ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
21 ta' Awwissu 2017


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 277/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 277/02

Kawża C-258/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Eugenia Florescu et vs Casa Judeţeană de Pensii Sibiu et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 143 TFUE — Diffikultajiet dwar il-bilanċ tal-pagamenti ta’ Stat Membru — Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea — Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru benefiċjarju — Politika soċjali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kumulu bejn pensjoni tal-irtirar pubblika u dħul mis-salarju li jirriżulta mit-twettiq ta’ attivitajiet ma’ istituzzjoni pubblika — Differenza fit-trattament bejn il-persuni li t-tul tal-ħatra tagħhom huwa previst mill-kostituzzjoni u l-imħallfin professjonali)

2

2017/C 277/03

Kawża C-368/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn Ilves Jakelu Oy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 97/67/KE — Artikolu 9 — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Servizzi postali — Kunċetti ta’ servizz universali u ta’ rekwiżiti essenzjali — Awtorizzazzjonijiet ġenerali u individwali — Awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizzi postali sabiex jiġu eżegwiti kuntratti nnegozjati individwalment — Kundizzjonijiet imposti)

3

2017/C 277/04

Kawża C-436/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3(1) — Finanzjament abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni — Proġett ta’ żvilupp ta’ sistema reġjonali ta’ immaniġġjar ta’ skart — Irregolaritajiet — Kunċett ta’ programm multiannwali — Għeluq definittiv tal-programm multiannwali — Terminu ta’ preskrizzjoni)

4

2017/C 277/05

Kawża C-513/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn Agrodetalė UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Suq intern — Approvazzjoni tat-tip tal-KE — Direttiva 2003/37/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti — Tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ vetturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz — Kunċetti ta’ ‘vettura ġdida’ u ta’ dħul fis-servizz)

5

2017/C 277/06

Kawża C-549/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – E.ON Biofor Sverige AB vs Statens energimyndighet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Promozzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli — Bijokarburanti użati għat-trasport — Direttiva 2009/28/KE — Artikolu 18(1) — Sistema ta’ ‘bilanċ tal-massa’ intiża li jiġi żgurat li l-bijogass jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti — Validità — Artikoli 34 u 114 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-bilanċ tal-massa jitwettaq f’post iddefinit b’mod ċar — Prassi tal-awtorità nazzjonali kompetenti li taċċetta li din il-kundizzjoni tista’ tkun issodisfatta meta l-bijogass sostenibbli jiġi ttrasportat permezz tan-netwerk tal-gass nazzjonali — Ordni tal-imsemmija awtorità li teskludi li din l-istess kundizzjoni tista’ tiġi ssodisfatta fil-każ ta’ importazzjoni minn Stati Membri oħra ta’ bijogass sostenibbli permezz tan-netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi — Moviment liberu tal-merkanzija)

5

2017/C 277/07

Kawża C-587/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius, Jurgita Dockevičienė (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Inċident li seħħ fl-2006 bejn vetturi li normalment huma bbażati fi Stati Membri differenti — Regolament ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Assiguraturi tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2009/103/KE — Inapplikabbiltà ratione temporis — Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE u 2000/26/KE — Inapplikabbiltà ratione materiae — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Inapplikabbiltà — Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni)

6

2017/C 277/08

Kawża C-591/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales) Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 355(3) TFUE — Status ta’ Ġibiltà — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sitwazzjoni purament interna — Inammissibbiltà)

7

2017/C 277/09

Kawża C-610/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Ziggo BV, XS4ALL Internet BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2001/29/KE — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati — Artikolu 3(1) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Kunċett — Pjattaforma ta’ qsim online — Qsim ta’ fajls protetti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur)

8

2017/C 277/10

Kawża C-621/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – N. W, L. W, C. W vs Sanofi Pasteur MSD SNC, Caisse primaire d’assurance maladie des Hauts-de-Seine, Carpimko (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 85/374/KEE — Responsabbiltà għal prodotti difettużi — Artikolu 4 — Laboratorji farmaċewtiċi — Tilqim kontra l-epatite B — Sklerożi multipla — Prova ta’ tilqim difettuż u ta’ rabta kawżali bejn id-difett u d-dannu mġarrab — Oneru tal-prova — Metodi ta’ prova — Assenza ta’ kunsens xjentifiku — Indizji gravi, preċiżi u konkordanti li għandhom jiġu evalwati mill-qorti li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet)

8

2017/C 277/11

Kawża C-678/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/39/KE — Swieq ta’ strumenti finanzjarji — Artikolu 4(1)(2) — Kunċett ta’ servizzi ta’ investiment — Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I — Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar — Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll)

9

2017/C 277/12

Kawża C-685/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Online Games Handels GmbH et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru — Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-qorti li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-proċedura kontra ksur amministrattiv ta’ natura kriminali — Konformità)

10

2017/C 277/13

Kawża C-9/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra A [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikoli 20 u 21 — Qsim tal-fruntieri interni — Verifiki fit-territorju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuni maqbuda f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera komuni mal-Istati l-oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Possibbiltà ta’ kontroll indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti ċerti miżuri ta’ kontroll tal-persuni fi ħdan stazzjon tal-ferrovija]

10

2017/C 277/14

Kawża C-19/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) Nru 881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi inklużi fil-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti — Inklużjoni mill-ġdid ta’ dawn il-persuni fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 wara l-annullament tal-inklużjoni inizjali — Għajbien tal-persuna ġuridika matul il-proċedura — Locus standi in judicio)

11

2017/C 277/15

Kawża C-20/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Wolfram Bechtel, Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Dħul irċevut fi Stat Membru barra milll-Istat Membru ta’ residenza — Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva tal-progressività fl-Istat Membru ta’ residenza — Kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq id-dħul irċevut fi Stat Membru barra mill-Istat ta’ residenza — Tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet — Kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta diretta mad-dħul eżentat)

12

2017/C 277/16

Kawża C-26/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 138(2)(a) — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid — Residenza tax-xerrej fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Reġistrazzjoni provviżorja fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Riskju ta’ frodi fiskali — Bona fide tal-bejjiegħ — Obbligu ta’ diliġenza tal-bejjiegħ)

