrattiva tiegħu, sakemm id-detentur jibqa' jilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 12 .
5. Awtorizzazzjoni maħruġa lil voluntiera għandha tinħareġ għal perjdu ta’ mhux aktar minn sena. F'każijiet eċċezzjonali, jekk it-tul tal-programm rilevanti jkun ta’ aktar minn sena, it-tul tal-validità tal-awtorizzazzjoni meħtieġa jista’ jikkorrispondi għall-perijodu kkonċernat.
6. F'każijiet fejn l-Istati Membri jippermettu d-dħul u r-residenza abbażi ta’ viża għal permanenza fit-tul, il-permess ta' residenza jinħareġ mal-ewwel estensjoni tal-permanenza inizjali. Fejn il-validità tal-viża għal permanenza fit-tul hija iqsar mit-tul tal-permanenza awtorizzat, il-viża għal permanenza fit-tul tiġi sostitwita b’permess ta’ residenza mingħajr formalitajiet addizzjonali, qabel ma tiskadi l-viża.
Artikolu 17
Informazzjoni addizzjonali
L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni addizzjonali relatata mal-permanenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, bħal lista sħiħa tal-Istati Membri fejn ir-riċerkatur jew l-istudent għandu l-ħsieb li jmur ikunu ddikjaraw li għandhom il-ħsieb li jmorru f’konformità mal-Artikolu 27(1)(a) , f'format ta’ karta, jew jaħżnu din id-dejta f’format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u fil-punt (a) 16 tal-Anness tiegħu. [Em. 39]
IL-KAPITOLU IV
, Raġunijiet għar-rifjut, għall-irtirar jew għan-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet
Artikolu 18
Raġunijiet għar-rifjut ta’ applikazzjoni awtorizzazzjoni
1. F’dawn il-każijiet l-Istati Membri jirrifjutaw applikazzjoni awtorizzazzjoni :
|
(a) |
meta l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-kundizzjonijiet speċifiċi rilevanti stipulati fl-Artikoli 7 u minn 10 sa 16 ma jintlaħqux; |
|
(b) |
meta d-dokumenti ppreżentati jkunu ġew akkwistati b’mod frodulenti, iffalsifikati jew imbagħbsa; |
|
(c) |
meta l-entità ospitanti jew l-istituzjoni edukattiva jkunu ġew stabbiliti bl-iskop ewlieni li jiffaċilitaw id-dħul; |
|
(d) |
meta l-entità ospitanti tkun ġiet sanzjonata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għax-xogħol mhux iddikjarat u/jew għall-impjieg illegali jew ma tissodisfax l-obbligi legali fir-rigward tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni kif stipulat fil-liġi nazzjonali jew tkun iddikjarat stat ta’ falliment jew inkella hija insolventi; |
|
(e) |
meta l-familja ospitanti, jew jekk applikabbli, xi organizzazzjoni intermedjarja involuta fil-kollokament tal-au-pair, tkun ġiet issanzjonata f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-ksur tal-kundizzjonijiet u/jew tal-objettivi tal-kollokament tal-au-pair u/jew għall-impjieg illegali. [Em. 40] |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni jekk l-entità ospitanti tidher li tkunu deliberatament eliminat il-pożizzjonijiet li qiegħda tipprova timla permezz tal-applikazzjoni l-ġdida fi żmien it-12-il xahar li jiġu fis qabel id-data tal-applikazzjoni. awtorizzazzjoni fil-każjjiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-entità ospitanti tkun ġiet sanzjonata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għax-xogħol mhux iddikjarat u/jew għall-impjieg illegali jew ma tissodisfax l-obbligi legali fir-rigward tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni kif stipulat fil-liġi nazzjonali jew tkun iddikjarat stat ta’ falliment jew inkella hija insolventi; |
|
(b) |
meta l-familja ospitanti, jew jekk applikabbli, xi organizzazzjoni intermedjarja involuta fil-kollokament tal-au-pair, tkun ġiet issanzjonata f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-ksur tal-kundizzjonijiet u/jew tal-objettivi tal-kollokament tal-au-pair u/jew għall-impjieg illegali. |
|
(c) |
meta l-entità ospitanti jew l-istituzzjoni edukattiva jkunu ġew stabbiliti bl-iskop ewlieni li jiffaċilitaw id-dħul. [Em. 40] |
Artikolu 19
Raġunijiet għall-irtirar jew nuqqas ta' tiġdid ta’ awtorizzazzjoni
1. Stati Membri L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu awtorizzazzjoni f’dawn il-każijiet:
|
(a) |
meta d-detentur ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 6 jew il-kundizzjonijiet speċifiċi rilevanti stipulati fl-Artikoli 7, 10 sa 14 jew 16 ma jintlaħqux; |
|
(a b ) |
meta l-awtorizzazzjonijiet u d-dokumenti ppreżentati jkunu ġew akkwistati b’mod frodulenti, iffalsifikati jew imbagħbsa; |
|
(b) |
meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jirrisjedi għal skop ieħor u mhux għal dak li ġie awtorizzat għalih; |
|
(c) |
meta l-entità ospitanti tkun ġiet stabbilita bl-uniku skop li tiffaċilita d-dħul; |
2. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
(d a ) |
meta l-entità ospitanti ma tissodisfax l-obbligi legali fir-rigward tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni stipulati fil-liġi nazzjonali jew tkun iddikjarat stat ta’ falliment jew inkella hija insolventi. F'każ li dan isir waqt kors ta' studju, għandu jingħata biżżejjed ħin biex l-istudent isib kors ekwivalenti sabiex tkun iffaċilitata it-tlestija tal-istudji tiegħu/tagħha; |
|
(e b ) |
meta l-familja l-entità ospitanti, jew jekk applikabbli, xi organizzazzjoni intermedjarja involuta fil-kollokament tal-au-pair, tkun ġiet issanzjonata f’konformità mal-liġi sanzjonata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ksur tal-kundizzjonijiet għax-xogħol mhux iddikjarat u/jew tal-objettivi tal-kollokament tal-au-pair u/jew għall-impjieg illegali jew ma tissodisfax l-obbligi legali fir-rigward tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni kif stipulat fil-liġi nazzjonali jew tkun iddikjarat stat ta’ falliment jew inkella hija insolventi ; |
|
(c) |
meta l-entità ospitanti tkun ġiet stabbilita bl-uniku skop li tiffaċilita d-dħul; |
|
(d) |
meta l-familja ospitanti, jew jekk applikabbli, xi organizzazzjoni intermedjarja involuta fil-kollokament tal-au-pair, tkun ġiet issanzjonata f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-ksur tal-kundizzjonijiet u/jew tal-objettivi tal-kollokament tal-au-pair u/jew għall-impjieg illegali; |
|
(e) |
meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jirrisjedi għal skop ieħor u mhux għal dak li ġie awtorizzat għalih; |
|
(f) |
għall-istudenti, meta l-limiti ta’ żmien imposti fuq l-aċċess għall-attivitajiet ekonomiċi skont l-Artikolu 23 ma jiġux irrispettati, jew jekk l-istudent rispettiv ma jagħmilx progress aċċettabbli fl-istudju rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva. |
|
(g) |
għall-istudenti, meta ma jagħmlux progress aċċettabbli fl-istudju rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva. L-Istat Membru kkonċernat jista' jirtira jew jirrifjuta li jġedded awtorizzazzjoni abbażi ta' dan biss b'deċiżjoni li tiddikjara raġunijiet speċifiċi abbażi ta' evalwazzjoni tal-istabbiliment edukattiv, li għandu jkun ikkonsultat dwar il-progress tal-istudent, ħlief meta l-istabbiliment jonqos milli jwieġeb għal talba għal opinjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli; |
2. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni
|
(h) |
għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. Ir-raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurtà pubblika għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Ir-raġunijiet ta' saħħa pubblika għandhom ikunu bbażati fuq analiżi oġġettiva ta' riskji reali u ma għandhomx ikunu applikati b'mod diskriminatorju meta mqabbel maċ-ċittadini tal-Istat Membrui kkonċernati. |
2a. Meta Stat Membru jirtira awtorizzazzjoni minħabba waħda mir-raġunijiet tal-paragrafu 2(a), (b) jew (c), iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jkollu d-dritt li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru jekk jsib entità ospitanti jew familja ospitanti oħra sabiex itemm l-istudji jew ir-riċerka tiegħu jew raġuni oħra li għaliha ngħatat l-awtorizzazzjoni. [Em. 41]
Artikolu 20
Raġunijiet għan-nuqqas ta’ tiġdid ta' awtorizzazzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jġeddu awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta l-awtorizzazzjoni u d-dokumenti ppreżentati jkunu ġew akkwistati b’mod frodulenti, iffalsifikati jew imbagħbsa; |
|
(b) |
meta jkun jidher li d-detentur ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet ġenerali għal dħul u residenza stipulati fl-Artikolu 6, u l-kondizzjonijiet speċifiċi rilevanti stipulati fl-Artikoli 7, 9 u 10; |
|
(c) |
għall-istudenti, meta l-limiti ta’ żmien imposti fuq l-aċċess għall-attivitajiet ekonomiċi skont l-Artikolu 23 ma jiġux irrispettati, jew meta l-istudent ma jagħmilx progress aċċettabbli fl-istudju rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-prattika amministrattiva. |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jġeddu awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà pubblika u saħħa pubblika. [Em. 42]
KAPITOLU V
DRITTIJIET
Artikolu 21
Trattament ugwali
1. B’deroga mill-Artikolu 12(2) (a) u (b) tad-Direttiva 2011/98/UE, riċerkaturi u studenti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz ikunu intitolati għal trattament indaqs bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti rigward il-fergħat l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-fergħat tas-sigurtà soċjali, li jinkludu l-benefiċċji tal-familja, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. [Em. 43]
2. Studenti, t fal tal-iskola, voluntiera, apprentisti mhux imħallsin u au-pairs, irrispettivament jekk għandhomx permess jaħdmu skont il-liġijiet tal-Unjoni jew dawk nazzjonali, huma intitolati għal trattament indaqs rigward l-aċċess għal oġġetti u servizzi kif ukoll rigward il-forniment ta’ oġġetti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, minbarra l-proċeduri għall-ksib ta’ akkommodazzjoni kif previst fil-liġi nazzjonali. [Em. 44]
2a. Ċittadini ta' pajjiż terz li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jkunu awtorizzati li jidħlu u jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru fuq il-bażi ta' viża ta' permanenza fit-tul għandhom ikunu intitolati għall-istess trattament ta' ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 45]
Artikolu 22
It-tagħlim minn riċerkaturi
Ir-riċerkaturi ammessi skont din id-Direttiva jistgħu jgħallmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonal.. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu numru massimu ta' sigħat jew ta' ġranet għall-attività tat-tagħlim.
Artikolu 23
Attivitajiet ekonomiċi minn studenti
1. L-istudenti, barra mill-ħin ta' studju tagħhom u suġġetti għar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-attività relevanti fl-Istat Membru ospitanti, huma ntitolati li jiġu mpjegati u jistgħu jkunu ntitolati jeżerċitaw attività ekonomika bħala persuni li jaħdmu għal rashom. Is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fl-Istat Membru ospitanti tista’ tittieħed inkonsiderazzjoni , iżda mhux b'mod sistematiku li jista' jwassal fl-esklużjoni ta' studenti mis-suq tax-xogħol . [Em. 46]
2. Fejn jeħtieġ, l-Istati Membri jagħtu lill-istudenti u/jew lil dawk li jimpjegaw awtorizzazzjoni minn qabel skont il-leġislazzjoni nazzjonali.
3. Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-akbar għadd ta' sigħat fil-ġimgħa jew ġranet jew xhur fis-sena permessi għal din l-attività ekonomika, li m'għandux ikunu inqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa, jew l-ekwivalenti fi ġranet jew xhur fis-sena.
4. Stati Membri jistgħu jesiġu li studenti jirrapportaw, minn qabel jew mod ieħor, li huma involuti f'attività ekonomika għand l-awtorità magħżula mill-Istat Membru kkonċernat. Min jimpjegahom jista' wkoll ikun obbligat li jirrapporta, minn qabel jew mod ieħor.
Artikolu 24
Ir-riċerkaturi u l-istudenti fit-tfittix ta’ impjieg u l-intraprenditorija
1. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, wara li jtemmu r-riċerka jew l-studju fl-Istat Membru, ikunu intitolati joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru għal perjodu ta’ 12-il 18-il xahar sabiex ifittxu impjieg jew jiftħu negozju, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u minn (c) sa (f) tal-Artikolu 6 jintlaħqu. F’perjodu ta’ aktar minn 3 sitt xhur u anqas minn 6 disa' xhur, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu jintalbu jagħtu prova li għadhom qed ifittxu impjieg jew qegħdin fil-proċess li jiftħu negozju. Wara 6 disa' xhur, jistgħu wkoll jitolbu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jagħtu prova li huma għandhom ċans serju li jiġu ingaġġati jew li jiftħu negozju.
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għaċ-ċttadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati u fejn xieraq għall-membri tal-familja tiegħu jew tagħha skont il-liġi nazzjonali tagħhom sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (c) sa (f) tal-Artikolu 6. [Em. 47]
Artikolu 25
Il-membri tal-familja tar-riċerkaturi u tal-istudenti
1. B'deroga mill-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/86/KE, ir-riunifikazzjoni tal-familja m'għandhiex tiddependi fuq id-detentur tal-awtorizzazzjoni li jibqa’ għal finijiet tar-riċerka jew studji għax ikollu prospetti raġonevoli li jikseb id-dritt ta’ residenza permanenti kif ukoll jkollu perjodu minimu ta’residenza.
2. B’deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86/KE, il-kundizzjonijiet u l-miżuri ta’ integrazzjoni msemmijin f’dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu japplikaw biss wara li l-persuni kkonċernati jkunu ngħataw ir-riunifikazzjoni tal-familja.
3. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/86/KE, l-awtorizzazzjonijiet għall-membri tal-familja jingħataw, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja, fi żmien 90 jum mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni, u fi żmien 60 jum mid-data tal-ewwel applikazzjoni għall-membri tal-familja ta' riċerkaturi u studenti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi li huma koperti mill-programmi rilevanti tal-Unjoni inklużi l-miżuri ta’ mobilità.
4. B’deroga mill-Artikolu 13(2) u (3) tad-Direttiva 2003/86/KE, it-tul tal-validità tal-awtorizzazzjoni ta' membri tal-familja għandu jkun l-istess bħat-tul tal-awtorizzazzjoni mogħtija lir-riċerkatur jew l-istudent , sakemm il-perjodu ta' validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar jippermettu dan.
5. B’deroga mit-tieni sentenza tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2003/86/KE, l-Istati Membri m’għandhom japplikaw l-ebda limitu ta’ żmien dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol. [Em. 48]
KAPITOLU VI
IL-MOBILITÀ FL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 26
Id-dritt tal- mobilità minn Stat Membru għal ieħor għar-riċerkaturi, l-istudenti , voluntiera u l-apprentisti mħallsin
1. Ċittadin ta' pajjiż terz li ġie ammess bħala riċerkatur skont din id-Direttiva għandu jitħalla jwettaq parti mir-riċerka tiegħu fi Stat Membru ieħor skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Jekk ir-riċerkatur jibqa' fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur, ir-riċerka tista' tiġi mwettqa abbażi tal-ftehim ta' akkoljenza konkluż fl-ewwel Stat Membru, sakemm huwa jkollu riżorsi suffiċjenti fl-Istat Membru l-ieħor u ma jkunx ikkunsidrat bħala theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fit-tieni Stat Membru.
Jekk ir-riċerkatur jibqa’ fi Stat Membru ieħor għal aktar minn sitt xhur, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu ftehim ta’ akkoljenza ġdid biex titwettaq ir-riċerka f’dak l-Istat Membru. Jekk l-Istati Membri jeħtieġ awtorizzazzjoni biex isseħħ il-mobilità, din l-awtorizzazzjoni tingħata skont il-garanziji proċedurali speċifikati fl-Artikolu 30 29 . L-Istati Membri m’għandhomx jesiġu li r-riċerkaturi jitilqu mit-territorju sabiex jissottomettu applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet.
2. Għal perjodi li jaqbżu t-tliet xhur, iżda mhux is-sitt xhur, ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie ammess bħala student , voluntier, jew bħala apprentist mħallas skont din id-Direttiva jkun awtorizzat jwettaq parti mill-istudji/apprentistat /attività volontarja tiegħu fi Stat Membru ieħor sakemm qabel ma jittrasferixxi ruħu f’dak l-Istat Membru, hu jkun issottometta li ġej lill-awtorità kompetenti tat-tieni Stat Membru:
|
(a) |
dokument validu tal-ivvjaġġar; |
|
(b) |
prova ta’ assigurazzjoni kontra l-mard għar-riskji kollha normalment koperti bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat; |
|
(c) |
prova li hu jkun ġie aċċettat minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja jew entità ta’ taħriġ ospitanti jew entità ta' taħriġ ; |
|
(d) |
prova li matul il-permanenza tiegħu hu se jkollu riżorsi suffiċjenti biex ikopri s-sussistenza, l-istudju u l-vjaġġ tar-ritorn tiegħu. |
3. Għall-mobilità ta’ studenti , voluntiera u apprentisti mill-ewwel Stat Membru għat-tieni Stat Membru, l-awtoritajiet tat-tieni Stat Membru għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru dwar id-deċiżjoni tagħhom. Il-proċeduri ta’ kooperazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 32 japplikaw.
4. Għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie ammess bħala student, it-trasferiment lejn it-tieni Stat Membru li jaqbeż is-sitt xhur jista' jingħata bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikati għall-mobilità għall-perjodu li jaqbeż it-tliet xhur iżda huwa anqas minn sitt xhur. Jekk l-Istati Membri jeħtieġu applikazzjoni ġdida sabiex jagħtu awtorizzazzjoni għall-mobilità għal perjodu li jaqbeż is-sitt xhur, awtorizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jingħataw skont l-Artikolu 29.
5. L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu li studenti , voluntiera jew apprentisti jħallu t-territorju sabiex jitfgħu applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta' mobilità fl-Istati Membri. [Em. 49]
Artikolu 27
Id-drittijiet tar-riċerkaturi , tal-voluntiera, tal-apprentisti imħallsa jew mhux imħallsa u tal-istudenti koperti mill-programmi tal-Unjoni inklużi l-miżuri ta’ mobilità
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu, liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi bħala riċerkaturi , tfal tal-iskola, voluntiera, apprentisti mħallsa jew mhux imħallsa jew studenti skont din id-Direttiva u li huma koperti minn programmi tal-Unjoni li jinkludu l-miżuri ta' mobilità, awtorizzazzjoni li tkopri t-tul tal-permanenza tagħhom fl-Istati Membri kkonċernati meta:
|
(a) |
tkun magħrufa l-lista sħiħa tal-Istati Membri li r-riċerkatur , voluntier, apprentist mħallas jew mhux imħallas jew l-istudent jkun iddikjara li għandu l-ħsieb li jmur fihom qabel ma jidħol fl-ewwel Stat Membru; |
|
(b) |
fil-każ tal-istudenti, l-applikant jista' jagħti prova li ġie aċċettat mill-istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja edukattiva rilevanti biex jagħmel il-kors ta’ studju; |
|
(ba) |
fil-każ ta' voluntiera, l-applikant jista' jipprovdi evidenza li ġie aċċettat mill-organizzazzjoni jew programm li qed jipprovdu l-volontarjat rilevanti, bħas-Servizz Volontarju Ewropew; |
|
(bb) |
fil-każ ta' apprentisti, l-applikant jista' jipprovdi evidenza ta' aċċettazzjoni mill-entità ospitanti rilevanti. |
2. L-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ mill-ewwel Stat Membru ta’ fejn ir-riċerkatur , il-voluntier, l-apprentist imħallas jew mhux imħallas jew l-istudent jirrisjedi.
3. Meta l-lista sħiħa tal-Istati Membri ma tkunx magħrufa minn qabel id-dħul fl-ewwel Stat Membru:
|
(a) |
għar-riċerkaturi, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 għal permanenzi fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ sitt xhur l-aktar, għandhom japplikaw; |
|
(b) |
għall-istudenti, l-apprentisti jew il-volontiera mħallsa u mhux imħallsa, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 għal permanenzi fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ sitt xhur l-aktar, għandhom japplikaw; [Em. 50] |
Artikolu 28
Residenza fit-tieni Stat Membru għall-membri tal-familja
1. Meta riċerkatur jiċċaqlaq għat-tieni Stat Membru skont l-Artikoli 26 u 27, u meta l-familja tkun diġà stabbilita fl-ewwel Stat Membru, il-membri tal-familja tiegħu jiġu awtorizzati jakkumpanjawh jew jingħaqdu miegħu.
2. Mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, il-membri tal-familja kkonċernati jew ir-riċerkatur, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-permess ta’ residenza bħala membri tal-familja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru.
F’każijiet fejn il-permess ta’ residenza tal-membri tal-familja maħruġ mill-ewwel Stat Membru jiskadi matul il-proċedura jew ma jintitolax aktar lid-detentur biex jirrisjedi legalment fit-territorju tat-tieni Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuna biex tkompli tirrisjedi fit-territorju tagħhom, u jekk meħtieġ jinħareġ permess ta’ residenza nazzjonali temporanju, jew awtorizzazzjoni ekwivalenti, li jippermettu lill-applikant ikompli jirrisjedi legalment fit-territorju tagħhom mar-riċerkaturr sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru.
3. It-tieni Stat Membru jista’ jeħtieġ li l-membri tal-familja konċernati jippreżentaw mal-applikazzjoni tagħhom għal permess tar-residenza:
|
(a) |
il-permess ta’ residenza tagħhom fl-ewwel Stat Membru u dokument validu tal-ivvjaġġar jew il-kopji ċċertifikati tagħhom, kif ukoll viża, jekk meħtieġa; |
|
(b) |
prova li jkunu rrisjedew bħala membri tal-familja tar-riċerkatur fl-ewwel Stat Membru; |
|
(c) |
prova li għandhom assigurazzjoni kontra l-mard li tkopri r-riskji kollha fit-tieni Stat Membru, jew li r-riċerkatur għandu din l-assigurazzjoni għalihom. |
4. It-tieni Stat Membru jista’ jitlob li r-riċerkatur jagħti prova li d-detentur:
|
(a) |
għandu akkomodazzjoni li titqies normali għal familja komparabbli fl-istess reġjun u li tissodisfa l-istandards ġenerali ta’ saħħa u sigurtà fl-Istat Membru kkonċernat; |
|
(b) |
għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu u l-membri tal-familja tiegħu, mingħajr ma jirrikorri għall-għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat. |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi billi jirreferu għan-natura u r-regolarità tagħhom, u jistgħu jieħdu kont tal-livell tal-pagi minimi nazzjonali u tal-pensjonijiet kif ukoll tal-għadd tal-membri tal-familja.
KAPITOLU VII
PROĊEDURA U TRASPARENZA
Artikolu 29
Garanziji ta' proċedura u trasparenza
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni kollha għal awtorizzazzjoni u jinnotifikaw lill-applikant bil-miktub, skont il-proċeduri ta' notifika stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, mill-aktar fis possibbli u l-iktar tard fi żmien 60 30 jum mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni, u fi żmien 30 jum fil-każ ta’ riċerkaturi u studenti biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz koperti minn programmi tal-Unjoni li jinkludu l-miżuri ta’ mobilità Fil-każ li l-liġi nazzjonali tagħhom tipprovdi għall-possibilità ta' appell quddiem awtorità amministrattiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-appell sa mhux aktar minn 30 jum mid-data li fiha jkun ippreżentat l-appell. [Em. 53]
2. Jekk l-informazzjoni pprovduta li tappoġġja l-applikazzjoni mhix adegwata, l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-applikant bl-informazzjoni l-oħra li jeħtieġu kif ukoll , meta ssir ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, jindikaw data ta’ skadenza raġonevoli li fiha trid titlesta l-applikazzjoni. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. [Em. 54]
3. Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata liċ-ċittadin ta' pajjiż terz kkonċernat skond skont il-proċeduri ta' notifikazzjoni previsti fil-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti. In-notifika tispeċifika l-proċeduri possibbli ta’ rimedju disponibbli, il-qorti jew l-awtorità nazzjonali li quddiemhom il-persuna kkonċernata tista’ tressaq appell u l-limitu ta’ żmien sabiex tittieħed azzjoni u tipprovdi l-informazzjoni prattika rilevanti kollha li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-persuna . [Em. 55]
4. Meta applikazzjoni awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata, jew awtorizzazzzjoni maħruġa b'konformità ma' din id-Direttiva tiġi rtirata, il-persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikkuntestaha legalment quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 56]
Artikolu 29a
Proċeduri mgħaġġlin għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza jew viżi lil studenti, studenti tal-iskola u riċerkaturi
Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ proċedura mgħaġġla ta’ ammissjoni li tippermetti permessi ta’ residenza jew viżi li jinħarġu fl-isem taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jista’ jiġi konkluż bejn l-awtorità ta’ Stat Membru bir-responsabbiltà għad-dħul u residenza ta’ studenti, studenti tal-iskola jew riċerkaturi li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u istituzzjoni edukattiva, organizzazzjoni li topera skemi ta’ skambju ta’ studenti li ġiet rikonoxxuta għal dan l-għan jew organizzazzjoni ta’ riċerka li tkun ġiet approvata mill-Istat Membru kkonċernat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u prattika amministrattiva tiegħu. [Em. 57]
Artikolu 30
Trasparenza u aċċess għall-informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli , faċilment aċċessibbli u li tinftiehem l-informazzjoni dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi r-riżorsi minimi fix-xahar meħtieġa, id-drittijiet, id-dokumentazzjoni tal-provi kollha meħtieġa għal applikazzjoni u t-tariffi applikabbli. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka approvati skont l-Artikolu 8. [Em. 58]
Artikolu 31
Miżati
Stati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti jħallsu ħlas ta’ miżati għall-ipproċessar ta' għall-immaniġġjar ta’ applikazzjonijiet skond skont din id-Direttiva. L-ammont ta’ dawn it-tariffi m’għandux jipperikola l-kisba tal-objettivi tagħha. Meta dawk il-miżati jitħallsu minn apprentist jew au-pair biċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jkun intitolat għal rimborż mill-entità ospitanti jew il-familja ospitanti rispettivament. [Em. 59]
KAPITOLU VIII
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 32
Punti ta’ Kuntatt
1. L-Istati Membri għandhom jappuntaw punti ta’ kuntatt li jkollhom ir-responsabbiltà li jilqgħu u jitrażmettu l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati l-Artikoli 26 u 27.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kooperazzjoni xierqa fl-iskambju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
2a. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-proċedura ta' applikazzjoni billi jippermettu ċittadini ta' pajjiż terz li japplikaw u li jkunu jistgħu jikkompletaw il-proċedura għal kwalunkwe Stat Membru fl-ambaxxata jew konsolat tal-Istat Membru li jkun l-aktar konvenjenti għall-applikant. [Em. 60]
Artikolu 33
Statistika
Kull sena, u l-ewwel darba mhux aktar tard minn […] l-Istati Membri għandhom, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), jikkomunikaw lill-Kummissjoni statistika dwar il-volum ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew mogħtija awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, u safejn possibbli, l-istatistika, għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-volum ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew imġedda jew irtirati l-awtorizzazzjonijiet tagħhom matul is-sena kalendarja preċedenti u tindika ċ-ċittadinanza tagħom. L-istatistika dwar il-membri tal-familja tar-riċerkaturi ammessi tiġi kkomunikata bl-istess mod.
L-istatistika li jirreferi għaliha paragrafu 1 tirrigwarda l-perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tingħata lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza hija [….].
Artikolu 34
Rappurtar
Perjodikament, u għall-ewwel darba sa [ħames snin wara d-data ta’ traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] , il-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u tipproponi emendi jekk ikun xieraq.
Artikolu 35
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti dwar dawn id-direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal it-tali dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 36
Revoka
Id-Direttivi 2005/71/KE u 2004/114/KE jitħassru b’effett minn [il-jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(1) ta' din id-Direttiva], bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttivi mħassrin għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 38
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati .
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 50.
(2) ĠU C 114, 15.4.2014, p. 42.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014.
(4) Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12).
(5) Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).
(6) COM(2011)0587 u COM(2011)0901.
(7) Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
(8) COM(2011)0567.
(9) Dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Edukazzjoni Ewropej fid-19 ta' Ġunju 1999.
(10) Ftehim Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kollokament tal-“au pair”, l-Artikolu 8
(11) Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar proċedura ta' applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 1).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
(13) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għal permessi ta' residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).
(14) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44).
(15) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Promozzjoni tar-rwol tal-Organizzazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet Volontarji fl-Ewropa, COM(1997)0241 .
(16) Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
ANNESS I
Parti A
Id-Direttiva mħassra u l-lista tal-emendi suċċessvi
(msemmijin fl-Artikolu 37)
|
Id-Direttiva 2004/114KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
|
Direttive 2005/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Parti B
Lista ta’ skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali [u l-applikazzjoni]
(msemmijin fl-Artikolu 36)
|
Id-Direttiva. |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Id-data tal-applikazzjoni |
|
2004/114/KE 2005/71/KE |
12.1.2007 12.10.2007 |
|
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 2004/114/KE |
Id-Direttiva 2005/71/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 (a) |
|
Artikolu 1 (a) |
|
Artikolu 1 (b) |
|
— |
|
— |
|
l-Artikolu 1(b) u (c) |
|
Artikolu 2, il-frażi ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 3, il-frażi ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 2 (a) |
|
Artikolu 3 (a) |
|
Artikolu 2 (b) |
|
Artikolu 3 (c) |
|
Artikolu 2 (c) |
|
Artikolu 3 (d) |
|
Artikolu 2 (d) |
|
Artikolu 3 (e) |
|
— |
|
Artikolu 3(f) u (g) |
|
Artikolu 2 (e) |
|
Artikolu 3(l) |
|
Artikolu 2(f) |
|
Artikolu 3(h) |
|
Artikolu 2 (g) |
|
— |
|
— |
|
Artikolu 3(i) |
|
— |
|
Artikolu 3 (m) sa (s) |
|
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 2(2)(a) sa (e) |
|
— |
|
Artikolu 2 (2) (d) u (e) |
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5(1) |
|
— |
|
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6 (a) sa (e) |
|
— |
|
Artikolu 6(f) |
|
Artikolu 6(2) |
|
— |
|
— |
|
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7(1) formulazzjoni introduttorja |
|
Artikolu 10(1) formulazzjoni introduttorja |
|
Artikolu 7(1)(a) |
|
Artikolu 10(1)(a) |
|
Artikolu 7(1)(b) u (ċ) |
|
— |
|
Artikolu 7 (1) (d) |
|
Artikolu 10 (1) (b) |
|
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 10(2) |
|
— |
|
Artikolu 10(3) |
|
Artikolu 8 |
|
— |
|
— |
|
Artikolu 11 |
|
Artikolu 9 (1) u (2) |
|
Artikolu 12 (1) u (2) |
|
Artikolu 10, il-frażi ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 13(1) formulazzjoni introduttorja |
|
Artikolu 10 (a) |
|
Artikolu 13(1)(a) |
|
l-Artikolu 10(b) u (c) |
|
— |
|
— |
|
Artikolu 12 (1) (b) |
|
— |
|
Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 11, il-frażi ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 14(1) formulazzjoni introduttorja |
|
Artikolu 11 (a) |
|
— |
|
Artikolu 11 (b) |
|
Artikolu 13(1)(a) |
|
Artikolu 11 (c) |
|
Artikolu 13 (1) (b) |
|
Artikolu 11 (d) |
|
Artikolu 13(1) (c) |
|
Artikoli 12 sa 15 |
|
— |
|
— |
|
Artikoli 14, 15 u 16 |
|
Artikolu 16(1) |
|
Artikolu 20(1) formulazzjoni introduttorja |
|
— |
|
Artikolu 20 (1) (a) sa (c) |
|
Artikolu 16(2) |
|
Artikolu 20(2) |
|
— |
|
Artikolu 21 |
|
Artikolu 17(1) l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 23(1) |
|
Artikolu 17(1) it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 23(2) |
|
Artikolu 17(2) |
|
Artikolu 23(3) |
|
Artikolu 17(3) |
|
— |
|
Artikolu 17(4) |
|
Artikolu 23(4) |
|
— |
|
Artikoli 15, 24, 25, 27 |
|
— |
|
Artikolu 17 |
|
Artikolu 18(1) |
|
— |
|
— |
|
Artikolu 29(1) |
|
Artikolu 18(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 29(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 19 |
|
— |
|
— |
|
Artikolu 30 |
|
Artikolu 20 |
|
Artikolu 31 |
|
— |
|
Artikoli 32 u 33 |
|
Artikolu 21 |
|
Artikolu 34 |
|
Artikoli 22 sa 25 |
|
— |
|
— |
|
Artikoli 35, 36 u 37 |
|
Artikolu 26 |
|
Artikolu 38 |
|
— |
|
Annessi I u II |
|
|
Artikolu 1 |
— |
|
|
Artikolu 2, il-frażi ta' introduzzjoni |
— |
|
|
Artikolu 2 (a) |
Artikolu 3 (a) |
|
|
Artikolu 2 (b) |
Artikolu 3(i) |
|
|
Artikolu 2 (c) |
Artikolu 3(k) |
|
|
Artikolu 2 (d) |
Artikolu 3 (b) |
|
|
Artikolu 2 (e) |
— |
|
|
Artikoli 3 u 4 |
— |
|
|
Artikolu 5 |
Artikolu 8 |
|
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 9(1) |
|
|
— |
Artikolu 9(1) (a) sa (f) |
|
|
Artikolu 6(2)(a) |
Artikolu 9(2)(a) |
|
|
Artikolu 6(2)(a), (b) u (c) |
— |
|
|
Artikolu 6(3), (4) u (5) |
Artikolu 9(3), (4) u (5) |
|
|
Artikolu 7 |
— |
|
|
Artikolu 8 |
Artikolu 16(1) |
|
|
Artikolu 9 |
— |
|
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 19(2)(a) |
|
|
— |
Artikolu 19 (2) (b) |
|
|
Artikolu 10(2) |
— |
|
|
Artikolu 11 (1) u (2) |
Artikolu 22 |
|
|
Artikolu 12, il-frażi ta' introduzzjoni |
— |
|
|
Artikolu 12 (a) |
— |
|
|
Artikolu 12 (b) |
— |
|
|
Artikolu 12 (c) |
Artikolu 21(1) |
|
|
Artikolu 12 (d) |
— |
|
|
Artikolu 12 (e) |
— |
|
|
— |
Artikolu 21(2) |
|
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 26(1) |
|
|
Artikolu 13(2) |
Artikolu 26(1) |
|
|
Artikolu 13 (3) u (5) |
Artikolu 26(1) |
|
|
Artikolu 13(4) |
— |
|
|
— |
Artikolu 26(2), (3) u (4) |
|
|
Artikoli 14 sa 21 |
— |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/376 |
P7_TA(2014)0123
Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja – EU Aid Volunteers (COM(2012)0514 – C7-0303/2012 – 2012/0245(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/39)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0514), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0303/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0158/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jikkunsidra li għandhom jiġu garantiti allokazzjonijiet ta' finanzjament u baġitarji separati għal din l-inizjattiva filwaqt li tibqa' komplementari b'mod reċiproku mal-istrumenti l-oħra għall-politiki esterni tal-Unjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2012)0245
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 375/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/377 |
P7_TA(2014)0124
Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (COM(2012)0617 – C7-0358/2012 – 2012/0295(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/40)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0617), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 175(3), skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0358/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet raġunati sottomessi, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mir-Riksdag tar-Renju tal-Isvezja, mill-House of Lords u l-House of Commons tar-Renju Unit u mill-Bundestag Ġermaniż, li jaffermaw li l-abbozz tal-att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-14 ta’ Frar 2013 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 24, 34 tagħha; |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0183/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 133, 9.5.2013, p. 62.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Ġunju 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0257).
P7_TC1-COD(2012)0295
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 223/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/378 |
P7_TA(2014)0125
Prodotti bijoċidali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali fir-rigward ta’ ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq (COM(2013)0288 – C7-0141/2013 – 2013/0150(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/41)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0288), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0141/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0354/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 44.
P7_TC1-COD(2013)0150
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lili jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta’ ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 334/2014.)
L-Erbgħa 26 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/379 |
P7_TA(2014)0135
Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-KE, minn naħa l-oħra, il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu (12399/2013 – C7-0425/2013 – 2012/0219A(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 285/42)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12399/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta’ El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra (13368/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0425/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0463/2013), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/380 |
P7_TA(2014)0136
Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-KE u l-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama, fir-rigward tal-Artikolu 49(3) tiegħu ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Artikolu 49(3) tiegħu (12400/2013 – C7-0426/2013 – 2012/0219B(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 285/43)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12400/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta’ El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra (13368/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0426/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0119/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/381 |
P7_TA(2014)0137
Linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2013)0803 – C7-0417/2013 – 2013/0392(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2017/C 285/44)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0803), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0417/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0470/2013), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/382 |
P7_TA(2014)0138
Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ denunzja standard tal-VAT (COM(2013)0721 – C7-0394/2013 – 2013/0343(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2017/C 285/45)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0721), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0394/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0090/2014), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tkun disponibbli f'forma kkonsolidata mad-Direttiva li temenda fi żmien tliet xhur mill-pubblikazjoni tagħha. |
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/385 |
P7_TA(2014)0139
L-emendar tad-Deċiżjoni 2009/831/KE għal dak li jikkonċerna l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/831/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (COM(2013)0930 – C7-0022/2014 – 2013/0446(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2017/C 285/46)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0930), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0022/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0113/2014), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/386 |
P7_TA(2014)0140
Emenda tad-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha għall-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha għall-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014 (COM(2014)0024 – C7-0031/2014 – 2014/0010(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2017/C 285/47)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0031/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0144/2014), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b’mod sostanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/387 |
P7_TA(2014)0141
Ftehim qafas dwar sħubija komprensiva u kooperazzjoni KE-Indoneżja bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijiet relatati mad-dħul mill-ġdid
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijiet relatati mad-dħul mill-ġdid (11250/2013 – C7-0351/2013 – 2013/0120A(NLE))
(2017/C 285/48)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11250/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (14032/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tas-7 ta' Marzu 1980 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (1) (ASEAN) u tal-protokolli ta' adeżjoni sussegwenti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2002 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu Qafas strateġiku għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta' sħubija Ewropa-Asja (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar is-sitwazzjoni fl-Indoneżja, partikolarment fil-provinċja ta' Aceh (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2003 dwar l-Aceh (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2005 dwar id-diżastru reċenti kkawżat miz-tsunami fl-Oċean Indjan (5), |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati dwar is-Sħubija Komprensiva u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, awtorizzati mill-Kunsill fil-25 ta' Novembru 2004, konklużi f'Ġunju 2007 u ffirmati fid-9 ta' Novembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat fid-29 ta' Ġunju 2011 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-Indoneżja, inklużi l-attakki kontra l-minoranzi (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-politika barranija tal-UE rigward il-BRICS u setgħat emerġenti oħra: objettivi u strateġiji (8), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/308/PESK tas-26 ta' April 2012 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali dwar l-elezzjonijiet fl-Indoneżja tal-5 ta' April 2004 u tal-20 ta' Settembru 2004, f'Timor Leste fit-30 ta' Awwissu 1999, fit-30 ta' Awwissu 2001, fid-9 ta' April 2007, fit-30 ta' Ġunju 2007, fis-7 ta' Lulju 2012, u fil-provinċja ta' Aceh fil-11 ta' Diċembru 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ġakarta dwar il-Prinċipji għall-Aġenziji kontra l-Korruzzjoni tas-27 ta' Novembru 2012; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0093/2014), |
|
A. |
billi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja (minn hawn 'il quddiem l-“Indoneżja”) se jkunu rregolati mill-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni msemmi hawn fuq (minn hawn 'il quddiem il-“FSK”); |
|
B. |
billi l-FSK huwa l-ewwel strument ta' dan it-tip bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indoneżja u jimmira li jsaħħaħ il-kooperazzjoni politika, ekonomika u settorjali ta' interess reċiproku u jżid ulterjorment il-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali fit-tweġiba għall-isfidi globali; |
|
C. |
billi l-FSK fih, bħala elementi fundamentali, il-konferma tal-valuri espressi fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fi trattati internazzjonali oħrajn applikabbli għaż-żewġ partijiet kif ukoll għall-impenn tagħhom lejn il-prinċipji tad-demokrazija, tal-governanza tajba u tal-istat tad-dritt, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment jew it-tisħiħ tal-kooperazzjoni f'oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ u l-investimenti, l-enerġija, it-turiżmu, it-trasport u l-infrastrutturi, il-konservazzjoni tal-baħar u s-sajd, il-politika industrijali u l-impriżi żgħar u medji (SMEs), il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali kif ukoll il-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (AQM), il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, il-ħasil ta' flus, it-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu; |
|
D. |
billi l-Indoneżja hija r-raba' pajjiż bl-akbar popolazzjoni fid-dinja, it-tielet l-akbar demokrazija, l-akbar pajjiż Musulman b'miljuni ta' segwaċi ta' reliġjonijiet oħrajn, u b'soċjetà eteroġenja li tħaddan fiha 'l fuq minn 240 miljun ċittadin ta' varji etniji, lingwi u kulturi, 40 % minnhom għandhom inqas minn 25 sena, pożizzjonat strateġikament f'arċipelagu ta' aktar minn 17 000 gżira li jestendi tul 5 400 kilometru mil-Lvant sal-Punent fl-Oċean Indjan u Paċifiku; |
|
1. |
Jitlob lill-Kunsill jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet segwenti:
|
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 2.
(2) ĠU C 272 E, 13.11.2003, p. 476.
(3) ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 617.
(4) ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 528.
(5) ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 147.
(6) ĠU L 264, 8.10.2011, p. 2.
(7) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 201.
(8) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 1.
(9) ĠU L 154, 15.6.2012, p. 1.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/394 |
P7_TA(2014)0142
Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni KE-Indoneżja bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijiet relatati mad-dħul mill-ġdid ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijet relatati mad-dħul mill-ġdid (11250/2013 – C7-0351/2013 – 2013/0120A(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 285/49)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11250/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (14032/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0351/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0134/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indoneżja. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/395 |
P7_TA(2014)0143
Ftehim qafas ta' sħubija komprensiva u kooperazzjoni KE-Indoneżja fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mad-dħul mill-ġdid ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni (11313/2013 – C7-0356/2013 – 2013/0120B(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 285/50)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11313/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (14032/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0356/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0115/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indoneżja. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/396 |
P7_TA(2014)0144
Ftehim UE-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (10697/2012 – C7-0029/2014 – 2012/0122(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 285/51)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (10697/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (10693/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 213(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0029/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7–0097/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Turkija. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/397 |
P7_TA(2014)0147
Żona ferrovjarja unika Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (COM(2013)0029 – C7-0025/2013 – 2013/0029(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/52)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0029), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0025/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa skont il-qafas tal-Protokoll Nru. 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat ta' Franza, mill-Parlament tal-Litwanja, mill-Kamra tad-Deputati tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Parlament tal-Isvezja, li tasserixxi li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0037/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
P7_TC1-COD(2013)0029
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Tul l-aħħar deċennju, in-netwerk tal-awtostrada Ewropew kiber b’27 % filwaqt li n-netwerk ferrovjarju użat naqas bi 2 %. Barra minn hekk, iż-żieda fit-traffiku ta' passiġġieri bil-ferrovija ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli u s-servizzi . Is-servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri ma żammewx il-pass mal-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu f'termini ta' disponibbiltà tal-offerta jew tal-kwalità. [Em. 1] |
|
(1a) |
Ir-raġunijiet prinċipali tas-sehem modali mhux suffiċjenti tal-ferroviji fl-Ewropa jinkludu l-kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-mezzi l-oħra tat-trasport, fin-nuqqas ta’ rieda politika li jiġi żviluppat it-trasport ferrovjarju u fil-livell dgħajjef ta' investimenti fin-netwerks ferrovjarji. [Em. 2] |
|
(2) |
Is-swieq ferrovjarji tal-Unjoni għall-merkanzija u għall-passiġġieri internazzjonali ilhom miftuħin għall-kompetizzjoni sa mill-2007 u l-2010, rispettivament permezz tad-Direttivi 2004/51/KE (4) u 2007/58/KE (5). Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri fetħu s-servizzi domestiċi għall-passiġġieri tagħhom għall-kompetizzjoni, jew billi introduċew drittijiet ta' aċċess miftuħ, jew permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku, jew it-tnejn f'daqqa. |
|
(2a) |
Għandha ssir valutazzjoni tal-effetti prattiċi tad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi f'termini ta' kontroll tal-kwalità tas-servizzi fornuti abbażi ta' fatti speċifiċi, tal-livell ta' offerti u ta' rati ta' użu, spejjeż u tariffi. [Em. 3] |
|
(2b) |
L-istabbiliment ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni rilevanti tiġi applikata b'effikaċja u bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. B'kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati fis-settur, l-Istati Membri għandhom isegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. [Em. 4] |
|
(2c) |
Bosta studji u kwestjonarji juru li f'dawk l-Istati Membri, bħall-Isvezja u r-Renju Unit, li fetħu s-swieq tagħhom għat-trasport domestiku tal-passiġġieri, kien hemm tkabbir fis-suq ferrovjarju kif ukoll rata akbar ta' sodisfazzjon mill-passiġġieri u l-persunal. [Em. 5] |
|
(3) |
Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea b'regoli komuni dwar il-governanza ta’ impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura, dwar il-finanzjament tal-infrastruttura u t-tariffi, dwar kundizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, u dwar sorveljanza regolatorja tas-suq ferrovjarju. B'dawn l-elementi kollha fis-seħħ, issa huwa possibbli li jitlesta l-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni, u li l-governanza tal-amministraturi tal-infrastruttura tiġi riformata bil-għan li jkun żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji madwar l-Unjoni filwaqt li jiġu salvagwardjati l-istandards soċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg . [Em. 6] |
|
(3a) |
L-ikkompletar tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni għandu jitqies bħala essenzjali biex il-ferrovija ssir alternattiva kredibbli għal modi oħra tat-trasport, f'termini ta' prezz u kwalità. [Em. 7] |
|
(4) |
Id-Direttiva 2012/34/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tipproponi, fejn xieraq, miżuri leġiżlattivi fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, u tiżviluppa kundizzjonijiet xierqa biex tiżgura l-iktar aċċess kosteffikaċi u nondiskriminatorju għall-infrastruttura inkluż infrastruttura tal-bejgħ b'sid eżistenti filwaqt li tibni fuq ir-rekwiżiti eżistenti ta' separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport. [Em. 8] |
|
(4a) |
Il-ftuħ tas-suq għat-trasport domestiku tal-passiġġieri se jkollu impatt pożittiv fuq il-ħidma tas-suq ferrovjarju Ewropew; dan għandu jwassal għal flessibilità akbar u għal aktar possibilitajiet għall-kumpaniji u għall-passiġġieri. Il-persunal ferrovjarju għandu jibbenefika ukoll minn dan il-ftuħ, peress li jtejjeb il-possibilità li joffri s-servizzi tiegħu lil operaturi ġodda tas-suq. Ħaddiema b'esperjenza jistgħu joffru valur miżjud lill-operaturi ġodda li jwasslu għal kundizzjonijiet ta' impjieg aħjar. [Em. 9] |
|
(4b) |
L-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol tagħhom għall-persunal ferrovjarju. Madankollu għandhom jiżguraw li l-mod li bih jiġi organizzat is-suq tax-xogħol ma jkunx ta' ħsara għall-kwalità tas-servizz. Id-dritt tal-Unjoni diġà jipprovdi qafas ċar għall-protezzjoni tal-ħaddiema ferrovjarji. [Em. 10] |
|
(5) |
Koordinazzjoni aħjar bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandha tiġi żgurata permezz tal-istabbiliment ta' kumitat ta' koordinazzjoni, sabiex jinkiseb ġestjoni u użu effiċjenti tal-infrastruttura. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet fil-ġestjoni ta’ kuljum tan-netwerk, inkluża l-ġestjoni tat-traffiku fin-netwerk matul l-istaġun tax-xitwa, l-amministratur tal-infrastruttura fil-livell tal-kontroll tat-traffiku għandu jikkoordina mal-impriżi ferrovjarji, mingħajr ma jikkomprometti l-indipendenza u r-responsabbiltà tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni tan-netwerk u l-osservanza tar-regoli eżistenti [Em. 117] |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-funzjonijiet kollha meħtieġa għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja jiġu amministrati b'mod konsistenti mill-amministratur tal-infrastruttura nnifsu. |
|
(6a) |
Sabiex ikun hemm kompetizzjoni suffiċjenti u ġusta fiż-Żona Ferrovjarja Ewropea, hemm bżonn li mhux biss ikun żgurat l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura, iżda li jkunu integrati ukoll in-netwerks ferrovjarji nazzjonali, u jissaħħu l-korpi regolatorji. Dan it-tisħiħ għandu jieħu s-sura ta' estensjoni ta' setgħat tal-korpi regolatorji kompetenti u ta' żvilupp ta' korpi regolatorji li fil-futur isiru operaturi ewlenin fir-regolamentazzjoni tas-suq tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni. [Em. 12] |
|
(6b) |
L-amministratur tal-infrastruttura, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet rilevanti kollha kif stupulat minn din id-Direttiva, għandu l-obbligu li juża l-kompetenzi tiegħu biex kontinwament itejjeb l-effikaċja tal-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja bil-għan li l-utenti jiġu offruti servizzi ta' kwalità għolja [Em. 13] |
|
(7) |
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tal-ippjanar u tal-finanzjament tal-infrastruttura, kwistjonijiet transfruntiera għandhom jiġu indirizzati b'mod effiċjenti bejn l-amministraturi tal-infrastruttura bħat-tariffi ta' aċċess għall-binarji tal-Istati Membri differenti, permezz tat-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' amministraturi tal-infrastruttura. [Em. 14] |
|
(8) |
Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-infrastruttura, l-istrutturi integrati għandhom jissawru b'tali mod li ma jkunx hemm kunflitti tal-interess bejn il-ġestjoni għandu jitneħħa kwalunkwe kunflitt ta' interess li jirriżulta minn strutturi integrati, inklużi l-ġestjoni tal-infrastruttura u l-attivitajiet ta' trasport. It-tneħħija tal-inċentivi potenzjali sabiex issir diskriminazzjoni kontra l-kompetituri hija l-uniku mod kif ikun iggarantit aċċess ugwali għall-infrastruttura ferrovjarja. Huwa rekwiżit għall-ftuħ b'suċċess suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri. Din għandha tneħħi wkoll il-potenzjal għas-sussidjar reċiproku li jeżisti fi strutturi integrati bħal dawn, u li jwassal ukoll għal tagħwiġ tas-suq , kif ukoll l-arranġamenti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-persunal u ta' benefiċċji oħra li jistgħu jwasslu għal trattament preferenzjali meta mqabbel mal-kompetituri . [Em. 15] |
|
(9) |
Ir-rekwiżiti eżistenti għall-indipendenza tal-amministraturi tal-infrastruttura minn impriżi tat-trasport ferrovjarju, kif stabbilit fid-Direttiva 2012/34/UE, ikopru biss il-funzjonijiet essenzjali tal-amministratur tal-infrastruttura, li huma t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-allokazzjoni tal-mogħdija tal-ferrovija u t-teħid tad-deċiżjonijiet fuq it-tibdil tal-infrastruttura. Madankollu huwa neċessarju li l-funzjonijiet kollha jiġu eżerċitati b’mod indipendenti, minħabba li funzjonijiet oħrajn jistgħu jintużaw bl-istess mod sabiex jiddiskriminaw kontra kompetituri. Dan huwa tabilħaqq minnu għal deċiżjonijiet dwar l-aċċess għal servizzi ta' ħruġ ta' biljetti, stazzjonijiet u mħażen, fuq l-investimenti jew fuq il-manutenzjoni li jistgħu jsiru sabiex jiffavorixxu l-partijiet tan-netwerk li huma użati prinċipalment mill-operaturi tat-trasport tal-impriża integrata. Deċiżjonijiet fuq l-ippjanar tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jinfluwenzaw id-disponibbiltà tal-mogħdijiet tal-ferrovija għall-kompetituri. [Em. 16] |
|
(9a) |
Minkejja l-implimentazzjoni tas-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 2013/34/UE, li jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu jużaw l-istruttura tagħhom biex jipprovdu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa favur l-operaturi ferrovjarji li jappartjenu għal tali impriżi. [Em. 17] |
|
(10) |
Ir-rekwiżiti eżistenti tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu biss indipendenza legali, organizzattiva u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Dan ma jeskludix għalkollox il-possibbiltà li tinżamm impriża integrata, diment li dawn it-tliet kategoriji ta’ indipendenza jiġu żgurati. Fir-rigward tal-indipendenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, għandu jiġi żgurat li s-salvagwardji xierqa jeskludu l-kontroll ta’ impriża integrata fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ amministratur tal-infrastruttura. Madankollu, anki l-applikazzjoni sħiħa ta’ tali salvagwardji ma tneħħix għalkollox il-possibbiltajiet kollha għal imġiba diskriminatorja fir-rigward ta’ kompetituri li jeżistu fil-preżenza ta’ impriża integrata vertikalment. B’mod partikolari, il-potenzjal għal sussidju reċiproku għadu jeżisti fi strutturi integrati, jew għall-inqas huwa diffiċli ferm li l-korpi regolatorji jikkontrollaw u jinfurzaw salvagwardji stabbiliti sabiex jimpedixxu tali sussidjar reċiproku. Separazzjoni istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-infrastruttura hija l-aktar mod effettiv biex isolvi dawn il-problemi. |
|
(11) |
Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi kompetizzjoni ħielsa u ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji kollha, u għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jkunux intitolati jeżerċitaw kontroll fuq amministratur tal-infrastruttura u, fl-istess ħin, jeżerċitaw kontroll jew xi dritt fuq l-impriża ferrovjarja. Min-naħa l-oħra, il-kontroll fuq impriża ferrovjarja għandu jipprekludi l-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll jew kwalunkwe dritt fuq amministratur ta’ infrastruttura. teskludi lill-impriża ferrovjarja milli tikkonserva mudell integrat vertikalment , kif definit fl-Artikolu 3. [Em. 18] |
|
(12) |
Fejn Stati Membri għadhom iżommu amministratur tal-infrastruttura li huwa parti minn impriża integrata vertikalment, għandhom tal-anqas idaħħlu salvagwardji stretti biex jiggarantixxu l-indipendenza effettiva tal-amministratur tal-infrastruttura sħiħ b'rabta mal-impriża integrata. Dawn is-salvagwardji ma għandhomx jikkonċernaw biss l-organizzazzjoni korporattiva tal-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-impriża integrata, iżda wkoll l-istruttura amministrattiva tal-amministratur tal-infrastruttura, u, safejn possibbli, fi ħdan struttura integrata, għandhom jiġu impeduti trasferimenti finanzjarji bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn tal-impriża integrata. Dawn is-salvagwardji ma jikkorrespondux biss ma’ dak li huwa neċessarju sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti eżistenti tal-indipendenza fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-funzjonijiet essenzjali skont id-Direttiva 2012/34/UE, f’termini ta’ indipendenza amministrattiva tal-amministratur tal-infrastruttura, iżda jmorru lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti billi jiżdiedu klawżoli sabiex jiġu esklużi li d-dħul tal-amministratur tal-infrastruttura jkun jista' jintuża biex jiffinanzja l-entitajiet l-oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Dan għandu japplika b'mod indipendenti tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istati Membri, u mingħajr ħsara għar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat. |
|
(12a) |
It-titjib tas-sikurezza ferrovjarja għandu jingħata kunsiderazzjoni serja tul il-proċess ta' ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija, partikolarment fir-rigward tar-riforma tal-istrutturi integrati li hemm attwalment fis-seħħ, sabiex ikun evitat il-ħolqien ta' ostakli amministrattivi addizzjonali nkluż il-manutenzjoni u t-titjib tas-sikurezza. [Em. 19] |
|
(12b) |
Il-possibilità li amministratur tal-infrastruttura li jħallas dividendi lis-sid finali ta' impriża integrata vertikalment ma għandux iwaqqaf l-amministratur tal-infrastruttura milli jikkostitwixxi riżervi sabiex itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u jibbilanċja l-kontijiet fuq perjodu raġonevoli kif rikjest minn din id-Direttiva. Il-pagamenti ta' dividendi tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jiġu allokati għall-użu ta' investimenti fit-tiġdid tal-infrastruttura ferrovjarja viġenti. [Em. 107] |
|
(12c) |
Il-kumpanija azzjonarja f'impriża integrata vertikalment tista' tikkontribwixxi għad-deċiżjonijiet strateġiċi meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' trasport ferrovjarju kollha kemm hi fl-interess tal-partijiet kollha attivi fis-suq ferrovjarju, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jappartjenu għall-funzjonijiet tal-ammnistratur tal-infrastruttura. [Em. 108] |
|
( 12d) |
Għandu jkun possibbli għar-rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment fil-Bord Superviżorju li jinkludu persuni maħtura mis-sidien finali iżda li mhumiex impjegati minnhom, sakemm dawn ma jkollhom l-ebda responsabilità jew interess fi kwalunkwe entità oħra tal-impriża integrata vertikalment. [Em. 109] |
|
(12e) |
Ir-regoli li jiżguraw l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-Eurostat dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern, peress li fi kwalunkwe każ l-impriża, anke b'kunsiderazzjoni tas-salvagwardji għall-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, tista' tibqa' żżomm is-sieda tal-infrastruttura u ukoll ta' numru suffiċjenti ta' funzjonijiet, sabiex din ma titqiesx bħala entità purament artifiċjali li jkollha bħala l-unika raġuni tagħha t-tnaqqis tad-dejn tal-gvern fi ħdan it-tifsira ta' dawk il-kriterji. [Em. 110] |
|
(13) |
Minkejja l-implimentazzjoni tas-salvagwardji li jiggarantixxu l-indipendenza, l-impriżi integrati vertikalment jistgħu jabbuża mill-istruttura tagħhom biex jipprovdu vantaġġi kompetittivi mhux xierqa favur l-operaturi ferrovjarji li jappartienu għal tali impriżi. Għal din ir-raġuni, mingħajr ħsara għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivverifika, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, li dawn is-salvagwardji jiġu implimentati sew, u li jitneħħa kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni li fadal. F'każ li l-Kummissjoni ma tkunx f'qagħda li tikkonferma li dan inkiseb, l-Istati Membri kollha jrid ikollhom il-possibbiltà li jillimitaw jew jirrevokaw id-drittijiet tal-aċċess għall-operaturi integrati kkonċernati. |
|
(13a) |
Filwaqt li titqies l-eteroġeneità tan-netwerks f’termini tad-daqs u d-densità tagħhom u l-varjetà tal-istrutturi organizzattivi tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali jew reġjonali u l-esperjenzi rispettivi tagħhom tal-proċess tal-ftuħ tas-suq, kull Stat Membru għandu jkollu flessibbiltà biżżejjed sabiex jorganizza n-netwerk tiegħu b’tali mod li tkun tista’ tinkiseb taħlita ta’ servizzi ta’ aċċess miftuħ u servizzi mwettqa taħt kuntratti ta’ servizz pubbliku sabiex tiġi żgurata kwalità għolja tas-servizzi aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri kollha. Wara l-għażla tal-kuntratti tas-servizz pubbliku li għalihom għandhom jinħarġu offerti, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skont il-każ liema mekkaniżmi ta' salvagwardja għandhom jiġu introdotti għal kull servizz jekk il-proċess ta' ħruġ tal-offerti ma jitlestiex b'suċċess. Tali mekkaniżmi ma għandhom bl-ebda mod jipprevedu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-impriżi ferrovjarji li ser jimmaniġġjaw dawk is-servizzi. [Em. 20] |
|
(14) |
L-għoti tad-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni sabiex joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri jista' jkollu implikazzjonijiet għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri pprovduti b'kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jillimitaw tali dritt ta' aċċess f'każ li dan ikun jixħet f'riskju l-ekwilibriju ekonomiku ta' dawk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku jew il-kwalità tas-servizz li joffru u meta tkun ingħatat approvazzjoni mill-korp regolatorju relevanti. [Em. 21] |
|
(15) |
Fuq inizjattiva tagħhom stess jew b'segwitu ta' talba magħmula mill-partijiet interessati, il-korpi regolatorji għandhom jivvalutaw , abbażi ta' analiżi eknomika oġġettiva, l-impatt ekonomiku potenzjali ta' servizzi domestiċi għall-passiġġieri pprovduti skont kundizzjonijiet ta' aċċess miftuħ b'kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti wara li ssir talba mill-partijiet interessati u abbażi ta' analiżi ekonomika oġġettiva. [Em. 22] |
|
(16) |
Il-proċess tal-valutazzjoni għandu jqis il-bżonn li l-atturi kollha fis-suq jiġu pprovduti b’biżżejjed ċertezza legali sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. Il-proċedura għandha tkun sempliċi, effiċjenti u trasparenti kemm jista' jkun, u koerenti mal-proċess għall-allokazzjoni ta' kapaċità tal-infrastruttura. |
|
(17) |
Il-valutazzjoni ta' jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt pubbliku ta' servizz ikunx f'riskju għandha tieħu f'kunsiderazzjoni kriterji deċiżi minn qabel. Dawn il-kriterji u d-dettalji tal-proċedura li għandhom jiġu segwiti jistgħu jevolvu maż-żmien, b'mod partikulari fid-dawl tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji, u jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi domestiċi għall-passiġġieri. |
|
(18) |
Meta jiġi vvalutat jekk l-ekwilibriju ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jkunx se jiġi kompromess, il-korpi regolatorji għandhom iqisu l-impatt ekonomiku u soċjali tas-servizz maħsub fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt tiegħu fuq il-profitabbiltà ta' kwalunkwe servizz, inkluż f'kuntratti ta’ servizz pubbliku bħal dawn, u l-konsegwenzi għat-tisħiħ tal-politika ta' koeżjoni fil-qasam ikkonċernat u għall-kost nett għall-awtorità pubblika kompetenti li tat il-kuntratti. Biex issir din il-valutazzjoni, għandhom jiġu eżaminati fatturi bħad-domanda mill-passiġġieri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti għall-biljetti, il-post u n-numru ta' waqfiet, u l-iskedar u l-frekwenza tas-servizz ġdid propost. [Em. 23] |
|
(18a) |
Sabiex ikun iddeterminat jekk il-kwalità tas-servizz ipprovdut skont kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex affettwat minn servizz b'aċċess ħieles fuq l-istess netwerk, il-korpi regulatorji għandhom iqisu, b'mod partikolari, l-effetti fuq in-netwerk, iż-żamma tal-konnessjonijiet u l-puntwalità tas-servizzi pprovduti skont kuntratt ta' servizz pubbliku. [Em. 24] |
|
(19) |
Sabiex is-servizzi ferrovjarji jsiru iktar attraenti għall-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema integrata komuni ta' tagħrif u ta’ bejgħ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord, u riżervazzjonijiet. Jekk tiġi stabbilita Skema bħal din, għandu jiġi żgurat għandha tiżgura li ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. [Em. 25] |
|
(19a) |
Huwa importanti li l-impriżi ferrovjarji jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp ta’ skemi integrati ta’ bejgħ ta’ biljetti, b’mod partikolari rigward it-trasport lokali u reġjonali, sabiex it-trasport ferrovjarju jsir iżjed attraenti għall-passiġġieri. Skema bħal din ma għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. [Em. 26] |
|
(19b) |
Peress li l-pakkett il-ġdid jimmira li jsaħħaħ id-drittijiet tal-passiġġieri, filwaqt li jqis il-moviment liberu bħala pilastru fundamentali tal-Unjoni, għandhom isiru sforzi akbar sabiex jiġi żgurat dan id-dritt anke għaċ-ċittadini b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa. Għalhekk, it-titjib tal-aċċessibbiltà tal-mezzi ta’ trasport u tal-infrastrutturi, hu ta' prijorità. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv għandhom jitħeġġu l-kuntatti transfruntiera. Anke rigward l-assistenza mogħtija għal din il-kategorija partikolari ta’ passiġġieri, għandha tiġi standardizzata f’sistema usa. F'dan ir-rigward għandu jitneda proċess ta' konsultazzjoni, bil-parteċipazzjoni tas-sieħba soċjali, il-pubbliku u l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.[Em.27] |
|
(19c) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk ta’ korpi regolatorji stipulat fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ in-netwerk ta’ korpi regolatorji, tifformalizza l-proċeduri tiegħu u tagħtih personalità legali, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Dak il-korp għandu jkollu funzjoni ta’ superviżjoni u ta’ arbitraġġ li tippermettilu jittratta problemi transkonfinali u internazzjonali u jisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali. [Em. 28] |
|
(19d) |
Bil-għan li titwettaq iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, u meta titqies il-kompetizzjoni fis-settur ferrovjarju, il-Kummissjoni tinsab impenjata li tappoġġa u titħeġġeġ b'mod attiv id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-ħaddiema ferrovjarji jkunu protetti fuq il-perjodu twil kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq, bħad-dumping soċjali. [Em. 29] |
|
(19e) |
Il-passiġġieri għandu jkollhom aċċess għal skemi ta' biljetti globali li jaħdmu u għal skemi integrati ta' ħruġ ta' biljetti. Tali skemi jagħmlu l-ferroviji mezz ta’ trasport iktar attraenti għan-nies. Skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti globali żviluppati mis-settur fl-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli ma’ xulxin sabiex tkun tista’ tinħoloq skema fl-Unjoni kollha li tinkludi l-operaturi kollha tal-passiġġieri ferrovjarji. [Em. 30] |
|
(19f) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk ta’ korpi regolatorji stipulat fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ in-netwerk ta’ korpi regolatorji, tifformalizza l-proċeduri tiegħu u tagħtih personalità legali, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2019, fil-ħin għall-ftuħ ta’ servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija. Dak il-korp għandu jkollu funzjoni ta’ superviżjoni u ta’ arbitraġġ li tippermettilu jittratta problemi transkonfinali u internazzjonali u jisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi regolatorji nazzjonali. [Em. 31] |
|
(19 g) |
Sabiex jiġi evitat dumping soċjali, impriża ferrovjarja għandha tkun tista' tipprovdi servizzi tat-trasport bil-ferrovija jekk tikkonforma mal-ftehimiet kollettivi jew mal-liġijiet nazzjonali li jistipulaw standards fi ħdan l-Istati Membri fejn beħsiebha taġixxi. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal ħlas ugwali fl-istess post. Il-korp regolatorju kompetenti għandu jimmonitorja l-konformità ma' dan ir-rekwiżit. [Em. 32] |
|
(19h) |
Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għal persunal li għandu jkun trasferit . Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata. [Em. 33] |
|
(19i) |
Il-ftuħ tas-suq ma għandux jiddetermina konsegwenzi negattivi għall-kondizzjonijiet tax-xogħol u soċjali tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju. Il-klawżoli soċjali rilevanti jridu jkunu rrispettati sabiex ikun evitat kull dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta minn operaturi ġodda li ma jirrispettawx l-istandards soċjali minimi tas-settur ferrovjarju. [Em. 34] |
|
(19j) |
L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu fil-kultura tas-sikurezza tagħhom “kultura ġusta” sabiex jinkoraġġixxu b’mod attiv lill-membri tal-persunal jirrappurtaw aċċidenti marbuta mas-sikurezza, inċċidenti u kolliżjonijiet li jkunu ġew evitati bi ftit mingħajr ma jkunu soġġetti għal kastig jew diskriminazzjoni. Kultura ġusta tippermetti li l-industrija ferrovjarja tieħu tagħlimiet minn aċċidenti, inċidenti u kolliżjonijiet li jiġu evitati bi ftit u b’hekk tittejjeb is-sikurezza fin-netwerk ferrovjarju għall-ħaddiema u l-passiġġieri. [Em. 35] |
|
(19k) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-infurzar sħiħ u korrett mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE (7) . [Em. 36] |
|
(19l) |
Fid-dawl tal-iżvilupp taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u l-ftuħ ulterjuri tas-suq tat-trasport ferrovjarju, l-Istati Membri għandhom jużaw il-ftehimiet kollettivi sabiex jevitaw id-dumping soċjali u l-kompetizzjoni inġusta. [Em. 37] |
|
(19m) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal. [Em. 38] |
|
(19n) |
Il-persunal abbord jifformaw grupp personali fi ħdan is-settur ferrovjarju li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza. Tradizzjonalment iwettaq kompiti ta' sikurezza operattiva fi ħdan is-sistema ferrovjarja u għandhom responsabilità għall-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri abbord il-ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-lokomottivi hi utli biex ikun żgurat livell għoli ta' kwalifiki u kompetenzi, biex tkun rikonoxxuta r-rilevanza ta' dak il-grupp professjonistiku għas-sikurezza tas-servizzi ferrovjarji iżda ukoll biex tkun iffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema. [Em. 39] |
|
(19o) |
Il-korp regolatorju nazzjonali għandu japprova jew jitlob tibdil fl-arranġamenti relatati mat-trasferiment tal-persunal. Dan jista’ jinkludi l-applikazzjoni ta’ perjodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha (cooling-off period) għal persunal li għandu jkun trasferit. Il-korp regolatorju, meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, għandu jkollu l-għan li jevita t-trasferiment ta’ informazzjoni sensittiva mill-amministratur tal-infrastruttura għal entità oħra fl-impriża integrata. [Em. 40] |
|
(20) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (8), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar, li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizjoni f'każijiet iġġustifikati. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta' dokumenti bħal dawn bħala waħda ġġustifikata. |
|
(20a) |
L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw f'każijiet li jikkonċernaw inċidenti jew aċċidenti b'impatt fuq it-traffiku transfuntiera, bil-għan li jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti u b'hekk ikunu evitati effetti kollaterali ħżiena; [Em. 41] |
|
(20b) |
Il-korp regolatorju għandu jkollu kompetenza għall-monitoraġġ tax-xogħolijiet tal-manutenzjoni tal-infrastruttura sabiex ikun żgurat li dawn ma jsirux b'tali mod li jwassal għal diskriminazzjoni bejn l-intrapriżi ferrovjarji. [Em. 42] |
|
(20c) |
L-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment għandu jkun kapaċi joffri lill-persunal tiegħu ċerti servizzi soċjali f'binjiet użati minn entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment. [Em. 43] |
|
(20d) |
L-amministratur tal-infrastruttura f’impriża integrata vertikalment għandu jitħalla jikkooopera ma’ entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT, suġġett għall-approvazzjoni tal-korp regolatorju. [Em. 44] |
|
(20e) |
Il-kundizzjonijiet għall offerta tal-biljetti, permezz ta’ biljetti u riservazzjonijiet madwar l-Unjoni kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 T'tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (9) l għandhom jitqiesu bħala sodisfatti ladarba l-informazzjoni tal-ivvjaġġar komuni u l-iskema tal-biljetti tiġi stabbilita sat-12 ta’ Diċembru 2019, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. [Em. 45] |
|
(20f) |
Il-korp regolatorju jista' jipproduċi linji gwida dwar it-titjib tal-indipendenza tal-persunal u tal-ġestjoni tal-amministratur tal-infrastruttura f'impriża integrata vertikalment fir-rigward tal-allokazzjoni tal-mogħdija ferrovjarja u t-tariffi tal-infrastruttura. [Em. 118] |
|
(20 g) |
Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri huma liberi biex fi kwalunkwe ħin jagħżlu bejn tipi ta' strutturi differenti għall-amministraturi tal-infrastruttura li jeżistu fi ħdan żona ferrovjarja unika Ewropea, b'mod partikolari impriżi integrati b'mod separat u vertikalment, anke jekk ikunu introduċew tip ta' struttura differenti. Din id-Direttiva tistipula regoli u prinċipji differenti li jiggvernaw l-organizzazzjoni interna ta' dawk l-istrutturi. [Em. 47] |
|
(20h) |
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kunċetti ta' bord superviżorju, bord amministrattiv, bord ta' ġestjoni jew korpi li jirrappreżentaw l-impriża b'mod legali, għandhom jiġu applikati għall-istrutturi eżistenti tal-kumpaniji fl-Istati Membri, filwaqt li jkun evitat il-ħolqien ta' korpi addizzjonali. [Em. 119] |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2012/34/UE hija emendata kif ġej:
|
-1. |
Fl-Artikolu 1 għandhom jiżdiedu dawn il-paragrafi li ġejjin: “2a. Din id-Direttiva għandha l-għan li tagħmel it-trasport bil-ferrovija mezz ta’ trasport iktar attraenti għall-pubbliku Ewropew. Hi mfassala biex toħloq skemi ta' informazzjoni u ta' ħruġ ta' biljetti integrati li jiffunzjonaw. Skemi ta’ bejgħ ta’ biljetti globali żviluppati mis-settur fl-Istati Membri għandhom ikunu interoperabbli ma’ xulxin sabiex tkun tista’ tinħoloq skema fl-Unjoni kollha li tinkludi l-operaturi kollha tal-passiġġieri ferrovjarji. [Em. 49] 2b. L-għan ta’ din id-Direttiva, li huwa li tiġi kompletata ż-żona ferrovjarja unika Ewropea, ser jiġi segwit fuq il-bażi ta’ djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema ferrovjarji jkunu protetti b’mod xieraq kontra l-effetti mhux mixtieqa tal-ftuħ tas-suq .”[Em. 50] |
|
-1b. |
Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. L-Artikoli 7, 7a, 7b, 7c, 7d u 7e ma għandhomx japplikaw għal netwerks ta' anqas minn 500km meta:
|
|
1. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 ġie revokat; |
|
2a. |
Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej: “Artikolu 6a Sakemm ma jirriżulta ebda kunflitt ta' interess u sakemm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sesittiva mil-lat kummerċjali tiġi garantita, xejn f'din id-Direttiva m'għandu jwaqqaf lill-Istati Membri milli jawtorizzaw lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex jidħol fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni, b’mod trasparenti, mhux esklużiv u nondiskriminatorju, ma applikant wieħed jew iżjed minn wieħed rigward linja speċifika jew parti lokali jew reġjonali tan-netwerk, b’tali mod li jingħataw inċentivi finanzjajri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tiegħu rigward il-parti tan-netwerk ikkonċernata. Dawn l-inċentivi jistgħu jikkonsistu fi tnaqqis jew żidiet tat-tariffi ta’ aċċess għall-binarji li jikkorrispondu għal tfaddil fuq l-ispejjeż jew dħul għall-impriża ferrovjarja jew għall-amministratur tal-infrastruttura bħala riżultat ta’ dik il-kooperazzjoni. Tali kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li toħloq ġestjoni iżjed effiċjenti tat-tfixkil, ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew l-infrastruttura kkonġestjonata, jew ta’ linja jew parti tan-netwerk li jkollhom tendenzi ta' dewmien, jew li ttejjeb is-sigurtà. It-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun limitat għal massimu ta’ ħames snin u għandu jkun renovabbli. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 bil-kooperazzjoni ppjanata. Il-korp regolatorju għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel għall-ftehim ta’ kooperazzjoni, jitlob il-modifika tiegħu jew jirrifjutah jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux sodisfatti. Hu jista’ jirrikjedi li l-ftehim jiġi modifikat fi kwalunkwe stadju tul it-tul ta’ żmien tal-ftehim. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-kumitat ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-kooperazzjoni permessa skont l-Artikoli 7a u 7b bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji li jagħmlu parti mill-istess impriża integrata vertikalment.” [Em. 120] |
|
3. |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Separazzjoni istituzzjonali tal-amministratur tal-infrastruttura 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li huwa jkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. Meta, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, xi elementi tal-infrastruttura ferrovjarja kif definiti fl-Anness I jkunu fil-pussess ta' impriżi barra l-amministratur tal-infrastruttura jew ġestiti minnhom, l-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li tali arranġamenti għandhom ikomplu, sakemm dawk l-impriżi jkunu legalment differenti u indipendenti minn kwalunkwe impriżi ferrovjarja. [Em. 121] Biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura huma organizzati f'entità li hija legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istess persuna ġuridika jew fiżika jew l-istess persuni ġuridiċi jew fiżiċi ma jitħallewx:
3. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 tkun Stat Membru, jew korp pubbliku ieħor, żewġ awtoritajiet pubbliċi li huma separati u legalment differenti minn xulxin u li jkunu qegħdin jeżerċitaw kontroll jew drittijiet oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 fuq l-amministratur tal-infrastruttura, minn naħa, u l-impriża ferrovjarja min-naħa l-oħra, għandhom jitqiesu li mhumiex l-istess persuna jew persuni. 4. Diment li ma jfeġġ l-ebda kunflitt ta' interess u li tkun iggarantita l-kunfidenzjalità ta' tagħrif kummerċjalment sensittiv, l-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti xogħlijiet speċifiċi ta' żvilupp, tiġdid u manutenzjoni bħala sottokuntratt, li fuqu għandu jżomm is-setgħa ta' teħid tad-deċiżjonijiet, lil impriżi ferrovjarji jew lil kwalunkwe korp ieħor li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura. 4a. Sakemm jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-separazzjoni istituzzjonali tal-amministratur tal-infrastruttura, kif stabbilit fil-paragrafi 1 sa 3, li ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interessi u li tiġi garantita l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex jinvolvi ruħu fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni, b’mod trasparenti u nondiskriminatorju, ma applikant wieħed jew iżjed minn wieħed rigward linja speċifika jew parti lokali jew reġjonali tan-netwerk, b’tali mod li l-applikant jingħata inċentiv sabiex iżid l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tiegħu rigward il-parti tan-netwerk ikkonċernata. Dawn l-inċentivi għandhom jikkonsistu fi tnaqqis tat-tariffi ta’ aċċess għall-binarji li jikkorrispondu għal tfaddil possibbli fuq l-ispejjeż għall-amministratur tal-infrastruttura bħala riżultat ta’ dik il-kooperazzjoni. Din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li twassal ġestjoni iżjed effiċjenti tat-tfixkil, ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jew l-infrstruttura kkonġestjonata, jew ta’ linja jew parti tan-netwerk li jkollhom tendenza għad-dewmien, jew li ttejjeb is-sigurtà. It-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun limitat għal massimu ta’ ħames snin. L-aministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 bil-kooperazzjoni ppjanata. Il-korp regolatorju għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel għall-ftehim ta’ kooperazzjoni, jitlob il-modifika tiegħu jew jirrifjutah jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jintlaħqux. Jista’ jirrikjedi li l-ftehim jiġi modifikat fi kwalunkwe stadju tul it-tul ta’ żmien tal-ftehim. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jgħarraf lill-kumitat ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni. [Em. 56] 5. Fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, Jekk l-amministratur tal-infrastruttura tappartieni jkun jappartjeni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, F'tali każ , l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet effettiva minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c. u 7b .” (*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.) [Em. 122]" |
|
4. |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 7a Indipendenza effettiva tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jkun organizzat f'korp li huwa legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja jew kumpanija azzjonarja li jikkontrollaw it-tali impriżi, u minn kwalunkwe entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment. 2. Entitajiet L-entitajiet legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment li huma jkunu attivi fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju ma għandux ikollhom xi interessi diretti jew indiretti għandu jkollhom ebda detenzjoni ta' ishma fl-amministratur tal-infrastruttura. Lanqas l-amministratur tal-infrastruttura m'għandu wkoll la għandu jkollu ebda detenzjoni ta' ishma fi kwanlunkwe interessi b'mod dirett u lanqas b’mod indirett f'xi sew direttament, indirettament jew permezz ta' sussidjarji . l-entità legali fi ħdan l-impriża integrata vertikalment attiva fis-swieq tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju , sew direttament, indirettament jew permezz ta' sussidjarji . Din id-dispożizzjoni m'għandhiex, madankollu, tipprekludi l-eżistenza ta' impriża integrata vertikalment meta impriża waħda jew iktar minn waħda jkunu fil-pussess totali jew parzjali tal-istess impriża bħala amministratur tal-infrastruttura (kumpanija azzjonarja). 3. Id-dħul L-introjti tal-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jintuża jistgħux jintużaw biex jiffinanzja jiffinanzjaw entitajiet legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, iżda biex jiffinanzja n-negozju jiffinanzjaw biss in-negozju tal-amministratur tal-infrastruttura., u biex iħallsu Il-ħlasijiet ta' dividendi lis-sid ulterjuri finali tal-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli . Dawk il-ħlasijiet ta' dividenti mill-amministratur tal-infrastruttura għandhom jinżammu biex jintużaw għall-investiment fit-tiġdid tal-infrastruttura li qed topera u m'għandhomx ma jħallux li l-amministratur tal-infrastruttura jikkostitwixxi riżervi sabiex jiġġestixxi l-profitti u t-telf tagħha matul iċ-ċiklu tan-negozju . L-amministratur tal-infrastruttura ma jistax jagħti self lil xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tista' tagħti self lill-amministratur tal-infrastruttura. Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-pagamenti lil investituri privati fil-każ ta' sħubijiet pubbliċi privati. L-amministratur tal-infrastruttura jista' jagħti self lis-sussidjarji tiegħu biss. Fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, is-self lill-amministratur tal-infrastruttura jista' jingħata biss mill-kumpanija azzjonarja u għandu jkun suġġett għall-monitoraġġ mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Il-kumpanija azzjonarja għandha turi għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li s-self jingħata b'termini kummerċjali u li jikkonforma mal-Artikolu 6. Kwalunkwe servizz offrut minn entitajiet legali oħrajn lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun ibbażat fuq kuntratti u għandu jitħallas bi prezzijiet tas-suq. Id-dejn attribwit lill-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun separat b’mod ċar mid-dejn attribwit lill-entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment., u dawn id-djun għandhom jitħallsu separatament. Il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura u tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom jinżammu b'tali mod li jkun żgurat li jiġu ssodisfati dawn id-dispożizzjonijiet u li jippermetti li jkun hemm ċirkwiti finanzjarji separati għall-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. 4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(4), l-amministratur tal-infrastruttura għandu jiġbor fondi fuq is-swieq kapitali b’mod indipendenti u mhux permezz ta' entitajiet legali oħrajn fi ħdan impriża integrata vertikalment. Entitajiet oħrajn tal-impriża integrata vertikalment ma għandhomx jiġbru fondi permezz tal-amministratur tal-infrastruttura. [Em. 123] 5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jżomm rekords dettaljati ta' kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja mal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, u jqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-korp regolatorju fuq talba, b'konformità mal-Artikolu 56(12). Artikolu 7b Indipendenza effettiva tal-persunal u tal-maniġment tal-amministratur tal-infrastruttura fi ħdan impriża integrata vertikalment 1. Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, l-amministratur tal-infrastruttura jrid ikollu setgħat effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, indipendenti mill-entitajiet legali l-oħra fi ħdan l-impriżi integrata vertikalment, fir-rigward tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). tal-allokazzjoni tal-mogħdija ferrovjarja u t-tariffi tal-infrastruttura . L-istruttura globali tal-amministrazzjoni u l-istatuti korporattivi tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma tiddetermina, b'mod dirett jew indirett, l-imġiba tal-amministratur tal-infrastruttura b'rabta ma' dawn il-funzjonijiet mal-allokazzjoni tal-mogħdija ferrovjarja u t-tariffi tal-infrastruttura . Il-membri tal-bord superviżorju u tal-bord tat-tmexxija u tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-ġestjonarji li jirrapportaw lilhom b'mod dirett għandhom jaġixxu skont dawn il-prinċipji. 2. Il-membri tal-bord superviżorju jew tat-tmexxija u l-membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandhomx ikunu fil-bords superviżorji jew tat-tmexxija, jew ikunu membri tal-persunal superjuri ta' xi entità legali oħra fi ħdan impriża integrata vertikalment. Il-membri tal-bord superviżorju jew dak tat-tmexxija u l-membri tal-persunal superjuri tal-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment ma għandhomx ikunu fil-bord superviżorju jew tat-tmexxija jew ikunu membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura. 3. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment. Il-Bord Superviżorju jista' jikkonsulta mal-Kumitat tal-Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 7d dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tiegħu. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tiġdid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluża r-remunerazzjoni, u t-terminazzjoni tal-mandat tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura għandhom jittieħdu mill-Bord Superviżorju. L-identità u l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tul ta’ żmien u t-terminazzjoni tal-mandat tal-persuni nnominati mill-Korp Superviżorju għall-ħatra jew it-tiġdid bħala membri tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura, u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni proposta li ttemm il-mandat, għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawk il-kundizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom isiru vinkolanti biss jekk il-korp regolatorju jkun approvahom b'mod espliċitu. Il-korp regolatorju jista' joġġezzjona għal deċiżjonijiet bħal dawn meta jfeġġu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata għall-bord tat-tmexxija jew fil-każ ta' terminazzjoni bikrija tal-mandat ta' membru tal-bord tat-tmexxija tal-amministratur tal-infrastruttura. Id-drittijiet effettivi ta' appell quddiem il-korp regolatorju għandhom jingħataw lill-membri tal-bord tat-tmexxija li jixtiequ jressqu lmenti kontra t-terminazzjoni bikrija tal-mandat tagħhom. 4. Għal perjodu ta’ tliet snin wara li jitilqu, l-amministratur tal-infrastruttura, il-membri tal-Bord Superviżorju jew tal-bord tat-tmexxija, u l-membri tal-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura, ma għandhom ikunu intitolati li jkollhom l-ebda pożizzjoni superjuri mal-ebda entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Għal perjodu ta' tliet snin wara li jitilqu dawk l-entitajiet legali oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment, il-membri tal-bordijiet superviżorji jew amministrattivi tagħhom u l-membri tal-persunal superjuri tagħhom ma għandhomx ikunu intitolati li jkollhom kwalunkwe pożizzjoni superjuri mal-amministratur tal-infrastruttura. 5. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-persunal ta' ġestjoni tiegħu stess u għandu jkun ibbażat f'bini separat mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun protett biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Regoli interni jew kuntratti tal-persunal għandhom jillimitaw b'mod ċar il-kuntratti mal-entitajiet. L-informazzjoni sensittiva miżmuma mill-amministraturi tal-infrastruttura għandha tiġi protetta kif xieraq u m'għandhiex tiġi mgħoddija lil entitajiet oħra. L-amministratur tal-infrastruttura jista’ joffri lill-persunal tiegħu servizzi soċjali, bħal dawk ipprovduti fl-iskejjel, il-kindergartens, iċ-ċentri tal-isport u r-ristoranti, f’postijiet użati mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. L-amministratur tal-infrastruttura jista’ jikkoopera ma’ entitajiet oħra tal-impriża integrata vertikalment rigward l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom . għall-komunikazzjonijiet uffiċjali marbutin mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura li huma eżerċitati wkoll b'rabta ma' impriżi ferrovjarji oħrajn barra l-impriża integrata vertikalment. It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra. Il-korp regolatorju għandu japprova jew jitlob tibdiliet fl-arranġamenti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, bil-għan li jiżgura l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura. Il-korp regolatorju jista’ jitlob li l-impriża integrata tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa . 6. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu. b'mod indipendenti mill-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment u ma għandux jitħalla jiddelega lil dawn l-entitajiet legali, l-operazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet jew ta’ kwalunkwe attività relatata magħhom. Sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi, tgħawwiġ tas-suq jew diskriminazzjoni u jekk tkun żgurata l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva, l-amministratur tal-infrastruttura jista' joħroġ sub-appalt għal żvilupp speċifiku, tiġdid jew xogħol ta' manutenzjoni, li dwaru għandu jżomm is-setgħa ta' teħid ta' deċiżjoni, lil impriża ferrovjarja jew lil kwalunkwe korp li jaġixxi taħt is-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura. 7. Il-membri tal-bordijiet superviżorji jew tat-tmexxija u l-persunal superjuri tal-amministratur tal-infrastruttura ma għandu jkollhom l-ebda interess f'benefiċċju finanzjarju jew jirċievu xi wieħed, b'mod dirett jew indirett, minn xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment. Elementi tar-remunerazzjoni tagħhom bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tan-negozju ta' xi entità legali oħra fi ħdan l-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe entità legali taħt il-kontroll tagħha, iżda b'mod esklussiv fuq dawk tal-amministratur tal-infrastruttura. [Em. 124/rev] Artikolu 7c Proċedura ta’ verifika tal-konformità 1. Fuq talba mingħand Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b, u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti humiex xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha, kif ukoll in-nuqqas ta’ tagħwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq rilevanti. 2. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57. 3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji li huma parti mill-impriża integrata vertikalment li għaliha tappartieni l-amministratur tal-infrastruttura, jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-ebda talba ma tkun saret skont il-paragrafu 1, jew skont l-eżami tat-talba mill-Kummissjoni, jew jekk tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li:
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli. 4. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), meta dak l-Istat Membru juri, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, li r-raġunijiet għal dik id-Deċiżjoni ma għadhomx jeżistu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli. 5. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 4, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b għandha tiġi mmonitorjata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Kwalunkwe applikant għandu jkollu d-dritt li jappella mal-korp regolatorju jekk jemmen li m'hemmx konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Bi tweġiba għal tali appell, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi, bl-iskadenza indikati fl-Artikolu 56(9), dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni. [Em. 101 u 125/rev] Artikolu 7c Kumitat ta' koordinazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali inkluż l-awtoritajiet kompetenti . Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi. [Em. 59] 2. Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jagħmel proposti u jagħti pariri lill-amministratur tal-infrastruttura u, fejn xieraq, lill-Istat Membru dwar:
Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni relevanti mill-amministratur tal-infrastruttura fuq il-punti (a) sa (g) (ga) biex ikun jista' jwettaq dawn il-kompiti mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità kummerċjali . [Em. 62] 3. Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura li jinkludu, b’mod partikolari, regoli dwar il-parteċipazzjoni fil-laqgħat u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun tal-inqas trimestrali. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jipprovdu inter alia għal konsultazzjoni regolari, minn tal-inqas darba fis-sena, tal-utenti tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju. Ta’ kull sena, għandu jiġi ppreżentat rapport tad-diskussjonijiet tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni lill-amministratur tal-infrastruttura, l-Istat Membru, il-korp regolatorju kkonċernat , l-utenti tas-servizzi ferrovjarju tal-merkanzija u tat-trasport tal-passiġġieri u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tas-settur ferrovjarju kkonċernati u l-Kummissjoni b'indikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi meħudin mill-membri tal-Kumitat. [Em. 63] Artikolu 7d In-Netwerk Ewropew ta' Amministraturi tal-Infrastruttura 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jiżguraw
1a. In-netwerk għandu ukoll jiżviluppa prinċipji ta' qafas komuni fir-rigward ta' tariffi għal servizzi transfruntiera tal-passiġġieri li joperaw fuq aktar min-netwerk wieħed kif definit fl-Artikolu 37 u l-allokazzjoni ta' kapaċità kif stipulat fl-Artikolu 40. Dawn il-prinċipji komuni għandhom ikunu soġġetti għall-opinjoni ta' netwerk ta' korpi regolatorji kif imsemmi fl-Artikolu 57. [Em. 64] Il-Kummissjoni għandha tkun membru, tikkoordina u tappoġġja l-ħidma tan-Netwerk u tagħmel rakkomandazzjonijiet lin-Netwerk, kif ikun xieraq. Għandha tiżgura kooperazzjoni attiva tal-amministraturi tal-infrastruttura xierqa. 2. In-Netwerk għandu jieħu sehem fl-attivitajiet ta' monitoraġġ tas-suq imsemmija fl-Artikolu 15 u għandu jivvaluta b'mod komparattiv l-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministraturi tal-infrastruttura abbażi ta' kriterji ta' indikaturi u l-kwalità komuni, bħall-affidabbiltà, il-kapaċità, id-disponibbiltà, il-puntwalità u s-sikurezza tan-netwerks tagħhom, il-kwalità u l-użu tal-assi, il-manutenzjoni, it-tiġdid, it-titjib, l-investimenti, u l-effiċjenza finanzjarja u t-trasparenza tat-tqegħid tal-imposti u r-regoli tat-tqegħid tal-imposti . [Em. 65] 3. Il-Kummissjoni tista' b ' kunsiderazzjoni tal-fehmiet espressi min-Netwerk, għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji u l-prattiki komuni tan-Netwerk, b'mod partikulari biex tiżgura konsistenza fil-valutazzjoni komparattiva, u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-kooperazzjoni fin-Netwerk. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ att implimentattiv iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3). fl-Artikolu 60.” ” (*2) Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.)" (*3) 2012/88/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal- ‘kontroll-kmand u sinjalazzjoni’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2012) 172) (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 51.)" [Em. 66]" |
|
5. |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
6. |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
7. |
Jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej: “Artikolu 13a Skemi ta’ informazzjoni komuni u skemi integrati ta' bejgħ ta' biljetti [Em. 71] 1. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 (10) u għad-Direttiva 2010/40/UE (11) , Kull data dwar l-iskedi tal-ħin għandha titqies bħala data pubblika u għandha tkun disponibbli kif xieraq. Minkejja r-Regolament (KE) Nru. 1371/2007 u d-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-parteċipanti interessati ferrovjarji bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u lill-bejjigħa tal-biljetti sabiex sat-12 ta' Diċembru 2019, jużaw sistema ta' ħruġ ta' biljetti u ta' informazzjoni interoperabbli li twettaq l-objettivi li tippermetti lill-passiġġieri jaċċedu d-data kollha meħtieġa biex jippjanaw il-vjaġġ u biex jirreservaw u jixtru l-biljetti fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi biex jikkooperaw fit-tfassil sat-12 ta' Diċembru 2019, skema komuni ta' informazzjoni fuq l-ivvjaġġar u skema ta' ħruġ ta' biljetti għall-provvista ta' biljetti, u riservazzjonjiet għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri ferrovjarju kollu skont servizz ta' kuntratt pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru. 1370/2007 jew għandhom jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti biex jfasslu skema bħal din. Skema bħal din ma għandhiex toħloq tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji. Għandha tkun ġestita minn entità legali pubblika jew privata jew minn assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għat-trasport tal-passiġġieri. Impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi pubbliċi kummerċjali għat-trasport tal-passiġġieri għandu jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-iskema bil-għan li jipprovdu informazzjoni dwar u bejgħ ta' biljetti għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija bħala żieda mas-servizzi tagħhom. Kwalunkwe sistema għandha titfassal b'tali mod li tkun interoperabbli bi qbil mad-Direttiva 2008/57/KE u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bażiċi fuq l-applikazzjonijiet telematiċi. Għandha tapplika dawn ir-rekwiżiti tekniċi sabiex tiżgura b'mod partikolari, konsistenza fil-ħlasijiet, u kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali, il-protezzjoni tad-data personali u l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni. Kwalunkwe sistema jew applikazzjoni li toffri servizzi addizzjonali lill-passiġġieri għandha tkun interoperabbli ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bażiċi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi jkun miftuħ u non-diskriminatorju. Kwalunkwe ftehim kummerċjali bejn il-parteċipanti għandu jikkonforma mar-regoli tal-kompetizzjoni. L-ispejjeż ta' sistema bħal din għandhom jinqasmu bejn il-parteċipanti, b'tali mod li jirrifletti l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li kwalunkwe sistema għall-ħruġ tal-biljetti ma toħloqx tgħawwiġ tas-suq jew tiddiskrima bejn impriżi ferrovjarji. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri u l-fornituri tat-trasport tal-passiġġieri b’mezzi oħra ta’ trasport sabiex jieħdu sehem fi skema interoperabbli komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti relevanti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji u fornituri oħra ta’ trasport tal-passiġġieri u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri. [Em. 72] 2. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi għall-passiġġieri sabiex jimplimentaw jistabbilixxu, u jikkoordinaw , inkluż fir-rigward tar-rottot ewlenin fi ħdan l-Unjoni, pjani ta' kontinġenza nazzjonali sabiex jipprovdu assistenza lill-passiġġieri, skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 b'kunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE (*5), fil-każ ta' interruzzjoni kbira fis-servizzi servizzi kaġun ta' diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem ." Kull impriża ferrorvjarja li topera servizzi tal-passiġġieri u kull amministratur tal-istazzjon għandu jdaħħal fis-seħħ il-pjan ta' kontinġenza tiegħu skont il-pjani ta' kontinġenza nazzjonali. ” (10) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14." (11) ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1." (*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi ta' trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1). [Em. 73]" |
|
7a. |
Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
8. |
Fl-Artikolu 38, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Meta applikant ikun beħsiebu jitlob kapaċità tal-infrastruttura biex jopera servizz għall-passiġġieri, għandu jgħarraf lill-amministraturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati, mhux inqas minn 18-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-iskeda ta' żmien operattiva li magħha tkun marbuta t-talba għall-kapaċità. Sabiex il-korpi regolatorji kkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw l-impatt ekonomiku potenzjali fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għall-passiġġieri fuq dik ir-rotta ddefinita f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti interessata oħra bi dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 u kwalunkwe impriża ferrovjarja li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dak is-servizz għall-passiġġieri tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien żejjed u mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara.” |
|
8a. |
Fl-Artikolu 42 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej: “1a. Bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti, il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 ta' din id-Direttiva għandu jagħti approvazzjoni minn qabel għal dan il-ftehim qafas u għandu jimmonitorja l-ftehim qafas fis-seħħ fuq inizjattiva proprja. Applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li jkun ġie trattat b'mod inġust, jew jekk b'xi mod jkun effetwat ħażin mill-ftehim qafas. F'każ ta' appell kontra l-ftehim qafas il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ma tenħtieġ l-ebda modifika lill-ftehim qafas jew inkella jirrikjedi l-modifika ta' dak il-ftehim qafas bi qbil mad-direzzjonijiet speċifikati mill-korp regolatorju, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintlaqa' l-appell mill-korp regolatorju. L-amministratur tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju hekk kif ikun possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara li tintlaqa' n-notifika tad-deċiżjoni mill-korp regolatorju. Filwaqt illi jwettaq il-funzjonijiet deskritti f’dan il-paragrafu, il-korp regolatorju għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju.” [Em. 75] |
|
8b. |
Fl-Artikolu 46, il-paragrafu 4 jinbidel b’li ġej: “4. Il-prinċipji li jirregolaw il-proċess tal-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Dawn għandhom, b’mod partikolari, jirriflettu d-diffikultà li jiġu rranġati mogħdijiet internazzjonali tal-ferroviji u l-effett li jista’ jkollha l-modifika fuq maniġers oħrajn tal-infrastruttura. F'każ ta' talbiet konfliġġenti għat-tħaddim ta' servizz ferrovjarju fl-istess settur tas-suq, l-amministratur tal-infrastruttura, fl-allokazzjoni tal-kapaċità għandu jikkunsidra biex l-infrastruttura inkwistjoni u mhux il-volum globali tal-kapaċità mitluba mill-applikanti li jkunu qegħdin jikkommpetu bejniethom.”; [Em. 76] |
|
8c. |
Fl-Artikolu 54, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej: “1. Fil-każ ta' disturb għall-movimenti tal-ferroviji kkawżat minn ħsarat tekniċi jew minn inċidenti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ireġġa' lura s-sitwazzjoni għan-normal. Għal dak l-iskop, għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza li jelenka l-korpi varji li għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ inċidenti serji jew ta’ disturbi serji għall-movimenti tal-ferroviji. F'każ ta' disturb li jkollu impatt potenzjali fuq it-traffiku transfruntiera, l-amministratur tal-infrastruttura għandu jaqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-amministraturi tal-infrastruttura l-oħra li jista' jkollhom in-netwerk u t-traffiku tagħhom affettwat minn dak id-disturb. L-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex ireġġgħu lura t-traffiku transkonfinali għan-normal.” [Em. 77] |
|
8d. |
Fl-Artikolu 55 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej: “3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi regolatorji jkollhom ir-riżorsi organizzattivi u operattivi adegwati msemmija fl-Artikolu 56 tad-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, jadottaw pjan ta' azzjoni bil-għan li jipprovduhom b'dawn ir-riżorsi.”; [Em. 78] |
|
8e. |
L-Artikolu 56 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 56 Funzjonijiet tal-korp regolatorju 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46(6), applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lill-korp regolatorju jekk jemmen li ma ġiex ittrattat b'mod ekwu, saret diskriminazzjoni kontrih jew ikun affetwat ħażin bi kwalunkwe mod ieħor, u b’mod partikolari kontra deċiżjonijiet adottati mill-maniġer tal-infrastruttura jew fejn hu xieraq, mill-impriża ferrovjarja jew mill-operatur ta’ faċilita tas-servizz dwar:
2. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji u għandu, b'mod partikolari, jikkontrolla l-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess u bil-ħsieb li jevita d-diskriminazzjoni kontra l-applikanti. Għandu, b’mod partikolari, jiċċekkja jekk id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk fihiex klawżoli diskriminatorji, jew jekk toħloqx għall-amministratur tal-infrastruttura, setgħat diskrezzjonali li jistgħu jintużaw biex issir diskriminazzjoni kontra l-applikanti. 3. Il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal- awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (*6) , u l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu evitati effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ta’ kull awtorità fi ħdan il-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kull rakkomandazzjoni bħal din qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħħa. 4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korp regolatorju jingħata l-kompitu li jadotta opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-verżjonijiet proviżorji tal-pjan kummerċjali msemmi fl-Artikolu 8(3), il-ftehim kuntrattwali u l-pjan għat-titjib tal-kapaċità biex jiġi indikat b'mod partikolari jekk dawn l-istrumenti humiex konsistenti mas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji. 5. Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’dawk li huma riżorsi umani u materjali, li għandha tkun proporzjonata skont l-importanza tas-settur ferrovjarju fl-Istat Membru. 6. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li t-tariffi stabbiliti mill-amministratur tal-infrastruttura jikkonformaw mat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV u mhumiex diskriminatorji. Il-korp regolatorju għandu jiżgura li l-imposti ta' aċċess stipulati mill-amministratur tal-infrastruttura, l-operaturi tal-faċilitajiet tas-servizzi jew mill-impriżi ferrovjarji – inkluż għall-aċċess ta' binarji u l-aċċess għal stazzjonijiet, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħra inkluż faċilitajiet għall-wiri ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar – ma jkunux diskriminatorji. Dan huma bidliet ippjanati tal-ammont jew l-istruttura tat-tariffi msemmija f'dan il-paragrafu li għandhom jiġu nnotifikati lill-korp regolatorju sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħhom. Sa xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, il-korp regolatorju jista' jinsisti fuq tnaqqis jew fuq żieda tal-bidliet proposti, fuq il-postpoinment tagħhom jew fuq it-tħassir tagħhom. In-negozjati bejn l-applikanti u l-amministratur tal-infrastruttura dwar il-livell tal-imposti tal-infrastruttura għandhom jiġu permessi biss jekk dawn isiru taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Il-korp regolatorju għandu jintervjeni jekk in-negozjati x’aktarx jiksru r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. 7. Il-korp regolatorju għandu, regolarment, u, fi kwalunkwe każ, mhux inqas minn kull sentejn, jikkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, biex iqisu l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju. 8. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-korp regolatorju jaqbel fuq estenzjoni tal-limitu ta’ żmien li ma għandiex taqbeż xahrejn addizzjonali u jawtorizza tali awtorizzazzjoni. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza talbiet bħal dawn bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq. 9. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra kull ilment u, kif jixraq, għandu jitlob tagħrif relevanti u jagħti bidu għal konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha, fi żmien xahar minn meta jkun irċieva l-ilment. Huwa għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-partijiet relevanti bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju, il-korp regolatorju għandu, fejn xieraq, jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw il-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra l-applikanti, id-distorsjonijiet tas-suq u kwalunkwe żvilupp ieħor mhux mixtieq f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (ga) tal-paragrafu 1. Deċiżjoni tal-korp regolatorju għandha tkun torbot lill-partijiet kollha koperti minn dik id-deċiżjoni, u ma għandhiex tkun suġġetta għall-kontroll ta’ istanza amminstrattiva oħra. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza d-deċiżjonijiet tiegħu bil-pieni xierqa, inkluż permezz tal-multi. Fil-każ ta' ilmentkontra rifjut li tingħata l-kapaċità tal-infrastruttura, jew kontra t-termini ta' offerta għall-kapaċità, il-korp regolatorju għandu jew jikkonferma li ebda emenda tad-deċiżjoni tal-maniġer tal-infrastruttura ma hi meħtieġa, jew jesiġi li dik id-deċiżjoni tkun emendata skont l-istruzzjonijiet tiegħu. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-korp regolatorju sa mill-anqas xahar wara li tintlaqa' n-notifika ta' dik id-deċiżjoni. 10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jkunu suġġetti għal analiżi ġudizzjarja. L-appell jista’ jkollu effett ta’ sospensjoni fuq id-deċiżjoni tal-korp regolatorju biss meta d-dħul fis-seħħ immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għal min ikun qed jappella. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħti lilha mil-liġi kostituzzjonali applikabbli. 11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korp regolatorju jiġu ppubblikati. 12. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jwettaq verifiki jew li jibda verifiki esterni mal-maniġers tal-infrastruttura, operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u, fejn rilevanti, mal-impriżi ferrovjarji, biex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tal-kontijiet stipulati fl-Artikolu 6. F'dan ir-rigward, il-korp regolatorju għandu jkun intitolat jitlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti. B'mod partikolari l-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura, lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz u l-impriżi kollha jew entitajiet oħra li jwettqu jew jintegraw tipi differenti ta' trasport ferrovjarju jew immaniġġar ta' infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 13 biex jagħtu informazzjoni ta' verifika sħiħa jew parti minnha kif elenkat fl-Anness VIII b'livell suffiċjenti ta' dettall kif meqjus meħtieġ u proporzjonat. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet rigward għajnuna mill-Istat, il-korp regolatorju jista’ wkoll joħroġ konklużjonijiet minn dawn il-kontijiet dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat li għandu jirrapporta lil dawk l-awtoritajiet. 13. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 rigward ċerti emendi għall-Anness VIII. B'hekk l-Anness VIII jista' jiġi emendat biex jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-prattika ta' kontabbiltà u kontroll u/jew biex jiġi supplementat b'elementi addizzjonali meħtieġa biex tiġi verifikata s-separazzjoni tal-kontijiet. [Em. 79] (*6) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.)”. [Em. 79]" |
|
8f. |
Fl-Artikolu 57 għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej: “9a. Meta applikant iqis li d-deċiżjoni ta' amministratur tal-infrastruttura qed tostakola l-iżvilupp ta' servizz internazzjonali, jista' jirreferi l-kwistjoni lin-netwerk ta' korpi regolatorji għal opinjoni. L-entità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tkun informata dwar din ir-referenza fl-istess ħin. In-netwerk, għandu, fejn xieraq, ifittex li jikseb spjegazzjonijiet mill-amministratur tal-infrastruttura u fi kwalunkwe każ mill-entità regolatorja nazzjonali kkonċernata. In-netwerk għandu jadotta u jippubblika l-opinjoni tiegħu u jikkomunika din l-opinjoni lill-entità regolatorja nazzjonali. In-netwerk ta' korpi regolatorji għandhu jippreżenta rapport ta' attività annwali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi entità regolatorja Ewropew u għand tagħtiha personalità legali flimkien ma' funzjoni superviżorja u ta' arbitraġġ li tagħtiha s-setgħa li titratta kwistjonijiet transfruntiera u tisma' appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-entità regolatorji nazzjonali. Din l-entità l-ġdida għandha tieħu post n-Netwerk Ewropew ta' Korpi regolatorji.”; [Em. 80] |
|
9. |
Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej: “1. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-settur ferrovjarju, u għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-opinjonijiet espressi mill-Korp regulatorju Ewropew dwar jekk għadx hemm prattiki diskriminatorji jew tipi ta' tagħwiġ tal-kompetizzjoni u l-opinjonijiet espressi mill-imsieħba soċjali fil-kumitat rilevanti ta' djalogu soċjali tal-Unjoni. [Em. 81] Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta il-Korp Regolatorju Ewropew għandu jivvaluta jekk jippersistu jippersistux prattiki diskriminatorju jew tipi oħta oħra ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni u għandu jippubblika rakkomandazzjonijiet għal aktar miżuri politiċi .fir-rigward tal-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda msejsa fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet . [Em. 82] Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva tivvaluta l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol għall-persunal abbord il-ferroviji u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dan il-persunal.”; [Em. 83] |
Article 1a
Ir-Regolament (KE) 1371/2007 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 9, 10, 11, 12, 19, 20(1) u 26 għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri madwar l-Unjoni.” [Em. 84]
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn … (*7), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tkun disponibbli f'forma kkonsolidata, flimkien mad-Direttiva 2012/34/UE kif emendata minnha, fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħha. [Em. 85]
2. Il-punti 5 sa 8 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2018 [bil-lest għall-iskeda operattiva li għandha tibda fl-14 ta’ Diċembru 2019].
Sad-data tal-applikazzjoni tal-punt 5 u mingħajr preġudizzju għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, l-Istati Membri ma għandhomx jiġu mitluba li jagħtu d-dritt tal-aċċess lill-impriżi ferrovjarji u lis-sussidjarji kkontrollati direttament jew indirettament minnhom, li għandhom liċenzha fi Stat Membri fejn mhumiex mogħtija drittijiet ta' aċċess ta' natura simili. [Em. 86]
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164).
(5) Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44).
(6) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(7) Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 195, 27.7.2005, p. 15).
(8) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta ' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(*7) 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/420 |
P7_TA(2014)0148
Servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri (COM(2013)0028 – C7-0024/2013 – 2013/0028(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/53)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0028), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0024/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0034/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
P7_TC1-COD(2013)0028
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ma laħħqux żammewx il-pass mal-evoluzzjoni tal-bżonnijiet ta' modi oħra tat-trasport f'termini ta’ disponibbiltà , prezzijiet u kwalità. Filwaqt li dan jiġi kkunsidrat, għandhom jinstiltu l-lezzjonilijiet kollha rilevanti mill-approċċ adottat mill-Unjoni tul l-aħħar tliet riformi dwar il-ferroviji. [Em. 1] |
|
(1a) |
It-trasport bil-ferrovija għandu rwol ewlieni soċjalment u ambjentalment, u f'termini ta' ppjanar tal-mobilità, u jista' jżid b'mod sinifikanti is-sehem ġenerali tiegħu mit-trasport Ewropew tal-passiġġieri. F'dan ir-rigward, l-investiment fir-riċerka kif ukoll fl-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji jista' jagħti kontribut sifikanti lil tkabbir ġdid, u b'hekk jagħti spinta lill-impjiegi direttament fis-settur ferrovjarju u indirettament billi tiżdied il-mobilità tal-impjegati ta' setturi oħra. It-trasport ferrovjarju għandu l-potenzjal li jiżviluppa f'fergħa moderna importanti tal-industrija tal-Unjoni, sakemm l-Istati Membri jaqblu dwar kooperazzjoni akbar. [Em. 2] |
|
(2) |
Is-suq tal-Unjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri ilu miftuħ għall-kompetizzjoni mill-2010. Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri fetħu għall-kompetizzjoni s-servizzi domestiċi tal-passiġġieri tagħhom, jew billi introduċew drittijiet ta' aċċess miftuħ, jew permezz ta' sejħiet għall-offerti ta' kuntratti ta’ servizzi pubbliku, jew it-tnejn f'daqqa. |
|
(3) |
Fil-White Paper tagħha dwar il-politika tat-trasport tat-28 ta’ Marzu 2011 (4), il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tlesti s-suq intern tal-ferrovija, billi tippermetti lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni jipprovdu kull tip ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju mingħajr xkiel tekniku u amministrattiv żejjed. Sabiex dan l-objettiv jinkiseb aħjar, ir-riforma attwali għandha tiġi maħsuba fid-dawl tal-mudelli tal-ferrovija li taw prova ta' effettività fl-Unjoni. [Em. 5] |
|
(3a) |
Il-kwalità tas-servizzi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandha titjieb u l-effiċjenza tagħhom tiżdied, filwaqt li jinżammu s-servizzi eżistenti tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri li jiffunzjonaw b'mod effiċjenti. [Em. 6] |
|
(3b) |
It-tlestija tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni għandha titqies essenzjali sabiex il-ferrovija ssir alternattiva kredibbli għal modi oħra tat-trasport, f'termini ta' prezzijiet u kwalità. [Em. 7] |
|
(3c) |
Huwa essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti li jkollhom rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri. Tali awtoritajiet għandhom responsabilità għall-ippjanar ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri, inkluż għall-identifikazzjoni tar-rotot li għandhom jintgħażlu għal aċċess miftuħ jew li għandhom jingħataw taħt kuntratti tas-servizz pubbliku u għad-determinazzjoni tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratti. Barra minn hekk, għandhom jiġġustifikaw il-fatt li l-miri ta' vijabilità, effiċjenza u kwalità jistgħu biss jinkisbu bl-użu tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratti li jkunu għażlu, u għandhom jippubblikaw din il-ġustifikazzjoni. [Em. 8] |
|
(4) |
Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu biex jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri tagħhom, iridu jiżguraw li l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-firxa ġeografika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, ikunu xierqa, meħtieġa, u proporzjonati għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. Din il-politika għandha tiġi spjegata fil-pjanijiet sostenibbli ta’ trasport pubbliku, filwaqt li jitħalla lok għal soluzzjonijiet tat-trasport imsejsa fuq is-suq. Il-proċess ta’ definizzjoni tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jkun trasparenti għall-partijiet interessati rilevanti, inklużi parteċipanti li potenzjalment jidħlu fis-suq. [Em. 9] |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku sostenibbli , l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku b'mod kosteffettiv, li jqis kemm bi kwalità għolja kif ukoll b'mod effettiv fil-konfront tal-ispejjeż, filwaqt li jitqies il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku. Dan jinkludi li jiġi evitat kemm il-kumpens żejjed kif ukoll il-kumpens nieqes, li jinħoloq mis-sustanza tal-obbligi tas-servizz pubbliku, jew min-nuqqas ta’ tal-awtorità kompetenti li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha. L-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jirreferu għan-netwerks li fihom uħud mis-servizzi jistgħu jiġu operati bi profitt tajjeb mingħajr kumpens finanzjarju; l-inklużjoni ta' tali servizzi fi ħdan l-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku ma għandhomx jirriżultaw fi ħlasijiet ta' kumpens li jeċċedu l-ammont neċessarju għall-provvista tal-firxa sħiħa ta' servizzi tan-netwerk. [Em. 10] |
|
(6) |
Biex is-suq tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri jimxi ħarir, huwa ta’ importanza partikulari li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw ma' dawn il-kriterji għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif ukoll mal-firxa tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, għax l-operazzjonijiet ta’ trasport b'aċċess miftuħ jeħtieġu jkunu kkoordinati sew ma' dawk li jsiru fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku. Għal din ir-raġuni, il-korp regolatorju ferrovjarju indipendenti għandu jiżgura li dan il-proċess jiġi applikat b'mod korrett u trasparenti. |
|
(7) |
Jeħtieġ li jiġi stabbilit volum annwali massimu Il-volum ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri sabiex tiġi ffaċilitata li jingħata fuq il-bażi ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti kompetittiva għandu jiġi stabbilit b’mod li jiffaċilita l-kompetizzjoni bejn offerenti żgħar, parteċipanti ġodda u l-operatur uffiċjali għal tali kuntratti, filwaqt li tingħata aktar flessibilità lill-awtoritajiet kompetenti biex jottimizzaw il-volum skont kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u operattivi. [Em. 64] |
|
(8) |
Biex jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u b'hekk tittejjeb il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jeħtieġ li jiżguraw li , filwaqt li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali, l-operaturi kollha ta' servizz pubbliku interessati li jressqu applikazzjoni jirċievu ċertu tagħrif dwar is-servizzi ta' trasport u l-infrastruttura koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku li tipprevjeni li jitqiesu li ġew diskriminati mill-awtorità kontaenti fir-rigward ta' kompetituri oħra. [Em. 12] |
|
(9) |
Jeħtieġ li ċerti limiti massimi għall-għoti dirett ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku jiġu adattati għat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi li fihom isiru s-sejħiet għall-offerti f'dan is-settur. |
|
(9a) |
Il-prinċipju tar-reċiproċità għandu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u jiġi evitat l-użu ħażin tal-kumpens. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss għall-Istati Membri u l-kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni iżda wkoll għal kumpaniji minn pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jieħdu sehem fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti fi ħdan l-Unjoni. [Em. 65] |
|
(10) |
Il-ħolqien ta’ Suq Intern għas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jeħtieġ regoli komuni għas-sejħiet għall-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku f'dan is-settur, regoli li għandhom jiġu applikati li huma applikabbli b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha , filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull Stat Membru . [Em. 14] |
|
(11) |
Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu lis-soċjetà tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċju tal-ftuħ effettiv tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku. [Am. 16] |
|
(12) |
Fejn is-suq ma jiżgurax l-aċċess tal-operaturi tas-servizz pubbliku għall-vetturi ferrovjarji b’kundizzjonijiet xierqa ekonomiċi u mingħajr diskriminazzjoni, tali aċċess għandu jiġi ffaċilitat mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ miżuri xierqa u effettivi. |
|
(13) |
Ċerti fatturi ewlenin tal-proċeduri li ġejjin ta’ sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta’ servizz pubbliku jeħtieġ li jsiru għalkollox trasparenti, biex ikun possibbli rispons aktar organizzat għas-suq. |
|
(14) |
B'mod konsistenti mal-loġika interna tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jiġi ċċarat li l-perjodu ta’ tranżizzjoni sat-2 ta’ Diċembru 2019 jirreferi biss għall-obbligu li jiġu organizzati proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku. [Em. 66] |
|
(15) |
It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi obbligatorji għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019. [Am. 67] |
|
(16) |
Ladarba jinkiseb il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġeri, billi l-awtoritajiet kompetenti aktarx ikunu jridu jieħdu miżuri biex jiżguraw livell għoli ta' kompetizzjoni billi jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li jagħtu lil impriża ferrovjarja individwali, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet xierqa għal dan il-għan. |
|
(17) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(18) |
Fil-kuntest tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 994/98 ('ir-Regolament ta’ Abbilitazzjoni') (6), il-Kummissjoni pproponiet ukoll emenda tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (COM(2012)0730). Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ għar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għall-qadi ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandhom jinġiebu fil-kamp ta’ amplikazzjoni tar-Regolament ta’ Abbilitazzjoni. |
|
(19) |
B'hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huwa emendat kif ġej: [Em. 17]
|
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: “Artikolu 2a Pjani ta’ trasport pubbliku multimodali u sostenibbli u obbligi ta’ servizz pubbliku [Em. 21] 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet ta’ trasport pubbliku multimodali tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli , u b'hekk jippromwovu koeżjoni soċjali u territorjali . Għandu jkun possibbli li dawn il-pjanijiet jikkonsistu f'informazzjoni dwar pjanijiet tat-trasport pubbliku li diġà jeżistu fid-dominju pubbliku. Fejn diġà jeżistu servizzi internazzjonali, dawn għandhom jiġu kkunsidrati. Dawn il-pjani ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas: [Em. 22]
Fit-tfassil tal-pjanijiet ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent. [Em. 28] L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati u għandhom jippubblikaw dawn il-pjanijiet . [Em. 29] 2. L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku, għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku applikabbli. 3. L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri, u l-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
Il-verifika tal-kwalità xierqa msemmija fil-punt (b) għandha tqis jekk intervent pubbliku fil-forniment ta’ trasport tal-passiġġieri huwiex mezz xieraq biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku. [Em. 32] Għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, il-verifika tan-neċessità u tal-proporzjonalità msemmijin fil-punt (c) għandha tqis is-servizzi ta' trasport ipprovduti skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (8) , u għandha tqis it-tagħrif kollu mgħoddi lill-amministratturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(4) ta' dik id-Direttiva. [Em. 33] 4. L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-kumpens relatat tal-impatt finanzjarju nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom: (a) jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli; jilħqu l-objettivi tal-pjan għat-trasport pubbliku b'effikaċja fil-konfront tal-ispejjeż u għandhom (b) isostnu finanzjarjament il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fuq terminu ta’ żmien twil skont ir-rekwiżiti stipulati fil-pjan ta’ trasport pubbliku. [Em. 34] 5. Meta tiġi biex tħejji l-ispeċifikazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tfassal l-abbozz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambitu tagħhom, il-passi bażiċi għall-verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4, u r-riżultati tal-verifika. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, b'mod xieraq, mal-partijiet interessati rilevanti fosthom, bħala minimu, l-operaturi bħall-operaturi tat-trasport, l-amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri u lill-impjegati–, lill-impjegati rigward dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u għandha tqis il-pożizzjonijiet tagħhom. [Em. 35] 6. Għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri:
(*1) Direttiva 2012/34/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32). " |
|
3. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
Jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a Il-vetturi ferrovjarji 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess effettiv u kundizzjonijiet ta' aċċess effettivi mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku. [Em. 51] 2. Fejn ma jeżistux, f'suq tat-trasport rilevanti, kumpaniji ta’ kiri tal-vetturi ferrovjarji għall-kiri tal-vetturi ferrovjarji msemmija fil-paragrafu 1 b'kundizzjonijiet kummerċjalment vijabbli u mhux diskriminatorji lill-operaturi kollha kkonċernati tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ valur residwali tal-vetturi ferrovjarji jiġġarrab mill-awtorità kompetenti skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, fejn l-operaturi li jixtiequ u huma kapaċi jipparteċipaw fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta’ servizz pubbliku jitolbu dan sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-istess sejħiet għall-offerti. L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu f'wieħed mill-modi li ġejjin b'diversi modi li jiffaċilitaw l-ekonomiji ta' skala, bħal : [Em. 52]
3. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 , l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrikjedu li l-operatur tas-servizz pubbliku jittrasferixxi l-vetturi ferrovjarji, wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, lill-operatur ġdid li jkun ingħata kuntratt. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operatur ġdid tat-trasport pubbliku jieħu l-vetturi ferrovjarji f'idejh. Dan it-trasferiment għandu jsir b'rati tas-suq. [Em. 55] 3 4 . Jekk il-vetturi ferrovjarji jiġu trasferiti lil operatur ġdid tat-trasport pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, tagħrif iddettaljat dwar il-kost tal-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji, kif ukoll dwar il-kundizzjoni fiżika tagħhom." [Em. 56] 4. Sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9a(2).” [Em. 57 u 82] |
|
6. |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej: “1. Il-kumpens kollu marbut ma' regoli ġenerali jew ma' kuntratt ta’ servizz pubbliku għandu jikkonforma mal-Artikolu 4, irrispettivament minn kif il-kuntratt ikun ingħata. Kull kumpens, tan-natura li jkun, marbut ma' kuntratt ta’ servizz pubbliku li ma jingħatax skont l-Artikolu 5(3), jew marbut ma' regola ġenerali, għandu jikkonforma wkoll mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness.” |
|
7. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
8. |
L-Artikolu 8 jinbidel kif ġej:
|
|
9. |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 9a Proċedura ta' Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, stabbilit bl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*3) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”" |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jsir disponibbli fil-forma ta' test ikkonsolidat bir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li għandu jemenda fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu. [Em. 62]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) White Paper: Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti COM(2011)0144.
