ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
29 ta' Awwissu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 284/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8564 — Viacom International Media Networks Italia/De Agostini Editore/DeA Broadcast JV) ( 1 )

1

2017/C 284/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8286 — RHI/Magnesita Refratários) ( 1 )

1

2017/C 284/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8579 — HgCapital/Visma) ( 1 )

2

2017/C 284/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8545 — Bain Capital Investors/Reiff tyre) ( 1 )

2

2017/C 284/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8568 — Total/Atos/Intouch Corp/Intouch SAS) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 284/06

Rata tal-kambju tal-euro

4

2017/C 284/07

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ talba għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pla I Llevant (DOP)]

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 284/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

11

2017/C 284/09

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 284/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8513 — Infineon Technologies/SAIC Motor/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8564 — Viacom International Media Networks Italia/De Agostini Editore/DeA Broadcast JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/01)

Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8564. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8286 — RHI/Magnesita Refratários)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/02)

Fit-28 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8286. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8579 — HgCapital/Visma)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/03)

Fil-21 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8579. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8545 — Bain Capital Investors/Reiff tyre)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/04)

Fit-18 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8545. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8568 — Total/Atos/Intouch Corp/Intouch SAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/05)

Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8568. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Awwissu 2017

(2017/C 284/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1925

JPY

Yen Ġappuniż

130,34

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,92328

SEK

Krona Żvediża

9,5155

CHF

Frank Żvizzeru

1,1389

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2620

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,102

HUF

Forint Ungeriż

304,01

PLN

Zloty Pollakk

0,0000

RON

Leu Rumen

4,5977

TRY

Lira Turka

4,1063

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5008

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4866

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3292

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6458

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6156

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 335,56

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,5562

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8979

HRK

Kuna Kroata

7,4145

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 903,18

MYR

Ringgit Malażjan

5,0889

PHP

Peso Filippin

60,841

RUB

Rouble Russu

69,6590

THB

Baht Tajlandiż

39,591

BRL

Real Brażiljan

3,7568

MXN

Peso Messikan

21,0584

INR

Rupi Indjan

76,2065


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Awwissu 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ talba għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

[Pla I Llevant (DOP)]

(2017/C 284/07)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Pla I Llevant” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, l-Artikolu 97(1), u l-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 intlaħqu.

(3)

Sabiex tippermetti l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Pla I Llevant” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Pla I Llevant” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi l-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“PLA I LLEVANT”

PDO-ES-A1038-AM03

Data tal-applikazzjoni: 11.2.2016

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Delegazzjoni ta’ verifika tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott lil korp ta’ spezzjoni

L-awtorità kompetenti ddelegat il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott applikabbli ma’ dan id-DOP lill-Kunsill Governativ tal-“Pla i Llevant” DO, hekk kif ġie akkreditat mill-Awtorità tal-Akkreditazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni Nazzjonali Spanjola (ENAC) fi Frar 2012.

Din il-bidla hija marbuta biss mal-punt 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u mhux mad-dokument uniku.

2.2.   Tkabbir taż-żona demarkata

L-emenda tikkonsisti fit-tkabbir taż-żona demarkata sabiex tiġi inkluża l-muniċipalità ta’ Santanyi.

Għaldaqstant, il-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 5 tad-dokument uniku nbidlu.

Ir-raġunijiet għall-emenda huma kif ġej.

Il-muniċipalità ta’ Santanyi tinsab fil-fruntiera mal-muniċipalitajiet protetti mill-“Pla i Llevant” DOP, speċifikament Campos u Felanitx.

It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid fil-muniċipalità ta’ Santanyi dehret matul l-istorja tagħha.

Il-karatteristiċi ambjentali u tal-ħamrija tal-muniċipalità mhumiex differenti minn dawk fil-bqija taż-żona ġeografika attwali tal-“Pla i Llevant” DOP.

Twettqu studji sperimentali preċedenti fuq l-għeneb minn dwieli mkabbra f’Santanyi, skont ir-regoli tal-“Pla i Llevant” DOP.

Dawn l-istudji wrew li l-inbid magħmul mill-għeneb miksub f’Santanyi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità (fiżiċi, kimiċi u organolettiċi) stabbiliti fid-denominazzjoni tal-oriġini “Pla i Llevant”.