12

2017/C 277/17

Kawża C-38/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Rimbors tal-VAT mħallsa indebitament — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Modalitajiet — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ newtralità fiskali — Prinċipju ta’ effettività — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi terminu ta’ preskrizzjoni)

13

2017/C 277/18

Kawża C-49/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Unibet International Ltd. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu provduti servizzi — Restrizzjonijiet — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online — Impossibbiltà prattika tal-kisba ta’ tali awtorizzazzjoni għall-operaturi privati stabbiliti fi Stati Membri oħra)

14

2017/C 277/19

Kawża C-75/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Verona – l-Italja) – Livio Menini, Maria Antonia Rampanelli vs Banco Popolare – Società Cooperativa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) — Direttiva 2008/52/KE — Direttiva 2013/11/UE — Artikolu 3(2) — Oppożizzjoni magħmula minn konsumaturi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas ippreżentata minn stabbiliment ta’ kreditu — Dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-użu obbligatorju ta’ proċedura ta’ medjazzjoni — Obbligu ta’ assistenza minn avukat — Rekwiżit għall-ammissibbiltà tal-azzjoni ġudizzjarja)

15

2017/C 277/20

Kawża C-126/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Artikoli 3 sa 5 — Trasferiment ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Eċċezzjonijiet — Proċeduri ta’ insolvenza — pre-pack — Sopravivenza ta’ impriża

15

2017/C 277/21

Kawża C-249/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Saale Kareda vs Stefan Benkö (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 7(1) — Kunċetti ta’ materji kuntrattwali u ta’ provvista ta’ servizzi — Azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri in solidum ta’ kuntratt ta’ kreditu — Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu)

16

2017/C 277/22

Kawża C-279/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Latvja (Appell — Rikors għal annullament — FAEGG, FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea — Spejjeż li saru mir-Renju ta’ Spanja)

17

2017/C 277/23

Kawża C-349/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – T.KUP SAS vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dumping — Regolament (KE) Nru 1472/2006 — Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam — Validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 — Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri antidumping li ser jiskadu — Importaturi indipendenti — Teħid ta’ kampjuni — Interess tal-Unjoni Ewropea)

17

2017/C 277/24

Kawża C-422/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Trier – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs TofuTown.com GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli — Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Artikolu 78 u l-Parti III tal-Anness VII — Deċiżjoni 2010/791/UE — Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ — Ħalib u prodotti tal-ħalib — Denominazzjonijiet użati għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali)

18

2017/C 277/25

Kawżi magħquda C-444/16 u C-445/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Immo Chiaradia SPRL (C-444/16), Docteur De Bruyne SPRL (C-445/16) vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 78/660/KEE — Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji — Prinċipju ta’ stampa vera — Prinċipju ta’ prudenza — Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha)

19

2017/C 277/26

Kawża C-449/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Genova – l-Italja) – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 3 — Benefiċċji tal-familja — Direttiva 2011/98/UE — Artikolu 12 — Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess uniku)

19

2017/C 277/27

Kawża C-662/16: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 mil-Laboratoire de la mer mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-109/16 – Laboratoire de la mer vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Trade marks u Disinni)

20

2017/C 277/28

Kawża C-37/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2017 minn Rudolf Keil kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-330/15 – Rudolf Keil vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

20

2017/C 277/29

Kawża C-87/17 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 minn CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-655/16, CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20

2017/C 277/30

Kawża C-177/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fil-5 ta’ April 2017 – Demarchi Gino S.a.s. vs Ministero della Giustizia

21

2017/C 277/31

Kawża C-178/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fil-5 ta’ April 2017 – Graziano Garavaldi vs Ministero della Giustizia

21

2017/C 277/32

Kawża C-207/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di primo grado di Bolzano (l-Italja) fil-21 ta’ April 2017 – Rotho Blaas Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

22

2017/C 277/33

Kawża C-216/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2017 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl vs Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica – Sebino (ASST) et

23

2017/C 277/34

Kawża C-270/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 — Openbaar Ministerie vs Tadas Tupikas

24

2017/C 277/35

Kawża C-271/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 – Openbaar Ministerie vs Sławomir Andrzej Zdziaszek

24

2017/C 277/36

Kawża C-272/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 – K. M. Zyla vs Staatssecretaris van Financiën

25

2017/C 277/37

Kawża C-322/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Eugen Bogatu vs Minister for Social Protection

26

2017/C 277/38

Kawża C-323/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-30 ta’ Mejju 2017 – People Over Wind, Peter Sweetman vs Coillte Teoranta

26

2017/C 277/39

Kawża C-345/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 — Sergejs Buivids

27

2017/C 277/40

Kawża C-382/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

27

2017/C 277/41

Kawża C-383/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

28

2017/C 277/42

Kawża C-415/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 277/43

Kawża T-67/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja — Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni — Spejjeż relatati mal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dannu — Rabta kawżali — Ilment — Ftuħ tal-investigazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

30

2017/C 277/44

Kawża T-74/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM — Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni — Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

30

2017/C 277/45

Kawża T-343/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – EUIPO vs Hotel Cipriani (CIPRIANI) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CIPRIANI — Assenza ta’ mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ ksur ta’ dritt għal isem ta’ persuna magħrufa — Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009]

31

2017/C 277/46

Kawża T-1/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM — Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni — Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Politika soċjali tal-Istati Membri — Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

32

2017/C 277/47

Kawża T-215/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Azarov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

32

2017/C 277/48

Kawża T-221/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Arbuzov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà)

33

2017/C 277/49

Kawża T-234/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Systema Teknolotzis vs Il-Kummissjoni [Is-Seba’ Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehimiet ta’ sussidju għall-proġetti PlayMancer, Mobiserv u PowerUp — Artikolu 299 TFUE — Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Dmir ta’ diliġenza — Obbligu ta’ motivazzjoni]

34

2017/C 277/50

Kawża T-287/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Tayto Group vs EUIPO – MIP Metro (real) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea real — Użu ġenwin — Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv — Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu tat-trade mark minn terz — Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Prova ta’ użu ġenwin — Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