(5) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(6) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/… li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali, u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, COM(2012)0730, 5.12.2012.
(7) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, enerġija, trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/432 |
P7_TA(2014)0149
L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni) (COM(2013)0030 – C7-0027/2013 – 2013/0015(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
(2017/C 285/54)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0030), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 91(1) u l-Artikoli 170 u 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0027/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jinmxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013' (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Diċembru 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7–0033/2014), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
P7_TC1-COD(2013)0015
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 91(1), 170 u 171 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġiet emendata b'mod sostanzjali diversi drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Biex jagħmluha possibbli biex ċittadini tal-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet reġjonali u lokali jibbenefikaw mill-massimu tal-vantaġġi li joħorġu mit-twaqqif ta' żona mingħajr fruntieri interni u biex jilħqu l-objettiv tal-koeżjoni territorjali , huwa approprjat, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għalih, inkluż għall-passiġġieri b'diżabilità, billi jiġu implimentati xi miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa fil-qasam tal-istandardizzazzjoni teknika. [Em. 1] |
|
(3) |
L-insegwiment tal-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jwassal għad-definizzjoni ta' livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika u għandu jagħmel l-iffaċilitar, it-titjib u l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali possibbli fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u jikkontribwixxi għall-ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir u s-servizzi għall-kostruzzjoni, tiġdid, immodernizzar u tħaddim tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni. [Em. 2] |
|
(4) |
It-tħaddim kummerċjali tat-trejns fin-netwerk fin-netwerk ferrovjarju jeħtieġ b'mod partikolari kompatibilità eċċellenti bejn il-karatteristiċi tal-infrastruttura u dawk tal-vetturi, kif ukoll interkonnessjoni effiċjenti tas-sistemi tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-amministraturi tal-ħruġ ta' biljetti tal-ġestjonarju tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji differenti. Il-livelli tal- prestazzjoni, tas-sikurezza, tal-kwalità tas-servizz u l-ispejjeż jiddependu minn din il-kompatibilità u l-interkonnessjoni, kif tiddependi wkoll, b'mod partikolari, l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. [Em. 3] |
|
(5) |
Il-qafas regolatorju ferrovjarju għandu jistabbilixxi responsabbiltajiet ċari biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tas-sikurezza mar-regoli tas-sikurezza , tas-saħħa, ta' dawk soċjali u tal-protezzjoni tal-konsumatur li jgħoddu għan-netwerk ferrovjarju. [Em. 4] |
|
(6) |
Hemm differenzi kbar bejn regolamenti nazzjonali, regoli interni u speċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi, sottosistemi u komponenti ferrovjarji, billi dawn jinkorporaw tekniki li huma speċifiċi għall-industriji nazzjonali u jippreskrivu dimensjonijiet u apparati speċifiċi kif ukoll karatteristiċi speċjali. Din is-sitwazzjoni żżomm it-trejns milli jkunu kapaċi jiċċirkolaw mingħajr xkiel madwar l-Unjoni u milli jgawdu mill-benefiċċji tal-istandardizzazzjoni u l-ekonomiji tal-kobor fis-suq uniku . [Em. 5] |
|
(7) |
Matul is-snin din is-sitwazzjoni ħolqot rabtiet stretti bejn l-industriji ferrovjarji nazzjonali u l-ferroviji nazzjonali, għad-detriment ta' ftuħ ġenwin tas-swieq li jippermetti li jkun hemm parteċipanti ġodda. Biex tiżdied il-kompetittività tagħhom fuq livell dinji, dawn l-industriji jeħtieġu suq Ewropew, miftuħ u kompetittiv. |
|
(8) |
Jeħtieġ għalhekk li wieħed jiddefinixxi r-rekwiżiti essenzjali b'rabta' mal-interoperabilità ferrovjarja għall-Unjoni kollha li għandhom jgħoddu għas-sistema ferrovjarja tagħha. |
|
(9) |
L-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabilità (TSIs) wera l-ħtieġa li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn ir-rekwiżiti essenzjali u t-TSIs, min-naħa l-waħda, u l-istandards Ewropej u dokumenti oħra ta' natura regolatorja min-naħa l-oħra. B'mod partikolari, għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-istandards jew partijiet minn standards li għandhom ikunu obbligatorji biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u l-“istandards armonizzati” li ġew żviluppati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) . Meta jkun strettament neċessarju, it-TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita għall-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, li jsiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. |
|
(10) |
Sabiex ġenwinament tiżdied il-kompetittività tas-settur ferrovjarju tal-Unjoni mingħajr ma jkun hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-atturi prinċipali tas-sistema ferrovjarja, l-abbozzar għandu jsir b'rispett għall-prinċipji ta' ftuħ, kunsens u trasparenza kif iddefiniti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(11) |
Il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji fl-Unjoni tiddependi, inter alia, fuq kompatibilità eċċellenti bejn il-karatteristiki tan-netwerk, fl-aktar sens wiesa', inkluż il-partijiet fissi tas-sottosistemi kollha kkonċernati u dawk tal-vetturi inkluż il-komponenti abbord tas-sottosistemi kollha kkonċernati. Il-livelli ta' prestazzjoni, is-sikurezza, il-kwalità tas-servizz u l-ispiża jiddependu fuq dik il-kompatibilità. |
|
(12) |
It-TSI tistabbilixxi l-kundizzjonijiet kollha li kostitwent tal- interoperabilità għandu jkun konformi magħhom, u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tiġi evalwata l-konformità. Barra dan, hemm bżonn li jkun speċifikat li kull kostitwent għandu jgħaddi mill-proċedura li tevalwa l-konformità u l-idoneità għall-użu indikat fit-TSIs u jkollu ċ-ċertifikat korrispondenti. |
|
(13) |
Meta jiġu żviluppati TSIs ġodda, l-għan għandu dejjem ikun li tiġi żgurata l-kompatibilità mas-sistema eżistenti. Dan jgħin fil-promozzjoni tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju u jipprevjeni spejjeż oħra bla bżonn permezz tar-rekwiżit għall- immodernizzar jew it-tiġdid ta' sottosistemi awtorizzati eżistenti sabiex tkun żgurata kompatibilità b'lura. F'dawk il-każi eċċezzjonali meta ma jkunx possibbli li tiġi żgurata l-kompatibilità, it-TSIs jistgħu jistabbilixxu l-qafas meħtieġ sabiex ikun deċiż jekk is-sottosistema eżistenti għandhiex bżonn ta' deċiżjoni jew awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz, u jkunu deċiżi l-iskadenzi korrispondenti. |
|
(14) |
Hemm bżonn li għal raġunijiet ta' sikurezza jiġu assenjati kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull vettura li titqiegħed fis-servizz. Il-vettura mbagħad titniżżel f'reġistru nazzjonali tal-vetturi. Ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni mill-Istati Membri kollha u minn ċerti atturi ekonomiċi fl-Unjoni. Ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għandhom ikunu konsistenti f'dak li hu format tad-dejta. Għandhom għalhekk ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet operattivi u tekniċi komuni. |
|
(15) |
Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu koperti b'mod espliċitu f'TSI, tali aspetti li jkunu għadhom iridu jiġu indirizzati huma identifikati f'anness tat-TSI bħala punti miftuħin. Fil-każ ta' dawn il-punti miftuħin, japplikaw ir-regoli nazzjonali, sakemm tiġi kompluta t-TSI. |
|
(16) |
Il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' rekwiżiti essenzjali applikabbli għal sottosistema li għadhom mhumiex koperti fit-TSIs korrispondenti għandha tiġi speċifikata . F'każ bħal dan, il-korpi responsabbli għall- valutazzjoni tal-konformità u proċeduri ta' verifika għandhom ikunu l-korpi notifikati msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE. |
|
(17) |
Id-Direttiva 2008/57/KE tapplika għas-sistema ferrovjarja kollha fl-Unjoni u l-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs qed jiġi estiż biex ikopri wkoll il-vetturi u n-netwerks li mhumiex inklużi fis-sistema ferrovjarja transEwropea. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi simplifikat billi jitneħħew referenzi speċifiċi għas-sistema ferrovjarja transEwropea. |
|
(18) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali li għandhom jinkisbu mis-sottosistemi u l-interfaċċji tagħhom jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-sottosistemi, pereżempju skont il-kategoriji tal-linji u l-vetturi. |
|
(19) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni progressiva tal-interoperabilità ferrovjarja fl-Unjoni kollha u sabiex bil-mod il-mod tonqos id-diversità tas-sistemi ta' legat, it-TSIs għandhom jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati f'każ li s-sottosistemi eżistenti jiġġeddu jew jiġu mmodernizzati u jistgħu jispeċifikaw id-dati ta' skadenza sabiex tintlaħaq is-sistema fil-mira. |
|
(20) |
Fid-dawl tal-approċċ gradwali sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u tal-ħin konsegwentment meħtieġ għall-adozzjoni tat-TSIs, għandhom jittieħdu passi biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn Stati Membri jadottaw regoli nazzjonali ġodda jew jidħlu għal proġetti biex tiżdied id-diversità tas-sistema preżenti. |
|
(21) |
Sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabilità u bħala konsegwenza tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs għas-sistema ferrovjarja kollha tal-Unjoni l-ammont ta' regoli nazzjonali għandhom jitnaqqsu b'mod progressiv. Għandha ssir differenza bejn ir-regoli nazzjonali li huma strettament marbuta mar-rekwiżiti lokali u r-regoli meħtieġa sabiex ikunu koperti l-punti miftuħa fit-TSIs. It-tieni tip ta' regoli għandhom jitneħħew bil-mod il-mod bħala riżultat tal-għeluq tal-punti miftuħa fit-TSIs. |
|
(22) |
L-adozzjoni tal-approċċ progressiv tissodisfa l-ħtiġijiet speċjali tal-għan tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja, li hi kkaratterizzata minn infrastruttura nazzjonali u vetturi qodma li jeħtieġu investiment qawwi għall-adattament jew it-tiġdid, u għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex il-ferroviji ma jiġux ippenalizzati ekonomikament meta mqabbla ma' modi oħra ta' trasport. |
|
(23) |
Billi, fid-dawl tal-firxa u tal-komplessità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja, instab li jeħtieġ, għal raġunijiet prattiċi, li din is-sistema tinqasam fis-sottosistemi li ġejjin: l-infrastruttura, il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord l-enerġija, il-vetturi ferrovjarji, it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku, il-manutenzjoni u l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għal kull waħda minn dawn is-sottosistemi, ir-rekwiżiti essenzjali għandhom jiġu speċifikati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu determinati, partikolarment fir-rigward tal-kostitwenti u l-interfaċċji, biex dawn ir-rekwiżiti essenzjali jintlaħqu. L-istess sistema tinqasam f'elementi fissi u mobbli: li jkun fihom min naħa l-waħda, in-netwerk, magħmul mil-linji, l-istazzjonijiet, it-terminals, u kull tip ta' tagħmir fiss meħtieġ biex jiżgura t-tħaddim sikur u kontinwu tas-sistema u min naħa oħra, il-vetturi kollha li jivvjaġġaw f'dan in-netwerk. Għalhekk, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, vettura tikkonsisti minn sottosistema waħda (vetturi ferrovjarji) u fejn ikun applikabbli sottosistemi oħra (speċjalment is-sottosistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord). Għalkemm is-sistema hija maqsuma f'diversi elementi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ('l-Aġenzija') għandha tħares il-viżjoni globali tas-sistema, sabiex tiġi garantita s-sikurezza u l-interoperabilità. [Em. 6] |
|
(24) |
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li l-Unjoni hija parti għaliha, tistabbilixxi li l-aċċessibilità hija waħda mill-prinċipji ġenerali u tirrikjedi li l-Istati li huma partijiet jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess bl-istess mod bħall-oħrajn, inkluż billi jiżviluppaw, jippromulgaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi u l-linjigwida għall-aċċessibbiltà. L-aċċessibbiltà għalhekk għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, għalhekk, hija rekwiżit importanti għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja , f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa [Em. 7]. |
|
(25) |
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-interoperabilità tas-sistema m'għandhiex toħloq xkiel li mhux ġustifikat f'termini ta' spejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji għall-preservazzjoni tan-netwerk ferrovjarju eżistenti ta' kull Stat Membru, iżda għandha tara li żżomm l-għan tal-interoperabilità. |
|
(26) |
It-TSIs għandhom impatt ukoll fuq il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trasport ferrovjarju mill-utenti, u huwa għalhekk meħtieġ li dawn l-utenti jiġu kkonsultati fuq aspetti li jikkonċernawhom , inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità . [Em. 8] |
|
(27) |
Kull Stat Membru kkonċernat għandu jitħalla ma japplikax ċerti TSIs f'għadd limitat ta' sitwazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każ ta' nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar. |
|
(28) |
It-tfassil tat-TSIs u l-applikazzjoni tagħhom fis-sistema ferrovjarja m'għandhomx jimpedixxu l-innovazzjoni teknoloġika, li għandha tkun immirata lejn titjib fil-prestazzjoni ekonomika. |
|
(29) |
Biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet xierqa dwar il-proċeduri tax-xiri fis-settur ferrovjarju u b'mod partikolari d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu tekniċi speċifiċi fid-dokumenti ġenerali jew fil-kundizzjonijiet għal kull kuntratt. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li jinbena grupp ta' regoli biex iservi bħala referenza għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
|
(30) |
Sistema internazzjonali ta’ standardizzazzjoni li tkun kapaċi tiġġenera standards li effettivament jintużaw minn dawk involuti fil-kummerċ internazzjonali u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-politika tal-Unjoni, tkun fl-interess tal-Unjoni. L-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom għalhekk jissoktaw il-kooperazzjoni tagħhom mal-korpi internazzjonali għall-istandardizazzjoni. |
|
(31) |
L-entitajiet kontraenti għandhom jiddefinixxu kundizzjonijiet oħra bħal dawn kif ikun hemm bżonn biex jiġu sodisfatti speċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħra. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jilħqu r-rekwiżiti essenzjali li ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni u li s-sistema ferrovjarja għandha tissodisfa. |
|
(32) |
Il-proċeduri li jirregolaw il-valutazzjoni tal-konformità jew dwar l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti għandhom jiġu bbażati fuq l-użu ta' moduli koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE (7). Safejn ikun possibbli u biex jiġi promoss l-iżvilupp industrijali, huwa approprjat li jitfasslu l-proċeduri li jinvolvu sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità. |
|
(33) |
Il-konformità tal-kostitwenti hi l-aktar marbuta mal-qasam tal-użu tagħhom biex tiġi ggarantita l-interoperabilità tas-sistema u mhux biss għall-moviment ħieles tagħhom fis-suq tal-Unjoni. L-idoneità għall-użu tal-kostitwenti l-iżjed kritiċi fir-rigward tas-sikurezza, id-disponibilità jew is-sistema ekonomika għandha tiġi vvalutata. Huwa għalhekk mhux meħtieġ li manifattur iwaħħal it-tikketta “CE” ma' kostitwenti li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Fuq il-bażi tal- valutazzjoni tal-konformità u/jew l-idoneità għall-użu, id-dikjarazzjoni tal-manifattur għandha tkun biżżejjed. |
|
(34) |
Il-manifatturi huma xorta waħda obbligati li jwaħħlu t-tikketta “CE” fuq ċerti komponenti biex jiċċertifikaw il-konformità tagħhom ma' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni relatati magħhom. |
|
(35) |
Meta TSI tidħol fis-seħħ, ċertu għadd ta' kostitwenti tal-interoperabilità jkunu diġà fis-suq. Jeħtieġ li jiġi previst perjodu ta' tranżizzjoni sabiex dawn il-kostitwenti jkunu jistgħu jiġu integrati f'sottosistema jekk ma jkunux strettament konformi ma' dik it-TSI. |
|
(36) |
Is-sottosistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' verifika. Din il-verifika għandha tagħmilha possibbli li l-entitajiet responsabbli għat-tqegħid tagħhom fis-servizz biex dawn ikunu ċerti li, waqt l-istadji meta dawn jiġu ddisinjati, mibnija u mdaħħla fis-servizz, ir-riżultat ikun konformi mar-regolamenti u d-dispożizzjonijiet tekniċi u operattivi li jkunu fis-seħħ. Din għandha wkoll tagħmilha possibbli biex il-manifatturi jkunu jistgħu joqogħdu fuq l-ugwaljanza fit-trattament ikun xi jkun l-Istat Membru. |
|
(37) |
Wara d-dħul fis-servizz ta' sottosistema, jeħtieġ jiġi żgurat li din is-sottosistema titħaddem u tinżamm b'mod konformi mar-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernawha. Taħt id-Direttiva …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Direttiva għas-Sigurezza Ferrovjarja] (8), ir-responsabbiltà għall-ħarsien ta' dawn ir-rekwiżiti hija tal-amministratur tal-infrastruttura jew tal-impriża ferrovjarja, kull wieħed responsabbli għas-sottosistemi tiegħu stess. |
|
(38) |
Il-proċedura għad-dħul fis-servizz tal-vetturi u l-istallazzjonijiet fissi għandha tiġi ċċarata u għandhom jitqiesu r-responsabbiltajiet tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji. |
|
(39) |
Sabiex ikun iffaċilitat it-tqegħid fis-servizz ta' vetturi u jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-kunċett ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq li tkun valida madwar l-Unjoni kollha għandu jiġi introdott bħala prekundizzjoni li tippermetti lill-impriżi ferrovjarji jqiegħdu vettura fis-servizz. Barra minn dan, il-kunċett huwa aktar konformi mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(39a) |
Sabiex tinħoloq iż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jitnaqqsu l-ispejjeż u d-dewmien tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u t-titjib fis-sikurezza tal-ferroviji, jeħtieġ li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jiġu adattati u armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dan jeħtieġ distribuzzjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali matul il-perjodu tranżitorju. L-Aġenzija għandha tuża l-kompetenza siewja, l-għarfien lokali u l-esperjenza tal-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali. Hi għandha tiddelega kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi lill-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali fuq il-bażi ta' ftehimiet kuntrattwali, kif stipulat fl-Artikolu 22a, iżda għandha tieħu d-deċiżjoni finali fil-proċeduri kollha ta' awtorizzazzjoni. [Em. 9] |
|
(40) |
Sabiex tkun żgurata t-traċċabilità tal-vetturi u tal-istorja tagħhom, ir-referenzi għall-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu rrekordjati flimkien mad-dejta l-oħra dwar il-vetturi. [Em. 10] |
|
(41) |
It-TSIs għandhom jispeċifikaw il-proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-kompatibilità bejn il-vetturi u n-netwerk wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-passaporti u qabel id-deċiżjoni tat-tqegħid fis-servizz. il-bidu ta' operazzjoni ġdida . [Em. 11] |
|
(42) |
Sabiex l-impriżi ferrovjarji jiġu megħjuna fid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tqegħid fis-servizz ta' vettura u sabiex jiġu evitati verifiki li m'għadhomx meħtieġa u piż amministrattiv bla bżonn, għandhom ukoll jiġu kklassifikati regoli nazzjonali b'mod li jistabbilixxu l-ekwivalenza bejn ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri differenti li jkopru l-istess suġġetti. |
|
(43) |
Il-korpi notifikati responsabbli biex jeżaminaw il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti, flimkien mal-proċedura għall- valutazzjoni tas-sottosistemi għandhom, b'mod partikolari fl-assenza ta' xi speċifikazzjoni Ewropea, jikkoordinaw id-deċiżjonijiet tagħhom mill-qrib kemm jista' jkun. |
|
(44) |
L-akkreditament trasparenti kif ipprovduta fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li tiżgura l-livell neċessarju ta' kunfidenza fiċ-ċertifikati ta' konformità, għandha titqies, mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali madwar l-Unjoni, bħala l-mezz preferut li permezz tiegħu jintwerew il-kompetenzi tekniċi ta' korpi notifikati u, mutatis mutandis, ta' korpi maħtura sabiex jivverifikaw il-konformità mar-regoli nazzjonali. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu li jkollhom f’idejhom il-mezzi xierqa biex iwettqu l-valutazzjoni huma stess. F'każijiet bħal dawn, sabiex ikun garantit il-livell adegwat ta' kredibilità tal-evalwazzjonijiet minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn, dawn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità evalwati huma konformi mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. |
|
(45) |
Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi biss ir-rekwiżiti ta' interoperabilità għall-kositwenti u s-sottosistemi tal-interoperabilità. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, jeħtieġ li jsiru provvedimenti għas-suppożizzjoni tal-konformità għall-kostitwenti u s-sottosistemi tal-interoperabilità li jkunu konformi mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-iskop tal-espressjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. |
|
(46) |
It-TSIs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari. Meta jiġu skoperti defiċenzi kritiċi fit-TSIs, l-Aġenżija għall-Ferroviji għandha tintalab li toħroġ opinjoni li, f'ċerti kundizzjonijiet, tista' tiġi ppubblikata u użata mill-partijiet interessati kollha (inkluż l-industrija u l-korpi notifikati) bħala mezz aċċettabbli ta' konformità sakemm issir ir-reviżjoni tat-TSIs ikkonċernati. |
|
(46a) |
Il-miżuri regolatroji għandhom jiġu kkumplimentati b'inizjattivi bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju lit-teknoloġiji innovattivi u interoperabbli fis-settur ferrovjarju, bħall-proġett “Shift2Rail”. [Em. 12] |
|
(47) |
Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni b'mod ġenerali, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri li jkunu qed jaġixxu waħidhom peress illi l-ebda Stat Membru ma hu f'pożizzjoni li jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex tinkiseb l-interoperabilità u jista' għaldaqstant jintlaħaq aħjar mill- Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea . Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak il-għan. |
|
(48) |
Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fil-konfront tal-adattament għall-progress tekniku tal-Anness II li jikkonċerna d-diviżjoni tas-sistema ferrovjarja f'sottosistemi u d-deskrizzjoni ta' dawn is-sottosistemi, il-kontenut tat-TSIs u l-emendi tat-TSIs, inkluż dawk l-emendi meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għad-defiċenzi tat-TSIs , il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-konformità “KE” u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, il-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inklużi l-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċeduri u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika “KE” u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 13] |
|
(49) |
Sabiex jiġu indirizzati d-defiċenzi li nstabu fit-TSIs, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati li jemendaw dawk it-TSIs li jkunu jinsabu taħt il-proċedura ta' urġenza. |
|
(50) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva dwar il-mandat li ngħata lill-Aġenzija biex tagħmel abbozz tat-TSIs u l-emendi tagħhom u biex tagħmel rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. |
|
(51) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni b'rabta ma': il-kontenut tal-fajl li għandu jakkumpanja t-talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom, id-dettalji, il-format u l-modalitajiet ta' trażmissjoni ta' dak il-fajl; il-kamp il-format u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fid-dikjarazzjoni ta' konformità KE u ta' l-adegwatezza applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità KE u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, il-format tagħha u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fiha; il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-verifiki ta' kompatibilità bejn it-tagħmir fiss u mobbli; il-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inkluż il-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċedura u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika 'KE', u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali; il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika; l-ispeċifikazzjonijiet komuni marbuta mal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tat-tħaddim u r-regoli għall-input tad-dejta kif ukoll il-konsultazzjoni għar-reġistru tal-infrastruttura. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). [Em. 14] |
|
(52) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri wiegħdu li, f'każijiet iġġustifikati, man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom jinkludu dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti tad-direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur jikkunsidra t-trażmissjoni ta' tali dokumenti bħala ġustifikata. |
|
(53) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva fil-liġi nazzjonali trid tkun limitata għad-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu emenda fundamentali fil-konfront tad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet mhux mibdula jirriżulta mid-Direttiva preċedenti. |
|
(54) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja tal- Unjoni, b'tali mod li tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva …/…/UE [Direttiva għas-Sigurezza Ferrovjarja]. Dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, kostruzzjoni, tqegħid fis-servizz, immodernizzar, tiġdid, tħaddim u manutenzjoni ta' partijiet ta' din is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sikurezza tal-persunal li jikkontribwixxu għat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħha. L-insegwiment ta' dak l-objettiv jinvolvi neċessarjament id-determinazzjoni ta' livell ottimu ta' armonizzazzjoni teknika, li tagħmilha possibbli li jingħata kontribut għall-ħolqien progressiv tas-suq intern tal-apparat u s-servizzi ta' kostruzzjoni, tiġdid, immodernizzar u operazzjoni tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni. [Em. 15]
2. Din id-Direttiva tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, għal kull sottosistema, il-kostitwenti tal-interoperabilità, l-interfaċċji u l-proċeduri kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-kompatibilità globali tas-sistema ferrovjarja meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabilità tagħha.
3. Dawn is-sistemi li ġejjin huma esklużi L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva: [Em. 16]
|
(a) |
metros, trams, tram-trains u sistemi ta' ferrovija ħafifa; |
|
(b) |
netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja u li huma maħsuba biss għat-tħaddim ta' servizzi tal-passiġieri lokali, urbani jew suburbana, kif ukoll impriżi ferrovjarji li joperaw biss fuq dawn in-netwerks; [Em. 17] |
|
(ba) |
infrastruttura ferrovjarja privata u vetturi użati esklussivament fuq infrastrutturi bħal dawn, meta jkunu jeżistu biss għall-użu mill-proprjetarju għall-ġarr tal-merkanzija tiegħu stess; [Em. 19] |
|
(bb) |
infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku. [Em. 20] |
4. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva:
|
(a) |
infrastruttura ferrovjarja privata u vetturi użati esklussivament fuq infrastrutturi bħal dawn, meta jkunu jeżistu biss għall-użu mill-proprjetarju għall-ġarr tal-merkanzija tiegħu stess; |
|
(b) |
infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku. [Em. 21] |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
(1) |
“sistema ferrovjarja tal-Unjoni "tfisser l-elementisistema ferrovjarja tal-Unjoni” tfisser l-elementi tas-sistemi ferrovjarji konvenzjonali u ta' veloċità għolja elenkati fl-Anness I fl-Anness I, il-punti 1 u 2 ; [Em. 22] |
|
(2) |
“interoperabilità” tfisser l-abilità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' trejns li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji. Din l-abilità tiddependi fuq il-kundizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali kollha li għandhom jintlaħqu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali; [Em. 23] |
|
(3) |
“vettura” tfisser vettura ferrovjarja adattata ferrovjarja adatta għaċ-ċirkolazzjoni fuq ir-roti tagħha stess fuq linji ferrovjarji, bi trazzjoni jew mingħajrha, f'kompożizzjoni fissa jew varjabbli. Vettura ferrovjarja hija komposta magħmula minn sottosistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar; [Em. 24] |
|
(4) |
“netwerk” tfisser il-linji, stazzjonijet, terminali, u kwalunkwe tip ta' tagħmir fiss meħtieġ sabiex jiżgura l-operazzjoni sikura u kontinwa tas-sistema ferrovjarja. |
|
(5) |
“sottosistemi” tfisser il-partijiet strutturali jew funzjonali tas-sistema, kif stabbilit fl-Anness II; |
|
(5a) |
“sottosistema mobbli” tfisser is-sottosistema ta' vetturi ferrovjarji, is-sottosistema ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni abbord u l-vettura, meta din tkun komposta minn sottosistema waħda; [Em. 25] |
|
(6) |
“kostitwenti tal-interoperabilità” tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta' tagħmir inkorporat jew intiż biex jiġi inkorporat fis-sottosistema li fuqha l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament, inkluż kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli; |
|
(7) |
“rekwiżiti essenzjali” tfisser il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jintlaħqu mis-sistema ferrovjarja, mis-sottosistemi u mill-kostitwenti tal-interoperabilità, inklużi l-interfaċċji; |
|
(8) |
“Speċifikazzjoni Ewropea” tfisser speċifikazzjoni teknika komuni, approvazzjoni teknika Ewropea kif iddefinita fl-Anness XXI tad-Direttiva 2004/17/KE jew standard Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
(9) |
“l-ispeċifikazzjoni teknika ta' interoperabilità” (“TSI”), tfisser speċifikazzjoni adottata skont din id-Direttiva li biha sottosistema jew parti minn sottosistema tkun koperta biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali u biex tassigura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja; |
|
(9a) |
“korp ta' valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jkun ġie notifikat jew magħżul biex ikun responsabbli għall-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; Korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa klassifikat bħala 'korp notifikat' wara li Stat Membru jinnotifika dwar l-eżistenza tiegħu. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa klassifikat bħala 'korp maħtur' wara li Stat Membru jaħtru. [Em. 27] |
|
(10) |
“parametru bażiku” tfisser kwalunkwe kundizzjoni regolatorja, teknika jew operattiva li tkun essenzjali għall-interoperabilità u li trid tkun speċifikata fit-TSIs rilevanti; |
|
(11) |
“każ speċifiku” tfisser kwalunkwe parti mis-sistema ferrovjarja konvenzjonali li jkollha bżonn dispożizzjonijiet speċjali fit-TSIs, jew temporanji inkella definittivi, minħabba l-limitazzjonijiet ġeografiċi, topografiċi jew tal-ambjent urban jew minħabba dawk li jaffettwaw il-kompatibilità mas-sistema eżistenti, b'mod partikolari linji ferrovjarji u netwerks iżolati mill-bqija tal-Unjoni, il-loading gauge, it-track gauge jew l-ispazju bejn il-linji u l-vetturi strettament maħsub għall-użu lokali, reġjonali jew storiku, kif ukoll il-vetturi li joriġinaw minn jew li jkunu iddestinati lejn pajjiżi terzi; |
|
(12) |
“immodernizzar” tfisser kull tibdil sostanzjali f'sottosistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' jekk dan il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema. Meta jitwettaq tibdil fir-rigward ta' sottosistema jew vettura, it-TSI rilevanti tispeċifika jekk ix-xogħol ikkonċernat għandux jiġi klassifikat bħala sostanzjali jew le u, jekk iva, ir-raġunijiet għal tali kkassifikar ; [Em. 28] |
|
(13) |
“tiġdid” tfisser kull xogħol ta' tibdil sostanzjali f'sottosistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-sottosistema. Meta jitwettaq tibdil fir-rigward ta' sottosistema jew vettura, it-TSI rilevanti tispeċifika jekk ix-xogħol ikkonċernat għandux jiġi klassifikat bħala sostanzjali jew le u, jekk iva, ir-raġunijiet għal tali kkassifikar ; [Em. 29] |
|
(14) |
“sistema ferrovjarja eżistenti” tfisser kwalunkwe struttura magħmula minn linji jew stallazzjonijiet fissi ta' sistema ferrovjarja eżistenti kif ukoll vetturi tal-kategoriji u l-oriġini kollha li jivvjaġġaw fuq dik l-infrastruttura; |
|
(15) |
“sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni” tfisser kull tibdil ta' komponenti b'oħrajn li jagħmlu l-istess funzjoni u prestazzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva; |
|
(16) |
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-operazzjonijiet kollha li permezz tagħhom is-sottosistema jew il-vettura titqiegħed fis-servizz operattiv tagħha; |
|
(17) |
“entità kontraenti” tfisser kull entità, pubblika jew privata, inkarigata mid-disinn u/jew kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzar ta' sottosistema. Din l-entità tista' tkun kumpanija ferrovjarja, l-amministratur il-ġestjonarju tal-infrastruttura jew id-detentur, jew entità li hija responsabbli għall-manutenzjoni, jew detentur ta' konċessjoni li huwa responsabbli għat- twettiq ta' proġett; [Em. 30] |
|
(18) |
“detentur” tfisser il-persuna jew l-entità li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vetturali tuża l-vettura, tisfruttaha bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali fir-reġistru fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi imsemmi msemmija fl-Artikolu 43 u l-Artikolu 43a ; [Em. 31] |
|
(18a) |
“sid” tfisser il-persuna jew l-entità li hi s-sid ta' vettura u hija reġistrata bħala tali fir-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43 u l-Artikolu 43a; [Em. 32] |
|
(19) |
“proġett fi stadju avvanzat ta' żvilupp” tfisser kull proġett li l-fażi tal-ħolqien/ippjanar tiegħu hija fi stadju fejn modifika tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tista' tikkomprometti l-vijabilità tal-proġett kif ippjanat; |
|
(20) |
“standard armonizzat” tfisser standard Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
(21) |
“awtorità nazzjonali tas-sikurezza” tfisser awtorità tas-sikurezza kif definita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva…/…/UE [Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]; |
|
(22) |
“tip” tfisser tip ta' vettura li tiddefinixxi l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tal-vettura kif koperta minn ċertifikat tal-eżami tat-tip jew disinn deskritt fil-modulu ta' verifika rilevanti; |
|
(23) |
“serje” tfisser numru ta' vetturi ta' tip ta' disinn identiku; |
|
(24) |
“entità responsabbli għall-manutenzjoni” tfisser entità responsabbli għall-manutenzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva…/…/UE [Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]; |
|
(25) |
“ferrovija ħafifa” tfisser sistema urbana u/jew suburbana ta' trasport ferrovjarju li ġġorr inqas u jkollha inqas veloċità mis-sistemi tal-ferrovija tqila u tal-metro, iżda ġġorr aktar u jkollha veloċità akbar mis-sistemi tat-tramm. Is-sistemi ta' ferrovija ħafifa jista' jkollhom il-passaġġ tagħhom jew inkella jaqsmuh mat-traffiku tat-triq u normalment ma jpartux il-vetturi li jittrasportaw il-passiġġieri jew il-merkanzija għal distanza twila; |
|
(26) |
“regoli nazzjonali” tfisser ir-regoli vinkolanti kollha notifikati minn Stat Membru li jinkludu s-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti tekniċi imposti fil-livell tal-Istat Membru u applikabbli għall-impriżi għall-atturi ferrovjarji, irrispettivament mill-korp li jkun qiegħed joħroġhom; [Em. 33] |
|
(27) |
“l-istat ta' tħaddim skont kif ippjanat” tfisser il-mod normali ta' tħaddim u l-kundizzjonijiet degradati li jistgħu jiġu previsti (inkluż tkagħbir bl-użu) fil-firxa u l-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati fil-fajl tekniku u ta' manutenzjoni; |
|
(27a) |
“qasam tal-użu” tfisser netwerk jew netwerks fl-Unjoni, sew jekk fi Stat Membru jew fi grupp ta' Stati Membri, li fihom il-vettura hija teknikament kompatibbli skont il-fajl tekniku tagħha; [Em. 34] |
|
(27b) |
“netwerk iżolat” tfisser in-netwerk ferrovjarju ta' Stat Membru, jew parti minnu, bi track gauge ta' 1 520 mm, li huwa separat ġeografikament jew teknikament min-netwerk Ewropew bi track gauge nominali standard (1 435 mm – minn hawn 'il quddiem “gauge standard”) u integrat sew fin-netwerk ferrovjarju ta' track gauge ta' 1 520 , flimkien ma' pajjiżi terzi, imma iżolat min-netwerk standard tal-Unjoni. [Em. 35] |
|
(28) |
“mezzi aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Aġenzija biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali , sabiex jiġi kkumpensat temporanjament in-nuqqas ta' TSI sakemm it-TSI tiġi emendata ; [Em. 36] |
|
(28a) |
“mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità” tfisser mezzi oħra ta' konformità stipulati fi Stat Membru li jirriżultaw fi preżunzjoni ta' konformità mat-taqsima rilevanti tar-regoli nazzjonali. Dawk il-mezzi nazzjonali aċċettabbli għandhom jiġu notifikati lill-Aġenzija. [Em. 37] |
|
(29) |
“tqegħid fis-suq” tfisser li l-ewwel kummerċjalizzazzjoni, fi stat ta' funzjonament, ta' kostitwent tal-interoperabilità, ta' sottosistema jew ta' vettura fis-suq tal-Unjoni; |
|
(30) |
“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura kostitwent jew sottosistema tal-interoperabilità jew tqabbad lil min jiddisinjah jew jimmanifatturah, u li tikkumerċjalizzah taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha; |
|
(31) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex jew entità kontraenti biex taġixxi f' ismu fir-rigward ta' kompiti speċifikati; [Em. 38] |
|
(32) |
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, sottosistema, proċess jew servizz; [Em. 39] |
|
(33) |
“akkreditament” għandha t-tifsira assenjata lilha mir-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(34) |
“korp nazzjonali ta' akkreditament” għandha t-tifsira assenjata lilha mir-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(35) |
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li permezz tiegħu jintwera jekk ir-rekwiżiti speċifikati relatati ma’ prodott, proċess, servizz, sistema, persuna jew korp ġewx issodisfati; |
|
(36) |
“korp ta' valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; |
|
(37) |
“persuna b'diżabilità jew u persuna b'mobilità ridotta mnaqqsa ” għandha tinkludi kull persuna li jkollha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali li tkun permanenti jew temporanja u li, meta ssib diversi ostakli, tista' tillimta l-użu sħiħ u effettiv tat-trasport fuq bażi ugwali mal-passiġġieri l-oħra jew persuni li l-mobilità tagħhom meta jużaw it-trasport tonqos minħabba l-età u għalhekk jetħieġu servizzi speċjali . [Em. 40] |
|
(38) |
“amministratur tal-infrastruttura” tfisser l-amministratur tal-infrastruttura kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva …/…UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) [li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea]; |
|
(39) |
“impriża ferrovjarja” tfisser l-impriża ferrovjarja kif definita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva …/…/UE [li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea], u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija dik li tipprovdi trasport tal-oġġetti u/jew tal-passiġġieri bil-ferroviji fuq il-bażi li l-impriża trid tiżgura t-trazzjoni; dan irid jinkludi wkoll l-impriżi li jipprovdu t-trazzjoni biss. |
Artikolu 3
Rekwiżiti essenzjali
1. Is-sistema ferrovjarja, is-sottosistemi u l-kostitwenti tal-interoperabilità inklużi l-interfaċċji għandhom jilħqu r-rekwiżiti rilevanti essenzjali.
2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2004/17/KE li huma meħtieġa biex jikkompletaw l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħrajn li jintużaw fl-Unjoni Ewropea ma għandhomx ikunu konfliġġenti mar-rekwiżiti essenzjali.
2a. L-ebda persuna ma għandha tiġi direttament jew indirettament diskriminata minħabba diżabilità. Sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jgawdu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-ħolqien ta' żona mingħajr fruntieri interni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ferrovjarja tkun bla ostakli. [Em. 41]
KAPITOLU II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-INTEROPERABILITÀ (TSIS)
Artikolu 4
Kontenut tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tal-Interoperabilità
1. Kull sottosistema definita fl-Anness II għandha tkun koperta minn TSI. Meta meħtieġ, sottosistema tista' tkun koperta minn numru ta' TSIs u TSI waħda tista' tkopri diversi sottosistemi.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 46 li jikkonċerna l-adattament għall-progress tekniku tal-Anness II dwar id-diviżjoni tas-sistema ferrovjarja f'sottosistemi u d-deskrizzjoni ta' dawn is-sottosistemi.
3. Is-sottosistemi fissi għandhom jikkonformaw mat-TSIs li jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-ewwel ħatra ta' korp notifikat u mhux iktar tard miż-żmien li meta dawn jitqiegħdu fis-servizz, jiġu modernizzati jew imġedda, b'konformità ma' din id-Direttiva; din il-konformità għandha tinżamm approvati l-permessi tal-bini. Il-vetturi għandhom ikunu konformi mat-TSIs u għandhom josservaw ir-regoli nazzjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-ewwel ħatra ta' korp notifikat. Tali l-konformità u osservanza għandhom jinżammu permanentement sakemm kull sottosistema tkun qed tintuża kull sottosistema . [Em. 42]
4. Kull TSI għandha:
|
(a) |
tindika l-kamp ta' applikazzjoni maħsub tagħha (parti min-netwerk jew vetturi msemmija fl-Anness I sottosistema jew parti ta' sottosistema msemmija fl-Anness II); |
|
(b) |
tippreskrivi rekwiżiti essenzjali għal kull sottosistema involuta u l-interfaċċji tagħha b'rabta ma' sottosistemi oħra; |
|
(c) |
tistabbilixxi speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-sottosistema u l-interfaċċji tagħha b'rabta mas-sottosistemi l-oħra. Jekk ikun hemm il-bżonn, dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-sottosistema; |
|
(d) |
jistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaċċji li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jakkwistaw l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja; Dan għandu jinkludi l-identifikazzjoni tal-ispare parts ferrovjarji li għandhom jiġu standardizzati skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) . Il-lista tal-ispare parts li għandhom jiġu standardizzati hija inkluża f'kull TSI, inklużi l-parts eżistenti. [Em. 43] |
|
(e) |
tgħid, f'kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi assessjata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, min-naħa waħda, jew il-verifika 'KE' tas-sottosistemi, min-naħa l-oħra. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli mfissra fid-Deċiżjoni Nru 2010/713/UE; |
|
(f) |
jindika l-istrateġija għall-applikazzjoni tat-TSIs. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu biex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs għandha tkun in-norma inkluż l-iffissar ta' skadenzi sabiex jiġu kompluti dawk l-istadji., fejn huwa neċessarju; Il-kalendarju li jistabbilixxi l-istadji għandu jkun marbut ma' evalwazzjoni li tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tal-implimentazzjoni tagħhom u l-impatt mistenni fuq l-operaturi u l-aġenti ekonomiċi involuti.[Em. 44] |
|
(g) |
jindika, għall-persunal konċernat, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għat-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sottosistema ta' hawn fuq, kif ukoll għall-applikazzjoni tat-TSIs; |
|
(h) |
tindika d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sottosistemi eżistenti u t-tipi ta' vetturi, b'mod partikolari fil-każ ta' mmodernizzar u tiġdid, b'awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz jew mingħajr; |
|
(i) |
tindika l-parametri li għandhom jiġu vverifikati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu vverifikati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel id-deċiżjoni tat-tqegħid fis-servizz sabiextkun żgurata l-kompatibilità bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom huma maħsuba li joperaw; [Em. 45] |
|
(ia) |
tindika l-parametri speċifiċi li għandhom jiġu vverifikati u tipprovdi d-deskrizzjonijiet għat-tiġdid, it-titjib jew is-sostituzzjoni tal-ispare parts jew il-kostitwenti tal-interoperabilità li għandhom jiġu ttrattati b'rabta mal-Artikolu 21.3. [Em. 46] |
5. Kull TSI għandha ssir fuq il-bażi ta' eżami tas-sottosistema eżistenti u tindika bħala mira sottosistema li tista' tinkiseb gradwalment f'perjodu ta' żmien raġonevoli. B'hekk, l-adozzjoni gradwali tat-TSIs u l-konformità magħhom għandhom jiffaċilitaw gradwalment f'dak il-perjodu ta' żmien biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.
6. It-TSIs għandhom iżommu, b'mod xieraq, il-kompatibilità tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' kull Stat Membru. B'dan il-għan, tista' ssir dispożizzjoni għal każijiet speċifiċi ta' kull TSI, kemm fir-rigward tan-netwerk kif ukoll tal-vetturi, u b'mod partikolari il-loading gauge, it-track gauge jew l-ispazju ta' bejn il-binarji u l-vetturi li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn pajjiżi terzi. Għal kull każ speċifiku, it-TSIs għandhom jistipulaw regoli għall-implimentazzjoni tal-elementi tat-TSIs ipprovduti fil-paragrafi 4(c) sa (g).
7. Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu espliċitament koperti f'TSI, għandhom ikunu identifikati biċ-ċar bħala punti miftuħa f'anness tat-TSI.
8. It-TSIs ma għandhomx jipprevjenu lill- Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs.
9. It-TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita u ċara għal standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali, jew għal dokumenti tekniċi ppubblikati mill-Aġenzija, meta dan hu strettament meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva. F'każ bħal dan, dawn l-istandards jew speċifikazzjonijiet Ewropej (jew il-partijiet rilevanti tagħhom) jew id-dokumenti tekniċi għandhom jitqiesu bħala annessi tat-TSI konċernata u għandhom isiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. Fin-nuqqas ta' standards jew speċifikazzjonijiet, jew ta' dokumenti tekniċi, u sakemm dawn jiġu żviluppati, tista' ssir referenza għal dokumenti normattivi identifikati biċ-ċar; li jkunu faċilment aċċessibbli u li jappartjenu lill- pubbliku.
Artikolu 5
Abbozzar, adozzjoni u reviżjoni ta' TSIs
1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ mandat lill-Aġenzija sabiex tabbozza t-TSIs u l-emendi tagħhom u sabiex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni.
1a. L-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni ta' kull TSI, inklużi l-parametri bażiċi, għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha li jiġu kkunsidrati, flimkien mal-interfaces ta' bejniethom, sabiex jiġu stabbiliti u implimentati l-aktar soluzzjonijiet vijabbli. [Em. 47]
2. Kull abbozz ta' TSI għandu jitfassal fl-istadji li ġejjin.
|
(a) |
L-Aġenzija għandha tidentifika l-parametri bażiċi għat-TSI kif ukoll l-interfaċċji mas-sottosistemi l-oħra u kull każ speċifiku ieħor li jkun meħtieġ. L-aktar soluzzjonijiet alternattivi u vijabbli flimkien ma' ġustifikazzjoni teknika u ekonomika għandhom jitressqu għal kull wieħed minn dawn il-parametri u interfaċċji; |
|
(b) |
L-Aġenzija trid tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi ta' dawn il-parametri bażiċi. Meta xieraq, għandha tikkunsidra l-progress tekniku, ix-xogħol dwar standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħdima li diġà qed jagħmlu xogħolhom u x-xogħol magħruf ta' riċerka. Valutazzjoni ġenerali ta' kemm se tkun tiswa l-implimentazzjoni tat-TSIs u l-benefiċċji tagħha għandha tkun mehmuża mal-abbozz tat-TSI. Din il-valutazzjoni ser tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u aġenti ekonomiċi kollha involuti , u għandha tqis kif xieraq ir-rekwiżiti tad-Direttiva . …/…/UE [Direttiva għas-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw f'dik il-valutazzjoni billi jipprovdu d-data meħtieġa meta jkun xieraq. [Em. 48] |
3. L-Aġenzija, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija jew fir-rekwiżiti soċjali, għandha tabbozza t-TSIs u l-emendi tagħhom fil-kuntest tal-mandat imsemmi fil-paragrafu 1, skont l-Artikoli 4 u 15 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament tal-Aġenzija] u billi jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ftuħ, kunsens u trasparenza kif iddefiniti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
4. Matul ix-xogħol Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 48 għandu jinżamm infurmat regolarment dwar ix-xogħol preparatorju fuq it-TSIs,. Matul dak ix-xogħol , il-Kummissjoni tista' , fuq talba tal-kumitat, tifformola kwalunkwe termini ta' referenza jew rakkomandazzjonijiet utli dwar id-disinn tat-TSIs u l-analiżi dwar infiq u l-benefiċċji meta mqabbla miegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' , fuq talba ta' Stat Membru, tesiġi li soluzzjonijiet alternattivi jiġu eżaminati u li l-valutazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għal dawn is-soluzzjonijiet alternattivi tingħata fir-rapport mehmuż mal-abbozz tat-TSI. [Em. 49]
5. Meta sottosistemi differenti jridu jitqiegħdu fis-servizz f'daqqa għal raġunijiet ta' kompatibilità teknika, id-dati tad-dħul fis-seħħ tat-TSIs korrispondenti għandhom ikunu l-istess.
6. L-abbozzar, adozzjoni u reviżjoni tat-TSIs għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-opinjoni ta' min jużahom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi li jkollhom impatt dirett fuq il-kundizzjonijiet li taħthom jużaw is-sottosistemi. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-assoċjazzjonijiet u korpi li jirrappreżentaw lill-utenti waqt il-fażijiet tal-abbozzar u r-reviżjoni tat-TSIs. Mal-abbozz tat-TSI għandha tinkludi rapport dwar ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni.
7. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru…/…[Ir-Regolament tal-Aġenzija], l-Aġenzija għandha tfassal u taġġorna b'mod regolari il-lista tal-assoċjazzjonijiet u l-korpi tal-utenti li għandhom jiġu kkonsultati. Din il-lista għandha tinkludi assoċjazzjonijiet u korpi rappreżentattivi mill-Istati Membri kollha u tista' tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni. [Em. 50]
8. Fl-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tat-TSIs għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-imsieħba soċjali rappreżentanti fl-Istati Membri kollha dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4)(g) , kif ukoll fit-TSIs l-oħra kollha li jaffettwaw direttament jew indirettament lill-persunal involut . Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-imsieħba soċjali qabel tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet dwar it-TSIs u l-emendi tagħhom lill-Kummissjoni. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu konsultati fil-kuntest tal-kumitat ta' djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE (14). L-imsieħba soċjali għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien tliet xhur. [Em. 51]
9. Meta reviżjoni ta' TSI twassal għal bidla fir-rekwiżiti, il-verżjoni l-ġdida tat-TSI għandha tiżgura l-kompatibilità ma' sottosistemi li diġà tqegħdu fis-servizz skont verżjonijiet ta' TSIs ta' qabel.
10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 46 li jikkonċerna t-TSIs u l-emendi tagħhom.
Fejn, fil-każ ta' defiċenzi li nstabu fit-TSIs skont l-Artikolu 6, ir-raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jesiġu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 47 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Defiċenzi tat-TSIs
1. Jekk, wara l-adozzjoni tat-TSI, ikun jidher li din ikollha defiċenza, dik it-TSI għandha tiġi emendata skont l-Artikolu 5(3).
2. Sakemm issir ir-reviżjoni tat-TSI, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-opinjoni tal-Aġenzija u tinforma lill-Istati Membri bil-konklużjonijiet tagħha.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-opinjonijiet tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu mezzi aċċettabbli ta' konformità sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali u għalhekk ikunu jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-proġetti.
3a. Membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi jista' jaġixxi bħala applikant biex jitlob opinjonijiet dwar nuqqasijiet fit-TSIs permezz tal-Kummissjoni. L-applikant għandu jiġi informat bid-deċiżjoni li tkun ittieħdet. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dikjarazzjoni kif xieraq dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut. [Em. 52]
Artikolu 7
Nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs
1. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
għal sottosistema ġdida proposta jew parti minnha, għat-tiġdid jew l-immodernizzar ta' sottosistema eżistenti jew parti minnha, jew għal kwalunkwe element imsemmi fl-Artikolu 1(1) fi stat ta' żvilupp avvanzat jew is-suġġett ta' kuntratt li qed jiġi eżegwit fid-data ta' applikazzjoni ta' dawn it-TSIs; |
|
(b) |
meta, wara aċċident jew diżastru naturali, il-kundizzjonijiet tar-restawrazzjoni veloċi tan-netwerk ma tippermettix ekonomikament jew teknikament l-applikazzjoni parzjali jew totali tat-TSIs rilevanti; f'dan il-każ in-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs għandu jkun limitat fiż-żmien; |
|
(c) |
għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar ta' sottosistema eżistenti jew parti minnha, meta l-applikazzjoni ta' dawn it-TSIs tkun tikkomprometti l-vijabilità serjament il-vijabilità ekonomika tal-proġett. [Em. 53] |
2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a), fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' kull TSI, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta' proġetti li jkunu qed iseħħu fit-territorju tiegħu u li jkunu qegħdin fi stadju avvanzat ta' żvilupp.
3. Fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI, fejn jispeċifika wkoll id-dispożizzjonijiet alternattivi li l-Istat Membru beħsiebu japplika minflok it-TSIs. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kontenut tal-fajl li għandu jakkumpanja t-talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnha, id-dettalji, il-format u l-modalitajiet ta' trażmissjoni ta' dak il-fajl; Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-fajl, tanalizza d-dispożizzjonijiet alternattivi li l-Istati Membri beħsiebhom japplikaw minflok it-TSIs, tiddeċiedi jekk taċċettax jew le t-talba tan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI u tinforma lill-Istat Membru b'din id-deċiżjoni.
4. Sakemm tasal id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' japplika, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet alternattivi kif imsemmija fil-paragrafu 3.
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien erba' xhur wara l-preżentazzjoni tat-talba akkumpanjata mill-fajl komplut. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni, it-talba għandha titqies bħala aċċettata.
6. L-Istati Membri kollha għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultati tal-analiżi u dwar ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.
KAPITOLU III
KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ
Artikolu 8
It-tqegħid fis-suq ta' kostitwenti tal- interoperabilità
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassikuraw li l-kostitwenti tal-interoperabilità:
|
(a) |
jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma jagħmluha possibbli li l-interoperabilità tintlaħaq fis-sistema ferrovjarja filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali; |
|
(b) |
jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom kif maħsuba f'konformita mal-qasam tal-użu kif definit fil-punt (27a) tal-Artikolu 2 u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni b'mod adattat. [Em. 54] |
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx ikunu ta' xkiel għat-tqegħid fis-suq ta' dawn il-kostitwenti għal applikazzjonijiet oħra.
2. L-Istati Membri ma jistgħux, fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-kostitwenti tal-interoperabilità għall-użu tas-sistema tan-netwerk ferrovjarju meta dawn jikkonformaw ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma ma jistgħux jitolbu verifiki li jkunu diġà saru bħala parti mill-proċedura tad-dikjarazzjoni tal-“KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu.
Stat Membru ma jistax jipprojbixxi, jirristrinġi jew ifixkel id-dħul fis-servizz tal-konstitwenti tal-interoperabilità li ġew rikonoxxuti għal qasam li huwa intenzjonat għalih jekk dan il-qasam jinsab fit-territorju tiegħu. [Em. 55]
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' tingħata s-setgħa li tadotta atti implimentazzjoni, il-kamp delegati skont l-Artikolu 46 li jikkonċerna l-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità KE kif ukoll l-idoneità, u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità. il-format tagħha u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fiha; Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). [Em. 56]
2a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u d-dettalji tal-informazzjoni inklużi fid-dikjarazzjoni ta' konformità KE u l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). [Em. 57]
Artikolu 9
Konformità jew idoneità għall-użu
1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkunsidraw bħala interoperabbli u li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali dawk il-kostitwenti tal-interoperabilità li huma koperti mid-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu.
2. Il-kostitwenti kollha tal- interoperabilità għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura u l-adattabilità għall-użu indikat fit-TSI rispettiva u jkollhom magħhom iċ-ċertifikat korrispondenti.
3. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkunsidraw li kostitwent tal- intoperabilità jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali jekk ikun iħares il-kundizzjonijiet stabbiliti mit-TSI korrispondenti jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej żviluppati biex ikunu jħarsu dawn il-kundizzjonijiet.
4. Spare parts għal sottosistemi li jkunu diġà tpoġġew fis-servizz meta t-TSI korrispondenti jidħol fis-seħħ jistgħu jiġu installati f'dawn is-sottosistemi mingħajr ma jkollhom jgħaddu mill-proċedura msemmija fil-paragrafu 2.
5. It-TSIs jistgħu jistipulaw perjodu ta' tranżizzjoni għall-prodotti ferrovjarji identifikati minn dawk it-TSIs bħala kostitwenti tal-interoperabilità li huma diġà mqiegħda fis-suq meta t-TSIs jidħlu fis-seħħ. Tali kostitwenti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1).
Artikolu 10
Proċedura għal dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu
1. Biex tiġi stabbilità d-dikjarazzjoni “KE” ta'konformità jew idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabilità, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni għandu japplika d-dispożizzjonijiet stabbiliti mit-TSIs rilevanti.
2. Fejn mitlub mit-TSI korrespondenti, il-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabilità għandha ssir mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat li miegħu il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni jkun ressaq l-applikazzjoni.
3. Meta l-kostitwenti tal-interoperabilità jkunu soġġetti għal direttivi oħra tal-Unjoni li jkopru aspetti oħra, id-dikjarazzjoni “KE” tal-konformità jew l-idoneità għall-użu għandha, f'każijiet bħal dawn, tgħid li l-kostitwenti tal-interoperabilità jilħqu wkoll ir-rekwiżiti ta' dawk id-direttivi l-oħra.
4. Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun laħaq l-obbligi stabbiliti fil- paragrafi 1 u 3, dawk l-obbligi għandhom jaqgħu fuq kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq kostitwenti tal-interoperabilità. L-istess obbligi għandhom jgħoddu għal kwalunkwe persuna li timmonta kostitwenti tal-interoperabilità jew kostitwenti ta' partijiet tal-interoperabilità li jkollhom diversi oriġini jew min jiffabbrika kostitwenti tal-interoperabilità għall-użu tiegħu, għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
5. Sabiex jiġi evitat li kostitwenti tal-interoperabilità li ma jkunux konformi jitqiegħdu fis-suq u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11:
|
(a) |
f'kull każ meta Stat Membru jsib li dikjarazzjoni tal-konformità “KE” ma tkunx intliet b'mod tajjeb, il- manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni għandu jiġi mġiegħel, jekk meħtieġ, jirritorna l-kostitwent tal-interoperabilità għal stat ta' konformità u li jtemm il-ksur taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru; |
|
(b) |
meta n-nuqqas tal-konformità jkompli, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi xierqa biex jillimita jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-kostitwent tal-interoperabilità inkwistjoni, jew jiżgura li dan jiġi rtirat mis-suq skont il-proċeduri previsti fl-Artikolu 11. |
Artikolu 11
Nuqqas ta' konformità ta' kostitwenti tal- interoperabbilità ma' rekwiżiti essenzjali
1. Meta Stat Membru jsib li l-kostitwent tal-interoperabilità kopert bid-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu u li jkun tqiegħed fis-suq ikun improbabbli, meta jintuża kif maħsub, li jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dan għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jillimta l-qasam tal-applikazzjoni tiegħu, jipprojbixxi l-użu tiegħu, jirtirah mis-suq jew jirkuprah. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda u jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, waqt li jgħidu b'mod partikolari jekk in-nuqqas fil-konformità jkunx dovut għal:
|
(a) |
il-fatt li ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti essenzjali; |
|
(b) |
applikazzjoni skorretta tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej fejn l-applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet ikunu joqogħdu fuqha; |
|
(c) |
inadegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej. |
2. Aġenżija, fuq mandat mill-Kummissjoni, Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta tibda l-proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet konċernati malajr kemm jista' jkun. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura tkun ġustifikata, hija għandha mill-ewwel tinforma mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 ġurnata. Wara l-konsultazzjoni, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi jekk il-miżuri humiex ġustifikati. Aġenżija għandha tinforma mill-ewwel lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva b'dan. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-miżura ma tkunx ġustifikata din għandha tinforma mill-ewwel lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u lill- manifattur f'dak ir-rigward u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, stabbilit fi ħdan l-Unjoni, bihom. [Em. 58]
3. Meta kostitwent tal-interoperabilità li jkollu d-dikjarazzjoni tal-konformità 'KE' jonqos milli jikkonforma, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-miżuri xierqa kontra kull persuna li tkun fasslet id-dikjarazzjoni u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu jiġu notifikati bil-progress u r-riżultati ta' dik il-proċedura. [Em. 59]
KAPITOLU IV
SOTTOSISTEMI
Artikolu 12
Moviment ħieles ta' sottosistemi
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V, l-Istati Membri ma jistgħux, fit-territorju tagħhom u għal raġunijet li jirrigwardaw din id-Direttiva, jipprojbixxu, jillimitaw jew ifixklu l-kostruzzjoni, id-dħul fis-servizz u t-tħaddim tas-sottosistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali. B'mod partikulari, ma jistgħux jirrekjedu kontrolli li diġà jkunu saru:
|
(a) |
jew bħala parti mill-proċedura li twassal għad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika; |
|
(b) |
jew fi Stati Membri oħra, qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bil-għan li tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti identiċi f'kundizzjonijiet operattivi identiċi. |
Artikolu 13
Konformità ma' TSIs u regoli nazzjonali
1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom iqisu bħala li jkunu interoperabbli u li jissodisfaw bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali, dawk is-sottosistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jkunu koperti, kif xieraq, bid-dikjarazzjoni ta'verifika “KE” 'KE' stabbilita b'referenza għat-TSIs f'konformità mal-Artikolu 15 jew permezz tad-dikjarazzjoni ta' verifika stabbilita b'referenza għar-regoli nazzjonali notifikati f'konformità mal-Artikolu 15a, jew it-tnejn . [Em. 60]
2. Il-verifika tal-interoperabilità, skont ir-rekwiżiti essenzjali, ta' sottosistema strutturali li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja għandha tiġi stabbilita b'referenza għat-TSIs u għar-regoli nazzjonali nnotifikati skont il-paragrafu 3. [Em. 61]
2a. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta' permessi jittieħdu abbażi tat-TSIs u r-regoli nazzjonali notifikati li jkunu japplikaw fiż-żmien l-applikazzjoni. [Em. 62]
3. L-Istati Stati Membri għandhom ifasslu, għal kull sottosistema, lista tar-regoli nazzjonali li jintużaw għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali fil-każijiet essenzjali u/jew il-mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità fil-każijiet li ġejjin: [Em. 63]
|
(a) |
meta t-TSIs ma jkoprux b'mod sħiħ ċerti aspetti li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali (punti miftuħa); |
|
(b) |
meta ikun ġie notifikat nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom skont l-Artikolu 7; jew |
|
(c) |
meta każ speċifiku ikun jitlob l-applikazzjoni ta' regoli tekniċi mhux inklużi fit-TSI rilevanti. |
|
(d) |
fil-każ ta' regoli nazzjonali użati biex jiġu deskritti s-sistemi eżistenti. |
|
(da) |
fil-każ ta' netwerks u vetturi mhux koperti mit-TSIs; [Em. 64] |
|
(db) |
għal raġunijiet ta' sikurezza speċifiċi għal Stat Membru wieħed jew diversi Stati b'kundizzjoni li dawn jiġu ppruvati u soġġetti għall-prerogattivi tal-Aġenzija. [Em. 65] |
4. L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi responsabbli li jistabbilixxu, fil-każ ta' dawn ir-regolamenti tekniċi, id-dikjarazzjoni ta' verifika KE msemmija fl-Artikolu 15.
Artikolu 14
Regoli nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-lista tar-regoli nazzjonali msemmija li jintużaw, kif imsemmija fl-Artikolu 13(3) jew fil-każijiet li ġejjin : [Em. 66]
|
(a) |
kull darba li l-lista ta' regoli tinbidel, jew [Em. 67] |
|
(b) |
wara li tkun saret meta tkun saret talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI sottomessa f'konformità mal-Artikolu 7, jew; [Em. 68] |
|
(c) |
wara l-pubblikazzjoni tat-TSI kkonċernata jew ir-reviżjoni tagħha, fid-dawl tat-tneħħija tar-regoli nazzjonali li ma għadhomx meħtieġa minħabba l-għeluq tal-punti miftuħa fit-TSIs. |
|
(ca) |
meta r-regola/i nazzjonali tkun/jkunu għadha/għadhom ma ġietx/ġewx innotifikata/i sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva; [Em. 69] |
1a. Fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe regola nazzjonali eżistenti li ma tkunx ġiet notifikata sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. [Em. 70]
2. L-Istati Stati Membri għandhom jinnotifikaw it-test sħiħ tar-regoli nazzjonali eżistenti lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz ta' għodda xierqa tal-IT skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament tal-Aġenzija]. [Em. 71]
3. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli nazzjonali ġodda fil-każijiet li ġejjin biss:
|
(a) |
meta TSI ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti essenzjali; |
|
(b) |
bħala miżura preventiva urġenti, partikolarment wara aċċident. |
4. Jekk Stat Membru jkun biħsiebu jintroduċi jdaħħal regola nazzjonali ġdida, dan għandu jibgħat l-abbozz lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni għall-eżami tal-anqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ skedat tar-regola l-ġdida proposta, filwaqt li jagħti r-raġuni għad-dħul tagħha, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament tal-Aġenzija], permezz ta' sistema xierqa tal-IT skont l-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament. [Em. 72]
4a. Meta jinnotifikaw regola nazzjonali eżistenti jew ġdida, l-Istati Membri għandhom jipprovdu prova tal-ħtieġa ta' dik ir-regola biex jissodisfaw rekwiżit essenzjali li ma jkun diġà kopert mit-TSI rilevanti. L-Istati Membri m'għandhomx jingħataw il-permess li jinnotifikaw kwalunkwe regola nazzjonali mingħajr ma jissostanzjaw dik il-ħtieġa.
L-Aġenzija għandha xahrejn biex teżamina l-abbozz ta' regola u biex tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tapprova jew tiċħad l-abbozz ta' regola. F'każ ta' miżuri preventivi urġenti biss, l-Istati Membri jistgħu jadottaw u japplikaw regola ġdida bla dewmien, li tkun tgħodd għal xahrejn. Jekk tali regola tkun tikkonċerna diversi Stati Membri, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, għandha tarmonizza r-regola fil-livell tal-Unjoni. [Em. 73]
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali, inkluż dawk li jkopru l-interfaċċji bejn il-vetturi u n-netwerk, ikunu disponibbli bla ħlas u jkunu miktuba b'lingwa li tista' tinftiehem mill-partijiet kollha kkonċernati.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx regoli u restrizzjonijiet ta' natura strettament lokali. F'tali każijiet, l-Istati Membri għandhom isemmu dawn ir-regoli u restrizzjonijiet fir-reġistri tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 45.
7. Ir-regoli nazzjonali notifikati taħt dan l-Artikolu mhumiex soġġetti għall-proċedura ta' notifika stipulata fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewpew u tal-Kunsill (15).
8. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċettazzjoni reċiproka fi Stati Membri differenti u l-verifiki ta' kompatibilità bejn it-tagħmir fiss u mobbli; Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 48(3). L-Aġenzija, f'konformità ma' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali f'konformità ma' dan l-Artikolu, u għandha tippubblika r-reġistru korrispondenti. Dak ir-reġistru għandu jelenka wkoll kwalunkwe mezz nazzjonali aċċettabbli ta' konformità. [Em. 74]
L-Aġenzija, skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali li huma nnotifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu.
9. L-abbozzi tar-regoli nazzjonali u r-regoli nazzjonali fis-seħħ għandhom jiġu eżaminati mill-Aġenzija skont il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament tal-Aġenzija].
Artikolu 15
Proċedura għat-twaqqif ta' dikjarazzjoni ta' verifika “KE”
1. Biex titwaqqaf id-dikjarazzjoni ta'verifika “KE”, l-applikant għandu jitlob lill- korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità li hu jkun għażel għal dak l-iskop biex japplika l-proċedura tal-verifika “KE”. L-applikant jista' jkun l-entità kontraenti jew il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fi ħdan l-Unjoni.
2. Ix-xogħol tal-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità responsabbli għall-verifika “KE” tas-sottosistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-sottosistema tiddaħħal fis-servizz. Dan jista' Dan għandu jkopri wkoll il-verifika tal- interfaċċji tas-sottosistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fit-TSI rilevanti u fir-reġistri previsti fl-Artikoli 44 u 45. [Em. 75]
3. Il-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”. Dan il-fajl tekniku għandu jkollu fih id-dokumenti kollha meħtieġa li għandhom x'jaqsmu mal-karatteristiċi tas-sottosistema u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità. Dan għandu jkollu fih ukoll l-elementi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu u mal-istruzzjonijiet rigward is-servizz, il-monitoraġġ kostanti jew ta' rutina, l-aġġustament u l-manutenzjoni.
4. Kwalunkwe emenda tal-fajl tekniku msemmi fil-paragrafu 3 li jkollha impatt fuq il-verifiki mwettqa timplika modernizzar għandu jinvolvi l-bżonn li tiġi stabbilita dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' ġdida. [Em. 76]
5. Il-korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità jista' joħroġ ċertifikazzjonijiet ta' verifiki intermedji sabiex ikopri ċerti stadji tal-proċedura ta' verifika jew ċerti partijiet ta' sottosistema. F'dan il-każ, japplikaw il-proċeduri ta' verifika stabbiliti skont il-paragrafu 7(a).
6. Jekk it-TSIs rilevanti jippermettu, il-korp notifikat tal-valutazzjoni tal-konformità jista' joħroġ ċertifikati ta' konformità għal serje ta' sottosistemi jew ċerti partijiet ta' dawk is-sottosistemi.
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
|
(a) |
il-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inkluż il-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċedura u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika 'KE', u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali; |
|
(b) |
il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika; |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). [Em. 78]
7a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri ta' verifika għas-sottosistemi, inklużi l-prinċipji ġenerali, il-kontenut, il-proċedura u d-dokumenti relatati mal-proċedura ta' verifika 'KE', u mal-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali; [Em. 79]
7b. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u għad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u mudelli għad-dokumenti inklużi fil-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika;
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). [Em. 80]
Artikolu 15a
Proċedura għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali
Il-proċeduri għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” msemmija fl-Artikolu 15 għandhom japplikaw ukoll, meta jkun xieraq, għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika fir-rigward tar-regoli nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-korpi responsabbli għat-twettiq tal-proċedura ta' verifika fir-rigward tar-regoli nazzjonali f'konformità mal-Kapitolu VI. [Em. 77]
Artikolu 16
Nuqqas ta' konformità ta' sottosistemi ma' rekwiżiti essenzjali
1. Meta Stat Membru jsib li sottosistema strutturali koperta mid-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” dwar il-verifika li jkollha magħha fajl tekniku ma tkunx tikkonforma għal kollox ma' din id-Direttiva u b'mod partikolari ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali, dan jista' jitlob li jsiru kontrolli addizzjonali.
2. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni b'xi kontrolli addizzjonali mitluba u jispjega r-raġunijiet li jiġġustifikawhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati.
3. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddikjara jekk in-nuqqas ta' konformità sħiħa ma' din id-Direttiva hijiex riżultat ta':
|
(a) |
nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' TSI, jew applikazzjoni mhux korretta ta' TSI; f'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru fejn tgħix il-persuna li fasslet id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” b'mod żbaljat u għandha titlob lil dak l-Istat Membru biex jieħu l-miżuri adegwati; |
|
(b) |
inadegwatezza ta' TSI; f'dak il-każ, il-proċedura biex tiġi emendata t-TSI kif imsemmi fl-Artikolu 6 għandha tapplika. |
Artikolu 17
Suppożizzjoni ta’ konformità
Għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li l-kostitwenti u s-sottosistemi tal-interoperabilità li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni, huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness III.
KAPITOLU V
TQEGĦID FIS-SUQ U TQEGĦID FIS-SERVIZZ
Artikolu 18
Tqegħid fis-servizz ta' stallazzjonijiet fissi
1. Is-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, tal-enerġija u l-infrastruttura jistgħu jitqiegħdu fis-servizz biss jekk jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kif stabbiliti fl-Anness III, u l-awtorizzazzjoni rilevanti tasal skont il-paragrafu 2.
2. Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura li huma llokalizzati u tas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji li ma jkunux lokalizzati f'ERTMS jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom iqisu l-opinjoni tal-Aġenzija meta jkunu involuti koordinaturi tat-TEN-T jew taqsimiet transkonfinali.
L-Aġenzija għandha tawtorizza l-infrastrutturi transkonfinali b'ġestjonarju tal-infrastruttura uniku wieħed. [Em. 81]
L-Aġenzija għandha tagħti deċiżjonijiet li jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji llokalizzati jew operati tawtorizza l-ERTMS b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Qabel ma l-Aġenzija tawtorizza l-ERTMS, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tingħata l-kompetenza li tivverifika l-kompatibilità operazzjonali man-netwerks nazzjonali. L-Aġenzija għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-ERTMS fl-Unjonikollha. [Em. 82]
Fil-każ tal-ERTMS, l-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata fi żmien xahar mill-wasla tal-applikazzjoni sħiħa sabiex jiġi żgurat żvilupp koerenti tal-ERTMS fl-Unjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tagħti opinjoni lill-Aġenzija dwar il-kompatibilità teknika u operattiva tas-sottosistema mal-vetturi maħsuba biex joperaw fil-parti rilevanti tan-netwerk fi żmien xahrejn. L-Aġenzija, sakemm ikun possibbli, għandha tqis dik l-opinjoni qabel ma toħroġ l-awtorizzazzjoni, u fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, din għandha tinforma lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u tiddikjara r-raġunijiet għal dan. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Aġenzija bħala awtorità tas-sistema skont il-Kapitolu 6 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament tal-Aġenzija].
Meta l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni negattiva li tkun saret minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza, din għandha tinforma lill-awtorità kkonċernata dwar dan, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. L-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li ssir valutazzjoni aċċettabbli reċiprokament. Meta jkun meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma tkun tista' tinstab l-ebda valutazzjoni aċċettabbli reċiprokament fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza bin-nuqqas ta' qbil tagħha, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha ħlief jekk l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun irreferiet il-kwistjoni għal arbitraġġ lill-Bord tal-Appell stabblit skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament dwar l-Aġenzija]. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Aġenzija fi żmien xahar mit-talba tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.
Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta talba għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi għandha tkun debitament sostnuta mill-Aġenzija. L-applikant jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi d-deċiżjoni negattiva, jagħmel talba biex l-Aġenzija tirrevedi d-deċiżjoni tagħha. Dik it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet. L-Aġenzija għandu jkollha xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba għal rieżami sabiex tikkonferma jew tibdel id-deċiżjoni tagħha. Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament tal-Aġenzija]. [Em. 83]
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jipprovdu gwida ddettaljata dwar kif jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għal dawk l-awtorizzazzjonijiet u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw sabiex ixerrdu din l-informazzjoni.
3. Sabiex tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija, skont liema tkun l-awtorità kompetenti kif stabbilit fil-paragrafu 2, għandhom jiksbu prova ta':
|
(a) |
id-dikjarazzjoni ta' verifika KE; |
|
(b) |
l-integrazzjoni sikura ta' dawn is-sottosistemi skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva…/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni]. |
|
(c) |
il-kompatibilità teknika ta' dawn is-sottosistemi, stabbiliti abbażi tat-TSIs rilevanti, regoli nazzjonali, reġistri u l-metodi komuni ta' sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva…/…UE [Direttiva għas-Sikurezza Ferrovjarja]; |
|
(ca) |
id-dikjarazzjoni ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali. [Em. 84] |
Fi żmien xahar mill-wasla tat-talba tal-applikant, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, skont liema waħda tkun l-awtorità kompetenti, għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa komplut jew titlob informazzjoni komplementari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' skadenza raġonevoli għall-provvediment ta' dik l-informazzjoni. [Em. 85]
4. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, l-applikant għandu jibgħat fajl li jiddeskrivi l-proġett lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza (għas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura) jew lill-Aġenzija u għas-sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji), fajl li jiddeskrivi l-proġett il-binajri li ma jkunxu ERTMS) jew lill-Aġenzija (għall-ERTMS u għall-infrastrutturi transkonfinali b'ġestjonarju tal-infrastruttura uniku wieħed) . L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija għandha teżamina l-fajl u tiddeċiedi, abbażi tal-kriterji ddefiniti fil-paragrafu 5, jekk hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti. [Em. 86]
5. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, se tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' verifika ġdida 'KE' kif stabbilit fl-Artikolu 15(4). Minbarra dan, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz meta:
|
(a) |
il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-sottosistema kkonċernata jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti; jew |
|
(b) |
tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti; jew |
|
(c) |
tkun meħtieġa mill-pjanijiet nazzjonali ta' implimentazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri. |
Artikolu 19
Tqegħid fis-suq ta' sottosistemi mobbli
1. Is-sottosistema ta' vetturi ferrovjarji u s-sottosistema ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni abbord jistgħu għandhom jitqiegħdu fis-suq mill-applikant biss jekk dawn jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali kif stabbilit fl-Anness III. [Em. 87]
2. B'mod partikolari, l-applikant għandu jiżgura li d-dikjarazzjoni ta' verifika KE tkun ġiet ipprovduta.
3. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, se tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' verifika ġdida 'KE' kif stabbilit fl-Artikolu 15(4).
Artikolu 20
Awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq
1. Vettura għandha titqiegħed fis-suq biss wara li tkun irċeviet awtorizzazzjoni l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-Aġenzija skont il-paragrafu 5. f'konformità ma' dan l-Artikolu . [Em. 88]
L-awtorizzazzjoni tal-vettura għandha ssemmi:
|
(a) |
il-qasam tal- użu; |
|
(b) |
il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, fejn applikabbli, fir-regoli nazzjonali, bħala rilevanti għall-verifika tal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u l-qasam tal-użu; |
|
(c) |
il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u l-gruppi ta' regoli nazzjonali, f'rabta mal-parametri msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet għall-użu tal-vettura u kwalunkwe restrizzjoni oħra. [Em. 89] |
2. Din L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjonijiet li jipprovdu l-awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jikkonfermaw il-valuri tal-parametri rilevanti għall-kontroll tal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u l-istallazzjonijiet fissi kif stabbiliti fit-TSIs. l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dwar il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u tistabbilixxi gruppi regoli nazzjonali, b'rabta ma' dawn il-parametri. tinħareġ abbażi ta' fajl rigward il-vettura jew it-tip ta' vettura prodott mill-applikant u li jkun fih l-evidenza dokumentarja ta' dan li ġej:
|
— |
fir-rigward tas-sottosisemti mobbli li jibnu l-vettura:
|
|
— |
fir-rigward tal-vettura: il-kompatibilità teknika tal-vettura man-netwerks fil-qasam tal-użu. [Em. 90] |
Il-kompatibilità teknika għandha tiġi stabbiliti abbażi tat-TSIs rilevanti u, meta xieraq, ir-regoli u r-reġistri nazzjonali. Kulmeta jkunu meħtieġa testijiet sabiex tinkiseb evidenza dokumentata tal-kompatibilità teknika, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu, joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vettura għal verifiki prattiċi fin-netwerk. Il-ġestjonarju tal-infrastruttura, b'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li kwalunkwe test isir fi żmien tliet xhur wara l-wasla tat-talba tal-applikant. Meta jkun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li t-testijiet isiru.
L-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi fil-vettura għandha tiġi stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, il-metodi komuni ta' sikurezza stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/…/UE [Direttiva għas-Sigurezza Ferrovjarja] u, meta jkun applikabbli, ir-regoli nazzjonali. [Em. 91]
3. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tista' tistipula kundizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn.
L-Aġenzija għandha tagħti awtorizzazzjoni lil vettura wara li tkun ivvalutat l-elementi tal-fajl imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti mill-applikant . Fi żmien xahar, l-Aġenzija għandha tindika lill-applikant jekk il-fajl huwiex komplut jew le. Kwalunkwe deċiżjoni negattiva li tittieħed fir-rigward ta' applikazzjoni għandha tkun sostanzjata kif xieraq.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha.
L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet li tagħti. [Em. 92]
3a. Matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, l-applikant jista' jagħżel li jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni tal-vettura lill-Aġenzija jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti. [Em. 94]
4. L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tinħareġ abbażi ta' fajl tal-vettura jew tip ta' vettura magħmul mill-applikant u tkun tinkludi l-evidenza dokumentarja ta':
|
(a) |
it-tqegħid fis-suq tas-sottosistemi mobbli li jagħmlu l-vettura skont l-Artikolu 19; |
|
(b) |
il-kompatibilità teknika ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali u rilevanti; |
|
(c) |
l-integrazzjoni sikura ta' dawn is-sottosistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva …/… [dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni]. [Em. 93] |
5. L-Aġenzija Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' vettura għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, kwalunkwe każ, tkun sostanzjata kif xieraq. L-applikant jista' fi żmien erba' xhur xahar mill-wasla tal-informazzjoni rilevanti. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha. tad-deċiżjoni negattiva, jitlob li l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, kif xieraq, tirrevedi d-deċiżjoni . L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba għal reviżjoni sabiex tikkonferma jew tibdel id-deċiżjoni tagħha. [Em. 95]
Jekk tiġi kkonfermata deċiżjoni negattiva mill-Aġenzija, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell maħtur skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru …/… [li jistabbilixxi aġenzija ferrovjarja Ewropea]. [Em. 96]
Jekk id-deċiżjoni negattiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun ikkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-bord tal-appell maħtur mill-Istat Membru kompetenti skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva …/… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-entità regolatorja stipulata fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għall-finijiet ta' dik il-proċedura ta' appell. [Em. 97]
L-Aġenzija għandha tipprovdi gwida ddettaljata dwar kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' tali informazzjoni.
6. L-Aġenzija tista' toħroġ temenda jew tirrevoka awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suqta' serje ta' vetturi. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha. vettura jekk din ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet li fuqhom inħarġet, waqt li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha f'dak ir-rigward . L-Aġenzija għandha b'mod immedjat taġġorna r-reġistru Ewropew definit fl-Artikolu 43a.
Jekk l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssib li vettura awtorizzata mhix konformi mar-rekwiżiti essenzjali, din għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa fi żmien xahar. F'każijiet li jeħtieġu miżuri preventivi urġenti, l-Aġenzija tista' tillimita jew tissospendi immedjatament l-awtorizzazzjoni qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha. [Em. 98]
7. L-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appelli maħtur fil-kuntest tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru …/… [li jistabbilixxi aġenzija ferrovjarja Ewropea] kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija jew in-nuqqas li taġixxi fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, fi żmien sitt xhur minn wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, fir-rigward ta' regoli dettaljati dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni, inklużi:
|
(a) |
gwida dettaljata li tiddeskrivi u tispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura u d-dokumenti meħtieġa; |
|
(b) |
l-arranġamenti proċedurali għall-proċess ta' awtorizzazzjoni, bħal kontenut u limiti ta' żmien għal kull stadju tal-proċess; |
|
(c) |
il-kriterji għall-valutazzjoni tal-fajls tal-applikanti.[Em. 99] |
8. Fil-każ ta' tiġdid jew ta' mmodernizzar ta' vetturi eżistenti li diġà għandhom awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq:
|
(a) |
għandha tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' verifika ġdida 'KE' kif stabbilita fl-Artikolu 15(4), u |
|
(b) |
għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jekk isir kwalunkwe tibdil maġġuri fil-valuri tal-parametri inklużi fl-awtorizzazzjoni tal-vettura diġà mogħtija. [Em. 100] |
9. Fuq talba tal-applikant, l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tista' tinkludi indikazzjoni ċara tan-netwerks jew linji jew gruppi ta' netwerks jew linji meta l-impriża ferrovjarja tista' tqiegħed tali vettura fis-servizz mingħajr aktar verifiki, kontrolli jew testijiet li jikkonċernaw il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u dawn in-netwerks jew linji. F'dak il-każ, fit-talba tiegħu l-applikant għandu jinkludi l-prova tal-kompatibilità teknika tal-vettura man-netwerks jew linji kkonċernati.
Tista' wkoll tiżdied din l-indikazzjoni, meta dan jintalab mill-applikant oriġinali jew applikant ieħor, wara li tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni rilevanti għat-tqegħid fis-suq. [Em. 101]
9a. L-awtorizzazzjoni għall-vetturi operati jew maħsuba biex jiġu operati fuq l-infrastruttura ferrovjarja ta' netwerks ferrovjarji iżolati tista' wkoll tingħata mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li fihom tkun tinsab in-netwerk ikkonċernata. F'tali każijiet, l-applikant jista' jagħżel bejn li japplika għand l-Aġenzija jew għand l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ta' dawk l-Istati Membri.
Fil-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri fejn ikun lokalizzat netwerk ferrovjarju iżolat għandhom jistabbilixxu proċeduri komuni ta' awtorizzazzoni tal-vetturi u jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi maħruġa minnhom. Fil-każ ta' deċiżjonijiet konflinġenti tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u fin-nuqqas ta' deċiżjoni aċċettabbli reċiprokament, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar l-Aġenzija] kif xieraq.
Jekk, sal-aħħar tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, dawk l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jkunu ma stabilixxewx arranġamenti għall-proċeduri komuni ta' awtorizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi, l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikoli għandhom jingħataw biss mill-Aġenzija.
Jekk l-arranġamenti għall-proċeduri komuni ta' awtorizzazzjoni u r-rikonoxximenti reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi jiġu stabbiliti, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkollhom netwerks ferrovjarji iżolati jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u l-applikant jista' jagħżel li japplika għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi għand l-Aġenzija jew għand l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza wara li jispiċċa l-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a.
Għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress li jkun inkiseb lejn l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju iżolat u għandha, jekk ikun meħieġ, tissottometti l-proposta leġiżlattiva xierqa. [Em. 102]
Artikolu 20a
Reġistrazzjoni tal-vetturi awtorizzati
Qabel ma vettura tintuża għall-ewwel darba, wara li tingħata l-awtorizzazzjoni fir-rigward tagħha skont l-Artikolu 20, din għandha tiġi rreġistrata fuq talba tad-detentur.
Meta l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat mill-Aġenzija, il-vettura għandha tiġi rreġistrata fir-Reġistru Ewropew f'konformità mal-Artikolu 43a.
Meta l-qasam tal-użu tal-vettura ikun ristrett għat-territorju ta' Stat Membru wieħed u l-awtorizzazzjoni tkun ingħata minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza, din għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi ta' dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 43. [Em. 103]
Artikolu 21
Tqegħid fis-servizz Użu tal-vetturi [Em. 104]
1. L-impriżi ferrovjarji għandhom iqiegħdu . Qabel ma impriża ferrovjarja tuża vettura fis-servizz biss wara li jkunu kkontrollaw, b'konsultazzjoni mal-amministratur tal-infrastruttura, il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u r-rotta u l-integrazzjoni sikura tal-vettura fis-sistema li fiha tkun maħsuba li topera, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali, ir-reġistri u l-metodi komuni ta' sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva.fil-qasam tal-użu speċifikat fl-awtorizzazzjoni tal-vettura, din għandha tiżgura, filwaqt li tuża is-sistema tagħha ta' ġestjoni tas-sikurezza: [Em. 105]
Għal dan il-għan, il-vetturi għandhom l-ewwel jirċievu l-awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 20.
|
(a) |
li l-vettura tkun ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 20 u tkun reġistrata kif xieraq; [Em. 106] |
|
(aa) |
il-kompatibilità teknika bejn il-vettura u r-rotta abbażi tar-reġistru tal-infrastruttura, it-TSIs rilevanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li għandha tiġi pprovduta bla ħlas mill-ġestjonarju tal-infrastruttura u f'perijodu ta' żmien raġonevoli, meta ir-reġistru tal-infrastruttura ma jkunx jeżisti jew ma jkunx komplut; u [Em. 107] |
|
(ab) |
l-integrazzjoni tal-vettura fil-kompożizzjoni tal-ferrovija li hija maħsuba li topera fiha, abbażi tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza kif stabbilit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja u t-TSI dwar l-operazzjoni u l-ġestjoni. [Em. 108] |
1a. Sabiex jgħin lill-impriżi ferrovjarji jikkontrollaw il-kompatibilità teknika u l-integrazzjoni sikura bejn il-vettura u r-rotta/rotot, il-ġestjonarju tal-infrastruttura, fuq talba, għandu jipprovdi lill-impriżi ferrovjarji bl-informazzjoni addizzjonali relatata mal-karatteristiċi tar-rotta/rotot. [Em. 109]
2. L-impriża ferrovjarja għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tat-tqegħid fis-servizz tal-operazzjoni tal-vetturi lill-Aġenzija, lill-amministratur lill-ġestjonarju tal-infrastruttura kif ukoll lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rrekordjati fir-reġistri fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 43 u fir-Reġistru Ewropew imesmmi fl-Artikolu 43a . [Em. 110]
3. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tas-sottosistemi eżistenti, se tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' verifika ġdida 'KE' kif stabbilit fl-Artikolu 15(4). Minbarra dan, deċiżjoni ġdida li tittieħed mill-impriża ferrovjarja għat-tqegħid fis-servizz ta' dawn il-vetturi għandha tkun rikjesta meta:
|
(a) |
il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-sottosistema kkonċernata jkun jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti, jew |
|
(b) |
din tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti. [Em. 111] |
Artikolu 22
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tipi tat-tip ta' vetturi fis-suq vettura [Em. 112]
1. L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq. , jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza waqt il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura. [Em. 113]
L-Aġenzija għandha tipprovdi u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jipprovdu gwida ddettaljata dettaljata dwar kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tip ta' tipi ta' vettura. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq għall-awtorizzazzjonijiet u li jelenka d-dokumenti rikjesti għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' din l-informazzjoni. [Em. 114]
2. Madankollu, jekk l-Aġenzija toħroġ jekk awtorizzazzjoni ta' tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, din għandha fl-istess waqt toħroġ awtorizzazzjoni sabiex tqiegħed fis-suq it-tip ta' vettura korrispondenti tinħareġ mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandha tinħareġ fl-istess ħin . [Em. 115]
3. Vettura li hija f'konformità ma' tip ta' vettura li għalih diġà nħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tat-tip ta' vettura korrispondenti, għandha, mingħajr kontrolli ulterjuri, tirċievi awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq abbażi ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' din dan it-tip ta' vettura sottomessa mill-applikant. [Em. 116]
4. Fil-każ ta' tibdil fi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tat-TSIs jew tar-regoli nazzjonali, li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tip ta' tat-tip ta' vettura abbażi tagħha , it-TSI jew ir-regola nazzjonali għandha tiddetermina jekk l-awtorizzazzjoni sabiex dik it-tip tat-tip ta' vettura titqiegħed fis-suq, li tkun diġà ngħatat, tibqax valida jew għandhiex bżonn tiġġedded. Jekk dik l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tiġi mġedda, il-kontrolli mwettqa mill-Aġenzija jkunu jistgħu biss jikkonċernaw ir-regoli mibdula. It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tip ta' vettura fis-suq ma jaffettwax l-awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq li jkunu diġà ngħataw nħarġu abbażi tal-awtorizzazzjoni preċedenti għat-tqegħid tat-tip ta' vettura fis-suq. [Em. 117]
5. Id- dikjarazzjoni ta' konformità għat-tip għandha tiġi stabbilita skont id-Deċiżjoni 2010/713/UE
6. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għat-tip għandha tkun stabbilita f'konformità ma':
|
(a) |
vetturi li jikkonformaw mat-TSI, il-proċeduri ta' verifika tat-TSI rilevanti; |
|
(b) |
għal vetturi li ma jikkonformawx mat-TSI, il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità kif iddefiniti fil-moduli B+D u B+F tad-Deċiżjoni 768/2008/KE. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-moduli ad hoc għall-valutazzjoni tal-konformità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(3). |
7. L-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' tipi ta' vetturi għandhom ikunu reġistrati fir-reġistru Ewropew ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 44.
Artikolu 22a
Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza
Għall-iskopijiet tal-Artikoli 18, 20 u 22, l-Aġenzija tista' tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament tal-Aġenzija].
Tali ftehimiet jistgħu jkunu ftehimiet speċifiċi jew ta' qafas, u jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti u l-kundizzjonijiet għar-riżultati u għandhom jispeċifikaw il-limiti ta' żmien li japplikaw għall-ilħuq tagħhom, kif ukoll dettalji dwar it-tqassim tat-tariffi mħallsa mill-applikant.
Dawn jistgħu jinkludu wkoll arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-każ ta' netwerks li jeħtieġu għarfien espert speċifiku minħabba raġunijiet ġeografiċi, varar avvanzat ta' ERTMS jew gauge differenti, jew għal raġunijiet storiċi, bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-applikant. Tali ftehimiet għandhom ikunu stabbiliti qabel l-Aġenzija tkun intitolata tirċievi applikazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 dwar tali ftehimiet ta' kooperazzjoni. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Ħames snin wara l-konklużjoni tal-ewwel ftehim ta' kooperazzjoni, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi mill-Aġenzija. [Em. 118]
KAPITOLU VI
NOTIFIKA TA' KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 23
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra liema huma l-korpi awtorizzati biex jagħmlu xogħol ta’ terzi fil-valutazzjoni tal-konformità taħt din id-Direttiva.
Artikolu 24
Awtoritajiet notifikanti
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli li tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 sa 29.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.
3. Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25. Għandu jkollu arranġamenti biex ikopri r-reponsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.
4. L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-ħidmiet imwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 25
Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet notifikanti
1. L-awtorità notifikanti għandha tiġi stabbilita b'mod li ma jkunx hemm kunflitti ta' interess ma' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità.
2. L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata u operata b'mod li jkunu salvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.
3. L-awtorità notifikanti għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.
4. L-awtorità notifikanti ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
5. L-awtorità notifikanti għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.
6. L-awtorità notifikanti għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex il-kompiti tagħha jitwettqu korrettament.
Artikolu 26
Obbligu ta' informazzjoni dwar l-awtoritajiet notifikanti
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u bil-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, u kull tibdil li jkun hemm f'dan il-qasam.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 27
Rekwiżiti marbuta mal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Għall-finijiet tan-notifika, korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u fl-Artikoli 28 u 29. Dawn ir-rekwiżiti huma wkoll applikabbli għall-korpi maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 13(4).
2. Għandu jkun stabbilit korp tal-valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali u dan għandu jkollu personalità ġuridika.
3. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu mit-TSI rilevanti u li jkun ġie notifikat dwarhom, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità stess u kemm jekk f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
F'kull żmien u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' prodotti li jkun ġie notifikat dwarhom, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
|
(a) |
il-persunal meħtieġ b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità; |
|
(b) |
id-deskrizzjonijiet rilevanti ta' proċeduri li l-valutazzjoni tal-konformità titwettaq f'konformità magħhom, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta' riproduzzjoni ta' dawk il-proċeduri. Hu għandu jkollu stabbiliti l-politiki u l-proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn ħidmiet li jwettaq bħala korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità u attivitajiet oħra; |
|
(c) |
proċeduri xierqa għat-twettiq ta' attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni. |
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-ħidmiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
4. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi għal polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm l-Istat ma jassumix ir-responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
5. Il-persunal ta’ korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet tagħhom skont it-TSI rilevanti jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom jiġu protetti.
6. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jassikuraw li l-persunal tagħhom għall-valutazzjoni jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u, bħala gwida ġenerali, japplikaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.
7. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma ad hoc tal-Aġenzija ERTMS stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament tal-Aġenzjia], jew jiżguraw li l-persunal tal-valutazzjoni tagħhom ikun infurmat bihom. Għandhom isegwu linjigwida prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta' dak il-grupp. F'każ li jqisu li l-applikazzjoni tagħhom mhijiex xierqa jew hija impossibbli, il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernati għandhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom biex dawn jiġu diskussi lill-grupp ta' ħidma ad hoc tal-ERTMS b'mod li dawn il-linjigwida jkomplu jitjiebu dejjem aktar.
Artikolu 28
Imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-manifattur tal-prodott li jivvaluta.
Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta' prodotti li huwa jivvaluta, jista', bil-kundizzjoni li jkun hemm prova tal-indipendenza tiegħu flimkien man-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess, jitqies bħala tali korp.
2. Għandha tiġi garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u tal-persunal tal-valutazzjoni tiegħu.
3. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma neċessarji għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' tali prodotti għal għanijiet personali.
4. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' dawk il-prodotti, l-anqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista' tkun f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni ta' konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.
5. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
6. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitamenti, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
Artikolu 29
Persunal tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn il-ħiliet li ġejjin:
|
(a) |
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità u li b'rabta miegħu jkun ġie notifikat il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità; kif ukoll taħriġ dwar kwistjonijiet ta' aċċessibilità; [Em. 119] |
|
(b) |
għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità xierqa biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet; |
|
(c) |
għarfien xieraq u fehim tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tar-regolamenti ta' implimentazzjoni tagħha; |
|
(d) |
l-abbiltà li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru. |
2. Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Artikolu 30
Suppożizzjoni ta’ konformità ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità
Meta korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun jista' juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew f'partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li huwa jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 29 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 31
Sussidjarji ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u sottokuntrattar min-naħa tagħhom
1. Meta korp ta' valutazzjoni tal-konformità jagħti b'sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 29 u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti dwar dan.
2. Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-ħidmiet imwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
3. L-attivitajiet tal-korpi notifikati jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew jiġu esegwiti minn sussidjarju biss bi ftehim mal-klijent.
4. Il-korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti d-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom fil-kuntest tat-TSI rilevanti.
Artikolu 32
Korpi interni akkreditati
1. L-impriża li tkun qed tapplika tista' tuża korp intern akkreditat sabiex twettaq attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti fil-moduli A1, A2, C1 jew C2 iddefiniti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE u l-moduli CA1 u CA2 iddefiniti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/713/KE. Tali korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-impriża li tkun qed tapplika u ma għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-istallazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti valutati minnu.
2. Il-korp intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
il-korp għandu jkun akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(b) |
il-korp u l-persunal tiegħu għandhom ikunu identifikabbli mill-aspett organizzattiv u jkollhom metodi ta' rappurtar, fl-impriża li jkunu jifformaw parti minnha, li jassikuraw l-imparzjalità tagħhom u juruha lill-korp nazzjonali rilevanti ta' akkreditament; |
|
(c) |
la l-korp u lanqas il-persunal tiegħu ma għandhom ikunu responsabbli għad-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-istallazzjoni, it-tħaddim jew il-manutenzjoni tal-prodotti li jivvalutaw, u lanqas ma għandhom iwettqu attivitajiet li jistgħu jiġu f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom jew mal-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom; |
|
(d) |
il-korp għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklussivament lill-impriża li jkun jagħmel parti minnha. |
3. Il-korp intern akkreditat ma għandux jiġi nnotifikat lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, iżda l-informazzjoni dwar l-akkreditament tiegħu għandha tingħata mill-impriża li huwa parti minnha jew mill-korp nazzjonali ta' akkreditament lill-awtorità notifikanti fuq talba ta' dik l-awtorità.
Artikolu 33
Applikazzjoni għal notifika
1. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit.
2. Dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li fil-konfront tagħhom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll b'ċertifikat ta' akkreditament, meta jkun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta' akkreditament li jafferma li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 29 ta' din id-Direttiva.
3. Jekk il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista' jipprovdi ċertifikat ta' akkreditament, dan għandu jipprovdi lill-awtorità notifikanti l-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 29.
Artikolu 34
Proċedura ta’ notifika
1. L-awtoritajiet notifikanti jistgħu jinnotifikaw biss lil dawk il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 29.
2. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri permezz ta' mezz elettroniku ta' notifika żviluppat u amministrat mill-Kummissjoni.
3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew il-prodotti kkonċernati flimkien mal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.
4. Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 33(2), l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri x-xhieda dokumentata li tikkonferma l-kompetenza tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru sabiex ikun żgurat li dak il-korp jiġi mmonitorjat b’mod regolari u li se jkompli jissodisfa r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli 27 sa 29.
5. Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn min-notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditament jew fi żmien xahrejn min-notifika meta ma jkunx intuża akkreditament.
6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe bidliet rilevanti sussegwenti fin-notifika.
Artikolu 35
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità.
Korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jiġi assenjat numru ta' identifikazzjoni wieħed anke meta jkun innotifikat skont diversi atti tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament il-lista tal-korpi notifikati skont id-Direttiva, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li kienu allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew notifikati.
Il-Kummissjoni għandha tassikura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 36
Tibdil fin-notifiki
1. Meta awtorità notifikanti tkun aċċertat ruħha jew tkun ġiet informata li korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 29, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas fir-rigward tal-issodisfar ta' dawk ir-rekwiżiti jew dawk l-obbligi. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.
2. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità ta' sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġetti għat-talba tagħhom.
Artikolu 37
Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi notifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew issir taf b’dubju rigward il-kompetenza ta' korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-issoktar tal-osservanza, min-naħa ta' korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità, tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa jkun suġġett.
2. L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, jekk mitlub jagħmel dan, l-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-ħarsien tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba tul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi trattata b’mod kunfidenzjali.
4. Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, hija għandha tgħarraf lill-Istat Membru notifikanti b'dan u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 38
Obbligi operattivi tal-korpi notifikati
1. Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet ta' konformità skont il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fit-TSI rilevanti.
2. Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, filwaqt li jevitaw piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jikkunsidraw kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.
B'dan il-mod huma għandhom xorta waħda joperaw bil-għan li jivverifikaw il-konformità tal-prodott mad-dispożizzjonjiet ta’ din id-Direttiva.
3. Fejn korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità jsib li r-rekwiżiti stabbiliti fit-TSI rilevanti jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew irrispettati mill-manifattur, huwa għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta' konformità.
4. Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp ta' valutazzjoni tal-konformità jsib li prodott ma jkunx għadu konformi mat-TSI rilevanti jew mal-istandards tal-armonizzazzjoni jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi korrispondenti, il-korp notifikat għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.
5. Fejn ma jittiħdux miżuri korrettivi jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.
Artikolu 39
Obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward ta' korpi notifikati
1. Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:
|
(a) |
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat; |
|
(b) |
kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq il-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet tan-notifika; |
|
(c) |
kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità; |
|
(d) |
meta mitluba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li twettqu fil-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar. |
2. Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi notifikati l-oħrajn taħt din id-Direttiva li jkunu qed iwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità u li jkopru l-istess prodotti, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati negattivi ta' valutazzjoni tal-konformità u, meta mitluba, riżultati pożittivi.
3. Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-Aġenzija ċ-ċertifikati KE ta' verifika tas-sottosistemi, iċ-ċertifikati KE ta' konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u ċ-ċertifikati KE tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti ta' interoperabilità.
Artikolu 40
Skambju ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifiki.
Artikolu 41
Koordinazzjoni tal-korpi notifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu operati korrettament f'forma ta' grupp settorjali ta' korpi notifikati. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-attivitajiet ta' korpi notifikati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament tal-Aġenzija].
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp, direttament jew permezz tar-rappreżentanti maħtura.
KAPITOLU VII
REĠISTRI
Artikolu 42
Sistema ta' numerazzjoni tal-vetturi
1. Kwalunkwe vettura li titqiegħed fis-servizz fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jkollha numru Ewropew tal-vettura (EVN) (NEV) assenjat lilha mill-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sikurezza għat-territorju rilevanti qabel ma l-vettura titqiegħed għall-ewwel darba fis-servizz. mill-Aġenzija meta tkun qed tinħareġ l-awtorizzazzjoni . [Em. 120]
2. L-impriża ferrovjarja li tħaddem vettura għandha tiżgura li l-vettura tkun immarkata bl-EVN bin-NEV assenjat lilha u għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-vettura tiġi rreġistrata kif xieraq . [Em. 121]
3. L-EVN huwa speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (17) .
4. Vettura għandha tiġi assenjata EVN darba biss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fid-Deċiżjoni 2007/756/KE .
5. Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta' vetturi mħaddma jew maħsuba biex jitħaddmu minn jew għal pajjiżi terzi li t-track gauge tagħhom hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw vetturi identifikati biċ-ċar skont sistema ta' kodiċi differenti.
Artikolu 43
Reġistri nazzjonali tal-vetturi
1. Kull Stat Membru għandu jżomm reġistru tal-vetturi li jkunu tqiegħdu fis-servizz fit-territorju tiegħu. Dan ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
għandu jkun miżmum u aġġornat minn korp li jkun indipendenti minn kull impriża ferrovjarja; |
|
(c) |
għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u korpi investigattivi indikati fl-Artikoli 16 u 21 tad-Direttiva […/… dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni]; għandha wkoll tkun aċċessibbli, bi tweġiba għal kull talba leġittima, għall-korpi regolatorji indikati fl-Artikoli 55 u 56 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (18) , lill-Aġenzija, lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastruttura kif ukoll lil dawk il-persuni/organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru. pubbliku. [Em. 122] |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' tħaddim, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-dejta u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistri tal-vetturi nazzjonali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
2a. Għal kull vettura, ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-NEV; |
|
(b) |
referenzi għad-dikjarazzjoni ta' verifika u l-korp emittenti; |
|
(c) |
identifikazzjoni tad-detentur u s-sid tal-vettura; |
|
(d) |
restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura; |
|
(e) |
l-entità inkarigata mill-manutenzjoni. [Em. 123] |
3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad-dejta għad-data mdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun tqiegħdet fis-servizz intużat . [Em. 124]
4. Sakemm ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi tal-Istati Membri ma jkunux relatati, Kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu bil-modifiki magħmula minn Stat Membru ieħor fir-reġistru tiegħu stess, għad- dejta li tikkonċernah. [Em. 125]
5. Fil-każ ta' vetturi mqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement imqiegħda fis-servizz intużat fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d- dejta tal-vettura tista' tiġi rkuprata permezz tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi jew permezz tad-dispożizzjonijiet ta' ftehim internazzjonali tal-vetturi . [Em. 126]
5a. Ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għandhom jiġu inkorporati fir-reġistru Ewropew tal-vetturi wara li jispiċċa l-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 50a, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(9a) bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dokument tat-tip ta' format. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3). [Em. 127]
Artikolu 43a
Reġistru Ewropew tal-vetturi
1. L-Aġenzija għandha żżomm reġistru tal-vetturi li jkunu tqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni. Dak ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni definiti fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
għandu jinżamm u jiġi aġġornat mill-Aġenzija; |
|
(c) |
għandu jkun pubbliku. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' tħaddim, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-dejta u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistri tal-vetturi Ewropej permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
3. Id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jiddikjara minnufih lill-Aġenzija kwalunkwe modifika għad-dejta mdaħħla fir-reġistru Ewropew tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vetturi.
4. Għal kull vettura, ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-NEV; |
|
(b) |
referenzi għad-dikjarazzjoni ta' verifika 'KE' u l-korp li jkun ħariġha; |
|
(c) |
referenzi għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 44; |
|
(d) |
identifikazzjoni tad-detentur u s-sid tal-vettura; |
|
(e) |
restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura; |
|
(f) |
l-entità responsabbli mill-manutenzjoni. |
Kulmeta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni ta' vettura, din għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien.
5. Fil-każ ta' vetturi li jinżutaw għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement jintużaw fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-dejta tal-vettura, inkluża tal-inqas id-dejta relatata mad-detentur tal-vettura, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni u r-restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża, jistgħu jinstabu permezz tar-reġistru Ewropew tal-vetturi jew permezz ta' provvedimenti ta' ftehim internazzjonali. [Em. 128]
Artikolu 44
Reġistru Ewropew tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq maħruġa skont l-Artikolu 22 . Dan ir-reġistru għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
ikun pubbliku u aċċessibbli għal kulħadd b'mod elettroniku; |
|
(b) |
għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 3. |
|
(c) |
għandu jkun marbut mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi kollha. [Em. 129] |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tat-tħaddim u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistru tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
2a. Dak ir-reġistru għandu jinkludi għall-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull tip ta' vettura:
|
(a) |
il-karatteristiċi tekniċi tat-tip ta' vettura, kif definiti fit-TSIs rilevanti; |
|
(b) |
isem il-manifattur; |
|
(c) |
id-dati u r-referenzi tal-awtorizzazzjonijiet suċċessivi għal dak it-tip ta' vettura, inklużi kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar, |
|
(d) |
il-karatteristiċi tad-disinn maħsuba għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni b'diżabbiltà; |
|
(e) |
l-identifikazzjoni tad-detentur u s-sid tal-vettura. |
Meta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tqiegħed tipi ta' vettura fis-servizz, hi għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien. [Em. 130]
Artikolu 45
Reġistru tal-infrastruttura
1. Kull Stat Membru għandu jippubblika jiżgura li jiġi ppubblikat reġistru tal-infrastruttura li jiddikjara l-valuri tal-parametri tan-netwerk ta' kull sottosistema jew parti mis-sottosistema kkonċernata. [Em. 131]
2. Il-valuri tal-parametri mniżżla fir-reġistru tal-infrastruttura għandhom jintużaw flimkien mal-valuri tal-parametri mniżżla fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi vverifikata l-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk.
3. Ir-reġistru tal-infrastruttura jista' jistipula l-kundizzjonijiet għall-użu ta' stallazzjonijiet installazzjonijiet fissi u restrizzjonijiet oħrajn , inklużi restrizzjonijiet temporanji li għandhom jiġu applikati għal aktar minn sitt xhur . [Em. 132]
4. Kull Stat Membru għandu jaġġorna jiżgura li r-reġistru tal-infrastruttura jiġi aġġornat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' Implimentazzjoni 2011/633/UE (19). [Em. 133]
5. Reġistri oħrajn, bħal reġistru dwar l-aċċessibilità jistgħu li jqis persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni b'diżabbiltà, għandhom wkoll ikunu assoċjati mar-reġistru tal-infrastruttura. [Em. 134]
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tat-tħaddim u r-regoli għall-input tad-dejta u l-konsultazzjoni għar-reġistru tal-infrastruttura permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 46
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), u 5(3) , 8(2) u 15(7a) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva id-Direttiva .
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delegazzjoni tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tiġi taċitament estiża għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 135]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli (2) 5(10) , 8(2), 15(7a), 20(7) and 22a(4) tista’ tiġi rrevokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data suċċessiva speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta dan l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(2), 5(10) , 8(2), 15(7a), 20(7) and 22a(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 47
Proċedura ta' urġenza
1. Atti ddelegati adottati fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 48
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (20). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 .
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 .
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 49
Motivazzjoni
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont din id-Direttiva rigward l-evalwazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, il-verifika tas-sottosistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 6, 11 u 16 għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijet li fuqhom tkun ibbażata. Din għandha tiġi notifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti konċernata, flimkien ma' indikazzjoni tar-rimedji disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat fil-limiti taż-żmien permess għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-rimedji.
Artikolu 49a
Penalitajiet
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati ta' konformità mal-Artikolu 46 sabiex tistabbilixxi sistema ta' penalitajiet għan-nuqqas ta' konformità tat-termini previsti f'dan ir-regolament għat-teħid ta' deċiżjonijiet min-naħa tal-Aġenzija. Din għandha tistabbilixxi wkoll skema ta' kumpens fil-każ li l-Bord tal-Appell previst fir-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament tal-Aġenzija] jiddeċiedi favur destinatarju ta' deċiżjoni tal-Aġenzija. Il-penalitajiet u s-sistema ta' kumpens għandhom ikunu effettivi, proporzjonali, mhux diskriminatorji u disważivi. [Em. 136]
Artikolu 50
Rapporti u informazzjoni
1. Kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V. Abbażi tas-sejbiet fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tipproponi titjib u miżuri għat-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-interoperabilità. [Em. 137]
1a. Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva u wara konsultazzjoni mal-partijiet diversi interessati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tal-Aġenzija u l-progress li jkun sar minnha fit-twettiq tar-responsabilitajiet il-ġodda tagħha. [Em. 138]
2. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna għodda kapaċi tipprovdi, fuq talba ta' Stat Membru , tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni, ħarsa ġenerali fuq il- livell tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Din l-għodda għandha tuża l-informazzjoni stipulata fir-reġistri previsti fil-Kapitolu VII. [Em. 139]
Artikolu 50a
Sistema tranżitorja
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(9a), minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-awtorizzazzjonijiet tal-vettura msemmija fl-Artikoli 20 u 22 għandhom jingħataw mill-Aġenzija. Matul il-perjodu tranżitojru, awtorizzazzjoni ta' vettura tista' tingħata mill-Aġenzija jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, fuq għażla tal-applikant.
L-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità organizzazzjonali u l-għarfien espert meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet tagħha kollha skont l-Artikoli 18, 20 u 22 f'mhux iktar minn 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha, l-Aġenzija tista' tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoriatjiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 22a. [Em. 140]
Artikolu 51
Reġim tranżitorju għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi
1. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE sa [sentejn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. [Em. 141]
2. L-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi li ngħataw skont il-paragrafu 1, inklużi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija fil-kuntest ta' ftehim internazzjonali, b'mod partikolari l-RIC (Regolamento Internazionale Carrozze) u l-RIV (Regolamento Internazionale Veicoli), għandhom jibqgħu validi f'konformità mal-kundizzjonijiet li taħthom ingħataw l-awtorizzazzjonijiet.
3. Vetturi awtorizzati għat-tqegħid fis-servizz skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jirċievu awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq sabiex joperaw netwerk wieħed jew aktar li mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom. It-tqegħid fis-servizz f'dawn in-netwerks addizzjonali huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21.
Artikolu 52
Dispożizzjonijiet tranżitorji oħrajn
L-Annessi IV, V, VI, VII u IX tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom japplikaw sad-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni delegati korrispondenti msemmija fl-Artikoli 8(2) u 15(7a) , u tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 14(8), 15(7) u 7(3) ta' din id-Direttiva. [Em. 142]
Artikolu 53
Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament tal-Aġenzija] sabiex tiġi applikata din id-Direttiva. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet se jservu ta' bażi għal kull miżura tal-Unjoni adottata skont din id-Direttiva.