L-inklużjoni tiegħu bħala muniċipalità protetta għall-produzzjoni tal-inbid tal-“Pla i Llevant” DOP hija ġustifikata bis-sħiħ.

DOKUMENT UNIKU

1.   Denominazzjoni reġistrata

Pla I Llevant

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.

Inbid frizzanti

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid — Inbejjed Bojod u Rosé

L-inbdejjed bojod u rosé huma ċari, trasparenti u luminużi. B’togħmiet friski ta’ frott. Fil-palat huma friski, miftuħa u b’togħma ta’ frott. L-inbejjed bojod fil-bittija għandhom it-togħmiet karatteristiċi marbuta mal-metodu tal-bittija. Fil-palat huma mimlija, kremużi, strutturati u dewwiema.

Diossidu tal-kubrit: 240 si > 5 grs/l glukożju u fruttożju.

Il-limiti għall-parametri analitiċi li mhumiex imsemmija hawnhekk iridu jikkonformaw mar-regolamenti rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

180

Inbid — Inbejjed Ħomor

L-inbejjed ħomor huma ċari, vivaċi u luminużi, b’lewn ta’ intensità medja u għolja. L-inbejjed ġodda għandhom togħmiet friski ta’ frott, filwaqt li l-inbejjed maturi għandhom togħmiet ta’ frott misjur, imtejba permezz tal-użu tal-bittija. Fil-palat huma eleganti, pjaċevoli, qawwijin, bilanċjati u bellusin, li jintemmu b’togħma vivaċi u dewwiema.

Diossidu tal-kubrit: 180 si > 5 grs/l glukożju u fruttożju.

Il-limiti għall-parametri analitiċi li mhumiex imsemmija hawnhekk iridu jikkonformaw mar-regolamenti rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

140

Inbid likur

L-inbejjed likuri huma ta’ lewn it-tiben, b’menisku li jagħti fl-aħdar għal kulur id-deheb. Fl-inbejjed ħomor, il-kulur ivarja minn aħmar skur għal vjola. Huma ċari u luminużi. L-inbejjed bojod għandhom togħmiet ta’ fjuri u togħmiet li jfakkru fil-frott fil-ġulepp, bi ħjiel ta’ frott misjur. L-inbejjed ħomor għandhom togħmiet ta’ frott priservat, żbib u ġewż. Għandhom livell tajjeb ta’ aċidità, u huma bbilanċjati u eleganti.

Diossidu tal-kubrit: 175 si > 5 grs/l glukożju u fruttożju.

Il-kontenut ta’ aċidu volatili massimu huwa ta’ 25 milliekwivalenti għal kull litru, peress li dawn huma nbejjed b’qawwa alkoħolika totali b’volum ta’ 15 % vol. jew aktar. Dan huwa skont ir-deroga stabbilita fil-punt 3 tal-Anness I C tar-Regolament (KE) Nru 606/2009.

Il-limiti għall-parametri analitiċi li mhumiex imsemmija hawnhekk għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

4,5 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

130

Inbid frizzanti

L-inbejjed frizzanti żgħażagħ huma prattikament bla kulur. L-inbejjed frizzanti li jitqiegħdu fil-bittija għandhom kulur aktar qawwi. L-inbejjed frizzanti rosé għandhom kulur li jvarja bejn il-qoxra tal-basal u l-vjola li jagħti fir-roża.

Fil-każijiet kollha, l-inbid għandu dehra luminuża. Il-bżieżaq huma żgħar, u rilaxxati bil-mod għal perjodu fit-tul u jiffurmaw katini twal. It-togħmiet ifakkru fil-mod ta’ kif huma magħmula minn inbejjed preċedenti, mill-awtoliżi tan-naqal. Fil-palat l-inbid għandu aċidità bilanċjata u lixxa. Iħallu togħma nadifa u dewwiema.

Il-limiti għall-parametri analitiċi li mhumiex imsemmija hawnhekk iridu jikkonformaw mar-regolamenti rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

160

Inbid semifrizzanti

L-inbejjed bojod frizzanti huma ta’ lewn it-tiben, b’menisku dehbi ċar. L-inbejjed rosé huma vjola li jagħti fir-roża b’lewn ta’ intensità medja.