34

2017/C 277/51

Kawża T-333/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Josel vs EUIPO – Nationale-Nederlanden Nederland (NN) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindikj l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali NN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NN — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti minħabba elementi li jibdlu l-karattru distintiv]

35

2017/C 277/52

Kawża T-392/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji — Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Offerta anormalment baxxa

36

2017/C 277/53

Kawża T-623/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Lidl Stiftung vs EUIPO (JEDE FLASCHE ZÄHLT!) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea JEDE FLASCHE ZÄHLT! — Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

36

2017/C 277/54

Kawża T-3/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Allstate Insurance vs EUIPO (DRIVEWISE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DRIVEWISE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

37

2017/C 277/55

Kawża T-27/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Frott u ħaxix — Żball ta’ liġi — Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 — Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 — Prinċipju ta’ nullum crimen sine lege — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

37

2017/C 277/56

Kawża T-63/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – E-Control vs ACER [Enerġija — Kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil transkonfinali ta’ elettriku — Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku — Kompatibbiltà mar-Regolament (KE) Nru 714/2009 — Avviż tal-ACER — Kunċett ta’ deċiżjoni appellabbli quddiem l-ACER — Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER li tiċħad l-appell bħala inammissibbli — Żball ta’ liġi — Obbligu ta’ motivazzjoni]

38

2017/C 277/57

Kawża T-81/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Pirelli Tyre vs EUIPO (Żewġ strixxi mgħawġa mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009]

39

2017/C 277/58

Kawża T-90/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Murphy vs EUIPO– Nike Innovate (Wristband elettronika) [Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta wristband elettronika — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002]

39

2017/C 277/59

Kawża T-306/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Gamet vs EUIPO – Metal-Bud II Robert Gubała (Pum ta’ bieb) [Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pum ta’ bieb — Disinn preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Assenza ta’ impressjoni ġenerali differenti — Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002]

40

2017/C 277/60

Kawża T-359/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TestBild — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti test — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv intrinsiku — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

41

2017/C 277/61

Kawża T-406/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Lulju 2017 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ nullità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JAPRAG — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti JAPAN-RAG — Raġuni arelattiva għal rifjut — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

41

2017/C 277/62

Kawżi Magħquda T-427/16 sa T-429/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – Martín Osete vs EUIPO – Rey (AN IDEAL WIFE ET) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea AN IDEAL WIFE, AN IDEAL LOVER u AN IDEAL HUSBAND — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade marks — Artikoli 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ raġuni ġusta għan-nuqqas ta’ użu)

42

2017/C 277/63

Kawża T-448/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr.KEBAB — Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MISTER KEBAP — Raġuni elattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

43

2017/C 277/64

Kawża T-470/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – X-cen-tek vs EUIPO [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta trijanglu — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

43

2017/C 277/65

Kawża T-479/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (AROMASENSATIONS) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AROMASENSATIONS — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

44

2017/C 277/66

Kawża T-506/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dmir ta’ premura — Artikolu 11(3) tar-Regoli Intereni tal-BEI)

44

2017/C 277/67

Kawża T-508/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema tal-bonuses — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dmir ta’ premura — Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI — Ugwaljanza fit-trattament)

45

2017/C 277/68

Kawża T-282/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 –  UI ( *1 ) vs Il-Kunsill

46

2017/C 277/69

Kawża T-338/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2017 – Air France vs Il-Kummissjoni

46

2017/C 277/70

Kawża T-377/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2017 – SQ vs BEI

48

2017/C 277/71

Kawża T-399/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 – Dalli vs Il-Kummissjoni

49

2017/C 277/72

Kawża T-402/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (Vienna House)

50

2017/C 277/73

Kawża T-403/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (VIENNA HOUSE)

51

2017/C 277/74

Kawża T-411/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB

51

2017/C 277/75

Kawża T-413/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Karl Storz vs EUIPO (3D)

52

2017/C 277/76

Kawża T-414/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

53

2017/C 277/77

Kawża T-416/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (fino)

53

2017/C 277/78

Kawża T-417/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)

54

2017/C 277/79

Kawża T-418/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Eduard Meier vs EUIPO – Calzaturificio Elisabet (Safari Club)

55

2017/C 277/80

Kawża T-419/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL#3)

55

2017/C 277/81

Kawża T-420/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Portigon vs SRB

56

2017/C 277/82

Kawża T-425/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Capo d’Anzio vs Il-Kummissjoni

57

2017/C 277/83

Kawża T-426/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2017 – Item Industrietechnik vs EUIPO (EFUSE)

59

2017/C 277/84

Kawża T-427/17: Rikors ippreżentat fil-5 Lulju 2017 – Item Industrietechnik vs EUIPO (EFUSE)

59

2017/C 277/85

Kawża T-428/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)

60

2017/C 277/86

Kawża T-778/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – It Works vs EUIPO – KESA Holdings Luxembourg (IT it WORKS)

60

2017/C 277/87

Kawża T-53/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2017 – Austrian Power Grid vs ACER

61


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 277/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 269, 14.8.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 256, 7.8.2017

ĠU C 249, 31.7.2017

ĠU C 239, 24.7.2017

ĠU C 231, 17.7.2017

ĠU C 221, 10.7.2017

ĠU C 213, 3.7.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Eugenia Florescu et vs Casa Judeţeană de Pensii Sibiu et

(Kawża C-258/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 143 TFUE - Diffikultajiet dwar il-bilanċ tal-pagamenti ta’ Stat Membru - Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea - Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru benefiċjarju - Politika soċjali - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kumulu bejn pensjoni tal-irtirar pubblika u dħul mis-salarju li jirriżulta mit-twettiq ta’ attivitajiet ma’ istituzzjoni pubblika - Differenza fit-trattament bejn il-persuni li t-tul tal-ħatra tagħhom huwa previst mill-kostituzzjoni u l-imħallfin professjonali))