Artikolu 54
Traspożizzjoni
1. L-Istati Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 7(1) sa (4), Artikolu 11(1), Artikolu 13, Artikolu 14(1) sa (7), Artikolu 15(1) sa (6), Artikoli 17 sa 21, Artikolu 22(3) sa (7), Artikoli 23 sa 36, Artikolu 37(2), Artikolu 38, Artikolu 39, Artikoli 41 sa 43, Artikolu 45(1) sa (5), Artikolu 51, u l-Anness I sa III sa [sentejn mhux aktar tard minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ] l-aktar tard . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva. It-tabelli ta' korrelazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-atturi kkonċernati jidentifikaw b'mod ċar id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 143]
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn tal-aħħar għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppublikati uffiċjalment. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir u kif għandha tiġi fformulata dikjarazzjoni bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-obbligi għal traspożizzjoni u implimentazzjoni tal-Artikolu 13, l-Artikolu 14(1) sa (7), l-Artikolu 15(1) sa (6), l-Artikoli 17 sa 21, l-Artikolu 42, l-Artikolu 43, l-Artikolu 45(1) sa (5) u l-Artikolu 51 ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta' Ċipru u għar-Repubblika ta' Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom.
Iżda, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tibni linja tal-ferrovija minħabba l-operazzjoni tagħha minn waħda jew aktar mill-impriżi ferrovjarji, l-Istati Membri kkonċernati għandhom ifasslu leġiżlazzjoni biex jimplimentaw l-Artikoli msemmija fl-ewwel subparagrafu preċedenti fi żmien sena minn meta jirċievu l-applikazzjoni.
Artikolu 55
Tħassir
Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, il-Parti A, hija mħassra titħassar b'effett [sentejn minn [sena wara d-dħul fis-seħħ], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tad -Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, il-Parti B . [Em. 144]
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ta' wara dak tal- pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 3 sa 10, l-Artikolu 11(2), (3) u (4), l-Artikolu 12, l-Artikolu 16 għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ].
Artikolu 57
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014
(4) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(5) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(6) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
(7) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u l-verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-il-Kunsill(ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).
(8) Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta '…(ĠU L …).
(9) Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta 'prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(11) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta '… [li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea] (ĠU L …).
(13) Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L …).
(14) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati dwar Djalogu Settorjali li jippromovu Djalogu bejn is-sieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).
(15) Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
(16) Direttiva 2012/34/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 2012.12.2014, p. 32).
(17) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14 (4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
(18) ĠU L 343, 14, 12.2012, p. 32
(19) Kummissjoni Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/633/UE tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1).
(20) Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).
ANNESS I
Elementi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni
1. Netwerk
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, in-netwerk tal-Unjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin tan-netwerk ta' veloċità għolja definit fil-punti (a), (b) u (c) u n-netwerk konvenzjonali kif definit fil-punti (d) sa (i) :
|
— |
linji mibnija apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalenti għal 250 km/h jew aktar, |
|
(a) |
linji mibnija apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalenti għal 250 km/s jew aktar , li jistgħu fl-istess waqt, fiċ-ċirkostanzi adattati, jilħqu veloċitajiet ogħla minn 300 km/s |
|
(b) |
linji mmodernizzati apposta għal veloċità għolja attrezzati għal veloċitajiet ta' 200 km/h, |
|
(c) |
linji mmodernizzati apposta għal veloċità għolja li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet marbuta mat-topografija, mar-riżalt jew mal-ippjanar tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità għandha tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi wkoll linji ta' interkonnessjoni bejn in-netwerks ta' veloċità għolja u konvenzjonali, il-linji li jgħaddu minn stazzjonijiet ferrovjarji, l-aċċess għat-terminali, id-depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ferrovjarji ta' “veloċità għolja” b'veloċità konvenzjonali. |
|
(d) |
linji konvenzjonali maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri, |
|
(e) |
linji konvenzjonali maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija), |
|
(f) |
linji konvenzjonali maħsuba għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija, |
|
(g) |
ċentri għal passiġġieri, |
|
(h) |
ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminali intermodali, |
|
(i) |
linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq. [Em. 145] |
Dan in-netwerk jinkludi l-ġestjoni tat-traffiku, l-ittrakkjar, u s-sistemi tan-navigazzjoni: l-istallazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad- dejta u telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri u servizzi tal-merkanzija għal distanzi twal fuq in-netwerk biex jiggarantixxu s- sikurezza u t-tħaddim armonjuż tan-netwerk u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.
2. Vetturi
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-vetturi tal-Unjoni għandhom jinkludu l-vetturi kollha li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk tal-Unjoni kollu jew fuq parti minnu, inklużi:
|
— |
il-lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri, inkluż il-magni tal-ġbid termali jew elettriċi, il-ferroviji bi propulsjoni proprja termali jew elettrika, il-vetturi; |
|
— |
vetturi maħsuba biex jivvjaġġaw b'veloċità ta' mill-anqas 250 km/s fuq il-linji mibnija apposta għal veloċità għolja, filwaqt li jippermettu li jintlaħqu veloċitajiet ta' aktar minn 300 km/s f'ċirkostanzi approprjati; |
|
— |
vetturi maħsuba biex jivvjaġġaw b'veloċità tat-tip ta' 200 km/s fuq il-linji ta' veloċità għolja jew il-linji mibnija jew mgħammra apposta għal veloċità għolja f'każ li jkunu kompatibbli mal-possibbiltajiet ta' dawn il-linji. |
Barra minn hekk, vetturi maħsuba biex joperaw b'veloċità massima ta' inqas minn 200 km/s li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk trans-Ewropew ta' velocità għolja kollu jew fuq parti minnu, fejn dan huwa kompatibbli mal-livelli ta' prestazzjoni ta' dak in-netwerk, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet billi jiżguraw l-operazzjoni sigura fuq dak in-netwerk. Għal dak il-għan, it-TSIs għal vetturi konvenzjonali għandhom jispeċifikaw ukoll ħtieġiet għall-operazzjoni sigura ta' vetturi konvenzjonali fuq in-netwerks ta' veloċità għolja. [Em. 146]
|
— |
lokomotivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, inkluż magni tat-trazzjoni termali jew elettriċi, trejns bi propulsjoni proprja termali jew elettrika, kowċis tal-passiġġieri; |
|
— |
il-vaguni tal-merkanzija, inklużi l-vetturi baxxi ddisinjati għan-netwerk kollu u l-vetturi ddisinjati biex iġorru t-trakkijiet; [Em. 147] |
|
— |
vetturi speċjali, bħal fuq magni tal-binarji. |
Kull waħda mill-kategoriji ta' hawn jistgħu jiġu suddiviżi f':
|
— |
vetturi għall-użu internazzjonali; |
|
— |
vetturi għall-użu nazzjonali. |
It-TSIs għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti sabiex jiżguraw it-tħaddim sikur ta' dawn il-vetturi f'kategoriji differenti tal-linja.
ANNESS II
SOTTOSISTEMI
1. Lista ta’ sottosistemi
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tista’ tinqasam fis-sottosistemi li ġejjin, jew:
|
(a) |
iż-żoni strutturali:
|
|
(b) |
iż-żoni funzjonali:
|
2. Deskrizzjoni tas-sottosistemi
Għal kull sottosistema jew parti minn sottosistema, il-lista ta’ kostitwenti u l-aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabilità jiġu proposti mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-aspetti u l-kostitwenti li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabilità jew l-ordni li biha huma jkunu se jiġu soġġetti għat-TSIs, is-sottosistemi inklużi jinkludu li ġej:
2.1. L-Infrastruttura
Il-binarji, il-punti, l-istrutturi tal-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ) elementi tal-istazzjon marbuta mal-ferroviji (inkluż l-entrati, il-pjattaformi, iż-żoni ta' aċċess, punti tas-servizz, toilets u sistemi ta' informazzjoni, kif ukoll il-karatteristiċi ta' aċċessibilità tagħhom għal persuni b'mobilità ridotta u persuni b'diżabilità) , is-sikurezza u t-tagħmir protettiv.
2.2. L-enerġija
Is-sistema tal-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-għoli u maġenb il-binarji tas-sistema tal-kejl tal-konsum tal-elettriku.
2.3. Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji
It-tagħmir kollu maġenb il-binarji meħtieġ biex jassikura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ta' trejns awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.4. Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord
It-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jassikura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti tat-trejns awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.5. Tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku
Il-proċeduri u t-tagħmir relatati li jgħinu t-tħaddim koerenti tad-diversi strutturi tas-sottosistemi, kemm matul it-tħaddim normali jew imnaqqas, inklużi b’mod partikolari l-kompożizzjoni tat-trejn u s-sewqan tat-trejn, l-ippjanar u l-ġestjoni tat-traffiku.
Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex isir kwalunkwe tip ta' servizzi ferrovjarji.
2.6. L-applikazzjonijiet telematiċi
Skont l-Anness I, din is-sottosistema tikkonsisti f’żewġ elementi:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, il-ġestjoni tal-bagalji u l-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn it-trejns u l-mezzi l-oħra tat-trasport; |
|
(b) |
l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi tal-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u t-trejns fil-ħin reali) is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma’ mezzi oħra ta' trasport u l-produzzjoni ta' dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija. |
2.7. Il-vetturi ferrovjarji
Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tat-trazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għall-kejl tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-aġġanċament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi elementi ta' aċċessibilità għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa u persuni b'diżabilità), l-apparat tas-sikurezza passiv jew attiv u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.
2.8. Manutenzjoni
Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta’ manutenzjoni u riservi li jipprovdu l-manutenzjoni mandatorja kollettiva u preventiva biex tiġi żgurata l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u tiġi garantita l-prestazzjoni meħtieġa.
ANNESS III
REKWIŻITI ESSENZJALI
1. rekwiżiti ġenerali
1.1. Sikurezza
|
1.1.1. |
Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-immuntar, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponenti ta’ sikurezza kritika u, b’mod aktar partikolari, tal-komponenti involuti fil-movimenti ferrovjarji għandhom ikunu tali li jiggarantixxu s-sikurezza fil-livell li jikkorrispondi mal-għanijiet stabbiliti għan-netwerk, inklużi dawk għal sitwazzjonijet speċifiċi degradati. |
|
1.1.2. |
Il-parametri involuti fil-kuntatt rota/binarju għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar l-istabbiltà meħtieġa biex jiggarantixxu s-s sikurezza taċ-ċaqliq fil-veloċità massima awtorizzata. Il-parametri iridu jiggarantixxu li jkun possibbli li tieqaf f’distanza speċifika ta’ brake bil-veloċità massima awtorizzata. |
|
1.1.3. |
Il-komponenti użati għandhom ikunu jifilħu għal xi strapazzi normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati matul il-perjodu tagħhom fis-servizz. Ir-riperkussjonijiet tas-sikurezza ta’ kwalunkwe mankanza aċċidentali għandhom jiġu limitati b’mezzi approprjati. |
|
1.1.4. |
Id-disinn ta’ stallazzjonijet u l-vetturi ferrovjarji fissi u l-għażla tal-materjal użat għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-ġenerazzjoni, il-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u tad-duħħan f’każ ta’ ħruq. |
|
1.1.5. |
Kwalunkwe apparat maħsub biex jiġi mħaddem mill-utenti għandu jiġi ddisinjat biex ma jfixkilx it-tħaddim bla periklu tal-apparati jew is-saħħa u s-sikurezza tal-utenti jekk jintuża b’mod prevedibbli, għalkemm mhux skont l-istruzzjonijiet stabbiliti. |
1.2. Affidabilità u disponibilità
Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li jkunu involuti fiċ-ċaqliq tat-trejns għandhom jiġu organizzati, magħmula u kwantifikati b’tali mod li jkomplu jaħdmu skont il-kundizzjonijiet maħsuba.
1.3. Saħħa
|
1.3.1. |
Il-materjali li x’aktarx, minħabba l-mod ta’ kif jintużaw, jikkostitwixxu perikolu għas-saħħa lil dawk li jkollhom aċċess għalihom m’għandhomx jintużaw fit-trejns u fl-infrastruttura ferrovjarja. |
|
1.3.2. |
Dawn il-materjali għandhom jintgħażlu, jitqiegħdu u jintużaw b’tali mod li jrażżnu l-ħruġ ta’ dħaħen jew ta’ gassijiet li jagħmlu ħsara u huma perikolużi, partikolarment f’każ ta’ ħruq. |
1.4. Il-protezzjoni tal-ambjent
|
1.4.1. |
L-impatt ambjentali tat-twaqqif u t-tħaddim tas-sistema ferrovjarja għandu jiġi evalwat u kkunsidrat fl-istadju tal-iddisinjar tas-sistema skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fis-seħħ. |
|
1.4.2. |
Il-materjali li jintużaw fit-trejns u fl-infrastruttura għandhom jipprevjenu l-ħruġ ta’ dħaħen jew gassijiet li jistgħu jkunu noċivi u perikolużi għall-ambjent, partikolarment f’każ ta’ ħruq. |
|
1.4.3. |
Il-vetturi ferrovjarji u s-sistemi għall-provvista tal-enerġija għandhom ikunu ddisinjati u fabbrikati b’tali mod li jkunu elettromanjetikament kompatibbli mal-istallazzjonijiet, mat-tagħmir u man-netwerk pubbliku jew privat li miegħu jistgħu jinterferixxu. |
|
1.4.4. |
It-tħaddim tas-sistema ferrovjarja għandu jirrispetta r-regolamenti eżistenti fuq it-tniġġis mill-istorbju. |
|
1.4.5. |
It-tħaddim tas-sistema ferrovjarja ma għandux iwassal għal livell inammissibbli ta’ vibrazzjonijiet tal-art fl-attivitajiet u ż-żoni viċin l-infrastruttura u fi stat normali ta’ manutenzjoni. |
1.5. Kompatibilità teknika
Il-karatteristiċi tekniċi tal-infrastruttura u l-istallazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma’ xulxin u ma’ dawk tat-trejns li għandhom jintużaw fis-sistema ferrovjarja.
Jekk il-konformità ma’ dawn il-karatteristiċi tkun diffiċli f’ċerti taqsimiet tan-netwerk, soluzzjonijet temporanji, li jiżguraw kompatibilità fil-futur, għandhom jiġu implimentati.
2. rekwiżiti speċifiċi għal kull sottosistema
2.1. Infrastruttura
2.1.1. Sikurezza
Iridu jittieħdu l-passi approprjati biex jipprevjenu l-aċċess jew id-dħul mhux mixtieq fl-istallazzjonijiet.
Iridu jittieħdu passi biex jiġi limitat il-perikolu li għalih il-persuni jiġu esposti, partikolarment meta t-trejns jgħaddu mill-istazzjonijet.
L-infrastruttura li għaliha l-pubbliku jkollu aċċess għandha tkun iddisinjata u magħmula b’tali mod li tillimita kwalunkwe perikolu għas-sikurezza umana (l-istabbiltà, il-ħruq, l-aċċess, l-evakwazzjoni, il-pjattaformi, eċċ.).
Dispożizzjonijiet approprjati għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kundizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna u l-vijadotti.
2.2. L-enerġija
2.2.1. Sikurezza
It-tħaddim tas-sistemi li jfornu l-enerġija ma għandux jimpedixxi s-sikurezza kemm tat-trejns kif ukoll tal-persuni (l-utenti, il-persunal operattiv, ir-residenti ta’ ħdejn il-binarji u l-partijiet terzi).
2.2.2. Il-protezzjoni tal-ambjent
Il-funzjonament tas-sistemi li jfornu l-enerġija elettrika jew termali ma għandhomx jinterferixxu fl-ambjent lil hinn mil-limiti speċifikati.
2.2.3. Kompatibilità teknika
Is-sistema tal-forniment tal-enerġija elettrika/termali użata għandha:
|
— |
tagħmilha possibbli li t-trejns jilħqu l-livelli speċifikati ta’ prestazzjoni; |
|
— |
fil-każ ta’ sistemi għall-forniment tal-enerġija elettrika, dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-apparati tal-kollezzjoni li jkunu mmuntati fuq it-trejns. |
2.3. Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni
2.3.1. Sikurezza
L-istallazzjonijet tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u l-proċeduri użati għandhom jagħmluha possibbli li t-trejns jivvjaġġaw b’livell ta’ sikurezza li jikkorrispondi mal-objettivi stabbiliti għan-netwerk. Is-sistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni għandhom ikomplu jipprovdu għal transitu bla periklu ta’ trejns permessi biex jaħdmu taħt kundizzjonijet degradati.
2.3.2. Kompatibilità teknika
L-infrastruttura l-ġdida kollha u l-vetturi ferrovjarji fabbrikati jew żviluppati wara l-adozzjoni tas-sistemi kompatibbli tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni għandhom jiġu adattati apposta għall-użu f’dawk is-sistemi.
It-tagħmir tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni stallat fil-kabini tax-xufiera tal-ferroviji għandhom jippermettu tħaddim normali, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, fis-sistema ferrovjarja kollha kemm hi.
2.4. Il-vetturi ferrovjarji
2.4.1. Sikurezza
L-istrutturi tal-vetturi ferrovjarji u tal-agganċamenti bejn il-vetturi jridu jkunu ddisinjati b’tali mod li jitħarsu l-passiġġieri u l-kompartimenti tas-sewqan fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ ferrovija li taqbeż il-linji.
It-tagħmir elettriku ma għandux idgħajjef is- sikurezza u l-funzjonament tal-istallazzjonijet tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.
It-tekniki tal-brejkijiet u l-istrapazzi eżerċitati għandhom ikunu kompatibbli mad-disinn tal-binarji, l-istrutturi tal-inġinerija u s-sistemi tas-sinjalazzjoni.
Passi għandhom jittieħdu biex jiġi evitat aċċess għal kostitwenti mnejn ikun għaddej il-kurrent elettriku biex ma tiġix ipperikolata is-sikurezza tal-persuni.
Fil-każ ta’ perikolu, apparati , l-apparati għandhom jagħmluha possibbli li l-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u lil persunalv u/jew lis-sewwieq u li jitolbu lill-persunal li jkollu miegħu ħalli jikkuntattjawh jikkuntattjaw lilu jew lilhom . [Em. 148]
Il-bibien tal-aċċess Il-ferroviji għandhom jinkorporaw sistema ta’ ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sikurezza ikunu jistgħu jipprovdu dħul u ħruġ sikur. Il-mekkaniżmi tal-għeluq u l-ftuħ tal-bibien, il-wisa' tal-ispazju mal-pjattaforma u t-tluq tal-ferrovija għandhom jiggarantixxu s-sikurezza tal-passiġġieri. Il-ferroviji għandhom jiġu ddisinjati sabiex l-ebda passiġġier ma jista' jinqabad imdendel magħhom. [Em. 149]
Il-ħruġ ta’ emerġenza għandu jiġi pprovdut u indikat.
Dispożizzjoniet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kundizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna.
Sistema ta’ dawl ta’ emerġenza ta’ intensità u dewmien suffiċjenti hija obbligatorja abbord u/jew ix-xufiera it-trejns. [Em. 150]
Ir-regolamenti lokali neċessarji, kemm fl-istazzjonijiet kif ukoll fuq il-ferroviji (projbizzjonijiet tad-dħul, dħul u ħruġ, istruzzjonijiet ta' mġiba għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, xi jfissru s-sinjali, żoni perikolużi, eċċ) ikunu jintfhiemu faċilment mill-passiġġieri u kkomunikati b'mod komprensiv [Em. 151]
It-trejns għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta’ komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t’abbord u mill-kontroll tal-art.
2.4.2. Affidabilità u disponibilità
Id-disinn tat-tagħmir vitali, tat-tagħmir tas-sewqan, tat-trazzjoni u tal-ibbrejkjar u tas-sistema tal-kontroll u tal-kmand għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li l-ferrovija tkompli miexja, f’sitwazzjoni degradata speċifika mingħajr konsegwenzi ħżiena fuq it-tagħmir li jkun baqa’ jaħdem.
2.4.3. Kompatibilità teknika
It-tagħmir tal-elettriku għandu jkun kompatibbli mat-tħaddim tal-istallazzjonijet tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.
Fil-każ ta’ trazzjoni elettrika, il-karatteristiċi tal-apparati li jiġbru l-kurrent għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli biex il-ferroviji jivvjaġġaw bis-sistemi tal-forniment tal-enerġija għas-sistema ferrovjarja.
Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u topografiċi rilevanti. [Em. 152]
2.4.4. Kontrolli
It-trejns iridu jkunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni. Id-dejta miġbura minn dan l-apparat u t-trattament ta’ din id-dejta jridu jiġu armonizzati.
2.5. Il-manutenzjoni
2.5.1. Saħħa u sikurezza
L-istallazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri għandhom jassiguraw li sikurezza tat-tħaddim tas-sottosistema ma tkunx tikkostitwixxi perikolu għas-saħħa u għas- sikurezza .
2.5.2. Il-protezzjoni tal-ambjent
L-istallazzjonijet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni magħandhomx jeċċedu l-livelli permissibbli ta’ inkonvenjent fir-rigward tal-ambjent ta’ madwarhom.
2.5.3. Kompatibilità teknika
L-istallazzjonijet tal-manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li jsiru operazzjonijet għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-kumdità fuq il-vetturi kollha li għalihom ikunu ġew iddisinjati.
2.6. Tħaddim u ġestjoni tat-traffiku
2.6.1. Sikurezza
L-allinjament tar-regoli tat-tħaddim tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera , tas-servizz tekniku tal-karozzi, tad-dsipaċer u tal-persunal t’abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassikura s- sikurezza tal-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u dawk domestiċi. Għandhom isiru sforzi biex fl-Unjoni kollha jkun żgurat livell għoli ta' taħriġ bi kwalifiki avvanzati. [Em. 153]
L-operazzjonijiet u l-intervalli tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tal-manutenzjoni u taċ-ċentri tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u l-kontroll għandhom ikunu tali li jassikuraw livell għoli ta’ sikurezza.
2.6.2. Affidabilità u disponibilità
L-operazzjonijiet u l-perjodi tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal taċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' affidabilità u disponibilità tas-sistema.
2.6.3. Kompatibilità teknika
L-allinjament tar-regoli tat-tħaddim tan-network u tal-kwalifiki tax-xufiera, tal-persunal t’abbord u tal- amministraturi tat-traffiku għandu jkun tali li jassigura l-effiċjenza tal-operat tas-sistema ferrovjarja, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinanti u domestiċi.
2.7. Applikazzjonijet telematiċi għall-merkanzija u l-passiġġieri
2.7.1. Kompatibilità teknika
Ir-rekwiżiti essenzjali għall-applikazzjonijet telematiċi jiggarantixxu l-kwalità minima tas-servizz għall-passiġġieri u t-trasportaturi tal-merkanzija, partikolarment f’termini ta’ kompatibilità teknika.
Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw:
|
— |
li l-bażijiet tad-dejta, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data jiġu żviluppati b’mod li jippermettu l-massimu tal-iskambji tad- dejta bejn id-diversi applikazzjonijet u operaturi, eskluża d- dejta kummerċjali konfidenzjali; |
|
— |
aċċess faċli tal-informazzjoni għall-utenti. |
2.7.2. Affidabilità u disponibilità
Il-metodi dwar kif jintużaw, jiġu ġestiti, aġġornati u miżmuma dawn il-bażijiet tad-dejta, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-dejta għandhom jiggarantixxu l-effiċjenza ta’ dawn is-sottosistemi u l-kwalità tas-servizz.
2.7.3. Saħħa
L-interfaċċji bejn is-sistemi u l-utenti għandhom jikkonformaw mar-regoli minimi tal-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa.
2.7.4. Sikurezza
Livelli approprjati ta’ integrità u affidabilità għandhom jiġu provduti għall-ħażna jew it-trażmissjoni ta’ informazzjoni marbuta mas- sikurezza .
ANNESS IV
PARTI A
Direttivi imħassra
b'lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 55)
|
Id-Direttiva 2008/57/KE |
|
|
Id-Direttiva 2009/131/KE |
|
|
Id-Direttiva 2011/18/UE |
PARTI B
Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 55)
|
Direttiva |
L-aħħar data għat-traspożizzjoni |
|
2008/57/KE |
id-19 ta' Lulju 2010 |
|
2009/131/KE |
19 ta' Lulju 2010 |
|
2011/18/UE |
31 ta' Diċembru 2011 |
ANNESS V
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 2008/57/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(a) sa (z) |
Artikolu 2(1) sa (24) |
|
----- |
Artikolu 2(25) sa (41) |
|
Artikolu 3 |
----- |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 5(1) sa (3)(g) |
Artikolu 4(1) sa (3)(g) |
|
----- |
Artikolu 4(3)(h) u (i) |
|
Artikolu 5(4) sa (8) |
Artikolu 4(4) sa (8) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 8 |
----- |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 12 |
----- |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 15(1) |
Artikoli 18(3) u 19(2) |
|
Artikolu 15(2) u (3) |
----- |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 17 |
Artikoli 13 u 14 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 16 |
|
----- |
Artikolu 17 |
|
----- |
Artikolu 18 (ħlief 18(3)) |
|
----- |
Artikoli 19 u 20 |
|
Artikolu 20 |
----- |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
|
Artikoli 22 sa 25 |
----- |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 14(8) |
|
Artikolu 28 u Anness VIII |
Artikoli 23 sa 41 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 48 |
|
Artikoli 30 u 31 |
----- |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 42 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 36 |
----- |
|
----- |
Artikoli 46 u 47 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 54 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 50 |
|
----- |
Artikoli 51 u 52 |
|
----- |
Artikolu 53 |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 55 |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 56 |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 57 |
|
Anness I sa III |
Anness I sa III |
|
Anness IV |
Artikolu 8(2) |
|
Annessi V u VI |
Artikolu 15(7) |
|
Anness VII |
Artikolu 14(8) |
|
Anness VIII |
Artikoli 27, 28 u 29 |
|
Anness IX |
Artikolu 7(3) |
|
Anness X |
Anness IV |
|
Anness XI |
Anness V |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/485 |
P7_TA(2014)0150
Is-sikurezza ferrovjarja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (tfassil mill-ġdid) (COM(2013)0031 – C7-0028/2013 – 2013/0016(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
(2017/C 285/55)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0031), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0028/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra ta' tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0015/2014), |
|
A. |
billi, skont il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
P7_TC1-COD(2013)0016
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġiet sostanzjalment emendata. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(1a) |
Il-ferrovija hi diġà l-iktar mod sikur ta' trasport fl-Unjoni u kompliet ittejjeb il-prestazzjoni tas-sikurezza tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin. Filwaqt illi l-prestazzjoni tat-trasport żdiedet minn madwar 200 biljun f'passiġġieri-kilometri fl-1970 għal aktar minn 300 biljun illum, il-medja annwali ta' mwiet ta' passiġġieri ferrovjarji naqset minn madwar 400 fil-bidu tas-sebgħinijiet għal anqas minn 100 llum. [Em. 1] |
|
(1b) |
Is-sikurezza għandha tkun żgurata mhux biss għall-passiġġieri u għall-impjegati, inkluż il-persunal tal-kuntratturi, iżda ukoll għall-utenti li jkunu mexjin fuq passaġġi nvell u persuni li jgħixu ħdejn linji ferrovjarji. [Em. 2] |
|
(1c) |
Bi qbil mal-progress tekniku u xjentifiku, is-sikurezza ferrovjarja għandha tittejjeb aktar, b'kunsiderazzjoni tat-titjib mistenni fil-kompetittività fit-trasport ferrovjarju. [Em. 3] |
|
(1d) |
L-ambjent ferrovjarju fl-Unjoni għaddej minn tibdiliet profodni, ikkawżati inter alia mit-tliet Pakketti Ferrovjarji tal-Unjoni adottati sa mill-bidu tad-disgħinijiet. Il-ħolqien gradwali ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea hu kkaratterizzat minn immultiplikar ta' atturi, użu akbar ta' sottokuntratturi u dħul aktar frekwenti fis-suq. F'dan il-kuntest ta' kumplessità ogħla, is-sikurezza ferrovjarja tiddependi b'mod kritiku fuq l-interazzjoni bejn l-atturi kollha, b'mod partikolari l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja u l-awtoritajiet tas-sigurtà. Il-leġiżlazzjoni ta' sigurtà għandha tikkunsidra dawn l-iżviluppi u ddaħħal fis-seħħ proċeduri u strumenti adegwati ta' informazzjoni, amministrazzjoni u emerġenza. [Em. 4] |
|
(2) |
Id-Direttiva 2004/49 /KE stabbilixxiet qafas regolatorju komuni għas-sigurtà ferrovjarja, bis-saħħa tal-armonizzazzjoni tar-regoli tas-sigurtà, iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà tal-impriżi ferrovjarji, il-kompiti u r-rwoli tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà u l-investigazzjoni tal-inċidenti. Madankollu, sabiex ikomplu l-isforzi biex jiġi stabbilit L-istabbiliment kontinwu ta' suq uniku għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju wassal għall-immultiplikar ta' atturi u ta' intrefaċċji tal-komunikazzjoni differenti. Sabiex tiġi ggarantita s-sikurezza ferrovjarja f’dan l-ambjent, din id-Direttiva teħtieġ reviżjoni fil-fond. [Em. 5] |
|
(2a) |
Meta jitqiesu d-differenzi sostanzjali bejn ir-rekwiżiti tas-sikurezza, li jaffettwaw il-funzjonament ottimali tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni, hu partikolarment importanti li jitkompla l-proċess ta' armonizzazzjoni tar-regoli operattivi u tas-sikurezza kif ukoll tar-regoli dwar l-investigazzjoni ta' aċċidenti. [Em. 6] |
|
(2b) |
Madankollu, l-armonizzazzjoni m’għandhiex tfixkel il-livell tas-sikurezza attwali ta’ kwalunkwe Stat Membru. [Em. 7] |
|
(2c) |
L-infurzar xieraq u t-titjib ulterjuri tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE (5) u d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) huma ta' importanza ewlenija għas-sikurezza ferrovjarja u għall-ħarsien ta' ħajjet il-bniedem, is-saħħa pubblika u l-ambjent. [Em. 8] |
|
(3) |
Il-metro, il-linji tat-tramm , it-tramm-tren u s-sistemi oħra tal-ferrovija ħafifa huma f'ħafna Stati Membri soġġetti għar-regoli tas-sikurezza lokali jew reġjonali u huma f'ħafna każijiet sorveljati mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali u koperti mir-rekwiżiti tal-interoperabilità u l-liċenzjar tal-Unjoni. Il-linji tat-tramm huma aktar minn hekk ta' spiss soġġetti għal-leġislazzjoni tas-sikurezza fuq it-triq u għalhekk ma setgħux ikunu koperti b'mod sħiħ mir-regoli tas-sikurezza ferrovjarja. Għal dawn ir-raġunijiet, dawn it-tipi ta' sistemi ferrovjarji lokali għandhom jiġi esklużi mill-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ma jżommx lill-Istati Membri milli japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għas-sistemi ferrovjarji lokali fuq bażi volontarja jekk iqisu dan xieraq. [Em. 9] |
|
(4) |
Il-livelli tas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni ġeneralment huma għoljin, partikolarment meta mqabbla mat-trasport bit-triq. Skont il-progress tekniku u xjentifiku, is-sikurezza għandha tittejjeb aktar, meta jkun sakemm ikun prattikabbli b'mod raġjonevoli u meta jitqies it-titjib mistenni fil-kompetittività fit-trasport ferrovjarju. [Em. 10] |
|
(4a) |
Is-sikurezza tiddependi b'mod kritiku fuq l-interazzjoni bejn l-infrastruttura ferrovjarja, operazzjonijiet, manifatturi u awtoritajiet tas-sikurezza. Għandhom jintużaw u jiġu żviluppati għodod adegwati sabiex tkun żgurata u żviluppata s-sikurezza. [Em. 11] |
|
(5) |
L-atturi ewlenin kollha fis-sistema tal-ferrovija, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, għandhom jieħdu fuqhom responsabbilità sħiħa għas-s ikurezza tas-sistema, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu. Kull meta xieraq, dawn għandhom jikkooperaw biex jimplimentaw il-miżuri tal-kontroll tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn din ir-responsabbilità immedjata għas-sikurezza u l-kompitu tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà li jipprovdu qafas regolatorju nazzjonali u li jissorveljaw il-prestazzjoni tal-operaturi kollha. [Em. 12] |
|
(6) |
Ir-responsabbiltà tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għall-operat tas-sistema ferrovjarja ma jipprekludix atturi bħall-manifatturi, impriżi tal-ġarr, tal-konsenja, tal-mili u tat-tagħbija, tal-ħatt, destinatarji, entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni, sidien ta' vetturi , gwardjani ta' vetturi, fornituri tal-manutenzjoni, vaguniera, fornituri ta' servizzi u entitajiet tal-akkwist, milli jassumu r-responsabbiltà għall-prodotti jew is-servizzi tagħhom u għall-implimentazzjoni ta' miżuri għall-kontroll tar-riskju . Sabiex jiġi evitat ir-riskju li r-responsabbilitajiet ma jittiħdux b'mod xieraq, kull attur rilevanti għandu jkun responsabbli għall-proċess partikolari tiegħu permezz ta' ftehimiet kuntrattwali . Kull attur fit-trasport ferrovjarju għandu jkun responsabbli fil-konfront tal-atturi l-oħra , inkluż l-awtoritajiet rilevanti, għall-komunikazzjoni kompluta u veritiera tal-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa biex ikun żgurat l-operat sikur ta' vettura, jaraw jekk il-vetturi humiex f'kundizzjoni li jaħdmu. B'mod partikolari, dan jikkonċerna l-informazzjoni dwar il-qagħda u l-istorja tal-vetturi, fajls ta' manutenzjoni, traċċabbiltà tal-operazzjonijiet tat-tagħbija, u noti tal-kunsinna. [Em. 13] |
|
(6a) |
L-okkorrenza ta’ aċċidenti gravi li jinvolvu vaguni tat-trasport tal-merkanzija uriet li hemm bżonn ta' regoli obbligatorji u armonizzati fil-livell Ewropew dwar il-frekwenza u l-intervalli tal-manutenzjoni tal-vaguni ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, tal-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri u tal-lokomotivi. [Em. 14] |
|
(7) |
Kull impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura u entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni għandhom jiżguraw li l-kuntratturi tagħhom u partijiet oħra jimplimentaw miżuri ta' kontroll tar-riskju. Għal dan il-għan, għandhom japplikaw il-metodi għall-proċess ta' monitoraġġ stabbilit fil-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs). Il-kuntratturi tagħhom għandhom japplikaw il-proċess permezz ta' arranġamenti kuntrattwali. Billi arranġamenti bħal dawn huma parti essenzjali mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jiżvelaw l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom fuq talba mill-Aġenzija Ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “l-Aġenzija”) jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fil-kuntest tal-attivitajiet ta' superviżjoni. |
|
(7a) |
Tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin kien hemm tnaqqis fl-intensità ta' kooperazzjoni bejn il-manifatturi, il-fornituri tal-manutenzjoni u l-impriżi ferrovjarji. Din titlob l-armonizzazzjoni tal-intervalli ta' manutenzjoni minimi u tar-rekwiżiti ta' kwalità li jiżguraw is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja kollha kemm hi. [Em. 15] |
|
(8) |
Il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs) u s-CSMs għandhom ikunu introdotti gradwalment biex jiżguraw li jinżamm livell għoli ta' sikurezza u, fejn meħtieġ u raġonevolment prattikabbli b'mod raġjonevoli, imtejjeb. Għandhom jipprovdu l-għodda għall-valutazzjoni tal-livell ta' sikurezza u l-prestazzjoni tal-operaturi fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri. Indikaturi komuni tas-sikurezza (CSIs) ġew stabbiliti sabiex jiġi vvalutat jekk is-sistemi jikkomformawx mas-CSTs u sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja. [Em. 16] |
|
(9) |
Ir-regoli nazzjonali tas-sikurezza, li huma ġeneralment ibbażati fuq l-istandards tekniċi nazzjonali, għandhom qegħdin ikunu sostiwiti gradwalment mir-regoli bbażati fuq standards komuni , stabbiliti mis-CSTs, CSTs, CSMs u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs). Sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabilità, l-ammont ta' regoli nazzjonali għandu jitnaqqas b'mod progressiv bħala konsegwenza tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs għas-sistema ferrovjarja kollha tal-Unjoni Ewropea u tal-għeluq tal-punti miftuħa fit-TSIs. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iżommu jridu jżommu s-sistema tagħhom tar-regoli nazzjonali aġġornati, iħassru r-regoli li m'għadhomx jgħoddu u jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bihom mingħajr dewmien . [Em. 17] |
|
(10) |
Fid-dawl tal-approċċ gradwali sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja waqt li jinżamm livell għoli ta’ sikurezza ferrovjarja u tal-ħin konsegwentment meħtieġ għall-adozzjoni tat-TSIs, għandhom jittieħdu passi biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn Stati Membri jadottaw regoli nazzjonali ġodda jew jidħlu għal proġetti biex tiżdied id-diversità tas-sistema preżenti. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza hija l-għodda għodda rikkonuxuta għall-prevenzjoni tal-inċidenti. L-Istati Membri, l-Aġenzija u l-impriżi ferrovjarji huma responsabbli milli jieħu jieħdu azzjoni korrettiva immedjata biex jipprevjenu li jerġgħu jseħħu l-inċidenti. L-Istati Membri m'għandhomx inaqqsu r-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji billi jistabbilixxu regoli ġodda nazzjonali ġodda eżatt wara inċident. [Em. 18] |
|
(10a) |
Is-sistemi tal-kontroll u s-senjalar tal-ferroviji għandhom rwol ewlienibiex jiżguraw is-sikurezza ferrovjarja. L-iżvilupp u t-tħaddim armonizzat tas-“Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju” (ERTMS) fin-netwerk ferrovjarju Ewropew jikkostitwixxu kontribut importanti għat-titjib tal-livelli ta’ sikurezza. [Em. 19] |
|
(11) |
Fil-qadi tad-dmirijiet u tar-responsabbilitajiet tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jimplimentaw sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, li taqdi r-rekwiżiti tal-Komunità u li jkun fiha elementi komuni. L-informazzjoni fuq is-sikurezza u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha titressaq lill-Aġenzija u lill-awtorità tas-sikurezza fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(11a) |
L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu fil-kultura tas-sikurezza tagħhom “kultura ġusta” sabiex jinkoraġġixxu b’mod attiv lill-membri tal-persunal jirrappurtaw aċċidenti marbuta mas-sikurezza, iaċċidenti u kolliżjonijiet li jkunu ġew evitati bi ftit mingħajr ma jkunu soġġetti għal kastig jew diskriminazzjoni. Kultura ġusta tippermetti li l-industrija ferrovjarja tieħu tagħlimiet minn aċċidenti, inċidenti u kolliżjonijiet li jiġu evitati bi ftit u b’hekk tittejjeb is-sikurezza fin-netwerk ferrovjarju għall-ħaddiema u l-passiġġieri. [Em. 20] |
|
(12) |
Biex ikun żgurat livell għoli ta' sikurezza ferrovjarja u kundizzjonijiet ugwali għall-impriżi ferrovjarji kollha, huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' sikurezza. Impriża ferrovjarja liċenzjata għandha żżomm ċertifikat tas-sikurezza biex b'hekk tingħata aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja. Iċ-ċertifikat tas-sikurezza għandu jagħti xhieda li l-impriża ferrovjarja stabbilixxiet is-sistema tagħha tal-ġestjoni tas-sikurezza u li hija kapaċi tħares l-istandards u r-regoli rilevanti tas-sikurezza fl-Istati Membri kollha fejn topera l-impriża . Għas-servizzi tat-trasport internazzjonali, għandu jkun biżżejjed li tiġi approvata s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza darba biss fuq livell tal-Unjoni jew għat-territorju li l-impriża ferrovjarja ser tuża l-infrastruttura ferrovjarja tiegħu . [Em. 21] |
|
(13) |
Metodi armonizzati minimi bbażati fuq id-Direttiva 2004/49/KE ġew stabbiliti biex jiġu applikati lill-impriżi ferrovjarji u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar il-monitoraġġ, il-valutazzjoni tal-konformità, is-superviżjoni u dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju. Il-qafas regolatorju huwa matur biżżejjed biex jimxi progressivament lejn 'ċertifikat uniku ta' sikurezza', validu mal-Unjoni kollha fiż-żoni speċifikati tal-użu . Il-mixja lejn ċertifikat uniku ta' sikurezza għandu jagħmel is-sistema ferrovjarja aktar effettiva u effiċjenti billi jnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-impriżi ferrovjarji , biex b'hekk it-trasport ferrovjarju jsir aktar kompetittiv fil-kompetizzjoni intermodali . [Em. 22] |
|
(14) |
Iċ-ċertifikat uniku ta' sikurezza għandu jinħareġ abbażi tal-evidenza li l-impriża ferrovjarja stabbiliet is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza. L-istabbiliment ta' din l-evidenza jista' jeħtieġ mhux biss spezzjonijiet fuq is-sit tal-impriża ferrovjarja imma wkoll is-superviżjoni biex jiġi vvalutat li l-impriża ferrovjarja tkompli tapplika kif dovut is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza. |
|
(15) |
Kull amministratur tal-infrastruttura għandu r-responsabbilità kruċjali għad-disinn, il-manutenzjoni u l-operazzjoni siguri tan-netwerk ferrovjarju tiegħu. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u dispożizzjonijiet oħra biex jilħaq ir-rekwiżiti tas-sikurezza. |
|
(16) |
It-taħriġ u l-kwalifika tal-persunal ferrovjarju huwa fattur importanti għas-sikurezza ferrovjarja. L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-persunal tagħhom ikun ikkwalifikat u mħarreġ b’mod adegwat, inkluż meta jopera fuq in-netwerk ta’ Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali għandhom jissorveljaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward. Iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal ferrovjarju hija spiss tista’ tkun ostaklu insormontabbli għal min jidħol ġdid fis-suq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal ferrovjarju neċessarji biex ikopru r-rekwiżiti fir-regoli nazzjonali huma disponibbli għall-impriżi ferrovjarji li biħsiebhom joperaw fuq in-netwerk rilevanti. [Em. 23] |
|
(17) |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tiġi ċċertfikata għall-vaguni tal-merkanzija. Meta l-entità responsabbli mill-manutenzjoni tkun amministratur tal-infrastruttura, din iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun inkluża fil-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà. Iċ-ċertifikat mogħti lil entità bħal din għandu jiggarantixxi li r-rekwiżiti tal-manutenzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu sodisfati għal kwalunkwe vagun tal-merkanzija li għalih tkun responsabbli. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu fl-Unjoni kollha u għandu jingħata minn korp li jkun fil-qagħda li jivverifika s-sistema ta’ manutenzjoni stabbilita minn din l-entità. Billi l-vaguni tal-merkanzija huma spiss użati fit-traffiku internazzjonali u billi l-entità responsabbli mill-manutenzjoni jista' jkun li tkun trid tuża lantijiet tax-xogħol stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu fl-Unjoni kollha. |
|
(17a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa metodu ta’ sikurezza komuni mal-esperti tas-settur għall-identifikar tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza billi tikkunsidra l-esperjenza tas-settur tal-avjazzjoni. [Em. 24] |
|
(18) |
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikunu għalkollox indipendenti fl-organizzazzjoni, l-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura, applikant u entità tal-akkwist. Għandhom iwettqu l-kompiti b'mod miftuħ u mhux diskriminatorju u jikooperaw mal-Aġenzija biex joħolqu żona ferrovjarja unika b’livell għoli ta’ sikurezza ferrovjarja u jikkoordinaw il-kriterji tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom, l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza għandu jkollhom riżorsi baġitarji biżżejjed u għadd biżżejjed ta’ membri tal-persunal imħarrġa tajjeb. Sabiex tiżdied l-effiċjenza, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jiddeċiedu li jgħaqqdu l-persunal u r-riżorsi tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rispettivi. [Em. 25] |
|
(18a) |
Sabiex tinħoloq Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u tittejjeb is-sikurezza ferrovjarja, l-introduzzjoni ta’ ċertifikat uniku tas-sikurezza hija essenzjali. Dan jeħtieġ tqassim ċar tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. L-Aġenzija għandha ssir punt uniku ta’ servizz għaċ-ċertifikati tas-sikurezza fl-Unjoni, bl-użu tal-kompetenza ta’ valur, l-għarfien lokali u l-esperjenza tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Għandha tiddelega kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza abbażi ta’ ftehimiet kuntrattwali msemmija fir-Regolament […] [ir-Regolament tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea], iżda għandu jkollha l-kompetenza esklużiva biex toħroġ, iġġedded, temenda jew tirrevoka ċertifikati tas-sikurezza kemm għall-impriżi ferrovjarji kif ukoll għall-amministraturi tal-infrastruttura. [Em. 26] |
|
(19) |
Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza tintalab biex tagħmel superviżjoni ta' impriża ferrovjarja stabbilita fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra rilevanti tas-sikurezza għandhom jiġu infurmati mill-Aġenzija u tal-aħħar għandha tiżgura l-koordinazzjoni meħtieġa tal-attivitajiet ta' superviżjoni. |
|
(19a) |
Ir-rispett tar-regoli dwar il-ħinijiet tax-xogħol, tas-sewqan u tal-mistrieħ min-naħa tas-sewwieqa tal-ferroviji u l-persunal ferrovjarju li jwettaq kompiti ta’ sikurezza huwa ewlieni għas-sikurezza ferrovjarja u l-kompetizzjoni ġusta. L-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar u l-verifika tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, anke għall-operazzjonijiet transkonfinali. L-Aġenzija għandha tiżviluppa apparat ta’ reġistrazzjoni abbord tal-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ tas-sewwieqa tal-ferroviji. L-Awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom il-kompetenza li jikkontrollaw il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ minn naħa għal oħra tal-fruntiera. [Em. 27] |
|
(20) |
Inċidenti serji fuq il-linji tal-ferrovija huma rari. Madankollu, jista' jkollhom konsegwenzi disastrużi u li jqajmu tħassib fost il-pubbliku dwar il il-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja. Dawn l-inċidenti kollha għandhom, għalhekk, ikunu investigati minn perspettiva ta' sikurezza biex tkun evitata r-rikorrenza u r-riżultati tal-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula pubbliċi u nklużi f'rapporti regolari . Inċidenti oħra għandhom wkoll ikunu soġġeti għal investigazzjonijiet tas-sikurezza meta jistgħu ikunu prekusuri sinifikanti għall-inċidenti s-serji. Sabiex jiġu identifikati dawn il-prekursuri, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu “kultura ġusta” kif definit fl-Artikolu 3. [Em. 28] |
|
(20a) |
Is-sistema tas-sikurezza ferrovjarja hija msejsa fuq l-informazzjoni u t-tagħlim li joħroġ mill-esperjenza tal-aċċidenti u l-inċidenti, li jirrikjedu l-applikazzjoni stretta tar-regoli tal-privatezza sabiex ikun żgurat li fil-ġejjieni sorsi importanti ta’ informazzjoni jibqgħu jkunu disponibbli. F'dan il-kuntest, informazzjoni sensittiva dwar is-sikurezza għandha tkun protetta b'mod xieraq. [Em. 29] |
|
(20b) |
Aċċident iqajjem għadd ta’ interessi pubbliċi differenti bħall-prevenzjoni ta’ aċċidenti futuri u l-amministrazzjoni korretta tal-ġustizzja. Dawk l-interessi jmorru lil hinn mill-interessi individwali tal-partijiet involuti u lil hinn mill-ġrajja speċifika. Jeħtieġ li jkun hemm bilanċ ġust bejn il-partijiet interessati kollha sabiex jiġi żgurat l-interess pubbliku ġenerali. [Em. 30] |
|
(21) |
L-investigazzjoni tas-sigurta għandha tinżamm separata mill-inkjesta ġudizzjarja fl-istess inċident u għandu jingħata aċċess għall-evidenza u għax-xhieda. Għandha tkun magħmula minn korp permanenti indipendenti mill-atturi tas-settur tal-ferrovija. Il-korp għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess u kwalunkwe involviment possibli fil-kawżi ta' l-okkorrenzi li jiġu investigati; partikolarment, l-indipendenza funzjonali tiegħu m'għandhiex tkun affetwata jekk hija magħquda mill-viċin mal-awtorità nazzjonali tas- sikurezza jew ir-regolatur tal-ferroviji għar-raġunijiet organizzazzjonali jew ta' strutturi legali. L-investigazzjonijiet tiegħu għandhom jitwettqu fil-miftuħ kemm jista' jkun. Għal kull okkorrenza il-korp tal-investigazzjoni għandu jistabbilixxi l-grupp rilevanti tal-investigazzjoni bl-esperjenza neċessarja biex isib il-kawżi immedjati u l-kawżi sottostanti. |
|
(21a) |
Bl-istess mod, is-settur ferrovjarju għandu jippromwovi ambjent mhux punittiv li jiffaċilita r-rappurtar spontanju tal-okkorrenzi u b'hekk jitmexxa' 'l quddiem il-prinċipju ta' “kultura ġusta”. [Em. 31] |
|
(21b) |
Hu importanti għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti li l-informazzjoni rilevanti, inkluż f'rapporti partikolari u rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza, tiġi kkomunikata malajr kemm jista' jkun. [Em. 32] |
|
(21c) |
Fis-settur ferrovjarju, wara aċċident tirriżulta diffiċli l-identifikazzjoni tal-vittmi u tal-persuni ta’ kuntatt u/jew familjari minħabba li ġeneralment l-operatur ma jkunx jaf l-identità tal-vittmi. Madankollu, f’ċerti servizzi ferrovjarji tal-Unjoni fejn hi obbligatorja r-riserva minn qabel jew jeżisti kontroll ta’ sikurezza tal-passiġġieri qabel l-imbarkazzjoni fuq il-ferrovija, ikun jaqbel li l-operatur ikun jista’ jkollu lista tal-passiġġieri u tal-persunal abbord għal finijiet unikament esklussivi li jiġu infurmati malajr il-familjari u/jew persuni ta’ kuntatt. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġi ppreżentat mandat sabiex l-Aġenzija tiżviluppa l-integrazzjoni ta’ din l-informazzjoni fis-sistemi ta’ riserva tal-passiġġieri. Barra minn hekk jeħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jizviluppaw pjanijiet ta’ emerġenza li jipprevedu servizzi ta’ emerġenza, pjanijiet ta’ aċċess, għajnuna fuq il-post tal-aċċident, u li jinkludu wkoll pjan ta’ kura għall-vittmi. L-Aġenzija tkun tista’ tikkollabora u tgħin fl-abbozzar ta’ dawn il-pjanijiet b’kunsiderazzjoni tal-aħjar prattiki. Jaqbel ukoll li l-operatur ikollu wkoll pjan ta’ assistenza għall-vittmi. [Em. 33] |
|
(22) |
Sabiex titjieb l-effiċjenza tal-attivitajiet ta' korp tal-investigazzjoni u sabiex jiġi megħjun fil-qadi ta' dmirijietu, il-korp tal-investigazzjoni, kif ukoll l-Aġenzija jekk tkun tixtieq dan, għandu jkollu aċċess f'waqtu għas-sit ta' aċċident, fejn meħtieġ b'kooperazzjoni tajba mal-awtorità ġudizzjarja. Il-partijiet kollha nvoluti, inkluż l-Aġenzija, għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex tippermetti l-entità ta' investigazzjoni biex twettaq l-attivitajiet tagħha. Ir-rapporti dwar l-investigazzjonijiet u kwalunkwe sejba jew rakkomandazzjoni jipprovdu informazzjoni kruċjali għal aktar żvilupp fis-sikurezza ferrovjarja u għandhom ikunu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-livell tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza għandhom jiġu attwati minn dawk li lilhom ikunu indirizzati u l-azzjonijiet għandhom ikunu rapportati lura lill-korp tal-investigazzjoni. [Em. 34] |
|
(23) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli fuq il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(24) |
Billi l-għanijiet tal-azzjonijiet proposti f'din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni tal-attivitajiet fl-Istati Membri biex tkun regolata u ssorveljata s-sikurezza, l-investigazzjoni tal-inċidenti, u biex ikunu stabbiliti miri komuni tas-sikurezza, metodi komuni tas-sikurezza, indikaturi komuni tas-sikurezza u rekwiżiti komuni għaċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu jintlaħqu aħjar, l-Unjoni tista' tadotta l-miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx aktar lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex ikunu milħuqa dawn l-għanijiet. |
|
(25) |
Sabiex jiġu supplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-metodi komuni tas-sikurezza u r-reviżjoni tagħhom, u r-reviżjoni tal-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-miri komuni tas-sikurezza. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti , u b’mod speċjali mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza . Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti ta' delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 35] |
|
(26) |
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-elementi tagħha, ir-reviżjoni tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u l-estensjoni għal materjal ferrovjarju ieħor, u l-kontenut prinċipali tar-rapport dwar l-investigazzjoni tal-inċidenti. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(27) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti. |
|
(28) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tistipula dispożizzjonijiet minimi, li apparti minnhom l-Istati Membri jkunu jistgħu jilleġiżlaw biss b'konformità mal-Artikolu 8, tassigura l-iżvilupp u t-titjib ulterjuri tas-sigurtà ferrovjarja tal- Unjoni Ewropea u l-aċċess imtejjeb fis-suq għas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija billi: [Em. 36]
|
(a) |
tarmonizza l-istruttura regolatorja fl-Istati Membri; |
|
(b) |
tiddefinixxi r-responsabbiltajiet bejn l-atturi tas-sistema ferrovjarja; |
|
(c) |
tiżviluppa miri komuni tas-sigurtà tas-sikurezza u metodi komuni tas-sikurezza bil-għan li tiżdied l-armonizzazzjoni tar-regoli tas-sigurtà bil-għan tat-tneħħija grawdali tal-ħtieġa għal regoli nazzjonali f’livell ta’ sikurezza għoli ; [Em. 37] |
|
(d) |
teħtieġ l-istabbiliment, għal kull Stat Membru, ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza u korp li jinvestiga l-inċident; |
|
(e) |
tfisser il-prinċipji komuni għall-immaniġġjar, ir-regolazzjoni u s-superviżjoni tas- sikurezza ferrovjarja; |
|
(ea) |
tintroduċi ta’ ċertifikat uniku tas-sikurezza li jkun validu u rikonoxxut fl-Istati Membri kollha fiż-żoni speċifikati tal-użu; [Em. 38] |
|
(eb) |
jitlob lill-Aġenzija tippubblika linji gwida dwar is-sikurezza ferrovjarja u dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, inkluż listi ta' eżempji tal-aħjar prattika, b'mod partikolri għat-trasport transkonfinali. [Em. 39] |
Artikolu 2
Skop
1. Din id-Direttiva tapplika għas-sistema tal-linja ferrovjarja fl-Istati Membri, li tista' tinqasam f'sottosistemi għaż-żoni strutturali u funzjonali. Hi tkopri r-rekwiżiti tas-sikurezza fuq is-sistema sħiħa, inkluż l-immaniġġjar sikur tal-infrastruttura u t-tħaddim tat-traffiku u l-interazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u l-managers tal-infrastruttura u atturi oħra tas-sistema ferrovjarja.
2. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp L-Istati Membri jistgħu jeskludu xi miżuri milli jadottaw fl-implimentazzjoni ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva: [Em. 103]
|
(a) |
il-metro, it-tramm , tramm-tren u sistemi tal-ferrovija ħafifa; [Em. 40] |
|
(b) |
in-netwerks li huma separati b'mod funzjonali mill-bqija tas-sistema ferrovjarja u maħsuba biss għat-tħaddim tas-servizzi lokali, urbani jew suburbani tal-passiġġieri, kif ukoll l-impriżi ferrovjarji li joperaw biss fuq dawn in-netwerks; |
3. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
infrastruttura ferrovjarja ta' sjieda privata u vetturi użati esklussivament fuq infrastrutturi bħal dawn meta jeżistu biss għall-użu mis-sid għall-operazzjonijiet tiegħu stess tat-trasport tal-merkanzija; |
|
(b) |
infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku; |
|
(ba) |
infrastruttura ferrovjarja ħafifa li xi drabi tintuża minn vetturi ferrovjarji tqal skont kondizzjonijiet operattivi ta' sistemi ferrovjarji ħfief, meta tali użu minn dawn il-vetturi jkun meħtieġ biss għal raġunijiet ta' konnessjoni; [Em. 41] |
|
(bb) |
vettura ferrovjarja li tkun tilfet l-awtorizzazzjoni tagħha u tkun qed titmexxa lejn terminal jew sit biex tkun tista’ tiġi awtorizzata mill-ġdid; [Em. 42] |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għar-raġunijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet japplikaw:
|
(a) |
“sistema ferrovjarja tal-Unjoni ” tfisser is-sistema ferrovjarja konvenzjonali u ta’ veloċità qawwija tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva… [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; [Em. 43] |
|
(b) |
“amminstratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura ('amministratur infrastrutturali') kif definit fl-Artikolu 2 of Directive 2001/14/EC 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); [Em. 44] |
|
(c) |
“impriża ferrovjarja” tfisser l-impriżi tal-linji tal-ferrovija kif definiti fl-Artikolu 2 definiti fl-Artikolu 3 tad- Direttiva 2001/14/KE 2012/34/UE , u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija li tipprovdi t-trasport tal-oġġetti u/jew il-passiġġieri bil-ferrovija fuq il-bażi li l-impriża trid tassigura il-ġibda; dan ukoll jinkludi l-impriżi li jipprovdu l-ġbid biss; [Em. 45] |
|
(ca) |
“żona ta’ użu” tfisser netwerk jew netwerks teknikament kompatibbli fi Stat Membru, jew grupp ta’ Stati Membri, li fuqhom ikun maħsub li titħaddem vettura jew li fuqhom ikun maħsub li impriża ferrovjarja taħdem; |
|
(cb) |
“netwerk ferrovjarju iżolat” tfisser in-netwerk ferrovjarju ta’ Stat Membru, jew parti ta’ dan, b’wisa’ bejn il-binarji ta' 1 520 mm, li hu ġeografikament jew teknikament maqtugħ min-Netwerk Ewropew b’wisa’ bejn il-binarji nominali standard (1 435mm – minn issa 'l quddiem “wisa” standard bejn il-binarji') u li jkun integrat tajjeb fin-netwerk ferrovjarju tal-wisa' bejn il-binarji ta' 1 520 mm, flimkien ma' pajjiżi terzi, li iżda jkun iżolat min-netwerk standard tal-Unjoni. [Em. 46] |
|
(d) |
“speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (TSI)” tfisser ispeċifikazzjoni li biha kull sottosistema jew parti minn sottosistema hija koperta biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali u tassigura tas-sistema ferrovjarja kif definit fl-Artikolu 2 tad- Direttiva… [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(e) |
“il-miri komuni tas- sikurezza (CSTs)” tfisser il-livelli tas- sikurezza li minn talanqas iridu jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-ferrovija (bħal ma hi s-sistema tal-ferrovija konvenzjonali, is-sistema tal-ferrovija tal-veloċità qawwija, il-mini twal tal-ferrovija jew linji li huma użati biss għat-trasport) u mis-sistema kollha, espressi bħala kriterji tar-riskju aċċettat; |
|
(f) |
“il-metodi komuni tas- sikurezza (CSMs)” tfisser il-metodi li jiddeskrivu l-livelli tas- sikurezza u l-kisbiet tal-miri tas- sikurezza u l-konformità ma' rekwiżiti oħra ta' sikurezza; |
|
(fa) |
“Indikaturi Komuni tas-Sikurezza (CSIs)” tfisser ġabra komuni ta' dejta dwar is-sikurezza ferrovjarja, miġbura flimkien biex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja kif ukoll biex jinkisbu l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs); [Em. 48] |
|
(g) |
‘l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tfisser il-korp nazzjonali fdat bil-kompiti tas-sikurezza tal-linji ferrovjarji skont din id-Direttiva jew kwalunkwe entità fdata minn bosta Stati Membri b'dan ix-xogħol sabiex tassigura reġim unifikat ta' sikurezza; |
|
(h) |
“regoli nazzjonali” tfisser ir-regoli kollha vinkolanti li ġew notifikati minn Stat Membru u li jinkludu r-rekwiżiti tas-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti operattivi u tekniċi tas- sikurezza ’ tfisser dawk ir-regoli kollha vinkolanti li fihom ir-rekwiżiti tas-sikurezza jew teckniċi tal-ferrovija imposti fuq il-livell tal-Istati Membri tal-Istat Membru u applikabbli għal impriżi għall-atturi ferrovjarji, irrispettivament mill-korp li ppublikahom; [Em. 49] |
|
(i) |
“is-sistema tal- ġestjoni tas-sikurezza”tfisser l-organizzazzjoni u l-arranġamenti l-proċeduri stabbiliti minn amministratur tal-infrastruttura jew impriża ferrovjarja biex jassiguraw il-ġestjoni sikura tal-operazzjonijiet tagħha; [Em. 50] |
|
(j) |
“l-investigatur maħtur” tfisser il-persuna responsabbli mill-organizzazzjoni, mill-andament u mill-kontroll ta' investigazzjoni; |
|
(k) |
“aċċident” tfisser ġrajja li mhix mixtieqa jew li mhix mistennija li tiġri għall-għarrieda jew katina speċifika ta' ġrajjiet li għandhom konsegwenzi ta' ħsara; l-aċċidenti huma maqsuma fil-kategoriji li ġejjin: kolliżjoni, it-trejn joħroġ barra mill-linja, inċidenti fuq il-passaġġ invell, inċidenti lill-persuni inkluż dawk mhux inklużi fid-definizzjoni ta' passiġġieri, kawżati mill-materjali ferrovjarju miexi, inkluż fiż-żoni għall-vetturi ferrovjarji għall-immanuvrar (shunting yards) u waqt xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-binarji, nirien u oħrajn; [Em. 51] |
|
(l) |
“aċċident serju” tfisser kwalunkwe kolliżjoni ta' trejn jew meta t-trejn joħroġ barra mil-linja, li tirriżulta fil-mewt ta' mill-anqas persuna waħda jew f'tidrib serju lill-ħames jew aktar persuni jew ħsara estensiva lill-materjal ferrovjarju, lill-infrastruttura jew lill-ambjent, u kwalunkwe aċċident ieħor simili b'impatt ovvju fuq ir-regolament tas- sikurezza ferrovjarja jew il-ġestjoni tas-sikurezza; “ħsara estensiva” fuq tfisser ħsara li tista' tkun stmata immedjatament mill- korp investigattiv li tiswa minn talanqas EUR 2 miljuni fit-total; |
|
(m) |
“l-inċident” tfisser kwalunkwe okkorrenza, għajr minn aċċident jew aċċident serju, assoċjat mat-tħaddim tal-ferroviji u li jaffettwa s-sigurtà tal-operazzjonijiet; |
|
(n) |
“investigazzjoni” tfisser proċess immexxi minħabba l-prevenzjoni tal-aċċident u l-inċidenti li tinkludi l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, il-wasla għall-konklużjonijiet, inkluża d-determinazzjoni tal-kawżi u, fejn adattat, il-ħolqien tar-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza; |
|
(na) |
“prattikabbli b’mod raġjonevoli” meta applikat għal kwalunkwe attività tfisser li, wara analiżi tal-benefiċċju tal-kostijiet, l-attività partikolari ma twassalx għal kontribuzzjoni sproporzjonata f’termini ta’ kostijiet u/jew ħin tal-implimentazzjoni, rigward il-mira tas-sikurezza li jkollha tintlaħaq; [Em. 52] |
|
(nb) |
“Partijiet oħra” tfisser kwalunkwe parti li twettaq attivitajiet esterni fl-interfaċċji mas-sistema ferrovjarja li jistgħu jintroduċu riskji li jkollhom impatt dirett fuq l-operat u li jkollhom jiġu kkontrollati minn amministraturi tal-infrastruttura u impriżi tal-infrastruttura; [Em. 53] |
|
(o) |
“kawżi” tfisser azzjonijiet, nuqqasijiet, każijiet jew kundizzjonijiet, jew tagħqida ta' dawn, li wasslu għall-inċident jew l-aċċident; |
|
(p) |
“ferrovjia ħafifa” tfisser sistema ta' trasport ferrovjarju urbana u/jew sub-urbana li s-soltu ġġorr inqas u jkollha veloċità inqas mis-sistemi tal-ferrovija tqila u tal-metro, iżda ġġorr aktar u jkollha veloċità akbar mis-sistemi tat-tramm. Is-sistemi tal-ferrovija ħafifa jista' jkollhom id-dritta tagħhom jew inkella jaqsmuha mat-traffiku tat-triq u normalment ma jpartux il-vetturi mat-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fuq distanzi twal; |
|
(pa) |
“sistemi ferrovjarji transkonfinali” tfisser sistemi ferrovjarji li jipprovdu servizzi ta' trasport bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-fruuntiera; [Em. 54] |
|
(q) |
“entitajiet notifikati” tfisser l-entitajiet li huma responsabbli biex jivvalutaw il-konformità jew l-adattament għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità jew biex jivvalutaw il-proċedura “KE” għall-verifika tas-sottosistemi; |
|
(r) |
“il-kostitwenti tal-interoperabilità” tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, it-tagħqid parzjali jew it-tagħqid sħiħ ta' tagħmir inkorporat jew maħsub biex ikun inkorporat f'sottosistema li fuqha l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva … [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] |
|
(s) |
“detentur”“ proprjetarju tfisser il-persuna jew l-entità li, peress li tkun il-proprjetarju ta’ vettura jew ikollha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta’ trasport u tkun reġistrata bħala tali fir- reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 43 u l-Artikolu 43a tad-Direttiva… [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; [Em. 55] |
|
(t) |
“entità responsabbli għall-manutenzjoni” tfisser entità responsabbli għall-manutenzjoni ta’ vettura, u reġistrata bħala tali fir- reġistru nazzjonali tal-vetturi; |
|
(u) |
“vettura” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiġri fuq ir-roti tagħha stess fuq linji ferrovjarji, bi trazzjoni jew mingħajr f'kompożizzjoni fissa jew varjabbli. Vettura hija komposta minn sottosistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar; [Em. 56] |
|
(v) |
“manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li timmanifattura kostitwent , komponent jew sottosistema tal-interoperabilità jew li tqabbad lil min jiddisinjaha jew jimmanifatturaha, u jqiegħdha fis-suq f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu; [Em. 57] |
|
(w) |
“konsenjatur” tfisser l-impriża li tikkonsenja l-merkanzija f'isimha jew għal parti terza; |
|
(x) |
“impriża tat-tagħbija” tfisser kull impriża li tgħabbi għal fuq vaġun oġġetti ppakkjati, inkluż oġġetti perikolużi, kontejners żgħar jew tankijiet li jinġarru jew kontejner jew li jgħabbi għal fuq vagun kontejner, kontejner, kontejner għall-merkanzija fil-kobor, kontejner tal-gass b'elementi multipli, kontejner b'tank jew tank li jinġarr; |
|
(xa) |
“impriża tal-ħatt” tfisser l-impriża li tneħħi kontejner minn vagun, jew tħott oġġetti imballati minn ġewwa vagun jew kontejner, jew tirrilaxxa oġġetti minn tank, vagun jew kontejner; [Em. 58] |
|
(y) |
“impriża tal-mili” tfisser kull impriża li tgħabbi l-oġġetti, inklużi oġġetti perikolużi, għal ġo tank (vagun tank, vagun b'tank jiżżarma minn fuqu, kontejner kbir jew kontejner żgħir għall-ġarr fil-kobor, jew f'vagun batterija jew kontejner tal-gass b'elementi multipli; |
|
(ya) |
“kultura ġusta” tfisser proċedura li għandha tiġi stabbilita biex tinkoraġġixxi b’mod attiv lill-membri tal-persunal biex jirrapurtaw aċċidenti relatati mas-sikurezza, inċidenti u kolliżjoniiet li ma jseħħux bi ftit mingħajr ma jkunu soġġetti għal ksur volontarju jew għal neġliġenza gravi. Dawn l-individwi ma għandhomx ikunu soġġetti għal kastig jew diskriminazzjoni għal żbalji mingħajr intenzjoni jew għall-iżvelar ta' din it-tip ta' informazzjoni. Kultura ġusta tippermetti li l-industrija ferrovjarja tieħu tagħlimiet minn aċċidenti, inċidenti u kolliżjonijiet li jiġu evitati bi ftit u b’hekk tittejjeb is-sikurezza fin-netwerk ferrovjarju għall-ħaddiema u l-passiġġieri; [Em. 59] |
|
(yb) |
“destinatarju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hi identifikata bħala tali fin-nota tal-kunsinnja u li jirċievi l-merkanzija u n-nota tal-ispedizzjoni; [Em. 60] |
|
(yc) |
“impriża tal-ġarr” tfisser kwalunkwe impriża li magħha l-konsenjatur jew il-passiġġier ikun ikkonkluda l-kuntratt tal-ġarr jew impriża tal-ġarr suċċessiva li tkun responsabbli abbażi ta’ dak il-kuntratt; [Em. 61] |
KAPITOLU II
L-IŻVILUPP U L- ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA
Artikolu 4
Ir-rwol tal-atturi fis-sistema ferrovjarja fl- iżvilupp u t-titjib sikurezza ferrovjarja
1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw , kull wieħed fil-qasam ta' responsabilità rispettiva tiegħu li s-sigurtà ferrovjarja hija ġeneralment miżmuma u, fejn hija prattikabbli b'mod raġjonevoli, imtejba kontinwament, billi jittieħed in konsiderazzjoni l-impatt tal-fattur uman, l-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u internazzjoniali u l-progress tekniku u xjentifiku u billi tingħata prijorità għall-prevenzjoni ta' aċċidenti serji.
L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-miżuri għall-iżvilupp u t-titjib tas-sikurezza ferrovjarja jikkunsidraw il-ħtieġa għal approċċ abbażi ta’ sistema.
2. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li r-responsabbilitajiet għat-tħaddim sigur tas-sistema ferrovjarja u l-kontroll tar-riskji assoċjati miegħu jitqiegħdu fuq l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi t ferrovjarji, billi jobbligawhom:
|
(a) |
jimplimentaw il-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-riskji, fejn adattat f'kooperazzjoni ma' xulxin, |
|
(b) |
biex ikunu applikati r-regoli nazzjonali u tal-Unjoni, |
|
(c) |
biex ikunu stabbiliti s-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza skont din id-Direttiva. |
Bla ħsara għar-responsabbilità ċivili skond ir-rewkiżiti legali tal-Istati Membri, kull amministratur tal-infrastruttura u impriża ferrovjarja għandha titpoġġa responsabbli għall-parti tagħha fis-sistema u t-tħaddim sigur tagħha, inkluż il-forniment tal-materjal u l-kuntrattar tas-servizzi, vis-à-vis dawk li jużaw, il-konsumaturi, il-ħaddiema konċernati u t-terzi persuni. Ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-partijiet terzi għandu wkoll jitqies fis-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji.
3. Kull manifattur, fornitur tal-manutenzjoni, 1 detentur, fornitur tas-servizzi u entità tal-akkwist għandha tiżgura li l-materjali ferrovjarju, faċilitajiet, l-installazzjonijiet, l-aċċessorji u t-tagħmir u s-servizzi forniti minnhom iħarsu r-rekwiżiti speċifikati u l-kundizzjonijiet għall-użu, biex b'hekk ikunu jistgħu jitħaddmu b'mod sigur mill-impriża ferrovjarja u/jew l-amministratur tal-infrastruttura.
4. L-atturi kollha li għandhom rwol rilevanti fl-operazzjonijiet tas-sikurezza, kull wieħed fil-qasam ta' responsabilità rispettiv tiegħu. Għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa tal-kontroll tar-riskju, fejn xieraq f'kooperazzjoni mal-oħrajn u għandhom jerfgħu r-responsabilità għall-prestazzjoni tad-doveri tagħhom stess. Minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, dawn l-atturi jinkludu:
|
(a) |
id-detenturi u l-entità jew l-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vetturi; |
|
(b) |
l-ispedituri,l-impriżi tat-tagħbija, l-impriżi tal-ħatt u l-impriżi tal-mili, li għandhom rwol fl-operazzjonijiet tat-tagħbija sigura, |
|
(c) |
il-manifatturi, li huma responsabbli mid-disinn u l-manifattura b’garanzija ta’ sigurtà ta’ vetturi ferrovjarji, parts, komponenti u subimmontar ta’ vetturi, l-infrastruttura ferrovjarja, l-enerġija u l-kmand tal-kontroll, kif ukoll għall-ħruġ ta’ dokumentazzjoni preliminari tal-manutenzjoni assoċjata mal-vettura. |
5. Kull impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura u korp inkarigat mill-manutenzjoni għandu jiżgura li l-kuntratturi jimplimentaw miżuri ta' kontroll tar-riskju. Għal dan il-għan, kull impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura u korp inkarigat mill-manutenzjoni għandu japplika l-metodi komuni għall-proċess tal-monitoraġġ stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 (9). Il-kuntratturi tagħhom għandhom japplikaw dan il-proċess permezz ta' arranġamenti ftehimiet kuntrattwali. L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-korpi inkarigati mill-manutanzjoni għandhom jiżvelaw l-arranġamenti ftehimiet kuntrattwali fuq talba tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.
6. Kull attur tas-sistema ferrovjarja li jidentifika riskju sistematiku tas-sikurezza marbut ma' difetti u non-konformitajiet tal-kostruzzjoni jew ħsarat fit-tagħmir tekniku, inkluż dawk tas-sottosistemi strutturali, għandu jirrapporta dawk ir-riskji , skont proċedura armonizzata madwar l-Unjoni lill-partijiet l-oħra involuti u lill-Aġenzija biex jippermettilhom jieħdu kull azzjoni korrettiva meħtieġa biex jiżguraw il-ksib kontinwu tal-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja.
6a. L-Istati Membri, l-Aġenzija u l-parteċipanti interessati kollha fis-sistema ferrovjarja għandhom jistabbilixxu kultura ġusta li tiżgura r-rappurtar konsistenti ta' aċċidenti, inċidenti u tal-potenzjal ta' riskju għas-sikurezza. Sabiex jitħeġġeġ dan it-tip ta' rappurtar, l-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmu li jippermetti dan it-tip ta' rappurtar fuq bażi kunfidenzjali.
7. Fil-każ ta' skambju ta' vetturi bejn impriżi ferrovjarji, l-atturi kollha għandhom jiskambjaw kull informazzjoni rilevanti għat-tħaddim sigur , bl-użu tar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikoli 43 u 43a tad-Direttiva…[Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] . Din l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-istatus u l-istorja tal-vettura, elementi tal-fajls tal-manutenzjoni, traċċabilità tal-operazzjonijiet tat-tagħbija, u komponenti kritiċi għas-sikurezza kif ukoll noti tal-ispedizzjoni. Għanda tkun iddettaljata biżżejjed biex tippernmetti valutazzjoni tar-riskji tat-tħaddim tal-vettura mill-impriżi ferrovjarja. [Em. 62]
Artikolu 5
Indikaturi komuni tas-sigurtà
1. Biex jiffaċilitaw il-vaultazzjoni tal-ilħiq tas-CST u biex jipprovdu għall- monitoraġġ tal-iżvilupp ġenerali tas-sikurezza ferrovjarja, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni fuq l-indikaturi komuni tas- sikurezza (CSIs) permezz tar-rapporti annwali tal-awtoritajiet tas- sikurezza kif imsemmija fl-Artikolu 18.
Is-CSIs għandhom ikunu stabbiliti kif stabbilit fl-Anness I.
1a. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-Aġenzija fil-ħidma tagħha ta' monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sikurezza ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni. [Em. 63]
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 26 li jikkonċerna r-reviżjoni tal-Anness I, partikolarment biex taġġorna s-CSIs billi tqis il-progress tekniku u biex tadatta l-metodi komuni għall-kalklolu tal-ispejjeż tal-aċċidenti.
Artikolu 6
Metodi komuni ta ta' sikurezza
1. Is-CSMs għandhom jiddeskrivu kif il-livell livelli tas- sikurezza, l- ilħiq tal-miri tas- sikurezza u l-qbil mar-rekwiżiti l-oħra tas-sikurezza, bil li jiġu elaborati u mfissra:
|
(a) |
il-metodi tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju, |
|
(b) |
il-metodi biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tas-ċertifikati tas-sikurezza u l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa skont l-Artikoli 10 u 11, |
|
(c) |
metodi għas-superviżjoni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u metodi għall-monitoraġġ li għandhom jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-korpi inkarigati mill-manutenzjoni; |
|
(ca) |
metodi għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sikurezza fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni; [Em. 64] |
|
(d) |
kull metodu ieħor li jkopri proċess ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li jeħtieġ ikun armonizzat fil-livell tal-Unjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandha toħroġ mandati lill-Aġenzija biex tabbozza s-CSMs il-ġodda msemmija fil-punt 1(d), biex tirrevedi u taġġorna s-CSMs kollha biex iqisu l-iżviluppi fir-rekwiżiti teknoloġiċi jew soċjali u biex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun . [Em. 65]
Meta tkun qed tabbozza r-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija trid tqis l-opinjoni tal-utenti , tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-partijiet interessati. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikollhom magħhom rapport dwar ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni u rapport li jivvaluta l-impatt tas-CSM il-ġdid li se jiġi adottat. [Em. 66]
3. Is-CSMs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari, billi titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom u l-iżvilupp globali tas-sikurezza ferrovjarja u fid-dawl tal-fatt li s-sigurtà trid ġeneralment tinżamm u fejn sakemm ikun raġonevolament prattikabbli, tittejjeb kontinwament. [Em. 67]
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' delega li jistipulaw is-CSMs u s-CSMs riveduti skont l-Artikolu 26.
5. L-Istati Membri minnufih għandhom jagħmlu kwalunkwe emenda neċessarja lir-regoli nazzjonali tagħhom fid-dawl tal-adozzjoni tas-CSMs u r-reviżjonijiet lilhom. [Em. 68]
Artikolu 7
Miri komuni tas- tas-sikurezza
1. Is-CSTs għandhom jiddefinixxu l-livelli tas- sikurezza minimi li għandhom jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema ferrovjarja u mis-sistema kollha f'kull Stat Membru, espress fil-kriterji tal-aċċettazzjoni tar-riskju għal:
|
(a) |
riskji individwali relatati mal-passiġġieri, il-persunal inkluż il-persunal tal-kuntratturi, l-utenti tal-passaġġ invell u oħrajn, u, bla ħsara għar-regoli nazzjonali u internazzjonali eżistenti dwar ir-responsabbilità, ir-riskji individwali relatati mal-persuni li mhumiex awtorizzati fuq il-post tal-linja tal-ferrovija; |
|
(b) |
riskji lis-soċjetà. |
2. Il-Kummissjoni għandha toħroġ mandat lill-Aġenzija biex tabbozza s-CSTs mill-aktar fis possibbli riveduti u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni. [Em. 69]
3. Is-CSTs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari, billi jitqies l-iżvilupp globali tas-sikurezza ferrovjarja. Is-CSTs riveduti għandhom jirriflettu kwalukwe qasam prijoritarju fejn is-sikurezza għandha bżonn tittejjeb aktar.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' delega li jistipulaw CSTs riveduti skont l-Artikolu 26.
5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kwalunkwe emenda neċessarja lir-regoli nazzjonali tas- sikurezza tagħhom biex b'hekk jinkisbu minn talanqas is-CSTs, u kwalunkwe CSTs riveduti, skont l-iskedi tal-implimentazzjoni mehmuża magħhom. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dawn ir-regoli skond l-Artikolu 8.
Artikolu 8
Regoli nazzjonali tas- sikurezza
1. L-istati membri L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jabbozzaw regoli nazzjonali ġodda wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva biss fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta regoli dwar metodi eżistenti tas-sikurezza ma jkunux koperti minn CSM; |
|
(b) |
bħala miżura preventiva urġenti, b’mod partikolari wara xi aċċident. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali ma jiddiskriminawx u li jqisu il-ħtieġa ta' approċċ ibbażat fuq sistema.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jilħqu livell ta’ sikurezza ogħla minn dak definit fis-CST sakemm li dan il-livell ogħla ta’ sikurezza jkun kompatibbli bis-sħiħ mas-CST eżistenti.
2. Jekk Stat Membru jkun biħsiebu jintroduċi regola nazzjonali ġdida, għandu jinnotifika minnufih l-abbozz ta' dik ir-regola lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni billi juża s-sistema informatika x-xierqa skont l-Artikolu 23 tar-Regolament [Regolament dwar Aġenzija għall-Ferroviji] u għandu jehmeż rapport li jivvaluta l-impatt tar-regoli l-ġodda li għandhom jiġu adottati . Ħlief f'każijiet deskritti fil-punt (b) tal-paragrafu 1, din in-notifika għandha ssir mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni ppjanata tar-regolament.
Wara li tirċievi l-abbozz tar-regola nazzjonali, l-Aġenzija għandha tibda proċess ta’ koordinazzjoni li jinvolvi l-awtoritajiet nazzjonali kollha tas-sikurezza sabiex jiġi żgurat l-ogħla grad possibbli ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha.
Ir-regola nazzjonali ġdida ma tistax tibqa' fis-seħħ jew tidħol fis-seħħ jekk il-Kummissjoni fuq rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, toġġezzjona għaliha, billi tressaq dikjarazzjoni ta' raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha.
3. Jekk l-Aġenzija tinduna bi kwalunkwe regola nazzjonali notifikata jew le li saret superfluwa jew li hi f'kunflitt ma' CSMs jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni adottati wara l-applikazzjoni tar-regola nazzjonali, il-proċedura stabbilita fl-artikolu 22 tar-Regolament [Regolament dwar Aġenzija għall-Ferroviji] għandha tapplika.
Fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw it-taħriġ, is-saħħa fuq il-post tax-xogħol u s-sikurezza għall-professjonijisti ferrovjarji responsabbli minn kompiti kritiċi għas-sikurezza, l-Aġenzija tista' tapplika dan il-paragrafu biss jekk regolament nazzjonali partikolari jiddiskrimina jew jekk ikun żgurat ta' livell ta' sikurezza ogħla mis-CSMs jew minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali huma , inkluż dawk li jkopru l-interfaċċji bejn il-vetturi u n-netwerk, ikunu disponibbli bla ħlas u jkunu miktuba b'lingwaġġ ċar li jista' jinftiehem lingwa li tista' tinftiehem mill-partijiet kollha kkonċernati.
5. Ir-regoli nazzjonali nnotifikati skont dan l-Artikolu mhumiex soġġetti għall-proċedura ta' notifika stipulata fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
5a. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippubblika linjigwida għall-adozzjoni ta' regoli nazzjonali ġodda jew għall-emenda ta' dawk eżistenti. [Em. 70]
Artikolu 9
Sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza
1. L-amministraturi tal-infrastruttura u l-imprizi ferrovjarji għandhom jistabbilixxu s- tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom biex jiżguraw li s-sistema ferrovjarja tista' minn talanqas tilħaq is-CSTs, konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza stabbiliti fit-TSIs, u li l-partijiet rilevanti tas-CSMs u r-regoli notifikati taħt l-Artikolu 8 jiġu applikati.
2. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tissodisfa r-rekwiżiti, adattati għall-karattru, il-limiti u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-attività segwita. Għandha tiżgura l-kontroll tar-riskji kollha assoċjati mal-attività tal-amministratur tal-infrastruttura u ta' l-impriża ferrovjarja, inkluż il-kwalifikazzjoni xierqa u t-taħriġ tal-persunal kif ukoll il-forniment tal-manutenzjoni u l-materjal u l-użu tal-kuntratturi. Bla ħsara għar-regoli eżistenti nazzjonali u internazzjonali tar-responsabbilità, is-sistema tal- ġestjoni tas-sikurezza għandha tieħu wkoll in konsiderazzjoni, fejn xieraq u raġjonevoli, ir-riskji li jirriżultaw bħala riżultat tal-attivitajiet tal-partijiet l-oħra. Konsegwentement, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandu jkollhom proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ dawk ir-riskji potenzjali li jinħolqu minn attivitajiet esterni fl-interfaċċji mas-sistema ferrovjarja u li jkollhom impatt dirett fuq l-operazzjonijiet. [Em. 71]
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, bis-saħħa ta' atti ta' implimentazzjoni ddelegati , elementi għas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza , inkluża politika tas-sikurezza approvata u kkomunikata internament; miri tas-sikurezza kwalitattivi u kwantitattivi u proċeduri għall-ilħuq ta’ dawk il-miri; proċeduri għall-ilħuq ta’ standards tekniċi u operattivi; proċeduri ta’ evalwazzjoni tar-riskji u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tar-riskji; miżuri ta’ taħriġ ta’ u informazzjoni lill-membri tal-persunal; proċeduri li jiżguraw il-komunikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mas-sikurezza; proċedura għar-rappurtar, u l-analiżi ta’ inċidenti u aċċidenti u okkorrenzi oħra marbuta mas-sikurezza u għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ prevenzjoni; il-provvista ta’ pjanijiet ta’ emerġenza li dwarhom ikun intlaħaq ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi; u dispożizzjonijiet għall-verifika interna tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni ddelegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2) fl-Artikolu 26 . [Em. 72]
2a. F’dak li jirrigwarda l-persunal ferrovjarju, is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tinkludi miżuri għall-provviżjoni ta’ programmi għat-taħriġ tal-persunal u sistemi għall-iżgurar li l-kompetenzi tal-persunal jinżammu u l-kompiti jitwettqu kif xieraq. [Em. 73]
2b. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tinkludi dispożizzjonijiet għal “kultura ġusta” kif definit fl-Artikolu 3. [Em. 74]
3. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ta' kwalunkwe amministratur tal-infrastruttura għandha tieħu in konsiderazzjoni l-effetti tal-operazzjonijiet mill-impriżi ferrovjarji differenti fuq in-netwerk u tagħmel dispożizzjonijiet biex tippermetti lill-impriżi ferrovjarji kollha joperaw skont it-TSIs u r-regoli nazzjonali tas-sikurezza u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-sikurezza tagħhom. Is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza għandhom jiġi żviluppati bil-għan li jkunu koordinati l-proċeduri ta' emerġenża tal-amministratur tal-infrastruttura mal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw fuq l-infrastruttura tagħha. Għall-infrastruttura transkonfinali u b'mod partikolari għall-mini transkonfinali, għandhom jiġu żviluppati u mtejba sistemi speċifiċi ta' amministrazzjoni tas-sikurezza sabiex ikun żgurat il-koordinament u t-tħejjija meħtieġa tas-servizzi ta' emerġenza kompetenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera. [Em. 75]
3a. L-amministraturi tal-infrastrutturi għandhom jistabbilixxu wkoll sistema ta’ koordinazzjoni mal-amministraturi ta’ pajjiżi ġirien li magħhom hu konness in-netwerk. Din is-sistema għandha tinkludi mekkaniżmi għall-provviżjoni ta’ informazzjoni f’każ ta’ inċidenti jew aċċidenti fin-netwerk jew dewmien li jista’ jfixkel it-traffiku transkonfinali u proċeduri ta’ kooperazzjoni għall-istabbilment mill-ġdid tat-traffiku bejn iż-żewġ infrastrutturi b’hekk is-sikurezza tan-netwerk tkun żgurata f’kull ħin. L-amministraturi tal-infrastrutturi taż-żewġ Stati għadhom jgħarrfu lill-operaturi, partijiet interessati u l-awtoritajiet nazzjonali korrispondenti b’kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tista’ taffettwa t-traffiku bejn iż-żewġ Stati. [Em. 76]
4. Kull sena l-amministraturi kollha tal-infrastruttura u l-impriżi kollha tal-linji ferrovjarji għandhom jissottmettu lill-awtorità dwar is- sikurezza r-rapport annwali dwar sikurezza li jikkonċerna s-sena preċedenti qabel it-30 Ġunju. Ir-rapport tas- sikurezza għandu jkun fih:
|
(a) |
l-informazzjoni fuq kif il-miri inkorporati tas- sikurezza tal-organizzazzjoni jintlaħqu u r-riżultati tal-pjanijiet tas- sikurezza; |
|
(b) |
l-iżvilupp tal-indikaturi nazzjonali tas- sikurezza, u tas-CSIs stabbiliti fl-Anness I, sakemm huwa rilevanti lill-organizzazzjoni li tirrapporta; |
|
(c) |
(ċ) ir-riżultati tal-verifiki interni tas- sikurezza; |
|
(d) |
l-osservazzjonijiet fuq in-nuqqasijiet u l-funzjonament tal-operazzjonijiet ferrovjarji u l-ġestjoni tal-infrastruttura l-ġestjoni tal-infrastruttura li jista' jkun rilevanti għall-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. |
KAPITOLU III
IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U L-AWTORIZAZZJONI TAS- SIKUREZZA
Artikolu 10
Ċertifikat uniku tas-sikurezza
1. L-aċċess għall-infrastruttura ferrovajarja għandu jingħata biss lill-impriżi ferrovjarji li għandhom iċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza.
2. Iċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza għandu jingħata mill-Aġenzija , ħlief għall-każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, fuq il-bażi tal-evidenza li l-impriża ferrovjarja stabilixxiet is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 9 u tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fit-TSIs u f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra u għal kull regoli operazzjonali speċifiċi rilevanti għas-servizz operat mill-impriża ferrovjarja sabiex ikunu kkontrollati r-riskji u jiġu pprovduti b'mod sikur servizzi tat-trasport fuq in-netwerk.
2a. Ċertifikati tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji li joperaw esklussivament fuq netwerk iżolat jistgħu jinħarġu ukoll minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dawk l-Istati Membri li għandhom dan in-netwerk. F'dawn il-każijiet, l-applikant jista' jagħżel bejn li japplika lill-Aġenzija jew lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri kkonċernati.
Fil-perjodu ta' tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 30, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ta' dawk l-Istati Membri li għandhom netwerk iżolat, għandu jistabbilixxi proċeduri ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza komuni u jiżġura r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tas-sikurezza maħruġa minnhom. Fil-każ ta' deċiżjonijiet konfliġġenti tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jew fin-nuqqas ta' deċiżjoni aċċettabbli, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni bi qbil mal-Artikolu 12 tar-Regolament … [Regolament dwar Aġenzija għall-Ferroviji].
Jekk sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni stipulat fl-Artiolu 30, dawk l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jkunux stabilew arranġamenti għal proċeduri komuni u għall-għarfien reċiproku taċ-ċertifikati tas-sikurezza, l-awtorizzazzjonijiet msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jingħataw biss mill-Aġenzija.
Jekk sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 30, jiġu stabbiliti l-arranġamenti għal proċeduri ta' ċertifikazzjoni komuni u għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tas-sikurezza, l-awtoritajiet tas-sikurezza nazzjonali li għandhom netwerks iżolati jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati tas-sikurezza u l-applikant jista' jagħżel li japplika għal ċertifikat tas-sikurezza lill-Aġenzija jew lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti wara t-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 30.
Għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress li jkun inkiseb lejn l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju iżolat u għandha, jekk ikun meħieġ, tissottometti l-proposta leġiżlattiva xierqa .
3. Iċ-ċertifikat ta’ sikurezza uniku għandu jispeċifika t-tip u l-firxa ż-żona tal-operazzjonijiet ferrovjarji koperti. Għandu jkun validu u rikonoxxut mal-Unjoni kollha għal operazzjonijiet ekwivalenti jew f'partijiet minnha, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati mill-Aġenzija .
4. Tliet xhur Qabel il-bidu tat-tħaddim ta' kwalunkwe servizz ġdid, li mhuwiex kopert miċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza, l-impriża ferrovjarja għandha tibgħat lill-Aġenzija, jew fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, lill-awtoritajiet tinnotifika lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti d-dokumentazzjoni , id-dokumentazzjoni addizzjonali meħtieġa li tikkonferma li:
|
(a) |
l-impriża ferrovjarja se ssegwi r-regoli tal-operat, inklużi r-regoli nazzjonali disponibbli għalihom f’konformità mal-Artikoli 8 (4), 12 (2) u 12 (3) ta' din id-Direttiva, u tivvaluta s-sikurezza tal-operat tagħhom, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti fir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (11) u tassigura li qed jitrattaw ir-riskji kollha permezz tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom u li qegħdin jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa biex joperaw b’mod sikur; |
|
(b) |
l-impriża ferrovjarja għamlet l-arranġamenti meħtieġa għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-amministratur(i) tal-infrastruttura tan-netwerk(s) fejn qed tipproponi li topera; |
|
(c) |
l-impriża ferrovjarja ħadet kull azzjoni meħtieġa biex tassigura l-operat sigur tas-servizz; |
|
(d) |
l-impriża ferrovjarja jkollha liċenzja maħruġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE (12); |
|
(e) |
it-tip , il-firxa u l-firxa ż-żona tal-operazzjoni ppjanata tagħha tkun tikkorrispondi għal dak speċifikat fiċ-ċertifikat uniku ta' sikurezza tagħha. |
Jekk l-Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragrafu 2a , l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jkollha ikollha dubji dwar li jikkonċernaw it-twettiq ta' kundizzjoni waħda jew aktar, għandha titlob għandhom jitolbu aktar informazzjoni mill-impriża ferrovjarja. Madankollu, dan l-iskambju ma jistax ikollu xi effett ta' sospensjoni jew dewmien fuq il-bidu tal-operat bi qbil mal-iskadenzi taż-żmien stipulati fl-Artikolu 11(1). Jekk , l-Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza , issib ssib evidenza li ma tkunx twettqet kundizzjoni waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfati, għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Aġenzija, li għandha tieħu , għandhom jieħdu l-miżuri xierqa adegwati , inkluż l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.
5. Iċ-ċertifikat uniku tas- sikurezza għandu jkun imġedded mal-applikazzjoni mill-impriża ferrovjarja f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin. Għandu jkun aġġornat b'mod sħiħ jew b'mod parzjali kull meta t-tip jew il-limitu qabel it-tip jew żona tal-operazzjoni jiġi mibdul modifikat b'mod sostanzjali.
Id-detentur taċ-ċertifikat tas-sigurtà tas-sikurezza għandu javża lill- Aġenzija lill-Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, bla dewmien dwar kull bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat uniku tas- sikurezza tas-sikurezza . Minbarra dan għandu javża lill-Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragarfu 2a, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, meta jkun xieraq, kull meta kategoriji ġodda ta' persunal jew tipi ġodda vetturi ġodda ta’ vetturi ferrovjarji jiġu introdotti. Il-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 11(1) għandhom japplikaw bl-istess mod f'dan il-każ.
L- Aġenzija tista' titlob li ċ-ċertifikat uniku tas- sikurezza tkun riveduta wara li jsiru tibdiliet sostanzjali lill- qafas regolatorju tas- sikurezza.
6. Jekk awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssib li detentur ta' ċertifikat uniku tas-sikurezza ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, għandha ssaqsi lill-Aġenzija biex tirrevokah. L-Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista' tirrevoka ċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza, u tagħti r-raġunijiet tagħha għal din id-deċiżjoni L-Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tgħarraf minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kollha tan-netwerks li fuqhom topera l-impriża ferrovjarja.
7. L- Aġenzija jew f'każijiet msemmija fil-paragrafu 2a, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tavża lill- awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fi żmien xahar bil-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda jew ir-revoka ta' ċertifikat uniku tas- sikurezza. Għandha tiddikkjara l-isem u l-indirizz tal-impriża tal-linja tal-ferrovija, id-data tal-ħruġ, l-għan u l-validità taċ-ċertifikat tas-sigurtà u, fil-każ ta' revoka, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
8. L-Aġenzija għandha kontinwament timmonitorja l-effettività tal-miżuri għall-ħruġ taċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza u s-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u, fejn xieraq, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għat-titjib. Dan jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni għal CSM li jkopri proċess tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li teħtieġ tkun armonizzata fuq livell tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d).
8a. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 tar-Regolament … [Regolament dwar Aġenzija għall-Ferroviji] jew kontra n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fiż-żmien stabbilit. Dawn id-drittijiet għandhom japplikaw għall-korpi li jirrapreżentaw lill-persuni msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament … [Regolament dwar Aġenzija għall-Ferroviji] li jkollhom mandat kif meħtieġ skont l-istatut tagħhom. [Em. 77]
Artikolu 11
Applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza
1. Applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza għandhom jitressqu lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni bla dewmien dwar applikazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' tliet xhur wara li l-informazzjoni kollha meħtieġa u kwalunkwe informazzjoni supplimentari mitluba mill-Aġenzija tkun tressqet. tintlaqa' l-applikazzjoni . Jekk l-applikant jintalab iressaq l-informazzjoni supplimentari, din l-informazzjoni għandha titressaq minnufih għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bi qbil mal-Aġenzija, u tawtorizza estensjoni tal-limitu ta' żmien . Deċiżjonijiet negattivi għandu jkollhom dikjarazzjoni ta' raġunijiet.
F'każ ta' applikazzjoni għal estensjoni biex topera fi Stat Membru addizzjonali, l-Aġenzija għandha ukoll tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien tliet xhur minn meta tintlaqa' l-applikazzjoni.
2. L-Aġenzija għandha tipprovdi gwida dettaljata dwar kif jinkiseb iċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza. Għandha telenka r-rekwiżiti kollha li ġew stabbiliti għar-raġunijiet tal-Artikolu 10(2) u tagħmel disponibbli d-dokumenti rilevanti kollha.
3. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza u li jelenka d-dokumenti li meħtieġa għandu jkun disponibbli lill-applikanti mingħajr ħlas u fil-lingwi uffiċċjali kollha tal-Unjoni . L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija fit-tixrid ta' din l-informazzjoni. [Em. 78]
Artikolu 12
L-awtorizzazzjoni tas- sikurezza tal- amministraturi tal-infrastruttura
1. Biex jitħalla jamministra u jopera infrastruttura ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura għandu jikseb l-awtorizzazzjoni nazzjonali tas-sikurezza mill-awtorità sikurezza fl-Istat Membru fejn hu qiegħed stabbilit. Fil-każ ta' infrastrutturi transfruntiera b'amministratur tal-infrastruttura uniku, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli mill-kompiti stipulati f'dan l-Artikolu.
2. L-awtorizzazzjoni tas-sikurezza għandha tinkludi awtorizzazzjoni li tikkonferma l-aċċettazzjoni tas-sistema tal-amministratur tal-infrastruttura għall-ġestjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 9, li għandha tinkludi l-proċeduri u dispożizzjonijiet biex jintlaħqu r-rekwiżiti meħtieġa għad-disinn, il-manutenzjoni u t-tħaddim sigur tal-infrastruttura ferrovjarja inkluż, fejn xieraq, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-kontroll tat-traffiku u s-sistema tas-sinjali kif ukoll proċeduri ta’ azzjoni f’każ ta’ aċċident serju sabiex jiġi żgurat is-sokkors u l-istabbilment mill-ġdid tas-sikurezza tal-infrastruttura kif ukoll proċeduri ta’ azzjoni f’każ ta’ aċċident serju sabiex jiġi żgurat is-sokkors u l-istabbilment mill-ġdid tas-sikurezza tal-infrastruttura .
L-awtorizzazzjoni sikurezza għandha tkun imġedda mal-applikazzjoni tal- amministratur tal-infrastruttura f'intervalli ta' ħames snin. Għandha tkun aġġornata b'mod sħiħ jew b'mod parzjali kull meta tibdiliet sostanzjali jkunu magħmula lill-infrastruttura, lis-sinjalar jew lill-provvista tal-enerġija jew lill-prinċipji tat-tħaddim u l- manutenzjoni tagħha. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas- sikurezza għandu mingħajr telf ta' żmien minnufih javża lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u lill-Aġenzija b'dawn it-tibdiliet kollha.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza , jew għal infrastrutturi transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija tista' teħtieġ li l-awtorizzazzjoni tas- sikurezza tiġi riveduta wara t-tibdiliet sostanzjali lill-qafas regolatorju tas- sikurezza.
Jekk l-awtorità nazzjonali tas- sikurezza, jew għal infrastrutturi transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija ssib illi l- amministratur tal-infrastruttura awtorizzat ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas- sikurezza, hi għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni, billi tagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
3. L-awtorità Awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu bla dewmien deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sikurezza u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' tliet xhur wara li tkun tressqet tintlaqa' l-applikazzjoni. Jekk l-applikant jintalab iressaq l-informazzjoni kollha meħtieġa u kwalunkwe informazzjoni supplimentari mitluba mill-awtorità tas-sikurezza. supplimentari, din l-informazzjoni għandha għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar, ħlief jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bi qbil mal-Aġenzija, u tawtorizza estensjoni tal-limitu ta' żmien . Id-deċiżjonijiet negattivi għandhom jiġu ġġustifikati kif xieraq.
Għandu jsir disponibbli dokument ta’ gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u jelenka d-dokumenti meħtieġa. [Em. 79]
4. L-awtorità nazzjonali tas- sikurezza għandha tavża lill-Aġenzija fi żmien xahar minn meta l-awtorizzazzjonijiet tas- sikurezza jkunu maħruġa, imġedda, emendati jew revokati. Għanda tiddikkjara l-isem u l-indirizz tal- amministratur tal-infrastruttura, id-data tal-ħruġ, l-għan u l-validità ta' l-awtorizzazzjoni tas- sikurezza u, fil-każ ta' revoka, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 13
L-aċċess għall-faċilitajiet tat-taħriġ
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji jagħtu aċċess ġust u li mhux diskriminatorju għall-faċilitajiet tat-taħriġ għas-sewwieqa tat-trejns u l-ħaddiema li jakkumpanjaw it-trejns, kull meta dan it-taħriġ huwa neċessarju biex jitħaddmu servizzi fuq in-netwerk tagħhom jew, biex jintlaħqu r-rekwiżiti biex jinkiseb iċ-ċertifikat tas-s ikurezza u rekwiżiti biex jinkisbu liċenzji u ċertifikati skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).
Is-servizzi offruti għandhom jinkludu taħriġ fuq l-għarfien neċessarju tar-rotot, għajnuna lill-persuni b’diżabilità, ir-regoli u l-proċeduri tat-tħaddim, is-sistema tas-sinjalar u tal-kmand tal-kontroll u l-proċeduri tal-emerġenza applikati fuq ir-rotot imħaddma. [Em. 80]
L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l- amministraturi tal-infrastruttura u l- persunal tagħhom li jagħmlu xogħlijiet importanti ta' sikurezza għandhom aċċess ġust u li mhux diskriminatorju għall-faċilitajiet tat-taħriġ.
Jekk is-servizzi tat-taħriġ ma jinkludux l-eżaminazzjonijiet u l-għoti taċ-ċertifikati, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l- impriżi ferrovjarji għandhom aċċess għal din iċ-ċertifikazzjoni.
L-awtorità nazzjonali tas-s ikurezza għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet tas-servizzi tat-taħriġ jew, fejn xieraq, l-għoti taċ-ċertifikati għandu jilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2007/59/KE, fit-TSIs jew fir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8.
2. Jekk il-faċilitajiet tat-taħriġ huma disponibbli biss permezz tas-servizzi ta' impriża ferrovjarja waħda biss jew l-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu magħmula disponibbli lill-impriżi ferrovjarji l-oħra bi prezz raġonevoli u li mhux diskriminatorju, li huwa relatat mal-ispejjeż u li jista' jinkludi marġini ta'profitt.
3. Meta jkunu impjegati sewwieqa ġodda tat-trejns, il-persunal abbord it-trejns u persunal li jwettaq xogħol vitali ta' sikurezza, l-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu kapaċi li jieħdu in konsiderazzjoni kwalunkwe taħriġ, kwalifiki jew esperjenza miksuba qabel minn impriżi ferrovjarji oħra. Għal dan il-għan, dawn il-membri tal-persunal għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess, jiksbu kopji u jakkwistaw id-dokumenti kollha li jixhdu t-taħriġ, il-kwalifiki u l-esperjenzi tagħhom.
4. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom ikunu responsabbli għall-livell ta' taħriġ u l-kwalifiki tal- persunal tagħhom li jwettqu xogħol relatat mas-sikurezza inkluż mal-persunal abbord . [Em. 81]
Artikolu 14
Manutenzjoni ta’ vetturi
1. Kull vettura, qabel ma titqiegħed fis-servizz jew tintuża fin-netwerk, għandu jkollha entità responsabbli għall-manutenzjoni assenjata lilha u din l-entità għandha tkun irreġistrata fir-reġistru nazzjonali fir-reġistri tal-vetturi skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva… [Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja].
2. Jistgħu jikkostitwixxu entità inkarigata mill-manutenzjoni impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura jew detentur.
3. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura għat-tħaddim sigur ta' trejn kif previst fl-Artikolu 4, l-entità għandha tiżgura li l-vetturi li hi tkun responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom ikunu fi stat sigur permezz ta’ sistema ta’ manutenzjoni. Għal dan il-għan, l-entità responsabbli mill-manutenzjoni għandha tiżgura li l-vetturi jkunu miżmuma skont:
|
(a) |
il-fajl tal-manutenzjoni ta’ kull vettura; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti fis-seħħ li jinkludu r-regoli ta’ manutenzjoni u d-dispożizzjonijiet tat-TSI. |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha twettaq il-manutenzjoni hija nnifisha u tagħmel użu minn workshops ta’ manutenzjoni b'kuntratt.
4. Fil-każ ta’ vaguni tal-merkanzija, kull entità responsabbli mill-manutenzjoni għandha tkun ċċertifikata minn korp akkreditat jew rikonoxxut skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (14), jew minn awtorità nazzjonali tas- sikurezza. Il-proċess ta' rikonoxximent għandu jkun ibbażat ukoll fuq kriterji ta’ indipendenza, kompetenza u imparzjalità.
Meta l-entità responsabbli għall-manutenzjoni tkun jew amministratur tal-infrastruttura, il-konformità mar- Regolament (UE) Nru 445/2011 għandha tiġi vverifikata mill-awtorità nazzjonali tas- sikurezza rilevanti skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva u għandha tkun ikkonfermata fuq iċ-ċertifikati speċifikati f'dawk il-proċeduri.
5. Iċ-ċertifikati mogħtija skondt il-paragrafu 4 għandhom ikunu validi u rikonoxxuti awtomatikament fl-Unjoni kollha.
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tagħmel pubbliku, u wara taġġorna mingħajr dewmien reġistru tal-entitajiet iċċertifikati responsabbli għall-manutenzjoni. Għandu jkun konness mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi jew mar-reġistru Ewropew tal-vetturi skont l-Artikolu 43(1) u (4) u l-Artikolu 43a(1) u (4) tad-Direttiva [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].
Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għal dawk ir-reġistri relatati mal-kontenut, il-format tad-dejta, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-modulu tal-operat u r-regoli għall-input u l-konsultazzjoni tad-dejta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).
5a. Meta tabbozza jew temenda TSIs, l-Aġenzija għandha tarmonizza r-regoli dwar l-intervalli minimi ta’ manutenzjoni u r-rekwiżiti ta’ kwalità li jiżguraw is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja kollha kemm hi. Meta tagħmel dan għandha tqis il-parametri differenti (l-użu, l-antikità, il-materjal, il-kilometraġġ, il-kundizzjonijiet tat-temp, it-tip ta’ binarji, eċċ) li jaffettwaw l-attrizzjoni tal-materjal. Il-kumpaniji jistgħu jkomplu jużaw is-sistema ta' manutenzjoni tagħhom, sakemm l-Aġenzija tikkunsidra li dik is-sistema tagħti livell ta' sikurezza ekwivalenti jew ogħla.
6. Sal-31 ta' Mejju 2014 Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ , l-Aġenzija għandha tevalwa s-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u għandha tqis l-opportunità għal estensjoni ta' dik is-sistema għall-vetturi kollha u għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni tressaq rapport lill-Kummissjoni Dan ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjoni dwar jekk dik is-sistema ta' ċertifikazzjoni għandhiex tkun estiża għal tipi ta' vetturi oħrajn. Il-Kummissjoni mbagħad għandu tieħu l-miżuri adegwati abbażi ta' dik ir-rakkomandazzjoni .
6a. Sa mhux aktar minn sitt xhur wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l_Aġenzija għandha tidentifika l-komponenti tal-ferrovija li huma kritiċi għas-sikureza ferrovjarja u għandha tiżviluppa sistema li tippermetti l-intraċċar ta' dawk il-komponenti.
7. Abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, u sa mhux aktar minn 36 xahar wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa permezz ta' atti ta' implimentazzjoni delegati bi qbil mal-Artikolu 26 , tadotta kundizzjonijiet komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni għall-vetturi kollha sal-24 ta' Diċembru 2016.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
Is-sistema taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-vaguni tal-merkanzija adottata mir-Regolament (UE) Nru 445/2011 għandha tkompli tapplika sakemm jiġu adattati l-atti ta' implimentazzjoni delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu. [Em. 82]
Artikolu 15
Derogi mis-sistema ta' ċertifikazzjoni għall-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu l-obbligi tagħhom biex jidentifikaw l-entità responsabbli mill-manutenzjoni u biex jiċċertifikawha permezz ta’ miżuri alternattivi fir-rigward tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni stabbilita fl-artikolu 14, fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
vetturi reġistrati f'pajjiż terz u miżmuma skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż; |
|
(b) |
vetturi li huma użati fuq netwerks jew fuq linji li t-track gauge tagħhom ikun differenti minn dak tan-netwerk ferrovjarju ewlieni fi fl-Unjoni u li għalihom it-twettiq tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(3) huma żgurati minn ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi; |
|
(c) |
vetturi koperti mill -Artikolu 2, u tagħmir militari u trasport speċjali li jeħtieġu li jkun ingħata permess ad hoc tal-awtorità nazzjonali tas- sikurezza qabel jingħata s-servizz. F'dan il-każ id-derogi għandhom jingħataw għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. |
2. Miżuri alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu implimentati permezz ta’ derogi li għandhom jingħataw mill-awtorità nazzjonali tas- sikurezza rilevanti jew l-Aġenzija:
|
(a) |
meta l-vetturi jkunu qed jiġu rreġistrati skond l-Artikolu 43 tad-Direttiva … [Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja], sa fejn tkun ikkonċernata l-identifikazzjoni tal-entità responsabbli mill-manutenzjoni; |
|
(b) |
meta jkunu qed jingħataw ċertifikati ta’ sikurezza u awtorizzazzjonijiet għall-impriżi ferrovjarji u għall- amministraturi tal-infrastruttura skont l-Artikoli 10 u 12 ta’ din id-Direttiva, sa fejn tkun ikkonċernata l-identifikazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni tal-entità responsabbli mill-manutenzjoni. |
3. Derogi bħal dawn għandhom ikunu identifikati u ġġustifikati fir-rapport tas- sikurezza annwali msemmi fl-Artikolu 18. Meta jidher li jkunu qed jittieħdu riskji għas- sikurezza li ma jkunux meħtieġa fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bihom. Il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-partijiet involuti u, fejn xieraq, titlob lill-Istat Membru biex jirtira d-deċiżjoni tiegħu dwar id-deroga.
KAPITOLU IV
AWTORITAJIET NAZZJONALI TAS-SIKUREZZA
Artikolu 16
Kompiti
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi awtorità tas-sikurezza. L-Istati Membri jistgħu ukoll jiddeċiedu b'mod konġunt li jistabbilixxu awtorità tas-sikurezza kompetenti għat-territorji tagħhom. Din l-awtorità u għandha tkun indipendenti fl-organizzazzjoni tagħha, fl-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura, applikant jew entità tal-akkwist. L-awtorità għandu jkollha l-kompetenza u r-riżorsi umani meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Tista' tkun il-Ministeru responsabbli għall-kwistjonijiet tat-trasport, sakemm dan jikkonforma mar-rekwiżiti ta' indipendenza stipulati f'dan il-paragrafu.
2. L-awtorità tas-sikurezza għandha tkun fdata minn talanqas bil-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi tal-enerġija u l-infrastruttura li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva … [Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja], bl-eċċezzjoni tal-infrastrutturi transfruntiera b'amministratur tal-infrastruttura uniku li għalih se tkun responsabbli l-Aġenzija għall-kompiti stipulati f'dan il-paragrafu; |
|
(b) |
is-superviżjoni l-iżgurar tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità mar-rekwiżiti essenzjali kif meħtieġ stipulati mill-Artikolu [x] tad-Direttiva … [Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja]; |
|
(c) |
l-assenjazzjoni ta' numerar nazzjonali Ewropew tal-vetturi skont l-Artikolu 20a u 43 tad-Direttiva … [Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja]; |
|
(d) |
fuq talba tal-Aġenzija u fuq bażi ta’ ftehimiet kuntrattwali msemmija fir-Regolament… [Regolament dwar l-Aġenzija Ferrovjarja] , l-appoġġ fil-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' ċertifikati uniċi tas-sikurezza tal-UE mogħtija skont l-Artikolu 10 u l-iċċekkjar li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fihom huma sodisfati u li l-impriżi ferrovjarji jkunu joperaw skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali jew tal-UE; |
|
(e) |
il-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza mogħtija skont l-Artikolu 12 u l-iċċekkjar li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fihom huma sodisfati u li l-amministraturi tal-infrastruttura ikunu qed joperaw skont ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali jew tal-UE; |
|
(f) |
il-monitoraġġ, il-promozzjoni u, fejn xieraq, l-infurzar u l-aġġornament tal-qafas regolatorju tas-sikurezza inkluża s-sistema tar-regoli nazzjonali; |
|
(g) |
is-superviżjoni tal-impriżi ferrovjarji skont l-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 (15) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 (16); |
|
(h) |
is-superviżjoni l-iżgurar li l-vetturi jkunu reġistrati kif xieraq fir-reġistru nazzjonali u Ewropew tal-vetturi u li l-informazzjoni li jkun fih dawk ir-reġistri relatata mas-sikurezza tkun preċiża u aġġornata; |
|
(ha) |
il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli dwar il-ħinijiet tax-xogħol, tas-sewqan u tal-mistrieħ għas-sewwieqa tal-lokomotivi fil-kumpaniji ferrovjarji u fuq il-binarji; |
|
(hb) |
il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli applikabbli dwar il-mekkaniżmi tas-sigurtà u l-operat tal-vaguni ferrovjarji għall-ġarr tal-merkanzija u ta' vaguni oħrajn; |
|
(hc) |
l-iżvilupp ta’ pjan ġenerali ta’ emerġenza tan-netwerk ferrovjarja obbligatorja għall-atturi kollha tas-sistema ferrovjarja li jagħti dettall tal-miżuri f’każ ta’ aċċident serju u emerġenza li tiġi komunikata lill-Aġenzija. Dak il-pjan se jinkludi
|
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa b’mod urġenti permezz ta’ atti ta’ eżekuzzjoni previsti fl-Artikolu 27, miżuri li jfittxu li jarmonizzaw il-kontenut u l-format tal-pjanijiet ta’ emerġenza. L-Aġenzija se tgħin u tissorvelja lill-aġenziji fl-iżvilupp ta’ dawn il-pjanijiet b’attenzjoni speċjali fil-każ ta’ aċċidenti ferrovjarji f’aċċident li jaffettwa lil żewġ netwerks nazzjonali jew aktar.
3. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tal-Istat Membru fejn topera l-impriża ferrovjarja għandha tagħmel arranġamenti adegwati biex tikkoordina mal-Aġenzija u l-awtoritajiet oħra tas-sikurezza biex tiżgura li kull informazzjoni essenzjali dwar l-impriża ferrovjarja speċifika tkun kondiviża, partikolarment dwar riskji magħrufa u l-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha. L-awtorità tas-sikurezza għandha wkoll tiskambja informazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti oħra jekk issib li l-impriża ferrovjarja mhix qed tieħu l-miżuri neċessarji tal-kontroll tar-riskju.
Għandha tinforma immedjatament lill-Aġenzija bi kwalunkwe tħassib dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji taħt superviżjoni. L-Aġenzija għandha tieħu azzjoni xierqa kif ipprovdut fl-Artikolu 10(6).
4. Il-kompiti msemmija fil-paragrafu 2 ma jistgħux ikunu mgħoddija lil xi ħadd ieħor jew kuntrattati lil xi amministratur tal-infrastruttura, impriża ferrovjarja jew entità tal-akkwist.
4a. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà jistgħu, bil-għajnuna tal-Aġenzija jistabbilixxu mekkaniżmi għall-iskambju ta' eżempji ta' prattika tajba u tal-aħjar prattika.
4b. Korpi ta' investigazzjoni jistgħu, fuq bażi volontarju jitolbu lill-Aġenzija tawditja l-ħidma tagħhom. L-Aġenzija tista' ukoll tawditja lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fuq l-inizjattiva tagħha stess. [Em. 83]
Artikolu 17
Prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet
1. L- awtoritajiet tas-sikurezza għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod miftuħ, li mhux diskriminatorju u transparenti. Partikolarment għandhom jippermettu lill-partijiet kollha li jinstemgħu u jagħtu r-raġunijiet għad-deċizjonijiet tagħhom.
Għandhom jirrispondu b'mod immedjat għat-talbiet u l-applikazzjonijiet u jikkomunikaw it-talbiet tagħhom għall-informazzjoni mingħajr dewmien u jadottaw id-deċiżjonijiet kollha tagħhom fi żmien erba' xhur wara li l-informazzjoni kollha mitluba tiġi provduta. Jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu l-assistenza teknika tal- amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji jew l-entitajiet l-oħra kwalifikati meta jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 16 bir-rispett tal-iskadenzi taż-żmien stipulati fl-Artikolu 11(1) u ta' kull obbligu stipulat fil-ftehimiet kuntrattwali konklużi mal-Aġenzija .
Fil-proċess li tiżviluppa l-qafas regolatorju nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tas- sikurezza għandha tikkonsulta u tikkunsidra l-persuni kollha involuti u l-partijiet interessati, inklużi l-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji, il-manifatturi u l-fornituri tal-manutenzjoni, l-utenti u r-rappreżentanti tal-persunal.
2. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikunu ħielsa jwettqu l-ispezzjonijiet , awditi u l-investigazzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tagħhom u għandhom jingħataw aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha u għall-bini, l-installazzjonijiet u t-tagħmir tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji.
3. L-Istat Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità nazzjonali tas- sikurezza huma soġġetti għar-reviżjoni ġudizzjarja.
4. L-awtoritajiet tas- sikurezza għandhom jagħmlu skambju attiv tal-opinjonijiet u l-esperjenza fi ħdan in-netwerk stabbilit mill-Aġenzija sabiex jarmonizzaw il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet mal-Unjoni kollha.
4a. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jappoġġaw l-Aġenzija fil-ħidma tagħha ta' monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sikurezza ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni.