Huma ċari u luminużi. Il-bżieżaq u l-kolonni tal-bżieżaq huma żgħar. L-aroma hija tal-frott b’togħmiet tat-tieni fermentazzjoni. Fil-palat, l-inbid huwa frisk u togħma ta’ frott, u jħallu togħma dewwiema.

Il-limiti għall-parametri analitiċi li mhumiex imsemmija hawnhekk iridu jikkonformaw mar-regolamenti rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

4,5 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

160

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Il-prattika enoloġika speċifika

It-tekniki użati għat-trattament tal-għeneb, il-most u l-inbid, il-kontroll tal-fermentazzjoni u l-ipproċessar iridu jkunu mfassla għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-aqwa kwalità. Jistgħu jintużaw biss sistemi mekkaniċi li ma jagħmlux ħsara jew li ma jissostitwixxux il-partijiet solidi tal-għanqud għall-estrazzjoni tal-most jew tal-inbid. Ma jistgħux jintużaw prassi li jinvolvu t-tisħin minn qabel tal-għeneb jew it-tisħin tal-most jew tal-inbejjed meta jkun hemm il-karfa, bl-għan li tiġi sfurzata l-estrazzjoni tal-materjal koloranti. Trid tiġi applikata l-pressa adattata għall-estrazzjoni tal-most jew tal-inbid u s-separazzjoni tiegħu mill-karfa, sabiex ir-rendiment ma jkunx iktar minn 70 litru tal-inbid għal kull 100 kilogramma ta’ għalla maħsuda.

b.   Rendiment massimu

11 000 ettolitru għal kull ettaru

77 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Pla i Llevant” hija magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin, li jinsabu fil-gżira ta’ Majorka: Algaida, Ariany, Arta, Campos, Capdepera, Felanitx, Llucmajor, Manacor, Maria de la Salut, Montuíri, Muro, Petra, Porreres, Sant Joan, Sant Llorenc des Cardassar, Santa Margalida, Santanyi, Sineu u Vilafranca de Bonany, li l-Kunsill Governattiv ikklassifika bħala adattati għall-produzzjoni tal-għeneb tal-varjetajiet indikati.

7.   L-għeneb tal-inbid ewlieni

 

PENSAL BLANCA, sinonimu ta’: MOLL

 

CALLET

 

GORGOLLASSA

 

GIRO ROS

 

FOGONEU

 

MANTO NEGRO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Inbid

Id-dwieli huma kkaratterizzati min-natura tal-gżira tar-reġjun u l-lokalità tagħhom, li tinsab kważi fil-livell tal-baħar. Ir-riħ “Embat” tar-reġjun jipprovdi l-frisk, l-umdità u s-salinità. Jolqot lit-tip ta’ tkabbir tad-dwieli peress li l-frott jiġi espost għall-arja permezz taż-żabra ekoloġika u billi jiġu pprovdut livell għoli ta’ melħ. Il-livelli għoljin tar-raġġi tax-xemx jippromwovu s-sinteżi tal-komposti fenoliċi, jipprovdu konċentrazzjoni għolja tat-togħmiet u kontenut għoli ta’ alkoħol, inbejjed ħomor b’lewn ta’ intensità medja u għolja, u nbejjed bojod b’dehra ċara. Il-ħamrija ġibsija trawwem il-preżenza tal-aromatiċi. B’din it-taħlita ta’ fatturi, l-inbejjed tal-“Pla i Llevant” għandhom karattru uniku li fihom aċidità integrata tajjeb li tagħti l-istruttura tipika u l-qawwa tal-inbejjed.