(2017/C 277/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eugenia Florescu, Ioan Poiană, Cosmina Diaconu (fil-kwalità ta’ eredi ta’ Mircea Bădilă,), Anca Vidrighin (fil-kwalità ta’ eredi ta’ M. Bădilă), Eugenia Elena Bădilă (fil-kwalità ta’ eredi ta’ M. Bădilă)

Konvenuti: Casa Judeţeană de Pensii Sibiu, Casa Naţională de Pensii şi alte Drepturi de Asigurări Sociale, Ministerul Muncii, Familiei şi Protecţiei Sociale, Statul român, Ministerul Finanţelor Publice

Dispożittiv

1)

Il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija, konkluż f’Bukarest u fi Brussell fit-23 ta’ Ġunju 2009, għandu jitqies li huwa att adottat minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, li jista’ jiġi suġġett għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

2)

Il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija, konkluż f’Bukarest u fi Brussell fit-23 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-projbizzjoni li l-pensjoni tal-irtirar netta fis-settur pubbliku tiġi akkumulata mad-dħul minn attivitajiet imwettqa ma’ istituzzjonijiet pubbliċi jekk il-livell tagħha jeċċedi l-livell tas-salarju gross medju nazzjonali li serva ta’ bażi għall-istabbiliment tal-baġit tas-sigurtà soċjali tal-Istat.

3)

L-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-projbizzjoni li l-pensjoni tal-irtirar netta fis-settur pubbliku tiġi akkumulata mad-dħul minn attivitajiet imwettqa ma’ istituzzjonijiet pubbliċi jekk il-livell tagħha jeċċedi ċertu livell.

4)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-interpretazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi li l-projbizzjoni prevista minnha li l-pensjoni tal-irtirar netta tiġi akkumulata mad-dħul minn attivitajiet ma’ istituzzjonijiet pubbliċi jekk il-livell ta’ din il-pensjoni jeċċedi l-livell tas-salarju gross medju nazzjonali li serva ta’ bażi għall-istabbiliment tal-baġit tas-sigurtà soċjali tal-Istat tapplika għall-imħallfin professjonali, iżda mhux għall-persuni li nħatru b’mandat previst mill-kostituzzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn Ilves Jakelu Oy

(Kawża C-368/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 9 - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Servizzi postali - Kunċetti ta’ servizz universali u ta’ rekwiżiti essenzjali - Awtorizzazzjonijiet ġenerali u individwali - Awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizzi postali sabiex jiġu eżegwiti kuntratti nnegozjati individwalment - Kundizzjonijiet imposti))

(2017/C 277/03)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ilves Jakelu Oy

fil-preżenta ta’: Liikenne- ja viestintäministeriö

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz li tibgħat posta bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqax taħt is-servizz universali jekk huwa ma jikkorrispondix għal offerta ta’ servizzi postali ta’ kwalità ddeterminata, ipprovduti fuq bażi permanenti mill-punti kollha fit-territorju u bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha. Il-provvista tas-servizz li tibgħat posta li ma jaqax taħt is-servizz universali jista’ jkun biss suġġett għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ġenerali.

2)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/6, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi postali li ma jaqgħux taħt is-servizz universali jista’ jiġi ssuġġettat għal rekwiżiti bħal dawk fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) ta’ din id-direttiva, kif emendata.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras” UAB

(Kawża C-436/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3(1) - Finanzjament abbażi tal-Fond ta’ Koeżjoni - Proġett ta’ żvilupp ta’ sistema reġjonali ta’ immaniġġjar ta’ skart - Irregolaritajiet - Kunċett ta’ “programm multiannwali” - Għeluq definittiv tal-programm multiannwali - Terminu ta’ preskrizzjoni))

(2017/C 277/04)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra

Konvenuta:“Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras” UAB

Fil-Preżenza ta’: Lietuvos Respublikos finansų ministerija, “Skirnuva” UAB, “Parama” UAB, “Alkesta” UAB, “Dzūkijos statyba” UAB

Dispożittiv

1)

Proġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-iskart f’reġjun determinat u li l-implementazzjoni tiegħu kienet ippjanata fuq diversi snin u ffinanzjata minn riżorsi tal-Unjoni Ewropea, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “programm multiannwali”, fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea.

2)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ irregolarità mwettqa fil-kuntest ta’ “programm multiannwali”, bħall-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jibda jiddekorri mid-data tat-twettiq tal-irregolarità inkwistjoni, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, filwaqt li jiġi ppreċiżat li, jekk din tkun irregolarità “kontinwa jew ripetuta”, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-jum meta ntemmet l-irregolarità, konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.

Barra minn hekk, “programm multiannwali” jitqies li “jitwaqqaf definittivament”, fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, fid-data tat-tmiem prevista għal dan il-programm, skont ir-regoli li japplikaw għalih. B’mod partikolari, programm multiannwali rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1264/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1265/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, kif ukoll bl-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jitqies li “jitwaqqaf definittivament”, fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija, fid-data indikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tapprova lil dan il-proġett bħala data limitu għat-tlestija tax-xogħolijiet u għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet tal-ispejjeż eliġibbli relatati miegħu, mingħajr preġudizzju għal estensjoni eventwali, permezz ta’ deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni f’dan is-sens.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn “Agrodetalė” UAB

(Kawża C-513/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Approvazzjoni tat-tip tal-KE - Direttiva 2003/37/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti - Tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ vetturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz - Kunċetti ta’ ‘vettura ġdida’ u ta’ “dħul fis-servizz”))

(2017/C 277/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

“Agrodetalė” UAB

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE, tat-18 ta’ Marzu 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ewwel tqegħid fis-suq u r-reġistrazzjoni, fi Stat Membru, ta’ tratturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz huma suġġetti għall-osservanza tar-rekwiżiti tekniċi previsti minn din.