5. L-ambitu tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fil-kwistjonijiet kollha marbutin mal-ispezzjonijiet fuq is-sit konnessi mal-ħruġ taċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza u s-superviżjoni tal-impriżi ferrovjarji wara l-ħruġ taċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza għandu jiġi stabbilit f'arranġamenti fi ftehimiet kuntrattwali jew oħrajn bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva .
Dawk il-ftehimiet jistgħu jinkludu l-ħruġ ta' kuntratti għal ċerti kompiti u responsabilitajiet tal-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-kontroll u t-tħejjija tal-fajls, il-verifika tal-kompatibilità teknika, żjajjar u l-abbozzar ta' studji tekniċi, bi qbil mal-Artikolu 69 tar-Regolament… [Regolament dwar l-Aġenzija għall-Ferroviji].
Dawk il-ftehimiet għandhom jistipulaw il-kondiżjoni tad-dħul b'mod proporzjonat mal-ammont ta' xogħol ta' kull parteċipant interessat. [Em. 84]
Artikolu 18
Ir-rapport annwali
Kull sena l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà sikurezza għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha fis-sena preċedenti u tibagħtu lill-Aġenzija sat-30 ta' Settembru bħala l-aħħar data. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni fuq:
|
(a) |
l-iżvilupp tas- sikurezza ferrovjarja, inkluż l-aggregazzjoni fuq il-livell tal-Istat Membru tas-CSIs stabbiliti fl-Anness I; |
|
(b) |
bidliet importanti fil-leġislazzjoni u r- regolamentazzjoni dwar is- sikurezza ferrovjarja; |
|
(c) |
(ċ) l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas- sikurezza u l-awtorizzazzjoni tas- sikurezza; |
|
(d) |
ir-riżultati ta' u l-esperjenza dwar is-supervizjoni tal- amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji; |
|
(e) |
derogi deċiżi skont l-Artikolu 14 (8); |
|
(f) |
kull spezzjoni jew verifika ta' impriżi ferrovjarji li joperaw fl-Istat Membru tul l-attivitajiet tas-superviżjoni tagħhom; |
|
(fa) |
l-ispezzjonijiet tekniċi kollha tal-vaguni tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fuq il-linji ferrovjarji; [Em. 85] |
KAPITOLU V
L-INVESTIGAZZJONI TAL-AĊĊIDENTI U L-INĊIDENTI
Artikolu 19
L- obbligu tal-investigazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjoni ssir mill- korp tal-investigazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 21 wara aċċidenti serji fuq is-sistema ferrovjarja, li l- għan tagħha huwa l-iżvilupp possibbli sikurezza ferrovjarja u l-prevenzjoni tal-aċċidenti.
2. Flimkien mal-aċċidenti serji, il-korp tal-investigazzjoni msemmi fl-Artikolu 21 jista' jinvestiga dawk l-aċċidenti u l-inċidenti li taħt kundizzjonijiet kemmxejn differenti jistgħu jwasslu għal aċċidenti serji, inkużi l-fallimenti tekniċi tas-sottosistemi strutturali u l-kostitwenti tat tal-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea.
Il-korp tal-investigazzjoni għandu, fid-dsikrezzjoni tiegħu, jiddeċiedi jekk għandhiex issir investigazzjoni tal-aċċident jew l-inċident. Fid-deċiżjoni tagħha għanda tieħu in konsiderazzjoni:
|
(a) |
il-gravità tal-aċċident jew l-inċident; |
|
(b) |
jekk tifformax parti minn serje ta' aċċidenti jew inċidenti rilevanti għas-sistema kollha; |
|
(c) |
l-impatt tagħha fuq is- sikurezza ferrovjarja fuq il-livell tal- Unjoni, |
|
(d) |
it-talbiet mill- amministraturi tal-infrastruttura, mill-impriżi ferrovjarji, mill-awtorità tas- sikurezza jew l-Istati Membri. |
3. Il-medda tal-investigazzjonijiet u l-proċedura segwita biex issir din l-investigazzjoni għandha tkun determinata mill- korp investigattiv, billi tieħu in konsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-Artikoli 20 u 22 u li tiddependi fuq it-tagħlimiet li hi tistenna li tieħu mill-aċċident jew l-inċident għat-titjib tas- sikurezza.
4. L-investigazzjoni fl-ebda każ m'għandha tkun konċernata biex tpoġġi l-ħtija jew ir-responsabbilità.
Artikolu 20
L-istatus tal-investigazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fil-qafas tas-sistema legali rispettiva tagħhom, l-istatus legali tal-investigazzjoni li għandu jippermetti l-investigaturi inkarigati jwettqu l-kompitu tagħhom fil-mod l-aktar effiċjenti u fl-iqsar ħin.
2. Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet responsabbli mill-inkjesta ġudizzjarja, u għandhom jiżfuraw li l-investigaturi jingħataw, kif ukoll jekk mitlub mill-Aġenzija mill-aktar fis possibbli: [Em. 86]
|
(a) |
aċċess għas-sit tal-aċċident jew l-inċident kif ukoll għall- vetturi ferrovjarji involuti, l-infrastruttura relatata u l-istallazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku u s-sinjalar; |
|
(b) |
id-dritt elenkar tal- evidenza b'mod immedjat u t-tneħħija kontrollata tat-tifrik, l-installazzjonijiet tal-infrastuttura jew il-komponenti għall-eżaminazzjoni jew ir-raġunijiet tal-analiżi; |
|
(c) |
l-aċċess għal u l-użu tal-kontenut tar-rekorders fuq it-tren u t-tagħmir għall-irrekordjar ta' messaġġi bil-fomm u r-reġistrazzjoni tal-operazzjoni tas-sistema tas-sinjali u tal-kontroll tat-traffiku; |
|
(d) |
l-aċċess għar-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-iġsma tal-vittmi; |
|
(e) |
l-aċċess għar-riżultati tal-eżaminazzjonijiet tal- persunal tat-tren u l- persunal ferrovjarju l-ieħor involuti fl-aċċident jew fl-incident; |
|
(f) |
l-opportunità li jistaqsu l-ħaddiema ferrovjarji involuti u xhieda oħra; |
|
(g) |
l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew rekords miżmuma mill- amministratur tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji involuti u l-awtorità tas- sikurezza. |
3. L-investigazzjoni għandha ssir b'mod indipendenti minn kwalunkwe inkjesta ġuridika.
Artikolu 21
Il-korp investigattiv
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-investigazzjonijiet tal-aċċidenti u tal-inċidenti msemmija fl-Artikolu 19 huma magħmula minn korp permanenti, li għandu jinkludi minn talanqas investigatur wieħed li huwa kapaċi jaqdi l-funzjoni ta' investigatur inkarigat fil-każ ta' aċċident jew inċident. Dan il-korp għandu jkun independenti fl-organizzazzjoni, l-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn kwalunkwe amministratur tal-infrastruttura, impriża ferrovjarja, entità tal-imposti, entità tal-allokazzjoni u korp notifikat, u minn kwalunkwe parti li l-interessi tagħha jistgħu jiġu f'kunflitt mal-kompiti mogħtija lill-entità investigattiva. Barra minn hekk tkun funzjonalment independenti mill-awtorità u minn kwalunkwe regolatur tal-ferroviji.
2. L-entità investigattiva għandha taqdi d-dmirijiet tagħha indipendentement mill-organizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 , mingħajr diskriminazzjoni kontra kwalunkwe parti u għandha tkun kapaċi li tikseb ir-riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. L-investigaturi tagħha għandhom ikunu mogħtija l-istatus li jagħtihom il-garanziji neċessarji tal-indipendenza. [Em. 87]
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u, fejn xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà sikurezza, huma obbligati li immedjatament jirrappurtaw l-aċċidenti u l-inċidenti msemmija fl-Artikolu 19 lill- korp investigattiv. Il-korp investigattiv għandu jkun kapaċi jwieġeb għal dawn ir-rapporti u jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex tibda l-investigazzjoni mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-irċevuta tar-rapport dwar l-aċċident jew l-inċident.
4. Il-korp investigattiv jista' jgħaqqad il-kompiti tiegħu max-xogħol tal- investigazzjoni ta' okkorrenzi minbarra l-aċċidenti u l-inċidenti tal-ferrovija sakemm dawn l-investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tiegħu.
5. Jekk ikun neċessarju il-korp investigattiv jista' jitlob l-għajnuna ta' korpi investigattivi mill-Istati Membri l-oħra jew mill-Aġenzija biex iforni l-esperjenza jew biex jagħmel spezzjonijiet tekniċi, analiżi jew evalwazzjonijiet.
5a. Entitajiet ta' investigazzjoni jistgħu, fuq bażi volontarju jitolbu lill-Aġenzija tawditja l-ħidma tagħhom. [Em. 88]
6. L-Istati Membri jistgħu jafdaw lill- korp investigattiv bil-kompitu li jwettaq l-investigazzjonijiet tal-aċċidenti u l-inċidenti tal-ferrovija minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 19.
7. Il-korpi investigattivi għandhom jagħmlu skambju attiv tal-opinjonijiet u l-esperjenzi biex b'hekk ikunu żviluppati metodi komuni tal-investigazzjoni, billi jitfasslu prinċipji komuni biex jitħarsu r-rakkomandazzjonijiet tas- sikurezza u l-adattament għall-iżvilupp tal-progress tekniku u xjentifiku.
L-Aġenzija għandha tgħin lill-korpi investigattivi f'dan il-kompitu. B'żieda ma' dan, il-korpi tal-investigazzjoni għandhom jappoġġaw l-Aġenzija fil-ħidma tagħha ta' monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sikurezza ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni. [Em. 89]
Artikolu 22
Il-proċedura investigattiva
1. L-aċċident jew l-inċident msemmi fl-Artikolu 19 għandu jkun investigat mill- korp investigattiv tal-Istat Membru li seħħ fih. Jekk mhux possibli li jkun stabbilit f'liema Stat Membru seħħ jew jekk seħħ fuq jew viċin ta' l-installazzjoni tal-fruntiera bejn żewġ Stat Membri l-korpi rilevanti għandhom jiftehmu liema wieħed minhom għandu jagħmel l-investigazzjoni jew għandhom jiftehmu li jagħmluha b'kooperazzjoni. Il-korp l-ieħor għandu jitħalla jipparteċipa fl-ewwel każ fl-investigazzjoni u jaqsam b'mod sħiħ ir-riżultati tiegħu.
Il-korpi investigattivi minn Stat Membru ieħor u l-Aġenzija għandhom ikunu mistiedna biex jipparteċipaw f'investigazzjoni kull meta l-impriża tal-linja tal-ferrovija stabbilita u liċenzjata f'dak l-Istat Membru hija involuta fl-aċċident jew l-inċident. [Em. 90]
Dan il-paragrafu m'għandux ifixkel lill-Istati Membri milli jiftehmu illi l- korpi rilevanti għandhom jagħmlu l-investigazzjonijiet f'kooperazzjoni f'ċirkostanzi oħra.
2. Għal kull aċċident jew inċident il-korp responsabbli għall-investigazzjoni għandu jirranġa għall-mezzi adattati, li jinkludu l-esperjenza neċessarja operazzjonali u teknika u biżżejjed riżorsi biex tkun magħmula l-investigazzjoni. L-esperjenza tista' tinkiseb minn ġo jew minn barra l- korp, li tiddependi mill-karattru tal-aċċident jew l-inċident li għandu jkun investigat. [Em. 91]
3. L-investigazzjoni għandha tkun magħmula kemm jista' jkun b'mod miftuħ, biex b'hekk il-partijiet kollha jkunu jistgħu jinstemgħu u jistgħu jaqsmu r-riżultati. L-amministratur tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji rilevanti, l-awtorità tas- sikurezza, il-vittmi u l-qraba tagħhom, is-sidien tal-proprjetà li saritilha l-ħsara, il-manifatturi, is-servizzi tal-emerġenza involuti u r-rappreżentanti persunal u tal-utenti għandhom ikunu infurmati regolarment bl-investigazzjoni u l-progress tagħha u, sa fejn hu prattikabbli, għandhom jingħataw l-opportunità jissottmettu l-opinjonijiet tagħhom għall-investigazzjoni u jitħallew jikkummentaw fuq l-informazzjoni tar-rapporti abbozzati.
4. Il-korp investigattiv għandu jikkonkludi l-eżamijiet tiegħu fuq is-sit tal-aċċident fl-iqsar ħin possibbli biex b'hekk jippermetti lill- ammnistratur tal-infrastruttura biex jagħti lura l-infrastruttura u jiftaħha għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju malajr kemm jista' jkun.
Artikolu 23
Rapporti
1. L-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident imsemmija fl-Artikolu 19 għandha tkun is-suġġett tar-rapporti fil-forma xierqa għat-tip u s-serjetà tal-aċċident jew l-inċident u r-relevanza tas-sejbiet tal-investigazzjoni. Ir-rapporti għandhom jiddikkjaraw l-għanijiet tal-investigazzjonijiet kif msemmija fl-Artikolu 19(1) u jkun fihom, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet tas- sikurezza.
2. Il-korp investigattiv għandu jagħmel ir-rapport finali pubbliku, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza fl-iqsar żmien possibli u normalment mhux aktar tard minn12 il-xahar wara d-data tal-okkorrenza. Ir-rapport, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar is- sikurezza, għandu jkun komunikat lill-partijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 22(3) u lill-entitajiet u l-partijiet konċernati fl-Istati Membri l-oħra. [Em. 92]
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, bis-saħħa ta' atti ta' implimentazzjoni ddelegati , il-kontenut tar-rapporti tal-investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti li għandu jinkludi l-elementi li ġejjin . sommarju; il-fatti immedjati ta’ dak li jkun seħħ; ir-rekord tal-investigazzjonijiet u l-inkjesti; l-analiżi u l-konklużjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni ddelegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2) fl-Artikolu 26 . [Em. 93]
3. Kull sena l-korp investigattiv għandu jippubblika sat-30 ta' Settembru bħala l-aħħar data rapport annwali li jirrapporta l-investigazzjonijiet magħmula s-sena ta' qabel, ir-rakkomandazzjonijiet tas- sikurezza li kienu maħruġa u l-azzjonijiet meħuda skond ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa qabel.
Artikolu 24
L-informazzjoni li għandha tintbgħat lill -Aġenzija
1. Fi żmien ġimgħa wara d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni l-korp investigattiv għandu jinforma lill-Aġenzija b'dan. L-informazzjoni għandha tindika d-data, il-ħin u l-post tal -okkorrenza, kif ukoll it-tip tagħha u l-konsegwenzi fir-rigward tal- imwiet, it-tidrib u l-ħsarat materjali.
2. Il-korp investigattiv għandu jibgħat lill-Aġenzija kopja tar-rapport finali msemmi fl-Artikolu 23(2) u tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 23(3).
2a. L-Aġenzija għandha toħloq u tamministra bażi ta' dejta ċentralizzata li tinkludi l-informazzjoni kollha mressqa fir-rigward tal-inċidenti u tal-aċċidenti. Dik il-bażi ta' dejta għandha tkun stabbilita sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015. [Em. 94]
Artikolu 25
Rakkomandazzjonijiet tas- sikurezza
1. Rakkomandazzjoni tas- sikurezza maħruġa minn korp investigattiv m'għandha fl-ebda każ toħloq presunzjoni ta' ħtija jew responsabbilità għall-aċċident jew l-inċident.
2. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lill- Aġenzija, lill- awtorità nazzjonali tas-sikurezza u, fejn hemm bżonn minħabba l-karattru tar-rakkomandazzjoni, lill-entitajiet u l-awtoritajiet l-oħra tal-Istat Membri jew lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà sikurezza maħruġa mill-entitajiet investigattivi huma meħuda in konsiderazzjoni b'mod xieraq, u, fejn xieraq, tittieħed azzjoni fuqhom.
3. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u l-awtoritajiet jew l-entitajiet l-oħra, u fejn xieraq, l-Istati Membri l-oħra li ġew indirizzati lilhom ir-rakkomandazzjonijiet, għandhom jirrapportaw lura minn talanqas darba f'sena lill- korp investigattiv fuq il-miżuri li ġew meħuda jew ippjanati bħala konsegwenza tar-rakkomandazzjoni.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
L-eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 5(2) u, 7(2), 9(2), 14(7) u 23(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. [Em. 95]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2) u 7(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata aktar tard fih. Ma tolqtox il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 5(2) u 7(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak it-terminu jittawwal b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 27
Il-proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 28
Rapport u aktar azzjoni tal-Unjoni
Abbażi ta' informazzjoni rilevanti pprovudta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill Kunsill qabel… (*1) u kull ħames tliet snin minn hemm 'il quddiem rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn meħtieġ mill-proposti għal azzjonijiet oħra mill-Unjoni.[Em. 96]
Artikolu 29
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, non-diskriminatorji u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni sad-data speċifikata fl-Artikolu 32(1) u għandhom javżaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffetwawhom.
Artikolu 30
Disposizzjonijiet transitorji
L-Annessi III u V tad-Direttiva 2004/49/KE għandu japplika sad-data tal-applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 6(2) u (3), 9(2), 14(7) u 23(2) ta' din id-Direttiva.
Sa… (*2), l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikomplu jistgħu jkomplu joħorġu ċ-ċertifikati ta' sikurezza skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE , mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2a) . Dawn iċ-ċertifikati ta' sikurezza għandhom ikunu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.
Għal perjodu addizzjonali ta' tliet snin wara period ta' traspożizzjoni ta' sena stipulat fl-Artikolu 32, l-applikanti jistgħu japplikaw jew lill-Aġenzija jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Matul dak il-perjodu l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati bi qbil mad-Direttiva 2004/49/KE. [Em. 97]
Artikolu 31
Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …[Regolament dwar Aġenzija għall-Ferroviji] għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet se jservu ta' bażi għal kwalunkwe miżura tal-Unjoni adottata skont din id-Direttiva.
Artikolu 32
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 2, 3, 4, 8, 10, 16, 18, 20 u l-Anness I sa [data speċifika li tiddaħħal mill-OPOCE – ħames snin ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn… (*3). Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. [Em. 98]
2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti dwar dawn id-direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-riferenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Madankollu, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tibni linja ferrovjarja bil-għan li titħaddem minn impriża ferrovjarja jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jimplimentaw leġiżlazzjoni biex jimplimentaw din id-Direttiva fi żmien sena minn meta jirċievu l-applikazzjoni.
Artikolu 33
Tħassir
Id-Direttiva 2004/49/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, b'seħħ minn… (*4), bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B. [Em. 99]
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 34
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ ltal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw minn… (*5) , mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 30 . [Em. 100]
Artikolu 35
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parliament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-Sigurtà fuq il-ferroviji Komunitarji u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzar ta' impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(5) Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-trasport ta’ prodotti perikolużi bil-ferrovija (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25).
(6) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-21 ta' Novembru 2012 dwar l-għoti ta' liċenzji għal impriżi ferrovjarj (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32)
(9) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta'sikurezza għall-monitoraġġ li għandhom jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u l-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).
(10) Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
(11) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta' April 2009 dwar l-adozzjoni ta' metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni tar-riskji u l-valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4).
(12) Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).
(13) Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(14) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni ta' entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).
(15) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).
(16) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta 'sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3).
(17) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1371/2007 tad-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(*1) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*2) Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*3) Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*4) Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*5) Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
ANNESS I
INDIKATURI KOMUNI TAS-SIKUREZZA
L-indikaturi komuni tas-sikurezza għandhom jiġu rrappurtati ta’ kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Jekk fatti jew żbalji ġodda jiġu skoperti wara s-sottomissjoni tar-rapport l-indikaturi għal sena waħda partikolari għandhom ikunu emendati jew ikkoreġuti mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza mal-ewwel opportunità konvenjenti u bħala l-aħħar data fir-rapport annwali li jkun imiss.
Għall-indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-aċċidenti li jaqgħu taħt il-punt nru 1, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi applikat sakemm it-tagħrif ikun disponibbli.
|
1. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-aċċidenti
|
|
2. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti perikolużi In-numru totali u dak relattiv (mal-kilometri tal-ferrovija) ta’ aċċidenti u inċidenti li jinvolvu t-trasport tal-oġġetti perikolużi, maqsum fil-kategoriji li ġejjin: [Em. 101]
|
|
3. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mas-suwiċidji In-numru totali u dak relattiv (mal-kilometri tal-ferrovija) ta’ suwiċidji. |
|
4. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-prekursuri tal-aċċidenti In-numru totali u dak relattiv (mal-kilometri tal-ferrovija) tan-numru ta’:
Għandhom jiġu rrappurtati l-prekursuri kollha, kemm dawk li jirriżultaw f'aċċident, kif ukoll dawk li le. Il-prekursuri li jirriżultaw f’aċċident għadhom jiġu rrappurtati taħt is-CSIs dwar il-prekursuri; l-aċċidenti li jkunu seħħew, jekk ikunu sinifikanti, għandhom jiġu rrappurtati taħt is-CSIs dwar l-aċċidenti msemmija fl-intestatura nru 1. |
|
5. |
Indikaturi biex ikun ikkalkulat l-impatt ekonomiku tal-aċċidenti L-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-kosti unitarji skont id-dejta miġbura sad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
|
6. |
L-indikaturi li għandhom x'jaqsmu mas- sikurezza teknika tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni tagħha.
|
|
7. |
L-indikaturi li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tas-sikurezza Il-verifika interna miksuba mill- amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji kif stabbilit fid-dokumentazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza. In-numru totali tal-verifiki mwettqa u n-numru bħala persentaġġ tal-verifiki mitluba (u/jew ta’ dawk ippjanati). |
|
8. |
Definizzjonijiet Id-definizzjonijiet komuni tas-CSIs u l-metodi biex ikun ikkalkulat l-impatt ekonomiku tal-aċċidenti huma mniżżlin fl-Appendiċi. |
(1) Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
Appendiċi
Id-definizzjonijiet komuni tas-CSIs u l-metodi biex ikun ikkalkulat l-impatt ekonomiku tal-aċċidenti
|
1. |
L-indikaturi dwar l-aċċidenti
|
|
2. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-oġġetti perikolużi
|
|
3. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mas-suwiċidji
|
|
4. |
Indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-prekursuri tal-aċċidenti
|
|
5. |
Metodoloġiji komuni biex ikun ikkalkulat l-impatt ekonomiku tal-aċċidenti L-Aġenzija għandha tiżviluppa metodoloġija għall-kalkolu tal-kosti unitarji billi tibda mid-dejta miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
|
6. |
L-indikaturi li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà teknika ta' l-infrastruttura u l-implimentazzjoni tagħha.
|
|
7. |
L-indikaturi li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tas-sikurezza
|
|
8. |
Definizzjonijiet tal-bażijiet ta’ gradazzjoni
|
(1) Ir-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali tal-oġġetti perikolużi bil-ferrovija (ir-RID), kif adottati skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 32)
|
Id-Direttiva 2004/49/KE |
|
|
Id-Direttiva 2008/57/KE |
|
|
Id-Direttiva 2008/110/KE |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE |
|
|
Rettifika 2004/49/KE |
PARTI B
Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 32)
|
Direttiva |
L-aħħar data għat-traspożizzjoni |
|
2004/49/KE |
It-30 ta' April 2006 |
|
2008/57/KE |
Id-19 ta' Lulju 2010 |
|
2008/110/KE |
L-24 ta' Diċembru 2010 |
|
2009/149/KE |
It-18 ta' Ġunju 2010 |
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 2004/49/KE |
Id-Direttiva preżenti |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
|
L-Artikoli 14a(1) sa (7) |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14a(8) |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 15 |
-- |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 26 |
-- |
|
-- |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 28 |
-- |
|
Artikolu 29 |
-- |
|
Artikolu 30 |
-- |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 29 |
|
-- |
Artikolu 30 |
|
-- |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 32 |
|
-- |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 35 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
-- |
|
Anness III |
-- |
|
Anness IV |
-- |
|
Anness V |
-- |
|
-- |
Anness II |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/524 |
P7_TA(2014)0151
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (COM(2013)0027 – C7-0029/2013 – 2013/0014(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/56)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0027), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0029/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-8 ta' Ottubru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0016/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tieħu kont sħiħ tar-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq it-testi leġiżlattivi kollha fl-ambitu tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet baġitarji u ta' staff tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u possibbilment tas-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
3. |
Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva fuq l-abbozz ta' regolament għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
P7_TC1-COD(2013)0014
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li bagħtu l-abbozz ta’ att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
L-istabbiliment progressiv ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri jeħtieġ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi applikabbli għall-ferroviji fir-rigward tal-aspetti tekniċi (interoperabilità) u l-aspetti tas-sikurezza, it-tnejn marbuta b’mod inseparabbli u t-tnejn jeħtieġu livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni. F’dawn l-aħħar għoxrin sena ġiet adottata leġiżlazzjoni ferrovjarja rilevanti, b’mod partikolari tliet pakketti ferrovjarji, bl-aktar rilevanti jkunu d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(2) |
It-tfittxija simultanja tal-għanijiet tas-sikurezza u tal-interoperabilità ferrovjarja teħtieġ ħidma teknika sostanzjali li trid titmexxa minn korp speċjalizzat. Huwa għalhekk li, bħala parti mit-Tieni Pakkett Ferrovjarju fl-2004, kien meħtieġ li tinħoloq, fi ħdan il-qafas istituzzjonali eżistenti u b’rispett għall-bilanċ tal-poter fl-Unjoni, aġenzija Ewropea responsabbli għas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”). |
|
(3) |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ġiet oriġinarjament stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u biex tgħin sabiex tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li ssaħħaħ il-vantaġġi essenzjali tiegħu f’termini ta’ sikurezza. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 irid jiġi sostitwit b’att ġdid minħabba l-ammont t-tibdiliet sostanzjali ta’ bidliet fil-kompiti li huma meħtieġa fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija u fl-organizzazzjoni interna tagħha. [Em. 1] |
|
(4) |
Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jipproponi bidliet importanti sabiex jittejjeb il-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea b’emendi permezz ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE u tad-Direttiva 2008/57/KE, it-tnejn marbutin direttament mal-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi, flimkien ma’ dan ir-Regolament, jipprovdu b’mod partikolari għat-twettiq ta’ kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza speċjalment fit-traffiku transfruntiera fil-livell tal-Unjoni. Huwa jimplika rwol akbar għall-Aġenzija. [Em. 2] |
|
(5) |
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-funzjonament effettiv ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta' livell għoli ta’ sikurezza filwaqt li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju. Dak għandu jinkiseb billi tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi żżid il-livell tal-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u għall-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea. L-Aġenzija għandha taqdi wkoll ir-rwol ta’ awtorità Ewropea responsabbli għall-ħruġ , fil-livell ta ' Unjoni, ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji u ta’ tipi ta’ vetturi, ċertifikati tas-sikurezza għal impriżi ferrovjarji u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) li jinsabu jew li joperaw madwar l-Unjoni . Barra minn hekk, hija għandha timmonitorja r-regoli ferrovjarji nazzjonali u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jaġixxu fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja. [Em. 3] |
|
(6) |
Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet , ir-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi, L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha. u s-sitwazzjoni speċifika tan-netwerks ferrovjarji kollha f’distanza bejn il-binarji differenti, partikolarment meta l-Istati Membri jkunu integrati tajjeb f’dawk in-netwerks flimkien ma’ pajjiżi terzi iżda jkunu jinsabu iżolati min-netwerk ferrovjarju prinċipali tal-Unjoni . Għandha tfittex ukoll li tiffaċilita l-prinċipju ta’ reċiproċità bejn l-aċċess għal pajjiżi terzi għas-suq tal-Unjoni u l-aċċess għall-impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta’ pajjiżi terzi. [Em. 4] |
|
(6a) |
L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom ir-responsabbiltà unika għad-deċiżjonijiet li jieħdu. [Em. 5] |
|
(7) |
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn professjonisti tas-settur ferrovjarju esperti mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra kif ukoll professjonisti tas-settur ferrovjarju, inkluż korpi rappreżentattivi u korpi ta' valutazzjoni tal-konformità indipendenti notifikati . Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha żżomm f'moħħha l-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, min-naħa waħda, u l-għan li jinkiseb l-aqwa għarfien possibbli, min-naħa l-oħra. [Em. 6] |
|
(8) |
Sabiex l-Aġenzija tipprovdi għarfien dwar l-effetti ekonomiċi fuq is-settur ferrovjarju u l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà, tippermetti lil ħaddieħor jieħu deċiżjonijiet infurmati, u timmaniġġja l-prijoritajiet tax-xogħol u l-allokazzjoni tar-riżorsi b’mod iżjed effettiv fi ħdan l-Aġenzija, din għandha tiżviluppa aktar l-involviment tagħha fl-attività ta’ valutazzjoni tal-impatt. |
|
(9) |
L-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ tekniku indipendenti u oġġettiv, prinċipalment lill-Kummissjoni. Id-Direttiva …. [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi l-bażi għat-tfassil u r-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabilità (TSIs) filwaqt li d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi l-bażi għat-tfassil u r-reviżjoni tal-Metodi Komuni ta' Sikurezza (CSMs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs). Il-kontinwità tax-xogħol u l-iżvilupp tat-TSIs, is-CSMs u s-CSTs maż-żmien jeħtieġu qafas tekniku permanenti flimkien ma' persunal iddedikat ta’ korp speċjalizzat. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tipprovdi lill-Kummissjoni rakkomandazzjonijiet b’rabta mat-tfassil u r-reviżjoni tat-TSIs, is-CSMs u s-CSTs. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jitolbu wkoll opinjoni teknika indipendenti mingħand l-Aġenzija. |
|
(10) |
L-impriżi ferrovjarji kienu ffaċċjati b’diversi problemi meta japplikaw għaċ-ċertifikati tas-sikurezza għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jvarjaw minn proċeduri li jieħdu fit-tul u kostijiet eċċessivi għal trattament inġust, speċjalment għal dawk li jidħlu ġodda. Iċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru partikolari ma kinux rikonoxxuti inkondizzjonalment fi Stati Membri oħra, b’detriment għaż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn ċertifikat uniku tas-sikurezza validu madwar l-Unjoni kollha fi ħdan iż-żoni ta' tħaddim speċifiċi u maħruġ mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan. [Em. 7] |
|
(11) |
Attwalment id-Direttiva 2008/57/KE tipprovdi, fil-każ tal-vetturi ferrovjarji, awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz f’kull Stat Membru, ħlief f’każijiet speċifiċi. It-Task Force dwar l-awtorizzazzjoni tal-vetturi li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni fl-2011 iddiskutiet diversi każijiet fejn il-manifatturi u l-impriżi ferrovjarji sofrew minn dewmien u kostijiet eċċessivi tal-proċess tal-awtorizzazzjoni u pproponew numru ta’ titjibiet. Billi xi problemi huma dovuti għall-kumplessità tal-proċess attwali tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, dan għandu jiġi simplifikat. Kull vettura ferrovjarja għandha tirċievi biss awtorizzazzjoni waħda u din l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi għandha tinħareġ mill-Aġenzija. Dan għandu jġib benefiċċji tanġibbli għas-settur billi jnaqqas il-kostijiet u ż-żmien tal-proċedura, u jnaqqas ir-riskju ta’ diskriminazzjoni potenzjali, speċjalment ta’ kumpaniji ġodda li jkunu jixtiequ jidħlu f’suq ferrovjarju. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan. |
|
(11a) |
F’suq ferrovjarju Ewropew miftuħ b’iżjed operazzjonijiet transkonfinali, ir-rispett għar-rekwiżiti fuq il-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ huwa essenzjali għas-sikurezza ferrovjarja u għal kompetizzjoni ġusta u għandu jiġi kkontrollat u infurzat. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jikkontrollaw il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ, inklużi għal operazzjonijiet transkonfinali. [Em. 8] |
|
(11b) |
Il-persunal abbord iwettaq kompiti ta’ sikurezza operazzjonali fis-sistema ferrovjarja u huwa responsabbli għall-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri abbord ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għaċ-ċertifikazzjoni ta’ xufiera tal-lokomottivi għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ kwalifiki u kompetenzi, għar-rikonoxximent tal-importanza ta’ dan il-grupp professjonali għal servizzi ferrovjarji siguri u kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema. [Em. 9] |
|
(12) |
Sabiex jiġi segwit aktar l-iżvilupp ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-klijenti tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri, u meta jitqies l-involviment preżenti tal-Aġenzija, huwa neċessarju li din tingħata rwol iżjed b’saħħtu fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi fi ħdan qafas flessibbli li jiżgura l-interoperabilità kif ukoll li jippermetti l-koeżistenza ta’ strateġiji kummerċjali innovattivi . Dan għandu jassigura l-iżvilupp konsistenti u l-użu fil-pront tagħhom. [Em. 10] |
|
(13) |
Minħabba l-importanza tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għall-iżvilupp mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u s-sikurezza tagħha, u meta jitqies l-iżvilupp frammentat tagħha in-nuqqas tal-iżvilupp u użu sal-lum, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koordinazzjoni globali tagħha fil-livell tal-Unjoni. L-għan li jinkisbu l-interoperabilità u l-armonizzazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll u sinjalar ferrovjarji fl-UE bħalissa huwa serjament ipperikolat minħabba numru kbir ta’ verżjonijiet nazzjonali differenti ta’ ERTMS. [Em. 11] Għaldaqstant l-Aġenzija, bħala l-iżjed korp kompetenti tal-Unjoni, għandha tingħata rwol aktar prominenti f’dan il-qasam sabiex tassigura l-iżvilupp konsistenti tal-ERTMS, tikkontribwixxi sabiex ikun assigurat li t-tagħmir tal-ERTMS jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ u tassigura li l-programmi Ewropej tar-riċerka relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS.Barra minn hekk, sabiex il-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn awtorizzazzjoni unika valida fl-Unjoni u maħruġa mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan. |
|
(13a) |
Fis-snin riċenti, diversi aċċidenti fis-settur tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija wrew il-ħtieġa għat-titjib tar-regoli fil-livell tal-Unjoni għall-manutenzjoni ta’ vaguni tal-ġarr tal-merkanzija. L-Aġenzija għandha taħdem fuq rekwiżiti obbligatorji armonizzati għal intervalli regolari ta’ manutenzjoni. [Em. 12] |
|
(14) |
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-medja preżenti fl-Unjoni jvarja skont il-livell ta’ operazzjonijiet u qasam ta’ użu speċifikat fiċ-ċertifikat jew awtorizzazzjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-karigi fl-organigramma li huma ffinanzjati minn dawk l-imposti ma għandhomx ikunu suġġetti għat-tnaqqis fil-personal previst għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni. [Em. 13] |
|
(14a) |
Dak l-att iddelegat għandu jiżgura li l-livell tal-imposti ma jaqbiżx l-ispejjeż tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni inkwistjoni. [Em. 14] |
|
(15) |
Li t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-ħidmiet min-naħa tal-Istati Membri għandu jsir b'mod effiċjenti, mingħajr l-ebda tnaqqis fil-livelli attwali għoljin ta' sikurezza jikkostitwixxi għan ġenerali. L-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed riżorsi għall-ħidmiet ġodda tagħha u ż-żmien tal-allokazzjoni ta' dawn ir-riżorsi għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati b'mod ċar. Meta wieħed iqis l-għarfien tal-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, l-Aġenzija għandha titħalla tagħmel użu xieraq minn dik il-kompetenza inkluż permezz ta' ftehimiet kuntrattwali meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati rilevanti. Għal dan il-għan, għandu jkun imħeġġeġ , promoss u ffaċilitat bil-qawwa l-issekondar tal-esperti nazzjonali lill-Aġenzija. [Em. 15] |
|
(16) |
Id-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] jipprovdu għal eżami tal-miżuri nazzjonali mill-perspettiva tas-sikurezza u l-interoperabilità, u l-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huma jillimitaw ukoll il-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali ġodda. Is-sistema preżenti li fiha għadhom jeżistu għadd kbir ta’ regoli nazjonali twassal għal riskji għas-sikurezza u kunflitti possibbli mar-regoli tal-Unjoni u toħloq riskju ta’ trasparenza insuffiċjenti u diskriminazzjoni moħbija tal-operaturi barranin, speċjalment iż-żgħar u l-ġodda. Sabiex wieħed jimxi lejn sistema ta’ regoli ferrovjarji tassew trasparenti u imparzjali fuq livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ it-tnaqqis gradwali tar-regoli nazzjonali inkluż regoli operattivi . Opinjoni bbażata fuq kompetenza indipendenti u newtrali hija essenzjali fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija. [Em. 16] |
|
(17) |
Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt, b’effett dannuż għat-tħaddim mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B’mod partikolari, kumpaniji żgħar u medji li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Għalhekk, hija meħtieġa koordinazzjoni msaħħa bl-iskop ta’ armonizzazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-awtoritajiet nazzjonali u l-korpi notifikati ta’ valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet. Il-monitoraġġ tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq mill-korpi tal-akkreditazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru. 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) . Il-monitoraġġ ugwali tal-prestazzjoni tal-Aġenzija huwa meħtieġ ukoll. [Em. 17] |
|
(18) |
Fil-qasam tas-sikurezza, huwa importanti li tkun żgurata l-akbar trasparenza possibbli flimkien ma' fluss effettiv tal-informazzjoni. Analiżi tal-prestazzjoni, li tkun ibbażata fuq indikaturi komuni u li torbot il-partijiet kollha fis-settur, hija importanti u għandha titwettaq. Fir-rigward tal-istatistika, hija meħtieġa kollaborazzjoni mill-qrib mal-Eurostat. |
|
(19) |
Sabiex timmonitorja l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tippubblika rapport rilevanti kull sentejn. Minħabba l-kompetenza teknika u l-imparzjalità tagħha, l-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja. |
|
(20) |
Għandha tittejjeb l-interoperabilità tan-netwerk Trans-Ewropew u u kemm il-proġetti ġodda u dawk li għadhom għaddejjin ta’ investiment magħżula għall-appoġġ mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-mira tal-interoperabilità stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-Aġenzija hija l-istituzzjoni xierqa sabiex tikkontribwixxi għal dawn l-għanijiet. |
|
(21) |
Il-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji hija parti importanti mis-sistemi tas-sikurezza. Ma kienx hemm suq Ewropew ġenwin għall-manutenzjoni tat-tagħmir ferrovjarju minħabba n-nuqqas ta’ sistema għaċ-ċertifikazzjoni tal-workshops tal-manutenzjoni. Din is-sitwazzjoni kienet qiegħda żżid mal-ispejjeż għas-settur u tirriżulta fi vjaġġi mingħajr tagħbija. Għalhekk għandha tiġi gradwalment żviluppata u aġġornata sistema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni għall-workshops ta' manutenzjoni, bl-Aġenzija tkun l-iżjed korp adattat sabiex tipproponi soluzzjonijiet adegwati lill-Kummissjoni. |
|
(22) |
Il-kwalifiki vokazzjonali meħtieġa għas-sewwieqa tal-ferroviji huma fattur ewlieni kemm fis-sikurezza kif ukoll fl-interoperabilità fl-Unjoni. Huma wkoll rekwiżit għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-industrija ferrovjarja. Din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fir-rigward tal-qafas eżistenti għad-djalogu soċjali. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku neċessarju sabiex tikkunsidra dan l-aspett fil-livell tal-Unjoni. |
|
(23) |
L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew, sabiex tippromwovi l-prattiċi tajba, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, il-ġbir ta’ dejta relatata mal-ferroviji u timmonitorja l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja. |
|
(24) |
Sabiex jiġu żgurati l-akbar trasparenza possibbli u aċċess indaqs tal-partijiet kollha għall-informazzjoni rilevanti, id-dokumenti previsti għall-proċessi tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji, iċ-ċertifikati tas-sikurezza u dokumenti ferrovjarji oħra rilevanti. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti , faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli għall-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni. [Em. 19] |
|
(25) |
Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka fil-kamp ferrovjarju huwa kompitu importanti li l-Aġenzija għandha tinkoraġġixxi, minħabba r-reputazzjoni u l-pożizzjoni tagħha. Kwalunkwe għajnuna finanzjarja pprovduta fil-qafas tal-attivitajiet tal-Aġenzija f’dan ir-rigward ma għandha twassal għall-ebda distorsjoni fis-suq rilevanti. |
|
(26) |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-kwalità tiegħu u l-kompatibilità mar-regolamenti tekniċi rilevanti, l-Aġenzija, bħala l-uniku korp tal-Unjoni b’kompetenza soda fil-kamp ferrovjarju, għandu jkollha rwol attiv fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji b’valur Ewropew miżjud, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ amministraturi tal-infrastruttura nazzjonali . [Em. 20] |
|
(27) |
Il-leġislazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, il-gwidi għall-implimentazzjoni jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jistgħu xi kultant joħolqu problemi ta’ interpretazzjoni u problemi oħra għall-partijiet interessati. Fehim korrett u uniformi ta’ dawk l-atti huwa rekwiżit għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ferrovjarju u l-funzjonament tas-suq ferrovjarju. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha b'mod attiv f’taħriġ u attivitajiet ta’ spjegazzjoni f’dak ir-rigward , b’attenzjoni partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju . [Em. 21] |
|
(27a) |
L-Aġenzija għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet ċivili jew kriminali, u tagħtihom l-akbar assistenza possibbli, meta dawn l-investigazzjonijiet ikunu jikkonċeraw kwistjonijiet li l-Aġenzija tkun responsabbli għalihom. [Em. 22] |
|
(28) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta’ tariffi u imposti mħallsa mill-applikanti. Il-kontribut tal-Unjoni għandu jkun valutat u rivedut kull darba li jingħataw kompetenzi ġodda li mhumiex suġġetti għal tariffi jew imposti mħallsa mill-applikanti. L-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija m’għandhomx jiġu kompromessi minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li tirċievi minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn. Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun indipendenti u għandu jirrappreżenta bilanċ xieraq ta’ kuntratti għal żmien qasir u għal żmien twil, ta’ esperti nazzjonali sekondati u uffiċjali permanenti sabiex jinżamm l-għarfien organizzattiv tagħha u l-kontinwità tan-negozju filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta’ kompetenza mas-settur ferrovjarju. [Em. 23] |
|
(29) |
Sabiex jiġi żgurat b’mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati f’Bord Maniġerjali mogħti s-setgħat meħtieġa, fosthom sabiex jistabbilixxi l-baġit u japprova l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali. |
|
(30) |
Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot, billi dak id-dritt huwa riservat għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli quddiem l-awtoritajiet tal-kontroll demokratiku. Ir-rappreżentanti tas-settur għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, tal-impriżi ferrovjarji, il- l- amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja, korpi notifikati, korpi deżinjati, l-għaqdiet tal-ħaddiema, il-passiġġieri u l-klijenti , b’mod partikolari passiġġieri b’mobilità ridotta kif ukoll il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija. [Em. 24] |
|
(31) |
Sabiex iħejji kif xieraq il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali u sabiex jagħtih parir fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, għandu jinħoloq Bord Eżekuttiv konsultattiv. |
|
(32) |
Jeħtieġ li jkun żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu r-rimedji neċessarji b’mod indipendenti u imparzjali. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu xieraq tal-appell sabiex id-deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord tal-Appell speċjalizzat li jaġixxi b’indipendenza sħiħa mill-Kummissjoni , l-Aġenzija, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u kwalunkwe parteċipant ieħor fis-settur ferrovjarju, li d-deċiżjonijiet tiegħu, imbagħad, ikunu miftuħa għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. [Em. 25] |
|
(32a) |
Il-persunal tal-Aġenzija li jagħti pariri lil Bord tal-Appell m’għandux ikun ipparteċipa qabel huwa stess fid-deċiżjoni li tkun qed tiġi appellata. [Em. 26] |
|
(33) |
Perspettiva strateġika aktar wiesgħa fir-rigward tal-attivitajiet tal-Aġenzija tgħin sabiex din tippjana u timmaniġġja r-riżorsi tagħha b’mod iżjed effettiv u tikkontribwixxi għal kwalità ogħla tar-riżultati tagħha. Għalhekk, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jaġġorna b’mod regolari programm ta’ ħidma pluriennali, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti. |
|
(34) |
Il-ħidma tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti. Għandu jkun assigurat kontroll effettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma’ lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u li jiġi kkonsultat dwar il-programm il-programmi ta’ ħidma pluriennali annwali . L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. [Em. 27] |
|
(35) |
Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, l-awtorità baġitarja fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll baġitarju, is-setgħa ta’ kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod, Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (9). [Em. 28] |
|
(36) |
Billi l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat sabiex jifformula soluzzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura konġunta tax-xogħol li jrid isir, u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(37) |
Sabiex jiġi stabbilit b’mod korrett il-livell tat-tariffi u l-imposti li l-Aġenzija hija intitolata li tiġbor, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-artikoli li jittrattaw il-ħruġ u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji al-ERTMS , l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Għandu jiġi applikat livell differenzjat ta’ miżati u imposti skont l-oqsma tal-użu u l-livell ta’ operazzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet għas-sikurezza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti. It-tariffi u l-imposti għandhom jiġu ffissati b'mod trasparenti, ġust u uniformi u ma għandhomx jipperikolaw il-kompetittività tal-industriji Ewropej ikkonċernati. [Em. 29] |
|
(37a) |
Sabiex titħeġġeġ b'mod adegwat l-istandardizzazzjoni tal-isper parts ferrovjarji, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istandardizzazzjoni rigward l-isper parts. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti. [Em. 30] |
|
(38) |
Sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 ta’ dan ir-Regolament rigward l-eżami tal-abbozz ta’ regoli nazzjonali u tar-regoli fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. |
|
(39) |
Sabiex ikunu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 29, 30, 31, u 51 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) |
|
(40) |
Jeħtieġ li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-Aġenzija bil-għan li tiġi osservata d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni mifthiema mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE f’Lulju 2012, li l-għan tagħhom huwa li jiġu simplifikati l-attivitajiet tal-aġenziji u tiżdied il-prestazzjoni tagħhom. |
|
(41) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
PRINĊIPJI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”).
2. Dan ir-Regolament jipprovdi għal:
|
(a) |
l-istabbiliment u l-kompiti tal-Aġenzija; |
|
(b) |
il-kompiti tal-Istati Membri. |
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
|
(a) |
l-interoperabilità fi ħdan is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni prevista fid-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(b) |
is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni prevista fid-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]; |
|
(c) |
iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji prevista fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) [id-Direttiva dwar is-Sewwieqa tal-Ferroviji], kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal kollu tas-sikurezza. [Em. 31] |
3a. L-Aġenzija għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sikurezza ferrovjarja u li tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Dawn l-għanijiet jinkisbu permezz ta’:
|
(a) |
il-kontribut, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bil-għan li jissaħħaħ il-livell ta’ interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u jiġi żviluppat approċċ komuni dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; |
|
(b) |
rwol ta’ awtorità Ewropea, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, fil-qasam tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u l-ħruġ ta’ ċertifikati tas-sikurezza lill-impriżi ferrovjarji; |
|
(c) |
l-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali u l-ottimizzazzjoni tal-proċeduri; |
|
(d) |
il-monitoraġġ tal-azzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li jaġixxu fil-qasam tal-interoperabilità u tas-sikurezza ferrovjarja. [Em. 32] |
Artikolu 2
Status legali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika.
2. F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari hija tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżenta mid-Direttur tagħha.
Artikolu 3
Tipi ta’ atti tal-Aġenzija
L-Aġenzija tista’:
|
(a) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 13, 14, 15, 23, 24, 26, 30, 32, 31, 33 u 41; |
|
(b) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 30 u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4) ; [Em. 33] |
|
(c) |
toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 9, 21, 22 u 38, u lill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Istati Membri skont l-Artikolu 9; |
|
(d) |
toħroġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 12, 16, 17, 18; |
|
(e) |
toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta’ konformità skont l-Artikolu 15; |
|
(f) |
toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 15; |
|
(g) |
toħroġ rapporti tal-awditjar skont l-Artikoli 29 u 30; |
|
(h) |
toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja skont l-Artikoli 11, 15 u 24. |
KAPITOLU 2
METODI TA’ ĦIDMA
Artikolu 4
Ħolqien u kompożizzjoni tal-gruppi ta’ ħidma
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta’ gruppi ta’ ħidma sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs), il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs) u l-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs) għall-indikaturi komuni għas-sikurezza (CSIs), għar-reġistri, għall-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni, għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 15 u d-dispożizzjonijiet dwar il-kwalifiki minimi tal-persunal ferrovjarju fdat b'kompiti kritiċi għas-sikurezza . [Em. 34]
L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma f’każijiet oħra debitament ġustifikati fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, wara li tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha taħtar esperti biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma.
L-Aġenzija għandha taħtar rappreżentanti nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-gruppi ta’ ħidma li fihom ikunu jixtiequ jipparteċipaw biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma.
L-Aġenzija għandha taħtar professjonisti mis-settur ferrovjarju mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma. Hija għandha tiżgura rappreżentanza adegwata tal-Istati Membri kollha, ta’ dawk is-setturi tal-industrija u ta’ dawk l-utenti li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tipproponi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija. [Em. 35]
L-Aġenzija tista’, jekk ikun meħtieġ, taħtar biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma esperti indipendenti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam ikkonċernat. Il-persunal tal-Aġenzija ma jistax jinħatar biex ikun parti mill-gruppi ta’ ħidma bl-esklużjoni tal-president tal-gruppi ta’ ħidma li għandu jkun rappreżentant tal-Aġenzija . [Em. 36]
3. Kull sena, kull korp rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 34 għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-iżjed esperti kwalifikati mibgħuta sabiex jirrappreżentawhom f’kull grupp ta’ ħidma. [Em. 37]
4. Kull meta l-ħidma ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma jkollha impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-industrija, rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema mill-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti bħala membri sħaħ. [Em. 38]
5. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri tal-gruppi ta’ ħidma, ibbażati fuq ir-regoli u l-iskali adottati mill-Bord Maniġerjali, għandhom jitħallsu mill-Aġenzija.
6. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu preseduti minn rappreżentant tal-Aġenzija. [Em. 39]
7. Ix-xogħol tal-gruppi ta’ ħidma għandu jkun trasparenti. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-gruppi ta’ ħidma.
Artikolu 5
Konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali
Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11, 12, 15, u 32 ikollha impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali fl-Istati Membri kollha fil-qafas tal-kumitat għad-djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/500/KE (12). [Em. 40]
Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat għad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75. [Em. 41]
Artikolu 6
Konsultazzjoni mal-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u mal-passiġġieri
Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11 u 15 ikollha impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u l-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom , inkluż b’mod partikolari rappreżentanti tal-passiġġieri b’mobilità ridotta . Il-lista tal-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultati għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75. [Em. 42]
Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega l-proposti tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75. [Em. 43]
Artikolu 7
Valutazzjoni tal-impatt
1. L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħha. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Kummissjoni filwaqt li jikkunsidra r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-ħidma rilevanti fil-Kummissjoni tittieħed inkonsiderazzjoni kif xieraq. L-ipoteżijiet meħuda bħala bażi għall-istudju tal-impatt, kif ukoll is-sorsi tad-dejta utilizzata, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fir-rapport li jintbagħat ma’ kull rakkomandazzjoni. [Em. 44]
2. Qabel ma tniedi attività inkluża fil-programm ta’ ħidma, l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni bikrija tal-impatt fir-rigward tagħha li għandha tindika:
|
(a) |
il-kwistjoni li trid tiġi solvuta u s-soluzzjonijiet probabbli; |
|
(b) |
kemm se tkun meħtieġa azzjoni speċifika, inkluż il-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni jew opinjoni tal-Aġenzija, |
|
(c) |
il-kontribut mistenni tal-Aġenzija għas-soluzzjoni tal-problema. |
Barra minn hekk, kull attività u proġett fil-programm ta’ ħidma għandhom ikunu soġġetti għal analiżi tal-effiċjenza b’mod individwali u b’rabta ma’ xulxin, sabiex isir l-aħjar użu mill-baġit u r-riżorsi tal-Aġenzija.
3. L-Aġenzija tista’ twettaq valutazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet tagħha.
4. L-Istati Membri u l-partijiet interessati kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Aġenzija , jekk meħtieġ fuq talba tagħha, id-dejta neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt. [Em. 45]
Artikolu 8
Studji
Fejn ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tordna studji u tiffinanzjahom mill-baġit tagħha.
Artikolu 9
Opinjonijiet
1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-korpi regolatorji ta’ korp regolatorju nazzjonali msemmija wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE [Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) (riformulazzjoni)] fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom. [Em. 46]
2. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni dwar emendi fi kwalunkwe att adottat fuq il-bażi tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] jew … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], speċjalment fejn tkun sinjalata defiċjenza allegata.
3. Fir-rigward tal-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafi preċedenti u f’artikoli oħra ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tagħti l-opinjonijiet tagħha fi żmien xahrejn, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor. L-opinjonijiet għandhom isiru pubbliċi mill-Aġenzija fi żmien xahrejn f’verżjoni li minnha jkun tneħħa kull materjal kummerċjalment kunfidenzjali.
Artikolu 10
Żjarat fl-Istati Membri
1. L-Aġenzija tista’ tagħmel żjarat fl-Istati Membri biex twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikoli 12, 21, 22, 16, 17, 18, 27, 28, 29, 30, 31 , 33 u 38, skont il-politika definita mill-Bord Maniġerjali. [Em. 47]
2. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar iż-żjara ppjanata, l-ismijiet tal-uffiċjali ddelegati tal-Aġenzija, u d-data li fiha tkun se tibda ż-żjara. L-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati sabiex iwettqu tali żjarat għandhom jagħmlu dan meta tiġi ppreżentata deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv li tispeċifika l-għan u l-miri taż-żjara tagħhom.
3. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija.
4. L-Aġenzija għandha tfassal rapport dwar kull żjara u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat.
5. Il-paragrafi preċedenti huma bla preġudizzju għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29 (6) u 30 (6) li għandhom jitwettqu skont il-proċedura deskritta hemmhekk.
KAPITOLU 3
KOMPITI RELATATI MAS-SIKUREZZA FERROVJARJA
Artikolu 11
Appoġġ tekniku – rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza ferrovjarja
1. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs) , l-indikaturi komuni tas-sikurezza (CSIs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs) previsti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni perjodika tas-CMSs u tas-CSTs lill-Kummissjoni. [Em. 48]
2. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, dwar miżuri oħra fil-qasam tas-sikurezza.
3. L-Aġenzija għandha toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza ferrovjarja.
Artikolu 12
Ċertifikati tas-sikurezza
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] l-Aġenzija għandha toħroġ , iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. [Em. 49]
Artikolu 13
Manutenzjoni tal-vetturi
1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni skont l-Artikolu 14 (6) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].
2. L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fid-dawl tal-Artikolu 14 (7) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].
3. L-Aġenzija għandha tanalizza kwalunkwe miżura alternattiva deċiża skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 30 (2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija
L-Aġenzija għandha ssegwi l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u tqabbilhom mal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari r-rekwiżiti essenzjali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja.
Artikolu 14a
Notifika spontanja ta’ inċidenti
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sistema li biha jista’ jiġi notifikat b’mod spontanju u anonimu kwalunkwe inċident li jista’ jipperikola s-sigurtà tas-sistema. Għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex l-operaturi responsabbli jiġu infurmati awtomatikament. L-Aġenzija għandha tikkoordina wkoll il-komunikazzjonijiet ta’ notifiki tal-aġenziji nazzjonali, b’mod partikolari meta dawn ikollhom effetti fuq is-sigurtà ta’ iktar minn Stat Membru wieħed. [Em. 50]
KAPITOLU 4
KOMPITI RELATATI MAL-INTEROPERABILITÀ
Artikolu 15
Appoġġ tekniku fil-qasam tal-interoperabilità ferrovjarja
1. L-Aġenzija għandha:
|
(a) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-TSIs, u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(b) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-mudelli għad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-'UE' u għad-dokumenti tal-fajl tekniku li jrid jakkumpanjaha, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(c) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri, u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikoli 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(d) |
toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta’ konformità rigward id-defiċjenzi tat-TSI, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], u tipprovdihom lill-Kummissjoni; |
|
(e) |
toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni rigward talbiet sabiex ma jiġux applikati t-TSIs mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(f) |
toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; |
|
(g) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal kollu li jwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza. |
|
(ga) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istandards Ewropej biex ikunu żviluppati mill-Korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni rilevanti, partikolarment fir-rigward tal-isper parts; [Em. 52] |
|
(gb) |
toħroġ talbiet dettaljati li jikkonċernaw l-istandrads għall-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti sabiex iwettqu l-mandat mogħti lilhom mill-Kummissjoni; [Em. 53] |
|
(gc) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal abbord b'kompiti ta' sikurezza; [Em. 54] |
|
(gd) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-armonizzazzjoni ta' regoli nazzjonali bi qbil mal-Artikolu 22(1), partikolarment f'każijiet fejn regola waħda tikkonċerna bosta Stati Membri. Dan ix-xogħol isir f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. [Em. 55] |
|
(ge) |
fuq talba tal-Kummissjoni, toħroġ opinjonijiet lilha dwar il-kostitwenti ta' interoperabilità li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti essenzjali bi qbil mal-Artikolu 11 tad-Direttiva …[id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; [Em. 56] |
|
(gf) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni relatati mal-intervalli tal-eżaminazzjonijiet minimi uniformi (skont il-ħin u l-kilometri) fil-vetturi ferrovjarji (vetturi tal-merkanzija, vetturi tal-passiġġieri, ferroviji). [Em. 57] |
2. Biex isir l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u, (b) u (c) , l-Aġenzija għandha: [Em. 58]
|
(a) |
tassigura li t-TSIs u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali bil-għan li ttejjeb l-effikaċja tas-sistema ferrovjarja filwaqt li tikkunsidra l-kosteffikaċja ; [Em. 59] |
|
(b) |
tassigura li l-iżvilupp u l-aġġornament tat-TSIs fuq naħa u l-iżvilupp ta’ kwalunkwe standard Ewropew li jirriżulta neċessarju għall-interoperabilità fuq in-naħa l-oħra, ikunu kkoordinati u żżomm il-kuntatt rilevanti mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni. |
|
(ba) |
tipparteċipa bħala osservatur fil-gruppi ta' ħidma rilevanti dwar l-istandardizzazzjoni; [Em. 60] |
3. L-Aġenzija tista’ toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità ferrovjarja,
3a. L-Aġenzija għandha tinvolvi lill-gruppi ta’ ħidma meta dan ikun previst mill-Artikolu 4. [Em. 61]
Artikolu 16
Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] l-Aġenzija għandha toħroġ , iġġeded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. [Em. 62]
Artikolu 17
Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi
L-Aġenzija għandha toħroġ , iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 63]
Artikolu 18
Awtorizzazzjonijiet Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni ta' ERTMS maġenb il-binarji [Em. 64]
L-Aġenzija għandha toħroġ , iġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ERTMS ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 65]
Artikolu 19
Applikazzjonijiet telematiċi
1. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema, billi hija responsabbli għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-applikazzjonijiet telematiċi, skont it-TSIs rilevanti.
1a. L-Aġenzija jista’ jkollha rwol fil-promozzjoni ta’ aċċess miftuħ u sħiħ għad-dejta inkluża dataset tal-iskeda orarja internazzjonali [Em. 66]
2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi u l-istatus tagħhom.
3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi u l-infurzar tal-kompatibbiltà, kemm ’l isfel u kif ukoll ’il fuq, ta’ dawn il-verżjonijiet differenti . [Em. 67]
4. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-użu tal-applikazzjonijiet telematiċi skont it-TSIs rilevanti.
Artikolu 20
Appoġġ lill-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità
1. L-Aġenzija għandha tappoġġja l-attivitajiet tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. Dak l-appoġġ għandu jinkludi b’mod partikolari l-abbozz ta’ linji gwida għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ kostitwent tal-interoperabilità msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u linji gwida għall-proċedura ta’ verifika tal-KE msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].
2. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi taġixxi bħala s-segretarjat tekniku għall-grupp ta’ koordinazzjoni tagħhom.
KAPITOLU 5
KOMPITI RELATATI MAR-REGOLI NAZZJONALI
Artikolu 21
Eżami tal-abbozz ta’ regoli nazzjonali
1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina l-abbozz ta’ regoli nazzjonali mibgħuta lilha skont:
|
(a) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], |
|
(b) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. |
2. Fejn wara l-eżami msemmi u fl-iskadenzi ta' żmien fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23. [Em. 68]
3. Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha:
|
(a) |
toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola inkwistjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ u/jew tiġi applikata; |
|
(b) |
tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha. |
4. Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Istat Membru fi żmien xahrejn wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni mill-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titolbu jimmodifika l-abbozz ta’ regola inkwistjoni, jissospendi l-adozzjoni, id-dħul fis-seħħ jew l-implimentazzjoni tagħha.
4a. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal regoli nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol u rekwiżiti ta’ kwalifiki u taħriġ għal persunal ferrovjarju b’kompiti rilevanti għas-sikurezza. [Em. 69]
4b. Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti msemmija f'Artikolu 8 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] tu Artikolu 14(4) tad-Direttiva…… [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] b'mod partikolari wara l-aċċident jew l-inċident, l-Aġenzija għandha twassal għall-armonizzazzjoni tar-regola fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni jew opinjoni lill-Kummissjoni. [Em. 70]
Artikolu 22
Eżami tar-regoli nazzjonali fis-seħħ
1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali mibgħuta lilha skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].
1a. L-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Aġenzija tipproponi lill-Bord Maniġerjali pjan ta’ ħidma biex jinbeda dan l-eżami, fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 48. Kull sena, l-Aġenzija għandha tippreżenta f’rapport lill-Bord Maniġerjali l-istat tal-prograss fil-ħidmiet tagħha u r-riżultati miksuba skont l-Artikolu 50. [Em. 71]
2. Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23 [Em. 72]
3. Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha:
|
(a) |
toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat , fejn tindika li għandha tiġi mħassra jew emendata immedjatament ir-regola problematika u li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex din ir-regola inkwistjoni għandha tiġi modifikata jew imħassra; [Em. 73] |
|
(b) |
tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha u tibgħatilha r-rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat . [Em. 74] |
4. Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Istat Membru fi żmien xahrejn (2) wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titolbu jimmodifika jew iħassar ir-regola inkwistjoni.
5. Il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 , 3 u 4 għandha tapplika, mutatis mutandis, f’każijiet fejn l-Aġenzija ssir taf jew tiġi infurmata b’xi regola nazzjonali, innotifikata jew le, li tkun żejda jew f’kunflitt mas-CSMs, is-CSTs, it-TSIs jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam ferrovjarju jew li toħloq xi ostaklu mhux ġustifikat għas-suq ferrovjarju uniku . F’dan il-każ, japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1 . [Em. 75]
5a. Fi kwistjonijiet dwar taħriġ, saħħa u sigurtà għall-professjonisti tal-ferrovija responsabbli għall-kompiti kritiċi tas-sikurezza, l-Aġenzija tista' tapplika dan il-paragrafu biss jekk ir-regola nazzjonali għandha impatt diskriminatorju potenzjali. [Em. 76]
Artikolu 22a
L-użu tal-bażi tad-dejta
L-Aġenzija għandha twettaq eżami tekniku tar-regoli nazzjonali fis-seħħ imsemmija fl-oqfsa leġiżlattivi nazzjonali disponibbli hekk kif elenkati fil-bażi tad-dejta tad-dokumenti ta’ referenza pubblikata mill-Aġenzija fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 77]
Artikolu 23
Sistema tal-IT li għandha tintuża għal skopijiet ta’ notifika u ta’ klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ddedikata tal-IT li jkun fiha r-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) u mezzi aċċettabbli nazzjonali ta' konformità msemmija fl-Artikolu 2(28a) tad-Direttiva …[id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tagħmilha aċċessibbli għall-partijiet interessati u għall-pubbliku. [Em. 78]
1a. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe regola nazzjonali eżistenti li ma tkunx ġiet notifikata sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 79]
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha tippubblika r-regoli f’din is-sistema u tużaha sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 21 u 22. L-Aġenzija għandha tuża sistema tal-IT biex tinforma lill-Kummissjoni dwar kull rakkomandazzjoni negattiva mibgħuta lil Stat Membru skont l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 22(3)(b). [Em. 80]
3. L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 14(8) tad-Direttiva …. [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. Għal dan il-għan, hija għandha tuża s-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
4. L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], billi tqis l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa Strument ta’ Ġestjoni tar-Regoli li għandu jintuża mill-Istati Membri sabiex jissimplifikaw is-sistemi tagħhom tar-regoli nazzjonali. L-Aġenzija għandha tuża s-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu sabiex tippubblika l-Istrument ta’ Ġestjoni tar-Regoli.
4a. L-Aġenzija għandha tagħmel ukoll l-istatus tal-evalwazzjoni ta’ dawk ir-regoli u, meta jkunu kompluti, ir-riżultati tal-evalwazzjoni, disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 81]
KAPITOLU 6
KOMPITI RELATATI MAS-SISTEMA EWROPEA TAL-ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU FERROVJARJU (ERTMS)
Artikolu 24
Awtorità tas-sistema għall-ERTMS
1. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema, billi hija responsabbli għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.
2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS u l-istatus tagħhom.
3. L-Aġenzija għandha tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Madankollu, hija għandha tagħmel dan biss meta l-verżjoni preċedenti tkun intużat b’rata suffiċjenti. L-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ma għandux ikun ta’ dannu għar-rata tal-użu tal-ERTMS, l-istabilità tal-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa sabiex tiġi ottimizzata l-produzzjoni tal-apparat tal-ERTMS, ir-redditu fuq l-investiment għall-impriżi ferrovjarji , detenturi u l-ippjanar effiċjenti tal-użu tal-ERTMS. [Em. 82]
4. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġjar tal-verżjonijiet differenti tal-ERTMS sabiex tassigura l-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’verżjonijiet differenti u sabiex tipprovdi inċentivi għall-implimentazzjoni rapida tal-verżjonijiet fis-seħħ.
5. Skont l-Artikolu 5(10) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha tassigura li l-verżjonijiet suċċessivi tal-apparat tal-ERTMS ikunu teknikament kompatibbli mal-verżjonijiet ta’ qabel.
6. L-Aġenzija għandha tipprepara u xxerred linji gwida rilevanti dwar l-applikazzjoni għall-partijiet interessati flimkien ma' dokumentazzjoni ta’ spjegazzjoni relatata mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.
Artikolu 25
Grupp ta’ ħidma Ad hoc dwar l-ERTMS tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-ERTMS tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].
Il-grupp ta’ ħidma għandu jivverifika l-konsistenza tal-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ kostitwent tal-interoperabilità msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u tal-proċeduri għall-verifika tal-'KE' msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u mwettqa minn korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità.
2. L-Aġenzija għandha tirrapporta kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1, inkluża statistika dwar l-attendenza tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità fil-grupp ta’ ħidma.
3. L-Aġenzija għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u tal-proċedura ta’ verifika tal-'KE' għall-apparat tal-ERTMS u kull sentejn għandha tissottometti rapport li fih tipproponi lill-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, it-titjib li jrid isir.
Artikolu 26
Appoġġ għall-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji
1. L-Aġenzija tista’ għandha tassisti lill-impriżi ferrovjarji, fuq talba tagħhom, biex jiċċekkjaw il-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji qabel ma jpoġġu vettura fis-servizz. [Em. 83]
2. Fejn l-Aġenzija ssib li jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’apparat tal-ERTMS fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi tal-ERTMS, hija tista’ titlob lill-atturi xierqa, b’mod partikolari l-manifatturi, il-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, l-impriżi ferrovjarji, id-detenturi, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, sabiex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-proċeduri applikati għall-verifika tal-'KE' u t-tqegħid fis-servizz, u għall-kundizzjonijiet operattivi. L-Aġenzija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar tali riskju u, jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda miżuri xierqa lill-Kummissjoni. [Em. 84]
2a. L-Aġenzija għandha twaqqaf binarju u laboratorju tal-ittestjar għal ittestjar ċentralizzat maġenb il-binarji tal-ERTMS u abbord tagħmir. [Em. 85]
Artikolu 27
Appoġġ għall-użu tal-ERTMS u l-proġetti tal-ERTMS
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-użu tal-ERTMS skont il-pjan ta’ użu stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE (15) u għandha timmonitorja l-koordinazzjoni tal-installazzjoni tal-ERTMS matul il-Kurituri Trans-Ewropej tat-Trasport u l-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija kif previst fir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
2. L-Aġenzija għandha tassigura segwitu tekniku tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni għall-użu tal-ERTMS, inkluża, fejn applikabbli, analiżi tad-dokumenti tal-offerti fiż-żmien tas-sejħa għall-offerti. L-Aġenzija għandha tassisti wkoll, jekk ikun meħtieġ, lill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni sabiex tassigura li s-soluzzjonijiet tekniċi implimentati fi ħdan il-proġetti jkunu kompletament konformi mat-TSIs relatati mal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u għaldaqstant kompletament interoperabbli.
Artikolu 28
Akkreditazzjoni tal-laboratorji
1. L-Aġenzija għandha tappoġġja, b’mod partikolari billi tipprovdi linji gwida xierqa lill-korpi tal-akkreditazzjoni, akkreditazzjoni armonizzata tal-laboratorji tal-ERTMS skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
2. L-Aġenzija tista’ tipparteċipa bħala osservatur fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
2a. Jekk l-Aġenzija jkollha dubji dwar il-prestazzjoni ta’ laboratorju akkreditat, din għandha tinnotifika lill-korp ta’ akkreditazzjoni kompetenti dwar dan, kif ukoll lill-Istat ikkonċernat u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. L-Aġenzija tiġi mistiedna biex tipparteċipa bħala osservatriċi fil-valuazzjoni miż-żewġ naħat. Meta jitqajmu dubji, l-Aġenzija għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru konċernat u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. [Em. 86]
KAPITOLU 7
KOMPITI RELATATI MAL-MONITORAĠĠ TAŻ-ŻONA FERROVJARJA UNIKA EWROPEA
Artikolu 29
Monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet.
2. L-Aġenzija għandha tkun intitolata li tawditja:
|
(a) |
il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sabiex iwettqu l-kompiti relatati mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja; |
|
(b) |
l-effikaċja tal-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-atturi msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. |
Il-proċedura għat-twettiq tal-awditjar għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali.
3. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar u tibgħathom lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, lista ta' kwalunkwe defiċjenza identifikata mill-Aġenzija kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib.
4. Jekk l-Aġenzija tħoss li n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata milli twettaq b’mod effettiv il-kompiti tagħha b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tieħu l-passi xierqa fi żmien li għandu jiġi definit għandha tiddefinixxi billi titqies l-importanza tan-nuqqas. [Em. 87]
5. Fejn awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-paragrafu 4, jew fejn ma tittieħed ebda azzjoni minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien 3 xhur minn meta tirċeviha, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.
6. L-Aġenzija għandha tkun intitolata wkoll li twettaq spezzjonijiet imħabbra jew għall-għarrieda fl-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u t-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari teżamina dokumenti, proċessi u rekords relatati mal-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-ispezzjonijiet jistgħu jsiru fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar kull spezzjoni.
6a. Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] jekk l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jieħdux deċiżjonijiet kunflittwali u jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni aċċettabbli reċiprokament, l-applikant ikkonċernat minn dawk id-deċiżjonijiet jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza li hi nvoluta tista' tirreferi d-deċiżjonijiet lill-Aġenzija li għandha tieħu deċiżjoni. [Em. 88]
Artikolu 30
Monitoraġġ tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ assistenza lill-korpi tal-akkreditazzjoni, awditjar u spezzjonijiet, kif previst fil-paragrafi 2-5.
2. L-Aġenzija għandha tappoġġja l-akkreditazzjoni armonizzata tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi tagħti gwida xierqa dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-proċeduri sabiex jiġi valutat jekk il-korpi notifikati jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 fil-Kapitolu 6 tad-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] lill-korpi tal-akkreditazzjoni, permezz tal-infrastruttura Ewropea ta’ akkreditament rikonoxxuta mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 89]
3. Fil-każ ta’ korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità li ma jkunux akkreditati skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva… [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija tista’ tivverifika l-kapaċitajiet tagħhom biex jilħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva. Il-proċedura għat-twettiq tal-awditjar għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali.
4. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar li jkopru l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tibgħathom lill-korp innotifikat ta’ valutazzjoni tal-impatt ikkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, kwalunkwe defiċjenzi identifikati mill-Aġenzija u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib. Jekk l-Aġenzija tqis li dawn in-nuqqasijiet jimpedixxu lill-korp innotifikat ikkonċernat milli jwettaq b’mod effettiv il-kompiti tiegħu b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni li fiha titlob lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp innotifikat biex jieħu passi xierqa fi żmien limitat stipulat mill-Aġenzija .
5. Meta Stat Membru ma jaqbilx mar-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jew fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni minn korp innotifikat bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien 3 xhur minn meta jirċeviha, il-Kummissjoni tista’ tadotta opinjoni fi żmien sitt xhur skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.
6. L-Aġenzija tista’, inkluż f’kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti tal-akkreditazzjoni, twettaq spezzjonijiet imħabbra jew għall-għarrieda tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u t-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari teżamina dokumenti, ċertifikati u rekords relatati mal-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. L-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. Il-korpi nnotifikati tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar kull spezzjoni.
Artikolu 31
Monitoraġġ tal-progress tal-interoperabilità u s-sikurezza
1. L-Aġenzija, flimkien man-netwerk tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni, għandha tiġbor dejta rilevanti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti u timmonitorja l-kontribut tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni għas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja sħiħa.
2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni globali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja u l-qafas regolatorju tas-sikurezza . L-Aġenzija tista’, b’mod partikolari, tfittex l-assistenza tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-ġbir ta’ dejta. L-Aġenzija għandha tuża wkoll id-dejta miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera mal-Eurostat biex tevita kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol u biex tassigura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-indikaturi użati f’modalitajiet oħra ta' trasport. [Em. 91]
3. Fuq talba tal-Kummissjoni, L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji, b’mod partikolari billi tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura. tiżviluppa sistema ta’ rappurtaġġ u monitoraġġ ta’ inċidenti komuni . [Em. 92]
4. L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji u l-ispejjeż u l-vantaġġi relattivi . Kull sentejn hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u tippubblika rapport dwar il-progress fuq l-interoperabilità u s-sikurezza fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. [Em. 93]
5. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità fi Stat Membru partikolari.
KAPITOLU 8
KOMPITI OĦRA
Artikolu 32
Il-persunal ferrovjarju
1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti xierqa relatati mal-persunal ferrovjarju stipulati fl-Artikoli 4, 20, 22, 23, 25, 28, 33, 34, 35 u 37 tad-Direttiva 2007/59/KE.
2. L-Aġenzija tista’ tiġi mitluba mill-Kummissjoni biex twettaq kompiti oħra relatati mal-persunal ferrovjarju skont id-Direttiva 2007/59/KE u b’rabta ma’ persunal ferrovjarju fdat b’kompiti kritiċi għas-sikurezza mhux koperti mid-Direttiva 2007/59/KE . [Em. 94]
3. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwistjonijiet tal-persunal ferrovjarju fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Aġenzija tista’ tippromwovi l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, inkluż billi torganizza laqgħat xierqa mar-rappreżentanti tagħhom.
Artikolu 33
Ir-reġistri u l-aċċessibbiltà tagħhom
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ir-reġistri iddefinixxi r-reġistri Ewropej previsti fl-Artikolu 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] f’format prattiku, effiċjenti u faċli għall-utent sabiex jappoġġja b’mod sħiħ il-ħtiġijiet kummerċjali u operazzjonali . L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari: [Em. 95]
|
(a) |
l-iżvilupp u ż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistri; |
|
(b) |
il-koordinament tal-iżviluppi fl-Istati Membri b'rabta mar-reġistri; |
|
(c) |
l-għoti ta’ gwida dwar ir-reġistri lill-partijiet interessati rilevanti; |
|
(d) |
rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar titjib fl-ispeċifikazzjoni tar-reġistri eżistenti u kwalunkwe ħtieġa li jiġu stabbiliti oħrajn ġodda. |
|
(da) |
it-twaqqif u ż-żamma ta’ reġistri msemmija fil-punti (g), (i) u (ma) ; [Em. 96] |
|
(db) |
il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew tal-Vetturi ; [Em. 97] |
1a. Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi:
|
(a) |
għandu jinżamm mill-Aġenzija |
|
(b) |
għandu jkun pubbliku |
|
(c) |
għandu jkollu l-reġistri nazzjonali tal-vetturi inkorporati fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi mhux iżjed tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dokument tat-tip ta’ format. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75. |
|
(d) |
għandu jinkludi għall-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull tip ta’ vettura:
|
Meta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tqiegħed tipi ta’ vettura fis-servizz, hi għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien. [Em. 98]
2. L-Aġenzija għandha tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti mid-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] permezz ta’ soluzzjoni tal-IT implimentata, faċli biex tintuża u faċilment aċċessibbli : [Em. 99]
|
(a) |
id-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-verifika tas-sottosistemi; |
|
(b) |
id-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u d-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità; |
|
(c) |
il-liċenzji maħruġa skont id-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-istabbiliment taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)]; |
|
(d) |
iċ-ċertifikati tas-sikurezza maħruġa skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]; |
|
(e) |
ir-rapporti ta’ investigazzjoni mibgħuta lill-Aġenzija skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]; |
|
(f) |
ir-regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikoli l-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom mill-Aġenzija ; [Em. 100] |
|
(g) |
ir-reġistri ir-reġistru Ewropew tal-vetturi, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti; [Em. 101] |
|
(h) |
ir-reġistri tal-infrastruttura, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti; |
|
(i) |
ir-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi awtorizzati; |
|
(j) |
ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS; |
|
(k) |
ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TAP) TSI/Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija (TAF) TSI; |
|
(l) |
ir-reġistru tal-marki tal-kustodju tal-vettura li jinżamm mill-Aġenzija skont it-TSI dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku; |
|
(m) |
ir-rapporti dwar il-kwalità maħruġa skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17); |
|
(ma) |
ir-reġistru ta’ entitajiet ċertifikati inkarigati mill-manutenzjoni, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] ; [Em. 102] |
3. L-arranġamenti prattiċi sabiex jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu diskussi u mifthiema mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ abbozz imħejji mill-Aġenzija.
4. Meta jibagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, il-korpi kkonċernati jistgħu jindikaw liema dokumenti ma għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku għal raġunijiet ta’ sikurezza.
5. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar għaxart ijiem minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati. [Em. 103]
6. L-Aġenzija tista’ tinkludi kwalunkwe dokument pubbliku jew link rilevanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament fil-bażi tad-dejta pubblika, filwaqt li tqis il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 34
Netwerks ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi [Em. 104]
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u netwerk tal-korpi ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva…/… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tipprovdilhom segretarjat. Il-kompiti tan-netwerks għandhom ikunu, b’mod partikolari: [Em. 105]
|
(a) |
l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja; |
|
(b) |
il-promozzjoni ta’ prattiċi tajba; |
|
(c) |
il-forniment ta’ dejta dwar is-sikurezza ferrovjarja lill-Aġenzija, b’mod partikolari dejta relatata mal-indikaturi komuni tas-sikurezza. |
|
(ca) |
il-provvista ta' informazzjoni lill-Aġenzija, jekk meħtieġ, dwar nuqqasijiet fis-setgħa mogħtija mid-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 106] |
L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn dawk in-netwerks, b’mod partikolari hija tista’ tiddeċiedi li torganizza laqgħat konġunti taż-żewġ netwerks.
2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta’ korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju , inklużi rappreżentanti ta’ passiġġieri, passiġġieri b’mobilità ridotta u impjegati, li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni. Il-lista ta’ dawn il-korpi għandha tiġi definita f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75. L-Aġenzija għandha tipprovdi lin-netwerk b’segretarjat. Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu, b’mod partikolari: [Em. 107]
|
(a) |
l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja; |
|
(b) |
il-promozzjoni ta’ prattiċi tajba; |
|
(c) |
il-forniment ta’ dejta dwar is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja lill-Aġenzija. |
3. In-netwerks imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħorġu opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2).
4. L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi netwerks oħra ma’ korpi jew awtoritajiet responsabbli għal parti mis-sistema ferrovjarja.
5. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tan-netwerks imsemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 35
Komunikazzjoni u disseminazzjoni
L-Aġenzija għandha tikkomunika u xxerred lill-partijiet interessati rilevanti l-qafas Ewropew tal-leġiżlazzjoni dwar il-ferroviji, standards u gwida, skont il-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord Maniġerjali. Dawk il-pjanijiet, ibbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet, għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari mill-Bord Maniġerjali.
Artikolu 36
Riċerka u promozzjoni tal-innovazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni, għall-attivitajiet ta’ riċerka ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni, fosthom permezz ta’ appoġġ lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u korpi rappreżentattivi. Dan il-kontribut għandu jkun mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra ta’ riċerka fil-livell tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-Aġenzija bil-kompitu li tippromwovi l-innovazzjoni bil-għan li jitjiebu l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari l-użu ta’ sistemi ġodda tal-informatika u sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni.
Artikolu 37
Assistenza lill-Kummissjoni
1. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata sabiex ittejjeb il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u sabiex tiżviluppa approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea.
2. Din l-assistenza tista’ tinkludi:
|
(a) |
l-għoti ta’ parir tekniku fi kwistjonijiet li jkunu jeħtieġu kompetenza speċifika; |
|
(b) |
ġbir ta’ informazzjoni permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34. |
Artikolu 38
Assistenza fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji
Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, teżamina, mill-perspettiva tal-interoperabilità u s-sikurezza, kwalunkwe proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-aġġornament tas-sottosistema li għaliha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Fil-każ ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-programm tan-Netwerk trans-Ewropew tat-transport (TEN-T), l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T . [Em. 108]
Fi żmien li għandu jiġi maqbul mal-Kummissjoni skont l-importanza tal-proġett u r-riżorsi disponibbli u li ma għandux jaqbeż ix-xahrejn, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar jekk il-proġett jikkonformax mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.
Artikolu 39
Assistenza lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-partijiet interessati
1. Fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati jew tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, l-Aġenzija għandha tipparteċipa f’taħriġ u attivitajiet oħra xierqa li jirrigwardaw l-applikazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja u prodotti relatati tal-Aġenzija bħal reġistri, gwidi jew rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni.
2. In-natura u l-firxa tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu deċiżi mill-Bord u jkunu inklużi fil-programm ta’ ħidma.
Artikolu 40
Relazzjonijiet internazzjonali
1. Safejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet ta’ sorveljanza, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet pajjiżi terzi kompetenti fil-kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tal-Aġenzija bil-għan li żżomm aġġornata mal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi u tassigura l-promozzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni Ewropea dwar il-ferroviji.
2. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk l-awtoritajiet ta’ sorveljanza, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti u l-kooperazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal diskussjoni minn qabel mal-Kummissjoni u rappurtar regolari lilha.
3. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti. Din l-istrateġija għandha tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati. L-istrateġija għandha tfittex li tiżgura li l-attivitajiet tal-Aġenzija jiffaċilitaw l-aċċess reċiproku tal-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni għas-swieq ferrovjarji ta’ pajjiżi terzi. [Em. 109]
Artikolu 41
Koordinazzjoni fir-rigward tal-ispare parts
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' spare parts ferrovjarji potenzjali li għandhom jiġu standardizzati. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tista’ għandha tistabbilixxi grupp ta’ ħidma sabiex jikkoordina l-attivitajiet tal-partijiet interessati u għandha tistabbilixxi kuntatti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. L-Aġenzija għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament . [Em. 110]
KAPITOLU 9
ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 42
Struttura amministrattiva u maniġerjali
L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:
|
(a) |
Bord Maniġerjali, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47; |
|
(b) |
Bord Eżekuttiv li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49; |
|
(c) |
Direttur Eżekuttiv li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 50; |
|
(d) |
Bord tal-Appell li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 54 sa 56. |
Artikolu 43
Kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba’ żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot. [Em. 111]
Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi wkoll sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, li jirrappreżentaw, f’livell Ewropew, lill-gruppi li ġejjin:
|
(a) |
l-impriżi ferrovjarji; |
|
(b) |
l-amministraturi tal-infrastruttura; |
|
(c) |
l-industrija ferrovjarja; |
|
(d) |
it-trejdjunjins; |
|
(e) |
il-passiġġieri; |
|
(f) |
il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija. |
Għal kull wieħed minn dawn il-gruppi, il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant u sostitut minn lista qasira ta’ erba’ ismijiet ippreżentati mill-organizzazzjonijiet Ewropej rispettivi tagħhom.
2. Il-membri tal-bord u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom tal-kompitu ċentrali tal-Aġenzija, billi jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet kollha għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord, sabiex jassiguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Maniġerjali.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru lill-membri tagħhom tal-Bord Maniġerjali u sostitut li jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tiegħu/tagħha.
4. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta’ erba’ ħames snin u jista’ jiġġedded darba . [Em. 112]
5. Meta jkun xieraq, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-kundizzjonijiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 68.
Artikolu 44
President tal-Bord Maniġerjali
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jeleġġi, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, President minn fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u Viċi President minn fost il-membri tiegħu.
Il-Viċi President għandu jieħu l-post tal-President f’każ li l-President ma jkunx jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu/tagħha.
2. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun għal erba’ ħames snin u jista’ jiġġedded darba . Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Maniġerjali tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku. [Em. 113]
2a. Il-President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax jew le talba ta’ rikuża rigward membru tal-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 53(3a), u jinnomina, jekk ikun meħtieġ, membru temporanju għall-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 53(3b). [Em. 114]
Artikolu 45
Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħat ħlief jekk il-Bord Maniġerjali jkollu jiddeċiedi dwar deċiżjoni relatata mal-Artikolu 64 . [Em. 115]
2. Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiltaqa’ wkoll fuq inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq talba tal-maġġoranza tal-membri tiegħu jew ta’ terz tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord.
Artikolu 46
Votazzjoni
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed.
Artikolu 47
Funzjonijiet tal-Bord Maniġerjali
1. Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord Maniġerjali għandu:
|
(a) |
jadotta r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel, jibagħtu, sal-1 ta’ Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jagħmlu pubbliku; |
|
(b) |
kull sena jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni u skont l-Artikolu 48, il-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara u programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali; |
|
(c) |
jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-Aġenzija, skont il-Kapitolu 10; |
|
(d) |
jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv; |
|
(e) |
jadotta politika dwar iż-żjarat skont l-Artikolu 10; |
|
(f) |
jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu; |
|
(g) |
jadotta u jaġġorna l-pjani ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 35; |
|
(h) |
jadotta proċeduri għat-twettiq tal-awditjar imsemmi fl-Artikoli 29 u 30; |
|
(i) |
f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg (“is-setgħat tal-awtorità li taħtar”); |
|
(j) |
jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-oħra skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
(k) |
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jkun jista’ jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-kariga, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, skont l-Artikolu 62; |
|
(l) |
jadotta strateġija kontra l-frodi u favur it-trasparenza , li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati; [Em. 116] |
|
(m) |
jassigura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni; |
|
(n) |
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 68a u fir-rigward tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tal-Appell. [Em. 117] |
2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat. Din it-tip ta' sottodelega ta' setgħat ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabilità tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont lill-Bord Maniġerjali dwar din id-delega u s-sottodelegi. [Em. 118]
B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv. Id-delegat għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali dwar din it-tip ta' delega. [Em. 119]
2a. Il-Bord Maniġerjali għandu jneħħi l-immunità tal-Aġenzija jew tal-persunal tagħha, preżent jew passat, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64. [Em. 120]
Artikolu 48
Programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali
1. Il-Bord tal-Aġenzija għandu jadotta l-programm ta’ ħidma sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, waqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.
2. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni. Jekk, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-programm, il-Bord Maniġerjali għandu jerġa’ jeżaminah u jadottah, kif emendat jekk ikun meħtieġ, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, inkluż mir-rappreżentanti kollha tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri. [Em. 121]
3. Il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għandu jidentifika l-għanijiet ta’ kull attività. Bħala regola ġenerali, kull attività u proġett iridu jkunu marbuta b’mod ċar mar-riżorsi meħtieġa sabiex jitwettqu, skont il-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-immaniġġjar ibbażat fuq l-attività u l-proċedura ta’ valutazzjoni bikrija tal-impatt prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7.
4. Il-Bord Maniġerjali għandu, jekk ikun meħtieġ, jemenda l-programm ta’ ħidma adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. L-inklużjoni ta’ tali kompitu ġdid għandha tkun soġġetta għal analiżi tal-implikazzjonijiet f’termini ta’ riżorsi umani u baġitarji u tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni sabiex jiġu posposti kompiti oħra.
5. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll u jaġġorna programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u n-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34 għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz. Il-programm ta’ ħidma pluriennali adottat għandu jintbagħat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.
Artikolu 49
Bord Eżekuttiv
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.
2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipprepara d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali. Fejn ikun meħtieġ, minħabba l-urġenza, huwa għandu jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord Maniġerjali, b’mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji.
Flimkien mal-Bord Maniġerjali, huwa għandu jassigura segwitu xieraq għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 30, huwa għandu jassistih u jagħtih parir fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, bl-iskop li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.
3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant tal-Kummissjoni u [erba’] membri oħra tal-Bord Maniġerjali. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-president tiegħu.
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord Maniġerjali.
5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa’ mill-anqas darba kull tliet xhur. Il-president tal-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu.
6. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.
Artikolu 50
Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tkun immaniġġata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord Maniġerjali għall-attivitajiet tiegħu.
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord Maniġerjali, jew tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern jew xi korp ieħor.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu meta jintalab. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet u atti formali oħra tal-Aġenzija.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni amministrattiva tal-Aġenzija u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:
|
(a) |
l-amministrazzjoni minn ġurnata għall-oħra tal-Aġenzija; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Maniġerjali; |
|
(c) |
il-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali u, s-sottomissjoni tagħhom lill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni; |
|
(d) |
l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali u safejn ikun possibbli, iwieġeb għat-talbiet għall-assistenza mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament; |
|
(e) |
ir-rappurtar lill-Bord Maniġerjali dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali; |
|
(f) |
it-teħid tal-passi neċessarji, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-ordnijiet, sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija topera skont dan ir-Regolament; |
|
(g) |
l-istabbiliment ta’ sistema effettiva ta’ monitoraġġ biex tqabbel ir-riżultati tal-Aġenzija mal-għanijiet operattivi tagħha u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ valutazzjoni regolari li tikkorrispondi ma’ standards professjonali rikonoxxuti; |
|
(h) |
il-preparazzjoni kull sena, ta’ abbozz ta’ rapport ġenerali fuq il-bażi tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni msemmija fil-punt (g), u s-sottomissjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali; |
|
(i) |
il-preparazzjoni tal-abbozz tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija skont l-Artikolu 58 u l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 59; |
|
(j) |
it-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali għall-valutazzjoni; |
|
(k) |
it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li jsegwi fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni; |
|
(l) |
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
|
(m) |
il-preparazzjoni ta’ strateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Maniġerjali għall-approvazzjoni; |
|
(n) |
il-preparazzjoni ta’ abbozz ta’ regolament finanzjarju tal-Aġenzija għall-adozzjoni mill-Bord Maniġerjali skont l-Artikolu 60, u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
Artikolu 51
Ħolqien u kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell indipendenti wieħed jew aktar. [Em. 122]
2. Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn President u żewġ membri oħra. Huma għandhom ikollhom sostituti sabiex jirrappreżentawhom fin-nuqqas tagħhom.
3. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar il-President, il-membri l-oħra u s-sostituti tagħhom minn lista ta’ kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni.
4. Fejn il-Bord tal-Appell iħoss li n-natura tal-appell titlob dan, huwa jista’ jitlob lill-Bord Maniġerjali biex jaħtar żewġ membri addizzjonali u s-sostituti tagħhom mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.
5. Fuq proposta tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord tal-Appell, wara li tkun ikkonsultat lill-Bord Maniġerjali u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.
5a. Il-kwalifiki meħtieġa għal kull wieħed mill-membri tal-Bord tal-Appell, is-setgħa ta’ kull wieħed mill-membri tiegħu fil-fażi preparatorja ta’ teħid ta' deċiżjoni u l-kundizzjonijiet tal-vot għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 48(3) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 123]
Artikolu 52
Membri tal-Bord tal-Appell
1. Il-mandat tal-membri u tas-sostituti ta’ Bord tal-Appell għandu jkun ta’ erba’ ħames snin u jista’ jiġi mġedded darba . [Em. 124]
2. Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti u mill-partijiet kollha kkonċernati mill-appell. Huma ma jistgħux iwettqu kompiti oħra fi ħdan l-Aġenzija jew fil-Kummissjoni . Fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew meta jagħtu l-opinjonijiet tagħhom huma ma għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjoni. [Em. 125]
3. Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Kummissjoni, wara li tieħu l-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, tieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward.
Artikolu 53
Esklużjoni u oġġezzjoni
1. Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti tal-appell jekk ikollhom interess personali fil-proċedimenti, jekk kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fid-deċiżjoni appellata , inkluż, fil-każ ta’ appell li jkun sar skont l-Artikolu 54(1), billi jagħtu opinjoni skont l-Artikolu 54(4) fir-rigward tal-istess awtorizzazzjoni jew tal-istess ċertifikat . [Em. 126]
2. Il-membri tal-Bord tal-Appell li jqisu li ma għandhomx jipparteċipaw fi proċediment ta’ appell, għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, għandhom jinfurmaw lill-Bord tal-Appell bid-deċiżjoni tagħhom li jiddeċiedi dwar l-esklużjoni kif xiera jastjenu milli jipparteċipaw . [Em. 127]
3a. Parti tista’ titlob li membru tal-Bord tal-Appell jiġi eskluż permezz ta’ talba bil-miktub indirizzata lill-President tal-Bord Maniġerjali. It-talba ta’ rikuża għandha tkun motivata minn waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew minħabba riskju ta’ parzjalità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti. Sabiex tkun ammissibbli, it-talba għandha tiġi ppreżentata qabel il-bidu tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell, jew, f’każ li l-informazzjoni li tagħti l-bażi għat-talba ta’ rikuża issir magħrufa wara l-ftuħ tal-proċedura, fi żmien ħamest ijiem minn meta l-parti li tkun qed tagħmel it-tlaba ssir taf biha.
It-talba għandha tiġi kkomunikata lill-membru tal-Bord tal-Appell ikkonċernat. Dan tal-aħħar għandu jgħid jekk jaċċettax ir-rikuża fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġi notifikat dwar it-talba ta’ rikuża. F’każ kuntrarju, il-President tal-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fi żmien sebat ijiem ta’ ħidma wara r-risposta tal-membru kkonċernat, jew jekk dan ma jkunx ta risposta, wara li jkun skada ż-żmien impost biex dan jagħti r-risposta tiegħu. [Em. 128]
3b. Il-Bord tal-Appell għandi jagħti l-opinjoni jew id-deċiżjoni tiegħu mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru li jkun iddeċieda li ma jipparteċipax jew li jkun ġie eskluż minħabba rikuża skont il-paragrafi 2 u 3. Sabiex tittieħed id-deċiżjoni jew tingħata l-opinjoni, il-membru konċernat jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appel mill-membru supplenti tiegħu.
Jekk għal xi raġuni l-membru supplenti ma jkunx jista’ jipparteċipa, il-President tal-Bord Maniġerjali għandu jaħtar membru temporanju għall-Bord li jintgħażel mil-lista msemmija fl-Artikolu 51(3), sabiex jissostitwih f’din il-kwistjoni. [Em. 129]
Artikolu 54
Deċiżjonijiet soġġetti għal appell
1. Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew kontra r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 21 u 22 jew kontra l-falliment mill-Aġenzija li twieġeb fi żmien il-limiti ta' żmien prestabbiliti . [Em. 130]
2. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. L-Aġenzija tista’, madankollu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jkun sar appell kontriha, jekk hija tħoss li ċ-ċirkustanzi jippermettu dan u sakemm is-sospensjoni ta’ din id-deċiżjoni ma jkollhiex effett fuq is-sikurezza ferrovjarja . [Em. 131]
Artikolu 55
Persuni intitolati li jappellaw, il-limitu il-limiti taż-żmien u l-forma
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew kontra n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fiż-żmien stabbilit . Dawn id-drittijiet għandhom japplikaw għall-korpi li jirrapreżentaw lill-persuni msemmija fl-Artikolu 34(2), li jkollhom mandat kif meħtieġ skont l-istatut tagħhom .
2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk il-persuna ma tiġix innotifikata bil-miżura, fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir taf biha.
2a. L-appelli kontra n-nuqqas ta' deċiżjoni għandhom jiġu reġistrati bil-kitba għand l-Aġenzija fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien kif definit fl-Artikolu rilevanti. [Em. 132]
Artikolu 56
Eżami u deċiżjonijiet dwar l-appelli
1. Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, Il-Bord tal-Appell jiddeċiedi fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-appell jekk jagħtux jew jekk jirrifjutawx dak l-appell. Għandu jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jista' jkollu bżonn fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni tal-appell. Dik l-informazzjoni rilevanti għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-Bord tal-Appell li ma għandux jaqbeż xahar. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati li ma għandhomx jaqbżu xahar , osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali. [Em. 133]
2. Il-Bord tal-Appell jista’ jeżerċita s-setgħa xierqa li tinsab fi ħdan il-kompetenza tal-Aġenzija jew jista’ jgħaddi l-każ lill-korp kompetenti tal-Aġenzija. Dan tal-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.
Artikolu 57
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
1. Azzjonijiet għat-tħassir ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħudin skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri kollha tal-appell fi ħdan l-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 58
Baġit
1. Għandhom jiġu ppreparati estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Aġenzija. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
2. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti b'mod partikolari minn: [Em. 134]
|
(a) |
kontribuzzjoni mill-Unjoni, |
|
(b) |
kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, kif previst mill-Artikolu 68, |
|
(c) |
it-tariffi mħallsa mill-applikanti għal, u d-detenturi ta’, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18; L-att delegat msemmi fl-Artikolu 73 għandu jimponi imposti f'livell differenti skont l-oqsma tal-użu taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet u t-tip u l-iskop tal-operat tal-ferrovija; [Em. 135] |
|
(d) |
l-imposti għall-pubblikazzjonijiet, it-taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija; |
|
(e) |
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra, bil-kundizzjoni li tali kontribuzzjoni ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija. |
2a. Kull kompitu jew obbligu komplementari għall-kompiti li jirriżultaw minn dispożizzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni, u li ma jagħtix lok għal kumpens hekk kif previst fl-Artikolu 58(2)(b), (c), (d) u (e), għandu jkun soġġett għal valutazzjoni u għal kumpens mill-baġit tal-Unjoni. [Em. 136]
3. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi l-persunal, u spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.
4. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
5. Fuq il-bażi ta’ abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ bbaġitjar ibbażat fuq l-attività, il-Bord Maniġerjali għandu kull sena jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. Din id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tinkludi abbozz ta’ tabella tal-persunal, għandha tintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar.
6. Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem “l-awtorità baġitarja”) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
7. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li hija tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-Trattat, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ u ġustifikazzjoni għal kwalunkwe differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-Aġenzija u s-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali.
8. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal għall-Aġenzija.
9. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Maniġerjali, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot. Il-Baġit tal-Aġenzija għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, huwa għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
10. Il-Bord Maniġerjali għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja kemm jista’ jkun malajr dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti fuq il-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Hija għandha tinforma dwar dan lill-Kummissjoni. Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni dwar il-proġett, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Maniġerjali fi żmien sitt xhur wara d-data tan-notifika tal-proġett.
Artikolu 59
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)(ir-Regolament Finanzjarju ġenerali).
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina dawn il-kontijiet skont l-Artikolu 287 tat-Trattat. Hija għandha tippubblika rapport dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija kull sena.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet Abbażi, u fejn meħtieġ, tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom flimkien ma' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, lill-Bord Maniġerjali għal opinjoni approvazzjoni. [Em. 137]
5. Il-Bord Maniġerjali għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.
6. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru wara kull sena finanzjarja. Huwa għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, skont l-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
10. Qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 60
Regolament Finanzjarju
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Huma ma jistgħux jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (19) sakemm tali devjazzjoni ma tkunx speċifikament meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
KAPITOLU 11
PERSUNAL
Artikolu 61
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.
2. Fl-interess tas-servizz, l-Aġenzija għandha tirrekluta:
|
(a) |
persunal li jkun eliġibbli għal kuntratt b’tul indefinit, u |
|
(b) |
persunal li ma jkunx eliġibbli għal kuntratt b’tul indefinit. |
Għandhom jiġu adottati regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għal dan il-paragrafu skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
3. L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kwalunkwe kunflitt , inter alia permezz ta' strateġiji ta' taħriġ u prevenzjoni, biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kunflitti tal-interessi , inkluż relatati ma' kwistjonijiet li jinqalgħu wara t-tmiem tal-impjieg bħal pereżempju fil-każ ta' 'revolving doors', 'insider information', eċċ . [Em. 138]
3a. L-Aġenzija u l-persunal tagħha għandhom iwettqu l-kompiti definiti f’dan ir-Regolament bl-akbar integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku. Huma għandhom ikunu protetti minn kull pressjoni u minn kull riskju ta’ korruzzjoni, speċjalment dak finanzjarju, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultat tal-attivitajiet tagħhom, l-aktar min-naħa ta’ persuni jew ta’ gruppi ta’ persuni konċernati mir-riżultat ta’ dawn l-attivitajiet . L-Aġenzija għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persuni impjegati magħha sabiex ikun żgurat li l-kompiti definiti minn dan ir-Regolament jitwettqu tajjeb.
3b. Il-persunal għandu jkollu:
|
(a) |
taħriġ tekniku u professjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija; |
|
(b) |
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija u l-awtorità biżżejjed biex jitwettqu dawn il-valutazzjonijiet; |
|
(c) |
għarfien u fehma adegwati tar-rekwiżiti meħtieġa għall-formulazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija; |
|
(d) |
il-kapaċità li jirrevedi l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kif ukoll ir-regolamenti nazzjonali. [Em. 139] |
Artikolu 62
Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.
Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord Maniġerjali.
Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.
3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.
4. Il-Bord Maniġerjali, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.
5. Il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.
6. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.
7. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.
Artikolu 63
Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor
L-Aġenzija tista’ għandha tagħmel użu wkoll minn Esperti Nazzjonali Sekondati u b'mod partikolari persunal mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra. L-Aġenzija għandha tadotta u timplimenta politika li tevalwa u tiġġestixxi kunflitti ta’ interess potenzjali ta’ esperti nazzjonali sekondati inkluż li tipprojbixxihom mill jattendu laqgħat ta’ grupp ta’ ħidma meta l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom tkun tista’ tiġi pperikolata. [Em. 140]
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.
KAPITOLU 12
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 64
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-aġenzija u l-persunal tagħha mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ġudizzjarji u/jew ekstra ġudizzjarji mqabbla mal-kamp ta’ responsabilità tal-Aġenzija . [Em. 141]
Artikolu 65
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi
1. L-arranġamenti neċessarji rigward l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitpoġġew disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti li jiġi konkluż ladarba tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u mhux aktar tard mill-2015.
2. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jassigura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport.
Artikolu 66
Responsabbiltà
-1. L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltà sħiħa, u taċċetta l-obbligazzjoni kuntrattwali u mhux kuntrattwali, għall-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet li toħroġ. [Em. 142]
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha matul il-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwim li jirrigwarda kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 67
Arranġamenti lingwistiċi
-1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bejn l-Aġenzija u l-applikant fir-rigward tar-rekwiżiti tat-traduzzjoni, id-dokumenti pprovduti mill-applikanti u mid-detenturi taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet, bi qbil mal-Artikoli 12, 16, 17 u 18, biex ikunu notifikati l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar dawk iċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet, għandhom jiġu tradotti fil-lingwi kollha uffiċċjali tal-Unjoni fejn il-vetturi ferrovjarji jintużaw u li fihom il-kumpanija ferrovjarja kkonċernata topera. Kull traduzzjoni hija valida għall-Istat konċernat, inkluż għall-proċeduri relatati mal-Artikolu 56. L-awtorizzazzjoni u l-ċertifikat għandhom jinħarġu fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ dawn l-Istati Membri. [Em. 143]
1. Meta ma jkunx japplika l-Artikolu 67(-1), id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea (20) għandhom japplikaw għall-Aġenzija. [Em. 144]
2. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 68
Parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi fil-ħidma tal-Aġenzija
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-pajjiżi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi fil-Politika tat-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li bihom il-pajjiżi kkonċernati jkunu adottaw u jkunu qegħdin qed japplikaw il-leġiżlazzjoni id-dritt tal-Unjoni, jew il-miżuri nazzjonali ekwivalenti tagħha, fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu għandu japplika, b’mod partikolari, għal pajjiżi fl-ambitu tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat, għall-pajjiżi msieħba fil-politika tal-Unjoni dwar it-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA. [Em. 145]
2. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti bejn l-Aġenzija u l-pajjiżi terzi sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, b’mod partikolari n-natura u l-firxa ta’ tali parteċipazzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Huma jistgħu jipprovdu għal rappreżentanza, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord Maniġerjali.
L-Aġenzija għandha tiffirma l-arranġamenti wara li tkun irċeviet il-qbil tal-Kummissjoni u wara li tikkonsulta lill-Bord Maniġerjali.
Artikolu 68a
Kunflitti ta’ interess
1. Id-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi li jindikaw in-nuqqas ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub hekk kif jibdew jaqdu dmirijiethom u għandhom jiġġeddu f'każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Il-Membri tal-Bord Maniġerjali, il-bord eżekuttiv u l-bord tal-appell ukoll għandhom jagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi, flimkien mal-kurrikulu tal-karriera tagħhom. L-aġenzija għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, lista tal-membri tal-korpi elenkati fl-Artikolu 42 kif ukoll l-esperti esterni u interni.
2. Il-Bord Maniġerjali għandu jimplimenta politika għall-ġestjoni u l-evitar ta' kunflitti ta' interess, li tal-anqas għandha tinkludi:
|
(a) |
il-prinċipji għall-ġestjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi, inklużi r-regoli biex dawn isiru pubbliċi b'kont meħud tal-Artikolu 77; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti obbligatorji ta' taħriġ fil-qasam tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti nazzjonali ssekondati; |
|
(c) |
ir-regoli dwar rigali u inviti; |
|
(d) |
ir-regoli dettaljati dwar l-inkompatibilitajiet għall-persunal u għall-membri tal-Aġenzija ladarba jkunu temmew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom mal-Aġenzija; |
|
(e) |
regoli ta’ trasparenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija li jinkludu l-minuti tal-Bordijiet tal-Aġenzija li għandhom isiru pubbliċi filwaqt li għandha titqies informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali; kif ukoll |
|
(f) |
is-sanzjonijiet u l-mekkaniżmi għas-salvagwardja tal-awtonomija u tal-indipendenza tal-Aġenzija. |
L-Aġenzija għandha żżomm quddiem għajnejha l-bżonn li żżomm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, partikolarment fir-rigward tal-objettiv tal-kisba tal-aħjar konsulenza u kompetenza tekniċi u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dik il-politika meta jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont dan ir-Regolament. [Em. 146]
Artikolu 69
Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali [Em. 147]
1. L-Aġenzija tista’ tidħol fi ftehimiet ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, u korpi kompetenti oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18. Dawn il-ftehimiet jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. [Em. 148]
2. Il-ftehimiet jistgħu jinkludu l-ikkuntrattar ta’ xi wħud mill-kompiti delegazzjoni tal-kompiti u responsabbiltajiet tal-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-iċċekkjar u l-preparazzjoni ta’ fajls, il-verifika tal-kompatibbiltà teknika, it-twettiq ta’ żjarat u t-tfassil ta’ studji tekniċi. [Em. 149]
2a. Kontrarjament, awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista’ tagħti lill-Aġenzija kompiti ħra barra dawk mogħtija lilhom skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] u skont l-Artikolu 16(2), tad-Direttiva .. [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. [Em. 150]
3. L-Aġenzija għandha tassigura li l-ftehimiet mill-anqas ikunu jinkludu deskrizzjoni speċifikata tal-kompiti u l-kundizzjonijiet għall-kunsinnabbli, il-limiti taż-żmien li japplikaw għall-konsenja tagħhom u l-livell u l-iskeda tal-pagamenti.
4. Il-ftehimiet deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 huma għandhom jispeċifikaw b’mod ċar il-livelli ta’ responsabbiltà tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fir-rigward ta’ kompiti mwettqa minn kull parti kuntrattwali kif stipulat fil-ftehimiet. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà globali tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti tagħha kif previst fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18. [Em. 151]
Artikolu 70
Trasparenza
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sa […].
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment quddiem l-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat rispettivament.
L-ipproċessar ta’ dejta ta’ natura personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (22).
Artikolu 71
Regoli tas-sikurezza għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata
L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sikurezza li jinsabu fir-regoli tas-sikurezza tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (23). Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjoni għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni.
Artikolu 72
Il-ġlieda kontra l-frodi u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni [Em. 152]
1. Sabiex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness ta' dak il-Ftehim.
2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.
2a. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tissorvelja l-prestazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija permezz tal-awditi u l-ispezzjonijiet. [Em. 153]
3. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (24) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dan l-awditjar u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
KAPITOLU 13
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 73
Atti ddelegati relatati mal-Artikoli 12, 16, 17 u, 18 u 41 [Em. 154]
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 74 dwar tariffi u l-imposti b'applikazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ikunu dovuti tariffi u imposti skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18, l-ammont tat-tariffi u l-imposti u l-mod kif iridu jitħallsu.
3. Għandhom jiġu ċċarġjati tariffi u imposti għal:
|
(a) |
ħruġ u tiġdid ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, inkluża l-indikazzjoni possibbli tal-kompatibbiltà man-netwerks jew il-linji; |
|
(b) |
ħruġ u tiġdid ta’ ċertifikati tas-sikurezza; |
|
(c) |
provvediment ta’ servizzi; huma għandhom jirriflettu l-kost attwali ta’ kull provvediment individwali; |
|
(d) |
proċessar tal-appelli. |
It-tariffi u l-imposti kollha għandhom ikunu espressi, u pagabbli, fil-munita euro.
4. L-ammont tat-tariffi u l-imposti li jikkonċerna lill-Aġenzija għandu jiġi stabbilit f’livell li jassigura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti sabiex ikopri l-kost sħiħ tas-servizzi pprovduti. In-nefqiet kollha tal-Aġenzija attribwiti lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kontribuzzjonijiet relatati tal-pensjoni, għandhom ikunu riflessi b’mod partikolari f’dan il-kost. Jekk l-iżbilanċi sinifikanti li jirriżultaw mill-għoti tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsiru rikorrenti, ir-reviżjoni tal-livell ta' imposti u tariffi għandu jsir obbligatorju. [Em. 155]
4a. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 74 dwar l-istandardizzazzjoni tal-isper parts tal-ferrovija b'applikazzjoni tal-Artikolu 41. [Em. 156]
Artikolu 74
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 73 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Sakemm ir-rapport ikun wasal, id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 157]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 73 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun hemm fis-seħħ.
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’ [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 75
Proċedura ta’ kumitat
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (25). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 76
Evalwazzjoni u reviżjoni
1. Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-fehmiet tar-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. L-evalwazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din. [Em. 158]
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Maniġerjali. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.
3. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija wara li jitqiesu l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha.
Artikolu 77
Dispożizzjonijiet transitorji
1. L-Aġenzija tieħu post u ssegwi lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 fir-rigward tas-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, l-impenji finanzjarji u r-responsabbiltajiet kollha.
2. B’deroga mill-Artikolu 43, il-Membri tal-Bord Maniġerjali maħtura fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu fil-kariga sad-data ta’ skadenza tal-mandat tagħhom bħala Membri tal-Bord Maniġerjali.
B’deroga mill-Artikolu 49, id-Direttur Eżekuttiv li jkun inħatar skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 għandu jibqa’ fil-kariga sad-data ta’ skadenza tal-mandat tiegħu.
3. B’deroga mill-Artikolu 61, il-kuntratti kollha ta’ impjieg li jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom.
3a. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Sa din id-data, l-Istati Membri se jkomplu japplikaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom. [Em. 159]
3b. Għal perjodu addizzjonali ta' tliet snin wara l-perjodu ta' sena stipulat fl-Artikolu 77(3a), l-applikanti jistgħu jew japplikaw lill-Aġenzija jew lill-awtorità ta' sikurezza nazzjonali. Matul dan il-perjodu, l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali, jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet permezz ta' deroga mill-Artikoli 12, 16, 17 u 18 bi qbil mad-Direttivi 2008/57/KE u 2004/49/KE. [Em. 160]
3c. Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] u l-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva … [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3b ta' dan l-Artikolu, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dawk l-Artikoli. [Em. 161]
Artikolu 78
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 huwa mħassar.
Artikolu 79
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar sigurtà fil-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzar ta' impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Direttiva dwar is-Sigurezza Ferrovjarja) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(5) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191,18.7.2008, p. 1).
(6) Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(7) Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1).
(8) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).
(9) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali biex iġibu ’l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).
(13) Direttiva 2012/34/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea ( ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(14) Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13)
(15) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/EU 25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1).
(16) Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għall-merkanzija kompetittiva (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(18) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(21) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(22) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta 'data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)
(23) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli ta' proċedura interni (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).
(24) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(25) Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/565 |
P7_TA(2014)0152
Normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija (COM(2013)0026 – C7-0026/2013 – 2013/0013(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/57)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0026), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikol 294(2) u l-Artikoli 91 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0026/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0472/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
P7_TC1-COD(2013)0013
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91 u 109 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill (4) jippermetti lill-Istati Membri li jikkumpensaw 36 intrapriża ferrovjarja enumerati għall-ħlas ta’ obbligi li intrapriżi ta' modi oħra ta' trasport ma għandhomx għalfejn iġarrbuhom. L-applikazzjoni korretta tar-regoli għan-normalizzazzjoni tirriżulta f'eżenzjoni għall-Istati Membri mill-obbligi ta' notifika ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(2) |
Sensiela ta’ miżuri leġiżlattivi ġew adottati fil-livell Ewropew, li fetħu għall-kompetizzjoni s-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u dak internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u stabbilixxew, permezz tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ċerti prinċipji fundamentali li jinkludu li l-intrapriżi ferrovjarji jkunu mmaniġġjati skont prinċipji li japplikaw għall-kumpaniji kummerċjali, li l-entitajiet responsabbli għall-allokazzjoni ta' kapaċità u l-impożizzjoni ta' tariffi għall-infrastruttura ferrovjarja għandhom ikunu separati minn entitajiet li jħaddmu servizzi ferrovjarji u li għandu jkun hemm separazzjoni tal-kontijiet, li kull intrapriża ferrovjarja mogħtija liċenzja skont il-kriterji tal-UE għandu jkollha aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja b'termini ġusti u nondiskriminatorji, u li l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament mill-Istat. L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/34/UE fid-dritt nazzjonali hija s-16 ta’ Ġunju 2015. [Em. 1] |
|
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 huwa inkonsistenti u inkompatibbli ma' miżuri leġiżlattivi fis-seħħ bħalissa. B’mod partikolari, fil-kuntest ta’ suq liberalizzat fejn l-intrapriżi ferrovjarji jikkompetu direttament mal-intrapriżi ferrovjarji enumerati, ma għadux xieraq li ssir diskriminazzjoni bejn dawn iż-żewġ gruppi ta’ intrapriżi differenti. |
|
(4) |
Konsegwentement, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 biex jiġu eliminati l-inkonsistenzi fl-ordni ġuridika tal-UE u dan għandu jikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni billi jelimina att legali li issa li ma għadux validu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 hu mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni sentejn wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 2]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-26 ta' Ġunju 1969 dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 8).
(5) 2 Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (tfassil mill-ġdid) ( ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/567 |
P7_TA(2014)0153
Ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva Nru 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (COM(2012)0776 – C7-0418/2012 – 2012/0361(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/58)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0776), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0418/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-17 ta' April 2013 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0317/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 198, 10.7.2013, p. 73.
P7_TC1-COD(2012)0361
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 376/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/568 |
P7_TA(2014)0154
Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2013)0316 – C7-0174/2013 – 2013/0165(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/59)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0316), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0174/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0106/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.