Inbid frizzanti, semifrizzanti u likur

Il-karatteristiċi differenti tal-inbejjed frizzanti, semifrizzanti u likuri tal-“Pla i Llevant” DOP ġejjin mill-kwalità differenti tal-inbid ta’ bażi li jintuża biex minnu jsiru l-inbejjed.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: Dispożizzjonijiet ulterjuri dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-tikketta jrid ikollha l-isem u l-logo tal-“Pla i Llevant” DOP.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: L-imballaġġ fiż-żona demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-ibbottiljar irid isir fiż-żona tal-produzzjoni minħabba l-importanza tiegħu għall-kwalità tal-prodott finali. L-aqwa kundizzjonijiet huma iktar assigurati jekk l-ibbottiljar isir minn impriżi stabbiliti fl-istess reġjun tal-fabbriki tal-inbid koperti mid-denominazzjoni u li joperaw taħt il-kontroll dirett tagħhom, peress li għandhom esperjenza speċjalizzata u b’mod speċjali, għandhom għarfien profond tal-karatteristiċi speċifiċi tal-inbid inkwistjoni. Il-fliexken li jinbiegħ fihom l-inbid għall-konsum irid ikollhom siġilli, tikketta jew tikketta sekondarja numerata ta’ garanzija maħruġa mill-korp ta’ spezzjoni, li jitwaħħlu mill-fabbrika tal-inbid innifisha. Il-korp ta’ spezzjoni jrid jibgħat notifika bil-miktub minn qabel jekk irid jiġi maħżun inbid minn reġjuni ġeografiċi oħra. Il-ħżin ikun awtorizzat skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: Inbid fi fliexken b’kapaċità ta’ < 15 L. Fliexken tikkettati fil-post tal-oriġini.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.caib.es/sites/qualitatagroalimentaria/es/pla_i_llevant-46239/


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/11


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/08)

Stat Membru

il-Portugall

Rotot ikkonċernati

Porto Santo — Funchal — Porto Santo

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Tliet (3) snin wara l-bidu tal-operat

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

68 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku mmodifikati

Id-dokumenti kollha huma disponibbli fuq:

http://www.saphety.com

u

mill-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili

concurso.osp@anac.pt

Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil:

Ministério do Planeamento e das Infraestruturas

Gabinete do Secretário de Estado das Infraestruturas

Av. Barbosa do Bocage n.o 5 – 2.o andar

1049-039 Lisbon

PORTUGAL

Posta elettronika: gab.infraestruturas@mpi.gov.pt


29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/12


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

(2017/C 284/09)

Stat Membru

Il-Portugall

Rotta

Porto Santo – Funchal – Porto Santo

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-15 ta’ Marzu 2018

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Id-dokumenti kollha huma disponibbli fuq:

http://www.saphety.com

u

mingħand l-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Portugall

concurso.osp@anac.pt

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja:

Ministério do Planeamento e das Infraestruturas

Gabinete do Secretário de Estado das Infraestruturas

Av. Barbosa do Bocage n.o 5 – 2.o andar

1049-039 Lisboa

PORTUGAL

Posta elettronika: gab.infraestruturas@mpi.gov.pt


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8513 — Infineon Technologies/SAIC Motor/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 284/10)

1.

Fil-21 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi SAIC Motor Corporation Limited (“SAIC Motor”, iċ-Ċina), u Infineon Technologies AG (“Infineon”, il-Ġermanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża SAIC Infineon Automotive Power Modules (Shanghai) Co., Ltd (“SAIC Infineon Modules”, iċ-Ċina) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SAIC Motor hija produttur tal-karozzi Ċiniżi kkwotata fis-Suq A taċ-Ċina. L-attivitajiet tagħha jkopru l-oqsma tar-riċerka, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-vetturi kemm ta’ karozzi tal-passiġġieri u kemm vetturi kummerċjali. Hija tkopri wkoll komponenti (inklużi magni, settijiet ta’ gerijiet, sistemi tal-motopropulsjoni, ix-xażi, l-intern u l-estern u diversi komponenti elettroniċi), u l-loġistika, it-telematika tal-vetturi, tranżazzjonijiet u autofinanzjament ta’ vetturi użati;

Infineon hija kkwotata fil-Borża ta’ Frankfurt u l-oqsma prinċipali tan-negozju tagħha huma Automotive (semikondutturi għall-motopropulsjoni, elettronika tal-konvenzjenza u sistemi tas-sigurtà), Industrial Power Control (semikondutturi tal-enerġija u moduli użati fil-produzzjoni, it-trasmissjoni u l-konsum tal-enerġija elettrika), Power Management and Multimarket (semikondutturi għal ġestjoni effiċjenti tal-enerġija u l-applikazzjonijiet ta’ frekwenza għolja) u ċ-Chip Card Security;

SAIC Infineon Modules se tipproduċi u tbigħ moduli tal-enerġija IGBT ibbażati fuq il-qafas tal-karozzi (semikondutturi tal-enerġija) għal vetturi ibridi u dawk kompletament elettriċi fiċ-Ċina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8513 — Infineon Technologies/SAIC Motor/JV, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.