2)

L-Artikolu 23(1)(b) tad-Direttiva 2003/37, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ din japplikaw għall-vetturi użati, li jaqgħu taħt il-kategoriji T1, T2 u T3, importati fl-Unjoni Ewropea minn pajjiż terz, meta jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni għall-ewwel darba mill-1 ta’ Lulju 2009.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – E.ON Biofor Sverige AB vs Statens energimyndighet

(Kawża C-549/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Promozzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Bijokarburanti użati għat-trasport - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 18(1) - Sistema ta’ ‘bilanċ tal-massa’ intiża li jiġi żgurat li l-bijogass jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti - Validità - Artikoli 34 u 114 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-bilanċ tal-massa jitwettaq f’post iddefinit b’mod ċar - Prassi tal-awtorità nazzjonali kompetenti li taċċetta li din il-kundizzjoni tista’ tkun issodisfatta meta l-bijogass sostenibbli jiġi ttrasportat permezz tan-netwerk tal-gass nazzjonali - Ordni tal-imsemmija awtorità li teskludi li din l-istess kundizzjoni tista’ tiġi ssodisfatta fil-każ ta’ importazzjoni minn Stati Membri oħra ta’ bijogass sostenibbli permezz tan-netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi - Moviment liberu tal-merkanzija))

(2017/C 277/06)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Linköping

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.ON Biofor Sverige AB

Konvenuta: Statens energimyndighet

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex intiż li joħloq, għall-Istati Membri, obbligu li jawtorizzaw l-importazzjonijiet, permezz tan-netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi tagħhom, ta’ bijogass li jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva u li jkun intiż li jintuża bħala bijokarburant.

2)

L-eżami tat-tieni domanda ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28.

3)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ordni, bħall-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha awtorità nazzjonali jkollha l-intenzjoni teskludi li operatur ekonomiku jkun jista’ jimplementa sistema tal-bilanċ tal-massa, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28, fir-rigward tal-bijogass sostenibbli ttrasportat f’netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi, bis-saħħa ta’ dispożizzjoni adottata minn din l-awtorità li tipprovdi li tali bilanċ tal-massa għandu jitwettaq “f’post iddefinit b’mod ċar”, meta fl-istess waqt l-imsemmija awtorità taċċetta, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, li sistema tal-bilanċ tal-massa tista’ tiġi implementata fir-rigward ta’ bijogass sostenibbli ttrasportat fin-netwerk tal-gass nazzjonali tal-Istat Membru ta’ din l-istess awtorità.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius, Jurgita Dockevičienė

(Kawża C-587/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Inċident li seħħ fl-2006 bejn vetturi li normalment huma bbażati fi Stati Membri differenti - Regolament ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Assiguraturi tal-Istati Membri - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2009/103/KE - Inapplikabbiltà ratione temporis - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE u 2000/26/KE - Inapplikabbiltà ratione materiae - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Inapplikabbiltà - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni))

(2017/C 277/07)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras

Konvenuti: Gintaras Dockevičius, Jurgita Dockevičienė

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, b’mod preliminari, fuq il-kap tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju li jirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament Ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji, adottati permezz ta’ ftehim konkluż fit-30 ta’ Mejju 2002 bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħra u li jinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE, tat-28 ta’ Lulju 2003, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur.

Peress li d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà ma hijiex applikabbli ratione temporis għat-tilwima fil-kawża prinċipali,

peress li d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, id-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14, u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE, ma humiex applikabbli ratione materiae għal din it-tilwima u, għaldaqstant,

peress li l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fin-nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tagħha, lanqas ma huwa applikabbli għal din it-tilwima,

dawn id-direttivi u l-Artikolu 47 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, f’dan il-każ, il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-qorti tar-rinviju li abbażi tagħha, għall-finijiet tar-rikors surrogatorju, huwa l-Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras (uffiċċju tal-assiguraturi tal-vetturi bil-muturi tar-Repubblika tal-Litwanja) li għandu l-oneru tal-prova fir-rigward tal-elementi kollha li jistabbilixxu r-responsabbiltà ċivili tal-konvenuti fil-kawża prinċipali għall-inċident li seħħ fl-20 ta’ Lulju 2006.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales) Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

(Kawża C-591/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 355(3) TFUE - Status ta’ Ġibiltà - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà))

(2017/C 277/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales) Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

Dispożittiv

L-Artikolu 355(3) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi minn operaturi stabbiliti f’Ġibiltà lil persuni stabbiliti fir-Renju Unit tikkostitwixxi, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati għal ħdan Stat Membru wieħed.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

(Kawża C-610/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Kunċett - Pjattaforma ta’ qsim online - Qsim ta’ fajls protetti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur))

(2017/C 277/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stichting Brein

Konvenuti: Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni, fuq l-internet, ta’ pjattaforma ta’ qsim li, permezz tal-indiċjar ta’ metadata dwar xogħlijiet protetti u tal-provvista ta’ mutur ta’ riċerka, tippermetti lill-utenti ta’ din il-pjattaforma jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – N. W, L. W, C. W vs Sanofi Pasteur MSD SNC, Caisse primaire d’assurance maladie des Hauts-de-Seine, Carpimko

(Kawża C-621/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Artikolu 4 - Laboratorji farmaċewtiċi - Tilqim kontra l-epatite B - Sklerożi multipla - Prova ta’ tilqim difettuż u ta’ rabta kawżali bejn id-difett u d-dannu mġarrab - Oneru tal-prova - Metodi ta’ prova - Assenza ta’ kunsens xjentifiku - Indizji gravi, preċiżi u konkordanti li għandhom jiġu evalwati mill-qorti li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet))

(2017/C 277/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: N. W, L. W, C. W

Konvenuti: Sanofi Pasteur MSD SNC, Caisse primaire d’assurance maladie des Hauts-de-Seine, Carpimko