P7_TC1-COD(2013)0165
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament għat-tnedija tal-użu tas-sistema eCall mmuntata immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE [Em. 1]
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Teżisti sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur stabbilita bid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' għadd kbir ta' elementi ta' sikurezza u ambjentali ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiżguraw livell għoli ta' sikurezza stradali fl-Unjoni kollha. |
|
(2a) |
It-tnedija tal-użu ta’ servizz eCall disponibbli fil-vetturi kollha u fl-Istati Membri kollha kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza stradali sa mill-2003. Sabiex jintlaħaq dak il-għan, ġew imnedija sensiela ta’ inizjattivi bħala parti minn approċċ ta’ użu volontarju, però sal-lum ma kisbux biżżejjed progress. [Em. 2] |
|
(3) |
Sabiex is-sikurezza stradali tkompli titjieb, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2009 bl-isem “eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni” (4) tipproponi miżuri ġodda biex iħaffu l-iskjerament ivaraw fl-Unjoni ta' servizz ta' sejħiet ta' emerġenza mmuntat fil-vettura. Waħda mill-miżuri proposti hija li jsir obbligatorju l-immuntar ta' sistemi ta' eCall ibbażati fuq il-112 fil-vetturi l-ġodda kollha, billi tibda mill-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. [Em. 3] |
|
(4) |
Fit-3 ta' Lulju 2012, il-Parlament Ewropew approva r-Rapport dwar l-eCall: servizz ġdid “112” għaċ-ċittadini li jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE sabiex tiżgura l-iskjerament obbligatorju tas-sistema pubblika eCall ibbażata fuq in-numru 112 sal-2015. |
|
(4a) |
Għad hemm il-ħtieġa li jitjieb l-operat tas-servizz 112 madwar l-Unjoni, sabiex jagħti assistenza fil-pront u b'mod effikaċi fl-emerġenzi. [Em. 4] |
|
(5) |
Is-sistema eCall tal-Unjoni mistennija tnaqqas l-għadd ta' fatalitajiet fl-Unjoni kif ukoll is-severità tal-ġrieħi kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku , billi jingħata avviż immedjat lis-servizzi ta’ emerġenza. Bl-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, flimkien mat-titjib meħtieġ u kkoordinat fl-infrastruttura tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika biex isiru l-eCalls u fiċ-Ċentri li Jwieġbu għas-Sejħiet Marbutin mas-Sikurezza Pubblika (PSAPs) li jirċievu l-eCalls, is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha u għalhekk jikkontribwixxi biex inaqqas it-tbatija umana, il-kura jonqsu l-imwiet u l-korrimenti gravi , l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa , il-konġestjoni kkawżata mill-aċċidenti u spejjeż oħra. [Em. 5] |
|
(5a) |
Is-sistema eCall se tirrappreżenta struttura importanti magħmula minn atturi differenti involuti fis-salvagwardja tal-ħajja umana. Għalhekk huwa essenzjali li l-aspett ta’ responsabbiltà jiġi kopert minn dan ir-Regolament sabiex l-utenti jkun jista’ jkollhom fiduċja sħiħa u s-sistema eCall tkun tista’ taħdem bla xkiel. [Em. 6] |
|
(6) |
Il-provvista f’każ ta’ emerġenza ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 . Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta' navigazzjoni bis-satellita, li jinkludu b’mod partikolari s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (5) [Em. 7]. |
|
(7) |
It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 , għall-bidu għandu japplika biss għall- għat-tipi ġodda ta’ karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfieħ ħlief il-ġodda (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. Il-possibbiltà li, fil-futur qrib, l-applikazzjoni tar-rekwiżit għas-sistema eCall immuntata fil-vettura tiġi estiża biex tinkludi kategoriji ta’ vetturi oħra, bħal vetturi tqal tal-merkanzija (HGVs), xarabanks u kowċis, vetturi motorizzati b’żewġ roti (PTW) u tratturi agrikoli, għandha tkun ivvalutata ulterjorment mill-Kummissjoni bil-ħsieb li, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva. [Em. 8] |
|
(7a) |
Sabiex tiżdied il-penetrazzjoni għandu jiġi promoss it-tagħmir bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ta’ vetturi ta’ tipi eżistenti li se jiġu manifatturati wara l-1 ta' Ottubru 2015. Fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi omologati qabel l-1 ta’ Ottubru 2015, sistema eCall tista’ tiġi ffittjata wara fuq bażi volontarja. [Em. 9] |
|
(7b) |
Is-servizz pubbliku tal-eCall interoperabbli fl-Unjoni kollha bbażat fuq in-numru Ewropew tal-emerġenza 112 (“numru ta’ emerġenza 112”) u servizzi eCall privati (sistemi eCall appoġġjati minn servizz ta’ partijiet terzi) jistgħu jikkoeżistu sakemm jiġu adottati l-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-kontinwità tal-provvista tas-servizz lill-konsumatur. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq numru 112 fl-Istati Membri kollha matul il-ħajja tal-vettura u jkun garantit li s-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq numru 112 ikun dejjem disponibbli awtomatikament, il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra bis-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq il-112, irrispettivament minn jekk ix-xerrej tal-vettura jagħżilx servizz tal-eCall privat jew le. [Em. 10] |
|
(7c) |
Il-konsumaturi għandhom ikunu provduti b’ħarsa ġenerali realistika tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u tas-sistema eCall privata, jekk il-vettura tkun mgħammra b’waħda, kif ukoll informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar kwalunkwe funzjonalitajiet addizzjonali jew servizzi marbuta mas-servizz privat ta’ emerġenza, applikazzjoniet ta’ sejħiet ta’ emerġenza jew assistenza mmuntati fil-vettura li jkunu offruti u dwar il-livell ta’ servizz mistenni bix-xiri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi u l-ispejjeż assoċjati. L-eCall ibbażata fuq il-112 hija servizz pubbliku ta’ interess ġenerali u għalhekk għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas għall-konsumaturi kollha. [Em. 11] |
|
(8) |
It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi kwalunkwe servizz addizzjonali għandhom jiġu mfassla għandu jiġi mfassal b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq jew jaffettwaw il-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u l-ħidma effiċjenti taċ-ċentri tas-sejħiet ta’ emerġenza. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 li tipprovdi servizzi privati jew ta' valur miżjud għandha tkun imfassla b'tali mod li ma jkun jista' jsir l-ebda skambju ta' dejta personali bejniethom. Meta jiġu pprovduti, dawk is-servizzi għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar is-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta u għandhom dejjem jibqgħu fakultattivi għall-konsumaturi. [Em. 12] |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti u bbażata ibbażata fuq pjattaforma interoperabbli u b'aċċess miftuħ , sigura u standardizzata għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. Peress li dan jirrikjedi sostenn tekniku u legali, il-Kummissjoni għandha tevalwa mingħajr dewmien, abbażi ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kollha involuti, inklużi l-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti, il-possibbiltajiet kollha biex tkun promossa u żgurata tali pjattaforma b'aċċess miftuħ u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva f'dan is-sens. Għandu jiġi ċċarat aktar taħt liema kundizzjonijiet il-partijiet terzi li jipprovdu servizzi ta’ valur miżjud jista’ jkollhom aċċess għad-dejta maħżuna fis-sistema mmuntata fil-vettura bbażata fuq il-112. Barra minn hekk, is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti għal finijiet ta' tiswija u manutenzjoni. [Em. 13] |
|
(9a) |
L-introduzzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjoni jew servizz addizzjonali mmuntati fil-vettura m’għandux idewwem id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 14] |
|
(10) |
Sabiex tinżamm l-integrità tas-sistema dwar l-approvazzjoni tat-tip, dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati bis-sħiħ biss għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(10a) |
Is-sistema mmuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, bħala sistema ta’ emerġenza, teħtieġ l-ogħla livell possibbli ta’ affidabbiltà. Il-preċiżjoni tas-sett minimu ta’ dejta u tat-trażmissjoni tal-vuċi u l-kwalità tagħha għandhom ikunu żgurati u għandha tkun żviluppata sistema ta’ ttestjar uniformi biex tkun żgurata l-lonġevità u d-durabbiltà tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112. Għalhekk għandhom jitwettqu spezzjonijiet tekniċi perjodiċi b’mod regolari bi qbil mad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) . Dispożizzjonijiet dettaljati għall-ittestjar għandhom ikunu inklużi fl-Anness rilevanti tiegħu. [Em. 15] |
|
(11) |
Skont id-Direttiva 2007/46/KE, il-vetturi ta' serje żgħira huma esklużi mir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' impatt frontali u ta' impatt mill-ġenb. Għalhekk, dawk il-vetturi ta' serje żgħira għandhom jiġu esklużi mill-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eCall stabbiliti f’dan ir-Regolament . [Em. 16] |
|
(12) |
Il-vetturi b'għan speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eCall stipulati f'dan ir-Regolament, sakemm l-awtoritajiet għall-approvazzjoni tat-tip iqisu, fuq bażi ta' każ b'każ, li l-vettura ma tistax tissodisfa dawk ir-rekwiżiti minħabba l-għan speċjali tagħha. [Em. 17] |
|
(13) |
Skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u li jinsabu fid-'Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien tad-data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall', adottat fis-26 ta' Settembru 2006, kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jikkonforma mar-regoli ta' protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u d-Direttiva id - Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Kull ipproċessar ta’ dejta permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu għalhekk jitwettaq f'konformità ma' dawn id-Direttivi u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħtura mill-Istati Membri skont dawk id-Direttivi , b'mod partikolari biex jiggarantixxi li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall mmuntati fil-vetturi bbażati fuq il-112 ,, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati, mhumiex suġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti u s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattar xieraq tas-sejħiet ta' emerġenza mill-PSAPs, u li l-ebda dejta personali ma tiġi maħżuna wara dan. Ladarba jingħata l-kunsens mingħand is-suġġett tad-dejta jew isir kuntratt bejn iż-żewġ partijiet, jistgħu japplikaw kundizzjonijiet oħra jekk tkun installata sistema ta' sejħiet ta' emerġenza oħra fil-vettura flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, iżda din għandha dejjem tkun konformi ma' dawk id-Direttivi. [Em. 18]. |
|
(13a) |
Dan ir-Regolament iqis ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 stabbilit mid-Direttiva 95/46/KE fid-“Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien ta’ data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall” tiegħu, adottat fis-26 ta' Settembru 2006 (9) . [Em. 19 u 90] |
|
(13b) |
Huma u jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jintegraw il-forom tekniċi ta' protezzjoni tad-dejta fis-sistemi mmuntati fil-vetturi u għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-“privatezza fid-disinn”. [Em. 20] |
|
(14) |
L-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni, ETSI u CEN, żviluppaw standards komuni għall-iskjerament ta' servizz ta' eCall pan-Ewropew, li għandu japplika għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, peress li se jiffaċilita l-evoluzzjoni teknoloġika tas-servizz ta' eCall immuntat fil-vettura, jiżgura l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz madwar l-UE kollha u jnaqqas l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għall-Unjoni kollha. |
|
(15) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istandards rilevanti, l-ittestjar, il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza u l-eżenzjonijiet għal ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, b'mod partikolari billi tikkonsulta l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 . Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 21] |
|
(16) |
Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-istudji u t-testijiet neċessarji taħt kundizzjonijiet differenti, skont kif meħtieġ, u b’hekk jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tkun affidabbli kompletament . [Em. 22] |
|
(17) |
Dan ir-Regolament huwa Regolament ġdid separat fil-kuntest tal-proċedura tal-KE dwar l-apporovazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk, l-Annessi I, III, IV u IX ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(18) |
Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ksib tas-suq intern permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni għal vetturi ġodda tat-tip approvat mgħammra bis-sistema eCall mmuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 , ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri imma jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala tiegħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 .
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 kif iddefiniti fil-punti 1.1.1. u 1.2.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-vetturi ta' serje żgħira. [Em. 23]
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 (10) , għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [Em. 24]
|
(1) |
'sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ' tfisser sistema ta’ emerġenza, li tinkludi tagħmir immuntat fil-vettura u l-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġjaw u jwettqu t-trażmissjoni ta’ eCall, li hija attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali li , permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, li twassal tibgħat sinjali biex tippermetti t-trażmissjoni ta' sett minimu standardizzat ta' dejta u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika adatt ; [Em. 25. Din l-emenda tapplika matul it-test kollu] |
|
(2) |
“sistema mmuntata fil-vettura” tfisser it-tagħmir immuntat fil-vettura flimkien mal-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġaw u jaffettwaw it-trażmissjoni ta' eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili li jipprovdi rabta bejn il-vettura u mezz li jimplimenta s-servizz ta' eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili. [Em. 26 u 80] |
|
(2a) |
“eCall” tfisser sejħa ta’ emerġenza fuq in-numru 112 mill-vettura li ssir permezztas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112; [Em. 27] |
|
(2b) |
“ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika”jew “PSAP” tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta’ emerġenza jaslu l-ewwel taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat; [Em. 28] |
|
(2c) |
“sett minimu ta’ dejta”jew “MSD” tfisser l-informazzjoni ddefinita bl-istandard tat-“Telematika tat-trasport u t-traffiku bit-triq — eSafety — Sett minimu ta’ dejta (MSD) għall-eCall” (EN 15722) li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall; [Em. 29] |
|
(2d) |
“tagħmir immuntat fil-vettura”tfisser tagħmir immuntat b’mod fiss fil-vettura li jipprovdi jew għandu aċċess għad-dejta meħtieġa għas-sett minimu ta’ dejta (MSD) biex issir it-tranżazzjoni tal-eCall permezz ta’ netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili; [Em. 30] |
|
(2e) |
“netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili” tfisser netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili disponibbli għall-pubbliku f’konformità mad-Direttivi 2002/21/KE (11) u 2002/22/KE (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; [Em. 31] |
Artikolu 4
Obbligi ġenerali tal-Manifatturi
Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata u inkorporata fil-vettura bbażata fuq il-112 , f'konformità mar-Regolament u l-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. [Em. 32]
Artikolu 5
Obbligi speċifiċi tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li tipi l-ġodda kollha ta' vetturi huma mmanifatturati u approvati f'konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fl-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament.
2. Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li f'każ ta' aċċident gravi, li jkun individwat bl-attivazzjoni ta’ senser u/jew proċessur wieħed jew aktar fil-vettura, li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jagħtu bidu b'mod awtomatiku għal eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112. [Em. 33]
Il-manifatturi għandhom juru li l- t-tipi l-ġodda ta’ vetturi l-ġodda huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 jista' jsir ukoll b'mod manwali. [Em. 34]
2a. Il-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-vettura li juża sistema oħra ta’ sejħa ta’ emerġenza installata fil-vettura u li tipprovdi servizz simili, flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112. F’dak il-każ, is-sistema l-oħra ta' sejħiet ta' emerġenza għandha tkun konformi mal-istandard EN 16102 “Sistemi ta' trasport intelliġenti – eCall – Rekwiżiti tal-operat għal appoġġ minn parti terza”, u l-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm sistema waħda biss attiva f'ħin wieħed u li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tibda taħdem awtomatikament fil-każ li s-sistema l-oħra ta' sejħiet ta' emerġenza ma tkunx qed taħdem. [Em. 35]
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi mmuntati eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq il-112 huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita li jinkludu , b’mod partikolari s-sistemi Galileo u EGNOS. [Em. 36]
4. Dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati biss għandhom jiġu aċċettati għall-għanijiet għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip. [Em. 37]
5. Is-sistemi ta' eCall immuntati u inkorporati fil-vettura bbażati fuq il-112 fil-vetturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u mar-Regolament Nru 10 tal-NU/KEE (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) (14).
5a. Il-manifatturi għandhom juru li, fl-eventwalità ta’ falliment kritiku tas-sistema li jirriżulta fl-inabbiltà li ssir sejħa tal-emerġenza waqt jew wara eżami mill-persuna nnifisha, tingħata twissija lill-okkupanti tal-vettura. [Em. 38]
6. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni mill-inqas għall-għanijiet għal finijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni. [Em. 39]
7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi eCall mmuntati fil-vetturi u li jemendaw id-Direttiva 2007/46/KE skont dan immuntati fil-vettura bbażati fuq il-112 . [Em. 40]
Ir-rekwiżiti tekniċi u t-testijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u j kunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 2a, 3, 4 u 6 u fuq l-istandards disponibbli relatati mal-eCall u r-Regolamenti UNECE, li ġejjin, kif meħtieġ , inklużi :[Em. 41]
|
(a) |
EN 16072 'Sistemi ta' trasport intelliġenti – ESafety – Rekwiżiti ta' eCall operattiv pan-Ewropew'; |
|
(b) |
EN 16062 'Sistemi ta' trasport intelliġenti – ESafety – Rekwiżiti ta' applikazzjoni ta' livell għoli għall-eCall (HLAP)'; |
|
(c) |
EN 16454 'Sistemi ta' trasport intelliġenti – eSafety – – ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-eCall', fir-rigward tal-konformità tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 mal-eCall pan-Ewropew; |
|
(ca) |
EN 15722 'Sistemi ta' trasport intelliġenti – eSafety – sett minimu ta' dejta għall-eCall (MSD)'; [Em. 42] |
|
(d) |
kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali jew Regolament tal-NU/KEE li huwa relatat mas-sistemi eCall. [Em. 43] |
Artikolu 6
Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta
-1a. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali previsti f'dawk id-Direttivi. [Em. 44]
1 F'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, i I l-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mgħammra bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ma jistgħux jiġu traċċati u mhumiex suġġetti għal kwalunkwe detezzjoni kostanti meta jkunu fl-istatus ta' operat normali ta’ qabel l-emerġenza tagħhom relatat mal-eCall. [Em. 45]
It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell mixtieq ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema.]
2. Is-sett minimu ta' dejta L-MSD mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu jikkonsisti f’mhux aktar mill-informazzjoni mitluba mill-istandard imsemmi fil-punt 2c tal-Artikolu 3. L-MSD m’għandux ikun ipproċessat għal żmien itwal minn kemm ikun meħtieġ għall-finijiet li jkun ġie pproċessat, u m’għandux jinħażen għal żmien itwal minn kemm ikun meħtieġ jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq. L-MSD għandu jkun maħżun b'tali mod li jkun jista' jitħassar għalkollox. [Em. 46]
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jiġu provduti b'informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-eżistenza ta' sistema pubblika tal-eCall mingħajr ħlas, ibbażata fuq il-112, u l-ipproċessar tad-dejta li titwettaq jitwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, bbażata fuq il-112 , b'mod partikolari dwar: [Em. 47]
|
(a) |
ir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar; |
|
(b) |
il-fatt li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tiġi attivata b'mod awtomatiku; |
|
(c) |
il-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta li jitwettaq bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ; |
|
(d) |
l-għan speċifiku tal-ipproċessar tal-eCall, li għandu jkun limitat għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ; [Em. 48] |
|
(e) |
it-tipi ta' dejta miġbura u pproċessati u r-riċevituri ta' dik id-dejta; |
|
(f) |
il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-dejta fis-sistema mmuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ; [Em. 49] |
|
(g) |
il-fatt li ma hemm l-ebda detezzjoni kostanti tal-vettura meta jinqabeż il-ġbir tal-ammont minimu ta' dejta meħtieġ biex is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tiddetermina u tittrażmetti l-lok u d-direzzjoni tal-vjaġġ tal-vettura meta jkun qed jiġi rrapportat inċident kif ukoll il-fatt li kwalunkwe dejta ta' detezzjoni tinħażen fl-apparat sakemm dan ikun strettament neċessarju għal dak l-iskop ; [Em. 50] |
|
(h) |
il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' dawk interessati; |
|
(ha) |
il-fatt li d-dejta miġbura mill-PSAPs permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 m'għandhiex tiġi ttrasferita lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens attiv minn qabel tas-suġġett tad-dejta; [Em. 51] |
|
(i) |
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward it-traċċabbiltà, id-detezzjoni u l-ipproċessar ta' dejta personali b'rabta mal-forniment ta' servizz privat ta' eCall u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud , li għandhom ikunu suġġetti għall-kunsens espliċitu tal-utent u b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u s-sistemi ta' eCalls privati jew servizzi oħra ta’ valur miżjud. [Em. 52] |
3a. Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika li tkun mgħoddija flimkien mal-vettura. [Em. 53]
3b. Sabiex tiġi evitata konfuzjoni fir-rigward tal-finijiet u l-valur miżjud tal-ipproċessar, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tingħata lill-utent b'mod separat għas-sistema eCall ibbażata fuq il-112 u għas-sistemi eCall oħrajn qabel tintuża s-sistema. [Em. 54]
3c. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u sistemi ta' sejħiet ta' emerġenza oħra installati jew li jipprovdu servizzi b'valur miżjud ikunu mfassla b’tali mod li ma jkun jista’ jsir l-ebda skambju ta' dejta personali bejniethom. In-nuqqas ta' użu ta' sistema oħra jew ta' sistema b'valur miżjud jew ir-rifjut tas-suġġett tad-dejta li jagħti l-kunsens biex isir l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu jew tagħha għal servizz privat m'għandux joħloq effetti negattivi fuq l-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u/jew l-utent tal-eCall. [Em. 55]
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li għandu jiddefinixxi jiddefinixxu aktar ir-rekwiżit tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u ta' detezzjoni u t-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-eCall, b'mod partikolari l-miżuri ta' sigurtà li l-fornituri tas-servizzi tal-eCall għandhom jadottaw sabiex jiżguraw l-ipproċessar tad-dejta skont il-liġi u jevitaw aċċess mhux awtorizzat, żvelar, tibdil jew telf tad-dejta personali pproċessata, kif ukoll il-modalitajiet tal-ipproċessar ta' dejta privata u tal-informazzjoni tal-utent imsemmija fil-paragrafu 3. [Em. 56]
Artikolu 7
Obbligi tal-Istati Membri
B'effett mill-1 ta' Ottubru 2015 minn … (*1), l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 lit-tipi ta' vetturi ġodda li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mal-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. [Em. 57]
Artikolu 7a
Spezzjonijiet tekniċi perjodiċi
Ir-rekwiżiti għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi li jirrigwardaw is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandhom ikunu regolati mid-Direttiva 2014/45/UE. [Em. 58]
Artikolu 8
Eżenzjonijiet
1. Il-Kummissjoni tista' teżenta ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi sistema eCall immuntati fil-vetturi stipulati immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 stipulat fl-Artikolu 4, jekk wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju u analiżi teknika mwettqa jew meħtieġa mill-Kummissjoni, u wara li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi turi li ikun jidher li l-installazzjoni tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ma tkunx indispensabbli biex titjieb aktar is-sikurezza stradali, minħabba l-fatt li l-klassi xierqa għall-vettura jew għall-klassi ta' vetturi kkonċernati. kkonċernata tkun maħsuba primarjament għall-użu off-road jew għax ma jkollhiex mekkaniżmu xieraq li jagħti l-bidu għal eCall . Dawk l-eżenzjonijiet se jkunu limitati fin-numru . [Em. 59]
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistipula l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-eżenzjonijiet għandhom ikopru vetturi bħal vetturi b'għan speċjali u vetturi mingħajr airbags u għandhom ikunu limitati fin-numru. [Em. 60]
Artikolu 9
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7), fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 8(2) għandha tiġi konferita hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn […](Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ) ħames snin minn … (*2) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu . [Em. 61]
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat delegat adottat skont l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 62]
Artikolu 10
Penalitajiet għal nuqqas ta' konformità
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għan-nuqqas ta' konformità mill-manifatturi għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati korrispondenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi , b’mod partikolari fejn ma jkunx hemm konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom. [Em. 63]
2. It-tip ta' nuqqas ta' konformità li hija suġġetta għal penali għandha tinkludi minn tal-inqas dan li ġej:
|
(a) |
dikjarazzjoni falza matul il-proċedura ta’ approvazzjoni jew il-proċedura li twassal għal sejħa lura; |
|
(b) |
falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip; |
|
(c) |
iż-żamma ta' dejta jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal sejħa lura jew għal irtirar tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(ca) |
ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6. [Em. 64] |
Artikolu 10a
Rappurtar u rieżami
1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta’ tlestija tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u tal-PSAP meħtieġa għall-eCall fl-Istati Membri. Jekk joħroġ ċar mir-rapport li l-infrastruttura tal-eCall mhijiex se tkun operattiva qabel id-data msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni adegwata.
2. Sal-1 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta’ evalwazzjoni biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisbiet tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, inkluża r-rata ta’ penetrazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għandux jiġi estiż għal kategoriji oħra ta’ vetturi, bħal dawk li jaħdmu b’żewġ roti, il-vetturi tqal tal-merkanzija, ix-xarabanks u l-kowċis, u t-tratturi agrikoli. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva f’dan is-sens.
3. Mill-aktar fis possibbli u, ikun x’ikun, mhux aktar tard minn … (*3) , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, wara konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti, u valutazzjoni tal-impatt, dwar ir-rekwiżiti tekniċi għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sigura u b'aċċess miftuħ. Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva f'dak is-sens. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun ibbażata fuq l-istandards għal dik il-pjattaforma, malli dawn ikunu disponibbli. [Em. 65]
Artikolu 11
Emendi tad-Direttiva 2007/46/KE
L-Annessi I, III, IV, VI u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 9 u 10a għandhom japplikaw minn … (*4) . [Em. 66]
Għandu japplika L-Artikoli għajr dawk imsemmija fit-tieni paragrafu għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2015. [Em. 67]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(3) Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta' Qafas (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(4) COM (2009) 434 final.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1 .).
(6) Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51)).
(7) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data ( ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(8) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(9) 01609/06/FR – WP 125.
(10) ĠU L 91, 03.04.2013, p. 1.
(11) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(12) Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
(13) Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10).
(14) Ir-Regolament Nru 10 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 254, 20.9.2012, p. 1).
(*1) Id-data msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 12.
(*2) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament .
(*3) Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(*4) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS
Emendi tad-Direttiva 2007/46/KE
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, qed jiżdiedu l-puntili ġejjin:
|
|
(2) |
Fl-Anness III, Il-Parti I, Taqsima A, qed jiżdiedu l-puntili ġejjin:
|
|
(3) |
Il-Parti 1 tal-Anness IV hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
Fl-Appendiċi tal-Mudell A tal-Anness VI, qed jiżdied fit-tabella l-punt li ġej:
|
|
(5) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Appendiċi 1 tal-Anness XI, qed jiżdied fit-tabella l-punt 71. li ġej:
|
[Em. 68]
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/581 |
P7_TA(2014)0155
Medjazzjoni fl-assigurazzjoni ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0360 – C7-0180/2012 – 2012/0175(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
(2017/C 285/60)
[Emenda Nru 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)
għall-proposta tal-Kummissjoni
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0085/2014).
(*1) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
DIRETTIVA 2014/…/UE
TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni
((tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru għadd ta' emendi fid-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew (1). Għalhekk huwa propost li d-Direttiva msemmija għandha tiġi riformulata. |
|
(2) |
Billi l-objettiv ewlieni u s-suġġett ta’ din il-proposta huwa li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-oqsma msemmija, il-proposta għandha tissejjes fuq l-Artikoli 53(1) u 62 tat-TFUE. Il-forma ta’ Direttiva hija xierqa, sabiex tippermetti li d-dispożizzjonijiet implimentattivi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, fejn meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu aġġustati għal kwalunkwe sitwazzjoni speċifika li jkun hemm fis-suq u għas-sistema legali partikulari ta’ kull Stat Membru. Din id-Direttiva għandu jkollha fil-mira wkoll il-koordinazzjoni tar-regoli nazzjonali li jikkonċernaw l-aċċess għall-attività tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni, ▐ u għaldaqstant, din id-Direttiva tissejjes fuq l-Artikolu 53(1) TFUE. Barra minn hekk, billi dan huwa settur li joffri servizzi mal-Unjoni kollha, din id-Direttiva tissejjes ukoll fuq l-Artikolu 62 TFUE. |
|
(3) |
L-intermedjarji tal- assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom rwol ċentrali fid-distribuzzjoni ta' prodotti ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fl-Unjoni . |
|
(4) |
Tipi differenti ta' persuni jew istituzzjonijiet, bħal aġenti, sensara u operaturi ta' bankassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni, aġenti tal-ivvjaġġar u kumpaniji tal-kiri ta’ karozzi, jistgħu jqassmu prodotti ta' assigurazzjoni.▐ |
|
(4a) |
Sabiex ikun garantit li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur jista’ jibbenefika minn standards komparabbli, huwa essenzjali li din id-Direttiva tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b'termini ugwali bejn l-intermedjarji, kemm jekk huma marbuta ma’ impriża tal-assigurazzjoni u kemm jekk le. Ikun hemm benefiċċju għall-konsumaturi jekk ikun hemm medjazzjoni fi prodotti tal-assigurazzjoni permezz ta’ diversi kanali u intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni sakemm dawn il-kanali u l-intermedjarji jkollhom japplikaw l-istess regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Huwa importanti li dawn l-aspetti jitqiesu mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
|
(5) |
L-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/92/KE wriet li għadd ta’ dispożizzjonijiet jeħtieġu jiġu ppreċiżati iktar, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni; l-applikazzjoni tal-istess Direttiva wriet ukoll li l-protezzjoni tal-konsumaturi teħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jitwessa’ biex jinkludi kull bejgħ ta’ prodotti tal-assigurazzjoni bħala attività professjonali ewlenija , ikunx minn intermedjarji tal-assigurazzjoni jew minn impriżi tal-assigurazzjoni. Fejn jidħlu l-bejgħ, is-servizzi ta' wara l-bejgħ u l-proċessi tal-pretensjonijiet, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jbigħu l-prodotti tal-assigurazzjoni direttament għandhom jinġiebu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida, b'mod simili, bħala aġenti tal-assigurazzjoni u sensara. |
|
▐ |
|
|
(8) |
Għad hemm differenzi sostanzjali bejn dispożizzjonijiet nazzjonali li joħolqu ostakoli għall-bidu u l-insegwiment tal-attivitajiet ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-suq intern. Teżisti l-ħtieġa li jissaħħaħ ulterjorment is-suq intern u li jinħoloq suq intern Ewropew reali għall-prodotti u s-servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u dawk mhux dwar il-ħajja. |
|
(9) |
It-taqlib finanzjarju riċenti u li għadu għaddej issottolinja l-ħtieġa importanti li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-konsumaturi ma' kull settur finanzjarju. Għaldaqstant, huwa xieraq li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi, kif ukoll li t-trattament regolatorju tad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment jinġieb iktar uniformi, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi għandu jkun miżjud skont id-Direttiva 2002/92/KE sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal miżuri nazzjonali li jvarjaw. Huwa importanti li titqies in-natura speċifika tal-kuntratti tal-assigurazzjoni meta mqabbel mal-prodotti ta' investiment irregolati skont id-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [MiFID] (2) . Id-distribuzzjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, inkluż l-hekk imsejħa prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni, għalhekk għandhom ikunu rregolati taħt din id-Direttiva u jkunu allinjati mad-Direttiva 2014/…/UE [MiFID]. Jeħtieġ li jogħlew l-istandards minimi fir-rigward tar-regoli tad-distribuzzjoni u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet indaqs li huma applikabbli għall-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni ppakkjati kollha. Il-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumaturi għandhom ikunu aktar għoljin għal konsumaturi “mhux professjonali” milli għall-konsumaturi “ professjonali”. |
|
(10) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li l-attività tagħhom tikkonsisti fil-forniment ta' servizzi ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil partijiet terzi bi ħlas, li jista' jkun pekjunjarju jew jieħu forma oħra ta' benefiċċju ekonomiku miftiehem marbut mal-prestazzjoni tal-kuntratt. |
|
(11) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li l-attività tagħhom tikkonsisti fl-għoti ta' tagħrif dwar kuntratt wieħed jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bi tweġiba għal kriterji magħżula mill-konsumaturi, ikunx permezz ta’ websajt jew b'mezz ieħor, jew fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew ta’ skont fuq il-prezz ta’ kuntratt, fejn il-konsumatur huwa kapaċi jikkonkludi direttament kuntratt tal-assigurazzjoni fi tmiem il-proċess; ma għandhiex tapplika għas-sempliċi introduzzjoni ta’ attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ dejta u tagħrif dwar detenturi potenzjali ta’ poloz lil intermedjarji jew impriżi ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, u lanqas ta’ tagħrif dwar prodotti ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew dwar intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, lil detenturi potenzjali ta’ poloz. |
|
(12) |
Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal persuni b'attività professjonali oħra, bħal esperti tat-taxxa jew kontabilisti, li jipprovdu konsulenza dwar il-kopertura ta' asigurazzjoni fuq bażi inċidentali matul dik l-attività l-oħra professjonali, lanqas ma għandha tapplika sempliċement għall-forniment ta' informazzjoni ta' natura ġenerali dwar prodotti ta' assigurazzjoni, sakemm l-għan ta' dik l-attività ma jkunx li jgħin lill-konsumatur jikkonkludi jew iwettaq kuntratt ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. Din m'għandhiex tapplika għall-ġestjoni professjonali ta' pretensjonijiet f'isem impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, u lanqas għall-aġġustament tat-telf jew il-valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet. |
|
(13) |
Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal persuni li jipprattikaw medjazzjoni fl-assigurazzjoni bħala attività anċillari taħt ċerti restrizzjonijiet fir-rigward tal-polza, b'mod partikulari l-għarfien meħtieġ biex wieħed ikun jista' jbigħha, ir-riskji koperti u l-ammont tal-primjum. |
|
(14) |
Din id-Direttiva tiddefinixxi “intermedjarju marbut ta' assigurazzjoni” biex iqis il- karatteristiċi tas-swieq ta' ċerti Stati Membri, u biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għal dawk l-intermedjarji. |
|
(15) |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li huma persuni naturali għandhom ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza tagħhom; dawk li huma persuni ġuridiċi għandhom ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom (jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħhom m'għandhomx uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju ewlieni tagħhom), sakemm jikkonformaw ma' rekwiżiti stretti professjonali b'rabta mal-kompetenza, reputazzjoni tajba, kopertura ta' indemnità professjonali u kapaċità finanzjarja tagħhom. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li diġà huma reġistrati fl-Istati Membri mhumiex rikjesti li jerġgħu jirreġistraw taħt din id-Direttiva. |
|
(16) |
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom ikunu jistgħu igawdu mil-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi li huma mnaqqxa fit-TFUE. Skont dan, ir-reġistrazzjoni jew id-dikjarazzjoni mal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għandha tippermetti lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li joperaw fi Stati Membri oħra, skont il-prinċipji tal-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm tkun ġiet segwita proċedura adattata ta' notifikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
|
▌ |
|
|
(18) |
Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (''AEAPX'') stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tistabbilixxi, tippubblika u taġġorna bażi tad-dejta elettronika waħdanija, li żżomm rekord ta’ kull intermedjarju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkun innotifika l-intenzjoni li jeżerċita l-libertà ta' stabbiliment tiegħu, jew il-libertà li jipprovdi servizzi. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif relevanti lill-AEAPX mingħajr dewmien. Din il-bażi tad-dejta għandha turi ħolqa lejn il-websajt ta’ kull awtorità kompetenti relevanti f'kull Stat Membru. Kull awtorità kompetenti minn kull Stat Membru għandha turi, fuq il-websajt tagħha, ħolqa elettronika għall-bażi tad-dejta msemmija. |
|
(19) |
Għandhom jiġu stipulati biċ-ċar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet relattivi tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti, f'dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li jkunu rreġistrati minnhom, jew li jkomplu b'attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni fit-territorju tagħhom stess, b'eżerċizzju tad-drittijiet tal-libertà ta' stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
|
▐ |
|
|
(21) |
L-inabbiltà ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw liberament mal-Unjoni kollha tfixkel il-funzjonament xieraq tas-suq uniku tal-assigurazzjoni. Din id-Direttiva tirrappreżenta pass importanti lejn livell akbar ta’ protezzjoni tal-konsumatur u integrazzjoni tas-suq fi ħdan is-suq intern. |
|
(21a) |
Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jwettaq attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni skont it-termini tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jekk ikun iwettaq attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni għal detentur ta' polza jew detentur potenzjali ta' polza li jkun residenti jew stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-oriġini tal-intermedjarju, u kull riskju li jrid jiġi assigurat ikun jinsab fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-oriġini tal-intermedjarju. Intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jwettaq attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni skont it-termini tal-libertà ta' stabbiliment, jekk iżomm preżenza permanenti fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-oriġini tiegħu. |
|
(22) |
Huwa importanti li jiġi ggarantit livell għoli ta’ professjonaliżmu u kompetenza fost l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, kif ukoll fost l-impjegati tal-assiguraturi diretti li jkunu involuti fl-attivitajiet ta' qabel, matul u wara l-bejgħ ta' poloz tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, l-għarfien professjonali ta’ intermedjarju u tal-impjegati ta’ assiguraturi diretti, għandu jlaħħaq mal-livell ta’ kumplessità ta’ dawn l-attivitajiet. Għandu jiġi żgurat tagħlim kontinwu. Kwistjonijiet b'rabta mal-forma, is-sustanza u l-evidenza dokumentata meħtieġa għandhom jiġu rregolati mill-Istati Membri. L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ professjonali b'rabta ma' dan is-settur jew li jappartienu lil assoċjazzjoni għandhom jirċievu ċertifikazzjoni f'dak il-kuntest. |
|
(22a) |
Għal dawk l-impjegati ta’ intermedjarju li jipprovdu konsulenza dwar jew ibigħu prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni lil konsumaturi bl-imnut, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom livell adegwat ta’ għarfien u ta' kompetenza fir-rigward tal-prodotti li qed joffru. Dan huwa partikolarment importanti minħabba l-kumplessità miżjuda u l-innovazzjoni kontinwa fit-tfassil ta’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni. Ix-xiri ta’ prodott ta’ investiment fl-assigurazzjoni jimplika riskju u l-investituri jeħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni u l-kwalità tal-valutazzjonijiet mogħtija. Barra minn dan, huwa neċessarju li l-impjegati jingħataw żmien u riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-klijenti dwar il-prodotti li huma jipprovdu. |
|
(23) |
Il-koordinazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ħtiġijiet professjonali u r-reġistrazzjoni ta' persuni li jibdew u jsegwu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tista' tikkontribwixxi kemm għall-kompletezza tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji u t-tkabbir fil-valur tal-protezzjoni tal-konsumatur f'dan il-qasam. |
|
(24) |
Sabiex jittejjeb il-kummerċ transfruntier, għandhom jiddaħħlu prinċipji li jirregolaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-għarfien u l-kapaċitajiet tal-intermedjarji. |
|
(25) |
Kwalifika nazzjonali akkreditata għal-livell 3 jew aktar fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki stabbilit bir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja għandha tiġi aċċettata minn Stat Membru ospitanti u titqies bħala prova li l-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jilħaq ir-rekwiżiti tal-għarfien u tal-kapaċità li huma kundizzjoni għar-reġistrazzjoni skont din id-Direttiva. Dan il-qafas jgħin lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, lill-impjegaturi u lill-individwi jqabblu l-kwalifiki fost id-diversi sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ li hemm fl-Unjoni. Hija għodda essenzjali għall-iżvilupp ta’ suq tal-impjiegi mal-Unjoni kollha. Dan il-qafas mhuwiex maħsub biex jieħu post is-sistemi ta' kwalifiki nazzjonali, iżda biex jissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri billi jiffaċilita l-kooperazzjoni bejniethom. |
|
(26) |
Minkejja s-sistemi eżistenti ta’ passaporti uniċi għall-assiguraturi u għall-intermedjarji, is-suq Ewropew tal-assigurazzjoni jibqa' frammentat ħafna. Sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier, u sabiex tissaħħaħ it-trasparenza għall-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tar-regoli ġenerali tal-kondotta applikabbli fit-territorji tagħhom, u għandu jsir pubblikament disponibbli reġistru elettroniku uniku, b'tagħrif dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta li jkunu applikabbli għall-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni fl-Istati Membri kollha. |
|
(27) |
Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti huma essenzjali biex jipproteġu lill-konsumatur u jiżguraw il-kundizzjoni soda tan-negozju tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fis-suq uniku. |
|
(28) |
Hemm il-ħtieġa għal proċeduri adattati u effettivi ta' lment u rimedju barra mill-qorti fl-Istati Membri, sabiex jiġi solvut tilwim bejn l-intermedjarji jew l-impriżi ta' assigurazzjoni u l-konsumaturi, bl-użu, fejn xieraq, tal-proċeduri eżistenti. Għandhom ikunu disponibbli proċeduri effettivi, barra mill-qorti, ta’ lment u rimedju, sabiex jiġi ttrattat tilwim fir-rigward ta’ drittijiet u obbligi, stabbiliti skont din id-Direttiva, bejn l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew il-persuni li jbigħu jew joffru prodotti ta’ assigurazzjoni u bejn il-konsumaturi. Fil-każ tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandhom ikunu vinkolanti wkoll għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti b’rabta ma’ lmenti mressqa minn konsumaturi, din id-Direttiva għandha tipprevedi li l-impriżi tal-assigurazzjoni, jew il-persuni li jbigħu jew joffru prodotti tal-assigurazzjoni, ikunu obbligati li jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim u fid-deċiżjonijiet li fuq talba espliċita jistgħu jkunu vinkolanti għall-intermedjarju u l-konsumatur li jkunu mibdija kontrihom mill-konsumaturi, u li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi stipulati b’din id-Direttiva. Tali proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jkunu jimmiraw lejn is-soluzzjoni iktar rapida u inqas għalja tat-tilwim bejn, fuq naħa, l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew il-persuni li jbigħu jew joffru prodotti ta' assigurazzjoni, u fuq in-naħa l-oħra, il-konsumaturi, u jkunu jimmiraw ukoll li jħaffu l-piż minn fuq is-sistema tal-qorti. ▐ Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konsumaturi li jġibu l-azzjoni tagħhom quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jkunu qed jittrattaw tipi ta' tilwim minn dawk imsemmija f'din id-Direttiva jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transfruntier. L-entitajiet għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jittrattaw tali tipi ta' tilwim għandhom jitħeġġew, mill-Istati Membri, li jinkitbu bħala membri tan-Netwerk tal-Ilmenti dwar is-Servizzi Finanzjarji (FIN-NET). |
|
(29) |
Il-firxa dejjem tikber tal-attivitajiet li jwettqu ħafna intermedjarji u impriżi tal-assigurazzjoni b'mod simultanju żiedet il-potenzjal għall-kunflitti ta’ interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-konsumaturi tagħhom. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu▐ regoli li jiżguraw li jiġu indirizzati l-interessi tal-konsumaturi tagħhom. |
|
(30) |
Il-konsumaturi għandhom jingħataw tagħrif ċar minn qabel dwar l-istatus tal-persuni li jbigħu l-prodott tal-assigurazzjoni. Ta' min tiġi kkunsidrata wkoll l-introduzzjoni ta' żvelar obbligatorju tal-istatus għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u għall-impriżi tal-assigurazzjoni Ewropej. Dan it-tagħrif għandu jingħadda lill-konsumatur fl-istadju ta’ qabel l-iffirmar tal-kuntratt. L-għan ta’ dan it-tagħrif huwa li juri r-rabta bejn l-impriża tal-assigurazzjoni u l-intermedjarju (fejn relevanti)▐ . |
|
(31) |
Sabiex jittaffa l-kunflitt ta' interess bejn il-bejjiegħ u x-xerrej ta’ prodott tal-assigurazzjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat żvelar suffiċjenti tar-rimunerazzjoni tad-distributuri tal-prodotti ta’ assigurazzjoni. ▐ L-intermedjarju u l-impjegat tal-intermedjarju ta’ assigurazzjoni jew tal-impriża tal-assigurazzjoni għandhom ikunu obbligati li jinfurmaw lill-konsumatur , fuq talba, dwar in-natura u s-sors tar-rimunerazzjoni tagħhom stess, qabel ma jsir il-bejgħ u mingħajr ħlas . |
|
(32) |
Sabiex konsumatur jiġi pprovdut b'tagħrif komparabbli dwar is-servizzi pprovduti ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni, irrispettivament jekk il-konsumatur jixtrix permezz ta' intermedjarju jew direttament minn impriża tal-assigurazzjoni, u sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni billi l-impriżi tal-assigurazzjoni jkunu mħeġġa jbigħu direttament lill-konsumaturi flok permezz ta' intermedjarji biex jevitaw dawk ir-rekwiżiti ta' għoti ta' tagħrif, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu obbligati wkoll li jipprovdu, lill-konsumaturi li jittrattaw magħhom direttament, tagħrif dwar ir-rimunerazzjoni li jirċievu l-istess impriżi għall-bejgħ ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni fil-qasam tal-forniment ta’ servizz ta’ medjazzjoni. |
|
(32a) |
Fejn l-ispiża tal-ħlasijiet u l-inċentivi ma tistax tkun aċċertata qabel ma ssir il-konsulenza, allura għandu jkun żvelat il-mod tal-kalkolu b’mod komprensiv, eżatt u li jinftiehem fid-dokumenti tas-servizzi ewlenin flimkien mal-ispiża totali aggregata u l-impatt ta’ dan fuq ir-riżultati tal-konsulenza għandhom ikunu żvelati lill-klijent malajr kemm jista’ jkun wara li ssir il-konsulemza. Fejn il-konsulenza dwar l-investiment tingħata fuq bażi kontinwa, l-iżvelar tal-ispiża tal-konsulenza dwar l-investiment, inklużi l-inċentivi, għandu jsir fuq bażi perjodika u tal-anqas darba fis-sena. Ir-rapport perjodiku għandu jiżvela l-inċentivi kollha li jkunu tħallsu jew li jkunu waslu fil-perjodu preċedenti. |
|
(32b) |
Kull persuna li tbigħ prodotti tal-assigurazzjoni, li mhijiex il-manifattur tal-prodott, għandha tipprovdi lill-investitur bl-imnut, f’dokument tas-servizz ewlieni separat, id-dettalji dwar il-kostijiet u s-servizzi tagħhom skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2014/…/UE [MiFID] kif ukoll tagħrif addizzjonali rilevanti meħtieġ sabiex l-investitur bl-imnut ikun jista’ jivvaluta l-adegwatezza tal-prodott tal-assigurazzjoni għall-bżonnijiet tiegħu, li ma jistax jingħata mill-manifattur tal-prodott ta’ investiment. |
|
(32c) |
Ikun hemm benefiċċju għall-konsumaturi jekk il-prodotti tal-assigurazzjoni jinbigħu permezz ta’ diversi kanali u intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni, sakemm dawn ikollhom japplikaw l-istess regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi u t-trasparenza. |
|
(33) |
Billi din il-proposta timmira li ssaħħaħ il-ħarsien tal-konsumaturi, uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli biss għal relazzjonijiet “min-negozju għall-konsumatur” (B2C), speċjalment dawk li jirregolaw ir-regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ta' bejjiegħa oħra ta' prodotti tal-assigurazzjoni. |
|
▐ |
|
|
(34a) |
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-politiki ta’ rimunerazzjoni ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u ta' impriżi ta’ assigurazzjoni b’rabta mal-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jxekklux l-abilità li tittieħed azzjoni fl-aħjar interessi tal-konsumaturi. Għal dawk l-impjegati li jipprovdu konsulenza dwar jew li jbigħu prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni jiżguraw li r-rimunerazzjoni tagħhom mid-ditta ma taffettwax l-imparzjalità tal-impjegati biex jagħmlu rakkomandazzjoni xierqa jew bejgħ adegwat, jew jippreżentaw tagħrif f’format li huwa ġust, ċar u li mhux qarrieqi. Ir-rimunerazzjoni f’tali sitwazzjonijiet m'għandhiex tiddependi biss fuq il-miri ta’ bejgħ jew il-profitt għad-ditta minn prodott speċifiku. |
|
(35) |
Huwa importanti li l-konsumatur ikun jaf jekk hux qed jittratta ma' intermedjarju li qed jagħti parir lill-konsumatur fuq prodotti minn firxa wiesgħa ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew fuq prodotti pprovduti minn numru speċifiku ta' impriżi tal-assigurazzjoni. |
|
(36) |
Minħabba d-dipendenza dejjem tikber tal-konsumaturi fuq ir-rakkomandazzjonijiet personali, jixraq li tiġi inkluża definizzjoni tal-konsulenza. Il-kwalità tal-konsulenza hija kruċjali u kull parir għandu jirrifletti l-karatteristiċi personali tal-konsumatur. Qabel ma tingħata konsulenza, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jivverifikaw il-ħtiġijiet, l-aspettattivi u l-qagħda finanzjarja tal-konsumatur. Jekk l-intermedjarju jiddikjara li jkun qed jagħti parir fuq prodotti minn firxa wiesgħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, għandu jwettaq analiżi ġusta u b’firxa wiesgħa ta’ għadd suffiċjentement kbir ta’ prodotti tal-assigurazzjoni disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, l-intermedjarji kollha tal-assigurazzjoni u l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni għandhom jispjegaw ir-raġunijiet li jsostnu l-parir tagħhom u jirrakkomandaw prodotti tal-assigurazzjoni xierqa skont il-preferenzi, il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur . |
|
(37) |
Qabel ma jiġi ffirmat kuntratt, inkluż fil-każ ta’ bejgħ li jsir mingħajr konsulenza, il-konsumatur għandu jingħata t-tagħrif relevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, sabiex il-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjoni infurmata. L-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jispjega lill-konsumatur l-elementi ewlenin tal-prodotti tal-assigurazzjoni li jbigħ u għalhekk il-persunal tiegħu għandu jingħata riżorsi u żmien xierqa biex jagħmel dan . |
|
(38) |
Għandhom jiġu stipulati regoli uniformi biex jiffaċilitaw l-għażla tal-mezz li bih jiġi pprovdut ▐ tagħrif mandatorju lill-konsumatur, bl-użu permess ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fejn xieraq fir-rigward taċ-ċirkustanzi tat-tranżazzjoni. Madankollu, il-konsumatur għandha tingħatalu l-għażla li jirċievi t-tagħrif fuq il-karta. Fl-interess tal-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni, kull tagħrif ta’ qabel l-iffirmar tal-kuntratt għandu jkun aċċessibbli mingħajr ħlas. |
|
(39) |
Hemm anqas ħtieġa li jiġi rikjest li jingħata tali tagħrif meta l-konsumatur ikun qed ifittex kopertura ta' riassigurazzjoni jew assigurazzjoni għal riskji kummerċjali u industrijali, jew ikun konsumatur professjonali▐. |
|
(40) |
Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi minimi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandu jkollhom fl-għoti ta' tagħrif lill-konsumaturi. Stat Membru għandu jkun kapaċi, f'dan il-qasam, li jżomm jew jadotta dispożizzjonijiet aktar stretti li jistgħu jiġu imposti fuq intermedjarji tal-assigurazzjoni u fuq impriżi tal-assigurazzjoni indipendentement mid-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom fejn ikunu qed iwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni fit-territorju tagħhom, sakemm tali dispożizzjonijiet aktar stretti jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Stat Membru li jipproponi li japplika, u li fil-fatt japplika, dispożizzjonijiet li jirregolaw lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti ta’ assigurazzjoni apparti dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f'din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet jibqa' limitat . |
|
(41) |
Il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat huma strateġija komuni u xierqa għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji bl-imnut madwar l-Unjoni. ▐ |
|
(41a) |
Fejn assigurazzjoni tiġi offruta flimkien ma' servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett, din tkun suġġetta għad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) . Din id-Direttiva tipprovdi wkoll sett ta' salvagwardji għall-konsumaturi li jixtru assigurazzjoni bħala parti minn pakkett. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jadottaw jew iżommu miżuri addizzjonali biex jindirizzaw il-prattiki ta' bejgħ transfruntier li huma ta' detriment għall-konsumaturi. |
|
(42) |
Il-kuntratti tal-assigurazzjoni li jinvolvu investimenti ta’ sikwit isiru disponibbli għall-konsumaturi bħala alternattivi jew sostituti potenzjali għall-prodotti ta’ investiment soġġetti għad-Direttiva 2014/…/UE [MiFID]. Sabiex jingħata ħarsien konsistenti tal-investituri, u sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-arbitraġġ regolatorju, huwa importanti li l-prodotti ta’ investiment bl-imnut (prodotti tal-investimenti tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fir-Regolament dwar dokumenti ewlenin ta’ informazzjoni għall-prodotti ta’ investiment) ikunu soġġetti għall-istess standards ta’ kondotta tal-operazzjonijiet: dawn jinkludu l-għoti ta’ tagħrif xieraq, rekwiżiti għall-adegwatezza tal-konsulenza, restrizzjonijiet fuq l-inċentivi, kif ukoll rekwiżiti għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimunerazzjoni . L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ('AETS') stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) għandhom jaħdmu id f'id biex jiksbu kemm jista' jkun konsistenza fl-istandards ta’ kondotta tal-operazzjonijiet tagħhom, għall-prodotti ta' investiment bl-imnut li jkunu soġġetti jew għad-Direttiva 2014/…/UE [MiFID] jew għal din id-Direttiva, permezz ta' linji gwida. Il-punti speċifiċi ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandhom madankollu jitqiesu f’dawn il-linji gwida. Barra minn hekk, skont il-prinċipju analogu fid-Direttiva 2014/…/UE [MIFID], għandu jiġi kkunsidrat reġim analogu għall-impriżi tal-assigurazzjoni meta tiġi implimentata d-Direttiva fil-livell nazzjonali u fil-linji gwida tal-kumitat konġunt. Għall-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni, għandu jkun hemm kondotta mtejba tal-istandards kummerċjali li jissostitwixxu l-istandards ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-kuntratti ġenerali tal-assigurazzjoni▐. B’hekk, persuni li jwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni b’rabta ma’ prodotti tal-investiment fl-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards ▐ imsaħħa applikabbli għal tali prodotti. |
|
(42a) |
Il-Parlament Ewropew se jfittex li jiżgura l-allinjament ta' din id-Direttiva mad-Direttiva 2014/…/UE [MIFID II] fin-negozjati tiegħu mal-Kunsill. [Em. 5]. |
|
(42b) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dwar il-bidu u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni, minn persuni naturali jew ġuridiċi li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li jixtiequ jkunu stabbiliti fih. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta' strumenti oħra tal-Unjoni li huma differenti jew supplimentari għal dawn ir-regoli m'għandhomx japplikaw għall-attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni. |
|
(43) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva min-naħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u persuni li jwettqu l-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-istess impriżi u persuni jkunu soġġetti għal trattament indaqs mal-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprovdu penali u miżuri amministrattivi oħra li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Saret reviżjoni tas-setgħat eżistenti u tal-applikazzjoni prattika tagħhom, bil-għan li tinġieb 'il quddiem il-konverġenza tal-penali u tal-miżuri oħrajn fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 dwar rinfurzar tar-reġimi tal-penali fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, penali u miżuri amministrattivi oħra mressqa mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali b’rabta ma’ destinatarji, kriterji li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni ta’ penali jew miżura oħra, pubblikazzjoni u setgħat ewlenin ▐ għall-impożizzjoni ta' penali. |
|
(44) |
B'mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat li jimponu penali pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-benefiċċji mistennija, u biex ikunu dissważivi anki għall-istituzzjonijiet il-kbar u l-mexxejja tagħhom. |
|
(45) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-penali fl-Istati Membri kollha, meta jiġi ddeterminat it-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-penali amministrattivi pekunarji, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi kollha relevanti. Madankollu l-Istati Membri mhumiex obligati li jipprevedu penali amministrattivi meta l-liġi nazzjonali tipprevedi penali fis-sistema ta’ ġustizzja kriminali. |
|
(46) |
Sabiex jissaħħaħ l-effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, u sabiex tixxandar informazzjoni dwar ksur ta' regoli li jista' jolqot ħażin il-ħarsien tal-konsumaturi, il-penali u l-miżuri li jiġu imposti għandhom ikunu ppubblikati, għajr f'ċerti ċirkustanzi ddefiniti sew. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-penali u miżuri oħrajn li jiġu imposti għandhom jiġu ppubblikati b'mod anonimu fejn il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. |
|
(47) |
Sabiex jinqabdu l-każijiet potenzjali ta’ ksur, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar tal-ksur potenzjali jew li tabilħaqq isir , li jipprovdu ħarsien xieraq għal dawk li jirrappurtaw tali ksur . Madankollu, din id-Direttiva ma timplikax li l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet amministrattivi biex iwettqu investigazzjonijiet kriminali. |
|
(48) |
Din id-Direttiva għandha tirreferi kemm għal penali kif ukoll għal miżuri amministrattivi oħrajn, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom bħala penali jew miżura oħra skont il-liġi nazzjonali. |
|
(49) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri f'dak li jirrigwarda r-reati kriminali. |
|
(49a) |
L-informaturi dwar prattiċi ħżiena (“whistleblowers”) iressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom jidentifikaw u jippenalizzaw każijiet ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Madankollu, l-iżvelar jista’ jiġi skoraġġit minħabba biża’ ta’ ritaljazzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ proċeduri adegwati għar-rappurtar ta’ ksur. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiżgura li jkunu fis-seħħ arranġamenti adegwati sabiex l-iżvelaturi jkunu mħeġġa javżaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ din id-Direttiva u biex ikollhom protezzjoni minn ritaljazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi tal-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena li jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta’ persuna rappurtata, b’mod partikulari rigward id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u proċeduri biex jiżguraw id-drittijiet tad-difiża tal-persuna rappurtata u d-dritt ta' smigħ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lil din il-persuna kif ukoll id-dritt għal tiftix ta’ rimedju effettiv quddiem qorti kontra deċiżjoni li tikkonċerna lil din il-persuna. |
|
(50) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; u l-obbligi ta' kondotta tal-operazzjonijiet b'rabta ma' pakketti ta' prodotti ta' investiment bl-imnut fl-assigurazzjoni, kif ukoll b'rabta ma' proċeduri u formoli għat-tressiq ta’ tagħrif dwar il-penali. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Meta tasal biex tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u f’waqtha tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(51) |
L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u ħarsien xieraq tal-konsumaturi mal-Unjoni kollha. Bħala entità b’kompetenza esperta mill-iktar speċjalizzata, li madankollu għandha kapaċitajiet limitati, l-AEAPX tista' tkun fdata biss bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta' proposti li ma jeħtieġux għażliet ta’ politika, sabiex jitressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. |
|
(52) |
Permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE, u skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 […], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati kif inhu stipulat f'din id-Direttiva dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, dwar l-obbligi tal-kondotta tal-operazzjonijiet b'rabta mal-pakketti ta' prodotti ta' investiment bl-imnut, kif ukoll mal-implimentazzjoni ta' standards tekniċi u dwar il-proċeduri u l-forom għat-tressiq ta' informazzjoni dwar il-penali. Dawn l-atti ddelegati u standards tekniċi u implimentattivi għandhom jiġu abbozzati mill-AEAPX. |
|
(53) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] (8) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] (9) għandhom jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-AEAPX fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. |
|
(54) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif inhi mnaqqxa fit-Trattat. |
|
(55) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (10), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis ġustifikata t-trażmissjoni ta' tali dokumenti. |
|
(55a) |
L-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw it-tmexxija tajba tan-negozju minn intermedjarji tal-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni madwar l-Unjoni, kemm jekk dawn jitmexxew taħt id-dritt tal-istabbiliment u kemm jekk taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tkun żgurata l-effettività tas-superviżjoni, l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom ikunu proporzjonati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar- riassigurazzjoni, irrispettivament mill-importanza tal-impriża kkonċernata għall-istabilità finanzjarja globali tas-suq. |
|
(55b) |
Din id-Direttiva m'għandhiex tkun wisq ta’ piż għal impriżi tal-assigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju. Waħda mill-għodod li biha jista’ jinkiseb dak l-objettiv hija l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dak il-prinċipju għandu japplika kemm għar-rekwiżiti imposti fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u kemm għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ superviżjoni. |
|
(56) |
Reviżjoni ta’ din id-Direttiva għandha ssir tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, sabiex tqis l-iżviluppi tas-suq u żviluppi f’oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni, u l-esperjenzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikulari fir-rigward ta’ prodotti koperti mid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(57) |
Id-Direttiva 2002/92/KE għandha għalhekk tiġi revokata . |
|
(58) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostanzjali tad-Direttiva 2002/92/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li baqgħu ma nbidlux jitnissel mid-Direttiva 2002/92/KE. |
|
(59) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2002/92/KE, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tippreskrivi r-regoli dwar il-bidu u t-twettiq tal-attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni, ▐ minn persuni naturali jew ġuridiċi li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li jixtiequ jkunu stabbiliti fih.
2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal persuni li jipprovdu servizzi ta' medjazzjoni għal kuntratti ta' assigurazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-kuntratt ta' assigurazzjoni jeħtieġ biss l-għarfien tal-kopertura ta' assigurazzjoni li hija provduta; |
|
(b) |
il-kuntratt ta' assigurazzjoni ma jkunx kuntratt ta' assigurazzjoni tal-ħajja; |
|
(c) |
il-kuntratt ta' assigurazzjoni ma jkopri l-ebda riskju ta' responsabbiltà; |
|
(d) |
l-attività professjonali ewlenija tal-persuna mhijiex ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni. |
|
(e) |
l-assigurazzjoni hija komplimentarja għall-forniment ta' oġġetti minn kwalunkwe fornitur, fejn dik l-assigurazzjoni tkopri r-riskju ta’ waqfien minħabba ħsara, telf jew ħsara fl-oġġetti provduti minn dak il-fornitur; |
|
(f) |
l-ammont tal-primjum annwali għall-kuntratt ta' assigurazzjoni, wara li tiġi applikata prorata biex twassal għal ammont annwali, ma jeċċedix EUR 600. |
3. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal servizzi ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni pprovduti b'rabta ma' riskji u impenji li jinsabu barra l-Unjoni .
Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-liġi ta' Stat Membru fir-rigward ta' negozju ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni segwita minn impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni stabbiliti f'pajjiż terz u li joperaw fit-territorju tiegħu skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, dejjem jekk jiġi garantit trattament indaqs għall-persuni kollha li jwettqu jew li jkunu awtorizzati li jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni f'dak is-suq.
Din id-Direttiva m'għandhiex tirregola attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni imwettqa f'pajjiżi terzi.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li jiltaqgħu magħha l-intermedjarji tal-assigurazzjoni tagħhom meta jistabbilixxu ruħhom jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz.
3a. Din id-Direttiva għandha tiggarantixxi li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur ikun jista’ jibbenefika minn standards kumparabbli. Din id-Direttiva għandha tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b’termini ugwali bejn l-intermedjarji kemm jekk ikunu marbuta ma’ impriża ta’ assigurazzjoni u kemm jekk le. Ikun hemm benefiċċju għall-konsumaturi jekk il-medjazzjoni fi prodotti tal-assigurazzjoni ssir permezz ta’ diversi kanali u intermedjarji b’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-impriżi tal-assigurazzjoni, sakemm dawn ikollhom japplikaw regoli simili għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Dan għandu jitqies mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
|
(1) |
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
|
(2) |
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
|
(3) |
“medjazzjoni fl-assigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, proposti jew it-twettiq ta’ xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, il-konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew għajnuna fl-amministrazzjoni jew prestazzjoni ta’ dawk il-kuntratti . L-attivitajiet ta’ konsulenza dwar, il-proposta jew il-konklużjoni ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom jitqiesu bħala medjazzjoni fl-assigurazzjoni, anki jekk jitwettqu minn impjegat ta’ impriża tal-assigurazzjoni f’kuntatt dirett mal-persuna assigurata, mingħajr l-intervent ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni. L-għoti ta' informazzjoni dwar kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar skont il-kriterji magħżula mill-konsumaturi permezz ta' websajt jew tip ieħor ta' midja u l-mili ta' lista tal-klassifika ta' prodott tal-assigurazzjoni, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew l-iskont fuq primjums, meta fi tmiem il-proċess il-konsumatur ikun f'qagħda li jikkonkludi direttament kuntratt ta' assigurazzjoni bl-użu ta' websajt jew tip ieħor ta' midja għandhom jitqiesu bħala medjazzjoni fl-assigurazzjoni.L-ebda attività minn dawk li ġejjin ma għandha titqies bħala medjazzjoni fl-assigurazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
|
(4) |
“prodott ta’ investiment ibbażat fuq assigurazzjoni ” tfisser prodott tal-assigurazzjoni li joffri valur ta' maturità jew ta' ċediment u fejn il-valur ta' maturità jew ta' ċediment ikun espost kompletament jew parzjalment, b'mod dirett jew indirett għal oxxiljazzjonijiet fis-suq, u li ma jinkludix:
|
|
(5) |
“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser persuna naturali jew ġuridika, għajr impriża tal-assigurazzjoni jew l-impjegati tagħha , li, bi ħlas, tibda jew issegwi medjazzjoni fl-assigurazzjoni; |
|
(6) |
“medjazzjoni fir-riassigurazzjoni” tfisser l-attivitajiet ta' konsulenza, proposti jew twettiq ta' xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta' kuntratti ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, jew tal-konklużjoni ta' dawk il-kuntratti, jew l-għajnuna fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta' pretensjoni, inkluż meta mwettqa minn impriża tar-riassugurazzjoni mingħajr l-intervent ta’ intermedjarju ta' riassigurazzjoni; L-ebda attività minn dawn li ġejjin ma għandha titqies bħala medjazzjoni fir-riassigurazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
|
(7) |
“intermedjarju tar-riassigurazzjoni” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika, għajr impriża tar-riassigurazzjoni jew l-impjegati tagħha , li, bi ħlas, tibda jew issegwi medjazzjoni fir-riassigurazzjoni; |
|
(8) |
“intermedjarju ta’ assigurazzjoni abbinata” tfisser kull persuna li twettaq l-attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni għal jew f’isem impriża waħda jew , fil-każ ta' prodotti tal-assigurazzjoni li ma jikkompetux ma' xulxin, bosta impriżi tal-assigurazzjoni , jew f’isem intermedjarju tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar , iżda li ma tiġborx primjums jew ammonti maħsuba għall-konsumatur , u li ▐ taġixxi taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew intermedjarji tal-assigurazzjoni, dejjem jekk l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li l-persuna taġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħhom ma jaġixxux huma stess taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża oħra jew intermedjarju ieħor tal-assigurazzjoni; Kull persuna li twettaq attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni b'mod addizzjonali għall-attività prinċipali professjonali tagħha għandha wkoll titqies bħala intermedjarju ta’ assigurazzjoni abbinata li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża waħda jew diversi impriżi tal-assigurazzjoni għall-prodotti li jikkonċernawhom rispettivament jekk l-assigurazzjoni tkun komplementarja għall-oġġetti jew is-servizzi pprovduti fil-qafas ta’ din l-attività prinċipali professjonali; |
|
(9) |
“konsulenza” tfisser l-għoti ta’ rakkomandazzjoni personali lil konsumatur, jew fuq talba tiegħu jew b'inizjattiva tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni; |
|
(10) |
“kummissjoni ta’ kontinġenza” tfisser rimunerazzjoni fil-forma ta’ kummissjoni bbażata fuq il-ksib ta’ miri jew limiti miftiehma minn qabel , relatati mal-volum ta’ negozju li l-intermedjarju jkun wettaq mal-assiguratur ; |
|
(11) |
''riskji kbar'' tfisser riskji kbar kif definit fl-Artikolu 13(27) tad-Direttiva 2009/138/KE ; |
|
(12) |
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser:
|
|
(13) |
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih intermedjarju ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jkollu preżenza jew stabbiliment permanenti jew jipprovdi servizzi, u li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu; |
|
(14) |
“mezz li jservi fit-tul” tfisser mezz li jservi fit-tul kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); |
|
▐ |
|
|
(16) |
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2009/138/KE ; |
|
(17) |
“post ewlieni tan-negozju” tfisser il-post mnejn jiġi ġġestit in-negozju ewlieni; |
|
(18) |
“rimunerazzjoni” tfisser kull kummissjoni, tariffa, imposta jew ħlas ieħor, inkluż kwalunkwe tip ta’ benefiċċju ekonomiku jew benefiċċju in natura , kif ukoll inċentivi oħra, li jiġu offruti jew li jingħataw b’rabta ma’ attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni; |
|
(19) |
“prattika ta’ abbinar” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ prodott tal-assigurazzjoni f'pakkett ma' prodotti jew servizzi distinti anċillari oħra fejn il-prodott tal-assigurazzjoni ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat; |
|
(20) |
“prattika ta’ gruppar” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ prodott tal-assigurazzjoni f’pakkett ma' prodotti jew servizzi distinti anċillari oħra fejn il-prodott tal-assigurazzjoni ikun disponibbli wkoll b’mod separat għall-konsumatur, iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal meta jiġi offrut flimkien mas-servizzi anċillari; |
|
(20a) |
'“prodott” tfisser kuntratt tal-assigurazzjoni li jkopri riskju wieħed jew aktar; |
|
(20b) |
“bejgħ bl-imnut'” tfisser mhux professjonali. |
2. Sabiex ikun garantit li japplika l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-konsumatur ikun jista’ jibbenefika minn standards komparabbli, huwa essenzjali li din id-Direttiva tippromwovi kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b'termini ugwali bejn l-intermedjarji kemm jekk huma marbuta ma’ impriża tal-assigurazzjoni u kemm jekk le. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza li fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jippromwovu kundizzjonijiet indaqs u kompetizzjoni b'termini ugwali.
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA' REĠISTRAZZJONI
Artikolu 3
Reġistrazzjoni
1. Ħlief kif inhu pprovdut fl-Artikolu 4, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom ikunu rreġistrati ma’ awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) , fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni rreġistrati fl-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE (14), id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), u l-impjegati tagħhom, ma għandhomx jiġu mitluba li jerġgħu jirreġistraw fil-qafas ta’ din id-Direttiva.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li impriżi tal- assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u korpi oħra jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fir-reġistrazzjoni ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 għal dawk l-intermedjarji. B'mod partikolari, fil-każ ta' intermedjarji ta' assigurazzjoni abbinata, jistgħu jkunu reġistrati minn impriża tal-assigurazzjoni jew minn assoċjazzjoni ta' impriżi tal-assigurazzjoni, jew minn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni ta' awtorità kompetenti.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li, fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew taħt ir-responsabbiltà tal-intermedjarju , l-intermedjarju tal-assigurazzjoni mhux se jkun meħtieġ li jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni fl-Artikolu 3(7)(a) u (b) u l-entità responsabbli tal-assigurazzjoni għandha tiżgura li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u dispożizzjonijiet oħra stipulati f’din id-Direttiva. ▐ L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li l-persuna jew l-entità li tassumi r-responsabbiltà għall-intermedjarju għandha tirreġistra dak l-intermedjarju.
L-Istati Membri mhumiex meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-persuni kollha naturali li jaħdmu f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew f'intermedjarju rreġistrat tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, u li jwettqu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi u għandhom ukoll jispeċifikaw fir-reġistru l-ismijiet tal-persuni naturali fi ħdan l-amministrazzjoni li tkun responsabbli għan-negozju ta' medjazzjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn reġistru wieħed għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni sakemm jippreskrivu l-kriterji li skonthom l-intermedjarji għandhom ikunu reġistrati.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni onlajn li tikkonsisti f'formola unika tar-reġistrazzjoni disponibbli fuq sit tal-internet; din il-formola għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-intermedjarji u għall-impriżi tal-assigurazzjoni, b'mod li tkun tista' timtela direttament onlajn.
3. L-Istati Membri għandhom jaraw li jiġi stabbilit punt ta' informazzjoni uniku li jippermetti aċċess faċli u ta' malajr għall-informazzjoni minn dawn ir-reġistri varji, li għandhom ikunu kompilati elettronikament u aġġornati l-ħin kollu. Dan il-punt ta' informazzjoni għandu jipprovdi wkoll id-dettalji ta' identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 . Ir-reġistru għandu jindika wkoll il-pajjiż jew il-pajjiżi li fihom l-intermedjarju jwettaq in-negozju tiegħu skont ir-regoli tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
4. L-AEAPX għandha tistabbilixxi, tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha, u żżomm aġġornat reġistru elettroniku uniku li jiġbor rekords tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu negozju transfruntier skont il-Kapitolu IV. Biex dan ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif relevanti lill-AEAPX mingħajr dewmien. Dan ir-reġistru għandu juri ħolqa għas-sit elettroniku ta’ kull awtorità kompetenti relevanti f'kull Stat Membru. Ir-reġistru għandu jiġbor ħoloq elettroniċi għas-siti elettroniċi tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u r-reġistru għandu jkun aċċessibbli minn dawk l-istess siti elettroniċi. L-AEAPX għandu jkollha dritt ta' aċċess għad-dejta maħżuna hawn. L-AEAPX u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt jimmodifikaw din id-dejta. Is-suġġetti tad-dejta b'dettalji personali li jistgħu jinħażnu u jiġu skambjati, għandhom ikunu intitolati għal aċċess u jkollhom id-dritt li jkunu infurmati b'mod xieraq.
L-AEAPX għandha tistabbilixxi sit elettroniku b’ħoloq għal kull punt uniku ta’ informazzjoni stabbilit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni – inklużi dawk abbinati – u ta’ intermedjarji tar-riassigurazzjoni, tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti professjonali preskritti fl-Artikolu 8.
L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li intermedjarji tal-assigurazzjoni – inklużi dawk abbinati – u intermedjarji tar-riassigurazzjoni li ma jibqgħux jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti jitneħħew immedjatament mir-reġistru. Il-validità tar-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità kompetenti. Fejn meħtieġ, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-Istat Membru ospitanti b'dik it-tneħħija.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jirreġistrawx intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni sakemm l-intermedjarju ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 , jew intermedjarju ieħor jew impriża oħra jerfgħu r-responsabbiltà li jiżguraw li l-intermedjarju jissodisfa dawn ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 3(1)(3).
5a. Intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni rreġistrati għandhom ikunu jistgħu jibdew u jwettqu l-attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni fl-Unjoni kemm permezz tal-libertà tal-istabbiliment u kemm permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
Intermedjarju tal-assigurazzjoni jkun qed jopera taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jekk għandu l-intenzjoni li jipprovdi lil detentur tal-polza, li huwa stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni huwa stabbilit, b’kuntratt tal-assigurazzjoni relatat ma’ riskju li jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn l-intermedjarju tal-assigurazzjoni huwa stabbilit.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'dokument li jippermetti lil kull parti interessata tivverifika li huma debitament reġistrati, billi tikkonsulta kwalunkwe reġistru msemmi fil-paragrafu 2 .
Dak id-dokument għandu tal-anqas jipprovdi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 16(a) (i) u (iii) u (b) (i) u (iii) , u, fil-każ ta' persuna ġuridika, l-isem/ismijiet tal-persuna/i naturali msemmija fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
L-Istat Membru għandu jirrikjedi li d-dokument jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu meta l-intermedjarju kkonċernat tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jibqax reġistrat.
6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-applikazzjonijiet mingħand intermedjarji biex jiġu inklużi fir-reġistru jiġu ttrattati fi żmien xahrejn mit-tressiq ta’ applikazzjoni kompluta, u għandhom jipprovdu wkoll li l-applikant jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni mingħajr dewmien.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom miżuri xierqa implimentati li jippermettulhom jimmonitorjaw, b'mod kontinwu, jekk intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jkunux għadhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni ta’ din id-Direttiva.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jitolbu evidenza ta’ dan li ġej bħala kundizzjoni tar-reġistrazzjoni mingħand l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għajr fil-każ ta' intermedjarji abbinati u intermedjarji fejn entità oħra tal-assigurazzjoni tieħu r-responsabbiltà li tiżgura li l-intermedjarju jissodisfa dawn ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 3(1)(3).
|
(a) |
li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni rigward l-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, ikunux persuni naturali jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni fl-intermedjarju li jaqbeż l-10 %, u rigward l-ammonti ta' dawk il-parteċipazzjonijiet; |
|
(b) |
li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni rigward l-identità ta’ persuni li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
|
(c) |
li juru, b'mod sodisfaċenti, li t-tali parteċipazzjonijiet jew rabtiet mill-qrib ma jfixklux it-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-awtorità kompetenti. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni li għalihom japplika l-Artikolu 3(7) jinfurmawhom mingħajr dewmien fejn tkun tbiddlet l-informazzjoni pprovduta taħt l-Artikolu 3(7)(a) u (b).
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jċaħħdu r-reġistrazzjoni fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna naturali jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet li jinqalgħu fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, ifixklu t-twettiq effikaċi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tal-istess awtoritajiet kompetenti.
8a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawk il-persuni li eżerċitaw attività ta’ medjazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 2014, li kienu ddaħħlu f’reġistru u li kellhom livell ta’ taħriġ u esperjenza simili għal dak meħtieġ minn din id-Direttiva, jiddaħħlu awtomatikament fir-reġistru li ser jinħoloq, ladarba jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u (4).
KAPITOLU III
PROĊEDURA TA’ REĠISTRAZZJONI SIMPLIFIKATA – DIKJARAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET
Artikolu 4
Proċedura ta’ dikjarazzjoni għall-forniment ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni anċillari; ġestjoni professjonali ta’ pretensjonijiet jew ta’ servizzi ta’ stimar tad-danni
1. Ir-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 3 ma għandhomx japplikaw għal intermedjarju tal-assigurazzjoni li jwettaq medjazzjoni fl-assigurazzjoni fuq bażi anċillari, sakemm l-attivitajiet tiegħu ma jilħqux il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-attività professjonali ewlenija tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni mhijiex ta’ medjazzjoni tal-assigurazzjoni; |
|
(b) |
l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jkun medjatur biss għal ċerti prodotti tal-assigurazzjoni li huma komplimentari għal prodott jew servizz, u jidentifika dawn biċ-ċar fid-dikjarazzjoni; |
|
(c) |
il-prodotti tal-assigurazzjoni kkonċernati ma jkoprux l-assigurazzjoni tal-ħajja jew riskji ta’ responsabbiltà, ħlief fejn tali kopertura tkun tikkomplementa prodott jew servizz li l-intermedjarju joffri fl-attività professjonali ewlenija tiegħu ; |
|
(ca) |
l-intermedjarju jaħdem taħt ir-responsabbiltà ta' intermedjarju reġistrat. |
3. Intermedjarju tal-assigurazzjoni li jkun soġġett għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jressaq, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, dikjarazzjoni li fiha jinforma lill-awtorità kompetenti rigward l-identità, l-indirizz u l-attivitajiet professjonali tiegħu.
4. L-intermedjarji li jkunu soġġetti għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, III, IV, V, VIII, IX u tal-Artikoli 15 u 16 ta' din id-Direttiva.
4a. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti ta' reġistrazzjoni fl-Artikolu 3 għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4, jekk huma jqisu li dan hu neċessarju fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumaturi.
KAPITOLU IV
IL-LIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI U L-LIBERTÀ TA' STABBILIMENT
Artikolu 5
Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
1. Kull intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkollu l-ħsieb li jwettaq negozju fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.
|
(a) |
l-isem, l-indirizz u kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju; |
|
(b) |
l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju beħsiebu jopera; |
|
(c) |
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
|
(d) |
il-klassijiet relevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli; |
|
(e) |
prova tal-għarfien u tal-kapaċità professjonali. |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tibgħat l-istess informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tikkomunika mingħajr dewmien li tkun irċeviet l-informazzjoni. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-Istat Membru ospitanti, u li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tibda n-negozju tagħha fl-Istat Membru ospitanti.
Kif ikun irċieva l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru ospitanti għandu jaċċetta esperjenza preċedenti fl-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni, kif iddemostrata minn prova ta' reġistrazzjoni jew minn dikjarazzjoni fl-Istat Membru tad-domiċilju, bħala evidenza tal-għarfien u l-kapaċità meħtieġa.
3. Il-prova tar-reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni preċedenti għandha tiġi stabbilita permezz ta’ evidenza tal-ħruġ tar-reġistrazzjoni, jew b'dikjarazzjoni rċevuta mill-awtorità jew entità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-applikant, li dan għandu jressaq b'appoġġ għall-applikazzjoni tiegħu mressqa lill-Istat Membru ospitanti.
4. Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jagħti notifika bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b'dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli jkun prattiku li dan isir, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
4a. Intermedjarju reġistrat tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jwettaq attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni skont il-“libertà tas-servizzi” jekk:
|
(a) |
iwettaq medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni ma’ jew għal detentur ta’ polza li joqgħod jew hu stabbilit fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju; |
|
(b) |
kwalunkwe riskju li jrid jiġi assigurat ikun jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju; |
|
(c) |
dan jikkonforma mal-paragrafi 1 u 4. |
Artikolu 6
Eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil kull intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkun beħsiebu jeżerċita l-libertà ta' stabbiliment tiegħu biex jistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li jinnotifika l-ewwel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, u li jibgħatlu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni, fejn applikabbli, tal-intermedjarju; |
|
(b) |
l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun qed jippjana li jistabbilixxi fergħa jew preżenza permanenti; |
|
(c) |
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
|
(d) |
il-klassijiet relevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli; |
|
(e) |
programm ta’ operazzjonijiet li jispjega l-attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni li għandhom jitkomplew, u l-istruttura organizzattiva tal-istabbiliment; għandu jindika wkoll l-identità tal-aġenti fejn l-intermedjarju jkun beħsiebu jużahom; |
|
(f) |
l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti mnejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti; |
|
(g) |
l-isem ta’ kwalunkwe persuna responsabbli għall-ġestjoni tal-istabbiliment jew tal-preżenza permanenti. |
1a. Intermedjarju tal-assigurazzjoni jopera skont il-libertà ta' stabbiliment jekk iwettaq in-negozju tiegħu fi Stat Membru ospitanti għal perjodu ta’ żmien indefinit permezz ta’ preżenza permanenti f’dak l-Istat Membru.
2. Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhiex raġunijiet sodi biex tqis inadegwata l-istruttura organizzattiva jew il-qagħda finanzjarja tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ medjazzjoni fil-mira, għandha tikkomunika dan, fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tiegħu għandu jinnotifika li jkun irċevieha mingħajr dewmien. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-Istat Membru ospitanti, u li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' tibda n-negozju tagħha fl-Istat Membru ospitanti.
3. Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda tagħha lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi żmien xahar mindu tkun irċeviet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.
4. Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jagħti notifika bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b'dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli jkun prattiku li dan isir, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Artikolu 7
Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat Membru tad-domiċilju u l-Istat Membru ospitanti
1. Jekk il-post ewlieni tan-negozju ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor tista' taqbel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex taġixxi bħallikieku kienet l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju fir-rigward tal-obbligi fil-Kapitoli VI, VII u VIII ta' din id-Direttiva. Fl-eventwalità ta' tali ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni u lill-AEAPX mingħajr dewmien.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tassumi r-responsabbiltà li tiżgura li s-servizzi pprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha jkunu konformi mal-obbligi stipulati fil-Kapitoli VI u VII, kif ukoll f'miżuri li jiġu adottati b'konsegwenza tagħhom.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-istabbiliment, kif ukoll li tirrikjedi l-bidliet li jkunu strettament meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tinforza l-obbligi tal-Kapitoli VI u VII u l-miżuri li jiġu adottati b'konsegwenza tagħhom, fir-rigward tas-servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-istabbiliment fit-territorju tagħha.
3. Fejn l-Istat Membru ospitanti jkollu raġunijiet sodi biex jikkonkludi li intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jaġixxi fit-territorju tiegħu taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jew permezz ta' stabbiliment, ma jkunx konformi ma' xi obbligu stipulat f'din id-Direttiva, għandu jirreferi s-sejbiet tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, li min-naħa tagħha għandha tieħu l-miżuri xierqa. F'każijiet fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkompli jaġixxi b'mod li huwa b'mod ċar ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jkun soġġett għall-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tkun informat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, inkluż billi tipprevjeni lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu wettqu l-ksur milli jibdew tranżazzjonijiet ġodda fit-territorju tagħha; l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-Kummissjoni b'tali miżuri mingħajr dewmien; |
|
(b) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010; f'dan il-każ, l-AEAPX tista' taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu, f'każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u tal-Istat Membru tad-domiċilju. |
4. Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jaċċertaw li intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkollu stabbiliment fit-territorju tagħhom ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati f'dak l-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tagħti setgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrekjedu li l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jtemmu s-sitwazzjoni.
F'każijiet fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkompli jaġixxi b'mod li huwa b'mod ċar ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandu jkun soġġett għall-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tkun informat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, inkluż billi tipprevjeni lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni li jkunu wettqu l-ksur milli jibdew aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tagħha; l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-Kummissjoni b'tali miżuri mingħajr dewmien; |
|
(b) |
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010; f'dan il-każ, l-AEAPX tista' taġixxi skont is-setgħat li jingħatawlha fl-istess Artikolu, f'każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u tal-Istat Membru tad-domiċilju. |
KAPITOLU V
REKWIŻITI ORGANIZZATTIVI OĦRA
Artikolu 8
Rekwiżiti professjonali u organizzattivi
1. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, ▌u l-membri tal-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni, għandu jkollhom l-għarfien u l-kapaċità xierqa, kif stabbilit mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju jew tal-impriża, biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom b'mod adegwat▌.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌ l-membri tal-persunal tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid u tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jfittxu medjazzjoni fl-assigurazzjoni bħala l-attività professjonali prinċipali , jaġġornaw regolarment l-għarfien u l-kapaċità tagħhom li jkunu xierqa għall-funzjoni li qed iwettqu u s-suq relevanti.
Biex jiġi żgurat li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu segwiti, hemm bżonn li jiġu sodisfati żvilupp professjonali kontinwu u taħriġ suffiċjenti u xieraq għall-persunal tagħhom ta' mill-inqas 200 siegħa fuq perjodu ta' ħames snin, jew numru proporzjonat ta' sigħat fejn ma tkunx l-attività prinċipali tagħhom, L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll il-kriterji li jkunu stabbilixxew sabiex il-persunal ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-kompetenza tagħhom. Tali kriterji għandhom jinkludu lista ta’ kwalunkwe kwalifika li huma jirrikonoxxu.
Għal dan l-għan, l-Istati Membri għadu jkollhom mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jikkontrollaw, jivvalutaw, u jiċċertifikaw l-għarfien u l-ħiliet permezz ta’ korpi indipendenti.
L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-kapaċità b'konformità mal-attività partikulari ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni u l-prodotti li dwarhom issir medjazzjoni, partikolarment jekk l-attività professjonali prinċipali tal-intermedjarju ma tkunx ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fil-każi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), u fir-rigward tal-ħaddiema tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni mdaħħlin fil-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, l-impriża jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni għandha tivverifika li l-għarfien u l-kapaċità tal-intermedjarji huma f'konformità mal-obbligazzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u, fejn meħtieġ, għandhom jipprovdu lil dawk l-intermedjarji b'taħriġ li jikkorrispondi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prodotti mibjugħa mill-intermedjarji.
L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-persuni naturali kollha li jaħdmu f'impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jwettqu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proporzjon raġonevoli tal-persuni fi ħdan l-istruttura ta' amministrazzjoni ta' dawn l-impriżi li huma responsabbli għall-medjazzjoni fir-rigward ta' prodotti ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni u l-persuni l-oħra kollha direttament involuti f'medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni juru l-għarfien u l-kapaċità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
2. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u membri tal-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni tajba. Bħala minimu, dawk direttament involuti fil-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ tal-prodott għandu jkollhom kondotta tal-pulizija nadifa jew xi ekwivalent nazzjonali ieħor b'relazzjoni ma' offiżi kriminali serji marbuta ma' reati kontra l-proprjetà jew reati oħra marbuta ma' attivitajiet finanzjarji▌.
L-Istati Membri jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jippermettu li impriża tal-assigurazzjoni tivverifika r-reputazzjoni tajba ta' intermedjarji tal-assigurazzjoni.
L-Istati Membri mhux meħtieġa li japplikaw ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-persuni naturali kollha li jaħdmu f'impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u li jwettqu l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni u riassigurazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istruttura tal-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi u ta' kull impjegat direttament involut f'medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit .
3. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandu jkollhom assigurazzjoni ta' indemnità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal- Unjoni jew xi garanzija oħra komparabbli kontra responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, tal-anqas għal EUR 1 250 000 applikabbli għal kull pretensjoni u aggregat ta' EUR 1 850 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha, sakemm dik l-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli tkun diġà provduta minn impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar- riassigurazzjoni jew impriża oħra li għan-nom tagħha l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollu s-setgħa li jaġixxi jew dik l-impriża tkun assumiet ir-responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tal-intermedjarju.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-konsumaturi kontra l-inabbiltà tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni li jittrasferixxi l-primjum ta' impriża tal- assigurazzjoni jew li jittrasferixxi l-ammont ta' pretensjoni jew jirritorna l-primjum lill-persuna assigurata.
Dawk il-miżuri għandu jkollhom xi waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
dispożizzjonijiet preskritti bil-liġi jew kuntratt li skonthom flus imħallsa mill-konsumatur lill-intermedjarju jiġu meqjusa li tħallsu lill-impriża, filwaqt li flus imħallsa lill-impriża mill-intermedjarju ma jitqisux li tħallsu lill-konsumatur sakemm il-konsumatur ma jkunx effettivament irċevihom; |
|
(b) |
rekwiżit li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkollhom kapaċità finanzjarja li tammonta, fuq bażi permanenti, għal 4 % tas-somma tal-primjums annwali li jirċievu, soġġett għal minimu ta' EUR 18,750 ; |
|
(c) |
rekwiżit li l-flus tal-konsumaturi għandhom ikunu trasferiti permezz ta' kontijiet tal-konsumaturi strettament segregati u li dawn il-kontijiet m'għandhomx jintużaw biex jirrimborżaw kredituri oħra fil-każ ta' falliment; |
|
(d) |
rekwiżit li jiġi stabbilit fond ta' garanzija. |
5. It-twettiq ta' attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandu jirrikjedi li r-rekwiżiti professjonali stipulati f'dan l-Artikolu jitwettqu fuq bażi permanenti.
6. L-Istati Membri għandhom isaħħu r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu jew iżidu rekwiżiti oħrajn għal intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni reġistrati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
7. L-AEAPX għandha tirrevedi l-ammonti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 regolarment sabiex jingħata kont tal-bidliet tal-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet tal-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel reviżjoni għandha sseħħ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u reviżjonijiet suċċessivi ħames snin wara d-data tar-reviżjoni ta' qabel.
L-AEAPX għandha tiżviluppa standards regolatorji li jadattaw l-ammont bażi f'euro msemmi fil-paragrafi 3 u 4 bil-perċentwal tal-bidla f'dak l-Indiċi matul il-perjodu ta' bejn id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u d-data tal-ewwel reviżjoni, jew bejn id-data tal-aħħar reviżjoni u d-data tar-reviżjoni l-ġdida, aġġustat sa l-eqreb euro.
L-AEAPX għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u r-reviżjonijiet suċċessivi ħames snin wara d-data tar-reviżjoni ta' qabel.
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
8. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw:
|
(a) |
il-kunċett tal-għarfien suffiċjenti u l-kompetenza xierqa tal-intermedjarju u tal-membri tal-persunal ta’ impriżi tal-assigurazzjoni meta dawn iwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi tiegħu, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(b) |
kriterji xierqa biex jiġi ddeterminat, b'mod partikulari, il-livell tal-kwalifiki professjonali, l-esperjenzi u l-ħiliet meħtieġa għat-twettiq tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni; |
|
(c) |
il-passi li wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li jittieħdu mill-intermedjarji u l-membri tal-persunal tal-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jaġġornaw l-għarfien u l-kapaċità tagħhom, permezz ta’ żvilupp professjonali, bil-għan li jżommu livell xieraq ta’ prestazzjoni. |
8a. Fejn Stat Membru tad-domiċilju jirreġistra intermedjarju tal-assigurazzjoni li jkun akkwista kwalifiki jew esperjenza professjonali fi Stat Membru ieħor, għandu jqis il-kwalifiki u l-esperjenza, wara li jikkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u (17) tal-Kunsill u l-livell tal-kwalifiki kif inhu definit fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja stabbilit skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).
Artikolu 9
Pubblikazzjoni ta’ regoli ġenerali tal-kondotta
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw il-pubblikazzjoni xierqa, mill-awtoritajiet kompetenti, tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali relevanti li jħarsu l-interess ġenerali, u li huma applikabbli għat-twettiq tan-negozju tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni fit-territorji tagħhom.
2. Stat Membru li jipproponi li japplika, u li effettivament japplika, dispożizzjonijiet li jirregolaw lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni minbarra dawk id-dispożizzjonijiet diġà stipulati f'din id-Direttiva, għandu jiżgura li l-piż amministrattiv li jitnissel minn dawk id-dispożizzjonijiet ikun proporzjonali għall-ħarsien tal-konsumaturi. L-Istat Membru għandu jkompli jimmonitorja dawk id-dispożizzjonijiet biex jiżgura li jibqgħu proporzjonali.
3. L-AEAPX għandha tressaq folja standardizzata ta’ informazzjoni għar-regoli ġenerali tal-kondotta, li għandha timtela mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru. Il-formola għandha tinkludi ħoloq għas-siti elettroniċi tal-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ippubblikata informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta. Tali informazzjoni għandha tinżamm aġġornata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali b'mod regolari, u l-AEAPX għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tagħha bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, bir-regoli kollha ġenerali nazzjonali tal-kondotta kklassifikati f'oqsma rilevanti differenti tal-liġi.
4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ kuntatt responsabbli għall-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta fl-istess Stat Membru. Tali punt ta’ kuntatt għandu jkun awtorità kompetenti xierqa.
5. L-AEAPX għandha teżamina f'rapport, u tinforma lill-Kummissjoni dwar ir-regoli ġenerali tal-kondotta ppubblikata mill-Istati Membri, kif imsemmi f'dan l-Artikolu fil-kuntest tal-funzjonament xieraq ta' din id-Direttiva u tas-Suq Intern qabel … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
Artikolu 10
Awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta' dawk id-dmirijiet.
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bil-liġi nazzjonali. M’għandhomx ikunu impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew assoċjazzjonijiet li l-membri tagħhom direttament jew indirettament jinkludu impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew intermedjarji tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni .
3. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu id-dmirijiet rispettivi tagħhom b'mod effikaċi.
Artikolu 11
Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri varji għandhom jikkooperaw sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jekk ikunu ġew soġġetti għal penali msemmija fil-Kapitolu VIII u dik l-informazzjoni x'aktarx twassal għat-tneħħija mir-reġistru ta' dawk l-intermedjarji. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw kull informazzjoni relevanti fuq it-talba ta' awtorità.
3. Il-persuni kollha mitluba li jirċievu jew jikxfu informazzjoni b'konnessjoni ma' din id-Direttiva għandhom ikunu marbuta b'segretezza professjonali, bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE (19) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE (20).
Artikolu 12
Ilmenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-konsumaturi u partijiet oħra interessati, speċjalment assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, li jirreġistraw ilmenti dwar intermedjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. L-ilmenti għandhom jirċievu risposta fil-każijiet kollha.
Artikolu 13
Rimedji barra l-qorti
1. Skont id-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u r-Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ lmenti ta’ rimedju li jkunu xierqa, effikaċi, imparzjali u indipendenti, għas-soluzzjoni barra l-qorti ta’ tilwim bejn intermedjarji tal-assigurazzjoni u konsumaturi, kif ukoll bejn impriżi tal-assigurazzjoni u konsumaturi, bl-użu tal-korpi eżistenti fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-impriżi u l-intermedjarji kollha tal-assigurazzjoni jieħdu sehem fil-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qrati, fejn il-proċedura tirriżulta f’deċiżjonijiet li jistgħu jkunu vinkolanti għall-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni, kif xieraq, u l-klijent .
▐
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkooperaw fis-soluzzjoni tat-tilwim transfruntier .
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-assigurazzjoni stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom dwar l-isem, l-indirizz u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-entitajiet tal-ADR li huma koperti bihom, u li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim potenzjali bejniethom u l-konsumaturi.
2b. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni fi ħdan l-Unjoni involuti f’bejgħ onlajn u onlajn transkonfinali għandhom jinformaw lill-konsumaturi bil-pjattaforma tal-ADR, jekk ikun applikabbli u bl-indirizz elettroniku tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment, direttament, prominentement u permanentement fuq il-websajts tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif ukoll permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' messaġġ bit-test ieħor trażmess b'mezzi elettroniċi, jekk l-offerta issir permezz ta' dak il-messaġġ. Għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tal-ADR. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jinformaw ukoll lill-konsumaturi bil-pjattaforma tal-ADR meta konsumatur iressaq ilment lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, lil sistema ta’ ġestjoni ta’ lmenti tal-konsumatur operat mill-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew lil ombudsman ta’ kumpanija.
2c. Fejn konsumatur jibda proċedura għal soluzzjoni alternattiva ta’ tilwim stipulata fil-liġi nazzjonali kontra intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ tilwim li jikkonċerna drittijiet u obbligi stabbiliti taħt din id-Direttiva, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandha tkun meħtieġa tipparteċipa f’din il-proċedura.
2d. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien u mal-entitajiet responsabbli għal proċeduri ta’ lmenti u rimedju barra mill-qorti msemmija f'dan l-Artikolu, u safejn dan ikun permess mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni fis-seħħ.
Artikolu 14
Restrizzjoni fuq l-użu tal-intermedjarji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jużaw is-servizzi tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jużaw is-servizzi ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni u fir-riassigurazzjoni biss ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jew tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew tal-persuni li jkunu ssodisfaw il-proċedura ta’ dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.
KAPITOLU VI
REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI U REGOLI TAL-KONDOTTA TAL-OPERAZZJONIJIET
Artikolu 15
Prinċipju ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni, meta jwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi jew għall-konsumaturi, dejjem għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust , b'mod li wieħed jista' jafda, b'unur u b'mod professjonali, bi qbil mal-aħjar interessi tal-konsumaturi tagħhom.
2. Kull tagħrif, inklużi komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni, li l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni tindirizza lill-konsumaturi jew lil konsumaturi potenzjali, għandu jkun ġust, ċar, u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni għandhom dejjem ikunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali.
Artikolu 16
Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal- assigurazzjoni
L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jiżguraw li:
|
(a) |
qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni, jew jekk ikun hemm xi bidla materjali fid-data għall-iżvelar lill-konsumaturi relatata mal-intermedjarju wara l-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni – inkluż jekk abbinat – għandu jiżvela li ġej lill-konsumaturi:
|
|
(b) |
qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni għandha tiżvela li ġej lill-konsumaturi:
|
Artikolu 17
Kunflitti ta' interess u trasparenza
1. Qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni, intermedjarju ta’ assigurazzjoni ▌għandu jipprovdi lill-konsumatur b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
jekk ikollux parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta aktar minn 10 % tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f'impriża partikolari tal-assigurazzjoni; |
|
(b) |
jekk impriża partikolari tal- assigurazzjoni jew impriża principali ta' impriża partikolari tal-assigurazzjoni jkollhiex parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta aktar minn 10 % tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-intermedjarju tal-assigurazzjoni; |
|
(c) |
rigward il-kuntratt propost, jekk:
|
|
▐ |
|
|
(e) |
jekk, b'rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni, jaħdimx:
|
|
▐ |
|
|
(ea) |
jekk b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni is-sors ta’ rimunerazzjoni huwa:
|
|
▐ |
|
2. Il-konsumatur għandu d-dritt li jitlob l-informazzjoni dettaljata addizzjonali għal dik imsemmija fil-paragrafu 1(f).
3. L-impriża ▌tal-assigurazzjoni , meta tbigħ assigurazzjoni direttament lill-konsumaturi, għandha wkoll tinforma lill-konsumatur jekk titħallasx xi rimunerazzjoni varjabbli lil impjegat minn tagħhom għad-distribuzzjoni u l-ġestjoni tal-prodott tal-assigurazzjoni inkwistjoni.
▐
5a. F'każijiet ta' kunflitt ta' interessi u biex tiġi stimulata l-kompetizzjoni ġusta, il-konsumatur għandu jkun provdut b'informazzjoni dwar l-elementi kwantitattivi relevanti fir-rigward tal-kunċetti imsemmija fil-paragrafu unti 1 (e a) u l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u dwar l-istess kundizzjonijiet. Bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru.1094/2010, l-AEAPX għandha tiżviluppa, sal-31 ta' Diċembru 2015, u taġġorna perjodikament, linji gwida biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 17a
Żvelar ta’ informazzjoni
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu rekwiżiti ta’ żvelar addizzjonali għall-medjaturi tal-assigurazzjoni u l-impriżi tal-assigurazzjoni dwar l-ammont ta’ rimunerazzjoni, tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux monetarji rigward l-għoti ta’ intermedjazzjoni bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jafferma kundizzjonijiet ekwi bejn il-kanali kollha tad-distribuzzjoni, ma jgħawwiġx il-kompetizzjoni, u jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, u li l-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw jibqgħu proporzjonati għal-livell intenzjonat tal-protezzjoni tal-konsumaturi.
Artikolu 18
Konsulenza, u standards għall-bejgħ▌
1. Fejn tingħata konsulenza qabel il-konklużjoni ta’ xi kuntratt speċifiku, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni – inkluż jekk abbinat – jew l-impriża tal-assigurazzjoni, għandhom jispeċifikaw , fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-konsumatur:
|
(a) |
id-domandi u l-bżonnijiet ta’ dak il-konsumatur; |
|
(b) |
▌lill-konsumatur ir-raġunijiet bażiċi għal xi parir ipprovdut lill-konsumatur dwar prodott speċifikat ta’ assigurazzjoni ▌. |
2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jiġu modulati skont il-komplessità tal- prodott ta' assigurazzjoni li jkun ġie propost u skont il-livell ta' riskju finanzjarju għall-konsumatur irrelevanti mir-rotta ta’ distribuzzjoni magħżula .
3. Meta l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni ▌jagħtu parir abbażi tal-analiżi ġusta tagħhom , huma obbligati li jagħtu l-parir fuq il-bażi ta’ analiżi ġusta ta’ numru kbir biżżejjed ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq, biex ikunu jistgħu jagħmlu rakkomandazzjoni personali fl-aqwa interess tal-konsumatur , skont il-kriterji professjonali, fir-rigward ta’ liema kuntratt ta’ assigurazzjoni jkun l-iżjed adatt biex jilħaq il-ħtiġijiet tal-konsumatur.
4. Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, jingħatax jew le parir, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-konsumatur bit-tagħrif rilevanti dwar il-prodott ta’ assigurazzjoni, f’forma li tinftiehem, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità tal-prodott tal-assigurazzjoni u t-tip ta’ konsumatur. Għandu jiġi provdut f'forma ta' karta tal-informazzjoni standardizzata permezz ta' dokument tal-informazzjoni dwar il-prodott (PID) bi kliem sempliċi. Irid ikollu mill-inqas it-tagħrif li ġej:
|
(a) |
informazzjoni dwar it-tip ta' assigurazzjoni; |
|
(b) |
deskrizzjoni tar-riskji assigurati u r-riskji esklużi; |
|
(c) |
il-mezzi ta’ pagament ta’ primjums u t-tul ta’ żmien tal-pagamenti; |
|
(d) |
esklużjonijiet; |
|
(e) |
obligi fil-bidu tal-kuntratt; |
|
(f) |
obligi fil-bidu tal-perjodu tal-kuntratt; |
|
(g) |
obbligi fil-każ li jsir klejm; |
|
(h) |
il-perjodu tal-kuntratt inklużi d-data tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt; |
|
(i) |
mezzi biex jispiċċa l-kuntratt. |
4a. Il-paragrafu 4 ma japplikax għal:
|
(a) |
prodotti tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4a tar-Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) ; jew |
|
(b) |
il-bejgħ ta' prodotti tal-investiment tal-assigurazzjoni msemmija fil-Kapitolu VII ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 19
Eżenzjonijiet għall-informazzjoni u klawżola ta’ flessibbiltà
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 mhix meħtieġa li tiġi pprovduta meta l-intermedjarju jew l-impriża tal- assigurazzjoni jagħmilha ta' medjatur f'assigurazzjoni ta' riskji kbar, fil-każ ta' medjazzjoni minn intermedjarji jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew b'rabta ma' konsumaturi professjonali kif speċifikat fl-Anness .
2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konformi mal-liġi tal- Unjoni . L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AEAPX u lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet nazzjonali.
2a. L-Istati Membri li jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet iktar stretti li japplikaw għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet jirrispettaw il-prinċipji ta’ kundizzjonijiet indaqs u li l-piż amministrattiv li jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet huwa proporzjonat mal-benefiċċji ta’ ħarsien tal-konsumatur.
3. Sabiex jiġi stabbilit livell għoli ta' trasparenza bil-mezzi kollha xierqa, l-AEAPX għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi b'rabta ma' dispożizzjonijiet nazzjonali tkun ukoll ikkomunikata lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni tal-konsumaturi u lill-impriżi tal-assigurazzjoni.
Artikolu 20
Kundizzjonijiet ta' informazzjoni
1. L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 16, 17 u 18 għandha tiġi kkomunikata lill-konsumaturi:
|
(a) |
fuq il-karta; |
|
(b) |
b'mod ċar u preċiz, li jiftiehem mill-konsumatur; kif ukoll |
|
(c) |
f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju, jew fl-Istat Membru tal-impenn, jew f'xi lsien ieħor miftiehem bejn il-partijiet. Dan għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas. |
2. B'deroga mill-paragrafu 1(a), l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tista' tiġi pprovduta lill-konsumatur b'mezz minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
bl-użu ta’ mezz li jservi fit-tul, għajr il-karta, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4; jew |
|
(b) |
permezz ta’ websajt, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5. |
3. Madankollu, fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tiġi pprovduta bl-użu ta' mezz li jservi fit-tul għajr il-karta jew permezz ta’ websajt, għandha tingħata kopja fuq il-karta lill-konsumatur fuq talba tiegħu u mingħajr ħlas.
4. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tista' tiġi pprovduta bl-użu ta’ mezz li jservi fit-tul għajr il-karta, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-użu tal-mezz li jservi fit-tul huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u bejn il-konsumatur; kif ukoll |
|
(b) |
il-konsumatur ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni fuq il-karta u fuq il-mezz li jservi fit-tul, u jkun għażel dak il-mezz l-ieħor. |
5. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tista' tiġi pprovduta permezz ta’ websajt jekk tkun indirizzata personalment lill-konsumatur, jew jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 permezz ta’ websajt huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u bejn il-konsumatur; |
|
(b) |
il-konsumatur ikun qabel li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tingħatalu permezz ta’ websajt; |
|
(c) |
il-konsumatur ikun ġie mgħarraf b'mod elettroniku bl-indirizz tal-websajt, u bil-paġna tal-istess websajt fejn tista' tiġi aċċessata l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18; |
|
(d) |
jiġi żgurat li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tibqa' aċċessibbli fuq il-websajt tul perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih il-konsumatur ikollu bżonn jaċċessah. |
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-għoti ta’ informazzjoni bl-użu ta’ mezz li jservi fit-tul għajr il-karta jew permezz ta’ websajt għandu jitqies xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u bejn il-konsumatur, jekk ikun hemm evidenza li l-konsumatur ikollu aċċess regolari għall-internet. L-għoti mill-konsumatur ta’ indirizz tal-posta elettronika għall-finijiet tal-istess negozju għandu jitqies bħala tali evidenza.
7. Fil-każ ta' bejgħ bit-telefon, l-informazzjoni minn qabel mogħtija lill-konsumatur għandha tkun skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-kummerċjalizzazzjoni minn distanza ta' servizzi finanzjarji lill-konsumatur. Barra minn hekk, wara li l-konsumatur ikun għażel li jakkwista l-informazzjoni b'mod ieħor apparti fuq karta skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur skont il-paragrafu 1 jew 2 minnufih wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' assigurazzjoni.
▌
Artikolu 21a
Prattiki ta' rbit u ta' gruppar
1. Meta assigurazzjoni tiġi offruta flimkien ma' servizz jew prodott anċillari ieħor bħala parti minn pakkett jew l-istess ftehim jew pakkett, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jinformaw u joffru lill-konsumatur il-possibilità li jinxtraw komponenti differenti li jipprevedu b'mod konġunt jew separati evidenza separata tal-primjum jew il-prezzijiet għal kull komponent. Dan ma għandux jevita l-medjazzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni b'livelli differenti ta' politiki ta' kopertura tal-assigurazzjoni jew tar-riskji ta' ħafna assigurazzjonijiet.
2. Fejn ir-riskji li jirriżultaw minn tali ftehim jew pakkett offruti lil konsumatur għandhom il-possibilità li jkunu differenti mir-riskji assoċjati mal-komponenti meħuda separatament, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, fuq talba tal-konsumatur, jipprovdu deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew il-pakkett u l-mod li bih l-interazzjoni tiegħu tbiddel ir-riskji.
3. L-AEAPX, f'kooperazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) ESMA, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandha tiżviluppa sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat, b'mod partikolari, sitwazzjonijiet li fihom il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat ma jikkonformax mal-Artikolu 15(1).
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn intermedjarju tal-assigurazzjoni jew impriża tal-assigurazzjoni jipprovdu parir, huma jiżguraw li l-pakkett globali tal-prodotti tal-assigurazzjoni jissodisfaw it-talbiet u l-bżonnijiet tal-konsumaturi.
5. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri addizzjonali aktar riġidi jew jintervjenu fuq bażi ta' każ b'każ biex jipprojbixxu l-bejgħ ta' assigurazzjoni flimkien ma' servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett meta jistgħu juru li tali prattiki huma ta' detriment għall-konsumaturi.
KAPITOLU VII
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAL-ĦARSIEN TAL-KONSUMATURI B'RABTA MAL-PRODOTTI TA’ INVESTIMENT FL-ASSIGURAZZJONI
Artikolu 22
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika rekwiżiti addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għal attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni, fejn dawn jitwettqu b'rabta mal-bejgħ ta’ prodotti bbażati fuq investiment fl-assigurazzjoni minn dawn li ġejjin :
|
(a) |
intermedjarju tal-assigurazzjoni; |
|
(b) |
impriża tal-assigurazzjoni. |
Artikolu 23
Kunflitti ta’ interess
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jidentifikaw kunflitti ta’ interess bejniethom, inklużi l-maniġers, l-impjegati u l-intermedjarji abbinati tal-assigurazzjoni, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-konsumaturi tagħhom, jew bejn konsumatur u ieħor, li jinqalgħu fit-twettiq ta' kwalunkwe attività tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni.
2. Fejn l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi jsiru mill-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni skont l-Artikoli 15, 16 u 17 ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b'kunfidenza raġonevoli, li jiġu evitati r-riskji ta’ ħsara lill-interessi tal-konsumaturi ▌ l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiżvelaw biċ-ċar lill-konsumatur in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess , kif inhu xieraq, qabel ma jsir in-negozju f'isem l-istess konsumatur.
2a. L-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2 għandu:
|
(a) |
isir b’mezz durabbli; u |
|
(b) |
jinkludi dettall biżżejjed, billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-konsumatur, sabiex ikun possibbli li l-konsumatur jieħu deċiżjoni infurmata rigward l-attivitajiet ta' medjazzjoni tal-assigurazzjoni li fil-kuntest tiegħu jinħoloq il-kunflitt ta’ interess. |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 33 sabiex :
|
(a) |
tiddefinixxi l-passi ▌ li wieħed jista' raġonevolment jistenna li jittieħdu mill-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex dawn jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jiżvelaw kunflitti ta' interess meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni; |
|
(b) |
tistabbilixxi kriterji xierqa biex jiġu stabbiliti t-tipi ta’ kunflitt ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi jew ta’ konsumaturi potenzjali tal-intermedjarju jew impriża tal-investiment. |
Artikolu 24
Prinċipji u tagħrif ġenerali lill-konsumaturi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni, fit-twettiq tagħhom ta’ xi attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni ma' konsumaturi jew għalihom, jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali, skont l-interessi tal-konsumaturi, u jikkonformaw, b'mod partikulari, mal-prinċipji stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25.
2. Kull tagħrif, inklużi komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni, li l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni tindirizza lill-konsumaturi jew lil konsumaturi potenzjali, għandu jkun ġust, ċar, u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni għandhom ikunu identifikabbli biċ-ċar bħala tali.
3. Għandu jiġi pprovdut tagħrif xieraq lill-konsumaturi jew lil konsumaturi potenzjali dwar dan li ġej :
|
(a) |
l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni u s-servizzi tagħhom : meta tingħata konsulenza, it-tagħrif għandu jispeċifika jekk dik il-konsulenza hix qed tingħata fuq bażi indipendenti, u jekk hix imsejsa fuq analiżi wiesgħa jew iktar ristretta tas-suq, u għandu jindika jekk l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni humiex se jipprovdu lill-konsumatur b’valutazzjoni kontinwa ta’ kemm il-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni huwa rakkomandabbli għall-konsumaturi ; |
|
(b) |
prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni u strateġiji proposti ta’ investiment dan għandu jinkludi gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investimenti f’dawk l-istrumenti jew f'dak li jirrigwarda strateġiji partikulari ta’ investiment; ▐ |
|
(ba) |
l-ispejjeż u t-tariffi assoċjati kollha relatati mal-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni jew servizzi anċillari li jridu jinkludu l-ispiża tal-konsulenza, fejn relevanti, l-ispiża tal-istrument finanzjarju rakkomandat jew offrut għall-bejgħ lill-klijent u l-mod kif il-klijent jista' jħallas għalih, flimkien ma' kwalunkwe pagament lil parti terza; [Em. 8] |
3a. L-informazzjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi kollha, inklużi l-ispejjeż u t-tariffi b'rabta mas-servizz ta' intermedjazzjoni u l-prodott tal-assigurazzjoni li ma jirriżultawx mill-okkorrenza ta' riskji sottostanti fis-suq, għandhom jiġu aggregati biex jippermettu lill-klijent jifhem l-ispiża ġenerali kif ukoll l-effett kumulattiv fuq ir-rendiment tal-investiment, kif ukoll, jekk jintalab mill-klijent, lista mqassma skont l-oġġetti. Fejn applikabbli, tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-klijent fuq bażi regolari, tal-anqas kull sena, tul il-perjodu ta' validità tal-investiment.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u fil-paragrafu 6a għandha tiġi pprovduta f'format li jinftiehem b'tali mod li l-klijenti jew il-klijenti potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji tas-servizz tal-investiment u tat-tip speċifiku ta' prodott ta' investiment fl-assigurazzjoni li qed jiġi offrut u, konsegwentement, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi infurmata. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li dik l-informazzjoni tiġi pprovduta f'format standardizzat. [Em. 9]
4. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi pprovdut b’mod li jista’ jinftiehem, b’tali mod li l-konsumaturi jew konsumaturi potenzjali jkunu raġonevolment kapaċi jifhmu n-natura u r-riskji tat-tip ta' prodott speċifiku tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni li jkun qed jiġi offrut, u b’konsegwenza ta’ dan, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati. Dan it-tagħrif jista’ jiġi pprovdut f’format standardizzat bi qbil mal-Artikolu 18(4) .
5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li fejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jinfurmaw lill-konsumatur li l-konsulenza dwar l-assigurazzjoni tingħata fuq bażi indipendenti, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiżvelaw lill-konsumatur in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b’rabta mal-kuntratt tal-assigurazzjoni :
|
(a) |
il-firxa ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni li fuqhom tkun ibbażata r-rakkomandazzjoni u, b’mod partikolari, jekk il-firxa hijiex limitata għal prodotti ta’ assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju li jirrappreżenta lill-konsumatur; |
5a. Barra dan l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu aktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni ta’ tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux fi flus minn partijiet terzi rigward l-għoti ta’ konsulenza dwar assigurazzjoni. Dak jista’ jinkludi l-ħtieġa li tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux monetarji bħal dawn jiġu restitwiti lill-klijenti jew jiġu bbilanċjati b’tariffi mħallsa mill-klijent.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li fejn intermedjarju jgħarraf lill-klijent li l-konsulenza tkun qiegħda tingħata b’mod indipendenti, l-intermedjarju għandu jivvaluta għadd kbir biżżejjed ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni disponibbli fis-suq li jkunu ddiversifikati biżżejjed fir-rigward tat-tip tagħhom u l-emittenti jew il-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żguat li l-għanijiet tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod adatt u ma jiġux limitati għall-prodotti tal-assigurazzjoni maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mal-intermedjarju▌.
5b. Intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jżomm u jħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li jieħu l-passi raġonevoli kollha mfassla sabiex jipprevjenu li l-kunflitti ta’ interess kif imsemmija fl-Artikolu 23 jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tiegħu.
Kumpanija tal-assigurazzjoni li toħloq strumenti finanzjarji għall-bejgħ lill-klijenti għandha żżomm, tħaddem u teżamina mill-ġdid proċess għall-approvazzjoni ta' kull prodott tal-assigurazzjoni jew adattamenti sinifikanti għall-prodotti tal-assigurazzjoni eżistenti qabel ma dawn jiġu kkummerċjalizzati jew imqassma lill-klijenti.
Il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott għandha tispeċifika suq identifikat fil-mira ta' klijenti aħħarija fi ħdan il-kategorija rilevanti ta' klijenti għal kull prodott u jiżgura li jiġu vvalutati r-riskji relevanti kollha għal tali suq identifikat fil-mira u li l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba hija konsistenti mas-suq identifikat fil-mira.
Il-kumpanija tal-assigurazzjoni għandha teżamina mill-ġdid ukoll fuq bażi regolari l-istrumenti finanzjarji offruti jew kummerċjalizzati mid-ditta, filwaqt li tqis kwalunkwe avveniment li jista' materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq identifikat fil-mira, biex tal-anqas tivvaluta jekk il-prodott jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq identifikat fil-mira u jekk l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata. [Em. 11]
6. L-AEAPX għandha tiżviluppa sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat billi jiġu identifikati, b'mod partikolari, sitwazzjonijiet li fihom il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat ma jikkonformax mal-paragrafu 1.
▐
7. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 33 biex tispeċifika l-prinċipji li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom ▌meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi tagħhom. Dawk l-atti delegati għandhom jikkunsidraw :
|
(a) |
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet; |
|
(b) |
in-natura tal-prodotti offerti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni ; |
Artikolu 25
Valutazzjoni tal-idoneità u tal-adegwatezza u r-rappurtar lill-konsumaturi
1. Meta jipprovdu konsulenza, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jiksbu l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-għarfien u l-esperjenza tal-konsumatur jew tal-konsumatur potenzjali fil-qasam rilevanti tal-investiment għat-tip speċifiku ta' prodott ▌, kif ukoll fir-rigward tal-qagħda finanzjarja u l-għanijiet ta’ investiment tal-konsumatur jew tal-konsumatur potenzjali, sabiex l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali l-attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew il-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li huma xierqa għall-konsumatur jew konsumatur potenzjali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni, meta jwettqu attivitajiet oħrajn ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitolbu lill-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali rigward l-għarfien u l-esperjenza tiegħu fil-qasam tal-invesiment rilevanti għat-tip speċifiku ta’ prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni offert jew mitlub, sabiex l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw jekk l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew il-prodott ibbażat fuq l-assigurazzjoni fil-mira humiex xierqa għall-konsumatur.