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema probatorja bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li, meta l-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu jkollha kawża quddiemha dwar ir-responsabbiltà ta’ manifattur ta’ vaċċin minħabba l-allegat difett ta’ dan tal-aħħar, tali qorti tista’ tqis, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha f’dan ir-rigward, li minkejja l-konstatazzjoni li r-riċerka medika la tistabbilixxi u lanqas tinvalida l-eżistenza ta’ rabta bejn it-teħid tal-vaċċin u l-okkorrenza tal-marda li jbati minnha l-vittma, ċerti fatti invokati mir-rikorrent jikkostitwixxu provi gravi, preċiżi u konkordanti li jippermettu li tikkonkludi li hemm difett tal-vaċċin u rabta kawżali bejn dan id-difett u l-marda. Madankollu, il-qrati nazzjonali għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni korretta tagħha tal-imsemmija sistema probatorja la twassal sabiex l-oneru tal-prova stabbilit fl-Artikolu 4 ma jittiħidx inkunsiderazzjoni u lanqas sabiex tiġi kompromessa l-effettività tas-sistema probatorja stabbilita minn din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/374 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema probatorja li hija bbażata fuq preżunzjonijiet li jgħidu li, fil-każ ta’ riċerka medika li la tistabbilixxi u lanqas tinvalida l-eżistenza ta’ rabta bejn it-teħid tal-vaċċin u l-okkorrenza tal-marda li jbati minnha l-vittma, l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn id-difett attribbwibbli għall-vaċċin u d-dannu mġarrab mill-vittma dejjem titqies li hija stabbilita meta jkunu ġew ippreżentati ċerti provi fattwali ta’ kawżalità predeterminati.


(1)  ĠU C 48, 08.02.2016


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz

(Kawża C-678/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/39/KE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Artikolu 4(1)(2) - Kunċett ta’ “servizzi ta’ investiment” - Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I - Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar - Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll))

(2017/C 277/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammad Zadeh Khorassani

Konvenuta: Kathrin Pflanz

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, moqri flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fir-riċeviment u fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar ma jinkludix l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Online Games Handels GmbH et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich

(Kawża C-685/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru - Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-qorti li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-proċedura kontra ksur amministrattiv ta’ natura kriminali - Konformità))

(2017/C 277/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Online Games Handels GmbH, Frank Breuer, Nicole Enter, Astrid Walden

Konvenut: Landespolizeidirektion Oberösterreich

Dispożittiv

L-Artikoli 49 u 56 TFUE, kif interpretati b’mod partikolari fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Pfleger et (C-390/12, EU:C:2014:281), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux sistema proċedurali nazzjonali li tipprovdi li, fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi ta’ natura kriminali, il-qorti mitluba tiddeċiedi fuq il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, għandha teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-eżami tal-eżistenza ta’ ksur amministrattiv, sakemm tali sistema ma jkollhiex bħala konsegwenza li din il-qorti tkun mitluba tissostitwixxi ruħha flok l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li għandhom jipprovdu l-provi neċessarji sabiex jippermettu lill-imsemmija qorti tistħarreġ jekk din ir-restrizzjoni hijiex iġġustifikata.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra A

(Kawża C-9/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) - Artikoli 20 u 21 - Qsim tal-fruntieri interni - Verifiki fit-territorju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuni maqbuda f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera komuni mal-Istati l-oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen - Possibbiltà ta’ kontroll indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti ċerti miżuri ta’ kontroll tal-persuni fi ħdan stazzjon tal-ferrovija])

(2017/C 277/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kehl

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

A

Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Offenburg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkontrollaw l-identità ta’ kull persuna, f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera terrestri ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Unjoni Ekonomika Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża, dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il Lussemburgu) fid-19 ta’ Ġunju 1990, bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew bil-għan li tipprevjeni ċerti reati diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari, sakemm din il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-qafas neċessarju għal din is-setgħa sabiex jiġi ggarantit li l-eżerċizzju prattiku ta’ din ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dawk tal-verifiki fil-fruntieri, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat li jaffettwaw, fuq ferrovija jew fil-bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, kontrolli tal-identità jew tad-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera ta’ kull persuna, kif ukoll li jwaqqfu fil-qasir u li jagħmlu mistoqsijiet lil kull persuna għal dan il-għan, abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, bil-kundizzjoni li l-eżerċizzju ta’ dawn il-kontrolli jkun suġġett fid-dritt nazzjonali għal preċiżjonijiet u għal limitazzjonijiet li jiddeterminaw l-intensità, il-frekwenza u s-selettività ta’ dawn il-kontrolli, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-19/16 P) (1)

((Appell - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi inklużi fil-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni mill-ġdid ta’ dawn il-persuni fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 wara l-annullament tal-inklużjoni inizjali - Għajbien tal-persuna ġuridika matul il-proċedura - Locus standi in judicio))

(2017/C 277/14)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd (rappreżentanti: N. Garcia-Lora, Solicitor, E. Grieves, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek, D. Gauci u J. Norris-Usher, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne, J.-P. Hix u H. Marcos Fraile, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah u Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Wolfram Bechtel, Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg

(Kawża C-20/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Dħul irċevut fi Stat Membru barra milll-Istat Membru ta’ residenza - Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva tal-progressività fl-Istat Membru ta’ residenza - Kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq id-dħul irċevut fi Stat Membru barra mill-Istat ta’ residenza - Tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet - Kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta diretta mad-dħul eżentat))

(2017/C 277/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfram Bechtel, Marie-Laure Bechtel

Konvenuta: Finanzamt Offenburg

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru u li taħdem għall-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor ma tistax tnaqqas mill-bażi taxxabbli fuq id-dħul fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza l-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq is-salarju tagħha fl-Istat Membru tal-impjieg, bid-differenza tal-kontribuzzjonijiet paragunabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tagħha ta’ residenza, meta, skont il-Ftehim preventiv ta’ taxxa doppja bejn iż-żewġ Stati Membri, is-salarju ma għandux jiġi ntaxxat fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem u li tiżdied sempliċement ir-rata taxxabbli applikabbli għad-dħul ieħor.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-26/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(2)(a) - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid - Residenza tax-xerrej fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Reġistrazzjoni provviżorja fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Riskju ta’ frodi fiskali - Bona fide tal-bejjiegħ - Obbligu ta’ diliġenza tal-bejjiegħ))

(2017/C 277/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jipprekludi li dispożizzjonijiet nazzjonali jissuġġettaw l-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja ta’ mezz ta’ trasport ġdid għall-kundizzjoni li x-xerrej ta’ dan il-mezz ta’ trasport ikun stabbilit jew jirresjedi fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-imsemmi mezz ta’ trasport.

2)

L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni ta’ kunsinna ta’ mezz ta’ trasport ġdid ma tistax tiġi rrifjutata fl-Istat Membru ta’ kunsinna għas-sempliċi raġuni li dan il-mezz ta’ trasport ikun ġie ssuġġettat għal reġistrazzjoni provviżorja biss fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

3)

L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi li l-bejjiegħ ta’ mezz ta’ trasport ġdid, ittrasportat mix-xerrej lejn Stat Membru ieħor u rreġistrat provviżorjament f’dan l-aħħar Stat, ikun ulterjorment marbut li jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud meta ma jkunx stabbilit li s-sistema ta’ reġistrazzjoni provviżorja tkun intemmet u li t-taxxa msemmija kienet tħallset, jew kienet ser titħallas fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

4)

L-Artikolu 138(2)(a) tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu li l-bejjiegħ ta’ mezz ta’ trasport ġdid, ittrasportat mix-xerrej lejn Stat Membru ieħor u rreġistrat provviżorjament f’dan l-aħħar Stat, ikun ulterjorment marbut li jħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud f’każ ta’ frodi fiskali mix-xerrej, sakemm ma jiġix stabbilit, fid-dawl ta’ provi oġġettivi, li l-imsemmi bejjiegħ kien jaf jew kellu jkun jaf li t-tranżazzjoni kienet involuta fi frodi mwettqa mix-xerrej u li dan ma ħax il-miżuri raġonevoli kollha possibbli sabiex jevita l-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-frodi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ abbażi ta’ evalwazzjoni globali tal-elementi u taċ-ċirkustanzi ta’ fatt kollha tal-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-38/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Rimbors tal-VAT mħallsa indebitament - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Modalitajiet - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi terminu ta’ preskrizzjoni))

(2017/C 277/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compass Contract Services Limited

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest tat-tnaqqis tat-terminu ta’ preskrizzjoni, minn naħa, tat-talbiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament u, min-naħa l-oħra, tat-talbiet għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, tipprevedi perijodi tranżitorji differenti, b’tali mod li t-talbiet relatati maż-żewġ perijodi finanzjarji ta’ tliet snin huma suġġetti għal termini ta’ preskrizzjoni differenti, skont jekk ikollhomx bħala għan ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament jew it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Unibet International Ltd. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala

(Kawża C-49/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Restrizzjonijiet - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online - Impossibbiltà prattika tal-kisba ta’ tali awtorizzazzjoni għall-operaturi privati stabbiliti fi Stati Membri oħra))

(2017/C 277/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unibet International Ltd.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online, meta din ikun fiha regoli diskriminatorji fir-rigward tal-operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra jew meta din tipprevedi dispożizzjonijiet nondiskriminatorji, iżda li jiġu applikati b’mod mhux trasparenti jew implementati b’mod li jipprekludi jew li jagħmel iktar diffiċli l-kandidatura ta’ ċerti offerenti stabbiliti fi Stati Membri oħra.

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sanzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposti minħabba l-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard, fl-ipoteżi fejn tali leġiżlazzjoni nazzjonali tirriżulta li tkun kuntrarja għal dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Verona – l-Italja) – Livio Menini, Maria Antonia Rampanelli vs Banco Popolare – Società Cooperativa

(Kawża C-75/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) - Direttiva 2008/52/KE - Direttiva 2013/11/UE - Artikolu 3(2) - Oppożizzjoni magħmula minn konsumaturi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas ippreżentata minn stabbiliment ta’ kreditu - Dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-użu obbligatorju ta’ proċedura ta’ medjazzjoni - Obbligu ta’ assistenza minn avukat - Rekwiżit għall-ammissibbiltà tal-azzjoni ġudizzjarja))

(2017/C 277/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Verona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Livio Menini, Maria Antonia Rampanelli

Konvenut: Banco Popolare – Società Cooperativa

Dispożittiv

Id-Direttiva 2013/11/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2013, dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-użu ta’ proċedura ta’ medjazzjoni, fit-tilwim imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, bħala rekwiżit għall-ammissibbiltà tal-azzjoni ġudizzjarja dwar dan l-istess tilwim, sa fejn tali rekwiżit ma jipprekludix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

Min-naħa l-oħra, l-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, fil-kuntest ta’ tali medjazzjoni, il-konsumaturi għandhom ikunu assistiti minn avukat u li huma jistgħu jirtiraw minn proċedura ta’ medjazzjoni biss jekk juru l-eżistenza ta’ raġuni valida insostenn ta’ din id-deċiżjoni.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV

(Kawża C-126/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikoli 3 sa 5 - Trasferiment ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Eċċezzjonijiet - Proċeduri ta’ insolvenza - “pre-pack” - Sopravivenza ta’ impriża)

(2017/C 277/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federatie Nederlandse Vakvereniging, Karin van den Burg-Vergeer, Lyoba Tanja Alida Kukupessy, Danielle Paase-Teeuwen, Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk

Konvenuta: Smallsteps BV

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tal-ħaddiema ggarantita permezz tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżamm fis-sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, ippreparata preċedentement u implementata immedjatament wara d-dikjarazjzoni ta’ falliment, fil-kuntest ta’ liema, b’mod partikolari, “kuratur mistenni”, maħtur minn qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-prosegwiment, u, barra minn hekk, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit minn din l-operazzjoni ta’ pre-pack tirrigwarda wkoll il-massimazzjoni tal-prodott taċ-ċessjoni għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni.


(1)  ĠU C 165, 10.05.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Saale Kareda vs Stefan Benkö

(Kawża C-249/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 7(1) - Kunċetti ta’ “materji kuntrattwali” u ta’ “provvista ta’ servizzi” - Azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri in solidum ta’ kuntratt ta’ kreditu - Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu))

(2017/C 277/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Saale Kareda

Konvenut: Stefan Benkö

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri in solidum ta’ kuntratt ta’ kreditu taqa’ taħt il-“materji kuntrattwali”, imsemmija f’din id-dispożizzjoni.

2)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn stabbiliment ta’ kreditu u żewġ kodebituri in solidum, għandu jiġi kkwalifikat bħala “kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.