Fejn l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jqisu, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont is-subparagrafu ta’ qabel dan, li l-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni ma jkunx xieraq għall-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali, l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtu twissija ta’ dan lill-konsumatur jew konsumatur potenzjali. Din it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
Fejn il-konsumaturi jew konsumaturi potenzjali ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jagħtuhom twissija li ▌mhumiex f'qagħda li jiddeterminaw jekk il-prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni fil-mira huwiex xieraq għalihom . Din it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
2a . L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni biex, meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni li jikkonsistu biss mill-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-konsumatur, jipprovdu dawk l-attivitajiet lill-konsumaturi tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu l-informazzjoni jew jagħmlu d-determinazzjoni prevista fil-paragrafu 2 fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
(a) |
l-attivitajiet jirreferu għal waħda minn dawn il-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni li ġejjin:
|
|
(b) |
l-attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni titwettaq fuq inizjattiva tal-konsumatur jew konsumatur potenzjali; |
|
(c) |
il-konsumatur jew konsumatur potenzjali jkunu ġew informati b'mod ċar, f'format standardizzat jew le, li fl-għoti ta' din l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni, l-intermedjarji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni mhumiex meħtieġa jivvalutaw kemm huma xierqa l-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni provduti jew offruti u li l-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tat-twettiq relevanti tar-regoli tan-negozju; |
|
(d) |
l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 23. |
3. L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu rekord li jinkludi dokument wieħed jew aktar, ▌li jkun ġie miftiehem bejnu u l-konsumatur, u li jkun stipula d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, kif ukoll kundizzjonijiet oħra li skonthom l-intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni jwettqu l-attivitjiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni għall-konsumatur . Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’referenza għal dokumenti jew testi legali oħrajn.
4. ▌L-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-konsumatur b'rapporti adegwati dwar l-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni pprovduta ▌. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-konsumaturi, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni involuti u n-natura tal-attività ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni mwettqa għall-konsumatur , u għandhom jinkludu, fejn applikabbli, il-kostijiet assoċjati mal-attivitajiet imwettqa f’isem il-konsumatur. ▐
Meta tiġi pprovduta konsulenza, l-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni għandhom, qabel il-prodott tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni titranġa mal-konsumatur, jipprovdu lill-konsumatur b'dikjarazzjoni f'format durabbli dwar kemm huwa rakkomandabbli billi jispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-konsumatur.
Fil-każ li l-ftehim jiġi konkluż bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni b'distanza li jipprevjeni t-twassil minn qabel tal-valutazzjoni tal-adegwatezza, l-intermedjarju jew l-impriża ta' investiment jistgħu jipprovdu dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-adegwatezza b'mezz durabbli immedjatament wara li l-konsumatur ikun marbut b'xi ftehim.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 33 biex tispeċifika l-prinċipji li l-intermedjarji u l-impriżi tal-assigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom ▌meta jwettqu attivitajiet ta' medjazzjoni fl-assigurazzjoni mal-konsumaturi tagħhom. Dawk l-atti delegati għandhom jikkunsidraw:
|
(a) |
in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-konsumatur jew lill-konsumatur potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-oġġett, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet; |
|
(b) |
in-natura tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati, inklużi t-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji u ta’ depożiti bankarji msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva …/…/UE [MiFID] ; |
|
(ba) |
in-natura konsumistika jew professjonali tal-konsumatur jew il-konsumatur potenzjali . |
5a. L-AEAPX għandha tiżviluppa sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-konsumatur li jifhem ir-riskju involut skont il-paragrafu 3(a).
KAPITOLU VIII
PENALI U MIŻURI OĦRA
Artikolu 26
Penali u miżuri amministrattivi oħrajn
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali u miżuri amministrattivi oħrajn tagħhom ikunu effiċjenti, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għall-impriżi jew intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, f’każ ta’ ksur, jistgħu jiġu applikati penali u miżuri amministrattivi oħrajn lill-membri tal-korp maniġerjali tagħhom, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu responsabbli għall-ksur.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu l-penali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali jew miżuri oħra jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri , filwaqt li jiżguraw li l-kundizzjonijiet huma sodisfati għall-ipproċessar tad-data leġittima skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 . L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu dokumenti jew informazzjoni oħra skont deċiżjoni formali, li għandha tindika bażi legali għat-talba ta' informazzjoni, l-iskadenza għall-konformità u d-dritt tas-suġġett li jfittex rieżami ġudizzjarja tad-deċiżjoni .
Artikolu 27
Pubblikazzjoni tal-penali
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tippubblika ▌kwalunkwe penali jew miżura oħra li tkun ġiet imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva▌, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, kif ukoll l-identità tal-persuni responsabbli għalih , sakemm il-penali jew miżuri oħra jkunu saru finali u ma jkunux suġġetti għal appell jew rieżami ġudizzjarja . Fejn il-pubblikazzjoni tkun tista’ tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali b’mod anonimu.
Artikolu 28
Ksur
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal dan li ġej:
|
(a) |
intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ma jkunx irreġistrat fi Stat Membru u li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) jew tal-Artikolu 4; |
|
(b) |
persuna li tipprovdi attivitajiet anċillari ta' assigurazzjoni mingħajr ma tkun ressqet dikjarazzjoni kif inhu stipulat fl-Artikolu 4, jew li tkun ressqet tali dikjarazzjoni iżda li, fir-rigward tagħha, ma jintlaħqux ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4; |
|
(c) |
impriża jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jużaw is-servizzi ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni jew fir-riassigurazzjoni ta’ persuni li la jkunu rreġistrati fi Stat Membru u lanqas ma jissemmew fl-Artikolu 1(2), u li ma jkunux ressqu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 4; |
|
(d) |
intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkun kiseb reġistrazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 3; |
|
(e) |
intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriża tal-assigurazzjoni, li jonqsu milli jilħqu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8; |
|
(f) |
impriża tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kondotta tal-operazzjonijiet skont il-Kapitoli VI u VII. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali u miżuri amministrattivi oħra li jistgħu jkunu applikati jinkludu mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
stqarrija pubblika, li tindika l-persuna naturali jew ġuridika u n-natura tal-ksur; |
|
(b) |
ordni li titlob lill-persuna naturali jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta; |
|
(c) |
fil-każ ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-irtirar tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3; |
|
(d) |
projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerali tal-intermedjarju jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, ▌li jinżammu responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f’intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew f’impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni; |
|
(e) |
fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża ewlenija, il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kontijiet ikkonsolidati tal-impriża ewlenija ulterjuri fis-sena kummerċjali preċedenti; |
|
(f) |
fil-każ ta’ persuna naturali, penali amministrattivi pekunarji sa EUR 5 000 000, jew fi Stati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. kif ukoll |
Fejn il-benefiċċju mnissel mill-ksur jista’ jkun iddeterminat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell massimu ma jkunx inqas mid-doppju tal-ammont ta’ dak il-benefiċċju.
Artikolu 29
Applikazzjoni effettiva tal-penali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' penali jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta’ penali amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun xieraq :
|
(a) |
il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur; |
|
(b) |
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna naturali jew ġuridika responsabbli; |
|
(c) |
is-saħħa finanzjarja tal-persuna naturali jew ġuridika responsabbli, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli; |
|
(d) |
l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna naturali jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; |
|
(e) |
it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat; |
|
(f) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna naturali jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti; kif ukoll |
|
(g) |
ksur preċedenti mill-persuna naturali jew ġuridika responsabbli. |
▐
3. Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot is-setgħa tal-Istati Membri ospitanti li jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom, li huma kuntrarji għad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati fl-interess ġenerali. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li jipprevjenu lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu qed jiksru l-liġi milli jibdew xi attivitajiet oħra fit-territorji tagħhom.
Artikolu 30
Rapportar tal-ksur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar, lill-awtoritajiet kompetenti, ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva.
2. L-arranġamenti msemmija għandhom jinkludu mill-inqas:
|
(a) |
proċeduri speċifiċi għall-wasla ta’ rapporti u s-segwitu tagħhom; |
|
(b) |
ħarsien xieraq , inkluża l-anonimità fejn ikun xieraq, għal dawk li jirrappurtaw il-kummissjoni ta' ksur imwettaq fi ħdanhom; kif ukoll |
|
(c) |
il-protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna naturali li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. |
L-identità tal-persuni li jirrapportaw u li huma allegatament responsabbli għall-ksur għandhom jibqgħu kunfidenzjali f'kull stadju, sakemm l-iżvelar tiegħu ma jkunx meħtieġ skont il-liġi nazzjonali għar-raġuni ta' inkjesti jew proċedimenti legali sussegwenti.
Artikolu 31
Tressiq tal-informazzjoni lill-AEAPX b’rabta mal-penali
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kull sena lill-AEAPX b’informazzjoni aggregata rigward il-miżuri jew il-penali amministrattivi kollha imposti skont l-Artikolu 26.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-AEAPX b’informazzjoni aggregata rigward il-miżuri jew il-penali amministrattivi kollha imposti skont l-Artikolu 26.
2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat miżura jew penali amministrattiva lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tirrapporta dak il-fatt lill-AEAPX.
3. L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar il-proċeduri u l-forom għat-tressiq tal-informazzjoni kif inhu msemmi f’dan l-Artikolu.
L-AEAPX għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa … [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 32
Protezzjoni tad-Data
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fl-Istati Membri skont din id-Direttiva.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali li jsir mill-AEAPX skont din id-Direttiva.
Artikolu 33
Atti ddelegati
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 34, li jikkonċernaw l-Artikoli ▌23, 24 u 25.
Artikolu 34
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli ▌23, 24 u 25, għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli ▌23, 24 u 25 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tali revoka għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ir-revoka ma għandha tolqot il-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli ▌23, 24 u 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 34a
Iżjed dispożizzjonijiet għall-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji
1. Minkejja kull limitu ta’ żmien previst għall-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozzi tagħha f'intervalli ta' 12-il xahar, 18-il xahar jew 24 xahar.
2. Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta standards tekniċi regolatorji fejn il-ħin tal-iskrutinju tal-Parlament Ewropew jitnaqqas għal xahrejn, inkluż kwalunkwe estensjoni, minħabba vaganzi.
3. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jistgħu jikkonsultaw il-Parlament Ewropew matul l-istadji ta' abbozzar tal-istandards tekniċi regolatorji, b'mod partikolari fejn hemm tħassib rigward il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
4. Fejn il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew ikun irrifjuta standards tekniċi regolatorji u jkun hemm inqas minn ġimagħtejn qabel is-sessjoni parzjali plenarja ta' wara, il-Parlament Ewropew jista' jestendi ż-żmien tiegħu għall-iskrutinju sas-sessjoni parzjali plenarja ta' wara.
5. Fejn standards tekniċi regolatorji jkunu ġew irrifjutati u l-kwistjonijiet identifikati jkollhom kamp ta' applikazzjoni limitat, il-Kummissjoni tista' tadotta skeda mħaffa biex isir abbozz ta' standard tekniku regolatorju rivedut.
6. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-mistoqsijiet kollha tal-Parlament Ewropew li jitqajmu b'mod formali permezz tal-President tal-kumitat kompetenti jitwieġbu minnufih qabel l-adozzjoni tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji.
Artikolu 35
Rieżami u evalwazzjoni
1. Sa … [Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni prattika tar-regoli stipulati f'din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq bl-imnut tal-prodotti tal-investiment, kif ukoll l-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, tar-Regolament …/…/UE [dwar dokumenti ta’ informazzjoni ewlenija għall-prodotti ta’ investiment], u ta’ Direttiva …/…/UE [MiFID II]. Dan l-eżami għandu jinkludi wkoll analiżi speċifika tal-impatt tal-Artikolu 17(2), filwaqt li titqies il-qagħda tal-kompetizzjoni fuq is-suq tas-servizzi tal-intermedjazzjoni għall-kuntratti għajr dawk tal-klassijiet speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva 2002/83/KE, u l-impatt tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 17(2) dwar l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkunu intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju.
2. Wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Kummissjoni għandha tressaq is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
▐
5. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhomx setgħat suffiċjenti u riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
▐
Artikolu 36
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa … [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva ▌. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.
Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-AEAPX u bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.
1a. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 minn … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri , dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti tad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif għandha tkun ifformulata dik id-dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 37
Tħassir
Id-Direttiva 2002/92/KE titħassar b'effett minn … [ 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 39
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
(1) Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).
(2) Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji, li tħassar id-Direttiva 2004/39/KE (ĠU …)
(3) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(4) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(5) Id-Direttiva Nru 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/EC u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali') (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(7) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(8) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikulari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħturin mill-Istati Membri (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(9) Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(10) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(11) Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar akkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).
(12) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(13) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(14) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3).
(15) Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).
(16) Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).
(17) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(18) Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja, (ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1).
(19) Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1).
(20) Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/26KE. Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 fuq il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assikurazzjoni diretta tal-ħajja u d-Direttivi li jemendaw 79/267/KEE u 90/619/KEE (tielet Direttiva fuq l-assikurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, 9.12.1992, p. 1).
(21) Id-Direttiva …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill .. dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU …).
(22) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU …).
(23) Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment (ĠU …).
ANNESS I
KONSUMATURI PROFESSJONALI
Konsumatur professjonali huwa konsumatur li għandu l-esperjenza, l-għarfien u l-kompetenza esperta biex jieħu d-deċiżjonijiet għalih innifsu u jivvaluta sewwa r-riskji li jilqa'. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala professjonisti fis-servizzi u l-attivitajiet tal-assigurazzjoni u fil-prodotti tal-investiment kollha għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
|
1. |
Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni; ▐ |
|
1a. |
Intermedjarji ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni |
|
2. |
Impriżi kbar li jissodisfaw tnejn mir-rekwiżiti li ġejjin dwar id-daqs fuq il-bażi ta' kumpanija:
|
|
3. |
Il-gvernijiet nazzjonali▌. |
|
▐ |
|
ANNESS II
DOKUMENTI TA' SPJEGAZZJONI
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.
Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata, għar-raġunijiet li ġejjin:
Il-kumplessità tad-Direttiva u tas-settur ikkonċernat:
Il-qasam tal-assigurazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni huwa partikularment ikkumplikat, u jista' jkun tekniku ħafna mill-perspettiva ta’ professjonisti li mhumiex speċjalizzati fih. Fin-nuqqas ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni strutturati sew, il-kompitu tas-superviżjoni tat-traspożizzjoni jkun sproporzjonalment impenjattiv mil-lat ta’ ħin. Din il-proposta tirrappreżenta reviżjoni li fiha ġie rriformulat it-test tad-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni (IMD). Anki jekk ħafna mid-dispożizzjonijiet ma nbidlux fis-sustanza tagħhom, iddaħħlu għadd ta’ dispożizzjonijiet ġodda, u għadd ta’ dispożizzjonijiet eżistenti ġew riveduti jew tħassru. L-istruttura, il-forma, u l-preżentazzjoni tat-testi huma għalkollox ġodda. L-istruttura l-ġdida kienet meħtieġa biex tagħti ordni iktar ċara u iktar loġika lid-dispożizzjonijiet legali, iżda se twassal għall-bżonn ta’ approċċ strutturat matul is-superviżjoni tat-traspożizzjoni.
Uħud mid-dispożizzjonijiet fid-Direttiva proposta jista' jkollhom impatt fuq għadd ta’ oqsma tal-ordni legali nazzjonali, bħal-liġi tal-kumpaniji, kummerċjali jew tat-taxxa, jew oqsma leġiżlattivi oħra fl-Istati Membri. Jistgħu jolqtu wkoll il-liġi nazzjonali sekondarja, inklużi Atti u r-regoli ġenerali tal-kondotta tal-operazzjonijiet għall-Intermedjarji Finanzjarji jew tal-Assigurazzjoni. L-interrelazzjoni ta’ kwistjonijiet ma' dawn l-oqsma kollha ġirien taf tfisser, skont is-sistema f'kull Stat Membru, li wħud mid-dispożizzjonijiet jiġu implimentati permezz ta' regoli ġodda jew diġà eżistenti minn dawk l-oqsma; għandha tkun disponibbli stampa ċara tagħhom.
Il-konsistenza u l-interrelazzjoni ma' inizjattivi oħra:
Din il-proposta tressqet għall-adozzjoni bħala parti minn “Pakkett dwar il-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi”, flimkien mal-proposta PRIPs dwar l-iżvelar ta’ prodotti (ir-Regolament dwar dokumenti ta’ informazzjoni ewlenija dwar prodotti tal-investiment li jemenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/65/KE) u UCITS V. L-inizjattiva tal-PRIPs għandha l-għan li tiżgura approċċ orizzontali koerenti għall-iżvelar tal-prodotti fir-rigward ta’ prodotti tal-investiment u prodotti tal-assigurazzjoni b'elementi ta’ investiment (l-hekk imsejħa “investimenti fl-assigurazzjoni”), u se jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar prattiċi ta' bejgħ fir-reviżjonijiet tal-IMD u tal-MiFID (Direttiva dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji). Barra minn hekk, il-proposta hija konsistenti u kumplimentari ma' leġiżlazzjoni u politiki oħrajn tal-UE, b'mod partikulari fl-oqsma tal-ħarsien tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-investituri u s-superviżjoni prudenzjali, bħas-Solvenza II (id-Direttiva 2009/138/KE), il-MiFID II (ir-riformulazzjoni tal-MiFID), u l-inizjattiva PRIPs imsemmija aktar 'il fuq.
L-IMD il-ġdida jibqa' jkollha l-karatteristiċi ta’ strument legali ta’ “armonizzazzjoni minima”. Dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-IMD, jekk meħtieġ, għall-finijiet tal-ħarsien tal-konsumaturi. Madankollu, l-istandards minimi tal-IMD se jittellgħu b'mod sinifikanti. Barra minn hekk, id-direttiva tikkunsidra klawżola ta’ reviżjoni, u sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-funzjonament ta’ dawk ir-regoli, il-Kummissjoni teħtieġ tkun f'pożizzjoni li timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom mill-bidu nett.
Kapitolu dwar l-investment fl-assigurazzjoni: It-test tal-proposta jinkludi Kapitolu li jdaħħal rekwiżiti addizzjonali ta’ ħarsien tal-konsumaturi b'rabta mal-prodotti tal-investiment fl-assigurazzjoni.
Hemm rieda politika qawwija biex tali dispożizzjonijiet ikunu implimentati, iżda fl-istess ħin, ftit li xejn hemm esperjenza għax dan huwa qasam ġdid. Għaldaqstant, huwa tal-ikbar importanza li l-Kummissjoni tirċievi dokumenti ta' traspożizzjoni dwar kif l-Istati Membri jkunu taw seħħ lil tali dispożizzjonijiet.
L-ispeċifitajiet tal-prodotti ta’ assigurazzjoni mhux għall-ħajja madankollu għandhom jiġu kkunsidrati fil-linji gwida tal-Livell 2. B’konformità mal-prinċipju analogu fl-Artikolu 3 tal-MIFID II, għandu jiġi kkunsidrat reġim analogu għall-assigurazzjonijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva f’livell nazzjonali u fil-linji gwida tal-kumitat konġunt. Il-persuni li jwettqu medjazzjoni fl-assigurazzjoni b’rabta ma’ prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards ta’ kondotta applikabbli għall-kuntratti kollha tal-assigurazzjoni kif ukoll mal-istandards imtejba applikabbli għall-prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni. Kwalunkwe persuna li taġixxi ta’ intermedjarju fi prodotti ta’ investiment fl-assigurazzjoni għandha tkun irreġistrata bħala intermedjarju tal-assigurazzjoni.
Piż amministrattiv addizzjonali mit-talbiet ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni mingħand l-Istati Membri mistenni li jkun baxx: Kif issemma iktar 'il fuq, it-test kurrenti ilu fis-seħħ sa mill-2002 (meta ġiet adottata d-Direttiva oriġinali). Għaldaqstant, ma jkunx ta’ piż għall-Istati Membri li jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom, bħalma ilhom ħafna jagħmlu għall-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni. Il-piż amministrattiv addizzjonali, mistenni li jkun baxx, mit-talbiet ta' dokumenti ta' spjegazzjoni mingħand l-Istati Membri, fir-rigward tal-partijiet il-ġodda tad-Direttiva hija proporzjonata, u meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex din tkun tista' taqdi l-kompitu tagħha ta' superviżjoni tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.
Abbażi ta’ dan kollu, il-Kummissjoni temmen li r-rekwiżit li jiġu pprovduti dokumenti ta’ spjegazzjoni fil-każ tad-Direttiva proposta huwa proporzjonat, u ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan li jitwettaq b'mod effiċjenti l-kompitu ta’ superviżjoni ta’ traspożizzjoni preċiża.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/620 |
P7_TA(2014)0156
It-tielet programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta' azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020 (COM(2011)0709 – C7-0399/2011 – 2011/0339(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/61)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0709), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0399/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-White Paper – Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 (COM(2007)0630), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Frar 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0224/2012), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 56.
(2) ĠU C 143, 12.5.2012, p. 102.
(3) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 223.
(4) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.
P7_TC1-COD(2011)0339
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 282/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/622 |
P7_TA(2014)0157
In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (COM(2013)0329 – C7-0149/2013– 2011/0299(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/62)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0657) u l-proposta emendata (COM(2013)0329), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0149/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7–0272/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 120.
(2) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 211.
P7_TC1-COD(2011)0299
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 283/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/623 |
P7_TA(2014)0158
L-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (COM(2012)0721 – C7-0394/2012 – 2012/0340(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/63)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0721), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0394/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0460/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116.
P7_TC1-COD(2012)0340
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku u s-siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi [Em. 1]
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ix-xejra lejn soċjetà diġitali tagħti lill-utenti mezzi ġodda biex jaċċessaw l-informazzjoni u s-servizzi. Il-fornituri ta’ informazzjoni u ta’ servizzi, bħall-entitajiet tas-settur pubbliku, jiddependu dejjem iktar mill-internet sabiex jipproduċu, jiġbru u jipprovdu firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u servizzi fuq l-internet, li huma essenzjali għall-pubbliku. F'dak ir-rigward, is-sigurtà tat-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali huma ta' importanza kbira. [Em. 2] |
|
(2) |
L-“aċċessibbiltà tal-internet” tirreferi għall-prinċipji u t-tekniki li għandhom jiġu osservati fil-bini ta’ siti elettroniċi, bil-għan li l-kontenut ta’ tali siti elettroniċi isir aċċessibbli għall-utenti kollha, b'mod partikulari l-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà. Il-kontenut tas-siti elettroniċi jinkludi informazzjoni testwali kif ukoll mhux testwali, minbarra t-tniżżil ta’ formoli u l-interazzjoni f'żewġ direzzjonijiet, ngħidu aħna, l-ipproċessar ta’ formoli diġitali, l-awtentikazzjoni, u tranżazzjonijiet bħall-ġestjoni ta’ kazijiet u ħlasijiet. [Em. 3] |
|
(2a) |
L-aċċessibbiltà tal-internet, speċifikament impenn biex is-siti elettroniċi pubbliċi kollha jsiru aċċessibbli sal-2010, ġiet inkluża fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Riga tal-11 ta' Ġunju 2006 dwar l-Inklużjoni elettronika; [Em. 4] |
|
(2b) |
Minkejja li din id-Direttiva ma tapplikax għas-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti inklużi f'din id-Direttiva u jagħtu eżempju ta' prassi tajba. [Em. 5] |
|
(3) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “ Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropew għall-Gvern Elettroniku 2011-2015 (3) isejjaħ għal - L-użu tal-ICT għall-promozzjoni ta' gvern intelliġenti, sostenibbli u innovattiv” il-Kummissjoni talbet li jkun hemm azzjoni biex jiġu żviluppati servizzi ta’ gvern elettroniku li jiżguraw l-inklużività u l-aċċessibbiltà. Fl-istess waqt, jinħtieġu aktar sforzi għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika dwar l-Inklużjoni elettronika, immirata biex tnaqqas id-distakk fl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u tippromwovi l-użu tal-ICT biex tingħeleb l-esklużjoni, u biex jitjiebu l-prestazzjoni ekonomika, l-opportunitajiet ta' impjieg, il-kwalità tal-ħajja, il-parteċipazzjoni soċjali u l-koeżjoni, inklużi l-konsultazzjonijiet demokratiċi. [Em. 6] |
|
(4) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Mejju 2010 bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (4) , Inizjattiva tal-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni ħabbret li, sal-2015, is-siti elettroniċi tas-settur pubbliku (u s-siti elettroniċi li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini) għandhom ikunu aċċessibbli bis-sħiħ. [Em. 7] |
|
(4a) |
Hemm ir-riskju li l-esklużjoni diġitali tolqot lill-persuni anzjani, minħabba fatturi bħan-nuqqas ta’ ħiliet tal-ICT u nuqqas ta' aċċess għall-Internet. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2011 intitolata 'L-inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni elettronika “Biex inkunu parti mis-soċjetà tal-informazzjoni”' għandha l-għan li tiżgura li l-gruppi kollha ta’ utenti jkollhom l-aqwa opportunitajiet possibbli biex jużaw l-Internet u jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ICTs. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tipproponi serje ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-użu tal-ICTs il-ġodda minn gruppi żvantaġġati ta’ utenti bħall-persuni anzjani. [Em. 8] |
|
(5) |
Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Horizon 2020) (5), u l-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-imprizi zgħar u ta' daqs medju (COSME) (6), jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-problemi tal-aċċessibbiltà. |
|
(6) |
Bir-ratifikazzjoni tagħhom tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Jeddijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (“il-Konvenzjoni tan-NU”), il-maġġoranza tal-Istati Membri, flimkien mal-Unjoni, intrabru li “jiżguraw li l-persuni b'diżabbiltà jkunu jistgħu jaċċessaw, b'kundizzjonijiet indaqs ma' ħaddieħor, teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fost l-oħrajn”, kif ukoll li “jieħdu l-miżuri meħtieġa […] biex jippromwovu l-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għal teknoloġiji u sistemi ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluż l-internet.” |
|
(6a) |
Skont il-Konvenzjoni tan-NU, l-approċċ ta' disinn universali għandu jservi bħala l-bażi għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda. [Em. 9] |
|
(7) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu “ L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020 (7) Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli”, li għandha l-għan li tkisser l-ostakoli li jżommu lil persuni b'diżabbiltà milli jipparteċipaw fis-soċjali fuq bażi ugwali, tibni fuq il-Konvenzjoni tan-UN, u tinkludi azzjonijiet f'għadd ta' oqsma prijoritarji, inkluża l-aċċessibbiltà tal-internet, bil-għan li “tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, inklużi s-servizzi pubbliċi u t-tagħmir ta’ assistenza għall-persuni b'diżabbiltà.”[Em. 10] |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jinkludi ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-aċċessibbiltà tal-ICTs. Madankollu, ma jindirizzax l-ispeċifiċitajiet tal-aċċessibbiltà tal-internet. |
|
(8a) |
Fir-riżoluzzjoni tagħha tal-25 ta' Ottubru 2011 (9) , il-Parlament Ewropew enfasizza li ekonomiji innovattivi u bbażati fuq l-għarfien ma jistgħux jiżviluppaw mingħajr kontenut u forom aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà regolati permezz ta' leġiżlazzjoni vinkolanti, bħalma huma paġni tal-Internet li jkunu aċċessibbli għall-għomja u kontenut bis-sottotitoli għal dawk li jbatu biex jisimgħu, inklużi s-servizzi tal-midja tal-massa, servizzi onlajn għall-persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali, applikazzjonijiet tal-ismart phone u għajnuniet tattili u vokali fil-midja pubblika; [Em. 11] |
|
(8b) |
L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tenfasizza l-importanza tal-azzjonijiet pożittivi li jgħinu lill-persuni b’diżabbiltà biex jaċċedu għal kontenut kulturali bħala element fundamentali tat-tgawdija sħiħa taċ-ċittadinanza Ewropea u jitlob li jkun hemm implimentazzjoni sħiħa tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-Aċċess Diġitali għall-persuni d’diżabbiltà. Il-produzzjoni ta’ dokumenti bħal rapporti, kotba u testi leġiżlattivi disponibbli f'siti pubbliċi b'mod li jkunu għal kollox aċċessibbli, flimkien mal-appoġġ għas-settur privat li ntalab bil-ħsieb li jiġu inċentivati l-investimenti f’dan il-qasam, tista’ tagħti kontribut importanti biex jintlaħaq dak l-objettiv u jkun promoss l-iżvilupp tal-ħiliet u opportunitajiet għall-fornituri tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni. [Em. 12] |
|
(9) |
Is-suq tal-aċċessibbiltà tal-internet, li qed jikber b'ritmu mgħaġġel, jinkludi firxa ta' operaturi ekonomiċi, bħal dawk li jiżviluppaw websajts siti elettroniċi jew għodda tas-software biex joħolqu, jiġġestixxu u jittestjaw paġni elettroniċi, jiżviluppaw aġenti għall-utenti bħal browsers tal-internet u teknoloġiji relatati ta' assistenza, jimplimentaw servizzi ta' ċertifikazzjoni, u jipprovdu taħriġ u l-feeds tal-midja soċjali integrati fis-siti elettroniċi . F'dak ir-rigward huma ta' importanza kbira l-isforzi magħmula fil-qafas tal-Gran Koalizzjoni għal Impjiegi Diġitali, li hija segwitu għall-Pakkett tal-Impjieg u li tindirizza l-ispeċjalisti tal-ICT u għandha l-għan li tittratta n-nuqqasijiet fil-ħiliet, inklużi l-litteriżmu u l-ħiliet tax-xogħol fis-settur tal-ICT . [Em. 13] |
|
(10) |
Għadd ta’ Stati Membri adottaw miżuri msejsa fuq linjigwida użati internazzjonalment għad-disinn ta’ siti elettroniċis aċċessibbli, iżda l-gwida pprovduta tirreferi ta’ sikwit għal verżjonijiet differenti jew għal livelli differenti ta’ konformità ma' dawk l-istess linjigwida, jew inkella ġew introdotti varjazzjonijiet teknoloġiċi fuq il-livell nazzjonali. |
|
(11) |
Il-fornituri tal-aċċessibbiltà tal-internet jinkludu għadd kbir ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Il-fornituri, u l-SMEs b'mod partikulari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti ta’ negozji 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Minħabba d-differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet u r-regolamenti tal-aċċessibbiltà tal-internet, il-kompetittività u t-tkabbir tagħhom jixxekklu mill-kostijiet addizzjonali li jkunu jġarrbu fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi marbutin mal-aċċessibbiltà ta’ siti elettroniċi transfruntieri. |
|
(11a) |
Il-garanzija ta’ newtralità tan-netwerk hija essenzjali biex is-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku jibqgħu aċċessibbli issa u fil-ġejjieni, u biex l-internet ikun miftuħ. [Em. 14] |
|
(12) |
Ix-xerrejja tas-siti elettroniċi u ta' prodotti u servizzi relatati jħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għaljin fl-għoti ta' servizz, jew ma' dipendenza minn fornitur wieħed, minħabba kompetizzjoni limitata. Il-fornituri spiss jiffavorixxu varjazzjonijiet ta’ “standards” proprjetarji, fatt li jfixkel il-possibbiltà ta' firxa usa' fil-futur għall-interoperabbiltà ta' aġenti għall-utenti, kif ukoll l-aċċess mal-Unjoni kollha għall-kontenut ta' siti elettroniċi. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw mill-kondiviżjoni ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi soċjetali u teknoloġiċi. |
|
(13) |
Biex tisparixxi tali frammentazzjoni, jeħtieġ li jitqarrbu l-miżuri nazzjonali fuq il-livell tal-Unjoni, abbażi ta' ftehim dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-websajts għas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku u għas-siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi . Dan għandu jnaqqas l-inċertezza għall-iżviluppaturi ta’ websajts siti elettroniċi , u għandu jrawwem l-interoperabbiltà. Bl-użu L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet adegwati u interoperabbli meta jinħarġu l-offerti għall-kontenuti tas-siti. Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-internet li jkunu teknoloġikament newtrali, mhijiex ser tkun imfixkla mhumiex ser ifixklu l-innovazzjoni, anzi għandha għandhom mnejn tiġi stimulata jistimulawha . [Em. 15] |
|
(14) |
Approċċ armonizzat għandu jippermetti wkoll lill-entitajiet tas-settur pubbliku u lill-intrapriżi tal-UE jiksbu benefiċċji soċjali u ekonomiċi mit-twessigħ tal-għoti ta' servizzi onlajn biex jinkludi lil iktar ċittadini u konsumaturi. Dan għandu jżid il-potenzjal tas-suq intern għal prodotti u servizzi ta’ aċċessibbiltà tal-internet u jkompli t-twettiq tas-suq uniku diġitali . It-tkabbir tas-suq li jirriżulta minn dan għandu jippermetti lill-impriżi jikkontribwixxu lejn il-ħolqien tal-impjieg u t-tkabbir ekonomiku fi ħdan l-Unjoni. Billi jissaħħaħ is-suq intern, l-investiment fl-Unjoni jsir aktar attraenti. Il-gvernijiet jistgħu jibbenefikaw minn forniment orħos tal-aċċessibbiltà tal-internet. [Em. 16] |
|
(15) |
Iċ-ċittadini għandhom igawdu minn aċċess usa' għal servizzi pubbliċi onlajn tas-settur pubbliku, għandhom ikunu jistgħu jaċċedu għal kontenut kulturali u ta' divertiment li jippermettilhom jintegraw b’mod sħiħ fil-livell soċjali u professjonali, u għandhom jirċievu servizzi u informazzjoni li jiffaċilitaw l-eżerċizzju il-ħajja ta' kuljum tagħhom u t-tgawdija ta' jeddijiethom mal-Unjoni kollha, b'mod partikolari l-jedd li jiċċaqalqu u jgħixu bil-libertà kollha fit-territorju tal-Unjoni, id-dritt tagħhom ta' aċċess għall-informazzjoni kif ukoll il-libertà ta' stabbiliment u tal-forniment ta' servizzi. [Em. 17] |
|
(15a) |
Is-servizzi onlajn għandhom importanza dejjem akbar fis-soċjetà tagħna. L-internet huwa għodda essenzjali li joffri aċċess għall-informazzjoni, it-taħriġ u l-parteċipazzjoni soċjali. Għaldaqstant, fl-interess tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kollha għandu jkollhom aċċess bla xkiel għas-siti elettroniċi ta' entitajiet tas-settur pubbliku, kif ukoll għal siti elettroniċi li jipprovdu servizzi bażiċi lill-pubbliku, pereżempju paġni ta' aħbarijiet ewlenin u libreriji multimedjali, servizzi bankarji (“online banking”), informazzjoni u servizzi ta' gruppi ta' interess, eċċ. [Em. 18] |
|
(16) |
Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet iddefiniti f'din id-Direttiva huma teknoloġikament newtrali. Jindikaw biss liema funzjonalitajiet bażiċi għandhom jiġu sodisfati biex l-utent ikunu jista' b'mod awtonomu jipperċipixxi, jinnaviga, jopera, interaġixxi, jaqra jew jifhem sit elettroniku u l-kontenut tiegħu. Ma jispeċifikawx kif dan għandu jinkiseb, jew liema teknoloġija għandha tintgħażel għal sit elettroniku partikulari, informazzjoni partikulari, jew applikazzjoni partikulari. Minnhom infushom dawn ma jfixklux l-innovazzjoni. |
|
(17) |
L-interoperabbiltà marbuta mal-aċċessibbiltà tal-internet għandha tissejjes fuq speċifikazzjonijiet adottati u użati b'mod komuni, li jkattru kemm jista' jkun il-kompatibbiltà tal-kontenut ta' siti elettroniċi ma' aġenti għall-utenti attwali u tal-futur, kif ukoll ma' teknoloġiji ta' assistenza. B'mod aktar speċifiku, il-kontenut ta’ sit elettroniku għandu jipprovdi lill-aġenti għall-utenti b'kodifikazzjoni interna komuni ta’ lingwaġġ naturali, strutturi, relazzjonijiet u sekwenzi, kif ukoll bid-dejta ta' kwalunkwe komponent integrat ta' interfaċċa għall-utenti. Għaldaqstant, l-interoperabbiltà tibbenefika lill-utenti, billi tippermettilhom iħaddmu l-aġenti għall-utenti tagħhom b'mod ubikwu biex jaċċessaw siti elettroniċi: jistgħu jgawdu wkoll minn għażla usa' u minn prezzijiet imnaqqsa mal-Unjoni kollha. L-interoperabbiltà tkun tibbenefika wkoll lill-fornituri u lix-xerrejja tal-prodotti u s-servizzi relatati mal-aċċessibbiltà tal-internet. |
|
(18) |
Kif inhu ssottolinjat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropea, l-awtoritajiet pubbliċu għandhom jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni tas-swieq għall-kontenut onlajn. Il-gvernijiet jistgħu jistimulaw is-swieq tal-kontenut billi jrendu l-informazzjoni tas-settur pubbliku disponibbli f’termini ta’ trasparenza, effikaċja u nondiskriminazzjoni. Din hija għajn importanti ta’ tkabbir potenzjali ta' servizzi onlajn innovattivi. |
|
(18a) |
Għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri li jeżiġu li ċerti siti elettroniċi jiġu trasferiti fuq servers fl-Unjoni sabiex jiġi evitat spjunaġġ minn partijiet barra l-Unjoni jew kxif ta’ informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-partijiet barra l-Unjoni ma jkunux jistgħu jagħlqu s-servizzi li huma importanti għal raġunijiet ta’ sigurtà. [Em. 19] |
|
(19) |
Din id-Direttiva għandha timmira li tiżgura li ċerti tipi ta’ siti s-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku kollha u s-siti elettroniċi operati mill-entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi li huma essenzjali għall-pubbliku jsiru aċċessibbli għalih, skont rekwiżiti komuni. Tali tipi għal kollox għal persuni b’diżabbiltà biex jiġu ffaċilitati l-għajxien tagħhom b’mod indipendenti u l-parteċipazzjoni tagħhom b’mod sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja kif iddikjarat fil-Konvenzjoni tan-NU. It-tipi ta’ siti elettroniċi ġew identifikati fl-eżerċizzju operati minn entitajeit li jipprovdu servizzi bażiċi li għandhom ikunu koperti permezz ta’ valutazzjoni komparattiva tal-gvern elettroniku fl-2001 (10) , u ġew użati bħala bażi għal-lista mogħtija din id-Direttiva għandhom jiġu elenkati fl-Anness. L-iskadenzi għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu mifruxa sabiex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi s-siti elettroniċi kollha tal-entitajiet pubbliċi li jagħtu servizzi direttament lill-pubbliku. [Em. 20] |
|
(20) |
Din id-Direttiva tistipula rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet għal ċerti tipi ta' siti għas-siti elettroniċi kollha ta' entitajiet tas-settur pubbliku u dawk operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi . Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati ma’ dawk ir-rekwiżiti, jeħtieġ li tkun ipprovduta l-preżunzjoni tal-konformità għas-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu standards armonizzati li jiġu adottati u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni 87/95/KEE u d-Deċiżjoni 1673/2006/KE, bil-għan li jiġu espressi speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati għal dawk ir-rekwiżiti. Skont dan dak ir-Regolament, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandu jkollhom il-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-istandards armonizzati li jqisu li ma jilħqux bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati f'din id-Direttiva. [Em. 21] |
|
(21) |
Il-Kummissjoni diġà ħarġet il-Mandat M/376 (12) lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, biex jiżviluppaw standard armonizzat li jispeċifika r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà funzjonali għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT, inkluż il-kontenut ta' siti elettroniċi, li jistgħu jintużaw fl-akkwist pubbliku, kif ukoll għal finijiet oħra bħall-akkwist fis-settur privat. Għal dak il-għan, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni huma mitluba jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib ma' fora u konsorzji rilevanti ta’ standards industrijali, inkluż il-World Wide Web Consortium (W3C/WAI). Standard armonizzat li jkun jipprovdi l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati f'din id-Direttiva għandu jissejjes fuq ir-riżultat ta' dik il-ħidma. |
|
(21a) |
Fil-preparazzjoni u r-reviżjonijiet futuri potenzjali tal-istandards Ewropej u armonizzati rilevanti, l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jiġu mħeġġa bis-saħħa biex jiżguraw il-koerenza mal-istandards internazzjonali rilevanti (attwalment l-ISO/IEC 40500), sabiex jevitaw kwalunkwe frammentazzjoni jew inċertezza legali. [Em. 22] |
|
(22) |
Sakemm ir-referenzi ta’ tali standard armonizzat jew partijiet minnu ma jiġux ippubblikati, is-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu l-istandards Ewropej jew partijiet minnhom, li jkunu ġew determinati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati għandhom jiġu preżunti li jkunu f'konformita' mar-rekwiżiti ta' aċċessibilita' tal-internet koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. Kandidat għal tali standard armonizzat jista' jkun l-istandard Ewropew li għandu jiġi adottat abbażi tal-mandat M/376. |
|
(23) |
Fin-nuqqas ta’ tali standard Ewropew, il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet għandha tingħata għas-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu dawk il-partijiet tal-istandard internazzjonali ISO/IEC 40500:2012 li jkopru l-Kriterji ta’ Suċċess u r-Rekwiżiti tal-Konformità għall-konformità tal-livell AA. L-istandard ISO/IEC 40500:2012 huwa eżattament identiku għall-Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) 2.0 oriġinali. Is-Success Criteria and Requirements for Level AA conformance, speċifikati għall-paġni elettroniċi fil-verżjoni 2.0 tal-Linjigwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut fuq l-Internet (WCAG 2.0) mid-W3C, huma rikonoxxuti b'mod wiesa' minn partijiet interessati, kemm fuq il-livell Ewropew kif ukoll fuq dak internazzjonali, li jipprovdu l-bażi għal speċifikazzjonijiet xierqa ta' aċċessibbiltà tal-internet. Dan saħqu fuqu l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aoċjetà ta' informazzjoni aċċessibbli tal-31 ta' Marzu 2009. |
|
(24) |
Il-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet għandha tiġi mmonitorjata b'mod kontinwu sa mill-bini inizjali tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku, tas-sit elettroniku konċernat u tul l-aġġornamenti kollha sussegwenti tal-kontenut tagħhom tiegħu . Il-ħatra ta' awtorità kompetenti f'kull Stat Membru bħala l-entità tal-infurzar, tkun mezz adegwat biex ikun żgurat li l-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet tkun monitorjata u infurzata rigorożament, bl-involviment mill-qrib tal-partijiet konċernati permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu f'każijiet identifikati ta' nuqqas ta' konformità. Metodoloġija armonizzata ta’ monitoraġġ tista' tkopri mod ta’ verifika, fuq bażi uniformi fl-Istati Membri kollha, tal-grad ta’ konformità tas-sit elettroniku konċernat mir-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet, il-ġbir ta' kampjuni rappreżentattivi, u l-perjodiċità tal-monitoraġġ. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport kull sena sentejn dwar ir-riżultat tal-monitoraġġ, u b'mod aktar ġenerali dwar il-lista ta’ miżuri li jkunu ttieħdu fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 23] |
|
(24a) |
L-ewwel metodoloġija użata fil-monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet fuq bażi kontinwa għandha tkun adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni mhux iktar minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. [Em. 24] |
|
(25) |
F'qafas armonizzat, l-industrija tal-ħolqien u l-iżvilupp ta' websajts siti elettroniċi għandha taffaċċja inqas xkiel biex topera fis-suq intern, filwaqt li għandhom jitnaqqsu l-kostijiet għall-gvernijiet u għal oħrajn biex jitolbu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ta' aċċessibbiltà tal-internet li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjieg . [Em. 25] |
|
(26) |
Sabiex jiġi żgurat li s-siti elettroniċi kkonċernati jsiru aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati b'din id-Direttiva, u sabiex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti huma ċari u jinftiehmu għall-partijiet konċernati involuti fl-implimentazzjoni tagħhom , inklużi żviluppaturi esterni tas-siti u l-persunal tal-entitajiet tas-settur pubbliku u entitajiet oħra li jwettqu kompiti pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tkun tista' tkompli tispeċifika, tipprovdi aktar dettalji , fejn meħtieġ, dawn ir-rekwiżi, xieraq , dwar dawk ir-rekwiżiti, mingħajr ma timmodifikahom, biex tiddetermina l-istandard Ewropew, l-istandards Ewropej jew il-partijiet minnu minnhom , li fin-nuqqas ta’ standards armonizzati jkunu jipprovdu l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet għas-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu tali standards jew partijiet minnhom. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 26] |
|
(27) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandu tingħatalha setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-istabbiliment tal-metodoloġija li l-Istati Membri għandhom jużaw għall-monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati ma' dawk ir-rekwiżiti. Għandha tintuża l-proċedura konsultattiva għall-istabbiliment ta' mudell ta' dikjarazzjoni dwar l-aċċessibilita' u l-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
|
(28) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, l-istabbiliment ta' suq uniku għall-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku kif ukoll dawk operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi , ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ għadd kbir ta’ regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu iżda mill-banda l-oħra jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imsemmi. L-adozzjoni ta' approċċ armonizzat għall-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi fl-Unjoni tnaqqas l-ispejjeż tal-impriżi li jiżviluppaw is-siti elettroniċi u, konsegwentement anke tal-entitajiet pubbliċi li jużaw is-servizzi tagħhom. Fil-futur, l-aċċess għall-informazzjoni u għas-servizzi pprovduti permezz ta' siti elettroniċi se jkun dejjem aktar importanti għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tal-pubbliku, inkluż l-aċċess għall-impjieg, [Em. 27] |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva timmira li tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-utenti kollha tal-kontenut tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku għall-utenti kollha, u tas-siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi , b'mod partikulari l-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u l-persuni anzjani . [Em. 28]
1a. Skont il-Konvenzjoni tan-NU, il-persuni b’diżabbiltà jinkludu dawk li għandhom limitazzjonijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorjali fit-tul li jistgħu, flimkien ma’ ostakoli varji, jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn. [Em. 29]
2. Din id-Direttiva tistipula r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom irendu aċċessibbli il-funzjonalità u l-kontenut ta', li t-tipi tagħhom huma speċifikati fl-Anness.:
|
(a) |
siti elettroniċi ta' entitajiet tas-settur pubbliku; u |
|
(b) |
siti elettroniċi operati minn entitajiet oħra li jwettqu t-tipi ta' kompiti pubbliċi speċifikati fl-Anness Ia. |
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal tipi oħra kompiti pubbliċi, apparti dawk imsemmija fl-Anness Ia. [Em. 30]
3. L-Istati Membri jistgħu għandhom jiġu mħeġġa jwessgħu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal tipi oħra ta' siti elettroniċi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2. [Em. 31]
3a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għall-mikrointrapriżi kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (14) jekk dawn iwettqu t-tipi ta' kompiti pubbliċi speċifikati fl-Anness Ia ta' din id-Direttiva. [Em. 32]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(-1a) |
“Entità tas-settur pubbliku” tfisser l-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi regolati permezz tad-dritt pubbliku kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) , u l-assoċjazzjonijiet magħmulin minn awtorità waħda jew iktar ta’ dan it-tip, jew minn korp wieħed jew iktar ta’ dan it-tip, irregolati permezz tad-dritt pubbliku. [Em. 33] |
|
(-1b) |
“Siti elettroniċi li jappartjenu lil entitajiet tas-settur pubbliku” tfisser siti elettroniċi żviluppati, akkwistati, miżmuma jew kofinanzjati mill-entitajiet tas-settur pubbliku jew kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. [Em. 34] |
|
(-1c) |
“Siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi” tfisser siti elettroniċi operati minn entitajiet li jwettqu t-tipi ta' kompiti pubbliċi speċifikati fl-Anness Ia. [Em. 35] |
|
(1) |
“Siti elettroniċi kkonċernati” tfisser dawk imsemmija il-verżjonijiet kollha tas-siti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva fosthom dawk imfassla biex jiġu aċċessati permezz ta’ apparat mobbli jew kwalunkwe mezz ieħor . Jekk applikazzjoni ddisinjata mis-sidien ta' sit elettroniku toffri servizzi konnessi mas-sit elettroniku, din id-definizzjoni tapplika wkoll għal applikazzjoni ta' dan it-tip . [Em. 36] |
|
(2) |
“Kontenut ta’ siti elettroniċi” tfisser l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata l-komponenti tal-interfaċċa mal-utenti li għandhom jiġu kkomunikati lill-utent permezz ta' aġent għall-utenti, inkluż kodiċi jew mark-up li jiddefinixxu l-istruttura, il-preżentazzjoni u l-interazzjonijiet tal-kontenut. Il-kontenut tas-siti elettroniċi jinkludi informazzjoni testwali u mhux testwali, il-possibilità ta' tniżżil (downloading) ta’ dokumenti u formoli kif ukoll interazzjoni f'żewġ direzzjonijiet, bħall-ipproċessar ta' formoli diġitali u t-twettiq ta' proċessi ta’ awtentikazzjoni, identifikazzjoni u ħlas. Jinkludi wkoll funzjonijiet provduti permezz ta’ siti elettroniċi, li huma esterni għas-sit elettroniku konċernat, pereżempju, permezz tal-użu ta’ ħoloq elettroniċi (web-links), bil-kundizzjoni li s-sit elettroniku estern ikun l-uniku mezz li bih jiġu provduti l-informazzjoni u s-servizz lill-utent . Il-kontenut tas-siti elettroniċi jinkludi wkoll il-kontenut iġġenerat mill-utent u fejn hu teknikament possibbli, il-midja soċjali, meta din tkun integrata f'sit elettroniku. Jinkludi mhux biss il-partijiet tas-sit elettroniku konċernat li joffri servizz speċifiku, iżda s-sit elettroniku kollu relatat miegħu. [Em. 37] |
|
2a. |
“Għodda ta' authoring” tfisser kwalunkwe applikazzjoni bbażata fuq l-internet jew mhux ibbażata fuq l-internet li tista' tintuża mill-awturi (weħidhom jew b'mod kollaborattiv) biex toħloq jew timmodifika l-kontenut tal-internet għall-użu minn awturi jew utenti finali oħra. [Em. 38] |
|
(3) |
“Aġent għall-utenti” tfisser kwalunkwe software li jiġbor u jippreżenta l-kontenut ta’ sit elettroniku għall-utenti, inklużi brawżers, riprodutturi ta' midja, plug-ins, u programmi oħra li jgħinu fil-ġbir, fil-preżentazzjoni u fl-interazzjoni mal-kontenut fuq sit elettroniku, indipendentement mit-tip ta' tagħmir użat għall-interazzjoni mal-kontenut, inkluż tagħmir mobbli . [Em. 39] |
|
(3a) |
“Aċċessibbiltà tal-internet” tfisser il-prinċipji u t-tekniki li għandhom jiġu osservati meta jinbnew is-siti elettroniċi konċernati, sabiex jagħmlu l-kontenut ta' dawn is-siti aċċessibbli għall-utenti kollha, b'mod partikolari għal persuni b'diżabbiltà u persuni anzjani. L-aċċessibbiltà għall-internet tirreferi b’mod partikolari għall-prinċipji u t-tekniki li jtejbu l-perċezzjoni, in-navigazzjoni, l-operat, l-interazzjoni, il-qari u l-fehim tal-utenti, u jinkludi l-użu ta’ teknoloġija assistiva jew awmentattiva u l-komunikazzjoni alternattiva. [Em. 40] |
|
(3b) |
“Teknoloġija assistiva” tfisser kwalunkwe hardware jew software li jaġixxi bħala aġent għall-utenti jew flimkien ma' aġent għall-utenti mainstream biex jipprovdi l-funzjonalità biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-utenti b'diżabbiltà li jmorru lil hinn minn dawk offruti minn aġenti għall-utenti mainstream. Dan jinkludi preżentazzjonijiet alternattivi, metodi ta' input alternattivi, mekkaniżmi addizzjonali ta' navigazzjoni jew orjentazzjoni, u trasformazzjonijiet tal-kontenut. [Em. 41] |
|
(3c) |
“Disinn universali” tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li għandhom jintużaw mill-persuni kollha, fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat, kif definit fil-Konvenzjoni tan-NU. M'għandux jeskludi apparat ta' għajnuna għal gruppi partikolari ta' persuni b'diżabbiltà meta dan ikun meħtieġ. [Em. 42] |
|
(4) |
“Standard” tfisser standard kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(5) |
“Standard internazzjonali” tfisser standard internazzjonali kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(6) |
“Standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(7) |
“Standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(8) |
“Entità tas-settur pubbliku” tfisser l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi regolati b'liġi pubblika, kif iddefinit fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE, u assoċjazzjonijiet magħmulin minn awtorità waħda jew iktar ta’ dan it-tip, jew minn korp wieħed jew iktar ta’ dan it-tip, irregolati b'liġi pubblika. [Em. 43] |
Artikolu 3
Rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-siti elettroniċi kkonċernati jsiru aċċessibbli:
|
(a) |
b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, in-navigazzjoni , l-operat l-interazzjoni, il-ħila li jaqra u l-fehim awtonomi tal-utenti, inkluż bl-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; [Em. 44] |
|
(b) |
b'mod li jiffaċilita jiżgura l-interoperabbiltà ma' varjetà wiesgħa ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza fuq il-livell tal-Unjoni u internazzjonali; [Em. 45] |
|
(ba) |
permezz ta' approċċ ta' disinn universali. [Em. 46] |
2. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015. [Em. 47]
3. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8, biex tkompli tispeċifika, biex tipprovdi aktar dettalji , fejn xieraq, dwar ir-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet imsemmijin fl-paragrafu 1, mingħajr ma timmodifika dawk ir-rekwiżiti . [Em. 48]
Artikolu 4
Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards armonizzati
Is-siti elettroniċi kkonċernati li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, imfassla u ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1).
Artikolu 5
Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards Ewropej jew internazzjonali
1. Sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 4 ma jkunux ġew ippubblikati, is-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu l-istandards Ewropej jew il-partijiet minnhom li jkunu ġew iddeterminat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet koperti minn dawk l-istess standards jew partijiet minnhom, kif inhu stipulat fl-Artikolu 3(1).
2. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8, biex tiddetermina l-istandards Ewropej jew partijiet minnhom imsemmijin fl-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. Sakemm ir-referenzi tal-istandards Ewropej imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu għadhom ma ġewx iddeterminati, is-siti elettroniċi kkonċernati li jilħqu l-partijiet tal-istandard ISO/IEC 40500:2012 l-istandard tekniku internazzjonali WCAG 2.0. li jkopru l-Kriterji ta’ Suċċess u r-Rekwiżiti ta’ Konformità għall-konformità tal-Livell AA, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stipulati fl-Artikolu 3 (1) . [Em. 49]
Artikolu 6
Miżuri addizzjonali
1. L-Istati Membri għandhom iħeġġu jiżguraw li s-siti elettroniċi ikkonċernati jipprovdu dikjarazzjoni ċara u konċiża dwar l-aċċessibbiltà tagħhom, b'mod partikulari dwar il-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva, inkluża informazzjoni dwar il-livell ta' konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet relatati mal-kontenut awdjo dirett, u x'aktarx b'informazzjoni addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà b'appoġġ lill-utenti biex tappoġġa lill-utenti fil-valutazzjoni tal-livell ta' aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi konċernati . Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'format aċċessibbli . [Em. 50]
1a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dikjarazzjoni mudell dwar l-aċċessibbiltà permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2). [Em. 50]
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet, kif iddefinit stipulati fl-Artikolu 3 (1) , għas-siti elettroniċi kollha tal-entitajiet tas-settur pubbliku lil hinn minn dawk ikkonċernati, b'mod partikulari, għas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku koperti minn liġijiet nazzjonali jew miżuri relevanti dwar l-aċċessibbiltà tal-internet. [Em. 51]
2a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jappoġġjaw programmi ta' taħriġ fl-aċċessibbiltà tal-internet għall-partijiet konċernati relevanti, inkluż il-persunal tal-entitajiet tas-settur pubbliku u l-entitajiet li jwettqu kompiti pubbliċi, biex joħolqu, jamministraw u jaġġornaw il-paġni tal-internet inkluż il-kontenut tagħhom. [Em. 52]
2b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iqajmu l-kuxjenza dwar ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-benefiċċji tagħhom għall-utenti u s-sidien tas-siti elettroniċi u dwar il-possibilità li jsiru lmenti f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, kif stabbiliti fl-Artikolu 7a. [Em. 53]
2c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu l-użu ta' għodod ta' authoring li jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi ta' din id-Direttiva. [Em. 54]
3. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw mekkaniżmi xierqa għal konsultazzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà tal-internet ma' partijiet interessati relevanti u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ persuni b’diżabbiltà u tal-anzjani , u għandhom jippubblikaw kull żvilupp fil-politika tal-aċċessibbiltà tal-internet, flimkien mal-esperjenzi u s-sejbiet mill-implimentazzjoni tal-konformità tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet. [Em. 55]
4. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fuq il-livell nazzjonali u tal-Unjoni, mal-imsieħba soċjali relevanti, u ma' partijiet interessati tal-industrija u tas-soċjetà ċivili, b'faċilitazzjoni mill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu rriveduti, f'rapport annwali kif imsemmi fl-Artikolu 7(4) fl-Artikolu 7b , l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-aċċessibbiltà tal-internet, u bil-għan ta' skambju tal-aqwa prassi. [Em. 56]
4a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imsieħba soċjali relevanti jipparteċipaw fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-programmi ta' taħriġ u skemi ta' qawmien ta' kuxjenza, imsemmija fil-paragrafi 2a u 2b rispettivament. [Em. 57]
Artikolu 7
Monitoraġġ u rappurtar [Em. 58]
1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet b'mod kontinwu, bl-użu tal-metodoloġija pprovduta fil-paragrafu 4.
1a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' esperti li jiltaqa' tal-inqas darba kull sentejn, fuq stedina tal-Kummissjoni, biex jiddiskuti r-riżultati tal-monitoraġġ, jiskambja l-aħjar prassi rigward l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u jivvaluta l-ħtieġa għal kwlaunkwe speċifikazzjoni addizzjonali tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet kif definiti fl-Artikolu 3(1). Dak il-grupp ta' esperti għandu jikkonsisti minn esperti governattivi u privati, u l-partijiet konċernati relevanti, l-anzjani, persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. [Em. 59]
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport kull sena dwar ir-riżultat tal-monitoraġġ li jkun sar skont il-paragrafu 4, inkluża d-dejta ta’ kejl, u fejn xieraq, il-lista tas-siti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1(3). [Em. 60]
3. Dan ir-rapport għandu jkopri wkoll l-azzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 6. [Em. 61]
4. Il-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabblixxi l-metodoloġiji għall-monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi kkonċernati mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet kif stipulati fl-Artikolu 3 (1) . Dik il-metodoloġija għandha tkun trasparenti, trasferibbli, kumparabbli u riproduċibbli, u għandha titħejja b’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet konċernati relevanti tal-industrija u tas-soċjetà ċivili, fosthom b’mod partikolari, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3). L-ewwel metodoloġija għandha tiġi adottata sa … (*1). Dik il-metodoloġija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi: [Em. 62]
|
(a) |
ir-regolarità tal-monitoraġġ u tat-teħid ta’ kampjuni tas-siti elettroniċi kkonċernati li għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ; |
|
(b) |
fuq il-livell tas-sit elettroniku, id-deskrizzjoni ta’ kif għandha tiġi ddemostrata l-konformità mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet imniżżlafl-Artikolu 3(1), b'referenzi diretti – fejn disponibbli – għad-deskrizzjonijiet rilevanti fl-istandard armonizzat, jew fin-nuqqas tagħhom, fl-istandards Ewropej jew internazzjonali msemmija fl-Artikoli 4 u 5 rispettivament; u |
|
(ba) |
skont il-metodoloġija tar-riċerka li tgħaqqad l-analiżi tal-esperti mal-esperjenza tal-utenti, inklużi l-utenti b'diżabbiltà. [Em. 63] |
6. L-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2). [Em. 64]
Artikolu 7a
Entità tal-infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti (entità tal-infurzar) responsabbli għall-infurzar tal-konformità tas-siti elettroniċi konċernati mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn hu possibbli, l-entita' tal-infurzar tikkoopera mill-qrib ma' partijiet konċernati relevanti, inklużi l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entita tal-infurzar kompetenti maħtura għandha r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex twettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
timmonitorja l-konformità tas-siti elettroniċi konċernati mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-internet, kif stabbilit fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti biex kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tkun tista' tinnotifika kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet tas-siti elettroniċi konċernati; kif ukoll |
|
(c) |
teżamina l-ilmenti li jitressqu. |
3. L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu r-responsabilità għall-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 6 fuq l-entità tal-infurzar.
4. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-entità tal-infurzar maħtura sa … (*2) . [Em. 65]
Artikolu 7b
Rapportar
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 7, fosthom fir-rigward tad-dejta tal-kejl, u fejn xieraq, il-lista tas-siti elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1(3).
2. Dak ir-rapport għandu jkopri wkoll il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 inklużi konklużjonijiet ġenerali possibbli magħmula mill-entitajiet tal-infurzar relevanti abbażi tal-monitoraġġ.
3. Dak ir-rapport għandu jkun magħmul pubbliku f'formati aċċessibbli faċilment.
4. L-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9(2). [Em. 66]
Artikolu 7c
Emenda għall-Anness Ia
Biex jitqies il-progress teknoloġiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 8, biex temenda l-Anness Ia. [Em. 67]
Artikolu 7d
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-penali jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli sa … (*3) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 74]
Artikolu 8
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha s-setgħat li tadotta l-atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(3), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7c għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-… (*4).
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(3), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7c tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha tolqot il-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat skont l-Artikoli 3(3), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7c għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu ta' żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 9
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Tali kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 10
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta' Ġunju 2014. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza simili fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
1a. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1) għall-kontenut ġdid kollu tas-siti elettroniċi konċernati sa … (*5) u għall-kontenut eżistenti kollu tas-siti elettroniċi konċernati sa … (*6) . [Em. 75]
1b. L-iskadenzi għall-applikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1a għandhom jiġu estiżi b'sentejn fir-rigward tar-rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tal-internet relatati mal-kontenut awdjo dirett. [Em. 70]
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 11
Reviżjoni
Abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7b, Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva,, b'mod partikolari l-Anness Ia tagħha, fi żmien … (*7) tliet snin mid-dħul fis-seħħ tagħhab u għandha tippubblika s-sejbiet ta' dik l-analiżi . [Em. 71]
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 13
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi…,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(3) COM(2010) 743 finali – Mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) COM(2010) 245 finali/2.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.
(6) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.
(7) COM(2010) 636 final.
(8) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006. (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(9) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9).
(10) http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/egovernment-indicators-benchmarking-europe
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(12) http://www.mandate376.eu
(13) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 136).
(15) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(*1) Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*2) Data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.
(*3) Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*4) Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*5) Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*6) Tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(*7) Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
ANNESS
Tipi ta’ siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku
(kif imsemmi fl-Artikolu 1(2))
|
(1) |
Taxxi fuq id-dħul: dikjarazzjoni, notifika tal-evalwazzjoni |
|
(2) |
Servizzi ta’ tiftix ta’ impjieg minn uffiċċji tal-impjieg |
|
(3) |
Benefiċċji tas-sigurtà soċjali: benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji għat-tfal, spejjeż mediċi (rimbors jew saldu dirett), stipendji jew għotjiet għall-istudenti |
|
(4) |
Dokumenti personali: passaporti jew liċenzji tas-sewqan |
|
(5) |
Reġistrazzjoni ta’ vetturi |
|
(6) |
Applikazzjoni għall-permess ta’ bini |
|
(7) |
Dikjarazzjoni lill-pulizija, eż. fil-każ ta’ serq |
|
(8) |
Libreriji pubbliċi, eż. katalgi u għodda għat-tiftix |
|
(9) |
Talba u twassil ta’ ċertifikati tat-twelid jew taż-żwieġ |
|
(10) |
Reġistrazzjoni f'edukazzjoni għolja jew f'università |
|
(11) |
Notifika ta' bidla fir-residenza |
|
(12) |
Servizzi marbutin mas-saħħa: tagħrif interattiv dwar id-disponibbiltà ta' servizzi, servizzi onlajn għall-pazjenti, appuntamenti. [Em. 72] |
Anness Ia
Tipi ta’ kompiti pubbliċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)
|
(1) |
Servizzi ta' netwerk: gass, tisħin, elettriku u servizzi tal-ilma; servizzi postali; netwerk u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika; |
|
(2) |
Servizzi marbuta mat-trasport; |
|
(3) |
Servizzi bażiċi bankarji u tal-assigurazzjoni (fosthom tal-inqas dawn li ġejjin: kont tal-pagament bażiku, assigurazzjoni tal-kontenut tad-dar u tal-bini, assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni medika); |
|
(4) |
Edukazzjoni primarja, sekondarja, għolja u għall-adulti; |
|
(5) |
Skemi statutarji u komplimentari tal-ħarsien soċjali li jkopru r-riskji ewlenin tal-ħajja (inklużi tal-inqas dawk marbuta mas-saħħa, ix-xjuħija, l-inċidenti tax-xogħol, il-qgħad, l-irtirar u d-diżabbiltà); |
|
(6) |
Servizzi marbutin mas-saħħa; |
|
(7) |
Servizzi tal-kura tat-tfal; |
|
(8) |
Servizzi essenzjali oħra provduti direttament lill-pubbliku biex jiffaċilitaw l-inklużjoni soċjali u jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali; |
|
(9) |
Attivitajiet kulturali u informazzjoni għat-turisti. |
[Em. 73]
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/638 |
P7_TA(2014)0159
Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (COM(2011)0635 – C7-0329/2011 – 2011/0284(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/64)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0635), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0329/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, mis-Senat Belġjan, mill-Bundestag Ġermaniż, mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-House of Lords tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-29 ta’ Marzu 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0301/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 75.
P7_TC1-COD(2011)0284
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Għad fadal xi ostakoli konsiderevoli fir-rigward tal-attività ekonomika transkonfinali li qed jimpedixxu lis-suq intern milli jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu għat-tkabbir u għall-ħolqien tax-xogħol. Bħalissa, wieħed biss minn kull għaxar kummerċjanti tal-Unjoni jesporta merkanzija fl-Unjoni u l-maġġoranza tagħhom, jesportaw biss lejn numru żgħir ta’ Stati Membri. Mill-firxa ta’ ostakli għall-kummerċ transkonfinali inklużi r-regolamenti tat-taxxa, ir-rekwiżiti amministrattivi, id-diffikultajiet fil-kunsinna, il-lingwa u l-kultura, il-kummerċjanti jikkunsidraw id-diffikultà li jsiru jafu bid-dispożizzjonijiet ta’ liġi kuntrattwali barranija fost l-akbar ostakli fi tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur u fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Dan iwassal ukoll għal żvantaġġi għall-konsumaturi minħabba l-aċċess limitat għall-merkanzija. Għalhekk, il-liġijiet kuntrattwali nazzjonali differenti jiskoraġġixxu l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħal-libertà li jiġu pprovduti merkanzija u servizzi, u jirrappreżentaw ostaklu għall-funzjonament u l-istabbiliment kontinwu tas-suq intern. Huma jkollhom ukoll l-effett li jillimitaw il-kompetizzjoni, b’mod partikolari fis-swieq ta’ Stati Membri iżgħar. |
|
(2) |
Il-kuntratti huma l-għodda legali indispensabbli għal kull tranżazzjoni ekonomika. Madankollu, il-ħtieġa għall-kummerċjanti li jidentifikaw jew li jinnegozjaw il-liġi applikabbli, li jsiru jafu dwar id-dispożizzjonijiet ta' liġi barranija applikabbli li bosta drabi tinvolvi t-traduzzjoni, li jiksbu parir legali biex isiru familjari mar-rekwiżiti tagħha u li jadattaw il-kuntratti tagħhom għall-liġijiet nazzjonali differenti li jistgħu japplikaw f'operazzjonijiet transkonfinali tagħmel il-kummerċ transkonfinali aktar kumpless u għali meta mqabbel mal-kummerċ domestiku. L-ostakli relatati mal-liġi kuntrattwali għalhekk huma fattur ewlieni li jikkontribwixxi biex jiddiswadi għadd konsiderevoli ta’ kummerċjanti li jesportaw milli jidħlu f’kummerċ transkonfinali jew jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. L-effett dissważiv tagħhom huwa partikolarment b’saħħtu għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) li għalihom l-ispejjeż ta’ dħul fi swieq barranin multipli ħafna drabi huma partikolarment għoljin meta mqabbla mal-fatturat tagħhom. Bħala konsegwenza, il-kummerċjanti jitilfu l-opportunità li jiffrankaw l-ispejjeż li setgħu jiffrankaw li kieku kien possibbli li jbiegħu l-merkanzija u s-servizzi fuq il-bażi ta’ liġi kuntrattwali uniformi unika għat-tranżazzjonijiet transkonfinali kollha tagħhom u, fl-ambjent onlajn, permezz ta' websajt waħda. |
|
(3) |
L-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet relatati mal-liġi kuntrattwali li fir-rigward tagħhom intwera li huma ta’ proporzjonijiet konsiderevoli u l-ostakoli legali li joriġinaw mid-differenzi bejn ir-regoli mandatorji nazzjonali differenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kull meta kummerċjant jindirizza l-attivitajiet tiegħu lejn il-konsumaturi fi Stat Membru differenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konsumatur li jipprovdu livell ogħla ta’ protezzjoni u li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim bis-saħħa ta’ dik il-liġi, anki meta tkun intgħażlet liġi applikabbli oħra mill-partijiet; Għalhekk, il-kummerċjanti jeħtieġ li jsiru jafu minn qabel jekk il-liġi tal-konsumatur tipprovdix protezzjoni ogħla u jiżguraw li l-kuntratt tagħhom ikun konformi mar-rekwiżiti tagħha. Barra minn hekk, fil-kummerċ elettroniku, l-adattamenti tal-websajts li jeħtieġ li jirriflettu r-rekwiżiti obbligatorji tal-liġijiet barranin applikabbli dwar il-kuntratti mal-konsumaturi jinvolvu spejjeż ulterjuri. L-armonizzazzjoni eżistenti tal-liġi tal-konsumatur fil-livell tal-UE wasslet għal approssimazzjoni f’ċerti oqsma. Madankollu d-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri jibqgħu sostanzjali; l-armonizzazzjoni eżistenti tħalli lill-Istati Membri b'firxa wiesgħa ta’ alternattivi dwar kif jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fejn għandhom jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(4) |
L-ostakli relatati mal-liġi kuntrattwali li jżommu lill-kummerċjanti milli jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern jaħdmu wkoll għad-detriment tal-konsumaturi. Inqas kummerċ transkonfinali jirriżulta f’inqas importazzjonijiet u inqas kompetizzjoni. Il-konsumaturi jistgħu jkunu żvantaġġjati minħabba għażla limitata ta' merkanzija bi prezzijiet ogħla, kemm minħabba li inqas kummerċjanti barranin joffrulhom direttament il-prodotti u s-servizzi tagħhom kif ukoll indirettament bħala riżultat ta’ kummerċ transkonfinali ristrett bl-ingrossa bejn in-negozji. Filwaqt li x-xiri transkonfinali jista’ jġib miegħu vantaġġi ekonomiċi sostanzjali f'termini ta’ iktar offerti u offerti aħjar, ħafna konsumaturi jibżgħu wkoll li jinvolvu ruħhom f’xiri transkonfinali, minħabba l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom. Uħud mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-konsumaturi huma relatati mal-liġi kuntrattwali, pereżempju jekk dawn igawdux protezzjoni adegwata fil-każ ta’ xiri ta’ prodotti difettużi. Bħala konsekwenza ta' dan, numru sostanzjali ta' konsumaturi jippreferu li jixtru lokalment anke jekk ifisser li jkollhom inqas għażla jew iħallsu prezzijiet ogħla. |
|
(5) |
Barra minn hekk, dawk il-konsumaturi li jixtiequ jibbenefikaw minn differenzi fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri billi jixtru mingħand kummerċjant minn Stat Membru ieħor huma spiss imxekkla minħabba li l-kummerċjant jirrifjuta li jbiegħ. Filwaqt li l-kummerċ elettroniku ffaċilita bil-kbir it-tfittxija għal offerti kif ukoll il-paragun tal-prezzijiet u ta' kundizzjonijiet oħra irrispettivament minn fejn ikun stabbilit kummerċjant, l-ordnijiet minn konsumaturi barranin ħafna drabi jiġu miċħuda minn kummerċjanti li joqogħdu lura milli jidħlu fi tranżazzjonijiet transkonfinali. |
|
(6) |
Għalhekk id-differenzi fil-liġijiet kuntrattwali nazzjonali jikkostitwixxu ostakli li jżommu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti milli jgawdu mill-benefiċċji tas-suq intern. Dawk l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali jitnaqqsu sinifikatament jekk il-kuntratti jkunu bbażati fuq sett uniformi wieħed ta' regoli tal-liġi kuntrattwali irrispettivament minn fejn ikunu stabbiliti l-partijiet. Sett uniformi ta' regoli ta' liġi kuntrattwali bħal dan għandu jkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja ta' kuntratt u għaldaqstant jinkludi l-oqsma li huma l-aktar importanti meta jiġu konklużi l-kuntratti. Għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet kompletament armonizzati li jipproteġu l-konsumaturi. |
|
(7) |
Id-differenzi bejn il-liġijiet kuntrattwali nazzjonali u l-effett tagħhom fuq il-kummerċ transkonfinali jservu wkoll biex jillimitaw il-kompetizzjoni. B'kummerċ transkonfinali ta' livell baxx, hemm inqas kompetizzjoni, u għaldaqstant inqas inċentivi għall-kummerċjanti biex isiru aktar innovattivi u jtejbu l-kwalità tal-prodotti tagħhom jew biex inaqqsu l-prezzijiet. B’mod partikolari fi Stati Membri iżgħar b’numru limitat ta’ kompetituri domestiċi, id-deċiżjoni tal-kummerċjanti barranin li jżommu lura milli jidħlu f’dawn is-swieq minħabba l-ispejjeż u l-kumplessità tista’ tillimita l-kompetizzjoni, bir-riżultat li jkun hemm impatt sinifikanti fuq l-għażla u l-livelli tal-prezzijiet għall-prodotti disponibbli. Barra minn hekk, l-ostakli għall-kummerċ transkonfinali jistgħu jipperikolaw il-kompetizzjoni bejn l-SME u kumpaniji akbar. Minħabba l-impatt sinifikanti tal-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-fatturat, huwa ħafna aktar probabbli li SME toqgħod lura milli tidħol f’suq barrani milli kompetitur akbar. |
|
(8) |
Ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali jżommu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti milli jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq intern u huma partikolarment relevanti fil-qasam tal-bejgħ mill-bogħod, li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern. B’mod partikolari, id-dimesjoni diġitali tas-suq intern qed issir kruċjali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti waqt li l-konsumaturi dejjem qed jixtru aktar permezz tal-internet u ammont dejjem jiżdied ta’ kummerċjanti jbigħu onlajn. Peress li t-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni qed jiżviluppaw kostantement u qed isiru dejjem iktar aċċessibbli, il-potenzjal ta’ żieda tal-bejgħ bl-internet huwa għoli ħafna. B’dan l-isfond, u biex jingħelbu dawn l-ostakoli tali ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali, il-partijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jaqblu li l-kuntratti tagħhom li jikkonkludu mill-bogħod u, b’mod partikolari, onlajn, għandhom jiġu rregolati minn sett uniformi wieħed ta' regoli tal-liġi kuntrattwali bl-istess sinifikat u interpretazzjoni fl-Istati Membri kollha, Liġi Komuni Ewropea.Dwar il-Bejgħ. Dik il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirrappreżenta għażla addizzjonali għall-kummerċ mill-bogħod u, b’mod partikolari, il-kummerċ bl-internet, li żżid l-għażla disponibbli għall-partijiet u li tkun miftuħa biex tintuża kull meta titqies b'mod konġunt li tkun ta' għajnuna sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u ta' opportunità kif ukoll ostakoli oħra relatati mal-liġi kuntrattwali fir-rigward tal-kummerċ transkonfinali. Hija għandha ssir il-bażi ta’ relazzjoni kuntrattwali fejn il-partijiet jiddeċiedu b’mod konġunt li jużawha. [Em. 1] |
|
(9) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal kuntratti mill-bogħod u b’mod partikolari għall-kuntratti onlajn . Din tarmonizza l-liġijiet tqarreb il-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri mhux billi tirrikjedi emendi fil-liġi fl-ewwel sistema tal-liġi kuntrattwali nazzjonali pre-eżistenti, iżda billi toħloq fi ħdan il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru sistema oħra ta' liġi kuntrattwali għall-kuntratti koperti bil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Din it-tieni sistema applikabbli direttament għandha tkun parti integrali tal-ordni legali applikabbli fit-territorju tal-Istati Membri . Safejn jippermetti l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u fejn il-partijiet ikunu qablu b’mod validu li jużawha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ għandha tapplika minflok l-ewwel sistema tal-liġi kuntrattwali nazzjonali fi ħdan dak l-ordni ġuridiku. Għandha tkun identika madwar l-UE kollha u se teżisti flimkien mar-regoli pre-eżistenti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali. Jekk il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tapplika fuq bażi volontarja għal kuntratt transkonfinali. [Em. 2] |
|
(10) |
Il-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun għażla magħmula fl-ambitu tal-liġi fi ħdan l-ordni ġuridiku nazzjonali rispettiva rispettiv li tkun jkun determinat bħala l-liġi applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, jew, b'relazzjoni mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali, skont ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jirriżulta minn għażla bejn żewġ sistemi differenti fi ħdan l-istess ordni ġuridiku nazzjonali . Din l-għażla, għalhekk m’għandux jammonta , ma tammontax għal, u m'għandux jiġi konfuż ma’, u ma għandhiex tiġi konfuża ma’ għażla tal-liġi applikabbli bejn żewġ ordnijiet ġuridiċi nazzjonali skont it-tifsira tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet, u għandu jkun bla ħsara għalihom. Għalhekk dan ir-Regolament ma jaffettwa l-ebda waħda mir-regoli eżistenti tal-kunflitt tal-liġijiet bħal dawk li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 593/2008 . [Em. 3] |
|
(11) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tinkludi sett komplut komprensiv ta' regoli mandatorji kompletament armonizzati uniformi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. B'konformità mal-Artikolu 114(3) tat-Trattat, dawk ir-regoli għandhom jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u għaldaqstant jagħtu inċentiv lill-konsumaturi biex jidħlu f’kuntratti transkonfinali fuq din il-bażi. Ir-regoli għandhom iżommu jew itejbu l-livell ta’ protezzjoni li l-konsumaturi jgawdu taħt il-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar jeddijiet il-konsumatur, bil-għan li tingħata armonizzazzjoni sħiħa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri. [Em. 4] |
|
(11a) |
Id-definizzjoni ta’ konsumatur għandha tkopri l-persuni fiżiċi li mhumiex qed jaġixxu fil-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti bi skop doppju, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu u parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta' persuna u l-iskop ta' kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur. Sabiex jiġi determinat jekk persuna fiżika hijiex qed taġixxi totalemt jew parzjalment għall-finijiet li huma parti mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew professjoni, il-mod li bih taġixxi l-persuna inkwistjoni fil-kontront tal-parti kontraenti għandu jiġi kkunsidrat. [Em. 5] |
|
(12) |
Ladarba jintlaħaq ftehim validu fuq l-applikazzjoni tagħha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biss għandha tirregola l-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Peress li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tinkludi sett komplut komprensiv ta' regoli mandatorji kompletament armonizzati uniformi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, meta l-partijiet ikunu għażlu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, mhux se jkun hemm diskrepanzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam. Konsegwentament, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, li huwa bbażat fuq l-eżistenza ta' livelli differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri, ma għandux relevanza prattika għall-kwistjonijiet koperti mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għaliex kieku dan jammonta għal tqabbil bejn id-dispożizzjonijiet mandatorji ta’ żewġ sistemi kuntrattwali identiċi tal-liġi dwar il-bejgħ . [Em. 6] |
|
(13) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkun disponibbli għal kuntratti transkonfinali, għaliex huwa f’dan il-kuntest li d-diskrepanzi bejn il-liġijiet nazzjonali jwasslu għal kumplessità u spejjeż addizzjonali u jiddisswadu lill-partijiet milli jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali u li l-kummerċ mill-bogħod, partikolarment il-kummerċ onlajn, għandu potenzjal kbir . F'kuntratti bejn negozji n-natura transkonfinali ta’ kuntratt għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tar-residenza abitwali tal-partijiet. F'kuntratt bejn negozju u konsumatur ir-rekwiżit transkonfinali għandu jiġi sodisfatt meta l-indirizz ġenerali indikat mill-konsumatur, l-indirizz għall-kunsinna tal-merkanzija jew l-indirizz fejn jintbagħat il-kont indikat mill-konsumatur ikunu jinsabu fi Stat Membru, iżda barra mill-Istat fejn il-kummerċjant għandu r-residenza abitwali tiegħu. [Em. 7] |
|
(14) |
L-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandux ikun limitat għal sitwazzjonijiet transkonfinali li jinvolvu Stati Membri biss, iżda għandu jkun disponibbli wkoll biex jiffaċilita l-kummerċ bejn Stati Membri u pajjiżi terzi. Meta jkunu involuti konsumaturi minn pajjiżi terzi, il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, li jimplika l-għażla ta’ liġi barranija għalihom, għandu jkun suġġett għar-regoli applikabbli tal-kunflitt tal-liġijiet. |
|
(15) |
I-użu ta' kuntratt uniformi wieħed għat-tranżazzjonijiet kollha tagħhom jista' wkoll ikun ta' għajnuna għall-kummerċjanti li jieħdu sehem fi tranżazzjonijiet kummerċjali li huma purament domestiċi jew transkonfinali. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu li jagħmlu l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ disponibbli wkoll għall-partijiet biex jużawha f'ambjent kompletament domestiku. |
|
(16) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkun disponibbli b’mod partikolari għall-bejgħ ta’ merkanzija mobbli, inkluża l-manifattura jew il-produzzjoni ta' merkanzija bħal din, peress li dan huwa t-tip ta’ kuntratt li ekonomikament huwa l-aktar wieħed importanti li jista’ jippreżenta potenzjal partikolari għat-tkabbir fil-kummerċ transkonfinali, speċjalment fil-kummerċ elettroniku. |
|
(17) |
Sabiex jirrifletti l-importanza dejjem tikber tal-ekonomija diġitali, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkopri wkoll il-kuntratti għall-fornitura ta' kontenut diġitali. It-trasferiment tal-kontenut diġitali biex jiġi maħżun, għall-ipproċessar jew l-aċċess, u għall-użu ripetut, bħal meta tniżżel il-mużika, qiegħed jikber malajr u għandu potenzjal kbir għal tkabbir ulterjuri iżda għad hemm grad konsiderevoli ta’ diversità u inċertezza legali. Għalhekk il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tkopri l-fornitura tal-kontenut diġitali, irrispettivament minn jekk il-kontenut jiġix fornit jew le b'mezz tanġibbli. |
|
(17a) |
Il-cloud computing qed jiżviluppa rapidament u għandu potenzjal għat-tkabbir. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ tipprovdi sett koerenti ta’ regoli adattati għall-fornitura mill-bogħod u partikolarment il-fornitura onlajn ta’ kontenut diġitali u servizzi relatati. Għandu jkun possibbli li dawk ir-regoli japplikaw ukoll meta jiġi pprovdut kontenut diġitali jew servizzi relatati bl-użu ta’ cloud, partikolarment meta kontenut diġitali jkun jista’ jitniżżel mill-cloud tal-bejjiegħ jew maħżun temporanjament fil-cloud tal-fornitur. [Em. 8] |
|
(18) |
Il-kontenut diġitali ħafna drabi ma jkunx fornit inkambju għal prezz iżda flimkien ma’ merkanzija jew servizzi mħallsa separatament, li jinvolvu korrispettiv mhux monetarju bħall-għoti ta’ aċċess għal data personali jew aċċess mingħajr ħlas fil-kuntest ta’ strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi tal-aspettativa li l-konsumatur jixtri prodotti ta’ kontenut diġitali addizzjonali jew aktar sofistikati fi stadju ulterjuri. Fid-dawl ta’ din l-istruttura speċifika tas-suq u tal-fatt li d-difetti tal-kontenut diġitali pprovduti jistgħu jikkawżaw dannu għall-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi irrispettivament mill-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet ipprovduta, id-disponibbiltà tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-prezz jitħallasx għall-kontenut diġitali speċifiku inkwistjoni jew le. Madankollu, f’tali każijiet, ir-rimedji tax-xerrej għandhom ikunu limitati għad-danni. Mill-banda l-oħra, ix-xerrej għandu jkun jista’ jirrikorri għall-firxa sħiħa ta’ rimedji, minbarra tnaqqis fil-prezz, anki jekk mhuwiex obbligat iħallas prezz għall-fornitura ta’ kontenut diġitali, sakemm il-prestazzjoni tiegħu bħala korrispettiv, bħall-provvista ta’ dejta personali jew utilità oħra li jkollha valur kummerċjali għall-fornitur, tkun daqs il-pagament tal-prezz, meta jitqies li f’tali każijiet il-kontenut diġitali fir-realtà ma jiġix ipprovdut b’xejn. [Em. 9] |
|
(19) |
Bil-għan li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha għandu jinkludi wkoll ċerti servizzi pprovduti mill-bejjiegħ li huma direttament u strettament marbuta ma’ merkanzija jew kontenut diġitali speċifiku forniti fuq il-bażi tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ, u fil-prattika bosta drabi ikunu kkumbinati flimkien fl-istess kuntratt jew f'kuntratt relatat, b'mod speċjali tiswija, manutenzjoni jew installazzjoni tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew il-ħżin temporanju ta’ kontenut diġitali fil-cloud tal-fornitur . [Em. 10] |
|
(19a) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tintuża għal kuntratt li jkollu konnessjoni ma' kuntratt ieħor bejn l-istess partijiet u li ma jkunx kuntratt ta' bejgħ, kuntratt għall-għoti ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizzi relatati. Il-kuntratt konness huwa regolat mil-liġi nazzjonali rispettiva li hija applikabbli skont ir-regola rilevanti dwar il-kunflitti tal-liġijiet. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tintuża wkoll għal kuntratt li jinkludi kwalunkwe element ieħor għajr il-bejgħ ta' merkanzija, il-fornitura ta' kontenut diġitali u l-għoti ta' servizzi relatati, sakemm dawn l-elementi huma diviżibbli u l-prezz tagħhom jista' jiġi allokat proporzjonalment. [Em. 11] |
|
(20) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għall-Unjoni Ewropea m’għandhiex tkopri kwalunkwe kuntratti relatati li bihom ix-xerrej jakkwista merkanzija jew jingħata servizz, minn parti terza. Dan ma jkunx xieraq peress li l-parti terza ma tkunx parti fil-ftehim bejn il-partijiet kontraenti biex jużaw ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Kuntratt relatat ma’ parti terza għandu jkun regolat mil-liġi nazzjonali rispettiva li tkun applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. |
|
(21) |
Sabiex jiġu indirizzati l-problemi eżistenti tas-suq intern u tal-kompetizzjoni b’mod immirat u proporzjonat, il-kamp ta' applikazzjoni personali tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jiffoka fuq partijiet li bħalissa huma dissważi milli jagħmlu negozju barra mill-pajjiż minħabba d-diverġenza ta’ liġijiet kuntrattwali nazzjonali bil-konsegwenza ta’ impatt negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ transkonfinali. Għalhekk dan għandu jkopri t-tranżazzjonijiet kollha bejn negozju u konsumatur u l-kuntratti bejn il-kummerċjanti fejn mill-inqas wieħed mill-partijiet ikun SME fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (5). Madankollu, dan għandu mingħajr ħsara għall-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tagħmel il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ disponibbli għal kuntratti bejn kummerċjanti, meta l-ebda wieħed minnhom ma jkun SME. Fi kwalunkwe każ, fit-tranżazzjonaijiet bejn in-negozji, il-kummerċjanti jgawdu bis-sħiħ il-libertà kuntrattwali u huma mħeġġa biex jiġu ispirati mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fl-abbozzar tal-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom. |
|
(22) |
Il-ftehim tal-partijiet f'kuntratt fl-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ huwa indispensabbli għall-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Dan il-ftehim għandu jkun suġġett għal rekwiżiti stretti fit-tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur. Peress li, fil-prattika, normalment huwa l-kummerċjant li jipproponi l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-konsumaturi jridu jkunu kompletament konxji tal-fatt li huma jaqblu li jużaw regoli li huma differenti minn dawk tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti tagħhom. Għalhekk, il-kunsens tal-konsumatur biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun ammissibbli biss fl-għamla ta’ dikjarazzjoni espliċita separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim għall-konklużjoni tal-kuntratt. Għalhekk m’għandux ikun possibbli li l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun offrut bħala kundizzjoni tal-kuntratt li għandu jiġi konkluż, b’mod partikolari bħala element tal-pattijiet u l-kundizzjonijiet standard tal-kummerċjant. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma tal-ftehim biex tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fuq mezz li jservi fit-tul. [Em. 12] |
|
(23) |
Minbarra li jkun għażla konxja, il-kunsens ta’ konsumatur għall-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandu jkun għażla infurmata. Il-kummerċjant għalhekk m’għandux biss jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għall-użu maħsub tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, iżda għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tagħha. Sabiex jiffaċilitaw dan il-kompitu għall-kummerċjanti, u b’hekk jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn, u biex tkun żgurata konsistenza fil-livell u fil-kwalità tal-informazzjoni kkomunikata lill-konsumaturi, il-kummerċjanti għandhom ifornu lill-konsumatur bl-avviż ta’ informazzjoni standard previst f'dan ir-Regolament u għalhekk faċilment disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Meta ma jkunx possibbli li l-konsumatur jiġi pprovdut bl-avviż ta’ informazzjoni, pereżempju fil-kuntest ta’ telefonata, jew meta il-kummerċjant ikun naqas li jipprovdi l-avviż ta' informazzjoni, il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m’għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur sakemm ma l-konsumatur ikun irċieva l-avviż ta’ informazzjoni flimkien mal-konferma tal-ftehim u sussegwentement ikun esprima l-kunsens. |
|
(23a) |
Fejn il-ftehim tal-partijiet dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huwa invalidu jew fejn ir-rekwiżiti biex tiġi pprovduta n-notifika ta’ informazzjoni standard ma jiġux sodisfatti, il-kwistjonijiet dwar jekk kuntratt ġiex konluż u b’liema termini għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali rispettiva li hija applikabbli skont ir-regoli relevanti tal-kunflitt tal-liġijiet. [Em. 13] |
|
(24) |
Sabiex tiġi evitata applikazzjoni selettiva ta’ ċerti elementi tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, li jistgħu jtellfu l-bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u jaffettwaw ħażin il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-għażla għandha tkopri l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fl-intier tagħha u mhux biss ċerti partijiet minnha. |
|
(25) |
Fil-każ li kieku tapplika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti għall-Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija għall-kuntratt inkwistjoni, l-għażla tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha timplika ftehim tal-partijiet kontraenti biex jeskludu dik il-Konvenzjoni. |
|
(26) |
Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom ikopru l-kwistjonijiet tal-liġi kuntrattwali li huma ta’ rilevanza prattika matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tipi ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni materjali u personali, b’mod partikolari dawk li jkunu saru onlajn. Apparti d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u r-rimedji għan-nuqqas ta’ twettiq, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha għalhekk tirregola d-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali, il-konklużjoni ta’ kuntratt inklużi r-rekwiżiti formali, id-dritt għall-irtirar u l-konsegwenzi tiegħu, l-annullament tal-kuntratt li jirriżulta minn żball, frodi, theddid jew sfruttament inġust u l-konsegwenzi ta’ tali annullament, l-interpretazzjoni, il-kontenut u l-effetti ta’ kuntratt, il-valutazzjoni u l-konsegwenzi ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti, ir-restituzzjoni wara l-annullament u t-terminazzjoni u l-preskrizzjoni u l-preklużjoni tad-drittijiet. Għandha tiddetermina s-sanzjonijiet disponibbli fil-każ tal-ksur tal-obbligi u d-dmirijiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha. |
|
(27) |
Il-kwistjonijiet kollha ta’ natura kuntrattwali jew mhux kuntrattwali li mhumiex indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma rregolati mir-regoli tal-liġi nazzjonali pre-eżistenti barra mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li hija applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola rilevanti oħra tal-kunflitt tal-liġijiet. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-personalità ġuridika, l-invalidità ta’ kuntratt li tirriżulta minn nuqqas ta’ kapaċità, l-illegalità jew l-immoralità, sakemm ir-raġunijiet tal-illegalità jew l-immoralità ma jiġux indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ , id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt, il-kwistjonijiet ta’ non-diskriminazzjoni, ir-rappreżentanza, il-pluralità ta’ debituri u kredituri, it-tibdil tal-partijiet inkluża assenjazzjoni, tpaċija u għaqda, il-liġi tal-proprjetà inkluż it-trasferiment tal-proprjetà, il-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-liġi , il-liġi tad-delitti u l-kwistjoni . Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk pretensjonijiet ta' responsabbiltà kontrattwali u mhux kuntrattwali li jeżistu fl-istess ħin jistgħux jitressqu flimkien taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirreferi b’mod ċar għal dawk il-kwistjonijiet li huma indirizzati u dawk li mhumiex indirizzati fiha. [Em. 14] |
|
(27a) |
Il-prattiki kummerċjali inġusti msemmija fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ikunu koperti bil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ sal-punt li jirdoppjaw mar-regoli dwar il-liġi kuntrattwali, inkluż b’mod partikolari dawk relatati ma’ prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jwasslu biex jiġi annullat kuntratt minħabba żball, frodi, theddid jew sfruttament inġust jew ma’ rimedji għall-ksur ta’ obbligi ta’ informazzjoni. Prattiki kummerċjali inġusti għajr dawk li jirduppjaw ma’ regoli dwar il-liġi kuntrattwali għandhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. [Em. 15] |
|
(28) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ m'għandhiex tirregola kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-liġi kuntrattwali. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għal-liġi tal-Unjoni jew għal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħal dawn. Pereżempju, id-dmirijiet ta’ informazzjoni li huma imposti għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà jew għal raġunijiet ambjentali għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara wkoll għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(29) |
Ladarba jintlaħaq ftehim validu fuq l-applikazzjoni tagħha, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biss għandha tirregola l-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati b'mod awtonomu skont il-prinċipji stabbiliti dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw affarijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li mhumiex determinati espressament minnha għandhom jiġu riżolti biss bl-interpretazzjoni tar-regoli tagħha mingħajr rikors għal kwalunkwe liġi oħra. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-prinċipji u l-objettivi sottostanti u tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha. [Em. 16] |
|
(30) |
Il-libertà kuntrattwali għandha tkun il-prinċipju ta’ gwida li fuqu tissejjes il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. L-awtonomija tal-partijiet għandha tkun ristretta biss meta jkun indispensabbli u sal-punt meħtieġ, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Meta jkun hemm din il-ħtieġa, in-natura obbligatorja tar-regoli inkwistjoni għandha tkun indikata b’mod ċar. |
|
(31) |
Il-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jipprovdu gwida dwar il-mod li bih il-partijiet għandhom jikkoperaw. Peress li xi regoli jikkostitwixxu manifestazzjonijiet speċifiċi tal-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust, huma għandhom jieħdu preċedenza fuq il-prinċipju ġenerali. Il-prinċipju ġenerali għalhekk m’għandux jintuża bħala għodda biex jemenda d-drittijiet u l-obbligi speċifiċi tal-partijiet kif stabbilit fir-regoli speċifiċi. Ir-rekwiżiti konkreti li jirriżultaw mill-prinċipju ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust għandhom jiddependu, fost affarijiet oħra, fuq il-livell relattiv ta’ kompetenza tal-partijiet u għalhekk għandhom ikunu differenti fi tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur u fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Fi tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti, il-prattika kummerċjali tajba fis-sitwazzjoni speċifika kkonċernata għandha tkun fattur rilevanti f’dan il-kuntest. Il-prinċipju ġenerali ta' bona fidi u negozjar ġust għandu jistabbilixxi standard ta' kondotta li jiżgura relazzjoni onesta, transparenti u ġusta. Filwaqt li jipprekludi parti milli teżerċita jew toqgħod fuq dritt, rimedju jew difiża li dik il-parti altrimenti jkollha, il-prinċipju bħala tali ma għandux jagħti lok għal pretensjoni ġenerali għal danni. Ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li jikkostitwixxu manifestazzjonijiet speċifiċi tal-prinċipu ġenerali ta’ bona fidi u negozjar ġust bħall-annullament għal frodi jew in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkawżat minn kundizzjoni impliċita jistgħu jagħtu lok għal dritt għad-danni, għalkemm f’każijiet speċifiċi ħafna. [Em. 17] |
|
(32) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha timmira lejn il-preservazzjoni ta’ kuntratt validu kull meta jkun possibbli u xieraq fid-dawl tal-interessi leġittimi tal-partijiet. |
|
(33) |
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tidentifika soluzzjonijiet ibbilanċjati sew li jqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet fl-għażla u l-eżerċizzju tar-rimedji disponibbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt. F’kuntratti bejn negozju u konsumatur, is-sistema ta’ rimedji għandha tirrifletti l-fatt li n-nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kummerċjant. |
|
(34) |
Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali billi l-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej u nazzjonali dwar l-interpretazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament isiru aċċessibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha toħloq bażi tad-dejta li tinkludi d-deċiżjonijiet finali rilevanti. Bil-ħsieb li jagħmlu dan il-kompitu possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sentenzi nazzjonali jiġu komunikati malajr lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stabbilita bażi ta’ data li tkun faċilment aċċessibbli, kompletament sistematizzata u li tista’ tiġi mfittxa faċilment. Sabiex jiġu superati problemi relatati ma’ approċċi differenti għal sentenzi meħuda fi ħdan l-Unjoni u biex il-bażi ta’ data tkun tista’ tiġi operata b’mod effiċjenti u ekonomiku, is-sentenzi għandhom jiġu kkomunikati fuq il-bażi ta’ sommarju standardizzat tas-sentenzi li jakkumpanja s-sentenza. Dan għandu jkun konċiż; b'hekk isir faċilment aċċessibbli. Għandu jinqasam f'ħames sezzjonijiet li għandhom jistipulaw l-elementi ewlenin tas-sentenza kkomunikata, jiġifieri: il-kwistjoni u l-artikolu relevanti tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; sommarju fil-qosor tal-fatti; sommarju qasir tal-argumenti prinċipali id-deċiżjoni; u r-raġunijiet għas-sentenza, billi jiġi dikjarat b’mod ċar il-prinċipju deċiż. [Em. 18] |
|
(34a) |
Kummentarju dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jista’ jkun għodda prezzjuża għaliex jipprovdi ċarezza u gwida dwar dik il-liġi. Tali kummentarju għandu jipprovdi eseġesi ċara u kompresiva tal-artikoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ flimkien, fejn ikun xieraq, ma' spjegazzjoni tal-għażliet tal-politika li huma fil-bażi ta’ artikoli speċifiċi. Spjegazzjoni ċara ta’ tali għażliet jgħinu lill-qrati madwar l-Istati Membri kollha jinterpretaw u japplikaw b’mod xieraq il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, kif ukoll tgħinhom jimlew kull vojt li jista’ jkun hemm. Bħala tali tiffaċilita l-iżvilupp ta’ applikazzjoni konsistenti u uniformi tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ. Il-Kummissjoni għandha tesplora l-possibilitajiet li tipprovdi għal tali kummentarju. [Em. 19] |
|
(34b) |
Ostaklu addizjonali għall-kummerċ transkonfinali huwa n-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ rimedju effiċjenti u bi spejjeż baxxi. Għalhekk, konsumatur u kummerċjant li jikkonkludu kuntratt fuq il-bażi tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandhom jikkunsidraw li jissottomettu tilwimiet li jirriżultaw minn dak il-kuntratt lil entità alternattiva eżistenti fis-sens tal-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament u tal-Kunsill (8) . Dan għandu jkun kompletament mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-partijiet jagħtu bidu għal proċedimenti quddiem il-qrati kompetenti qabel ma l-ewwel jirrikorru għal risoluzzjoni alternattiva tat-tilwima. [Em. 20] |
|
(34c) |
Biex tgħin sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-Kummissjoni għandha taħdem favur l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet tal-kuntratt mudell Ewropew bl-assistenza ta' grupp ta' ħidma kompost l-aktar minn gruppi li jirrappreżentaw lill-konsumaturi u n-negozji u appoġġjati minn akkademiċi u eżerċenti. Tali kundizzjonijiet tal-kuntratt mudell jistgħu jkunu utli billi jżidu fuq ir-regoli tal-Liġi Komuni dwar il-Bejgħ meta jiġu deskritti l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kuntratt partikolari, u għandhom jikkunsidraw il-partikolaritajiet ta’ setturi kummerċjali relevanti. Huma għandhom jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-partijiet interessati u jisiltu tagħlimiet mill-esperjenza prattika inizzjali tal-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt mudell għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-pubbliku għaliex jekk isir hekk, jipprovdu valur miżjud għall-kummerċjanti li jagħżlu li jikkonkludu kuntratti transkonfinali li japplikaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. Sabiex dawk il-kundizzjonijiet ta’ kuntratt mudell effettivament jakkumpanjaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-ħidma tal-Kummissjoni għandha tibda kemm jista’ jkun malajr. [Em. 21] |
|
(35) |
Huwa tajjeb li ssir reviżjoni tal-funzjonament tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament wara seba' snin ta' operat. L-analiżi għandha tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż li jiġu inklużi aktar il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, regoli relatati mal-kwistjoni taż-żamma tal-klawżoli tat-titolu l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll lill-kwistjoni jekk il-limitazzjoni ta’ kuntratti mill-bogħod, b’mod partikolari l-kuntatti onlajn, tibqax xierqa jew jekk kamp ta’ applikazzjoni usa’, inklużi kuntratti onlajn, jistax ikun fattibbli. [Em. 22] |
|
(36) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jagħmel disponibbli sett uniformi ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali li jistgħu jintużaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali madwar l-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan. |
|
(37) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċifikament l-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
WERREJ (*1)
[Em. 23]
Titolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali [Em. 24]
Parti -I: Applikazzjoni tal-istrument [Em. 25]
Artikolu 1
Għan u suġġett
1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi jagħmel disponibbli fi ħdan l-ordni ġuridiku ta’ kull stat Membru sett uniformi ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali kif stabbilit fit-Titolu II (“il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ”). Dawn ir-regoli jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet transkonfinali għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għal servizzi relatati li jitwettqu mill-bogħod, partikolarment onlajn, fejn il-partijiet f'kuntratt jaqblu dwar l-użu tagħhom. [Em. 26]
2. Dan ir-Regolament jippermetti lill-kummerċjanti , b’mod partikolari l-impriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs), li jistrieħu fuq sett komuni ta’ regoli u jużaw l-istess kundizzjonijiet kuntrattwali għat-tranżazzjonijiet transkonfinali tagħhom kollha u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż mhux meħtieġa filwaqt li jingħata livell għoli ta’ ċertezza legali. [Em. 27]
3. Fir-rigward ta’ kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi, dan ir-Regolament jinkludi sett komprensiv ta’ regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern filwaqt li l-konsumaturi jitħeġġew jagħmlu xiri transkonfinali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“kuntratt” tfisser ftehim maħsub biex jagħti lok għal obbligi jew effetti legali oħra; |
|
(b) |
“bona fidi u negozjar ġust” tfisser standard ta’ mġiba kkaratterizzat minn onestà, trasparenza u kunsiderazzjoni għall-interessi tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni jew għar-relazzjoni inkwistjoni; [Em. 28] |
|
(c) |
“telf” tfisser telf ekonomiku u telf mhux ekonomiku fil-forma ta’ uġigħ u tbatija, esklużi forom oħra ta’ telf mhux ekonomiku bħall-indeboliment tal-kwalità tal-ħajja u telf ta’ tgawdija; [Em. 29] |
|
(d) |
“kundizzjonijiet kuntrattwali standard” tfisser kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew abbozzati minn qabel għal diversi tranżazzjonijiet li jinvolvu lil partijiet differenti, u li ma ġewx innegozjati individwalment mill-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; [Em. 30] |
|
(e) |
“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika kwalunkwe persuna ġuridika , indipendentement minn jekk il-proprjetarji jkunux privati jew pubbliċi, li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni b'relazzjoni ma' kuntratti ; [Em. 31] |
|
(f) |
“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; fejn il-kuntratt jiġi konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta' persuna, u l-iskop ta' kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur ; [Em. 32] |
|
(fa) |
“fornitur ta’ servizzi” tfisser kwalunkwe bejjiegħ ta' merkanzija jew fornitur ta’ kontenut diġitali li jimpenja ruħu li jipprovdi lil konsumatur b’servizz relatat ma’ dik il-merkanzija jew dak il-kontenut diġitali; [Em. 33] |
|
(fb) |
“klijent” tfisser kwalunkwe persuna li tixtri servizz relatat; [Em. 34] |
|
(fc) |
“kreditur” tfisser persuna li għandha d-dritt li fil-konfront tagħha jitwettaq obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, minn persuna oħra, id-debitur; [Em. 35] |
|
(fd) |
“debitur” tfisser persuna li jkollha obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, lejn persuna oħra, il-kreditur; [Em. 36] |
|
(fe) |
“bona fidi u negozjar ġust” tfisser standard ta’ mġiba kkaratterizzat minn onestà, trasparenza u, meta u sakemm ikun xieraq, kunsiderazzjoni raġonevoli tal-interessi tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni jew għar-relazzjoni inkwistjoni; [Em. 37] |
|
(ff) |
“kundizzjonijiet kuntrattwali standard” tfisser kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew imfassla minn qabel għal diversi tranżazzjonijiet li jinvolvu lil partijiet differenti, u li ma ġewx innegozjati individwalment mill-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; [Em. 38] |
|
(fg) |
“telf” tfisser telf ekonomiku u telf mhux ekonomiku fil-forma ta’ wġigħ u tbatija, bl-esklużjoni ta’ forom oħra ta’ telf mhux ekonomiku bħall-kwalità tal-ħajja aktar baxxa u telf ta’ tgawdija; [Em. 39] |
|
(g) |
“danni” tfisser somma flus li persuna tista’ tkun intitolata għaliha bħala kumpens għal xi telf, korriment jew ħsara; |
|
(ga) |
“regola mandatorja” tfisser kwalunkwe dispożizzjoni li l-applikazzjoni tagħha l-partijiet ma jkunux jistgħu jeskludu, jew ma jkunux jistgħu jidderogaw minnha, u ma jkunux jistgħu jvarjaw l-effett tagħha; [Em. 40] |
|
(gb) |
“obbligu” tfisser dmir ta’ prestazzjoni li parti waħda f’relazzjoni ġuridika hiija obbligata li twettaq fil-konfront ta' parti oħra u li dik il-parti l-oħra hija intitolata tinforza bħala tali; [Em. 41] |
|
(gc) |
“espliċitu” tfisser, fir-rigward ta’ dikjarazzjoni jew ftehim, li huwa jkun sar b’mod separat minn dikjarazzjonijiet jew ftehimiet oħra u bis-saħħa ta’ mġiba attiva u mhux ekwivoka, inkluż billi tiġi mmarkata kaxxa jew tiġi attivata buttuna jew funzjoni simili; [Em. 42] |
|
(h) |
“merkanzija” tfisser kwalunkwe beni mobbli korporali; dan jeskludi:
|
|
(i) |
“prezz” tfisser flus dovuti inkambju għal merkanzija mibjugħa, kontenut diġitali fornit jew għal servizz relatat li jingħata; |
|
(j) |
“kontenut diġitali” tfisser dejta li tiġi prodotta u fornuta f’forma diġitali, kemm jekk skont l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej kif ukoll jekk le; huma inklużi, vidjow, awdjo, stampi jew kontenut diġitali bil-miktub, logħob diġitali, softwer u kontenut diġitali li permezz tiegħu tkun possibbli l-personalizzazzjoni ta’ ħardwer jew softwer eżistenti; dan jeskludi:
|
|
(k) |
“kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant (“il-bejjiegħ”) jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà tal-merkanzija lil persuna oħra (“ix-xerrej”), u x-xerrej iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz; dan jinkludi kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija li għandha tiġi manifatturata jew prodotta u jeskludi kuntratti ta’ bejgħ furzat jew li jinvolvu b’mod ieħor l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika; |
|
(l) |
“kuntratt ta” bejgħ lil konsumatur' tfisser kuntratt ta' bejgħ fejn il-bejjiegħ ikun kummerċjant u x-xerrej ikun konsumatur; |
|
(m) |
“servizz relatat” tfisser kwalunkwe servizz relatat ma’ merkanzija jew kontenut diġitali, bħall-installazzjoni, bħall-ħżin jew ipproċessar ieħor, inkluż l-installazzjoni , il-manutenzjoni jew it-tiswija jew kwalunkwe pproċessar ieħor, ipprovdut ipprovduti mill-bejjiegħ tal-merkanzija jew mill-fornitur tal-kontenut diġitali taħt il-kuntratt ta’ bejgħ, il-kuntratt ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali jew ipprovduti, anki jekk bħala alternattiva, fil-kuntratt tal-bejgħ jew fil-kuntratt għall-fornitura ta' kontenut diġitali ; dan jeskludi: [Em. 44]
|
|
(n) |
“fornitur ta’ servizzi” tfisser kwalunkwe bejjiegħ ta' merkanzija jew fornitur ta’ kontenut diġitali li jimpenja ruħu li jipprovdi lil konsumatur b’servizz relatat ma’ dik il-merkanzija jew dak il-kontenut diġitali; [Em. 47] |
|
(o) |
“klijent” tfisser kwalunkwe persuna li tixtri servizz relatat; [Em. 48] |
|
(p) |
“kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur , jew kummerċjant ieħor, taħt skema organizzata ta’ bejgħ mill-bogħod li jiġi konkluż mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant jew, f’każ li l-kummerċjant ikun persuna ġuridika, persuna fiżika li tirrappreżenta lill-kummerċjant u l-konsumatur , jew il-kummerċjant l-ieħor , bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni mill-bogħod saż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt u inkluż iż-żmien li fih jiġi konkluż; [Em. 49] |
|
(q) |
“kuntratt barra mill-post tan-negozju” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur:
|
|
(r) |
“post tan-negozju” tfisser:
|
|
(s) |
“garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn minn kummerċjant jew produttur (“dak li jagħti l-garanzija”) lill-konsumatur, minbarra l-obbligi legali tiegħu taħt Artikolu 106 fil-każ ta’ nuqqas flimkien mal-obbligi tiegħu tal-liġi dwar il-garanzija ta’ konformità li jirrimborsa l-prezz imħallas jew jibdel, isewwi jew jagħmel manutenzjoni fuq il-merkanzija jew kontenut kontenuti diġitali fi kwalunkwe mod jekk dawn ma jkunux jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor li ma jkunux relatati mal-konformità stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti disponibbli fi żmien il-kuntratt jew, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt; [Em. 52] |
|
(sa) |
“tiswija” tfisser, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità, l-att ta' pproċessar ta' beni jew kontenut mhux konformi man-norma biex jinġiebu f'konformità mal-kuntratt; [Em. 53] |
|
(t) |
“mezz li jservi fit-tul” tfisser kwalunkwe mezz li jippermetti lil parti taħżen informazzjoni indirizzata lil dik il-parti personalment b’mod li tkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna; |
|
(u) |
“irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn il-merkanzija jew il-kontenut diġitali huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumatur li jattendi jew jingħata l-possibbiltà li jattendi l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura trasparenti u kompetittiva ta’ offerti tal-irkant immexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ huwa obbligat li jixtri l-merkanzija jew il-kontenut diġitali; |
|
(v) |
“regola mandatorja” tfisser kwalunkwe dispożizzjoni li l-partijiet ma jkunux jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tagħha, ma jkunux jistgħu jidderogaw minnha u ma jkunux jistgħu jvarjaw l-effett tagħha; [Em. 54] |
|
(w) |
“kreditur” tfisser persuna li għandha d-dritt li fil-konfront tagħha jitwettaq obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, minn persuna oħra, id-debitur; [Em. 55] |
|
(x) |
“debitur” tfisser persuna li jkollha obbligu, kemm jekk monetarju u kemm jekk mhux monetarju, lejn persuna oħra, il-kreditur. [Em. 56] |
|
(y) |
“obbligu” tfisser l-impenn li parti għandha twettaq f'relazzjoni legali ma' parti oħra. [Em. 57] |
|
(ya) |
“mingħajr ħlas” tfisser li jkun ħieles mill-ispejjeż li jirriżultaw b'mod neċessarju sabiex il-merkanzija tinġieb f'konformità man-norma, partikolarment l-ispiża tal-posta, ix-xogħol u l-materjal. [Em. 58] |
Artikolu 3
Natura fakultattiva tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
Il-partijiet jistgħu jaqblu , suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8 u 9, li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola l-kuntratti transkonfinali tagħhom għall-bejgħ ta’ merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali u għall-provvista ta' servizzi relatati fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali, materjali u personali kif stipulat fl-Artikoli 4 sa 7. [Em. 59]
Artikolu 4
Kuntratti transkonfinali
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti mill-bogħod li huma kuntratti transkonfinali. [Em. 60]
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kuntratt bejn il-kummerċjanti huwa kuntratt transkonfinali jekk il-partijiet ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati differenti li mill-inqas wieħed minnhom ikun Stat Membru.
3. Għall-finijiet ta’ din ir-Regolament, kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur huwa kuntratt transkonfinali jekk:
|
(a) |
jew l-indirizz indikat mill-konsumatur, l-indirizz għall-kunsinna tal-merkanzija jew l-indirizz fejn jintbagħat il-kont jinsabu fi Stat li ma jkunx l-Istat tar-residenza abitwali tal-kummerċjant; u |
|
(b) |
mill-inqas wieħed minn dawn l-Istati jkun Stat Membru. |
4. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta' kumpanniji u entitajiet oħra, inkorporati jew mhux inkorporati, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali. Ir-residenza abitwali ta’ kummerċjant, li huwa persuna fiżika, għandha tkun il-post prinċipali tan-negozju ta’ dik il-persuna.
5. Meta l-kuntratt jiġi konkluż waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ta’ kummerċjant, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu għandhom jitqiesu bħala l-post tar-residenza abitwali tal-kummerċjant.
6. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk kuntratt hux kuntratt transkonfinali, iż-żmien rilevanti jkun dak ta' meta jintlaħaq ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
Artikolu 5
Kuntratti li għalihom tista' tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti mill-bogħod, inklużi kuntratti onlajn, li huma : [Em. 61]
|
(a) |
kuntratti ta’ bejgħ; |
|
(b) |
kuntratti għall-fornitura ta' kontenut diġitali kemm jekk mogħti fuq mezz tanġibbli jew permezz ta' mezzi oħra, li jista' jiġi maħżun, jiġi pproċessat jew jinkiseb aċċess għalih, u jiġi użat mill-ġdid mill-utent u kemm jekk le, irrispettivament minn jekk il-kontenut diġitali jkunx ingħata inkambju għall-ħlas ta' prezz , jew bi skambju ma' korrispettiv għajr il-pagament ta' prezz, jew mhux ipprovdut bi skambju ma' ebda korrispettiv ; [Em. 62] |
|
(c) |
kuntratti ta' servizzi relatati, irrispettivament minn jekk ikunx sar ftehim dwar prezz separat għas-servizz relatat. |
Artikolu 6
Esklużjoni ta’ kuntratti bi skop imħallat u kuntratti marbuta ma’ kreditu tal-konsumatur relatati u kuntratti bi skop imħallat [Em. 63]
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tista' tintuża għal:
|
(a) |
każijiet fejn kuntratt regolat mil-liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huwa relatat ma’ kuntratt għajr kuntratt ta’ bejgħ, kuntratt għall-forniment ta’ kontenut diġitali jew kuntratt ta’ servizz relatat, jew |
|
(b) |
każijiet fejn kuntratt kuntratti bi skop imħallat li jinkludi kwalunkwe element ieħor għajr il-bejgħ ta' merkanzija, il-fornitura ta' kontenut diġitali u l-għoti ta' servizzi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 5 , sakemm dawk l-elementi jkunu diviżibbli u l-prezz tagħhom jista’ jiġi allokat proporzjonalment . [Em. 64] |
1a. F’każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-kuntratt relatat għandu jkun regolat bil-liġi altrimenti applikabbli. [Em. 65]
1b. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u
|
(a) |
fejn, fil-kuntest tal-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, kull waħda mill-partijiet teżerċita kwalunkwe dritt, rimedju jew difiża, jew dak il-kuntratt huwa invalidu jew mhux vinkolanti, il-liġi nazzjonali applikabbli għall-kuntratt relatat għandha tiddetermina l-effetti fuq il-kuntratt relatat; [Em. 66] |
|
(b) |
fejn, fil-kuntest tal-kuntratt relatat, kull waħda mill-partijiet teżerċita kwalunkwe dritt, rimedju jew difiża, jew dak il-kuntratt huwa invalidu jew mhux vinkolanti taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal dak il-kuntratt, l-obbligi tal-partijiet taħt il-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma għandhomx jiġi affettwati sakemm parti ma tkunx ikkonkludiet kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għajr għall-kuntratt relatat, jew tkun għamlet dan biss fuq kundizzjonijiet kuntrattwali fundamentalment differenti, li jekk ikun il-każ dik il-parti għandha tkun intitolata ttemm il-kuntratt regolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. [Em. 67] |
1c. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) fil-paragrafu 1, l-elementi l-oħra inklużi fil-kuntratt għandhom jitqiesu li huma miftiehma taħt kuntratt relatat. [Em. 68]
2. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintuża għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-kummerċjant jagħti jew iwiegħed kreditu lill-konsumatur fil-forma ta' pagament differit, self jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju simili ieħor. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-merkanzija, il-kontenut diġitali jew is-servizzi relatati tal-istess tip jiġu forniti fuq bażi kontinwa u l-konsumatur iħallas bin-nifs għal tali merkanzija, kontenut diġitali jew servizzi relatati għall-perjodu ta' żmien kollu li fih ikun għaddejja l-fornitura. [Em. 69]
Artikolu 7
Partijiet fil-kuntratt
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista' tintuża biss jekk il-bejjiegħ tal-merkanzija jew il-fornitur tal-kontenut diġitali jkun kummerċjant. Fejn il-partijiet kollha f’kuntratt ikunu kummerċjanti, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tintuża jekk mill-inqas waħda minn dawn il-partijiet tkun impriża żgħira jew ta’ daqs medju (“SME”).
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-SME huwa kummerċjant li
|
(a) |
jimpjega inqas minn 250 persuna; u |
|
(b) |
ikollu fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun jew karta tal-bilanċ totali annwali li ma taqbiżx EUR 43 miljun, jew, fil-każ ta' SME li r-residenza abitwali tagħha tinsab fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro jew f’pajjiż terz, l-ammonti ekwivalenti fil-munita ta' dak l-Istat Membru jew pajjiż terz. [Em. 70] |
Artikolu 8
Ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
1. L-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jirrikjedi ftehim bejn il-partijiet f'dan ir-rigward. L-eżistenza tal-ftehim u l-validità tiegħu għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 9, kif ukoll il-Kapitoli u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun validu biss jekk il-kunsens tal-konsumatur jingħata permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita li tkun separata mid-dikjarazzjoni li tindika l-ftehim li jiġi konkluż kuntratt u jekk ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 9 jkunu sodisfatti . Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma ta’ dak il-ftehim fuq mezz li jservi fit-tul. [Em. 71]
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ma tistax tintgħażel fuq bażi parzjali, iżda biss fit-totalità tagħha. Fir-relazzjonijiet bejn il-kummerċjanti, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tista’ tintgħażel parzjalment, sakemm l-esklużjoni tad-dispożizzjonijet rispettivi ma tkun ipprojbita fiha. [Em. 72]
Artikolu 9
Avviż ta’ Informazzjoni Standard f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur
1. Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni prekuntrattwali stabbiliti fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-kummerċjant għandu jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur dwar il-ħsieb li tiġi applikata l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ qabel il-ftehim billi lill-konsumatur jipprovdilu l-avviż ta' informazzjoni tal-Anness b'mod prominenti. Fejn il-ftehim li tintuża l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jiġi konkluż permezz tat-telefon jew bi kwalunkwe mezz ieħor li ma jippermettix li l-konsumatur jiġi pprovdut bl-avviż ta’ informazzjoni, jew fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-avviz ta' informazzjoni, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-ftehim sakemm huwa jirċievi l-konferma msemmija fl-Artikolu 8(2) flimkien mal-avviż ta’ informazzjoni u sussegwentement jagħti l-kunsens tiegħu espressament għall-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
2. L-avviż ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, jekk jingħata f'forma elettronika, għandu jinkludi hyperlink jew, fiċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha, jinkludi indikazzjoni ta' websajt li permezz tagħha t-test tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ikun jista' jinkiseb mingħajr ħlas.
Artikolu 10
Penali għall-ksur tar-rekwiżiti speċifiċi
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur mill-kummerċjanti, fir-relazzjonijiet mal-konsumaturi, tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Għaldaqstant il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjoanti u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn … (*2) u għandhoom jinnotifikaw kwalunkwe tibdil sussegwenti malajr kemm jista' jkun.
Artikolu 11
Konsegwenzi tal-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
1. Fejn il-partijiet ikunu ftiehmu b'mod validu li jużaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għal kuntratt, tkun biss il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li tirregola l-kwistjonijiet indirizzati fir-regoli tagħha. Bil-kundizzjoni li l-kuntratt ikun ġie effettivament konkluż, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tirregola wkoll il-konformità mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali u r-rimedji għal nuqqas ta’ konformità mal-istess dmirijiet. , minflok ir-reġim tal-liġi kuntrattwali li, fl-assenza ta’ tali ftehim, jirregola l-kuntratt fi ħdan l-ordni ġuridiku determinat bħala l-liġi applikabbli . [Em. 73]
1a. Fejn il-partijiet jidħlu f’negozjati, jew minflok jieħdu passi preparatorji għall-konklużjoni ta’ kuntratt, b’referenza għal-Liġi komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tirregola wkoll konformità man-nuqqas ta’ konformità mad-dmirijiet ta’ informazzjoni prekuntrattwali u rimedji għalihom, u kwistjonijiet oħra li huma relevanti qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt.
L-applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli skont ir-regoli relevanti tal-kunflitt tal-liġijiet, fejn il-kummerċjant għamel ukoll referenza għal reġimi ġuridiċi oħra. [Em. 74]
Artikolu 11a
Kwistjonijiet koperti mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tindirizza fir-regoli tagħha l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
obbligi prekuntrattwali għall-għoti ta' informazzjoni; |
|
(b) |
il-konklużjoni ta’ kuntratt li jinkludi rekwiżiti formali; |
|
(c) |
id-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tiegħu; |
|
(d) |
annullament tal-kuntratt bħala riżultat ta' żball, frodi, theddida jew sfruttament inġust u l-konsegwenzi ta’ tali annullament; |
|
(e) |
interpretazzjoni; |
|
(f) |
elementi ta kontenut u effetti, inklużi dawk tal-kuntratt relevanti; |
|
(g) |
il-valutazzjoni u l-effetti tal-fatt li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ikunu inġusti; |
|
(h) |
id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet; |
|
(i) |
rimedji għan-nuqqas ta’ prestazzjoni; |
|
(j) |
restituzzjoni wara l-annullament jew it-terminazzjoni jew fil-każ ta’ kuntratt mhux vinkolanti; |
|
(k) |
preskrizzjoni u preklużjoni ta' drittijiet; |
|
(l) |
sanzjonijiet disponibbli fl-eventwalità ta' ksur tal-obbligi u tad-dmirijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha. [Em. 75] |
2. Kwistjonijiet mhux indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ huma regolati mir-regoli relevanti tal-liġi nazzjonali applikabbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 jew kwalunkwe regola oħra relevanti dwar il-kunflitt tal-liġijiet. Tali kwistjonijiet jinkludu
|
(a) |
il-personalità ġuridika; |
|
(b) |
l-invalidità ta’ kuntratt li tirriżulta minn nuqqas ta’ kapaċità, illegalità jew immoralità minbarra fejn ir-raġunijiet li jiġġustifikaw illegalità jew immoralità jiġu indirizzati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; |
|
(c) |
id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt; |
|
(d) |
kwistjonijiet ta’ nondiskriminazzjoni; |
|
(e) |
ir-rappreżentanza; |
|
(f) |
il-pluralità ta’ debituri u kredituri u t-tibdil tal-partijiet, inkluża l-assenjazzjoni; |
|
(g) |
it-tpaċija u l-għaqda (merger); |
|
(h) |
il-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta' drittijiet fuq proprjetà immobbli; |
|
(i) |
il-liġi tal-proprjetà intellettwali; u |
|
(j) |
il-liġi tad-delitti, inkluż il-kwistjoni dwar jekk il-pretensjonijiet ta’ responsabilità kontrattwali u mhux kuntrattwali li jeżistu fl-istess ħin jistgħux jitressqu flimkien. [Em. 76] |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kull regola mandatorja ta’ stat li mhuwiex membru tal-UE, li tista' jkun applikabbli skont ir-regoli relevanti li jirregolaw il-kunflitt tal-liġijiet. [Em. 77]
Artikolu 12
Rekwiżiti ta' informazzjoni li jirriżultaw mid-Direttiva dwar is-servizzi
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fil-liġijiet nazzjonali li jdaħħlu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123/KE u li jikkomplimentaw ir-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
Artikolu 13
Alternattivi tal-Istati Membri
Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tkun disponibbli għal:
|
(a) |
kuntratti fejn ir-residenza abitwali tal-kummerċjant jew, fil-każ ta' kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, ir-residenza abitwali tal-kummerċjant, l-indirizz indikat mill-konsumatur, l-indirizz tal-kunsinna tal-merkanzija u l-indirizz fejn jintbagħat il-kont, ikunu jinsabu f'dak l-Istat Membru; u/jew |
|
(b) |
kuntratti fejn il-partijiet kollha jkunu kummerċjanti iżda l-ebda waħda minnhom ma tkun SME skont it-tifisra tal-Artikolu 7(2). |
Artikolu 14
Komunikazzjoni ta' sentenzi li jinterpretaw dan ir-Regolament
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sentenzi finali tal-qrati tagħhom li jinterpretaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema li tippermetti li ssir konsultazzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna s-sentenzi msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dik is-sistema għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 78]
Artikolu 15
Revizjoni
1. Sa … [erba' (4) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-livell ta’ aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-punt sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu taw lok għal litigazzjoni u dwar il-qagħda attwali li tikkonċerna differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u l-liġi nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
2. Sa … [ħames (5) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrevedi l-operat ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis fost affarijiet oħrajn, il-ħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. [Em. 79]
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin (20) jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .
2. Għandu japplika minn [ sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu ].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri. [Em. 80]
ANNESS I
LIĠI KOMUNI EWROPEA DWAR IL-BEJGĦ
WERREJ
| Part I Dispożizzjonijiet tal-bidu | 36 |
| Kapitolu 1 Prinċipji ġenerali u applikazzjoni | 36 |
| Taqsima 1 Prinċipji ġenerali | 36 |
| Taqsima 2 Applikazzjoni | 36 |
| Parti II Tfassil ta' kuntratt vinkolanti | 42 |
| Kapitolu 2 Pre-contractual information | 42 |
| Taqsima 1 Informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata minn kummerċjant li qed jinnegozja ma’ konsumatur | 42 |
| Taqsima 2 L-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata minn kummerċjant li jkun qed jinnegozja ma’ kummerċjant ieħor | 48 |
| Taqsima 3: Kuntratti li għandhom jiġu konklużi b'mezzi elettroniċ | 48 |
| Taqsima 4: Dmir li jkun żgurat li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta | 50 |
| Taqsima 5: Rimedji għall-ksur tad-dmirijiet ta’ informazzjoni | 50 |
| Kapitolu 3: Il-konklużjoni ta’ kuntratt | 52 |
| Kapitolu 4: Dritt ta’ rtirar f’kuntratti mill-bogħod u barra mill-post tan-negozju bejn kummerċjanti u konsumaturi | 56 |
| Kapitolu 5: Difetti fil-kunsens | 62 |
| Parti III: Valutazzjoni ta’ x'jinkludi l-kuntratt | 65 |
| Kapitolu 6: Interpretazzjoni | 65 |
| Kapitolu 7: Kontenut u effetti | 67 |
| Kapitolu 8: Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti | 72 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 72 |
| Taqsima 2: Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur | 72 |
| Taqsima 3: Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti f’kuntratti bejn kummerċjanti | 76 |
| Parti IV: Obbligi u rimedji tal-partijiet f’kuntratt ta’ bejgħ jew kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali | 78 |
| Kapitolu 9: Dispożizzjonijiet ġenerali | 78 |
| Kapitolu 10: Obbligi tal-bejjiegħ | 81 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 81 |
| Taqsima 2: Kunsinna | 81 |
| Taqsima 3: Konformità tal-merkanzija u tal-kontenut diġitali | 84 |
| Kapitolu 11: Rimedji tax-xerrej | 87 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 87 |
| Taqsima 2: Issanar mill-bejjiegħ | 88 |
| Taqsima 3: Twettiq ta’ obbligi mitlub | 89 |
| Taqsima 4: Sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tax-xerrej | 90 |
| Taqsima 5: Terminazzjoni | 90 |
| Taqsima 6: Tnaqqis fil-prezz | 92 |
| Taqsima 7: Rekwiżiti ta’ notifika f’kuntratti bejn kummerċjanti | 92 |
| Kapitolu 12: Obbligi tax-xerrej | 94 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 94 |
| Taqsima 2: Ħlas tal-prezz | 94 |
| Taqsima 3: Teħid tal-kunsinna | 96 |
| Kapitolu 13: Rimedji tal-bejjiegħ | 98 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 98 |
| Taqsima 2: Twettiq ta’ obbligi mitlub | 98 |
| Taqsima 3: Sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tal-bejjiegħ | 99 |
| Taqsima 4: Terminazzjoni | 99 |
| Kapitolu 14: Trasferiment tar-riskju | 101 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 101 |
| Taqsima 2: Trasferiment tar-riskju f’kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur | 101 |
| Taqsima 3: Trasferiment tar-riskju f’kuntratti bejn kummerċjanti | 102 |
| Parti V: Obbligi u rimedji tal-partijiet f’kuntratt ta’ servizzi relatati | 104 |
| Kapitolu 15: Obbligi u rimedji tal-partijiet | 104 |
Taqsima 1: Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ġenerali dwar il-kuntratti ta’ bejgħ
| Taqsima 2: Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi | 104 |
| Taqsima 3: Obbligi tal-klijent | 106 |
| Taqsima 4: Rimedji | 106 |
| Parti VI: Danni u imgħax | 109 |
| Kapitolu 16: Danni u imgħax | 109 |
| Taqsima 1: Danni | 109 |
| Taqsima 2: L-imgħax fuq ħlasijiet tardivi: dispożizzjonijiet ġenerali | 110 |
| Taqsima 3: Ħlasijiet tardivi mill-kummerċjanti | 111 |
| Parti VII: Restituzzjoni | 114 |
| Kapitolu 17: Restituzzjoni | 114 |
| Parti VIII: Preskrizzjoni | 117 |
| Kapitolu 18: Preskrizzjoni | 117 |
| Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali | 117 |
| Taqsima 2: Perjodi ta’ preskrizzjoni u l-bidu tagħhom | 117 |
| Taqsima 3: Estensjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni | 118 |
| Taqsima 4: Tiġdid tal-perjodu ta’ preskrizzjoni | 119 |
| Taqsima 5: Effetti tal-preskrizzjoni | 119 |
| Taqsima 6: Modifika bi ftehim | 119 |
| Appendiċi 1 | 119 |
| Appendiċi 2 | 121 |
[Em. 81]
Titolu II
Dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ [Em. 82]
Part I
Dispożizzjonijiet tal-bidu
Kapitolu 1
Prinċipji ġenerali u applikazzjoni
Taqsima 1
Prinċipji ġenerali
Artikolu 1
Libertà tal-kuntratt
1. Il-partijiet huma liberi li jikkonkludu kuntratt u li jiddeterminaw il-kontenut tiegħu, li għandu jkun suġġett għal kwalunkwe regola mandatorja applikabbli.
2. Il-partijiet jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta' kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, jew jidderogaw mill-effetti tagħhom jew ivarjawhom, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f'dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 2
Bona fidi u negozjar ġust
1. Kull parti għandha d-dmir li taġixxi b'bona fidi u b'negozjar ġust.
2. Il-ksur ta' dan id-dmir jista' jipprekludi lill-parti li tkun kisret dan id-dmir milli teżerċita jew tinvoka dritt, rimedju jew difiża li dik il-parti kieku kien ikollha, jew jista' jirriżulta fir-responsabbiltà ta' dik il-parti għal kwalunkwe telf li ġġarrab il-parti l-oħra. , iżda ma għandhiex tagħti lok għal rimedji għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu . [Em. 83]
3. Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 3
Kooperazzjoni
Il-partijiet huma obbligati li jikkooperaw ma' xulxin sa fejn dan ikun mistenni għat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali tagħhom.
Taqsima 2
Applikazzjoni
Artikolu 4
Interpretazzjoni
1. Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tiġi interpretata b'mod awtonomu u skont l-għanijiet tagħha u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata.
2. Kwistjonijiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ iżda mhux espressament determinati minnha għandhom jiġu determinati skont l-għanijiet u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata u d-dispożizzjonijiet kollha tagħha, mingħajr rikors għal-liġi nazzjonali li tkun applikabbli fin-nuqqas ta' ftehim dwar l-użu tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ jew għal kwalunkwe liġi oħra.
3. Fejn hemm regola ġenerali u regola speċjali li tapplika għal sitwazzjoni partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regola ġenerali, ir-regola speċjali tipprevali fi kwalunkwe każ ta’ kunflitt.
Artikolu 5
Raġonevolezza
1. Ir-raġonevolezza għandha tiġi aċċertata b’mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura u l-fini tal-kuntratt, iċ-ċirkustanzi tal-każ u kwalunkwe użu u prattika tal-kummerċi jew professjonijiet involuti.
2. Kwalunkwe referenza għal dak li jista’ jkun mistenni mingħand persuna, jew f’sitwazzjoni partikolari, hija referenza għal dak li jista’ raġonevolment ikun mistenni.
Artikolu 6
Ebda forma ma hija meħtieġa
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, mhux meħtieġ li kuntratt, dikjarazzjoni jew kwalunkwe att ieħor irregolat minnha jsir jew jiġi attestat permezz ta’ xi forma partikolari.
Artikolu 7
Kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment
1. Kundizzjoni kuntrattwali ma tkunx innegozjata individwalment jekk tkun ġiet ipprovduta minn parti waħda u l-parti l-oħra ma setgħetx tinfluwenza l-kontenut tagħha.
2. Meta parti waħda tipprovdi għażla ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali lill-parti l-oħra, ma għandux jitqies li kundizzjoni tkun innegozjata individwalment sempliċement għaliex il-parti l-oħra tagħżel dik il-kundizzjoni minn dik l-għażla.
3. Parti li ssostni li kundizzjoni kuntrattwali pprovduta bħala parti minn kundizzjonijiet kuntrattwali standard sadanittant ġiet innegozjata individwalment għandha l-oneru li tipprova li tkun ġiet innegozjata.
4. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-kummerċjant għandu l-oneru li jipprova li kundizzjoni kuntrattwali pprovduta mill-kummerċjant ġiet innegozjata individwalment.
5. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-kundizzjonijiet kuntrattwali abbozzati minn parti terza jitqiesu bħala li ġew ipprovduti mill-kummerċjant, sakemm ma jkunx introduċihom fil-kuntratt il-konsumatur.
Artikolu 8
It-terminazzjoni
1. l-aħħar darba għamiltha “terminazzjoni” u bidluha ta’ kuntrattt Li “tittermina kuntratt” tfisser li ġġib fi tmiemhom id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet skont il-kuntratt bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jirriżultaw minn kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali li tipprovdi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim jew kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali oħra li għandha topera anki wara t-terminazzjoni.
2. Il-ħlasijiet dovuti u d-danni għal kwalunkwe nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi qabel iż-żmien tat-terminazzjoni jibqgħu pagabbli. Fejn it-terminazzjoni tkun għal nuqqas ta’ twettiq jew għal nuqqas ta’ twettiq antiċipat, il-parti li qiegħda tittermina l-kuntratt hija intitolata wkoll għad-danni minflok it-twettiq futur min-naħa tal-parti l-oħra.
3. L-effetti tat-terminazzjoni fuq il-ħlas lura tal-prezz u r-ritorn tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali, u effetti oħrajn tar-restituzzjoni, huma rregolati mir-regoli dwar ir-restituzzjoni fil-Kapitolu 17.
Artikolu 9
Kuntratti b’diversi skopijiet Kuntratti li jinkludu l-fornitura ta’ servizzi relatati [Em. 84]
1. Fejn kuntratt jipprovdi kemm għall-bejgħ tal-merkanzija jew għall-fornitura tal-kontenut diġitali kif ukoll għall-fornitura ta’ servizz relatat, ir-regoli tal-Parti IV japplikaw għall-obbligi u għar-rimedji tal-partijiet bħala bejjiegħ u xerrej tal-merkanzija jew kontenut diġitali u r-regoli tal-Parti V japplikaw għall-obbligi u għar-rimedji tal-partijiet bħala fornitur ta’ servizzi u klijent.
2. Meta, f’kuntratt li jaqa’ taħt il-paragrafu 1, l-obbligi tal-bejjiegħ u tal-fornitur ta’ servizzi skont il-kuntratt għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew huma diviżibbli mod ieħor, allura jekk ikun hemm raġuni għat-terminazzjoni minħabba nuqqas ta’ twettiq ta' parti waħda li fir-rigward tagħha tista' tiġi allokata parti mill-prezz, ix-xerrej u l-klijent jistgħu jitterminaw biss fir-rigward dik il-parti.
3. Il-paragrafu 2 ma japplikax meta x-xerrej u l-klijent ma jistgħux ikunu mistennija li jaċċettaw it-twettiq tal-partijiet l-oħra jew in-nuqqas ta’ twettiq ikun tali li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt fl-intier tiegħu.
4. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ u tal-fornitur ta’ servizzi taħt il-kuntratt mhumiex diviżibbli jew parti mill-prezz ma tistax tiġi allokata, ix-xerrej u l-klijent jistgħu jitterminaw biss jekk in-nuqqas ta’ twettiq huwa tali li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt fl-intier tiegħu.
Artikolu 10
Notifika
1. Dan l-Artikolu japplika fir-rigward ta' notifika għal kwalunkwe fini skont ir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u tal-kuntratt.“Notifika” tinkludi l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li huwa maħsub li jkollha effett legali jew li tgħaddi informazzjoni għal skop legali. [Em. 85]
2. Tista' ssir notifika bi kwalunkwe mezz adattat għaċ-ċirkustanzi.
3. In-notifika ssir effettiva meta tasal għand id-destinatarju, sakemm ma tipprovdix biex ikollha effett aktar tard.
4. Notifika tasal għand id-destinatarju:
|
(a) |
meta tiġi kkonsenjata lid-destinatarju; |
|
(b) |
meta tiġi kkonsenjata fil-post tan-negozju tad-destinatarju jew, meta ma jkun hemm l-ebda post tan-negozju ta’ din ix-xorta jew meta n-notifika tkun indirizzata lil konsumatur, fir-residenza abitwali tad-destinatarju; |
|
(c) |
fil-każ ta’ notifika trażmessa b’posta elettronika jew b’komunikazzjoni individwali oħra, meta d-destinatarju jkun jista’ jkollu aċċess għaliha; jew |
|
(d) |
meta b’xi mod ieħor tkun disponibbli għad-destinatarju fil-post u b'mod li d-destinatarju jista’ jkun mistenni li jikseb aċċess għaliha mingħajr dewmien żejjed. |
In-notifika tkun waslet għand id-destinatarju wara li jiġi sodisfatt wieħed mir-rekwiżiti taħt (a), (b), (c) jew (d), skont liema jiġi l-ewwel.
5. In-notifika ma jkollha l-ebda effett jekk ir-revoka tagħha tasal għand id-destinatarju qabel jew fl-istess żmien tan-notifika.
6. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafi 3 u 4 jew jidderogaw mill-effetti tagħhom jew ivarjawhom.
Artikolu 11
Il-komputazzjoni taż-żmien
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw b’relazzjoni għall-komputazzjoni taż-żmien għal kwalunkwe skop skont il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
1a. Fejn perjodu espress f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jiġi kkalkolat minn avveniment, azzjoni jew żmien speċifikat, il-jum li matulu jseħħ l-avveniment, tiġri l-azzjoni jew jasal il-ħin speċifikat ma għandhomx jiġu kkunsidrati li jaqgħu fil-perjodu inkwistjoni. [Em. 87]
2. Soġġett għall-paragrafi 4, 5 u 7:
|
(a) |
perjodu espress f’jiem jibda mill-bidu tal-ewwel siegħa tal-ewwel jum u jintemm meta tiskadi l-aħħar siegħa tal-aħħar jum tal-perjodu; |
|
(b) |
perjodu espress f’ġimgħat, f’xhur, jew fi snin jibda fil-bidu tal-ewwel siegħa tal-ewwel jum tal-perjodu u jintemm meta tiskadi l-aħħar siegħa ta’ liema jum fl-aħħar ġimgħa, xahar jew sena jkun l-istess jum tal-ġimgħa, jew jaħbat fl-istess data, bħall-jum minn meta jibda jiddekorri l-perjodu; bil-kwalifika li jekk, f’perjodu espress f’xhur jew fi snin, il-jum meta l-perjodu għandu jiskadi ma jseħħx fl-aħħar xahar, huwa jintemm meta tiskadi l-aħħar siegħa tal-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. |
3. Fejn perjodu espress f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jiġi kkalkolat minn avveniment, azzjoni jew żmien speċifikat, il-jum li matulu jseħħ l-avveniment, tiġri l-azzjoni jew jasal il-ħin speċifikat ma jaqax fil-perjodu inkwistjoni. [Em. 88]
4. Il-perjodi kkonċernati jinkludu s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-btajjel pubbliċi, ħlief fejn dawn ikunu esklużi espressament jew fejn il-perjodi jiġu espressi f’jiem ta’ xogħol.
5. Fejn l-aħħar jum ta’ perjodu jkun is-Sibt, il-Ħadd jew btala pubblika fil-post fejn għandu jsir att preskritt, il-perjodu jintemm meta tiskadi l-aħħar siegħa tal-jum ta’ xogħol segwenti. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-perjodi kkalkolati retroattivament minn data jew minn avveniment partikolari.
6. Fejn persuna tibgħat lil persuna oħra dokument li jiffissa perjodu ta’ żmien li fih id-destinatarju jrid iwieġeb jew jieħu azzjoni oħra imma li ma jiddikjarax meta l-perjodu għandu jibda, allura, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet li jgħidu l-kontra, il-perjodu jiġi kkalkolat mill-mument li d-dokument jasal għand id-destinatarju. [Em. 89]
7. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu:
|
(a) |
“btala pubblika” b’referenza għal Stat Membru, jew għal parti minn Stat Membru, tal-Unjoni Ewropea tfisser kwalunkwe jum magħżul bħala tali għal dak l-Istat Membru jew għal dik il-parti mil-lista ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; u |
|
(b) |
“jiem ta’ xogħol” tfisser il-jiem kollha għajr is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-btajjel pubbliċi. |
7a. Fejn persuna tibgħat lil persuna oħra dokument li jiffissa perjodu ta’ żmien li fih id-destinatarju jrid iwieġeb jew jieħu azzjoni oħra imma li ma jiddikjarax meta dak il-perjodu għandu jibda, allura, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet li jgħidu l-kontra, il-perjodu għandu jiġi kkalkolat mill-mument li fih id-dokument jasal għand id-destinatarju. [Em. 90]
Artikolu 12
Dikjarazzjonijiet jew imġiba unilaterali
1. Dikjarazzjoni unilaterali li tindika intenzjoni għandha tiġi interpretata bil-mod li bih jista’ jkun mistenni li tinftiehem mill-persuna li lilha tkun indirizzata.
2. Fejn il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni kellha l-intenzjoni li espressjoni li ntużat fiha jkollha tifsira partikolari u l-parti l-oħra kienet konxja, jew seta’ kien mistenni li kienet konxja, minn dik l-intenzjoni, l-espressjoni għandha tiġi interpretata bil-mod intiż mill-persuna li għamlet id-dikjarazzjoni.
3. L-Artikoli 59 sa 65 japplikaw, b’adattamenti xierqa, għall-interpretazzjoni tad-dikjarazzjonijiet unilaterali li jindikaw intenzjoni. [Em. 91]
4. Ir-regoli dwar id-difetti fil-kunsens fil-Kapitolu 5 japplikaw, b’adattamenti xierqa, għad-dikjarazzjonijet unilaterali li jindikaw intenzjoni. [Em. 92]
5. Kwalunkwe referenza għal dikjarazzjoni f’dan l-Artikolu tinkludi referenza għal imġiba li tista' titqies bħala ekwivalenti għal dikjarazzjoni.
Parti II
Tfassil ta' kunntratt vinkolanti
Kapitolu 2
Pre-contractual information
Taqsima 1
Informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata minn kummerċjant li qed jinnegozja ma’ konsumatur
Artikolu 13
Id- Dmir li tiġi pprovduta informazzjoni meta jiġi konkluż kuntratt mill-bogħod jew kuntratt barra mill-post tan-negozju [Em. 93]
1. Kummerċjant li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod jew kuntratt barra mill-post tan-negozju għandu dmir li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt jew qabel ma l-konsumatur ikun marbut bi kwalunkwe offerta:
|
(a) |
il-karatteristiċi prinċipali tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati li għandhom jiġu pprovduti, sa fejn dan ikun xieraq għall-mezz ta’ komunikazzjoni u għall-merkanzija, għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi relatati; |
|
(b) |
il-prezz totali u l-imposti u l-ispejjeż addizzjonali, skont l-Artikolu 14; |
|
(c) |
l-identità u l-indirizz tal-kummerċjant, skont l-Artikolu 15; |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet kuntrattwali, skont l-Artikolu 16; |
|
(e) |
id-drittijiet ta’ rtirar, skont l-Artikolu 17; |
|
(f) |
fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet tal-assistenza lill-klijent wara l-bejgħ, tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ, tal-garanziji kummerċjali u tal-politika ta’ trattament tal-ilmenti, tal-kummerċjant; |
|
(g) |
fejn applikabbli, il-possibbiltà li jkun hemm rikors għal mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim li għalih ikun soġġett il-kummerċjant u l-metodi ta' kif jinkiseb aċċess għalih; |
|
(h) |
fejn applikabbli, il-funzjonalità tal-kontenut diġitali, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni; u |
|
(i) |
fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti ta’ kontenut diġitali bil-ħardwer jew softwer li l-kummerċjant ikollu konoxxenza tagħha jew jista’ jkun mistenni li kellu konoxxenza tagħha.[Em. 94] |
2. L-informazzjoni pprovduta, għajr l-indirizzi mitluba mill-punt (c) tal-paragrafu 1, tifforma parti integrali mill-kuntratt u m’għandhiex tiġi mibdula sakemm il-partijiet ma jaqblux espressament mod ieħor.
3. Għal kuntratt mill-bogħod L -informazzjoni meħtieġa minn dan Artikolu għandha: [Em. 95]
|
(a) |
tingħata jew issir disponibbli għall-konsumatur b’mod li huwa xieraq għall-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat; |
|
(b) |
tkun b’lingwaġġ sempliċi u li jiftiehem; u |
|
(c) |
sa fejn tkun ipprovduta fuq mezz li jservi fit-tul, tkun tinqara. |
4. Fil-każ ta' kuntratt barra mill-post tan-negozju, l-informazzjoni meħtieġa minn dan Artikolu għandha:
|
(a) |
tingħata fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi fit-tul, u u |
|
(b) |
tkun tista’ tinqara u b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem. [Em. 96] |
5. Dan l-Artikolu ma japplikax fejn il-kuntratt ikun:
|
(a) |
għall-fornitura ta’ prodotti tal-ikel, ta’ xorb jew ta’ merkanzija oħra li huma intiżi għal konsum attwali f'unità domestika, u li jiġu pprovduti fiżikament minn kummerċjant fuq bażi frekwenti u regolari fid-dar, fir-residenza jew fil-post tax-xogħol tal-konsumatur; |
|
(b) |
konkluż permezz ta’ magna tal-bejgħ awtomatika jew post kummerċjali awtomatizzat; [Em. 97] |
|
(c) |
kuntratt barra mill-post tan-negozju jekk il-prezz jew, fejn jiġi konkluż aktar minn kuntratt wieħed fl-istess ħin, il-prezz totali tal-kuntratti ma jeċċedix EUR 50 jew is-somma ekwivalenti fil-munita miftiehma għall-prezz tal-kuntratt. [Em. 98] |
|
(ca) |
skont il-liġijiet tal-Istati Membri, stabbilit minn uffiċjal pubbliku li għandu obbligu statutorju li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta' deċiżjoni ġuridika għaqlija u bl-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha. [Em. 99] |
Artikolu 14
Informazzjoni dwar il-prezz u imposti u spejjeż addizzjonali
1. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi:
|
(a) |
il-prezz totali tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati, bit-taxxi inklużi, jew meta n-natura tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati tkun tali li l-prezz ma jistax jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih jiġi kkalkolat il-prezz; u |
|
(b) |
fejn applikabbli, kwalunkwe imposta addizzjonali għat-trasport, għall-kunsinna jew minħabba l-posta u kwalunkwe spiża oħra jew, meta dawn ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti u spejjeż addizzjonali jistgħu jkunu pagabbli. |
2. Fil-każ ta’ kuntratt ta’ perjodu indeterminat jew kuntratt li jinkludi abbonament, il-prezz totali jrid jinkludi l-prezz totali għal kull perjodu ta' ħlas. Meta fir-rigward ta' tali kuntratti tkun imposta rata fissa, il-prezz totali jrid jinkludi l-ispejjeż totali ta' kull xahar. Fejn il-prezz totali ma jistax jiġi kkalkolat minn qabel, irid jiġi pprovdut il-mod li bih jiġi kkalkolat il-prezz.
3. Fejn applikabbli, il-kummerċjant irid jinforma lill-konsumatur dwar l-ispiża tal-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta l-ispiża tkun ikkalkulata b'rata li ma tkunx ir-rata bażika.
Artikolu 15
Informazzjoni dwar l-identità u l-indirizz tal-kummerċjant
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi:
|
(a) |
l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu, |
|
(b) |
l-indirizz ġeografiku fejn ikun stabbilit il-kummerċjant; |
|
(c) |
in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz bil-posta elettronika tal-kummerċjant, fejn disponibbli, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattja lill-kummerċjant malajr u jikkomunika mal-kummerċjant effettivament; |
|
(d) |
fejn ikun applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku ta’ kwalunkwe kummerċjant ieħor li f’ismu jkun qed jaġixxi l-kummerċjant; u |
|
(e) |
fejn ikun differenti mill-indirizz mogħti skont il-punti (b) u (d) ta' dan l-Artikolu, l-indirizz ġeografiku tal-kummerċjant u, fejn ikun applikabbli, dak tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi, fejn il-konsumatur jista’ jindirizza kwalunkwe lment. |
Artikolu 16
Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi:
|
(a) |
l-arranġamenti dwar il-ħlas, il-kunsinna tal-merkanzija, il-fornitura tal-kontenut diġitali jew tat-twettiq tas-servizzi relatati u ż-żmien sa meta l-kummerċjant jimpenja ruħu li jikkonsenja l-merkanzija, iforni l-kontenut diġitali jew iwettaq is-servizzi relatati; |
|
(b) |
fejn applikabbli, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u t-tul ta’ żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur jew, jekk il-kuntratt ikun għal perjodu indefinit jew għandu jiġi estiż awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex jiġi tterminat il-kuntratt; u |
|
(c) |
fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet għal depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew li għandhom jiġu pprovduti mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant; |
|
(d) |
fejn applikabbli, l-eżistenza ta' kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom. |
Artikolu 17
Informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ rtirar meta jiġi konkluż kuntratt mill-bogħod jew kuntratt barra mill-post tan-negozju [Em. 100]
1. Meta l-konsumatur ikollu dritt ta’ rtirar taħt il-Kapitolu 4, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt il-punt (e) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi l-kundizzjonijiet, il-limitu ta’ żmien u l-proċeduri biex jiġi eżerċitat dak id-dritt skont l-Appendiċi 1, kif ukoll il-Formola tal-irtirar mudell stabbilita fl-Appendiċi 2.
2. Fejn applikabbli, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (e) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi l-fatt li l-konsumatur se jkollu jħallas l-ispejjeż biex tiġi rritornata l-merkanzija f’każ ta’ rtirar u, għall-kuntratti mill-bogħod, li l-konsumatur ikollu jħallas l-ispejjeż biex tiġi rritornata l-merkanzija f'każ ta' rtirar jekk il-merkanzija min-natura tagħha ma tistax tiġi normalment tintbagħat lura bil-posta.
3. Meta l-konsumatur jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rtirar wara li jkun għamel talba biex il-fornitura tas-servizzi relatati tibda waqt il-perjodu tal-irtirar, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt il-punt (e) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi l-fatt li l-konsumatur ikun obbligat iħallas lill-kummerċjant l-ammont imsemmi fl-Artikolu 45(5).
4. Id-dmir li tkun ipprovduta l-informazzjoni mitluba fil-paragrafi 1, 2 u 3 jista’ jiġi sodisfatt billi l-konsumatur jiġi pprovdut bl-Istruzzjonijiet dwar l-irtirar mudell stabbiliti fl-Appendiċi 1. Għandu jitqies li l-kummerċjant ikun issodisfa dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jekk ikun ipprovda dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija b’mod korrett.
5. Fejn ma jkunx previst dritt ta' rtirar skont il-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 40(2) u l-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (e) tal-Artikolu 13(1) trid tinkludi dikjarazzjoni li l-konsumatur mhux se jibbenefika minn dritt ta’ rtirar jew, fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li taħthom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ rtirar.
Artikolu 18
Kuntratti barra mill-post tan-negozju: rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali u konferma
1. Il-kummerċjant irid jipprovdi lill-konsumatur kopja tal-kuntratt iffirmat jew il-konferma tal-kuntratt, inkluż fejn applikabbli, il-konferma tal-kunsens u tar-rikonoxximent tal-konsumatur kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 40(3) fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz differenti li jservi fit-tul.
2. Fejn il-konsumatur irid li l-fornitura tas-servizzi relatati tibda matul il-perjodu ta’ rtirar previst fl-Artikolu 42(2), jeħtieġ li l-kummerċjant jitlob lill-konsumatur jagħmel tali talba espressa fuq mezz li jservi fit-tul. [Em. 101]
Artikolu 19
Kuntratti mill-bogħod: Informazzjoni addizzjonali u rekwiżiti oħrajn [Em. 102]
1. Meta kummerċjant iċempel lil konsumatur biex jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, fil-bidu tat-taħdita mal-konsumatur, il-kummerċjant irid jiżvela l-identità tiegħu, u fejn dan ikun applikabbli, l-identità tal-persuna li f’isimha jkun qed jagħmel it-telefonata u l-iskop kummerċjali tat-telefonata.
2. Jekk il-kuntratt mill-bogħod jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew żmien limitat sabiex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant irid jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fuq dak il-mezz partikolari qabel ma jiġi konkluż kuntratt bħal dan. L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 13 għandha tiġi pprovduta mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont l-Artikolu 13(3).
3. L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2 hija:
|
(a) |
il-karatteristiċi prinċipali tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati, kif meħtieġ mill-punt (a) tal-Artikolu 13(1); |
|
(b) |
l-identità tal-kummerċjant, kif meħtieġ mill-punt (a) tal-Artikolu 15; |
|
(c) |
il-prezz totali, li jinkludi l-elementi kollha msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 14(1) u (2); |
|
(d) |
id-dritt ta’ rtirar; u |
|
(e) |
fejn ikun rilevanti, it-tul tal-kuntratt, u jekk il-kuntratt ikun għal perjodu indefinit, ir-rekwiżiti għat-terminazzjoni tal-kuntratt imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 16. |
4. Kuntratt mill-bogħod konkluż bit-telefon huwa validu biss jekk il-konsumatur ikun iffirma l-offerta jew ikun bagħat il-kunsens tiegħu bil-miktub fejn jindika l-ftehim li jikkonkludi kuntratt. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur konferma ta’ dak il-ftehim fuq mezz li jservi fit-tul.
5. Il-kummerċjant irid jagħti lill-konsumatur konferma tal-kuntratt konkluż, inkluż fejn applikabbli, tal-kunsens u r-rikonoxximent tal-konsumatur imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 40(3), u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 13 fuq mezz li jservi fit-tul. Il-kummerċjant għandu jagħti din l-informazzjoni fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u mhux aktar tard miż-żmien tal-kunsinna tal-merkanzija jew qabel ma tibda l-fornitura tal-kontenut diġitali jew il-fornitura tas-servizz relatat, sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà ngħatat lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod fuq mezz li jservi fit-tul.
6. Meta l-konsumatur ikun irid li l-fornitura tas-servizzi relatati tibda matul il-perjodu ta’ rtirar previst fl-Artikolu 42(2), jeħtieġ li il-kummerċjant jitlob lill-konsumatur biex jagħmel talba espressa għal dan l-iskop fuq mezz li jservi fit-tul.
Artikolu 20
Dmir li tiġi pprovduta informazzjoni meta jiġu konklużi kuntratti oħra barra minn kuntratti mill-bogħod u barra mill-post tan-negozju
1. Fil-kuntratti barra minn kuntratti mill-bogħod u barra mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu d-dmir li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem qabel ma l-kuntratt jiġi konkluż jew il-konsumatur ikun marbut minn kwalunkwe offerta, dejjem jekk din l-informazzjoni ma tkunx diġà evidenti mill-kuntest:
|
(a) |
il-karatteristiċi prinċipali tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati li għandhom jiġu pprovduti, sa fejn dan ikun xieraq għall-mezz ta’ komunikazzjoni u għall-merkanzija, għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi relatati; |
|
(b) |
il-prezz totali u l-imposti u l-ispejjeż addizzjonali, skont l-Artikolu 14(1); |
|
(c) |
l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku fejn huwa stabbilit u n-numru tat-telefon tiegħu; |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet kuntrattwali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16; |
|
(e) |
fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ, tal-garanziji kummerċjali u tal-politika tat-trattament tal-ilmenti, tal-kummerċjant; |
|
(f) |
fejn applikabbli, il-funzjonalità tal-kontenut diġitali, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni; u |
|
(g) |
fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti ta’ kontenut diġitali bil-ħardwer jew softwer li l-kummerċjant ikollu konoxxenza tagħha jew jista’ jkun mistenni li kellu konoxxenza tagħha. |
2. Dan l-Artikolu ma japplikax fejn il-kuntratt jinvolvi tranżazzjoni minn jum għal jum u jitwettaq minnufih fil-ħin tal-konklużjoni tiegħu. [Em. 103]
Artikolu 21
Oneru tal-prova
Il-kummerċjant għandu l-oneru tal-prova li huwa jkun ipprovda l-informazzjoni mitluba minn din it-Taqsima.
Artikolu 22
Natura mandatorja
Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima jew jidderogaw mill-effetti tagħha jew ivarjawhom.
Taqsima 2
L-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata minn kummerċjant li jkun qed jinnegozja ma’ kummerċjant ieħor
Artikolu 23
Dmir ta' żvelar ta' informazzjoni dwar il-merkanzija u s-servizzi relatati
1. Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-bejgħ ta' merkanzija, għall-fornitura ta' kontenut diġitali jew għall-fornitura ta’ servizzi relatati minn kummerċjant għal kummerċjant ieħor, il-fornitur għandu dmir li jiżvela, permezz ta’ kwalunkwe mezz adattat, lill-kummerċjant l-ieħor kwalunkwe informazzjoni dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati li għandhom jiġu pprovduti, li l-fornitur għandu jew jista’ jkun mistenni li jkollu u li jkun kontra l-bona fidi u n-negozjar ġust jekk ma tiġix żvelata lill-parti l-oħra.
2. Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-paragrafu 1 jeżiġix li l-fornitur jiżvela kwalunkwe informazzjoni, għandhom jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:
|
(a) |
jekk il-fornitur kellux kompetenza speċjali; |
|
(b) |
l-ispiża għall-fornitur biex jakkwista l-informazzjoni rilevanti; |
|
(c) |
il-faċilità li biha l-kummerċjant l-ieħor seta’ akkwista l-informazzjoni b’mezzi oħrajn; |
|
(d) |
in-natura tal-informazzjoni; |
|
(e) |
l-importanza probabbli tal-informazzjoni għall-kummerċjant l-ieħor; u |
|
(f) |
prattika kummerċjali tajba fis-sitwazzjoni kkonċernata. |
Taqsima 3
Kuntratti li għandhom jiġu konklużi b'mezzi elettroniċi
Artikolu 24
Dmirijiet addizzjonali biex tiġi pprovduta informazzjoni fil-kuntratti mill-bogħod li għandhom jiġu konklużi permezz ta’ mezzi elettroniċi
1. Dan l-Artikolu japplika fejn kummerċjant jipprovdi l-mezzi biex jiġi konkluż kuntratt u meta dawk il-mezzi jkunu elettroniċi u ma jinvolvux l-iskambju esklużiv ta' posta elettronika jew komunikazzjoni individwali oħra.
2. Il-kummerċjant irid iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parti l-oħra mezzi tekniċi xierqa, effettivi u aċċessibbli sabiex jiġu identifikati u korretti żbalji ta’ input qabel ma l-parti l-oħra tagħmel jew taċċetta offerta.
3. Il-kummerċjant irid jipprovdi informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin qabel ma l-parti l-oħra tagħmel jew taċċetta offerta:
|
(a) |
il-passi tekniċi li għandhom jittieħdu sabiex jiġi konkluż il-kuntratt; |
|
(b) |
jekk dokument kuntrattwali huwiex se jiġi ffajljat mill-kummerċjant jew le u jekk huwiex se jkun aċċessibbli; |
|
(c) |
il-mezzi tekniċi għall-identifikazzjoni u għall-korrezzjoni tal-iżbalji ta’ input qabel ma l-parti l-oħra tagħmel jew taċċetta offerta; |
|
(d) |
il-lingwi offruti għall-konklużjoni tal-kuntratt; |
|
(e) |
il-kundizzjonijiet kuntrattwali li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant huwa lest li jikkonkludi kuntratt . [Em. 104] |
4. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit aktar strett għal kummerċjant li jittratta ma’ konsumatur taħt is-Sezzjoni 1, il-kummerċjant irid jiżgura ruħu li l-kundizzjonijiet kuntrattwali msemmija fil-punt(e) tal-paragrafu 3 ikunu disponibbli f’karattri alfabetiċi jew karattri oħrajn li jinftiehmu u fuq mezz li jservi fit-tul permezz ta’ kwalunkwe appoġġ li jippermetti l-qari, ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni inkluża fit-test u r-riproduzzjoni tagħha f’forma tanġibbli. [Em. 105]
5. Il-kummerċjant irid jikkonferma permezz ta’ mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien żejjed, li rċieva offerta jew aċċettazzjoni mibgħuta mill-parti l-oħra. Tali konferma għandha turi l-kontenut tal-offerta jew tal-aċċettazzjoni. [Em. 106]
Artikolu 25
Rekwiżiti addizzjonali fil-kuntratti mill-bogħod li għandhom jiġu konklużi permezz ta’ mezzi elettroniċi
1. Meta kuntratt mill-bogħod li għandu jiġi konkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi jkun jobbliga lill-konsumatur li jħallas, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur b’mod ċar u prominenti, u immedjatament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni, bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a) tal-Artikolu 13(1), l-Artikolu 14(1) u (2), u l-punt (b) tal-Artikolu 16.
2. Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur, meta jagħmel l-ordni, jirrikonoxxi b’mod espliċitu li l-ordni timplika obbligu li jħallas. Meta l-ordni jsir permezz tal-attivazzjoni ta’ buttuna jew funzjoni simili, il-buttuna jew funzjoni simili għandhom ikunu ttikkettjati b’mod li jinqara faċilment biss bil-kliem “ordni b’obbligu ta’ ħlas” jew kliem simili mhux ambigwu li jindika li t-tqegħid ta’ ordni jinvolvi obbligu biex isir ħlas lill-kummerċjant. Meta l-kummerċjant ma jikkonformax ma’ dan il-paragrafu, il-konsumatur ma jkunx marbut bil-kuntratt jew l-ordni.
3. Il-kummerċjant għandu jindika b’mod ċar u li jinqara fuq il-websajt kummerċjali tiegħu l-aktar tard fil-bidu tal-proċess tal-ordni jekk japplikawx kwalunkwe restrizzjonijiet ta’ kunsinna u liema huma l-modi tal-ħlas aċċettati.
Artikolu 26
Oneru tal-prova
Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-kummerċjant għandu l-oneru tal-prova li huwa pprovda l-informazzjoni meħtieġa minn din it-Taqsima.
Artikolu 27
Natura mandatorja
Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima jew jidderogaw mill-effetti tagħha jew ivarjawhom.
Taqsima 4
Dmir li jkun żgurat li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta
Artikolu 28
Dmir li jkun żgurat li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta
1. Il-parti li tipprovdi informazzjoni qabel jew fiż-żmien meta jiġi konkluż kuntratt, irrispettivament minn jekk dan isirx biex tkun konformi mad-dmirijiet imposti minn dan il-Kapitolu jew għal raġunijiet oħra, għandha dmir li toqgħod raġonevolment attenta biex tiżgura ruħha li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta u mhijiex qarrieqa.
2. Parti li ngħatatilha informazzjoni inkorretta jew qarrieqa bi ksur tad-dmir imsemmi fil-paragrafu 1, u li tiddependi raġonevolment fuq dik l-informazzjoni biex tikkonkludi kuntratt mal-parti li pprovdietha, għandha r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 29.
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Taqsima 5
Rimedji għall-ksur tad-dmirijiet ta’ informazzjoni
Artikolu 29
Rimedji għall-ksur tad-dmirijiet ta’ informazzjoni
1. Parti li tkun naqset milli tikkonforma ma' kwalunkwe dmir impost minn dan il-Kapitolu hija responsabbli skont il-Kapitolu 16 għal kwalunkwe telf ikkawżat lill-parti l-oħra b'riżultat ta' tali nuqqas. [Em. 107]
2. Meta l-kummerċjant ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jirrigwardaw l-imposti addizzjonali jew spejjeż oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 14, jew dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) il-konsumatur ma jkunx responsabbli biex iħallas l-imposti addizzjonali u l-ispejjeż l-oħrajn.
3. Ir-rimedji previsti f’dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju li jista’ jkun disponibbli taħt l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 48 jew l-Artikolu 49.
4. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Kapitolu 3
Il-konklużjoni ta’ kuntratt
Artikolu 30
Rekwiżiti għall-konklużjoni ta’ kuntratt
1. Kuntratt jiġi konkluż jekk:
|
(a) |
il-partijiet jilħqu ftehim; |
|
(b) |
huma jkollhom l-intenzjoni li l-ftehim ikollu effett legali; u |
|
(c) |
il-ftehim, issupplimentat jekk meħtieġ mir-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, ikun fih kontenut u ċertezza suffiċjenti biex ikollu effett legali. |
2. Jintlaħaq ftehim billi tiġi aċċettata offerta. L-aċċettazzjoni tista' ssir b'mod espliċitu jew b'dikjarazzjonijiet jew imġiba oħra. [Em. 108]
3. Jekk il-partijiet għandhomx l-intenzjoni li l-ftehim ikollu effett legali għandu jkun iddeterminat mid-dikjarazzjonijiet u mill-imġiba tagħhom.
4. Fejn waħda mill-partijiet tagħmel il-ftehim dwar xi kwistjoni speċifika rekwiżit għall-konklużjoni ta’ kuntratt, ma jkun hemm l-ebda kuntratt sakemm ma jintlaħaqx ftehim dwar dik il-kwistjoni.
Artikolu 31
Offerta
1. Proposta tkun offerta jekk:
|
(a) |
ikun hemm l-intenzjoni li tirriżulta f’kuntratt jekk tiġi aċċettata; u |
|
(b) |
ikollha kontenut u ċertezza suffiċjenti biex ikun hemm kuntratt. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, offerta għandha titqies li għandha kontenut u ċertezza suffiċjenti jekk tinkludi oġġett, kwantità jew tul ta’ żmien, u prezz. [Em. 109] |
2. Offerta tista’ ssir lil persuna speċifika waħda jew aktar.
3. Proprosta magħmula lill-pubbliku mhix offerta, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jindikawx mod ieħor.
Artikolu 32
Revoka ta’ offerta
1. Offerta tista’ tiġi rrevokata jekk ir-revoka tasal għand il-persuna li tirċievi l-offerta qabel ma l-persuna li tirċievi l-offerta tkun bagħtet aċċettazzjoni jew, f’każijiet ta’ aċċettazzjoni bi mġiba, qabel ma l-kuntratt ikun ġie konkluż.
2. Meta proposta magħmula lill-pubbliku tkun offerta, hija tista’ tiġi rrevokata bl-istess mezzi li ntużaw sabiex saret l-offerta.
3. Revoka ta’ offerta tkun ineffettiva jekk:
|
(a) |
l-offerta tindika li hija irrevokabbli; |
|
(b) |
l-offerta tiddikjara perjodu fiss biex tiġi aċċettata; jew |
|
(c) |
b’xi mod ieħor kien raġonevoli li l-persuna li tirċievi l-offerta tkun qed tafda li l-offerta hija irrevokabbli u l-persuna li tirċievi l-offerta aġixxiet abbażi tal-offerta. |
Artikolu 33
Ċaħda ta’ offerta
Meta ċaħda ta’ offerta tasal għand l-offerent, l-offerta tiskadi.
Artikolu 34
Aċċettazzjoni
1. Kwalunkwe forma ta’ dikjarazzjoni jew ta’ mġiba mill-persuna li tirċievi l-offerta tkun aċċettazzjoni jekk tindika kunsens għall-offerta.
2. Is-silenzju jew l-inattività fihom innifishom ma għandhomx jikkostitwixxu aċċettazzjoni. B'mod partikolari, f'każijiet ta' konsenja ta' merkanzija, forniment ta' kontenut diġitali jew provvista ta' servizzi relatati mhux mitluba, l-assenza ta' rispons mill-konsumatur ma għandhiex tikkostitwixxi aċċettazzjoni. [Em. 110]
Artikolu 35
Il-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt
1. Meta l-persuna li tirċievi l-offerta tibgħat aċċettazzjoni, il-kuntratt jiġi konkluż meta l-aċċettazzjoni tasal għand l-offerent.
2. Meta offerta tiġi aċċettata b'imġiba, il-kuntratt jiġi konkluż meta notifika tal-imġiba tasal għand l-offerent.
3. Minkejja l-paragrafu 2, fejn bis-saħħa tal-offerta, ta’ prattiki li l-partijiet jkunu stabbilew bejniethom jew ta’ użu, il-persuna li tirċievi l-offerta tista’ taċċetta l-offerta bi mġiba mingħajr notifika lill-offerent, il-kuntratt jiġi konkluż meta l-persuna li tirċievi l-offerta tibda taġixxi.
Artikolu 36
Perjodu għall-aċċettazzjoni
1. L-aċċettazzjoni ta' offerta hija effettiva biss jekk tasal għand l-offerent matul il-perjodu stipulat mill-offerent fl-offerta.
2. Meta l-offerent ma jkunx stabbilixxa perjodu, l-aċċettazzjoni hija effettiva biss jekk tasal għandu fi żmien raġonevoli wara li tkun saret l-offerta.
3. Fejn offerta tista’ tiġi aċċettata billi jsir att mingħajr ma jiġi notifikat l-offerent, l-aċċettazzjoni tkun effettiva biss jekk l-att isir fil-perjodu għall-aċċettazzjoni ffissat mill-offerent jew, jekk ma ġie ffissat l-ebda żmien ta’ din ix-xorta, fi żmien raġonevoli.
Artikolu 37
Aċċettazzjoni tardiva
1. Aċċettazzjoni tardiva tkun effettiva bħala aċċettazzjoni jekk, mingħajr dewmien żejjed, l-offerent jinforma lill-persuna li tirċievi l-offerta li l-offerent qed jittrattaha bħala aċċettazzjoni effettiva.
2. Fejn ittra jew komunikazzjoni oħra li tinkludi aċċettazzjoni tardiva turi li ntbagħtet f’tali ċirkustanzi li kieku t-trażmissjoni tagħha kienet normali hija kienet tasal għand l-offerent fi żmien xieraq, l-aċċettazzjoni tardiva tkun effettiva bħala aċċettazzjoni sakemm, mingħajr dewmien żejjed, l-offerent ma jkunx informa lill-persuna li tirċievi l-offerta li l-offerta skadiet.
Artikolu 38
Aċċettazzjoni modifikata
1. Tweġiba mill-persuna li tirċievi l-offerta li tiddikjara jew timplika kundizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali jew differenti li materjalment ibiddlu l-kundizzjonijiet tal-offerta hija ċaħda u offerta ġdida.
2. Kundizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali jew differenti li, fost affarijiet oħra, huma relatati mal-prezz, il-ħlas, il-kwalità u l-kwantità tal-merkanzija, il-post u l-ħin tal-kunsinna, il-firxa tar-responsabbiltà ta’ parti waħda lejn l-oħra jew ir-riżoluzzjoni tat-tilwim huma preżunti li jbiddlu l-kundizzjonijiet tal-offerta materjalment.
3. Tweġiba li tagħti kunsens definit għal offerta hija aċċettazzjoni anki jekk tiddikjara jew timplika kundizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali jew differenti, sakemm dawn ma jbiddlux materjalment il-kundizzjonijiet tal-offerta. Il-kundizzjonijiet addizzjonali jew differenti mbagħad isiru parti mill-kuntratt.
4. Tweġiba li tiddikjara jew timplika kundizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali jew differenti dejjem hija ċaħda tal-offerta jekk:
|
(a) |
l-offerta tillimita espressament l-aċċettazzjoni għall-kundizzjonijiet tal-offerta; |
|
(b) |
l-offerent joġġezzjona għall-kundizzjonijiet addizzjonali jew differenti mingħajr dewmien żejjed; jew |
|
(c) |
il-persuna li tirċievi l-offerta tissoġġetta l-aċċettazzjoni għall-kundizzjoni li l-offerent jagħti l-kunsens tiegħu għall-kundizzjonijiet addizzjonali jew differenti, u l-kunsens ma jasalx għand il-persuna li tirċievi l-offerta fi żmien raġonevoli. |
4a. F'relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur tweġiba mill-persuna li tirċievi, li tinkludi espressament jew taċitament kundizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali jew differenti għandha tikkostitwixxi fi kwalunkwe każ ċaħda jew offerta ġdida. [Em. 111]
Artikolu 39
Kundizzjonijiet kuntrattwali standard kunfliġġenti
1. Meta l-partijiet ikunu laħqu ftehim imma l-offerta u l-aċċettazzjoni jirreferu għal kundizzjonijiet kuntrattwali standard kunfliġġenti, xorta jkun ġie konkluż kuntratt. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali standard huma parti mill-kuntratt sa fejn ikunu sostantivament komuni.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-ebda kuntratt ma jiġi konkluż jekk waħda mill-partijiet:
|
(a) |
tkun indikat bil-quddiem, b’mod espliċitu, u mhux permezz ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali standard, intenzjoni li ma tkunx marbuta b’kuntratt abbażi tal-paragrafu 1; jew |
|
(b) |
mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-parti l-oħra b’tali intenzjoni. |
Kapitolu 4
Dritt ta’ rtirar f’kuntratti mill-bogħod u barra mill-post tan-negozju bejn kummerċjanti u konsumaturi
[Em. 112]
Artikolu 40
Dritt ta’ rtirar
1. Matul il-perjodu previst fl-Artikolu 42, il-konsumatur għandu dritt li jirtira mingħajr ma jagħti raġuni, u bl-ebda spiża għall-konsumatur ħlief kif previst fl-Artikolu 45, minn:
|
(a) |
kuntratt mill-bogħod; |
|
(b) |
kuntratt barra mill-post tan-negozju, sakemm il-prezz, jew meta jkun ġie konkluż aktar minn kuntratt wieħed fl-istess ħin, il-prezz totali tal-kuntratti jeċċedi EUR 50 jew is-somma ekwivalenti fil-munita miftiehma għall-prezz tal-kuntratt fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt. |
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:
|
(a) |
kuntratt li jkun ġie konkluż permezz ta’ magna tal-bejgħ awtomatika jew post kummerċjali awtomatizzat; |
|
(b) |
kuntratt għall-fornitura ta’ prodotti tal-ikel, ta’ xorb jew ta’ merkanzija oħra li huma intiżi għal konsum attwali fl-unità domestika, u li jiġu pprovduti fiżikament mill-kummerċjant fuq bażi frekwenti u regolari fid-dar, fir-residenza jew fil-post tax-xogħol tal-konsumatur; |
|
(c) |
kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija jew ta' servizzi relatati li l-prezz tagħhom jiddependi fuq ċaqliq fis-suq finanzjarju li ma jistax jiġi kkontrollat mill-kummerċjant u li jista' jseħħ matul il-perjodu ta' rtirar; |
|
(d) |
kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija jew kontenut diġitali li jkunu saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur, jew jidher ċar li huma personalizzati; |
|
(e) |
kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija li tista’ tiddeterjora jew tiskadi malajr; |
|
(f) |
kuntratt għall-fornitura ta’ xorb alkoħoliku, li l-prezz tiegħu jkun ġie miftiehem meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ bejgħ, li l-kunsinna tiegħu tista’ ssir biss wara 30 jum minn meta ġie konkluż il-kuntratt u l-valur effettiv tiegħu jiddependi fuq ċaqliq fis-suq li ma jistax jiġi kkontrollat mill-kummerċjant; |
|
(g) |
kuntratt għall-bejgħ ta’ gazzetta, rivista jew magazin bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti ta’ abbonament għall-fornitura ta’ tali pubblikazzjonijiet; |
|
(h) |
kuntratt konkluż f’irkant pubbliku; u |
|
(i) |
kuntratt li jikkonċerna fornitura tal-ikel jew il-fornitura ta' servizzi relatati ma’ attivitajiet rikreattivi li jipprovdi għal data speċifika jew għal perjodu ta’ twettiq ta’ obbligi speċifiku. |
|
(ia) |
kuntratt li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta' uffiċjal pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta' deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha; [Em. 113] |
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn il-merkanzija pprovduta tkun issiġillata, il-konsumatur ikun neħħielha s-siġill u allura ma tkunx adattata sabiex tiġi rritornata minħabba raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa jew ta’ iġjene; |
|
(b) |
il-merkanzija pprovduta, skont in-natura tagħha, ġiet imħallta b’mod li ma tistax tiġi sseparata minn merkanzija oħra wara l-kunsinna; |
|
(c) |
fejn il-merkanzija pprovduta kienet reġistrazzjonijiet tal-awdjo jew reġistrazzjonijiet viżivi jew softwer tal-kompjuter issiġillati u l-konsumatur neħħielhom is-siġill wara l-kunsinna; |
|
(d) |
fejn il-fornitura tal-kontenut diġitali li ma jingħatax fuq mezz tanġibbli bdiet bil-kunsens tal-konsumatur espress minn qabel u bir-rikonoxximent mill-konsumatur li jitlef id-dritt ta’ rtirar; |
|
(e) |
il-konsumatur talab speċifikament żjara mill-kummerċjant biex iwettaq tiswijiet jew manutenzjoni urġenti. Meta fl-okkażjoni ta’ tali żjara l-kummerċjant jagħti servizzi relatati flimkien ma’ dawk speċifikament mitluba mill-konsumatur jew jipprovdi merkanzija minbarra l-partijiet ta’ sostituzzjoni li jintużaw neċessarjament fit-twettiq tal-manutenzjoni jew tat-tiswijiet, id-dritt ta’ rtirar japplika għal dawk is-servizzi relatati jew merkanzija addizzjonali. |
4. Fejn il-konsumatur ikun għamel offerta li, jekk tiġi aċċettata, twassal għall-konklużjoni ta’ kuntratt li minnu jkun hemm dritt ta’ rtirar taħt dan il-Kapitolu, il-konsumatur jista’ jirtira l-offerta anki jekk altrimenti kienet tkun irrevokabbli.
Artikolu 41
Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar
1. Il-konsumatur jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rtirar fi kwalunkwe żmien qabel it-tmiem tal-perjodu ta' irtirar previst fl-Artikolu 42.
2. Il-konsumatur jeżerċita d-dritt li jirtira billi jinnotifika lill-kummerċjant. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista’ juża l-Formola tal-irtirar mudell stipulata fl-Appendiċi 2 jew kwalunkwe dikjarazzjoni inekwivoka oħra li tistipula d-deċiżjoni li jirtira.
3. Meta l-kummerċjant jagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jirtira elettronikament fuq il-websajt kummerċjali tiegħu, u l-konsumatur jagħmel dan, il-kummerċjant għandu dmir li jikkomunika minnufih lill-konsumatur il-konferma li rċieva l-komunikazzjoni ta' tali rtirar fuq mezz li jservi fit-tul. Il-kummerċjant huwa responsabbli għal kwalunkwe telf ikkawżat lil parti oħra bi ksur ta’ dan id-dmir.
4. Komunikazzjoni ta’ rtirar tkun f’waqtha jekk tintbagħat qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rtirar.
5. Il-konsumatur għandu l-oneru tal-prova li d-dritt ta’ rtirar ġie eżerċitat skont dan l-Artikolu.
Artikolu 42
Perjodu ta’ rtirar
1. Il-perjodu ta’ rtirar jiskadi wara erbatax-il jum minn:
|
(a) |
il-jum meta l-konsumatur ħa l-kunsinna tal-merkanzija fil-każ ta' kuntratt ta’ bejgħ, inkluż kuntratt ta' bejgħ li permezz tiegħu l-bejjiegħ jaqbel ukoll li jipprovdi servizzi relatati; |
|
(b) |
il-jum meta l-konsumatur ħa l-kunsinna tal-aħħar oġġett tal-merkanzija fil-każ ta' kuntratt għall-bejgħ ta’ merkanzija multipla ordnata mill-konsumatur f'ordni waħda u kkonsenjata separatament, inkluż kuntratt li permezz tiegħu l-bejjiegħ jaqbel ukoll li jipprovdi servizzi relatati; |
|
(c) |
il-jum meta l-konsumatur ħa l-kunsinna tal-aħħar lott jew biċċa fil-każ ta' kuntratt fejn il-merkanzija tikkonsisti f’lottijiet jew biċċiet multipli, inkluż kuntratt li permezz tiegħu l-bejjiegħ jaqbel ukoll li jipprovdi servizzi relatati |
|
(d) |
il-jum meta l-konsumatur ħa l-kunsinna tal-ewwel oġġett tal-merkanzija fejn il-kuntratt huwa għal kunsinna regolari ta' merkanzija matul perjodu definit, inkluż kuntratt li permezz tiegħu l-bejjiegħ jaqbel ukoll li jipprovdi servizzi relatati; |
|
(e) |
fil-każ ta’ kuntratt għal servizzi relatati konkluż wara li l-merkanzija tkun ġiet ikkonsenjata, il-jum meta jkun ġie konkluż il-kuntratt; |
|
(f) |
fil-każ ta’ kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali huwa fornit fuq mezz tanġibbli, il-jum meta l-konsumatur ħa l-kunsinna tal-mezz tanġibbli skont il-punt (a); |
|
(g) |
il-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt fil-każ ta' kuntratt fejn il-kontenut diġitali ma jiġix fornit fuq mezz tanġibbli. |
2. Fejn il-kummerċjant ma jkunx ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija in Artikolu 17(1), il-perjodu ta’ rtirar jiskadi:
|
(a) |
wara sena mit-tmiem tal-perjodu ta’ rtirar inizjali, kif determinat skont il-paragrafu 1; jew |
|
(b) |
meta l-kummerċjant jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni meħtieġa fi żmien sena mit-tmiem tal-perjodu ta' rtirar kif iddeterminat skont il-paragrafu 1, wara erbatax-il jum mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi l-informazzjoni. |
Artikolu 43
Effetti tal-irtirar
L-irtirar jittermina l-obbligi taż-żewġ partijiet taħt il-kuntratt:
|
(a) |
li jwettqu l-kuntratt; jew |
|
(b) |
li jikkonkludu l-kuntratt f'każijiet fejn tkun saret offerta mill-konsumatur. |
Artikolu 44
Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' rtirar
1. Il-kummerċjant jrid jirrimborża l-ħlasijiet kollha li rċieva mingħand il-konsumatur, inklużi, fejn applikabbli, l-ispejjeż kollha tal-kunsinna mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erbatax-il jum mill-jum meta l-kummerċjant jiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-kunsumatur li jirtira mill-kuntratt skont l-Artikolu 41. Il-kummerċjant irid iwettaq tali rimborż billi juża l-istess mezzi ta’ ħlas bħal ma uża l-konsumatur għat-tranżazzjoni inizjali, sakemm il-konsumatur ma jkunx ftiehem espressament mod ieħor u sakemm il-konsumatur ma jidħolx għal ħlasijiet bħala riżultat ta’ tali rimbors.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kummerċjant mhuwiex meħtieġ li jirrimborża l-ispejjeż supplimentari, jekk il-konsumatur ikun għażel espressament tip ta’ kunsinna differenti mit-tip ta' kunsinna standard li tiswa l-inqas offruta mill-kummerċjant.
3. Fil-każ ta’ kuntratt għall-bejgħ ta’ merkanzija, il-kummerċjant jista’ jżomm ir-rimborż sakemm ikun irċieva l-merkanzija lura, jew il-konsumatur ikun ipprovda evidenza li bagħat lura l-merkanzija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, sakemm il-kummerċjant ma jkunx offra li jiġbor huwa l-merkanzija.
4. Fil-każ ta’ kuntratt barra mill-post tan-negozju fejn il-merkanzija tkun ġiet ikkonsenjata fid-dar tal-konsumatur fiż-żmien meta jkun ġie konkluż il-kuntratt, il-kummerċjant irid jiġbor il-merkanzija bi spejjeż tiegħu jekk il-merkanzija min-natura tagħha normalment ma tistax tintbagħat lura bil-posta.
Artikolu 45
Obbligi tal-konsumatur fil-każ ta’ rtirar
1. Il-konsumatur irid jirritorna l-merkanzija jew jgħaddiha lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erbatax-il jum mill-jum meta l-konsumatur jikkomunika lill-kummerċjant id-deċiżjoni tiegħu li jirtira mill-kuntratt skont l-Artikolu 41, sakemm il-kummerċjant ma jkunx offra li jiġbor huwa stess il-merkanzija. Din l-iskadenza tiġi osservata jekk il-konsumatur jibgħat lura l-merkanzija qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ erbatax-il jum.
2. Il-konsumatur irid iħallas l-ispejjeż diretti biex jirritorna l-merkanzija, sakemm il-kummerċjant ma jkunx qabel li jħallas dawk l-ispejjeż jew il-kummerċjant ma jkunx informa lill-konsumatur li l-konsumatur irid iħallashom.
3. Il-konsumatur huwa responsabbli għal kwalunkwe tnaqqis fil-valur tal-merkanzija biss fejn dak jirriżulta mill-immaniġġjar tal-merkanzija bi kwalunkwe mod għajr minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikunu aċċertati n-natura, il-karatteristiċi u l-funzjonament tal-merkanzija. Il-konsumatur mhuwiex responsabbli għat-tnaqqis fil-valur fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar id-dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 17(1).
4. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, il-konsumatur mhuwa obbligat iħallas l-ebda kumpens għall-użu tal-merkanzija waqt il-perjodu ta’ rtirar.
5. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar wara li jkun għamel talba espressa biex il-provvista ta' servizzi relatati tibda matul il-perjodu ta’ rtirar, il-konsumatur irid iħallas lill-kummerċjant ammont li hu proporzjonali għal dak li jkun ġie pprovdut qabel ma l-konsumatur eżerċita d-dritt ta’ rtirar, meta mqabbel mal-kopertura sħiħa tal-kuntratt. L-ammont proporzjonali li għandu jitħallas mill-konsumatur lill-kummerċjant irid jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezz totali miftiehem fil-kuntratt. Meta l-prezz totali huwa eċċessiv, l-ammont proporzjonali jrid jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta’ dak li jkun ġie pprovdut.
6. Il-konsumatur ma jkunx responsabbli għall-ispiża għal:
|
(a) |
il-provvista ta' servizzi relatati, b’mod sħiħ jew parzjali, matul il-perjodu ta’ rtirar, meta:
|
|
(b) |
il-fornitura, b’mod sħiħ jew parzjali, ta’ kontenut diġitali li ma tingħatax fuq mezz tanġibbli fejn:
|
7. Ħlief kif previst f’dan l-Artikolu, il-konsumatur ma jkunx responsabbli minħabba l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar.
Artikolu 46
Kuntratti anċillari
1. Meta konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar minn kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju, skont l-Artikoli 41 sa 45, kwalunkwe kuntratt anċillari jiġi awtomatikament itterminat bl-ebda spiża għall-konsumatur ħlief kif previst fil-paragrafi 2 u 3. Għall-iskop ta' dan l-Artikolu kuntratt anċillari jfisser kuntratt li permezz tiegħu konsumatur jakkwista merkanzija, kontenut diġitali jew servizzi relatati b'konnessjoni ma’ kuntratt mill-bogħod jew ma’ kuntratt barra mill-post tan-negozju u din il-merkanzija, dan il-kontenut diġitali jew dawn is-servizzi relatati jiġu pprovduti mill-kummerċjant jew minn parti terza skont arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant.
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 43, 44 u 45 japplikaw għal kuntratti anċillari sa fejn dawk il-kuntratti jkunu rregolati mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
3. Fil-każ ta' kuntratti anċillari li mhumiex irregolati mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ il-liġi li altrimenti tkun applikabbli tirregola l-obbligi tal-partijiet fil-każ ta’ rtirar.
Artikolu 47
Natura mandatorja
Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjahom.
Kapitolu 5
Difetti fil-kunsens
Artikolu - 48
Il-kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-annullament ta’ kuntratt minħabba difetti fil-kunsens u difetti simili.
2. Ir-regoli stipulati f’dan il-kapitolu għandhom japplikaw b’adattament xieraq għall-annullament ta’ offerta, aċċettazzjoni jew dikjarazzjoni unilaterali oħra li tindika intenzjoni, jew imġiba ekwivalenti. [Em. 114]
Artikolu 48
Żball
1. Parti tista’ tannulla kuntratt minħabba żball ta’ fatt jew ta’ liġi li kien jeżisti meta ġie konkluż il-kuntratt jekk:
|
(a) |
il-parti, li kieku ma kienx għall-iżball, ma kinitx tikkonkludi l-kuntratt jew kienet tagħmel dan biss b’kundizzjonijiet kuntrattwali fundamentalment differenti u l-parti l-oħra kienet taf jew seta’ jkun mistenni li kienet taf dan; u [Em. 115] |
|
(b) |
il-parti l-oħra:
|
2. Parti ma tistax tannulla kuntratt minħabba żball jekk ir-riskju tal-iżball ġie assunt, jew fiċ-ċirkostanzi għandhom jiġi mġarrab, minn dik il-parti.
3. Ineżattezza fl-espressjoni jew fit-trażmissjoni ta’ dikjarazzjoni hija ttrattata bħala żball tal-persuna li tkun għamlet jew bagħtet id-dikjarazzjoni.
Artikolu 49
Frodi
1. Parti tista’ tannulla kuntratt jekk il-parti l-oħra induċiet il-konklużjoni tal-kuntratt b’rappreżentazzjoni ħażina frawdolenti, jew bi kliem jew bi mġiba, jew b’nuqqas frawdolenti ta’ żvelar ta’ kwalunkwe informazzjoni li l-bona fidi u n-negozjar ġust, jew kwalunkwe dmir ta’ informazzjoni prekuntrattwali, kienu jeżiġu li tiġi żvelata minn dik il-parti.
2. Rappreżentazzjoni ħażina tkun frawdolenti jekk issir bl-għarfien jew bil-konvinzjoni li r-rappreżentazzjoni tkun falza, jew bi traskuraġni dwar jekk tkunx vera jew falza, u hija intiża biex twassal lid-destinatarju jagħmel żball. In-nuqqas ta’ żvelar ikun frawdolenti jekk tkun intiż biex iwassal lil persuna, li ma ngħatatilhiex l-informazzjoni, tagħmel żball.
3. Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-bona fidi u n-negozjar ġust jeżiġux li parti tiżvela informazzjoni partikolari, għandhom jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:
|
(a) |
jekk il-parti kellhiex kompetenza speċjali; |
|
(b) |
l-ispiża għall-parti biex takkwista l-informazzjoni rilevanti; |
|
(c) |
il-faċilità li biha l-parti l-oħra setgħet akkwistat l-informazzjoni b’mezzi oħrajn; |
|
(d) |
in-natura tal-informazzjoni; |
|
(e) |
l-importanza apparenti potenzjali tal-informazzjoni għall-parti l-oħra; u [Em. 119] |
|
(f) |
f’kuntratti bejn kummerċjanti, prattika kummerċjali tajba fis-sitwazzjoni kkonċernata. |
Artikolu 50
Theddid
Parti tista’ tannulla kuntratt jekk il-parti l-oħra tkun induċiet il-konklużjoni tal-kuntratt bit-theddida ta’ ħsara illeċita, imminenti u serja jew ta' att illeċitu.
Artikolu 50a
Partijiet terzi
1. Meta parti terza li għall-atti tagħha hija responsabbli persuna jew li, bil-kunsens ta’ dik il-persuna, hija involuta fit-twettiq ta’ kuntratt:
|
(a) |
tikkawża żball jew tkun taf bih jew kellha tkun taf bih, jew |
|
(b) |
tkun responsabbli ta’ żball, ingann malizzjuż jew theddid jew sfruttament inġust, |
ir-rimedji taħt dan il-Kapitolu huma applikabbli, bħallikieku l-aġir jew l-għarfien kien dak tal-persuna bir-responsabbiltà jew il-persuna li tat il-kunsens.
2. Meta parti terza li għall-atti tagħha mhijiex responsabbli persuna jew li ma għandhiex il-kunsens ta’ dik il-persuna, li tkun involuta fit-twettiq ta’ kuntratt tkun ħatja ta’ frodi jew theddid, ir-rimedji taħt dan il-Kapitolu għandhom ikunu disponibbli jekk din il-persuna kienet taf jew seta' jkun b’mod raġonevoli mistenni li tkun taf bil-fatt rilevanti, jew fiż-żmien tal-annullament ma aġixxietx abbażi tal-kuntratt. [Em. 120]
Artikolu 51
Sfruttament inġust
Parti tista’ tannulla kuntratt jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt:
|
(a) |
dik il-parti tkun tiddependi fuq il-parti l-oħra jew kellha relazzjoni ta' fiduċja magħha, kienet f'ċirkostanzi ekonomiċi ħżiena jew kellha ħtiġijiet urġenti, kienet imprudenti, nieqsa mill-għarfien, jew bla esperjenza; u |
|
(b) |
il-parti l-oħra kienet taf jew seta’ jkun mistenni li kienet taf dan u, fid-dawl taċ-ċirkustanzi u tal-iskopijiet tal-kuntratt, sfruttat is-sitwazzjoni tal-ewwel parti billi ħadet benefiċċju eċċessiv jew vantaġġ inġust. |
Artikolu 52
Notifika ta’ annullament
1. L-annullament isir permezz ta' notifika lill-parti l-oħra.
2. In-notifika ta' annullament hija valida biss jekk issir fi żmien sussegwenti wara li l-parti li titlob l-annullament ssir konxja taċ-ċirkostanzi rilevanti jew ikollha l-possibilità li taġixxi b’mod liberu:
|
(a) |
sitt xhur fil-każ ta’ żball; u |
|
(b) |
sena fil-każ ta’ frodi, theddid u sfruttament inġust. |
Artikolu 53
Konferma
Meta l-parti li għandha d-dritt li tannulla kuntratt skont dan il-Kapitolu, espressament jew impliċitament tikkonfermah, wara li tkun saret konxja miċ-ċirkustanzi rilevanti, jew wara li setgħet taġixxi bil-libertà, dik il-parti ma tistax aktar tannulla l-kuntratt.
Artikolu 54
Effetti tal-annullament
1. Kuntratt li jista’ jiġi annullat ikun validu sakemm jiġi annullat imma, ladarba jiġi annullat, ikun retrospettivament invalidu mill-bidu nett.
2. Fejn raġuni ta’ annullament taffettwa biss ċerti kundizzjonijiet kuntrattwali, l-effett tal-annullament ikun limitat għal dawk il-kundizzjonijiet sakemm ma jkunx irraġonevoli li jiġi kkonservat il-bqija tal-kuntratt.
3. Il-kwistjoni dwar jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet għandhiex dritt li jiġi rritornat lilha dak li ġie ttrasferit jew ipprovdut skont kuntratt li ġie annullat, jew għal ekwivalent fi flus, tiġi rregolata mir-regoli dwar ir-restituzzjoni fil-Kapitolu 17.
Artikolu 55
Danni għal telf
Parti li għandha d-dritt li tannulla kuntratt taħt dan il-Kapitolu, jew li kellha tali dritt qabel ma ntilef bl-effett tal-iskadenza ta’ limiti ta’ żmien jew bl-effett ta’ konferma, hija intitolata, irrispettivament minn jekk il-kuntratt jiġix annullat jew le, għad-danni taħt il-Kapitolu 16 mingħand il-parti l-oħra għat-telf imġarrab minħabba l-iżball, il-frodi, it-theddid jew l-isfruttament inġust, sakemm il-parti l-oħra kienet taf jew seta’ jkun mistenni li kienet taf biċ-ċirkustanzi rilevanti. [Em. 121]
Artikolu 56
Esklużjoni jew ir-restrizzjoni tar-rimedji
1. Ir-rimedji għal frodi, theddid u sfruttament inġust ma jistgħux jiġu esklużi jew ristretti direttament jew indirettament.
2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu jew jirrestrinġu direttament jew indirettament ir-rimedji għal żball.
Artikolu 57
L-għażla tar-rimedju
Parti li hija intitolata għal rimedju taħt dan il-Kapitolu f’ċirkustanzi li jagħtu lil dik il-parti rimedju għal nuqqas ta’ twettiq tista’ teżerċita kwalunkwe wieħed minn dawk ir-rimedji.
Parti III
Valutazzjoni ta’ x'jinkludi l-kuntratt
Kapitolu 6
Interpretazzjoni
Artikolu 58
Regoli ġenerali dwar l-interpretazzjoni tal-kuntratti
1. Kuntratt għandu jiġi interpretat skont l-intenzjoni komuni tal-partijiet anki jekk din tvarja mit-tifsira normali tal-espressjonijiet użati fih.
2. Fejn parti waħda kellha l-intenzjoni li espressjoni użata fil-kuntratt jew imġiba ekwivalenti jkollha tifsira partikolari, u fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt il-parti l-oħra kienet konxja jew seta’ jkun mistenni li kienet konxja minn dik l-intenzjoni, l-espressjoni jew l-imġiba ekwivalenti għandha tiġi interpretata bil-mod intiż mill-ewwel parti. [Em. 122]
3. Sakemm mhuwiex previst mod ieħor fil-paragrafi 1 u 2, il-kuntratt għandu jiġi interpretat skont it-tifsira li persuna raġonevoli kieku tagħtiha.
3a. L-espressjonijiet użati f’kuntratt għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntratt kollu. [Em. 123]
3b. Ir-regoli f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-interpretazzjoni ta’ offerta, aċċettazzjoni jew dikjarazzjoni unilaterali oħra li tindika intenzjoni, jew imġiba ekwivalenti b’adattamenti xierqa. [Em. 124]
Artikolu 59
Kwistjonijiet rilevanti
Meta jiġi interpretat kuntratt, jistgħu jitqiesu, b’mod partikolari:
|
(a) |
iċ-ċirkustanzi li fihom ġie konkluż, inklużi n-negozjati preliminari; [Em. 125] |
|
(b) |
l-imġiba tal-partijiet, anki qabel ma’ ġie konkluż il-kuntratt, matul il-konklużjoni tal-kuntratt u wara li ġie konkluż il-kuntratt; [Em. 126] |
|
(c) |
l-interpretazzjoni li diġà ngħatat mill-partijiet l-partijiet taw preċedentement lill-espressjonijiet li huma identiċi jew simili għal dawk użati fil-kuntratt; [Em. 127] |
|
(d) |
l-użi li ġeneralment jitqiesu li jkunu applikabbli minn partijiet fl-istess sitwazzjoni; |
|
(e) |
il-prattiki li l-partijiet stabbilew bejniethom; |
|
(f) |
it-tifsira normalment mogħtija lil espressjonijiet fis-settur tal-attività kkonċernata; |
|
(g) |
in-natura u l-iskp tal-kuntratt; u |
|
(h) |
il-bona fidi u n-negozjar ġust. |
Artikolu 60
Referenza għall-kuntratt kollu
L-espressjonijiet użati f’kuntratt għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntratt kollu. [Em. 128]
Artikolu 61
Diskrepanzi lingwistiċi
Meta dokument kuntrattwali jkun f’żewġ verżjonijiet lingwistiċi jew aktar, li l-ebda waħda minnhom ma ġiet ddikjarata li hija l-verżjoni awtorevoli u fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-verżjonijiet, il-verżjoni li fiha ġie redatt il-kuntratt oriġinarjament għandha tiġi trattata bħala dik awtorevoli.
Fejn dokument ta' kuntratt fil-lingwa nazzjonali tal-konsumatur ikun intuża, dik il-verżjoni għandha titqies bħala l-verżjoni awtorevoli. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. [Em. 129]
Artikolu 61a
Preferenza għal interpretazzjoni li tagħti effett lill-kundizzjonijiet kuntrattwali
Interpretazzjoni li tagħti effett lill-kundizzjonijiet kuntrattwali għandha tipprevali fuq waħda li ma tagħmilx dan. [Em. 130]
Artikolu 61b
Interpretazzjoni favur il-konsumaturi
1. Fejn jeżisti l-iċken dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali f'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, għandha tipprevali l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur sakemm il-kundizzjoni inkwistjoni ma tkunx ġiet ipprovduta mill-konsumatur.
2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effetti tiegħu. [Em. 131]
Artikolu 62
Preferenza għall-kundizzjonijiet Kundizzjonijiet kuntrattwali nnegozjati li mhumiex negozjati individwalment [Em. 132]
1. Sa fejn ikun hemm inkonsistenza, il-kundizzjonijiet kuntrattwali li jkunu ġew innegozjati individwalment jipprevalu fuq dawk li ma jkunux ġew innegozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7.
1a. Meta, minkejja l-Artikolu 61b, ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali li ma ġietx innegozjata individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7, għandha tipprevali interpretazzjoni tal-kundizzjoni kontra l-parti li pprovdietha. [Em. 133]
Artikolu 63
Preferenza għal interpretazzjoni li tagħti effett lill-kundizzjonijiet kuntrattwali
Interpretazzjoni li tagħmel effettivi l-kundizzjonijiet kuntrattwali tipprevali fuq waħda li ma tagħmilx dan. [Em. 134]
Artikolu 64
Interpretazzjoni favur il-konsumaturi
1. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali bejn kummerċjant u konsumatur, għandha tipprevali l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur sakemm il-kundizzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta mill-konsumatur.
2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. [Em. 135]
Artikolu 65
Interpretazzjoni kontra min jipprovdi kundizzjoni kuntrattwali
Meta, f’kuntratt li ma jaqax taħt l-Artikolu 64, ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta’ kundizzjoni kuntrattwali li ma ġietx innegozjata individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7, għandha tipprevali interpretazzjoni tal-kundizzjoni kontra l-parti li pprovdietha. [Em. 136]
Kapitolu 7
Kontenut u effetti
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali [Em. 137]
Artikolu 66
Kundizzjonijiet kuntrattwali
Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt joħorġu minn:
|
(a) |
il-ftehim tal-partijiet, soġġett għal kwalunkwe regola mandatorja tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; |
|
(b) |
kwalunkwe użu jew prattika li bih ikunu marbuta skont l-Artikolu 67; |
|
(c) |
kwalunkwe regola tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li tapplika fin-nuqqas ta' ftehim kuntrarju bejn il-partijiet; u |
|
(d) |
kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali impliċita skont l-Artikolu 68. |
Artikolu 67
L-użi u l-prattiki f’kuntratti bejn kummerċjanti
1. F'kuntratt bejn kummerċjanti, il-partijiet huma marbuta bi kwalunkwe użu li jkunu ftiehmu li għandu jkun applikabbli u bi kwalunkwe prattika li jkunu stabbilew bejniethom.
2. Il-partijiet huma marbuta b’użu li għandu jitqies bħala ġeneralment applikabbli minn kummerċjanti fl-istess sitwazzjoni bħall-partijiet.
3. L-użi u l-prattiki ma jorbtux lill-partijiet sa fejn dawn ikunu f’kunflitt mal-kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew negozjati individwalment mal-ftehim tal-partijiet jew ma’ kwalunkwe regola mandatorja tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ. [Em. 138]
Artikolu 68
Kundizzjonijiet kuntrattwali li jistgħu jitqiesu impliċiti
1. Meta jkun meħtieġ li tiġi rregolata kwistjoni li mhijiex espliċitament irregolata mill-ftehim tal-partijiet, minnn kwalunkwe użu jew prattika jew minn kwalunkwe regola tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, tista’ titqies impliċita kundizzjoni kuntrattwali addizzjonali, billi jitqiesu, b’mod partikolari:
|
(a) |
in-natura u l-iskp tal-kuntratt; |
|
(b) |
iċ-ċirkustanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt; u |
|
(c) |
il-bona fidi u n-negozjar ġust. |
2. Kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali impliċita taħt il-paragrafu 1, sa fejn ikun possibbli, għandha tkun tali li tagħti effett lil dak li l-partijiet probabbilment setgħu kienu jiftiehmu, li kieku pprovdew għall-kwistjoni ftiehmu dwaru . [Em. 139]
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk il-partijiet volontarjament ma jkunux irregolaw l-kwistjoni, billi jkunu aċċettaw li waħda jew l-oħra mill-partijiet tassumi r-riskju.
Artikolu 69
Kundizzjonijiet kuntrattwali derivati minn ċerti dikjarazzjonijiet prekuntrattwali
1. Meta l-kummerċjant , jew persuna involuta fir-riklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni għall-kummerċjant, jagħmlu dikjarazzjoni qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, lill-parti l-oħra jew pubblikament, dwar il-karatteristiċi ta’ dak li għandu jiġi pprovdut minn dak il-kummerċjant skont il-kuntratt, id-dikjarazzjoni tiġi inkorporata bħala kundizzjoni kuntrattwali ħlief jekk il-kummerċjant juri li :
|
(a) |
il-parti l-oħra kienet konxja, jew setgħet kienet mistennija li tkun konxja meta ġie konkluż il-kuntratt, li d-dikjarazzjoni ma kinetx korretta jew b’xi mod ieħor ma kienx ta’ min jiddependi fuqha bħala tali kundizzjoni; jew |
|
(aa) |
id-dikjarazzjoni kienet ġiet korretta fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt; jew [Em. 140] |
|
(b) |
id-deċiżjoni tal-parti l-oħra li tikkonkludi l-kuntratt ma setgħetx tkun influwenzata mid-dikjarazzjoni. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dikjarazzjoni magħmula minn persuna involuta fir-reklamar jew fil-kummerċjalizzazzjoni għall-kummerċjant titqies li tkun saret mill-kummerċjant. [Em. 141]
3. Fejn il-parti l-oħra tkun konsumatur allura, għall-finijiet tal-paragrafu 1, dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem produttur jew persuna oħra fil-ħoloq preċedenti tal-katina ta’ tranżazzjonijiet li jwasslu għall-kuntratt titqies li tkun saret mill-kummerċjant sakemm il-kummerċjant ma jipprovax , fi żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, li l-kummerċjant ma kienx jaf u ma setax ikun mistenni li jkun jaf biha. [Em. 142]
4. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 70
Dmir li tinġibed l-attenzjoni għal kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment
1. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali pprovduti minn parti waħda u mhux innegozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7 jistgħu jiġu invokati kontra l-parti l-oħra biss jekk il-parti l-oħra kienet taf dwarhom, jew jekk il-parti li tipprovdihom ħadet passi raġjonevoli biex tiġbed l-attenzjoni tal-parti l-oħra dwarhom, qabel jew meta ġie konkluż il-kuntratt.
2. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur mhux biżżejjed li l-kundizzjonijiet kuntrattwali jinġiebu għall-attenzjoni tal-konsumatur permezz ta’ sempliċi referenza għalihom f’dokument tal-kuntratt, anke jekk il-konsumatur jiffirma d-dokument.
3. Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. [Em. 143]
Artikolu 71
Ħlasijiet addizzjonali f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur
1. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, kundizzjoni kuntrattwali li tobbliga lill-konsumatur biex jagħmel kwalunkwe ħlas flimkien mar-remunerazzjoni ddikjarata għall-obbligu kuntrattwali prinċipali tal-kummerċjant, b’mod partikolari fejn tkun ġiet inkorporata bl-użu ta’ għażliet predefiniti li l-konsumatur huwa meħtieġ li jirrifjuta biex jevita l-ħlas addizzjonali, ma jorbtux lill-konsumatur ħlief jekk, qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt, il-konsumatur ikun ta espressament il-kunsens tiegħu għall-ħlas addizzjonali. Jekk il-konsumatur ikun għamel il-ħlas addizzjonali, il-konsumatur jista jirkuprah.
2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. [Em. 144]
Artikolu 72
Klawżola li tistipula li d-dokument jirrappreżenta l-ftehim finali sħiħ bejn il-partijiet
1. Meta kuntratt bil-miktub jinkludi kundizzjoni li tiddikjara li d-dokument jinkludi l-kundizzjonijiet kuntrattwali kollha (klawżola li tistipula li d-dokument jirrappreżenta l-ftehim finali sħiħ bejn il-partijiet), kwalunkwe dikjarazzjoni, impenn jew ftehim preċedenti li ma jkunux inklużi fid-dokument ma jifformawx parti mill-kuntratt.
2. Sakemm il-kuntratt ma jipprovdix mod ieħor, klawżola li tistipula li d-dokument jirrappreżenta l-ftehim finali sħiħ bejn il-partijiet ma timpedixxix li d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-partijiet jintużaw sabiex ikun interpretat il-kuntratt.
3. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-konsumatur mhuwiex marbut bi klawżola li tistipula li d-dokument jirrappreżenta l-ftehim finali sħiħ bejn il-partijiet.
4. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 73
Kalkolu tal-prezz
Fejn l-ammont tal-prezz pagabbli skont kuntratt ma jistax jiġi kkalkolat b’mod ieħor, il-prezz pagabbli huwa, fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni li tgħid il-kontra, il-prezz li normalment jintalab f’ċirkustanzi paragunabbli fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt jew, jekk tali prezz mhuwiex disponibbli, prezz raġonevoli.
Artikolu 74
Determinazzjoni unilaterali minn parti
1. Fejn il-prezz jew kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali oħra għandhom jiġu ddeterminati minn parti waħda u d-determinazzjoni ta’ dik il-parti hija ferm irraġonevoli, din għandha tiġi sostitwita bil-prezz normalment mitlub jew bil-kundizzjoni normalment użata f’ċirkostanzi paragunabbli fiż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt jew, jekk tali prezz jew kundizzjoni ma jkunux disponibbli, bi prezz raġonevoli jew b’kundizzjoni raġonevoli.
2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux , għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom. [Em. 145]
Taqsima 2
Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi
[Em. 146]
Artikolu 75
Determinazzjoni minn parti terza
1. Fejn parti terza għandha tiddetermina l-prezz jew kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali oħra u ma tistax jew ma tridx tagħmel dan, qorti tista’, sakemm dan ma jkunx inkonsistenti mal-kundizzjonijiet kuntrattwali, taħtar persuna oħra sabiex tiddeterminahom hija.
2. Meta prezz jew kundizzjoni kuntrattwali oħra ddeterminati minn parti terza jkunu ferm irraġonevoli, dawn għandhom jiġu sostitwiti bil-prezz normalment mitlub jew bil-kundizzjoni normalment użata f’ċirkostanzi paragunabbli fiż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt jew, jekk tali prezz jew kundizzjoni ma jkunux disponibbli, bi prezz raġonevoli jew b’kundizzjoni raġonevoli.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 “qorti” tinkludi tribunal ta’ arbitraġġ.
4. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 76
Lingwa
Fejn il-lingwa li għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet relatati mal-kuntratt jew mad-drittijiet jew mal-obbligi li jirriżultaw minnu ma tistax tiġi ddeterminata b’mod ieħor, il-lingwa li għandha tintuża hija dik li ntużat biex ġie konkluż il-kuntratt.
Artikolu 76a
Obbligu li tinġibed l-attenzjoni għal kundizzjonijiet kuntrattwali mhux negozjati individwalment [Em. 147]
1. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali pprovduti minn kummerċjant u mhux negozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7 jistgħu jiġu invokati kontra konsumatur biss jekk il-konsumatur kien jaf dwarhom, jew jekk il-kummerċjant ħa passi raġjonevoli biex jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur dwarhom, qabel jew meta ġie konkluż il-kuntratt. [Em. 148]
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet kuntrattwali huma meqjusa li ma nġibux suffiċjentement għall-attenzjoni tal-konsumatur sakemm mhumiex:
|
(a) |
ippreżentati b’mod adatt li jiġbed l-attenzjoni ta’ konsumatur għall-eżistenza tagħhom; u |
|
(b) |
mogħtija lil konsumatur jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu minn kummerċjant b'mod li jipprovdi lill-konsumatur b'opportunità li jifhimhom qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. [Em. 149] |
3. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali ma jitqisux li nġiebu għall-attenzjoni tal-konsumatur b’mod suffiċjenti permezz ta’ sempliċi referenza għalihom f’dokument tal-kuntratt, anke jekk il-konsumatur jiffirma d-dokument. [Em. 150]
4. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effetti tiegħu. [Em. 151]
Artikolu 76b
Pagamenti addizzjonali f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur
1. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, kundizzjoni kuntrattwali li tobbliga lill-konsumatur biex jagħmel kwalunkwe ħlas flimkien mar-remunerazzjoni ddikjarata għall-obbligu kuntrattwali prinċipali tal-kummerċjant, b’mod partikolari fejn tkun ġiet inkorporata bl-użu ta’ għażliet predefiniti li l-konsumatur huwa meħtieġ li jirrifjuta biex jevita l-ħlas addizzjonali, ma jorbtux lill-konsumatur ħlief jekk, qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt, il-konsumatur ikun ta espressament il-kunsens tiegħu għall-ħlas addizzjonali. Jekk il-konsumatur ikun għamel il-ħlas addizzjonali mingħajr ma jkun espressament ta l-approvazzjoni tiegħu, il-konsumatur jista jirkuprah.
2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effetti tiegħu. [Em. 152]
Artikolu 77
Kuntratti għal perjodu indeterminat
1. Fejn, f’każ li jinvolvi twettiq kontinwu jew ripetut ta’ obbligu kuntrattwali, il-kundizzjonijiet kuntrattwali ma jistipulawx meta r-relazzjoni kuntrattwali għandha tintemm jew jipprovdu li din tiġi tterminata meta ssir notifika għall-dan l-iskop, din tista’ tiġi tterminata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet billi jingħata perjodu raġonevoli ta’ avviż ta’ mhux aktar minn xahrejn.
2. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 78
Kundizzjonijiet kuntrattwali favur partijiet terzi
1. Permezz tal-kuntratt, il-partijiet kontraenti jistgħu jikkonferixxu dritt lil parti terza. Il-parti terza ma hemmx għalfejn tkun teżisti jew tkun identifikata fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt iżda jeħtieġ li tkun tista’ tiġi identifikata.
2. In-natura u l-kontenut tad-dritt tal-parti terza jiġu ddeterminati mill-kuntratt. Id-dritt jista’ jieħu l-forma ta’ esklużjoni jew ta’ limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-parti terza fil-konfront ta’ waħda mill-partijiet kontraenti.
3. Meta waħda mill-partijiet kontraenti tkun marbuta li twettaq obbligu favur il-parti terza skont il-kuntratt, allura:
|
(a) |
il-parti terza għandha l-istess drittijiet għat-twettiq u rimedji għan-nuqqas ta’ twettiq daqslikieku l-parti kontraenti kienet marbuta li twettqu skont kuntratt mal-parti terza; u |
|
(b) |
il-parti kontraenti li hija marbuta tista' ġġib kontra l-parti terza d-difiżi kollha li l-parti kontraenti tista' ġġib kontra l-parti l-oħra fil-kuntratt. |
4. Il-parti terza tista' tirrifjuta dritt konferit lilhom b'notifika lil waħda jew lill-oħra mill-partijiet kontraenti, jekk dan isir qabel ma jkun ġie espressament jew impliċitament aċċettat. Ma’ tali rifjut, id-dritt jiġi ttrattat bħala li qatt ma ġie akkwiżit mill-parti terza.
5. Il-partijiet kontraenti jistgħu jneħħu jew jimmodifikaw il-kundizzjoni kuntrattwali li tikkonferixxi d-dritt jekk dan isir qabel ma kwalunkwe waħda minnhom tkun innotifikat lill-parti terza li d-dritt ġie kkonferit.
Kapitolu 8
Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti.
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 79
Effetti ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti
1. Kundizzjoni kuntrattwali li tiġi pprovduta minn parti waħda u li hija inġusta taħt it-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan il-Kapitolu ma torbotx lill-parti l-oħra.
2. Fejn il-kuntratt jista’ jinżamm mingħajr il-kundizzjoni kuntrattwali inġusta, il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-oħra jibqgħu vinkolanti.
Artikolu 80
Esklużjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta
1. It-Taqsimiet 2 u 3 ma japplikawx għall-kundizzjonijiet kuntrattwali li jirriflettu r-regoli tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ li japplikaw jekk il-kundizzjonijiet ma jkunux irregolaw il-kwistjoni.
2. It-Taqsima 2 ma tapplikax għad-definizzjoni tas-soġġett prinċipali tal-kuntratt jew għall-adegwatezza tal-prezz li għandu jitħallas sa fejn il-kummerċjant ikun ikkonforma mad-dmir ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 82. [Em. 153]
3. It-Taqsima 3 ma tapplikax għad-definizzjoni tas-soġġett prinċipali tal-kuntratt jew għall-adegwatezza tal-prezz li għandu jitħallas.
Artikolu 81
Natura mandatorja
Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Taqsima 2
Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur
Artikolu 82
Dmir tat-trasparenza f’kundizzjonijiet kuntrattwali mhux innegozjati individwalment
Meta l-kummerċjant jipprovdi kundizzjonijiet kuntrattwali li ma ġewx innegozjati individwalment mal-konsumatur skont it-tifsira tal-Artikolu 7, huwa għandu dmir li jiżgura ruħu li dawn jiġu abbozzati u kkomunikati b’lingwaġġ sempliċi, car u li jinftiehem. [Em. 154]
Artikolu 83
Tifsira ta’ “inġust” f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur
1. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, kundizzjoni kuntrattwali pprovduta mill-kummerċjant li ma tkunx ġiet innegozjata individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tkun inġusta għall-finijiet ta’ din it-Taqsima jekk tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, għad-detriment tal-konsumatur, kontra l-bona fidi u n-negozjar ġust. [Em. 155]
2. Meta tiġi vvalutata n-natura inġusta ta’ kundizzjoni kuntrattwali għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom jitqiesu:
|
(a) |
jekk il-kummerċjant ikkonformax mad-dmir ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 82; |
|
(b) |
in-natura ta’ dak li għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt; |
|
(c) |
iċ-ċirkustanzi li kienu jipprevalu waqt il-konklużjoni tal-kuntratt; |
|
(ca) |
jekk tkunx ta' natura daqstant sorprendenti li l-konsumatur ma setax jistenna l-kundizzjoni proposta; [Em. 156] |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-oħrajn; u |
|
(e) |
il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe kuntratt ieħor li fuqu jiddependi l-kuntratt. |
Artikolu 84
Kundizzjonijiet kuntrattwali li dejjem huma inġusti
Kundizzjoni kuntrattwali hija dejjem inġusta għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, jekk l-għan jew l-effett tagħha huwa li:
|
(a) |
jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tal-kummerċjant għall-mewt jew għall-korriment personali kkawżat lill-konsumatur permezz ta’ att jew ta’ omissjoni min-naħa tal-kummerċjant jew min-naħa ta’ xi ħadd li qed jaġixxi f’isem il-kummerċjant; |
|
(b) |
jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tal-kummerċjant għal kwalunkwe telf jew ħsara lill-konsumatur ikkawżat deliberatament jew minħabba negliġenza gravi; |
|
(ba) |
jekk jiġux esklużi jew limitati b’mod mhux xieraq ir-rimedji disponibbli għall-konsumatur kontra l-kummerċjant jew parti terza għan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligi skont il-kuntratt; [Em. 157] |
|
(c) |
jillimita l-obbligu tal-kummerċjant li jkun marbut bl-impenji li daħlu għalihom l-aġenti awtorizzati tiegħu jew jagħmel l-impenji tiegħu soġġetti għal konformità ma’ kundizzjoni partikolari, li jekk tiġix sodisfatta jew le jiddependi esklużivament mill-kummerċjant; |
|
(ca) |
jirrestrinġi l-evidenza disponibbli għall-konsumatur jew jimponi fuq il-konsumatur oneru tal-prova li legalment huwa tal-kummerċjant; [Em. 158] |
|
(d) |
jeskludi jew ifixkel id-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew li jeżerċita kwalunkwe rimedju legali ieħor, partikolarment billi jeżiġi li l-konsumatur jieħu t-tilwim esklużivament lil sistema ta’ arbitraġġ li ġeneralment ma tkunx prevista fid-dispożizzjonijiet legali li japplikaw għal kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur; |
|
(e) |
jikkonferixxi ġurisdizzjoni esklużiva għat-tilwim kollu li jirriżulta mill-kuntratt lil qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu l-kummerċjant sakemm il-qorti magħżula ma tkunx ukoll il-qorti tal-post fejn ikollu d-domiċilju tiegħu l-konsumatur; |
|
(f) |
jagħti lill-kummerċjant d-dritt esklużiv biex jiddetermina jekk il-merkanzija, il-kontenut diġitali jew is-servizzi relatati pprovduti humiex konformi mal-kuntratt jew jagħti lill-kummerċjant id-dritt esklużiv li jinterpreta kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali; |
|
(fa) |
jippermetti li kummerċjant ibiddel il-kundizzjonijiet kuntrattwali unilateralment mingħajr raġuni valida li tkun speċifikata fil-kuntratt; dan ma jaffettwax il-kundizzjonijiet kuntrattwali li taħthom kummerċjant jirriżerva d-dritt li jbiddel unilateralment il-kundizzjonijiet ta’ kuntratt għal perjodu indefinit, sakemm il-kummerċjant ikun obbligat jinforma lill-konsumatur raġonevolment minn qabel dwar it-tibdil u l-konsumatur ikun liberu li jittermina l-kuntratt mingħajr ebda spejjeż għall-konsumatur; [Em. 159] |
|
(fb) |
jippermetti li kummerċjant ibiddel unilateralment mingħajr raġuni valida kwalunkwe karatteristika tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati li għandhom jiġu pprovduti jew kwalunkwe karatteristika oħra tat-twettiq tal-obbligi; [Em. 160] |
|
(fc) |
jippermetti lil kummerċjant jitlob prezz ogħla għas-servizzi tiegħu minn dak li ġie ffissat meta l-kuntratt ġie konkluż, sakemm il-kuntratt ma jippermettix ukoll tnaqqis fil-prezz jekk ikun sar ftehim fuq il-ħtiġijiet ta’ tibdil fil-prezz, iċ-ċirkostanzi meħtieġa għal tibdil fil-prezz ikunu stipulati fil-kuntratt u jkunu oġġettivament ġustifikati u tibdil fil-prezz ma jistax jiġi kkawżat arbitrarjament mill-kummerċjant; [Em. 161] |
|
(g) |
jeżiġi li l-konsumatur juża metodu aktar formali biex jittermina l-kuntratt minn dak użat għall-konklużjoni tal-kuntratt; |
|
(ga) |
jobbliga lil konsumatur iwettaq l-obbligi kollha tiegħu skont il-kuntratt anki meta l-kummerċjant jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu; [Em. 162] |
|
(gb) |
jagħti dritt lil kummerċjant jirtira minn jew jittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 b’mod diskrezzjonali mingħajr ma jagħti l-istess dritt lill-konsumatur, jew jagħti dritt lil kummerċjant li jżomm flus imħallsa għal servizzi relatati li jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti fl-eventwalità li l-kummerċjant jirtira minn jew jittermina l-kuntratt; [Em. 163] |
|
(h) |
jagħti lill-kummerċjant perjodu iqsar ta’ avviż biex jittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 minn dak mitlub mill-konsumatur; |
|
(ha) |
jimponi piż eċċessiv fuq il-konsumatur sabiex jittermina kuntratt għal perjodu indefinit; [Em. 164] |
|
(i) |
jagħti lill-kummerċjant perjodu iqsar ta’ avviż biex jittermina l-kuntratt minn dak mitlub mill-konsumatur; |
|
(j) |
jobbliga lill-konsumatur iħallas għall-merkanzija, għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi relatati li ma jkunux ġew effettivament ikkonsenjati, ipprovduti jew mogħtija; |
|
(k) |
jiddetermina li jipprevalu l-kundizzjonijiet kuntrattwali li ma ġewx innegozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7 jew li jingħataw preferenza fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali li ġew innegozjati individwalment. |
Artikolu 85
Kundizzjonijiet kuntrattwali li huwa preżunt li huma inġusti
Kundizzjoni kuntrattwali jkun preżunt li hija inġusta għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, jekk l-għan jew l-effett tagħha huwa li:
|
(a) |
jirrestrinġi l-evidenza disponibbli għall-konsumatur jew jimponi fuq il-konsumatur oneru tal-prova li legalment għandu jkun tal-kummerċjant; [Em. 165] |
|
(b) |
b’mod mhux xieraq jeskludi jew jillimita r-rimedji disponibbli għall-konsumatur kontra l-kummerċjant jew parti terza talli l-kummerċjant ma wettaqx l-obbligi skont il-kuntratt; [Em. 166] |
|
(c) |
b’mod mhux xieraq jeskludi jew jillimita d-dritt għat-tpaċija ta’ krediti li l-konsumatur jista’ jkollu kontra l-kummerċjant ma’ dak li l-konsumatur jista’ jkollu x’jagħti lill-kummerċjant; |
|
(d) |
jippermetti li kummerċjant iżomm il-flus imħallsa mill-konsumatur jekk dan tal-aħħar jiddeċiedi li ma jikkonkludix il-kuntratt jew li ma jwettaqx obbligi skont il-kuntratt, mingħajr ma jipprovdi biex il-konsumatur jirċievi kumpens ta’ ammont ekwivalenti mingħand il-kummerċjant fis-sitwazzjoni inversa; |
|
(e) |
jeżiġi li konsumatur li ma jwettaqx l-obbligi skont il-kuntratt iħallas ammont sproporzjonatament għoli bħala danni jew jagħmel ħlas stipulat għal nuqqas ta’ twettiq; |
|
(ea) |
tqis l-imġiba speċifika ta' konsumatur bħala ekwivalenti għall-għoti jew in-nuqqas ta’ għoti ta’ dikjarazzjoni, sakemm ma tinġibidx l-attenzjoni tal-konsumatur lejn is-sinjifikat tal-imġiba tiegħu, b’mod partikolari fil-bidu tal-perjodu maħsub għal dan l-iskop u l-konsumatur ikollu tul ta’ żmien xieraq li fih jagħmel dikjarazzjoni espliċita; [Em. 167] |
|
(f) |
jagħti dritt lil kummerċjant li jirtira minn jew jittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 b’mod diskrezzjonali tiegħu mingħajr ma jagħti l-istess dritt lill-konsumatur jew jagħti dritt lil kummerċjant li jżomm il-flus imħallsa għal servizzi relatati li jkunu għadhom ma ġewx ipprovduti f’każ fejn il-kummerċjant jirtira minn jew jittermina l-kuntratt; [Em. 168] |
|
(g) |
jippermetti li kummerċjant jittermina kuntratt għal perjodu indefinit mingħajr avviż raġonevoli, ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex jagħmel dan; |
|
(h) |
awtomatikament jestendi kuntratt għal perjodu fiss sakemm il-konsumatur ma jindikax mod ieħor, f’każijiet fejn il-kundizzjonijiet kuntrattwali jipprovdu għal skadenza irraġonevolment bikrija sabiex tingħata notifika; |
|
(i) |
jippermetti li kummerċjant ibiddel il-kundizzjonijiet kuntrattwali unilateralment mingħajr raġuni valida li tkun speċifikata fil-kuntratt; dan ma jaffettwax il-kundizzjonijiet kuntrattwali li taħthom kummerċjant jirriżerva d-dritt li jbiddel unilateralment il-kundizzjonijiet ta’ kuntratt għal perjodu indefinit, sakemm il-kummerċjant ikun meħtieġ jinforma lill-konsumatur raġonevolment minn qabel u l-konsumatur ikun liberu li jittermina l-kuntratt mingħajr ebda spejjeż għall-konsumatur; [Em. 169] |
|
(j) |
jippermetti li kummerċjant ibiddel unilateralment mingħajr raġuni valida kwalunkwe karatteristika tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati li għandhom jiġu pprovduti jew kwalunkwe karatteristika oħra tat-twettiq tal-obbligi; [Em. 170] |
|
(k) |
jipprovdi li l-prezz tal-prodott, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati għandu jiġi ddeterminat fi żmien il-kunsinna jew il-provvista, jew jippermetti li kummerċjant iżid il-prezz mingħajr ma jagħti lill-konsumatur id-dritt li jirtira jekk il-prezz miżjud ikun għoli wisq b’relazzjoni għall-prezz miftiehem meta ġie konkluż il-kuntratt; dan ma jaffettwax il-klawżoli tal-indiċjar tal-prezzijiet, fejn dan ikun legali, sakemm il-metodu li bih ivarjaw il-prezzijiet jiġi deskritt b’mod espliċitu; [Em. 171] |
|
(l) |
jobbliga lil konsumatur iwettaq l-obbligi kollha tiegħu skont il-kuntratt fejn il-kummerċjant jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu; [Em. 172] |
|
(m) |
jippermetti li kummerċjant jittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt mingħajr il-kunsens tal-konsumatur, sakemm dan ma jkunx lil kumpanija sussidjarja kkontrollata mill-kummerċjant, jew minħabba fużjoni jew tranżazzjoni legali simili tal-kumpanija, u mhuwiex probabbli li tali trasferiment se jaffettwa negattivament xi dritt tal-konsumatur; |
|
(n) |
jippermetti li kummerċjant, fejn dak li kien ordnat ma jkunx disponibbli, jipprovdi ekwivalenti mingħajr ma jkun informa espressament lill-konsumatur b’din il-possibbiltà u bil-fatt li l-kummerċjant irid iħallas l-ispiża tar-ritorn ta’ dak li jkun irċieva l-konsumatur skont il-kuntratt jekk il-konsumatur jeżerċita dritt li jirrifjuta t-twettiq tal-obbligi u mingħajr ma l-konsumatur ikun talab dan espressament ; [Em. 173] |
|
(o) |
jippermetti li kummerċjant jirriżerva perjodu irraġonevolment twil jew speċifikat b’mod inadegwat sabiex jaċċetta jew jirrifjuta offerta; |
|
(p) |
jippermetti li kummerċjant jirriżerva perjodu irraġonevolment twil jew speċifikat b’mod inadegwat sabiex iwettaq l-obbligi skont il-kuntratt; |
|
(q) |
jeskludi jew jillimita b’mod mhux xieraq ir-rimedji disponibbli għall-konsumatur kontra l-kummerċjant jew id-difiżi disponibbli għall-konsumatur kontra t-talbiet tal-kummerċjant; |
|
(r) |
jissoġġetta t-twettiq tal-obbligi skont il-kuntratt mill-kummerċjant, jew jissoġġetta effetti oħra tal-kuntratt ta’ benefiċċju għall-konsumatur, għal formalitajiet partikolari li mhumiex mitluba legalment u mhumiex raġonevoli; |
|
(s) |
jeżiġi mingħand il-konsumatur ħlasijiet bil-quddiem eċċessivi jew garanziji eċċessivi għat-twettiq tal-obbligi; |
|
(t) |
b’mod inġustifikat jimpedixxi lill-konsumatur milli jikseb provvisti jew tiswijiet mingħand sorsi ta’ partijiet terzi; |
|
(u) |
b’mod inġustifikat jgħaqqad il-kuntratt ma’ ieħor mal-kummerċjant, ma’ kumpanija sussidjarja tal-kummerċjant, jew ma’ parti terza, b’mod li ma jistax ikun raġonevolment mistenni mill-konsumatur; |
|
(v) |
jimponi piż eċċessiv fuq il-konsumatur sabiex jittermina kuntratt għal perjodu indefinit; [Em. 174] |
|
(w) |
jagħmel il-perjodu tal-kuntratt inizjali, jew kwalunkwe perjodu ta’ tiġdid, ta’ kuntratt għall-fornitura fit-tul ta' merkanzija, kontenut diġitali jew servizzi relatati, itwal minn sena, sakemm il-konsumatur ma jistax jittermina l-kuntratt fi kwalunkwe żmien b’perjodu għat-terminazzjoni ta’ mhux aktar minn 30 jum. |
Taqsima 3
Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti f’kuntratti bejn kummerċjanti
Artikolu 86
Tifsira ta’ “inġust” f’kuntratti bejn kummerċjanti
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, kundizzjoni kuntrattwali hija inġusta biss għall-finijiet ta’ din it-Taqsima jekk:
|
(a) |
tifforma parti mill-kundizzjonijiet li ma ġewx innegozjati individwalment skont it-tifsira tal-Artikolu 7; u |
|
(b) |
tkun ta’ natura tali li l-użu tagħha jiddevja ferm minn prattika kummerċjali tajba komuni , kontra l-bona fidi u n-negozjar ġust. [Em. 175] |
2. Meta tiġi vvalutata n-natura inġusta ta’ kundizzjoni kuntrattwali għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom jitqiesu:
|
(a) |
in-natura ta’ dak li għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt; |
|
(b) |
iċ-ċirkustanzi li kienu jipprevalu waqt il-konklużjoni tal-kuntratt; |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-oħrajn; u |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe kuntratt ieħor li fuqu jiddependi l-kuntratt. |
Parti IV
Obbligi u rimedji tal-partijiet f’kuntratt ta’ bejgħ jew kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali
Kapitolu 9
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 87
Nuqqas ta’ twettiq u nuqqas fundamentali ta’ twettiq ta’ obbligi
1. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa kwalunkwe nuqqas li jitwettaq dak l-obbligu, irrispettivament minn jekk in-nuqqas ikunx skużat jew le, u jinkludi:
|
(a) |
nuqqas ta’ kunsinna jew kunsinna tardiva tal-merkanzija; |
|
(b) |
nuqqas ta’ provvista jew provvista tardiva tal-kontenut diġitali; |
|
(c) |
kunsinna ta' merkanzija li mhix konformi mal-kuntratt; |
|
(d) |
fornitura ta’ kontenut diġitali li ma tkunx konformi mal-kuntratt; |
|
(e) |
nuqqas ta’ ħlas tal-prezz jew ħlas tardiv tal-prezz; u |
|
(f) |
kwalunkwe allegat twettiq ieħor li mhuwiex konformi mal-kuntratt. |
2. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minn parti waħda jkun fundamentali jekk:
|
(a) |
dan sostanzjalment iċaħħad lill-parti l-oħra minn dak li l-parti kienet intitolata li tistenna skont il-kuntratt, sakemm fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt il-parti li ma wettqitx l-obbligu ma pprevedietx u ma setgħetx tkun mistennija li tipprevedi dak ir-riżultat; jew |
|
(b) |
ikun ta’ natura tali li jagħmilha ċara li t-twettiq futur tal-obbligi tal-parti li ma wettqitx l-obbligu mhuwiex ta’ min jiddependi fuqu. |
Artikolu 88
Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi skużat
1. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu min-naħa ta’ parti jkun skużat jekk ikun dovut għal impediment li jmur lil hinn mill-kontroll ta’ dik il-parti u jekk dik il-parti ma setgħetx tkun mistennija li tieħu l-impediment inkunsiderazzjoni fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, jew li setgħet tevita jew tegħleb l-impediment jew il-konsegwenzi tiegħu.
2. Fejn l-impediment ikun biss temporanju, in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi ikun skużat għall-perjodu li matulu jeżisti l-impediment. Madankollu, jekk id-dewmien jammonta għal nuqqas fundamentali ta’ twettiq ta’ obbligi, il-parti l-oħra tista’ tittrattah bħala tali.
3. Il-parti li ma tkunx tista’ twettaq l-obbligi għandha dmir li tiżgura li notifika tal-impediment u tal-effett tiegħu fuq il-kapaċità li twettaq l-obbligi tasal għand il-parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed wara li l-ewwel parti ssir, jew seta’ jkun mistenni li saret, konxja minn dawn iċ-ċirkustanzi. Il-parti l-oħra hija intitolata għad-danni taħt il-Kapitolu 16 għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn ksur ta’ dan id-dmir. [Em. 176]
Artikolu 89
Bidla fiċ-ċirkustanzi
1. Parti trid twettaq l-obbligi tagħha anki jekk it-twettiq tal-obbligi sar aktar oneruż, kemm għaliex l-ispiża tat-twettiq tal-obbligi żdied jew għaliex il-valur ta’ dak li għandu jiġi riċevut bħala korrispettiv naqas.
Fejn twettiq ta’ obbligi jsir wisq oneruż minħabba bidla eċċezzjonali fiċ-ċirkustanzi, il-partijiet għandhom dmir li jidħlu f’negozjati sabiex jadattaw jew jitterminaw il-kuntratt.
2. Jekk il-partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien raġonevoli, allura, fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-partijiet qorti tista’:
|
(a) |
tadatta l-kuntratt sabiex iġġibu skont dak li l-partijiet kienu raġonevolment jiftiehmu fi żmien l-ikkuntrattar li kieku ħadu l-bidla fiċ-ċirkustanzi inkunsiderazzjoni; jew |
|
(b) |
tittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 f’data u skont kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mill-qorti. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw biss jekk:
|
(a) |
il-bidla fiċ-ċirkustanzi ġrat wara ż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt; |
|
(b) |
il-parti li tinvoka l-bidla fiċ-ċirkustanzi dak iż-żmien ma qisitx u ma setgħetx tkun mistennija li tqis, il-possibbiltà jew l-iskala ta’ dik il-bidla fiċ-ċirkustanzi; u |
|
(c) |
il-parti leża , abbażi tal-bidla ta’ ċirkustanzi, ma assumietx, u ma setax jiġi raġonevolment meqjus li assumiet, ir-riskju ta’ dik il-bidla fiċ-ċirkustanzi. [Em. 177] |
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 “qorti” tinkludi tribunal ta’ arbitraġġ.
Artikolu 90
Applikazzjoni estiża tar-regoli dwar il-ħlas u dwar merkanzija jew kontenut diġitali mhux aċċettati
1. Sakemm mhux previst mod ieħor, għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-ħlas tal-prezz mix-xerrej fil-Kapitolu 12 b’adattamenti xierqa għal ħlasijiet oħrajn.
2. L-Artikolu 97 għandu japplika b’adattamenti xierqa għal każijiet oħrajn fejn persuna titħalla bil-merkanzija jew kontenut diġitali fil-pussess tagħha minħabba nuqqas minn persuna oħra li teħodhom meta tkun obbligata tagħmel dan.
Kapitolu 10
Obbligi tal-bejjiegħ
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 91
Obbligi prinċipali tal-bejjiegħ
Il-bejjiegħ tal-merkanzija jew il-fornitur tal-kontenut diġitali (f’din il-parti msejjaħ “il-bejjiegħ”) irid:
|
(a) |
jikkunsinna l-merkanzija jew jipprovdi l-kontenut diġitali; |
|
(b) |
jittrasferixxi jew jintrabat li jittrasferixxi s-sjieda tal-merkanzija, inkluż il-mezz tanġibbli li fuqu ġie pprovdut il-kontenut diġitali; [Em. 178] |
|
(c) |
jiżgura li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali jkunu konformi mal-kuntratt; |
|
(d) |
jiżgura li x-xerrej ikollu d-dritt li juża l-kontenut diġitali skont il-kuntratt; u |
|
(e) |
jikkonsenja dawk id-dokumenti li jirrappreżentaw jew huma relatati mal-merkanzija jew dokumenti relatati mal-kontenut diġitali kif jista’ jkun mitlub mill-kuntratt. |
Artikolu 91a
Żamma ta’ titlu
Jekk kien hemm qbil fuq klawżola relatata maż-żamma ta’ titlu, il-bejjiegħ ma għandux ikun obbligat jittrasferixxi s-sjieda tal-merkanzija sakemm ix-xerrej ikun wettaq l-obbligu ta’ ħlas tal-prezz kif miftiehem. [Em. 179]
Artikolu 92
Twettiq ta’ obbligi minn parti terza
1. Bejjiegħ jista’ jafda t-twettiq ta’ obbligi f’idejn persuna oħra, sakemm il-bejjiegħ ma jkunx mitlub iwettaq l-obbligi personalment skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali.
2. Bejjiegħ li jafda t-twettiq ta’ obbligi f’idejn persuna oħra jibqa’ responsabbli għat-twettiq.
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Taqsima 2
Kunsinna
Artikolu 93
Post tal-kunsinna
1. Fejn il-post tal-kunsinna ma jistax jiġi ddeterminat b’mod ieħor, dan huwa:
|
(a) |
fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur jew kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur għall-fornitura ta’ kontenut diġitali li jkun kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju, jew fejn il-bejjiegħ ikun impenja ruħu li jagħmel arranġamenti għat-trasport sa għand ix-xerrej, il-post ta’ residenza tal-konsumatur fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt; [Em. 180] |
|
(b) |
fi kwalunkwe każ ieħor,
|
2. Jekk il-bejjiegħ ikollu aktar minn post wieħed tan-negozju, il-post tan-negozju għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa dak li jkollu l-eqreb relazzjoni mal-obbligu li ssir il-kunsinna.
Artikolu 94
Metodu tal-kunsinna
1. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim li jipprovdi mod ieħor, il-bejjiegħ jissodisfa l-obbligu li jikkunsinna:
|
(a) |
fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur jew kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur għall-fornitura ta’ kontenut diġitali li jkun kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju, jew fejn il-bejjiegħ ikun impenja ruħu li jagħmel arranġamenti għat-trasport sa għand ix-xerrej, il-post ta’ residenza tal-konsumatur fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt; [Em. 181] |
|
(b) |
f’każijiet oħrajn fejn il-kuntratt jinvolvi t-trasport tal-merkanzija minn trasportatur, billi l-merkanzija tiġi mgħoddija lill-ewwel trasportatur ħalli tiġi trażmessa lix-xerrej u billi jiġi mgħoddi lix-xerrej kwalunkwe dokument meħtieġ sabiex ix-xerrej ikun jista’ jieħu f’idejh il-merkanzija mingħand it-trasportatur li jkun qed iżomm il-merkanzija; jew |
|
(c) |
f’każijiet li ma jaqgħux taħt il-punti (a) jew (b), billi jqiegħed il-merkanzija jew il-kontenut diġitali, jew fejn jintlaħaq ftehim li l-bejjiegħ jeħtieġ li jikkunsinna biss id-dokumenti li jirrappreżentaw il-merkanzija, id-dokumenti, għad-dispożizzjoni tax-xerrej. |
2. Fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, kwalunkwe referenza għall-konsumatur jew għax-xerrej tinkludi parti terza, li ma tkunx it-trasportatur, indikata mill-konsumatur jew mix-xerrej skont il-kuntratt.
Artikolu 95
Żmien tal-kunsinna
1. Fejn iż-żmien tal-kunsinna ma jistax jiġi ddeterminat b’mod ieħor, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jiġi kkonsenjati mingħajr dewmien żejjed fi żmien raġjonevoli wara l-konklużjoni tal-kuntratt li jkun ġie konkluż il-kuntratt . [Em. 182]
2. F’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-partijiet, il-kummerċjant għandu jikkonsenja l-merkanzija jew il-kontenut diġitali mhux aktar tard minn 30 jum mill-konklużjoni tal-kuntratt.
Artikolu 96
Obbligi tal-bejjiegħ dwar it-trasport tal-merkanzija
1. Fejn il-kuntratt jeżiġi li l-bejjiegħ jagħmel arranġamenti għat-trasport tal-merkanzija, il-bejjiegħ irid jikkonkludi tali kuntratti kif ikun meħtieġ għat-trasport lejn il-post iffissat permezz ta’ trasport xieraq fiċ-ċirkustanzi u skont il-kundizzjonijiet tas-soltu għal tali trasport.
2. Fejn il-bejjiegħ, skont il-kuntratt, jgħaddi l-merkanzija lil trasportatur u jekk il-merkanzija ma tkunx identifikata b’mod ċar bħala l-merkanzija li għandha tiġi pprovduta skont il-kuntratt bi mmarkar fuq il-merkanzija, b’dokumenti tat-trasport jew b’mod ieħor, il-bejjiegħ irid jinnotifika lix-xerrej bil-kunsinna fejn jispeċifika l-merkanzija.
3. Fejn il-kuntratt ma jeżiġix li l-bejjiegħ jagħmel assigurazzjoni fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija, il-bejjiegħ irid, fuq talba tax-xerrej, jipprovdi lix-xerrej bl-informazzjoni kollha disponibbli sabiex ix-xerrej ikun jista’ jagħmel tali assigurazzjoni.
Artikolu 97
Merkanzija jew kontenut diġitali mhux aċċettati mix-xerrej
1. Bejjiegħ li jitħallew fil-pussess tiegħu l-merkanzija jew il-kontenut diġitali għaliex ix-xerrej, meta jkun marbut li jagħmel dan, naqas milli jieħu l-kunsinna jrid jieħu passi raġonevoli sabiex jipproteġihom u jippreservahom.
2. Il-bejjiegħ huwa meħlus mill-obbligu tal-kunsinna jekk il-bejjiegħ:
|
(a) |
jiddepożita l-merkanzija jew il-kontenut diġitali skont kundizzjonijiet raġonevoli ma’ parti terza sabiex jinżammu għad-dispożizzjoni tax-xerrej, u jinnotifika lix-xerrej b’dan; jew |
|
(b) |
ibigħ il-merkanzija jew il-kontenut diġitali skont kundizzjonijiet raġonevoli wara li jinnotifika lix-xerrej u jħallas ir-rikavat nett lix-xerrej. |
3. Il-bejjiegħ huwa intitolat li jiġi rrimborżat jew li jżomm mir-rikavat tal-bejgħ kwalunkwe spiża li jkun ġarrab raġonevolment.
Artikolu 98
Effett fuq it-trasferiment tar-riskju
L-effett tal-kunsinna fuq it-trasferiment tar-riskju huwa rregolat mill-Kapitolu 14. [Em. 183]
Taqsima 3
Konformità tal-merkanzija u tal-kontenut diġitali
Artikolu 99
Konformità mal-kuntratt
1. Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom:
|
(a) |
ikunu tal-kwantità, tal-kwalità u tad-deskrizzjoni mitluba mill-kuntratt; |
|
(b) |
ikunu miżmuma f’kontenitur jew ikunu ppakkjati bil-mod mitlub mill-kuntratt; u |
|
(c) |
ikunu pprovduti flimkien ma’ kwalunkwe aċċessorju, struzzjoni għall-installazzjoni jew ma’ kwalunkwe struzzjoni oħra mitluba mill-kuntratt. |
2. Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikoli 100, 101 u 102, ħlief sa fejn il-partijiet ikunu ftiehmu mod ieħor.
3. F’kuntratt ta’ bejgħ lil bejn kummerċjant u konsumatur, kwalunkwe ftehim li jidderoga mir-rekwiżiti tal-Artikoli 100, 102 u 103 tal-Artikoli 100, 101 u 102 għad-detriment tal-konsumatur huwa validu biss jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur kien jaf bil-kundizzjoni speċifika tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali u aċċetta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali bħala li kienu konformi mal-kuntratt meta kkonkludih. [Em. 184]
4. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 100
Kriterji għall-konformità tal-merkanzija u tal-kontenut diġitali
Il-merkanzija jew il-kontenut diġitali għandhom:
|
(a) |
ikunu adattati għal kwalunkwe fini partikolari li ġie informat bih il-bejjiegħ fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, ħlief fejn iċ-ċirkustanzi juru li x-xerrej ma ddependix jew li ma kienx raġonevoli li x-xerrej jiddependi fuq il-ħila u l-ġudizzju tal-bejjiegħ; |
|
(b) |
ikunu adattati għall-finijiet li għalihom merkanzija jew kontenut diġitali tal-istess deskrizzjoni jintużaw normalment; |
|
(c) |
ikollhom il-kwalitajiet ta' merkanzija jew kontenut diġitali li l-bejjiegħ wera lix-xerrej bħala kampjun jew bħala mudell; |
|
(d) |
ikunu miżmuma f’kontenitur jew ikunu ppakkjati bil-mod użwali għal tali merkanzija jew fejn ma jkun hemm l-ebda mod ta’ din ix-xorta, b’mod adegwat sabiex tiġi ppreservata u protetta l-merkanzija; |
|
(e) |
ikunu pprovduti flimkien ma’ tali aċċessorji, struzzjonijiet għall-installazzjoni jew struzzjonijiet oħrajn li x-xerrej jista’ raġonevolment ikun mistenni li jirċievi; |
|
(f) |
ikollhom il-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta’ prestazzjoni indikati fi kwalunkwe dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti mil-kundizzjonijiet kuntrattwali skont l-Artikolu 69; u |
|
(g) |
jkollhom tali kwalitajiet u kapaċitajiet ta’ prestazzjoni kif il-konsumatur jista’ jistenna , inkluż l-apparenza u n-nuqqas ta' difetti . Meta jiġi determinat dak li jista’ jistenna konsumatur xerrej mill-kontenut diġitali għandu jiġi kkunsidrat jekk il-kontenut diġitali ġiex ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew le jew kwalunkwe prestazzjoni bħala korrispettiv ieħor . [Em. 185] |
Artikolu 101
Installazzjoni inkorretta skont kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur
1. Fejn il-merkanzijża jew il-kontenut diġitali fornuti skont kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur jiġu installati b’mod inkorrett, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li tirriżulta mill-installazzjoni inkorretta titqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jekk:
|
(a) |
il-merkanzija jew il-kontenut diġitali kienu installati mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ; jew |
|
(b) |
il-merkanzija jew il-kontenut diġitali kienu intiżi biex jiġu installati mill-konsumatur u l-installazzjoni inkorretta kienet dovuta għal nuqqas fl-istruzzjonijiet għall-installazzjoni. |
2. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 102
Drittijiet jew pretensjonijiet ta’ parti terza
1. Il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jkunu ħielsa minn kwalunkwe dritt jew pretensjoni mhux manifestament infondata ta’ parti terza.
2. Fir-rigward tad-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali, mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jridu jkunu ħielsa minn kwalunkwe dritt jew pretensjoni mhux manifestament infondata ta’ parti terza:
|
(a) |
skont il-liġi tal-Istat fejn il-merkanzija jew il-kontenut diġitali se jintużaw skont il-kuntratt jew, fin-nuqqas ta’ tali ftehim, skont il-liġi tal-Istat tal-post tan-negozju tax-xerrej jew f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur tal-post ta’ residenza tal-konsumatur indikat mill-konsumatur meta ġie konkluż il-kuntratt; u |
|
(b) |
li l-bejjiegħ kien jaf dwarhom jew jista’ jkun mistenni li kien jaf fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt. |
3. F'kuntratti bejn negozji, Il-paragrafu 2 ma japplikax
|
(a) |
f'kuntratti bejn negozji, fejn ix-xerrej kien jaf jew kien mistenni li jkun jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt. |
4. (b) f'kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-paragrafu 2 ma japplikax fejn il-konsumatur kien jaf dwar id-drittijiet jew pretensjonijiet ibbażati fuq il-proprjetà intellettwali fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt. [Em. 186]
5. F'kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 103
Limitazzjoni fuq il-konformità tal-kontenut diġitali
Il-kontenut diġitali ma jitqiesx li ma jikkonformax mal-kuntratt għall-unika raġuni li kontenut diġitali aġġornat sar disponibbli wara l-konklużjoni tal-kuntratt. [Em. 187]
Artikolu 104
Għarfien tax-xerrej tan-nuqqas ta’ konformità f’kuntratt bejn kummerċjanti
F’kuntratt bejn kummerċjanti, Il-bejjiegħ ma huwa responsabbli għall-ebda nuqqas ta’ konformità tal-merkanzija jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, ix-xerrej kien jaf dwar dak in-nuqqas ta’ konformità . Fil-każ ta’ kuntratt bejn kummerċjanti dan japplika wkoll meta x-xerrej ma setax ma kienx konxju min-nuqqas ta’ konformità. [Em. 188]
Artikolu 105
Żmien rilevanti sabiex tkun stabbilita l-konformità
1. Il-bejjiegħ huwa responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li teżisti fiż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej taħt il-Kapitolu 14.
2. F’kuntratt ta’ bejgħ lil bejn kummerċjant u konsumatur, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jsir apparenti fi żmien sitt xhur miż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej huwa preżunt li kien jeżisti f’dak iż-żmien sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. [Em. 189]
3. F’każ irregolat mill-punt (a) tal-Artikolu 101(1), kwalunkwe referenza fil-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu għaż-żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej għandha tinqara bħala referenza għaż-żmien meta l-installazzjoni tkun kompluta. F’każ irregolat mill-punt (b) tal-Artikolu 101(1) din għandha tinqara bħala referenza għall-mument meta l-konsumatur kellu żmien raġonevoli għall-installazzjoni.
4. Fejn il-kontenut diġitali għandu jkun sussegwentement aġġornat mill-kummerċjant , jew fejn il-kummerċjant jipprovdi l-komponenti tiegħu b’mod separat , il-kummerċjant għandu jiżgura li l-kontenut diġitali jibqa’ konformi mal-kuntratt tul il-kuntratt. [Em. 190]
5. F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Kapitolu 11
Rimedji tax-xerrej
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 106
Rimedji tax-xerrej b’mod ġenerali
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-bejjiegħ, ix-xerrej jista' , meta jiġu sodisfatti r-rekwiżiti speċifiċi għar-rimedji rispettivi, jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin: [Em. 191]
|
(a) |
jeżiġi t-twettiq, li jinkludi l-eżekuzzjoni speċifika, it-tiswija jew it-tibdil tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali, skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu; |
|
(b) |
jissospendi t-twettiq tiegħu stess skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu; |
|
(c) |
jittermina l-kuntratt skont it-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu u jitlob li jiħallas lura kwalunkwe prezz diġà mħallas, skont il-Kapitolu 17; |
|
(d) |
inaqqas il-prezz skont it-Taqsima 6 ta’ dan il-Kapitolu; u |
|
(e) |
jitlob id-danni skont il-Kapitolu 16. |
2. Jekk ix-xerrej ikun kummerċjant:
|
(a) |
id-drittijiet tax-xerrej sabiex jeżerċita kwalunkwe rimedju ħlief is-sospensjoni tat-twettiq huma soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ kif stabbilit fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu u |
|
(b) |
id-drittijiet tax-xerrej li jinvoka n-nuqqas ta' konformità huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-eżami u tan-notifika stabbiliti fit-Taqsima 7 ta' dan il-Kapitolu. |
3. Jekk ix-xerrej ikun konsumatur:
|
(a) |
id-drittijiet tax-xerrej mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-bejjiegħ; u , minbarra fejn dawn jirrigwardaw merkanizija jew kontenut diġitali, li huma manifatturati, prodotti jew modifikati f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew li huma personalizzati b'mod ċar ; jew [Em. 192] |
|
(b) |
ir-rekwiżiti tal-eżami u tan-notifika stabbiliti fit-Taqsima 7 ta' dan. il-Kapitolu ma japplikawx. |
4. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-bejjiegħ ikun skużat, ix-xerrej jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 ħlief li jeżiġi t-twettiq u d-danni.
5. Ix-xerrej ma jista’ jirrikorri għall-ebda wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn ix-xerrej ikun ikkawża n-nuqqas ta’ twettiq tal-bejjiegħ.
6. Ir-rimedji li ma jkunux inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati.
Artikolu 107
Limitazzjoni ta’ rimedji għall-kontenut diġitali li ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz jew kwalunkwe prestazzjoni bħala korrispettiv
- 1. Fejn kontenut diġitali jkun ipprovdut inkambju għall-prestazzjoni bħala korrispettiv għajr il-ħlas ta’ prezz, ix-xerrej jista’ jirrikorri għal kwalunkwe rimedju msemmi fl-Artikolu 106(1) ħlief għat-tnaqqis fil-prezz taħt il-punt (d) tiegħu.
1. Fejn il-kontenut diġitali ma jkunx ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz, għal kwalunkwe prestazzjoni bħala korrispettiv , ix-xerrej ma jistax jirrikorri għar-rimedji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 106(1). Ix-xerrej jista’ biss jitlob id-danni taħt il-punt (e) tal-Artikolu 106(1) għal telf jew ħsara kkawżata lill-proprjetà tax-xerrej, inkluż ħardwer, softwer u dejta, permezz tan-nuqqas ta’ konformità tal-kontenut diġitali fornut, ħlief għal kwalunkwe qligħ li x-xerrej ikun ġie mċaħħad minnu minħabba dan id-dannu. [Em. 193]
Artikolu 108
Natura mandatorja
F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-kummerċjant dwar in-nuqqas ta' konformità.
Taqsima 2
Issanar mill-bejjiegħ
Artikolu 109
Issanar mill-bejjiegħ
1. Bejjiegħ li wettaq l-obbligi tiegħu qabel iż-żmien u li ġie nnotifikat li t-twettiq mhuwiex f’konformità mal-kuntratt jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu mill-ġdid u b'mod konformi jekk dan jista’ jsir fiż-żmien permess għat-twettiq.
2. F’każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, bejjiegħ li wettaq l-obbligi tiegħu b'mod mhux konformi mal-kuntratt jista’, mingħajr dewmien żejjed, meta jiġi nnotifikat bin-nuqqas ta’ konformità, joffri li jissana t-twettiq bi spejjeż tiegħu stess.
3. L-offerta ta’ ssanar mhix prekluża b’notifika ta’ terminazzjoni.
4. Ix-xerrej jista’ jirrifjuta l-offerta ta’ ssanar biss jekk:
|
(-a) |
fejn ix-xerrej huwa konsumatur, ir-rimedji tax-xerrej mhumiex suġġetti għad-dritt ta’ ssanar mill-bejjiegħ taħt l-Artikolu 106, paragrafu 3, punt (a); [Em. 194] |
|
(a) |
l-issanar ma jistax jitwettaq fil-pront u mingħajr inkonvenjent sinifikanti għax-xerrej; |
|
(b) |
ix-xerrej għandu raġunijiet biex jemmen li t-twettiq futur tal-obbligi min-naħa tal-bejjiegħ mhuwiex ta’ min jiddependi fuqu; jew |
|
(c) |
dewmien fit-twettiq tal-obbligi jammonta għal nuqqas fundamentali ta’ twettiq ta’ obbligi. |
5. Il-bejjiegħ għandu perjodu raġonevoli biex jissalva l-kuntratt meta l-pagamenti ma jkunux ġew irrispettati. F’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-perjodu raġonevoli ma għandux jeċċedi 30 ġurnata. [Em. 195]
6. Ix-xerrej jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi sakemm iseħħ l-issanar, imma d-drittijiet tax-xerrej li ma jkunux konsistenti mal-għoti lill-bejjiegħ ta’ perjodu ta’ żmien sabiex iwettaq l-issanar ikunuu sospiżi sakemm jiskadi dak il-perjodu.
7. Minkejja l-issanar, ix-xerrej iżomm id-dritt li jitlob id-danni taħt il-Kapitolu 16 għal dewmien kif ukoll għal kwalunkwe ħsara kkawżata jew mhux impedita mill-issanar. [Em. 196]
Taqsima 3
Twettiq ta’ obbligi mitlub
Artikolu 110
Twettiq tal-obbligi tal-bejjiegħ mitlub
1. Ix-xerrej huwa intitolat li jeżiġi li l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu , li jinkludu r-rimedjar, mingħajr ħlas, ta’ twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi mal-kuntratt .
2. It-twettiq tal-obbligi li jista’ jintalab jinkludi r-rimedjar mingħajr ħlas ta’ twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi mal-kuntratt. [Em. 197]
3. It-twettiq tal-obbligi ma jistax jintalab fejn:
|
(a) |
it-twettiq tal-obbligi jista' jkun impossibbli jew ikun sar illegali; jew |
|
(b) |
il-piż jew l-ispiża tat-twettiq tal-obbligi jkun sporporzjonat għall-benefiċċju li jikseb ix-xerrej. |
Artikolu 111
L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni
1. Fejn f’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, il-kummerċjant ikun meħtieġ li jirrimedja għal nuqqas ta’ konformità skont l-Artikolu 110(2), il-konsumatur jista’ jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni sakemm l-għażla tiegħu ma tkunx illegali jew impossibbli jew meta pparagunata mal-għażla l-oħra disponibbli, timponi spejjeż fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati meta wieħed jikkunsidra: [Em. 198]
|
(a) |
il-valur li l-merkanzija kien ikollha kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità; |
|
(b) |
is-sinifikat tan-nuqqas ta’ konformità; u |
|
(c) |
jekk ir-rimedju alternattiv ikunx jista’ jitlesta mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
2. Jekk il-konsumatur ikun talab li n-nuqqas ta’ konformità jiġi rrimedjat b’tiswija jew b’sostituzzjoni skont il-paragrafu 1, il-konsumatur jista’ jirrikorri għal rimedji oħrajn, biss jekk
|
(a) |
il-kummerċjant ma jkunx ikkompleta t-tiswija jew is-sostituzzjoni fi żmien raġonevoli, li ma jeċċedix 30 jum. Madankollu, il-konsumatur jista' jissospendi t-twettiq ta’ obbligi matul dan il-perjodu. |
|
(b) |
il-kummerċjant irrifjuta b’mod impliċitu jew espliċitu li jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità; |
|
(c) |
jerġa' jseħħ id-difett wara t-tiswija jew sostituzzjoni. [Em. 199] |
Artikolu 112
Ir-ritorn ta’ oġġett sostitwit
1. Fejn il-bejjiegħ ikun irrimedja għan-nuqqas ta’ konformità b’sostituzzjoni, il-bejjiegħ għandu dritt u obbligu li jieħu lura l-prodott sostitwit bi spejjeż tal-bejjiegħ.
2. Ix-xerrej mhuwa obbligat iħallas għall-ebda użu li sar mill-prodott sostitwit fil-perjodu ta’ qabel is-sostituzzjoni.
Taqsima 4
Sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tax-xerrej
Artikolu 113
Dritt ta’ sospensjoni tat-twettiq ta’ obbligi
1. Xerrej li għandu jwettaq l-obbligi tiegħu fl-istess żmien bħal jew wara li l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu għandu dritt li jissospendi t-twettiq tal-obbligi tiegħu sakemm il-bejjiegħ ikun offra li jwettaq l-obbligi tiegħu jew ikun wettaqhom.
2. Xerrej li għandu jwettaq l-obbligi tiegħu qabel ma l-bejjiegħ iwettaq l-obbligi tiegħu u li raġonevolment jemmen li l-bejjiegħ mhuwiex se jwettaq l-obbligi tiegħu meta l-bejjiegħ ikun wasallu ż-żmien biex jagħmel dan jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi tiegħu sakemm jibqa’ raġonevolment jemmen dan.
3. It-twettiq tal-obbligi li jista’ jiġi sospiż taħt dan l-Artikolu huwa t-twettiq sħiħ jew parzjali sal-punt ġustifikat min-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew huma diviżibbli mod ieħor, ix-xerrej jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi biss fir-rigward ta’ dik il-parti li ma tkunx ġiet imwettqa, sakemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi tal-bejjiegħ ma jkunx tali li jiġġustifika s-sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tax-xerrej fl-intier tiegħu.
3a. F'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, it-twettiq sħiħ jista' jinżamm, sakemm din is-sospensjoni ma tkunx sproporzjonata għall-gravità tan-nuqqas ta’ konformità. [Em. 200]
Taqsima 5
Terminazzjoni
Artikolu 114
Terminazzjoni minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi
1. Xerrej jista' jittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tax-xerrej skont il-kuntratt ikun fundamentali skont it-tifsira tal-Artikolu 87(2).
2. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur u kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali bejn kummerċjant u konsumatur, fejn ikun hemm nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi minħabba li l-merkanzija ma tkunx konformi mal-kuntratt, il-konsumatur jista’ jittermina l-kuntratt sakemm in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx insinifikanti.
Artikolu 115
Terminazzjoni minħabba dewmien fil-kunsinna wara notifika li tiffissa żmien addizzjonali għat-twettiq ta’ obbligi
1. Xerrej jista’ jittermina l-kuntratt f’każ ta’ dewmien fil-kunsinna li ma jkunx minnu nnifsu fundamentali jekk ix-xerrej, permezz ta’ notifika, jiffissa perjodu ta’ żmien addizzjonali ta’ tul raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi u l-bejjiegħ ma jwettaqx l-obbligi tiegħu f’dak il-perjodu.
2. Il-perjodu addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jitqies li huwa ta’ tul raġonevoli jekk il-bejjiegħ ma joġġezzjonax għalih mingħajr dewmien żejjed.
3. Fejn in-notifika tipprovdi għal terminazzjoni awtomatika jekk il-bejjiegħ ma jwettaqx l-obbligi tiegħu fil-perjodu ffissat min-notifika, it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ wara li jiskadi dak il-perjodu mingħajr notifika ulterjuri.
Artikolu 116
Terminazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi antiċipat
Xerrej jista’ jittermina l-kuntratt qabel ma jkun dovut it-twettiq tal-obbligi jekk il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun ċar b’xi mod ieħor, li mhux se jkun hemm twettiq ta’ obbligi, u jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun tali li jiġġustifika terminazzjoni.
Artikolu 117
Kamp ta' applikazzjoni tad-dritt għat-terminazzjoni
1. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ skont il-kuntratt għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew huma diviżibbli b’mod ieħor, jekk ikun hemm raġuni għat-terminazzjoni skont din it-Taqsima ta’ parti li fir-rigward tagħha tista' tiġi allokata parti mill-prezz, ix-xerrej jista’ jittermina biss fir-rigward ta’ dik il-parti.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk ix-xerrej ma jistax ikun mistenni li jaċċetta t-twettiq tal-obbligi tal-partijiet l-oħra jew in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun tali li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt fl-intier tiegħu.
3. Fejn l-obbligi tal-bejjiegħ skont il-kuntratt mhumiex diviżibbli jew parti mill-prezz ma tistax tiġi allokata, ix-xerrej jista’ jittermina biss jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun tali li jiġġustifika t-terminazzjoni tal-kuntratt fl-intier tiegħu.
Artikolu 118
Notifika ta’ terminazzjoni
Dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsima jiġi eżerċitat permezz ta’ notifika lill-bejjiegħ.
Artikolu 119
Telf tad-dritt għat-terminazzjoni
1. Ix-xerrej jitlef id-dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsima jekk in-notifika ta’ terminazzjoni ma tingħatax fi żmien raġonevoli xahrejn minn meta rriżulta d-dritt jew minn meta x-xerrej sar konxju , jew jekk ix-xerrej huwa kummerċjant dak il-kummerċjant seta’ jkun mistenni li sar konxju min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax meta ma tkun twettqet l-ebda prestazzjoni .
|
(a) |
fejn ix-xerrej ikun konsumatur; jew |
|
(b) |
ma ġie offrut l-ebda twettiq ta’ obbligi. [Em. 201] |
Taqsima 6
Tnaqqis fil-prezz
Artikolu 120
Dritt għal tnaqqis fil-prezz
1. Xerrej li jaċċetta twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi mal-kuntratt jista’ jnaqqas il-prezz. It-tnaqqis għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur ta’ dak li ġie riċevut f’termini ta’ twettiq ta’ obbligi fiż-żmien li sar it-twettiq meta pparagunat mal-valur ta’ dak li kien jiġi riċevut bi twettiq ta’ obbligi konformi.
2. Xerrej li huwa intitolat inaqqas il-prezz taħt il-paragrafu 1 u li diġà ħallas somma li teċċedi l-prezz imnaqqas jista’ jirkupra l-ħlas żejjed mingħand il-bejjiegħ.
3. Xerrej li jnaqqas il-prezz ma jistax jirkupra wkoll id-danni taħt il-Kapitolu 16 għat-telf li ġie kkumpensat b’dan il-mod imma jibqa’ intitolat għad-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri li ġarrab. [Em. 202]
Taqsima 7
Rekwiżiti ta’ notifika f’kuntratti bejn kummerċjanti
Artikolu 121
Eżami tal-merkanzija f’kuntratti bejn kummerċjanti
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej huwa mistenni li jeżamina l-merkanzija jew il-kontenut diġitali , jew iqabbad lil xi ħadd jeżaminaha, fl-iqsar perjodu li jkun raġonevoli fiċ-ċirkustanzi, li ma jeċċedix 14-il jum mid-data tal-kunsinna tal-merkanzija, tal-fornitura tal-kontenut diġitali jew tal-fornitura tas-servizzi relatati. [Em. 203]
2. Jekk il-kuntratt jinvolvi t-trasport tal-merkanzija, l-eżami jista’ jiġi ddifferit sakemm il-merkanzija tkun waslet fid-destinazzjoni tagħha.
3. Jekk il-merkanzija tiġi ridiretta waqt li tkun fi tranżitu, jew terġa’ tintbagħat mix-xerrej qabel ma x-xerrej kellu opportunità raġonevoli li jeżaminaha, u fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf bil-possibbiltà ta’ tali ridirezzjoni jew bgħit mill-ġdid, l-eżami jista’ jiġi differit għal wara li l-merkanzija tkun waslet fid-destinazzjoni l-ġdida.
Artikolu 122
Rekwiżit ta' notifika ta’ nuqqas ta’ konformità f’kuntratti ta’ bejgħ bejn kummerċjanti
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ix-xerrej ma jistax jinvoka n-nuqqas ta’ konformità jekk ix-xerrej ma jinnotifikax lill-bejjiegħ fi żmien raġonevoli fejn jispeċifika n-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Madankollu, ix-xerrej jista’ xorta jnaqqas il-prezz jew jitlob danni, ħlief għal telf ta’ profitt, jekk huwa għandu skuża raġonevoli għan-nuqqas tiegħu li jagħti n-notifika rikjesta. [Em. 204]
Iż-żmien jibda jiddekorri minn meta l-merkanzija tiġi pprovduta jew minn meta x- xerrej jiskopri jew jista’ jkun mistenni li skopra n-nuqqas ta’ konformità, liema minnhom tiġi l-aktar tard.
2. Ix-xerrej jitlef id-dritt li jinvoka n-nuqqas ta’ konformità jekk ix-xerrej ma jinnotifikax lill-bejjiegħ bin-nuqqas ta’ konformità fi żmien sentejn miż-żmien meta l-merkanzija ġiet effettivament mgħoddija lix-xerrej skont il-kuntratt.
3. Fejn il-partijiet ikunu ftiehmu li l-merkanzija trid tibqa’ adattata għal fini partikolari jew għall-fini ordinarju tagħha matul perjodu fiss ta’ żmien, il-perjodu sabiex tingħata notifika taħt il-paragrafu 2 ma jiskadix qabel it-tmiem tal-perjodu miftiehem.
4. Il-paragrafu 2 ma japplikax fir-rigward tal-pretensjonijiet jew tad-drittijiet ta’ parti terza msemmija fl-Artikolu 102.
5. Ix-xerrej ma għandux għalfejn jinnotifika lill-bejjiegħ li mhux il-merkanzija kollha ġiet ikkonsenjata jekk ix-xerrej għandu għal xiex jemmen li l-merkanzija li fadal se tiġi kkonsenjata.
6. Il-bejjiegħ mhuwiex intitolat jinvoka dan l-Artikolu jekk in-nuqqas ta' konformità jkun relatat ma’ fatti li l-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf u li l-bejjiegħ naqas milli jiżvela lix-xerrej.
Kapitolu 12
Obbligi tax-xerrej
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 123
Obbligi prinċipali tax-xerrej
1. Ix-xerrej irid:
|
(a) |
iħallas il-prezz; |
|
(b) |
jieħu l-kunsinna tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali; u |
|
(c) |
jieħu f’idejh id-dokumenti li jirrappreżentaw jew li jkunu relatati mal-merkanzija jew id-dokumenti relatati mal-kontenut diġitali kif jista’ jkun mitlub mill-kuntratt. |
2. Għall-kuntratti għall-fornitura ta’ kontenut diġitali
|
(a) |
Il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal kuntratti għall-fornitura ta’ kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali ma jiġix ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz. |
|
(b) |
il-punt (b) tal-paragrafu 1 ma japplikax meta l-kontenut diġitali mhuwiex provdut fuq mezz tanġibbli. [Em. 205] |
Taqsima 2
Ħlas tal-prezz
Artikolu 124
Mezzi ta’ ħlas
1. Il-ħlas għandu jsir bil-mezzi ta’ ħlas indikati mill-kundizzjonijiet kuntrattwali jew, jekk ma jkun hemm ebda indikazzjoni, bi kwalunkwe mezzi użati fil-perkors normali tan-negozju fil-post tal-ħlas, fejn titqies in-natura tat-tranżazzjoni.
2. Bejjiegħ li jaċċetta ċekk jew ordni oħra għal ħlas jew wegħda ta’ ħlas jiġi preżunt li jagħmel dan biss bil-kundizzjoni li dan se jiġi onorat. Il-bejjiegħ jista’ jinforza l-obbligu oriġinali tal-ħlas jekk l-ordni jew il-wegħda ma jiġux onorati.
3. L-obbligu oriġinali tax-xerrej jiġi estint jekk il-bejjiegħ jaċċetta wegħda ta’ ħlas mingħand parti terza li magħha l-bejjiegħ ikollu arranġament pre-eżistenti sabiex jaċċetta l-wegħda tal-parti terza bħala mezz ta’ ħlas.
4. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, il-konsumatur ma jkunx responsabbli, fir-rigward tal-użu ta’ mezz partikolari ta’ ħlas, għal miżati li jaqbżu l-ispiża mħallsa mill-kummerċjant għall-użu ta’ tali mezzi.
Artikolu 125
Post tal-ħlas
1. Fejn il-post tal-ħlas ma jistax jiġi ddeterminat b’mod ieħor dan huwa l-post tan-negozju tal-bejjiegħ fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt.
2. Jekk il-bejjiegħ ikollu aktar minn post wieħed tan-negozju, il-post tal-ħlas huwa l-post tan-negozju tal-bejjiegħ li jkollu l-eqreb relazzjoni mal-obbligu tal-ħlas.
Artikolu 126
Żmien tal-ħlas
1. Il-ħlas tal-prezz ikun dovut fil-mument tal-kunsinna.
2. Il-bejjiegħ jista’ jirrifjuta offerta ta’ ħlas qabel ma jkun dovut il-ħlas jekk ikollu interess leġittimu li jagħmel dan.
Artikolu 127
Ħlas minn parti terza
1. Xerrej jista’ jafda l-ħlas f’idejn persuna oħra. Xerrej li jafda l-ħlas f’idejn persuna oħra jibqa’ responsabbli mill-ħlas.
2. Il-bejjiegħ ma jistax jirrifjuta l-ħlas minn parti terza jekk::
|
(a) |
il-parti terza taġixxi bil-kunsens tax-xerrej; jew |
|
(b) |
il-parti terza jkollha interess leġittimu li tħallas u x-xerrej ikun naqas milli jħallas jew jidher ċar li x-xerrej mhuwiex se jħallas fiż-żmien meta jkun dovut dak il-ħlas. |
3. Il-ħlas minn parti terza skont il-paragrafi 1 jew 2 jeħles lix-xerrej mir-responsabbiltà fil-konfront tal-bejjiegħ.
4. Fejn il-bejjiegħ jaċċetta ħlas minn parti terza f'ċirkustanzi mhux koperti mill-paragrafi 1 u 2 ix-xerrej huwa meħlus mir-responsabbiltà fil-konfront tal-bejjiegħ iżda l-bejjiegħ huwa responsabbli lejn ix-xerrej taħt il-Kapitolu 16 għal kull telf ikkawżat b'dik l-aċċettazzjoni. [Em. 206]
Artikolu 128
Imputazzjoni tal-ħlas
1. Meta xerrej ikun mitlub jagħmel diversi ħlasijiet lill-bejjiegħ u l-ħlas li jkun sar ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ħlasijiet kollha kemm huma, ix-xerrej jista' fil-mument tal-ħlas jinnotifika lill-bejjiegħ dwar l-obbligu li għalih il-ħlas għandu jiġi imputat.
2. Jekk ix-xerrej ma jagħmilx notifika skont il-paragrafu 1, il-bejjiegħ jista’, billi jinnotifika lix-xerrej fi żmien raġonevoli, jimputa l-ħlas għal wieħed mill-obbligi.
3. Imputazzjoni taħt il-paragrafu 2 ma tkunx effettiva jekk din tkun għal obbligu li għadu mhuwiex dovut jew huwa kkontestat.
4. Fl-assenza ta’ imputazzjoni effettiva minn kwalunkwe waħda mill-partijiet, il-ħlas jiġi imputat għal dak l-obbligu li jissodisfa wieħed mill-kritejri li ġejjin fis-sekwenza indikata:
|
(a) |
l-obbligu li huwa dovut jew li huwa dovut l-ewwel wieħed; |
|
(b) |
l-obbligu li għalih il-bejjiegħ ma għandu l-ebda garanzija jew l-inqas garanzija; |
|
(c) |
l-obbligu li huwa tal-aktar piż għax-xerrej; |
|
(d) |
l-obbligu li jirriżulta l-ewwel. |
Jekk l-ebda wieħed minn dawk il-kriterji ma japplika, il-ħlas jiġi imputat b’mod proporzjonat għall-obbligi kollha.
5. Il-ħlas jista’ jiġi imputat taħt il-paragrafu 2, 3 jew 4 għal obbligu li mhuwiex infurzabbli minħabba preskrizzjoni biss jekk ma jkun hemm l-ebda obbligu ieħor li għalih jista’ jiġi imputat il-ħlas skont dawk il-paragrafi.
6. B’relazzjoni għal kwalunkwe obbligu waħdieni, ħlas mix-xerrej għandu jiġi imputat, l-ewwel nett, għall-ispejjeż, it-tieni għall-imgħax, u t-tielet nett, għall-kapital, sakemm il-bejjiegħ ma jagħmilx imputazzjoni differenti.
Taqsima 3
Teħid tal-kunsinna
Artikolu 129
Teħid tal-kunsinna
Ix-xerrej jissodisfa l-obbligu li jieħu l-kunsinna billi:
|
(a) |
jagħmel l-atti kollha li jistgħu jkunu mistennija sabiex il-bejjiegħ ikun jista’ jwettaq l-obbligu li jagħmel il-kunsinna; u |
|
(b) |
jieħu f’idejh il-merkanzija, jew id-dokumenti li jirrappreżentaw il-merkanzija jew il-kontenut diġitali, kif ikun mitlub mill-kuntratt. |
Artikolu 130
Kunsinna bikrija u kunsinna ta’ kwantità ħażina
1. Jekk il-bejjiegħ jikkunsinna l-merkanzija jew jipprovdi l-kontenut diġitali qabel iż-żmien iffissat, ix-xerrej irid jieħu l-kunsinna sakemm ix-xerrej ma jkollux interess leġittimu li jirrifjuta li jagħmel dan.
2. Jekk il-bejjiegħ jikkonsenja kwantità ta’ merkanzija jew kontenut diġitali inqas minn dik ipprovduta fil-kuntratt, ix-xerrej irid jieħu l-kunsinna sakemm ix-xerrej ma jkollux interess leġittimu li jirrifjuta li jagħmel dan.
3. Jekk il-bejjiegħ jikkonsenja kwantità ta' merkanzija jew kontenut diġitali ikbar minn dik ipprovduta mill-kuntratt, ix-xerrej jista’ jżomm jew jirrifjuta l-kwantità żejda.
4. Jekk ix-xerrej iżomm il-kwantità żejda, din titqies bħala li ġiet ipprovduta skont il-kuntratt u trid tiġi mħallsa skont ir-rata kuntrattwali.
5. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, il-paragrafu 4 ma japplikax jekk ix-xerrej raġonevolment jemmen li l-bejjiegħ ikkunsinna l-kwantità żejda intenzjonalment u mingħajr żball, billi kien jaf li din ma kinitx ġiet ordnata.
6. Dan l-Artikolu ma japplikax għal kuntratti għall-fornitura ta’ kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali ma jiġix ipprovdut inkambju għall-ħlas ta’ prezz.
Kapitolu 13
Rimedji tal-bejjiegħ
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 131
Rimedji tal-bejjiegħ b’mod ġenerali
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mix-xerrej, il-bejjiegħ jista' , meta jiġu sodisfatti l-kriterji speċifiċi għar-rimedji rispettivi, jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin: [Em. 207]
|
(a) |
jeżiġi t-twettiq skont it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu; |
|
(b) |
jissospendi t-twettiq tiegħu stess skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu; |
|
(c) |
jittermina l-kuntratt skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu; u |
|
(d) |
jitlob l-imgħax fuq il-prezz jew id-danni taħt il-Kapitolu 16. |
2. Jekk in-nuqqas ta’ twettiq tax-xerrej ikun skużata, il-bejjiegħ jista’ jirrikorri għal kwalunkwe wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1ħlief li jeżiġi t-twettiq u d-danni. [Em. 208]
3. Il-bejjiegħ ma jista’ jirrikorri għall-ebda wieħed mir-rimedji msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn il-bejjiegħ ikun ikkawża n-nuqqas ta’ twettiq tax-xerrej.
4. Ir-rimedji li ma jkunux inkompatibbli jistgħu jiġu akkumulati.
Taqsima 2
Twettiq ta’ obbligi mitlub
Artikolu 132
Twettiq tal-obbligi tax-xerrej mitlub
1. Il-bejjiegħ huwa intitolat jirkupra l-ħlas tal-prezz meta jkun dovut, u li jeżiġi t-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu ieħor li daħal għalih ix-xerrej.
2. Fejn ix-xerrej ma jkunx għadu ħa f’idejh il-merkanzija jew il-kontenut diġitali u jidher ċar li x-xerej mhux se jkun lest li jirċievi l-kunsinna, il-bejjiegħ madankollu jista’ jeżiġi li x-xerrej jieħu l-kunsinna u jista’ jirkupra l-prezz, sakemm il-bejjiegħ ma setax għamel tranżazzjoni sostituta raġonevoli mingħajr sforz jew spiża sinifikanti.
Taqsima 3
Sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tal-bejjiegħ
Artikolu 133
Dritt ta’ sospensjoni tat-twettiq ta’ obbligi
1. Bejjiegħ li għandu jwettaq l-obbligi tiegħu fl-istess żmien bħal jew wara li x-xerrej iwettaq l-obbligi tiegħu għandu dritt li jissospendi t-twettiq tal-obbligi tiegħu sakemm ix-xerrej ikun offra li jwettaq l-obbligi tiegħu jew ikun wettaqhom.
2. Bejjiegħ li għandu jwettaq l-obbligi tiegħu qabel ma x-xerrej iwettaq l-obbligi tiegħu u li raġonevolment jemmen li mhuwiex se jwettaq l-obbligi tiegħu meta x-xerrej ikun wasallu ż-żmien biex jagħmel dan jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi tiegħu sakemm jibqa’ raġonevolment jemmen dan. Madankollu, id-dritt li jissospendi t-twettiq tal-obbligi jintilef jekk ix-xerrej jagħti assigurazzjoni adegwata li se jwettaq l-obbligi dovuti jew jipprovdi garanzija adegwata.
3. It-twettiq tal-obbligi li jista’ jiġi sospiż taħt dan l-Artikolu huwa t-twettiq sħiħ jew parzjali sal-punt ġustifikat min-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi. Fejn l-obbligi tax-xerrej għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew huma diviżibbli mod ieħor, il-bejjiegħ jista’ jissospendi t-twettiq tal-obbligi biss fir-rigward ta’ dik il-parti li ma tkunx ġiet imwettqa, sakemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi tax-xerrej ma jkunx tali li jiġġustifika s-sospensjoni tat-twettiq tal-obbligi tal-bejjiegħ fl-intier tiegħu.
Taqsima 4
Terminazzjoni
Artikolu 134
Terminazzjoni minħabba nuqqas fundamentali ta’ twettiq ta’ obbligi
Bejjiegħ jista' jittermina l-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 8 jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tax-xerrej skont il-kuntratt ikun fundamentali skont it-tifsira tal-Artikolu 87(2).
Artikolu 135
Terminazzjoni minħabba dewmien wara notifika li tiffissa żmien addizzjonali għat-twettiq ta’ obbligi
1. Bejjiegħ jista’ jittermina kuntratt f’każ ta’ dewmien fit-twettiq ta’ obbligi li ma jkunx minnu nnifsu fundamentali jekk il-bejjiegħ, permezz ta’ notifika, jiffissa perjodu ta’ żmien addizzjonali ta’ tul raġoenvoli għat-twettiq tal-obbligi u x-xerrej ma jwettaqx l-obbligi tiegħu f’dak il-perjodu.
2. Il-perjodu jitqies li huwa ta’ tul raġonevoli jekk ix-xerrej ma joġġezzjonax għalih mingħajr dewmien żejjed. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, iż-żmien addizzjonali għat-twettiq tal-obbligi m’għandux jispiċċa qabel il-perjodu ta’ 30 jum msemmi fl-Artikolu 167(2).
3. Fejn in-notifika tipprovdi għal terminazzjoni awtomatika jekk ix-xerrej ma jwettaqx l-obbligi tiegħu fil-perjodu ffissat min-notifika, it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ wara li jiskadi dak il-perjodu mingħajr notifika ulterjuri.
4. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 136
Terminazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi antiċipat
Bejjiegħ jista’ jittermina l-kuntratt qabel ma jkun dovut it-twettiq tal-obbligi jekk ix-xerrej ikun iddikjara, jew ikun ċar b’xi mod ieħor, li mhux se jkun hemm twettiq ta’ obbligi, u jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi jkun fundamentali.
Artikolu 137
Kamp ta' applikazzjoni tad-dritt għat-terminazzjoni
1. Fejn l-obbligi tax-xerrej skont il-kuntratt għandhom jitwettqu f’partijiet separati jew jekk huma diviżibbli b’mod ieħor, jekk ikun hemm raġuni għat-terminazzjoni skont din it-Taqsima ta’ parti li tikkorrispondi għal parti diviżibbli tal-obbligi tal-bejjiegħ, il- bejjiegħ jista’ jittermina biss fir-rigward ta’ dik il-parti.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi jkun fundamentali b’relazzjoni mal-kuntratt fl-intier tiegħu.
3. Fejn l-obbligi tax-xerrej skont il-kuntratt ma għandhomx jitwettqu f’partijiet separati, il-bejjiegħ jista’ jittermina biss jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi jkun fundamentali b’relazzjoni mal-kuntratt fl-intier tiegħu.
Artikolu 138
Notifika ta’ terminazzjoni
Dritt għat-terminazzjoni tal-kuntratt taħt din it-Taqsima jiġi eżerċitat permezz ta’ notifika lix-xerrej.
Artikolu 139
Telf tad-dritt għat-terminazzjoni
1. Fejn it-twettiq tal-obbligi ġie offrut tard jew it-twettiq tal-obbligi offrut b’xi mod ieħor mhuwiex konformi mal-kuntratt, il-bejjiegħ jitlef id-dritt għat-terminazzjoni taħt din it-Taqsima sakemm ma tingħatax notifika ta’ terminazzjoni fi żmien raġonevoli minn meta l-bejjiegħ sar jew seta’ jkun mistenni li sar konxju mill-offerta jew min-nuqqas ta’ konformità.
2. Bejjiegħ jitlef id-dritt għat-terminazzjoni permezz ta’ notifika taħt l-Artikolu 136 sakemm il-bejjiegħ ma jagħtix notifika ta’ terminazzjoni fi żmien raġonevoli wara li rriżulta d-dritt.
3. Fejn ix-xerrej ma ħallasx il-prezz jew b’xi mod ieħor li huwa fundamentali ma wettaqx l-obbligi tiegħu, il-bejjiegħ iżomm id-dritt għat-terminazzjoni.
Kapitolu 14
Trasferiment tar-riskju
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 140
Effett tat-trasferiment tar-riskju
It-telf ta’ jew il-ħsara lill-merkanzija jew lill-kontenut diġitali wara li r-riskju ġie ttrasferit lix-xerrej ma jeħlisx lix-xerrej mill-obbligu li jħallas il-prezz, sakemm it-telf jew il-ħsara ma jkunux dovuti għal att jew għal omissjoni tal-bejjiegħ.
Artikolu 141
Identifikazzjoni tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali mal-kuntratt
Ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija jew il-kontenut diġitali ma jiġux identifikati b’mod ċar bħala l-merkanzija jew il-kontenut diġitali li għandhom jiġu pprovduti skont il-kuntratt, irrispettivament minn jekk hux bil-ftehim inizjali, b’notifika mogħtija lix-xerrej jew b’xi mod ieħor.
Taqsima 2
Trasferiment tar-riskju f’kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur
Artikolu 142
Trasferiment tar-riskju f’kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur
1. F’kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, ir-riskju jiġi trasferit meta l-konsumatur jew parti terza magħżula mill-konsumatur, li ma tkunx it-trasportatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-merkanzija jew il-mezz tanġibbli li fuqu jkun ipprovdut il-kontenut diġitali.
2. F’kuntratt għall-fornitura ta’ kontenut diġitali li ma ġiex ipprovdut fuq mezz tanġibbli, ir-riskju jiġi trasferit meta l-konsumatur jew parti terza magħżula mill-konsumatur għal dan il-għan ikun kiseb il-kontroll tal-kontenut diġitali.
3. Ħlief fejn il-kuntratt ikun kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju, il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx fejn il-konsumatur jonqos milli jwettaq l-obbligu li jieħu f’idejh il-merkanzija jew il-kontenut diġitali u n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ma jkunx skużat taħt l-Artikolu 88. F’dan il-każ, ir-riskju jiġi ttrasferit fiż-żmien meta l-konsumatur jew il-parti terza magħżula mill-konsumatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-merkanzija jew kiseb il-kontroll tal-kontenut diġitali li kieku twettaq l-obbligu li jeħodhom f’idejh. [Em. 209]
4. Fejn il-konsumatur jagħmel arranġamenti għat-trasport tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali pprovduti fuq mezz tanġibbli u dik l-għażla ma kinitx offruta mill-kummerċjant, ir-riskju jiġi ttrasferit meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali pprovdut fuq mezz tanġibbli jgħaddu għand it-trasportatur, bla ħsara għad-drittijiet tal-konsumatur kontra t-trasportatur.
5. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Taqsima 3
Trasferiment tar-riskju f’kuntratti bejn kummerċjanti
Artikolu 143
Żmien meta r-riskju jiġi ttrasferit Trasferiment tar-riskju f’kuntratti bejn kummerċjanti [Em. 210]
1. F’kuntratt bejn kummerċjanti, ir-riskju jiġi ttrasferit meta x-xerrej jieħu l-kunsinna tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali jew tad-dokumenti li jirrappreżentaw il-merkanzija.
2. Il-paragrafu 1 huwa soġġett għall-Artikoli 144, 145 u 146. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej u x-xerrej ikun konxju minn dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej fiż-żmien meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali suppost li ttieħdu, sakemm ix-xerrej ma kienx intitolat li jissospendi t-teħid tal-kunsinna skont l-Artikolu 113.
Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’post ieħor għajr il-post tan-negozju tal-bejjiegħ, ir-riskju jiġi ttrasferit meta tkun dovuta l-kunsinna u x-xerrej ikun konxju mill-fatt li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali tqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’dak il-post. [Em. 211]
2a. F’kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi t-trasport ta’ merkanzija, kemm jekk il-bejjiegħ ikun awtorizzat iżomm id-dokumenti li jikkontrollaw id-disponiment tal-merkanzija u kemm jekk le:
|
(a) |
jekk il-bejjiegħ ma jkunx marbut li jgħaddi l-merkanzija f’post partikolari, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur biex tiġi trażmessa lix-xerrej skont il-kuntratt; |
|
(b) |
jekk il-bejjiegħ ikun marbut li jgħaddi l-merkanzija lil trasportatur f’post partikolari, ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija ma tgħaddix għand it-trasportatur f’dak il-post. [Em. 212] |
2b. Fejn merkanzija tinbiegħ fi tranżitu, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej minn meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur jew meta l-kuntratt jiġi konkluż, skont iċ-ċirkustanzi. Ir-riskju ma jiġix trasferit lix-xerrej jekk, fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf li l-merkanzija ntilfet jew saritilha l-ħsara u ma żvelax dan lix-xerrej. [Em. 213]
Artikolu 144
Merkanzija mqiegħda għad-dispożizzjoni tax-xerrej
1. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej u x-xerrej ikun konxju minn dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej fiż-żmien meta l-merkanzija jew il-kontenut diġitali suppost li ttieħdu, sakemm ix-xerrej ma kienx intitolat li jissospendi t-teħid tal-kunsinna skont l-Artikolu 113.
2. Jekk il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’post ieħor għajr il-post tan-negozju tal-bejjiegħ, ir-riskju jiġi ttrasferit meta tkun dovuta l-kunsinna u x-xerrej ikun konxju mill-fatt li l-merkanzija jew il-kontenut diġitali tqiegħdu għad-dispożizzjoni tax-xerrej f’dak il-post. [Em. 214]
Artikolu 145
Trasport tal-merkanzija
1. Dan l-Artikolu japplika għal kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi t-trasport ta' merkanzija.
2. Jekk il-bejjiegħ ma jkunx marbut li jgħaddi l-merkanzija f’post partikolari, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur biex tiġi trażmessa lix-xerrej skont il-kuntratt.
3. Jekk il-bejjiegħ ikun marbut li jgħaddi l-merkanzija lil trasportatur f’post partikolari, ir-riskju ma jiġix ittrasferit lix-xerrej sakemm il-merkanzija ma tgħaddix għand it-trasportatur f’dak il-post.
4. Il-fatt li l-bejjiegħ ikun awtorizzat iżomm id-dokumenti li jikkontrollaw id-disponiment tal-merkanzija ma jaffettwax it-trasferiment tar-riskju. [Em. 215]
Artikolu 146
Merkanzija mibjugħa fi tranżitu
1. Dan l-Artikolu japplika għal kuntratt ta’ bejgħ li jinvolvi merkanzija mibjugħa fi tranżitu.
2. Ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej miż-żmien meta l-merkanzija tgħaddi għand l-ewwel trasportatur. Madankollu, jekk iċ-ċirkustanzi jindikaw dan, ir-riskju jiġi ttrasferit lix-xerrej meta l-kuntratt jiġi konkluż.
3. Jekk fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-bejjiegħ kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf li l-merkanzija ntilfet jew saritilha l-ħsara u ma żvelax dan lix-xerrej, it-telf jew il-ħsara jkunu b’riskju għall-bejjiegħ. [Em. 216]
Parti V
Obbligi u rimedji tal-partijiet f’kuntratt ta’ servizzi relatati
Kapitolu 15
Obbligi u rimedji tal-partijiet
Taqsima 1
Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ġenerali dwar il-kuntratti ta’ bejgħ
Artikolu 147
Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ġenerali dwar il-kuntratti ta’ bejgħ
1. Għall-finijiet ta’ din il-Parti japplikaw ir-regoli fil-Kapitolu 9.
2. Meta kuntratt ta’ bejgħ jew kuntratt għall-fornitura tal-kontenut diġitali jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi relatati jiġi tterminat ukoll.
Taqsima 2
Obbligi tal-fornitur ta’ servizzi
Artikolu 148
Obbligu li jinkiseb riżultat u obbligu ta’ attenzjoni u ta’ ħila
1. Il-fornitur ta’ servizzi jrid jikseb kwalunkwe riżultat speċifiku mitlub mill-kuntratt.
2. Fl-assenza ta’ kwalunkwe obbligu kuntrattwali espliċitu jew impliċitu biex jinkiseb riżultat speċifiku, il-fornitur ta’ servizzi jrid iwettaq is-servizz relatat b’dik l-attenzjoni u b’dik il-ħila li fornitur raġonevoli ta’ servizzi jeżerċita u f’konformità ma’ kwalunkwe regola legali statutorja jew vinkolanti oħra li tkun applikabbli għas-servizz relatat.
3. Fid-determinazzjoni tal-attenzjoni u tal-ħila raġonevoli mitluba mill-fornitur ta’ servizzi, għandhom jitqiesu, fost l-oħrajn:
|
(a) |
in-natura, id-daqs, il-frekwenza u l-prevedibbiltà tar-riskji involuti fit-twettiq tas-servizz relatat għall-klijent; |
|
(b) |
jekk tkun saret ħsara, l-ispejjeż ta’ kwalunkwe prekawzjoni li kieku kienet timpedixxi dik il-ħsara jew ħsara simili milli tiġri; u |
|
(c) |
iż-żmien disponibbli għat-twettiq tas-servizz relatat. |
4. Fejn f'kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur is-servizz relatat jinkludi installazzjoni tal-merkanzija, l-installazzjoni trid issir b'tali mod li l-merkanzija installata tkun konformi mal-kuntratt kif meħtieġ mill-Artikolu 101.
5. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 149
Obbligu biex jiġu evitati danni
Il-fornitur ta’ servizzi jrid jieħu prekawzjonijiet raġonevoli sabiex jimpedixxi li jsir kwalunkwe dannu lill-merkanzija jew lill-kontenut diġitali, jew korriment fiżiku jew kwalunkwe telf ieħor jew danni oħrajn matul jew bħala konsegwenza tat-twettiq tas-servizz relatat.
Artikolu 150
Twettiq ta’ obbligi minn parti terza
1. Fornitur ta' servizzi jista’ jafda t-twettiq tal-obbligi f’idejn persuna oħra, sakemm ma jkunx mitlub li t-twettiq tal-obbligi jsir personalment mill-fornitur ta’ servizzi.
2. Fornitur ta’ servizzi li jafda t-twettiq tal-obbligi f’idejn persuna oħra jibqa’ responsabbli għat-twettiq.
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Artikolu 151
Obbligu li tiġi pprovduta fattura
Meta għas-servizz relatat ikun pagabbli prezz separat, u l-prezz ma jkunx somma waħda miftiehma fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt, il-fornitur ta’ servizzi jrid jipprovdi lill-klijent b’fattura li tispjega, b’mod ċar u li jinftiehem, kif il-prezz ġie kkalkolat.
Artikolu 152
Obbligu ta’ twissija dwar spiża mhux mistennija jew mhux ekonomika
1. Il-fornitur ta’ servizzi jrid iwissi lill-klijent u jfittex il-kunsens tal-klijent biex jipproċedi jekk:
|
(a) |
l-ispiża tas-servizz relatat tkun ikbar minn kif il-fornitur ta’ servizzi diġà indika lill-klijent; jew |
|
(b) |
is-servizz relatat jiġi jqum aktar mill-valur tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali wara li s-servizz relatat ikun ġie pprovdut, sa fejn dan ikun magħruf mill-fornitur ta’ servizzi. |
2. Fornitur ta’ servizzi li ma jiksibx il-kunsens tal-klijent skont il-paragrafu 1 mhuwiex intitolat għal prezz li jeċċedi l-ispiża diġà indikata, jew, skont il-każ, il-valur tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali wara li jkun ġie pprovdut is-servizz relatat.
Taqsima 3
Obbligi tal-klijent
Artikolu 153
Ħlas tal-prezz
1. Il-klijent irid iħallas kwalunkwe prezz li jkun pagabbli għas-servizz relatat skont il-kuntratt.
2. Il-prezz ikun pagabbli meta s-servizz relatat ikun ikkompletat u l-għan tas-servizz relatat ikun disponibbli għall-klijent.
Artikolu 154
Provvista ta’ aċċess
Fejn ikun meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi jikseb aċċess għall-bini tal-klijent sabiex iwettaq is-servizz relatat, il-klijent irid jipprovdi tali aċċess f’sigħat raġonevoli.
Taqsima 4
Rimedji
Artikolu 155
Rimedji tal-klijent
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-fornitur ta’ servizzi, il-klijent għandu, bl-adattamenti stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-istess rimedji previsti għax-xerrej fil-Kapitolu 11, jiġifieri li:
|
(a) |
jeżiġi l-eżekuzzjoni speċifika; |
|
(b) |
jissospendi t-twettiq tiegħu stess; |
|
(c) |
jittermina l-kuntratt; |
|
(d) |
inaqqas il-prezz; u |
|
(e) |
jitlob id-danni skont il-Kapitolu 16 . [Em. 218] |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, ir-rimedji tal-klijent huma soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi, irrispettivament minn jekk il-klijent ikunx konsumatur jew le. [Em. 219]
3. Fil-każ ta’ installazzjoni inkorretta taħt kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur kif msemmi fl-Artikolu 101, ir-rimedji tal-konsumatur mhumiex soġġetti għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi.
4. Il-klijent, jekk ikun konsumatur, għandu d-dritt li jittermina l-kuntratt għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità fis-servizz relatat ipprovdut sakemm in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx insinifikanti.
5. Il-Kapitolu 11 japplika bl-adattamenti neċessarji, b’mod partikolari:
|
(a) |
b’relazzjoni għad-dritt ta’ ssanar tal-fornitur ta’ servizzi, f’kuntratti bejn kummerċjant u konsumatur, il-perjodu raġonevoli taħt l-Artikolu 109(5) m’għandux jeċċedi 30 jum; [Em. 220] |
|
(b) |
b’relazzjoni għar-rimedjar ta’ twettiq ta’ obbligi li ma jkunx konformi, l-Artikoli 111 u 112 ma japplikawx; u [Em. 221] |
|
(c) |
l-Artikolu 156 japplika minflok l-Artikolu 122. |
Artikolu 156
Rekwiżit ta' notifika ta’ nuqqas ta’ konformità f’kuntratti ta' servizzi relatati bejn kummerċjanti
1. F’kuntratt ta' servizzi relatati bejn kummerċjanti, il-klijent jista’ jinvoka n-nuqqas ta’ konformità biss jekk il-klijent jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi fi żmien raġonevoli fejn jispeċifika n-natura tan-nuqqas ta’ konformità.
Iż-żmien jibda jiddekorri minn meta s-servizz relatat ikun ikkompletat jew meta l-klijent jiskopri jew jista’ jkun mistenni li skopra n-nuqqas ta’ konformità, liema minnhom tiġi l-aktar tard.
2. Il-fornitur ta’ servizzi mhuwiex intitolat li jinvoka dan l-Artikolu jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat ma’ fatti li l-fornitur ta’ servizzi kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf u li l-fornitur ta’ servizzi ma żvelax lill-klijent.
Artikolu 157
Rimedji tal-fornitur ta’ servizzi
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi mill-klijent, il-fornitur ta’ servizzi għandu, bl-adattament stabbiliti fil-paragrafu 2, l-istess rimedji previsti għall-bejjiegħ fil-Kapitolu 13, jiġifieri li:
|
(a) |
jeżiġi t-twettiq tal-obbligi; |
|
(b) |
jissospendi t-twettiq tiegħu stess; |
|
(c) |
jittermina l-kuntratt; u |
|
(d) |
jitlob l-imgħax fuq il-prezz jew id-danni skont il-Kapitolu 16. [Em. 222] |
2. Il-Kapitolu 13 japplika bl-adattamenti neċessarji. B'mod partikolari l-Artikolu 158 japplika minflok l-Artikolu 132(2).
Artikolu 158
Dritt tal-klijent li jirrifjuta t-twettiq
1. Fi kwalunkwe ħin, il-klijent jista’ jinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi li t-twettiq jew it-twettiq ulterjuri tas-servizz relatat ma għadux meħtieġ aktar.
2. Fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 1:
|
(a) |
il-fornitur ta’ servizzi ma jibqax ikollu aktar id-dritt jew l-obbligu li jipprovdi s-servizz relatat; u |
|
(b) |
il-klijent, jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni ta' terminazzjoni taħt kwalunkwe dispożizzjoni oħra, jibqa’ obbligat li jħallas il-prezz bit-tnaqqis tal-ispejjeż li l-fornitur ta’ servizzi jkun iffranka jew li seta’ jkun mistenni li ffranka billi ma kellux jikkompleta t-twettiq. |
3. Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur, il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Parti VI
Danni u imgħax
Kapitolu 16
Danni u imgħax
Taqsima 1
Danni
Artikolu 159
Dritt għad-danni
1. Kreditur huwa intitolat għad-danni għal telf ikkawżat min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mid-debitur, sakemm in-nuqqas ta’ twettiq ma jkunx skużat.
2. It-telf li għalih ikunu jistgħu jiġu rkuprati d-danni jinkludi t-telf futur li jkun mistenni li jġarrab id-debitur.
Artikolu 160
Kejl ġenerali tad-danni
Il-kejl ġenerali tad-danni għat-telf ikkawżat minn nuqqas ta’ twettiq ta' obbligu huwa somma li tqiegħed lill-kreditur fil-pożizzjoni li l-kreditur kien ikun fiha li kieku l-obbligu twettaq b’mod xieraq, jew meta dan ma jkunx possibbli, f'pożizzjoni li tkun kemm jista' jkun qrib ta’ dik il-pożizzjoni. Tali danni jkopru t-telf li l-kreditur ġarrab u l-qligħ li minnu ġie mċaħħad il-kreditur.
Artikolu 161
Prevedibbiltà tat-telf
Id-debitur huwa responsabbli biss għat-telf li d-debitur ippreveda jew li seta’ jkun mistenni li ppreveda fiż-żmien meta ġie konkluż il-kuntratt bħala riżultat tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi.
Artikolu 162
Telf attribwibbli lill-kreditur
Id-debitur mhuwiex responsabbli għat-telf imġarrab mill-kreditur sa fejn il-kreditur ikkontribwixxa għan-nuqqas tat-twettiq ta’ obbligi jew għall-effetti ta’ tali nuqqas ta’ twettiq.
Artikolu 163
Tnaqqis tat-telf
1. Id-debitur mhuwiex responsabbli għat-telf imġarrab mill-kreditur sa fejn il-kreditur seta’ naqqas it-telf billi ħa passi raġonevoli.
2. Il-kreditur huwa intitolat li jirkupra kwalunkwe spiża li jkun raġonevolment ġarrab sabiex ipprova jnaqqas it-telf.
Artikolu 164
Tranżazzjoni sostituta
Kreditur li jkun ittermina kuntratt b’mod sħiħ jew parzjali u jkun għamel tranżazzjoni sostituta fi żmien raġonevoli u b’mod raġonevoli jista’, sa fejn ikun intitolat għad-danni, jirkupra d-differenza bejn il-valur ta’ dak li kien ikun pagabbli skont il-kuntratt itterminat u l-valur ta’ dak li huwa pagabbli skont it-tranżazzjoni sostituta, kif ukoll id-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri.
Artikolu 165
Prezz kurrenti
Fejn il-kreditur ikun ittermina l-kuntratt imma ma jkunx għamel tranżazzjoni sostituta imma jkun hemm prezz kurrenti għat-twettiq tal-obbligi, il-kreditur jista’, sa fejn ikun intitolat għad-danni, jirkupra d-differenza bejn il-prezz tal-kuntratt u l-prezz kurrenti fiż-żmien tat-terminazzjoni kif ukoll id-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri.
Taqsima 2
L-imgħax fuq ħlasijiet tardivi: dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 166
Imgħax fuq ħlasijiet tardivi
1. Fejn ikun hemm dewmien fil-ħlas ta’ somma ta’ flus, il-kreditur huwa intitolat, mingħajr ma jkun hemm għalfejn tingħata notifika, għall-imgħax fuq dik is-somma miż-żmien meta jkun dovut il-ħlas saż-żmien tal-ħlas bir-rata speċifikata fil-paragrafu 2.
2. Ir-rata tal-imgħax għal dewmien fil-ħlas hija:
|
(a) |
meta r-residenza abitwali tal-kreditur hija fi Stat Membru li qiegħed jipparteċipa fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja jew fi Stat terz ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-aktar operazzjoni ta’ rifinanzjament prinċipali reċenti tiegħu mwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju tas-semestru inkwistjoni, jew ir-rata tal-imgħax marġinali li tirriżulta mill-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli għall-aktar operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew biż-żieda ta' żewġ punti perċentwali; |
|
(b) |
meta r-residenza abitwali tal-kreditur tkun fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro, ir-rata ekwivalenti stabbilita mill-bank ċentrali nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, biż-żieda ta' żewġ punti perċentwali. |
3. Il-kreditur jista’ jirkupra d-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri.
Artikolu 167
Imgħax meta d-debitur ikun konsumatur
1. Meta d-debitur ikun konsumatur, l-imgħax għad-dewmien fil-ħlas ikun dovut bir-rata prevista fl-Artikolu 166 biss meta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi ma jkunx skużat.
2. L-imgħax ma jibdiex jiddekorri qabel 30 jum wara li l-kreditur ikun innotifika lid-debitur fejn speċifika l-obbligu li jitħallas l-imgħax u r-rata tiegħu. In-notifika tista’ tingħata qabel id-data meta jkun dovut il-ħlas.
3. Kundizzjoni kuntrattwali li tiffissa rata ta’ imgħax ogħla minn dik prevista fl-Artikolu 166, jew żmien li minnu jibda jiddekorri l-imgħax aktar kmieni miż-żmien speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma huwiex vinkolanti sa fejn dan ikun inġust skont l-Artikolu 83.
4. L-imgħax għal dewmien fil-ħlas ma jistax jiġi miżjud mal-kapital sabiex jipproduċi imgħax.
5. Il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
Taqsima 3
Ħlasijiet tardivi mill-kummerċjanti
Artikolu 168
Rata tal-imgħax u d-dovuti
1. Fejn kummerċjant iħallas tardivament prezz dovut skont kuntratt għall-kunsinna ta’ merkanzija, għall-fornitura ta’ kontenut diġitali jew għall-fornitura ta’ servizzi relatati mingħajr ma jkun skużat skont l-Artikolu 88, l-imgħax ikun dovut bir-rata speċifikata fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-imgħax bir-rata speċifikata fil-paragrafu 5 jibda jiddekorri l-għada tad-data jew ta’ tmiem il-perjodu għall-ħlas previst fil-kuntratt. Jekk ma jkun hemm l-ebda data jew perjodu ta’ din ix-xorta, l-imgħax b’dik ir-rata jibda jiddekorri:
|
(a) |
30 jum wara d-data meta d-debitur jirċievi l-fattura jew talba ekwivalenti għal ħlas; jew |
|
(b) |
30 jum wara d-data meta jirċievi l-merkanzija, il-kontenut diġitali jew is-servizzi relatati, jekk id-data prevista fil-punt (a) tkun aktar kmieni jew inċerta, jew jekk ikun inċert jekk id-debitur irċeviex fattura jew talba ekwivalenti għal ħlas. |
3. Fejn il-konformità tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi relatati mal-kuntratt għandha tiġi aċċertata permezz ta’ aċċettazzjoni jew ta’ eżami, il-perjodu ta’ 30 jum previst fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jibda fid-data tal-aċċettazzjoni jew fid-data meta l-proċedura ta’ eżami tiġi ffinalizzata. It-tul massimu tal-proċedura ta’ eżami ma jistax jeċċedi 30 jum kalendarju mid-data tal-kunsinna tal-merkanzija, tal-fornitura tal-kontenut diġitali jew tal-fornitura tas-servizzi relatati, sakemm il-partijiet ma jiftiehmux espressament mod ieħor u dak il-ftehim ma jkunx inġust skont l-Artikolu 170.
4. Il-perjodu għall-ħlas iddeterminat taħt il-paragrafu 2 ma jistax jeċċedi 60 jum, sakemm il-partijiet ma jiftiehmux espressament mod ieħor u dak il-ftehim ma jkunx inġust skont l-Artikolu 170.
5. Ir-rata tal-imgħax għal dewmien fil-ħlas hija:
|
(a) |
meta r-residenza abitwali tal-kreditur hija fi Stat Membru li qiegħed jipparteċipa fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja jew fi Stat terz, ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-aktar operazzjoni ta’ rifinanzjament prinċipali reċenti tiegħu mwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju tas-semestru inkwistjoni jew ir-rata tal-imgħax marġinali li tirriżulta mill-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli għall-aktar operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew, biż-żieda ta' tmien punti perċentwali; |
|
(b) |
meta r-residenza abitwali tal-kreditur tkun Fi Stat Membru li l-munita tiegħu ma tkunx l-ewro, ir-rata ekwivalenti stabbilita mill-bank ċentrali nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, biż-żieda ta' żewġ punti perċentwali. |
6. Il-kreditur jista’ jirkupra d-danni għal kwalunkwe telf ulterjuri.
Artikolu 169
Kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru
1. Fejn l-imgħax ikun pagabbli skont l-Artikolu 168, il-kreditur huwa intitolat li jikseb mingħand id-debitur, bħala minimu, somma fissa ta’ EUR 40 jew is-somma ekwivalenti fil-munita miftiehma għall-prezz tal-kuntratt bħala kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru tal-kreditur.
2. Il-kreditur huwa intitolat li jikseb mingħand id-debitur kumpens raġonevoli għal kwalunkwe spiża tal-irkupru li teċċedi s-somma fissa msemmija fil-paragrafu 1 u li jkun ġarrab minħabba l-ħlas tardiv tad-debitur.
Artikolu 170
Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti relatati mal-imgħax għal ħlas tardiv
1. Kundizzjoni kuntrattwali relatata mad-data jew mal-perjodu għall-ħlas, mar-rata tal-imgħax għal ħlas tardiv jew mal-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru mhijiex vinkolanti sa fejn il-kundizzjoni tkun inġusta. Kundizzjoni tkun inġusta jekk tiddevja gravement mill-prattika kummerċjali tajba, għall-kuntrarju tal-bona fidi u n-negozjar ġust, meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, inkluża n-natura tal-merkanzija, tal-kontenut diġitali jew tas-servizz relatat.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kundizzjoni kuntrattwali li tipprovdi għal żmien jew perjodu għall-ħlas jew rata ta’ imgħax inqas favorevoli għall-kreditur miż-żmien, il-perjodu jew ir-rata speċifikati fl-Artikoli 167 jew 168, jew kundizzjoni li tipprovdi għal ammont ta’ kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru inqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 169 huwa preżunt li hija inġusta.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kundizzjoni kuntrattwali li teskludi l-imgħax għal ħlas tardiv jew kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru hija dejjem inġusta.
Artikolu 171
Natura mandatorja
Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima jew jidderogaw mill-effetti tagħha jew ivarjawhom.
Parti VII
Restituzzjoni
Kapitolu 17
Restituzzjoni
Artikolu 172
Restituzzjoni mal-annullament jew mat-terminazzjoni fil-każ ta’ annullament, terminazzjoni jew invalidità [Em. 223]
1. Fejn kuntratt jew parti minn kuntratt jiġi annullat jew itterminat minn kwalunkwe waħda mill-partijiet jew ikun invalidu jew mhux vinkolanti għar-raġunijiet li mhumiex l-annullament jew it-terminazzjoni , kull parti hija obbligata tirritorna dak li dik il-parti ('il-benefiċjarju') tkun irċeviet mingħand il-parti l-oħra taħt il-kuntratt affettwat jew parti minnu . [Em. 224]
2. L-obbligu li jiġi rritornat dak li ġie riċevut jinkludi kwalunkwe frott naturali u legali derivat minn dak li ġie riċevut.
2a. Ir-restituzzjoni għandha ssir mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erbatax-il ġurnata mill-wasla tan-notifika ta’ annullament jew terminazzjoni. Meta l-benefiċjarju jkun konsumatur, din l-iskadenza għandha tiġi kkunsidrata li ġiet osservata jekk il-konsumatur jieħu l-passi neċessarji qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ erbatax-il ġurnata. [Em. 225]
2b. Il-benefiċjarju jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn ta’ dak li ġie rċevut. [Em. 226]
2c. Parti tista’ tastjeni milli twettaq l-obbligu ta’ restituzzjoni, meta dik il-parti għandha interess leġittimu li tagħmel dan, pereżempju meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi determinata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ konformità. [Em. 227]
2d. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ta’ restituzzjoni jew ta’ ħlas taħt dan il-Kapitolu minn parti waħda, il-parti l-oħra tista’ titlob għad-danni taħt l-Artikoli 159 sa 163. [Em. 228]
3. Mat-terminazzjoni tal-kuntratt li jitwettaq f’porzjonijiet jew f’partijiet, ir-ritorn ta’ dak li ġie riċevut mhuwiex mitlub b’relazzjoni għal kwalunkwe porzjon jew parti fejn l-obbligi fuq iż-żewġ naħat ġew imwettqa b’mod sħiħ, jew fejn il-prezz għal dak li sar jibqa’ pagabbli skont l-Artikolu 8(2), ħlief jekk in-natura tal-kuntratt tkun tali li dak it-twettiq parzjali ma jkollu l-ebda valur għal waħda mill-partijiet.
Artikolu 172a
Ir-restituzzjoni ta’ kontenut diġitali u r-restituzzjoni tal-prestazzjoni bħala korrispettiv fil-każ ta’ fornitura ta’ kontenut diġitali [Em. 229]
1. Il-kontenut diġitali jista’ jkun is-suġġett ta’ restituzzjoni meta:
|
(a) |
il-kontenut diġitali kien provdut fuq mezz tanġibbli u l-mezz għadu siġillat jew il-bejjiegħ ma ssiġillax il-mezz qabel il-kunsinna; jew |
|
(b) |
huwa f’kull każ evidenti li l-benefiċjarju li bagħat lura mezz tanġibbli ma setax żamm kopja utilizzabbli tal-kontenut diġitali; jew |
|
(c) |
il-bejjiegħ jista’, mingħajr sforz jew spiża sinifikanti, jimpedixxi kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali min-naħa tal-benefiċjarju, pereżempju billi jħassar il-kont ta' utent tal-benefiċjarju.[Em. 230] |
2. Il-benefiċjarju tal-kontenut diġitali provdut fuq mezz tanġibbli li jista' jkun is-suġġett ta' restituzzjoni skont il-punti (a) u (b) għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfa l-obbligu ta' restituzzjoni meta jibgħat lura l-mezz tanġibbli. [Em. 231]
3. Meta l-kontenut diġitali huwa provdut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhuwiex il-ħlas ta' prezz bħall-għoti ta' data personali, u dik il-prestazzjoni bħala korrispettiv ma tistax tiġi ritornata, il-benefiċjarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv għandu jżomm lura milli jagħmel użu ulterjuri ta’ dak li ġie rċevut, pereżempju billi jħassar id-data personali rċevuta. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat dwar it-tħassir ta' data personali. [Em. 232]
Artikolu 173
Ħlas għall-valur monetarju
1. Fejn dak li ġie riċevut, inklużi l-frottijiet fejn dan ikun rilevanti, ma jistax jiġi ritornat, jew, fil-każ ta’ kontenut diġitali irrispettivament minn jekk ġiex ipprovdut jew le fuq mezz tanġibbli, il-benefiċjarju jrid iħallas il-valur monetarju tiegħu. Fejn ir-ritorn huwa possibbli imma jikkawża sforz jew spiża irraġonevoli, il-benefiċjarju jista’ jagħżel li jħallas il-valur monetarju, sakemm dan ma jagħmilx ħsara lill-interessi patrimonjali tal-parti l-oħra. [Em. 233]
2. Il-valur monetarju tal-merkanzija huwa l-valur li kieku kien ikollha fid-data meta għandu jsir il-ħlas tal-valur monetarju li kieku l-merkanzija nżammet mill-benefiċjarju mingħajr qerda jew ħsara sa dik id-data.
3. Fejn kuntratt ta’ servizzi relatati jiġi annullat jew itterminat mill-klijent wara li s-servizz relatat ikun twettaq jew twettaq parzjalment, il-valur monetarju ta’ dak li ġie riċevut huwa l-ammont li l-klijent iffranka billi rċieva s-servizz relatat.
4. Fil-każ ta’ kontenut diġitali, il-valur monetarju ta’ dak li ġie riċevut huwa l-ammont li l-klijent iffranka billi uża l-kontenut diġitali.
5. Fejn il-benefiċjarju jkun kiseb sostitut fi flus jew in natura inkambju għal merkanzija jew għal kontenut diġitali meta l-benefiċjarju kien jaf jew seta’ jkun mistenni li kien jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni, il-parti l-oħra tista’ tagħżel li titlob is-sostitut jew il-valur monetarju tas-sostitut. Benefiċjarju li kiseb sostitut fi flus jew in natura inkambju għal merkanzija jew għal kontenut diġitali meta l-benefiċjarju ma kienx jaf u ma setax ikun mistenni li jkun jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni jista’ jagħżel li jirritorna l-valur monetarju tas-sostitut jew is-sostitut. [Em. 234]
6. Fil-każ ta’ Fejn kontenut diġitali li ma jiġix fornut bi ta' ħlas ta’ prezz ma ssir l-ebda restituzzjoni , iżda għal prestazzjoni bħala korrispettiv għajr il-ħlas ta' prezz jew mingħajr prestazzjoni bħala korrispettiv, u l-kontenut diġitali ma jistax jiġi kkunsidrat li jista’ jkun is-suġġett ta’ restituzzjoni taħt l-Artikolu 172a(1), il-benefiċjarju tal-kontenut diġitali mhuwiex obbligat li jħallas il-valur monetarju tiegħu . [Em. 235]
6a. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 172a(3), fejn il-kontenut diġitali huwa fornut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv għajr il-ħlas ta' prezz u dik il-prestazzjoni bħala korrispettiv ma tistax tiġi ritornata, il-benefiċjarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv mhuwiex obbligat li jħallas il-valur monetarju tiegħu. [Em. 236]
Artikolu 174
Ħlas għall-użu u l-imgħax fuq il-flus riċevuti u l-valur imnaqqas [Em. 237]
1. Benefiċjarju li għamel użu mill-merkanzija jew minn kontenut diġitali jrid iħallas lill-parti l-oħra l-valur monetarju ta’ dak l-użu għal kwalunkwe perjodu fejn:
|
(a) |
il-benefiċjarju kkawża r-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni; |
|
(b) |
il-benefiċjarju, qabel ma beda dak il-perjodu, kien konxju mir-raġuni għall- annullament jew għat-terminazzjoni; jew |
|
(c) |
fid-dawl tan-natura tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali , tan-natura u tal-ammont tal-użu u tad-disponibbiltà ta’ rimedji għajr it-terminazzjoni, ikun inekwu li l-benefiċjarju jitħalla jagħmel użu mingħajr ħlas tal-merkanzija jew tal-kontenut diġitali għal dak il-perjodu. [Em. 238] |
2. Benefiċjarju li jkun obbligat jirritorna l-flus irid iħallas l-imgħax bir-rata stipulata fl-Artikolu 166, fejn:
|
(a) |
il-parti l-oħra tkun obbligata tħallas għall-użu; jew |
|
(b) |
il-benefiċjarju ikun il-kawża għaliex il-kuntratt ikun ġie annullat minħabba frodi, theddid jew influwenza indebita. |
3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, benefiċjarju mhuwa obbligat iħallas għall-użu tal-merkanzija riċevuta jew kontenut diġitali riċevuti jew l-imgħax fuq il-flus riċevuti fl-ebda ċirkustanza għajr iċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-paragrafi 1 , 1a u 2. [Em. 239]
3a. Il-benefiċjarji huwa responsabbli taħt l-Artikoli 159 sa 163 għal kull tnaqqis fil-valur tal-merkanzija, il-kontenut diġitali jew l-frott tagħhom safejn dak it-tnaqqis fil-valur jeċċedi d-deprezzament li jirriżulta mill-użu regolari. [Em. 240]
3b. Il-ħlas għall-użu jew tnaqqis fil-valur ma għandux jeċċedi l-prezz miftiehem għall-merkanzija jew il-kontenut diġitali. [Em. 241]
3c. Fil-każ ta’ kontenut diġitali li ma jiġix fornut bi ħlas ta’ prezz, iżda inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhijiex il-ħlas ta' prezz jew mingħajr prestazzjoni bħala korrispettiv, il-benefiċjarju tal-kontenut diġitali mhuwiex obbligat li jħallas għall-użu jew il-valur imnaqqas. [Em. 242]
3d. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 172a(3), fejn il-kontenut diġitali jiġi fornut inkambju ta’ prestazzjoni bħala korrispettiv li mhijiex il-ħlas ta’ prezz, il-benefiċjarju tal-prestazzjoni bħala korrispettiv ma għandux l-obbligu jħallas għall-użu jew il-valur imnaqqas ta’ dak li ġie rċevut. [Em. 243]
Artikolu 175
Kumpens għal nefqa
1. Fejn benefiċjarju jkun ġarrab nefqa fuq il-merkanzija jew il-kontenut diġitali jew il-frott tagħhom , il-benefiċjarju huwa intitolat għal kumpens sa fejn dik in-nefqa kienet ta’ benefiċċju għall-parti l-oħra bil-kundizzjoni li n-nefqa saret meta l-benefiċjarju ma kienx jaf u ma setax ikun mistenni li jkun jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni. [Em. 244]
2. Benefiċjarju li kien jaf jew li seta’ jkun mistenni li kien jaf bir-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni huwa intitolat għal kumpens biss għan-nefqa li kienet meħtieġa sabiex ikunu protetti l-merkanzija jew il-kontenut diġitali , jew il-frott tagħhom, ħalli ma jintilfux jew ma jonqsilhomx il-valur, bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju ma kellu l-ebda opportunità li jistaqsi għal parir mingħand il-parti l-oħra. [Em. 245]
Artikolu 176
Modifika ekwa
Kwalunkwe obbligu ta’ ritorn jew ta’ ħlas taħt dan il-Kapitolu jista’ jiġi mmodifikat sa fejn it-twettiq tiegħu jkun ferm inekwu meta jitqies, b’mod partikolari, jekk il-parti ma kkawżatx jew ma kellhiex għarfien tar-raġuni għall-annullament jew għat-terminazzjoni.
Artikolu 177
Natura mandatorja
Fir-relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumatur il-partijiet ma jistgħux, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom , qabel ma tingħata notifika ta’ annullament jew terminazzjoni . [Em. 246]
Artikolu 177a
Il-garanziji kummerċjali
1. Garanzija kummerċjali għandha torbot lill-garantur fil-kondizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija. Fl-assenza ta’ dikjarazzjoni ta' garanzija, jew jekk id-dikjarazzjoni tal-garanzija tkun anqas vantaġġjuża minn kif reklamata, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-reklamar relatati mal-garanzija kummerċjali.
2. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha titfassal f'lingwa sempliċi u li tinftiehem, u għandha tkun tista' tinqara. Għandha titfassal fil-lingwa tal-kuntratt li ġie konkluż mal-konsumatur u għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, kif previst fl-Artikolu 11, u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affettwati mill-garanzija kummerċjali u |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali, partikularment dawk li jikkonċernaw it-tul ta' żmien, it-trasferibilità u l-ambitu territorjali, l-isem u l-indirizz tal-garantur u, jekk ikun differenti mill-garnatur, il-persuna li fir-rigward tagħha qed issir it-talba u l-proċedura li biha trid issir it-talba. |
3. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fid-dokument tal-garanzija, il-garanzija hija vinkolanti wkoll mingħajr aċċettazzjoni favur kull sid tal-prodotti matul id-durata tal-garanzija.
4. Fuq talba tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-garanzija disponibbli f'mezz li jservi għal żmien twil.
5. In-nuqqas ta' konformità mal-paragrafi 2, 3 jew 5 ma għandhux jaffetwa l-validità tal-garanzija. [Em. 247]
Parti VIII
Preskrizzjoni
Kapitolu 18
Preskrizzjoni
Taqsima 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 178
Drittijiet soġġetti għal preskrizzjoni
Id-dritt li jiġi infurzat it-twettiq ta’ obbligu, u kwalunkwe dritt anċillari għal tali dritt, inkluż id-dritt għal kwalunkwe rimedju għal nuqqas ta’ twettiq ħlief għas-sospensjoni tat-twettiq, huwa soġġett għal preskrizzjoni bl-iskadenza ta’ perjodu ta’ żmien skont dan il-Kapitolu. [Em. 248]
Taqsima 2
Perjodi ta’ preskrizzjoni u l-bidu tagħhom
Artikolu 179
Perjodi ta’ preskrizzjoni
1. Il-perjodu l-qasir ta' preskrizzjoni huwa ta’ sentejn.
2. Il-perjodu t-twil ta' preskrizzjoni huwa ta’ għaxar sitt snin jew, fil-każ ta’ dritt għad-danni minħabba korrimenti personali, ta’ tletin sena. [Em. 249]
2a. Il-preskrizzjoni tibda tiddekorri meta wieħed mill-perjodi jiskadi, skont liema wieħed jiskadi l-ewwel. [Em. 250]
Artikolu 180
Bidu
1. Il-perjodu l-qasir ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri miż-żmien meta l-kreditur sar jew seta’ jkun mistenni li sar konxju mill-fatti li b’riżultat tagħhom id-dritt jista’ jiġi eżerċitat.
2. Il-perjodu t-twil ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri miż-żmien meta d-debitur irid iwettaq l-obbligu, jew fil-każ ta’ dritt għad-danni, miż-żmien tal-att li ta lok għad-dritt.
3. Fejn id-debitur għandu obbligu kontinwu sabiex jagħmel jew joqgħod lura milli jagħmel xi ħaġa, il-kreditur jitqies li għandu dritt separat b’relazzjoni għal kull nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu.
Taqsima 3
Estensjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni
Artikolu - 181
Sospensjoni fil-każ ta' tiswija jew sostituzzjoni
1. Fejn nuqqas ta' konformità jiġi rimedjat permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni, id-dekorrenza tal-perjodu qasir ta' preskrizzjoni tiġi sospiża mill-mument meta l-kreditur ikun informa lid-debitur dwar in-nuqqas ta' konformità.
2. Is-sospensjoni tibqa' sal-mument meta l-prestazzjoni mhux konformi tiġi rimedjata. [Em. 251]
Artikolu 181
Sospensjoni f’każ ta’ proċedimenti ġudizzjarji u proċedimenti ta’ xorta oħra
1. Id-dekorrenza taż-żewġ perjodi ta’ preskrizzjoni tiġi sospiża miż-żmien meta jinbdew il-proċedimenti ġudizzjarji sabiex jiġi asserit id-dritt.
2. Is-sospensjoni ddum sakemm tittieħed deċiżjoni finali, jew sakemm il-każ jiġi riżolt b’xi mod ieħor. Fejn il-proċedimenti jintemmu fi żmien l-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta’ preskrizzjoni mingħajr deċiżjoni fuq il-mertu, il-perjodu ta’ preskrizzjoni ma jiskadix qabel ma jkunu għaddew sitt xhur wara ż-żmien meta jkunu ġew fi tmiemhom il-proċedimenti.
3. Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw, b’adattamenti xierqa, għall-proċedimenti ta’ arbitraġġ, għall-proċedimenti ta’ medjazzjoni, għall-proċediment fejn kwistjoni bejn żewġ partijiet tiġi rrinvijata quddiem parti terza għal deċiżjoni vinkolanti u għall-proċedimenti l-oħra kollha li jinbdew bil-għan li tinkiseb deċiżjoni relatata mad-dritt jew sabiex tkun evitata insolvenza.
4. Medjazzjoni tfisser proċess strutturat, irrispettivament mill-isem li jingħata jew minn kif jissejjaħ, fejn żewġ partijiet jew aktar f’tilwima jipprovaw waħidhom, fuq bażi volontarja, jilħqu ftehim għar-riżoluzzjoni tat-tilwima tagħhom bl-assistenza ta’ medjatur. Dan il-proċess jista’ jinbeda mill-partijiet jew jiġi ssuġġerit jew ordnat minn qorti jew ikun preskritt bil-liġi nazzjonali. Il-medjazzjoni tintemm bi ftehim tal-partijiet jew b’dikjarazzjoni tal-medjatur jew ta’ waħda mill-partijiet.
Artikolu 182
Posponiment tal-iskadenza fil-każ ta’ negozjati
Jekk il-partijiet jinnegozjaw dwar id-dritt jew dwar iċ-ċirkustanzi li minnhom tista’ tirriżulta talba relatata mad-dritt, l-ebda perjodu ta’ preskrizzjoni ma jiskadi qabel ma tkun għaddiet sena mill-aħħar komunikazzjoni li saret fin-negozjati jew minn meta waħda mill-partijiet ikkomunikat lill-oħra li hija ma tixtieqx tkompli bin-negozjati.
Artikolu 183
Posponiment tal-iskadenza f’każ ta’ inkapaċità
Jekk persuna soġġetta għal inkapaċità tkun mingħajr rappreżentant, l-ebda wieħed mill-perjodi ta' preskrizzjoni ta’ dritt li jkollha dik il-persuna ma jiskadi qabel ma tkun għaddiet sena wara li l-inkapaċità tkun ġiet fi tmiemha jew ikun inħatar rappreżentant.
Artikolu 183a
Sospensjoni f'każ ta' forza maġġuri
1. Il-preskrizzjoni tal-perjodu l-qasir tiġi sospiża għall-perjodu li matulu l-kreditur ikun impedit milli jressaq proċedimenti sabiex jinvoka d-dritt minn impediment li mhuwiex fil-kontroll tal-kreditur u li l-kreditur ma setax raġjonevolment ikun mistenni li jevita jew jegħleb.
2. Il-paragrafu 1 japplika biss jekk l-impediment jirriżulta, jew jissussisti, fl-aħħar sitt xhur tal-perjodu ta’ preskrizzjoni.
3. Meta t-tul jew in-natura tal-impediment huma tali li ma jkunx raġonevoli li l-kreditur jiġi mistenni jressaq proċedimenti sabiex jinvoka d-dritt fil-parti tal-perjodu ta’ preskrizzjoni li trid tibda tiddekorri hekk kif tintemm is-sospensjoni, il-perjodu ta' preskrizzjoni ma jiskadix qabel ma jgħaddu sitt xhur minn meta jitneħħa l-impediment. [Em. 252]
Taqsima 4
Tiġdid tal-perjodu ta’ preskrizzjoni
Artikolu 184
Tiġdid b’rikonoxximent
Jekk id-debitur jirrikonoxxi d-dritt fil-konfront tal-kreditur, permezz ta’ ħlas parzjali, ħlas ta’ imgħax, l-għoti ta’ garanzija, tpaċija jew bi kwalunkwe mod ieħor, jibda jiddekorri perjodu qasir ta’ preskrizzjoni ġdid.
Taqsima 5
Effetti tal-preskrizzjoni
Artikolu 185
Effetti tal-preskrizzjoni
1. Wara l-iskadenza tal-perjodu rilevanti ta’ preskrizzjoni, id-debitur huwa intitolat li jirrifjuta t-twettiq tal-obbligu inkwistjoni u l-kreditur jitlef ir-rimedji kollha għan-nuqqas ta' twettiq ħlief għas-sospensjoni tat-twettiq.
2. Dak kollu li jkun tħallas jew ikun ġie ttrasferit mid-debitur fit-twettiq tal-obbligu inkwistjoni ma jistax jintalab lura sempliċement għaliex il-perjodu ta’ preskrizzjoni jkun skada fil-mument li jkun sar it-twettiq.
3. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għal dritt għall-ħlas tal-imgħax, u għal drittijiet oħrajn ta’ natura anċillari, jiskadi mhux aktar tard mill-perjodu għad-dritt prinċipali.
Taqsima 6
Modifika bi ftehim
Artikolu 186
Ftehimiet dwar il-preskrizzjoni
1. Ir-regoli ta’ dan il-Kapitolu jistgħu jiġu mmodifikati bi ftehim bejn il-partijiet, b’mod partikolari billi jew jitqassru jew jittawlu l-perjodi ta’ preskrizzjoni.
2. Il-perjodu l-qasir ta’ preskrizzjoni ma jistax jitnaqqas għal inqas minn sena jew jiġi estiż għal aktar minn għaxar snin.
3. Il-perjodu t-twil ta’ preskrizzjoni ma jistax jitnaqqas għal inqas minn sena jew jiġi estiż għal aktar minn tletin sena.
4. Il-partijiet ma jistgħux jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jew jidderogaw mill-effetti tiegħu jew ivarjawhom.
5. F’kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, dan l-Artikolu ma jistax jiġi applikat għad-detriment tal-konsumatur.
Titolu III
Miżuri ta' akkumpanjament [Em. 253]
Artikolu 186a
Komunikazzjoni ta' sentenzi li japplikaw dan ir-Regolament
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sentenzi finali tal-qrati tagħhom li japplikaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Kummissjoni. [Em. 254]
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema li tippermetti li ssir konsultazzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna s-sentenzi msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dik is-sistema għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Għandha tkun kompletament sistematizzata u faċli li tiġi kkonsultata. [Em. 255]
3. Is-sentenzi li huma kkomunikati taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu akkompanjati minn sommarju standard tas-sentenza li jkun fih it-taqsimiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kwistjoni u l-artikolu/i kkonċernat(i) tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; |
|
(b) |
sommarju fil-qosor tal-fatti; |
|
(c) |
sommarju qasir tal-argumenti prinċipali; |
|
(d) |
id-deċiżjoni; kif ukoll |
|
(e) |
ir-raġunijiet għas-sentenza, billi jiġi dikjarat b’mod ċar il-prinċipju deċiż. [Em. 256] |
Artikolu 186b
Risoluzzjoni alternattiva tat-tilwim
1. F’kuntratti bejn konsumatur u kummerċjant, il-partijiet huma mħeġġa jikkunsidraw li jressqu tilwim li jirriżulta minn kuntratt li huma ddeċidew li jibbażaw fuq l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ quddiem Entità għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kif definita fil-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2013/11/UE.
2. Dan l-Artikolu ma jeskludix jew ma jillimitax id-dritt tal-partijiet li jressqu l-każ tagħhom f'kull mument quddiem qorti jew tribunal minflok ma jressqu t-tilwima tagħhom quddiem entità ADR (għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim). [Em. 257]
Artikolu 186c
Żvilupp ta’ “mudell Ewropew ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali”
1. Kemm jista’ jkun malajr u tal-anqas fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti sabiex jgħinuha fl-iżvilupp ta’ “mudell Ewropew ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali” bbażat fuq il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, u komplimentari għaliha, u kif ukoll fil-promozzjoni tal-applikazzjoni prattika tagħha
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha, bl-għajnuna tal-grupp ta’ esperti, sabiex tippreżenta l-ewwel mudell Ewropew ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali fi żmien [xxx] mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-grupp ta' esperti għandu jikkonsisti f'membri li jirrappreżentaw, b'mod partikolari, l-interessi ta' utenti tal-Liġi Komuni tal-Unjoni dwar il-Bejgħ. Jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi subgruppi għal oqsma separati tal-attività kummerċjali. [Em. 258]
Titolu IV
Dispożizzjonijiet finali [Em. 259]
Artikolu 186d
Rieżami
1. Sa … (*3) , l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li tkopri b’mod partikolari l-livell ta’ aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, il-punt sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu taw lok għal litigazzjoni u dwar il-qagħda attwali li tikkonċerna differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur bejn il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u l-liġi nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
2. Sa … (*4) , il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrevedi l-operat ta’ dan ir-Regolament, u li jqis, inter alia, il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ fir-rigward tal-kuntratti bejn in-negozji, l-iżviluppi tas-suq u l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-kontenut diġitali u l-iżviluppi tal-acquis tal-Unjoni fil-futur. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għall-fatt jekk il-limitazzjoni fir-rigward tad-distanza, u partikolarment il-kuntratti onlajn, għadhiex xierqa jew jekk jistax ikun fattibbli li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex tkopri, inter alia, kuntratti li jsiru fuq il-post. [Em. 260]
Artikolu 186e
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) , jiżdied il-punt li ġej:
|
“22. |
Regolament (UE) Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … fuq Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (ĠU L …).”[Em. 261] |
Artikolu 186f
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika minn … (*5).
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri. [Em. 262]
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 75.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-26 ta' Frar 2014.
(3) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(4) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).
(5) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(6) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(7) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(8) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(*1) Il-werrej se jiġi stabbilit fi stadju aktar tard.
(*2) Sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(*3) Erba' snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(*4) Ħames (5) snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(9) Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).
(*5) Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta 'dan ir-Regolament.
Appendiċi 1
Struzzjonijiet dwar l-irtirar mudell
Id-dritt ta’ rtirar
Inti għandek id-dritt li tirtira minn dan il-kuntratt fi żmien 14-il jum mingħajr ma tagħti raġuni.
Il-perjodu tal-irtirar jiskadi wara 14-il jum mill-jum 1.
Sabiex teżerċita d-dritt ta’ rtirar, inti għandek tinformana (Sabiex tiġi rispettata l-iskadenza tal-irtirar, huwa suffiċjenti li tibgħat il-komunikazzjoni tiegħek dwar l-eżeċizzju tad-dritt ta’ rtirar qabel ma jkun skada l-perjodu tal-irtirar.
Effetti tal-irtirar
Jekk tirtira minn dan il-kuntratt, aħna nirrimborżaw il-ħlasijiet kollha li nkunu rċevejna minn għandek inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna (bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż supplimentari li jirriżultaw mill-għażla tiegħek ta’ tip ta’ kunsinna li ma tkunx l-irħas tip ta’ kunsinna standard offrut minna), mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 14-il jum mill-jum meta niġu nfurmati dwar id-deċiżjoni tiegħek li tirtira minn dan il-kuntratt. Aħna se nwettqu tali rimborż billi nużaw l-istess mezz ta’ ħlas li użajt int għat-tranżazzjoni inizjali, sakemm ma tkunx ftiehemt espressament mod ieħor; fi kwalunkwe każ, inti ma tħallas xejn bħala riżultat ta’ tali rimborż.Struzzjonijiet biex timla l-formola:
|
1
|
Daħħal wieħed mit-testi li ġejjin bjen il-virgoletti:
|
|
2
|
Daħħal ismek, l-indirizz ġeografiku u, jekk ikun disponibbli, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek. |
|
3
|
Jekk tagħti l-għażla lill-konsumatur li jimla u jissottometti elettronikament informazzjoni dwar l-irtirar tiegħu mill-kuntratt fuq il-websajt tiegħek, daħħal dan li ġej: “Inti tista’ wkoll timla u tissottometti elettronikament il-formola tal-irtirar mudell jew kwalunkwe dikjarazzjoni ċara oħra fuq il-websajt tagħna [daħħal l-indirizz tal-internet]. Jekk tuża din il-possibbiltà, aħna minnufih nikkomunikawlek konferma tal-irċevuta ta’ tali rtirar fuq mezz li jservi fit-tul (pereżempju bil-posta elettronika) mingħajr dewmien.” |
|
4
|
Fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ fejn ma offrejtx li tiġbor il-merkanzija fil-każ ta’ rtirar daħħal dan li ġej: “Nistgħu nżommu r-rimborż sakemm ma nkunux irċevejna l-merkanzija lura, jew sakemm ma tkunx ipprovdejt evidenza li tkun bgħatt lura l-merkanzija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel”. |
|
5
|
Jekk il-konsumatur ikun irċieva merkanzija b’konnessjoni mal-kuntratt, daħħal dan li ġej:
|
|
6
|
Fil-każ ta’ kuntratt għall-fornitura ta' servizzi relatati daħħal li ġej: “Jekk inti tlabt li jibda t-twettiq tas-servizzi relatati matul il-perjodu ta’ rtirar, inti għandek tħallasna ammont proporzjonali għal dak li ġie pprovdut qabel ma tkun infurmajtna dwar l-irtirar tiegħek minn dan il-kuntratt, meta mqabbel mal-kopertura sħiħa tal-kuntratt.”. |
Appendiċi 2
Formola tal-irtirar mudell
(imla u rritorna din il-formola biss jekk inti tixtieq tirtira mill-kuntratt)
|
— |
Lil [hawnhekk għandhom jiddaħħlu mill-kummerċjant l-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu]: |
|
— |
Jiena/Aħna (*1) b’dan qed ninnotifikak/ninnotifikawk li Jiena/Aħna (*1) qed nirtira/w mill-kuntratt ta’ bejgħ tal-merkanzija li ġejja (*1)/għall-fornitura tal-kontenut diġitali/għall-fornitura tas-servizz relatat li ġej (*1) tiegħi/tagħna (*1) |
|
— |
|
— |
Isem il-konsumatur(i) |
|
— |
L-indirizz tal-konsumatur(i) |
|
— |
Il-firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq karta) |
|
— |
Data |
(*1) Ħassar skont il-każ.
ANNESS
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI STANDARD
Il-kuntratt li se tikkonkludi se jkun irregolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, li hija sistema alternattiva ta’ liġi kuntrattwali nazzjonali disponibbli għall-konsumaturi f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Dawn ir-regoli komuni huma identiċi fl-Unjoni Ewropea kollha, u ġew imfassla biex jipprovdu lill-konsumaturi protezzjoni ta’ livell għoli.
Dawn ir-regoli japplikaw biss jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek biex il-kuntratt ikun irregolat mil-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.
Jista’ jkunukoll li inti dħalt għal kuntratt bil-telefon jew bi kwalunkwe mod ieħor (bħal permezz ta’ SMS) li ma ppermettiex li inti tirċievi dan l-avviż minn qabel. F’dan il-każ il-kuntratt jista’ jsir validu biss wara li tkun irċevejt dan l-avviż u tkun ikkonfermajt il-kunsens tiegħek.
Id-drittijiet ewlenin tiegħek huma deskritti hawn taħt.
IL-LIĠI KOMUNI EWROPEA DWAR IL-BEJGĦ: SOMMARJU TAD-DRITTIJIET EWLENIN TAL-KONSUMATUR
Id-drittijiet tiegħek qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt
Il-kummerċjant għandu jagħtik l-informazzjoni prinċipali dwar il-kuntratt, pereżempju dwar il-prodott u l-prezz tiegħu inklużi t-taxxi u t-tariffi kollha u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu. L-informazzjoni għandha tkun aktar dettaljata meta inti tixtri xi ħaġa barra mill-ħanut tal-kummerċjant jew jekk ma tiltaqax mal-kummerċjant personalment, pereżempju jekk tixtri xi ħaġa onlajn jew bit-telefon. Int intitolat ghad-danni jekk din l-informazzjoni ma tkunx kompluta jew tkun inkorretta. [Em. 264]
Id-drittijiet tiegħek wara li l-kuntratt jiġi ffirmat
F’ħafna każijiet, inti għandek 14-il jum biex tirtira mix-xiri jekk tkun xtrajt il-merkanzija barra mill-ħanut tal-kummerċjant jew jekk ma tkunx iltqajt mal-kummerċjant sal-ħin tax-xiri (pereżempju jekk tkun xtrajt xi ħaġa onlajn jew bit-telefon). Il-kummerċjant għandu jagħtik informazzjoni u Formola (1) tal-irtirar mudell. Jekk il-kummerċjant ma jkunx għamel hekk, inti tista’ tikkanċella l-kuntratt fi żmien sena.
X’tista’ tagħmel meta l-prodotti jkunu difettużi jew ma jiġux ikkonsenjati kif miftiehem? Int intitolat li tagħżel bejn: 1) li l-prodott jiġi kkonsenjat 2) mibdul jew 3) imsewwi. 4) Titlob għal tnaqqis fil-prezz. 5) Tista’ tikkanċella l-kuntratt, tirritorna l-prodott u tikseb rifużjoni, ħlief jekk id-difett ikun żgħir ħafna. 6) Tista’ titlob kumpens għat-telf tiegħek. Inti m’intix obbligat li tħallas il-prezz qabel ikollok il-prodott mingħajr difetti.
Jekk il-kummerċjant ma jkunx wettaq servizz relatat kif wiegħed fil-kuntratt, inti għandek drittijiet simili. Madankollu, wara li tkun ippreżentajt l-ilment tiegħek lill-kummerċjant, huwa normalment għandu d-dritt li l-ewwel jipprova jagħmel il-kompitu korrettament. Biss jekk il-kummerċjant jonqos mill-ġdid inti għandek għażla bejn 1) titlob lill-kummerċjant biex jerġa’ jipprovdi s-servizz relatat, 2) ma tħallasx il-prezz qabel jiġi pprovdut is-servizz relatat b’mod korrett, 3) titlob tnaqqis fil-prezz jew 4) titlob id-danni. 5) Tista’ wkoll tikkanċella l-kuntratt u tikseb rifużjoni, ħlief jekk in-nuqqas fil-fornitura tas-servizz relatat ikun żgħir ħafna. Perjodu biex titlob id-drittijiet tiegħek meta l-prodotti jkunu difettużi jew ma jiġux ikkonsenjati kif miftiehem: Għandek sentejn (2) biex titlob id-drittijiet tiegħek wara li inti tirrealizza jew imissek irrealizzajt li l-kummerċjant ma għamilx xi ħaġa kif miftiehem fil-kuntratt. Meta dawn il-problemi jibdew jidhru tard ħafna, l-aħħar mument possibbli biex inti tagħmel din it-talba huwa 10 snin minn meta l-kummerċjant kellu jikkonsenja l-merkanzija, iforni l-kontenut diġitali jew jipprovdi s-servizz relatat.
Protezzjoni kontra kundizzjonijiet inġusti: Il-kundizzjonijiet kuntrattwali standard tal-kummerċjant li huma inġusti mhumiex legalment vinkolanti għalik.
Din il-lista ta’ drittijiet hija biss sommarju u għalhekk mhix eżawrjenti, lanqas ma tinkludi d-dettalji kollha. Inti tista’ tikkonsulta t-test sħiħ tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ hawnhekk. Jekk jogħġbok aqra l-kuntratt tiegħek b’attenzjoni.
Fil-każ ta’ tilwima inti tista’ tkun tixtieq li titlob parir legali.
(1) Daħħal link hawnhekk.
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/725 |
P7_TA(2014)0160
Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/65)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0788), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0420/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-użu ta 'atti delegati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, il-Parlament Daniż, il-Parlament Grieg, il-Kamra tad-Deputati Taljana, is-Senat Taljan, il-Parlament Portugiż, il-Kamra tad-Deputati Rumena u l-Parlament Svediż, li jasserixxu li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Lulju 2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 37 u 37a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0276/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 65.
(2) ĠU C 280, 27.9.2013, p. 57.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-8 ta' Ottubru 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0398).
P7_TC1-COD(2012)0366
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva Nru 2014/40/UE.)
Il-Ħamis 27 ta’ Frar 2014
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/727 |
P7_TA(2014)0165
L-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (09288/2010 – C7-0185/2010 – 2010/0817(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/66)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (09288/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 82(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-abbozz ta' att kien ippreżentat lill-Parlament (C7-0185/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-5 ta' Diċembru 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 44 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0477/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2010)0817
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/41/UE.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/728 |
P7_TA(2014)0166
Rekwiżiti ta' viżi għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġ li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn tali rekwiżit (COM(2013)0853 – C7-0430/2013 – 2013/0415(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/67)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0853), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0430/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0104/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2013)0415
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 259/2014.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/729 |
P7_TA(2014)0167
Ftehim ta' Sħubija Volontarja UE-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-UE *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, governanza u kummerċ ta' prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (11767/1/2013 – C7-0344/2013 – 2013/0205(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 285/68)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11767/1/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (11769/1/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0344/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0043/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indoneżja. |
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/730 |
P7_TA(2014)0168
Il-kontroll tal-persuni fil-fruntieri esterni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Kroazja u Ċipru ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew soġġorni intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0441 – C7-0186/2013 – 2013/0210(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/69)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0441), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0186/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0082/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
.Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2013)0210
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mill-Kroazja u Ċipru u r-Rumanija ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew soġġorni intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 565/2014/UE.)
|
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/731 |
P7_TA(2014)0169
Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2012)0650 – C7-0371/2012 – 2012/0309(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 285/70)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0650), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0371/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Frar 2014 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0373/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Japprova l-istqarrija tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2012)0309
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak ir-rekwiżit
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 509/2014.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Stqarrija tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ulterjuri tal-Kolombja u tal-Perù
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-bżonn għal valutazzjoni ulterjuri tat-twettiq tal-kriterji rilevanti mill-Kolombja u mill-Perù qabel ma l-Kummissjoni tressaq ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għal deċiżjonijiet li jawtorizzaw il-ftuħ tan-negozjati dwar il-ftehimiet dwar l-eżenzjoni tal-viża ma' dawk il-pajjiżi.
Il-Kummissjoni hi impenjata li tkompli b'dawk il-valutazzjonijiet mingħajr dewmien u biex tgħaddihom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota ta' dak l-impenn mill-Kummissjoni.
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar tagħrif lill-Parlament Ewropew
Il-Kummissjoni tilqa' l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-proposta tagħha li temenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li għandha l-għan li taġġorna l-Annessi li jinkludu l-listi tal-pajjiżi terzili ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal jew eżentati mir-rekwiżit tal-viża.
Bi qbil mal-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010, dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt 23 tiegħu, il-Kummissjoni ttenni l-impenn tagħha li tgħarraf lill-Parlament Ewropew regolarment dwar il-kondotta tan-negozjati dwar il-ftehimiet għall-eżenzjoni tal-viża li jirriżultaw mit-trasferiment ta' ċerti pajjiżi għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Il-Kummissjoni għandha, mhux inqas minn darbtejn fis-sena, tressaq aġġornamenti lill-entitajiet rilevanti fil-Parlament Ewropew.