3)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta stabbiliment ta’ kreditu jkun ta kreditu lil żewġ kodebituri in solidum, il-“post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti [is-servizzi] ġew ikkonsenjati [ipprovduti] jew suppost li kienu kkonsenjati [pprovduti]”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa, ħlief ftehim kuntrarju, dak tas-sede ta’ dan l-istabbiliment, inkluż sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti adita bl-azzjoni ta’ rkupru bejn dawn il-kodebituri.


(1)  ĠU C 305, 22.08.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-279/16 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - FAEGG, FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Spejjeż li saru mir-Renju ta’ Spanja))

(2017/C 277/22)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego u V. Ester Casas, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti), ir-Repubblika tal-Latvja

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – T.KUP SAS vs Belgische Staat

(Kawża C-349/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Regolament (KE) Nru 1472/2006 - Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 - Proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżuri antidumping li ser jiskadu - Importaturi indipendenti - Teħid ta’ kampjuni - Interess tal-Unjoni Ewropea))

(2017/C 277/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T.KUP SAS

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domandi magħmula ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni [eżami mill-ġdid] tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Trier – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs TofuTown.com GmbH

(Kawża C-422/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 78 u l-Parti III tal-Anness VII - Deċiżjoni 2010/791/UE - Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ - “Ħalib” u “prodotti tal-ħalib” - Denominazzjonijiet użati għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali))

(2017/C 277/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Trier

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV

Konvenuta: TofuTown.com GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 78(2), u l-Parti III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-denominazzjoni “ħalib” u d-denominazzjonijiet li dan ir-regolament jirriżerva biss għall-prodotti tal-ħalib jintużaw sabiex jindikaw, waqt il-kummerċjalizzazzjoni jew fir-reklamar, prodott purament veġetali, u dan anki jekk dawn id-denominazzjonijiet huma kkompletati b’indikazzjonijiet spjegattivi jew deskrittivi li jindikaw l-oriġini veġetali tal-prodott inkwistjoni, ħlief jekk dan il-prodott huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/791, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III 1 tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Immo Chiaradia SPRL (C-444/16), Docteur De Bruyne SPRL (C-445/16) vs État belge

(Kawżi magħquda C-444/16 u C-445/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 78/660/KEE - Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji - Prinċipju ta’ stampa vera - Prinċipju ta’ prudenza - Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha))

(2017/C 277/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immo Chiaradia SPRL (C-444/16), Docteur De Bruyne SPRL (C-445/16)

Konvenut: État belge

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ stampa vera u ta’ prudenza previsti rispettivament fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 31(1)(ċ) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu [50(2)(g) TFUE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux metodu ta’ reġistrazzjoni li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.


(1)  ĠU C 410, 7.6.2016


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Genova – l-Italja) – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

(Kawża C-449/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3 - Benefiċċji tal-familja - Direttiva 2011/98/UE - Artikolu 12 - Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess uniku))

(2017/C 277/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kerly Del Rosario Martinez Silva

Konvenuti: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkollu permess uniku, fis-sens tal-Artikoluż2(c) ta’ din id-direttiva, ma jistax jikseb benefiċċju bħall-allowance għan-nuklei familjari li għandhom tal-inqas tlett itfal minuri stabbilita mil-Legge n. 448 – Misure di finanza pubblica per la stabilizzazione e lo sviluppo (Liġi Nru 448, dwar miżuri ta’ finanza pubblika għall-istabbilizzazzjoni u għall-iżvilupp), tat-23 ta’ Diċembru 1998.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/20


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 mil-Laboratoire de la mer mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-109/16 – Laboratoire de la mer vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-662/16)

(2017/C 277/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Laboratoire de la mer (rappreżentant: J. Blanchard, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-20 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/20


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2017 minn Rudolf Keil kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-330/15 – Rudolf Keil vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-37/17 P)

(2017/C 277/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Rudolf Keil (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-31 ta’ Mejju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellant ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/20


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 minn CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-655/16, CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-87/17 P)

(2017/C 277/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (rappreżentant: A. Schuster, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Lulju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fil-5 ta’ April 2017 – Demarchi Gino S.a.s. vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-177/17)

(2017/C 277/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Demarchi Gino S.a.s.

Konvenut: Ministero della Giustizia

Domanda preliminari

Il-prinċipju li kull persuna għandha dritt li l-kawża tagħha tinstema’ f’terminu raġonevoli minn qorti imparzjali, sanċit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, liema prinċipju ġie riprodott mid-dritt tal-Unjoni fl-Artikolu 6(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 67 TFUE, li jistabbilixxi li l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi spazju komuni ta’ ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tal-prinċipju li jirriżulta mill-Artikoli 81 u 82 TFUE, li skontu l-Unjoni, fl-oqsma tad-dritt ċivili u kriminali li għandhom effett transkonfinali, għandha tizviluppa koperazzjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġizlazzjoni Taljana li tinsab fl-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001, li tobbliga lill-persuni li jkunu diġà ġew rikonoxxuti bħala kredituri, fir-rigward tal-Istat Taljan, ta’ somom dovuti bħala “kumpens ekwu” minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċeduri ġudizzjarji, li jissodisfaw serje ta’ obbligi bil-għan li jiksbu l-ħlas, kif ukoll li jistennew id-dekors ta’ terminu indikat fl-Artikolu 5e(5) tal-Liġi Nru 89/2001 iċċitata iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu jistgħu, fil-frattemp jistitwixxu proċeduri ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni u mingħajr imbagħad ma jkunu jistgħu jitolbu kumpens għad-danni kkaważati mid-dewmien fil-ħlas, u dan anki fil-każ li l-“kumpens ekwu” jkun ġie rrikonoxxut minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċedura ċivili bl-implikazzjonijiet transkonfinali jew, fi kwalunkwe każ, f’qasam li jaqa’ taħt il-kompetenzi tal-Unjoni u/jew f’qasam li fir-rigward tiegħu l-Unjoni tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji?


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fil-5 ta’ April 2017 – Graziano Garavaldi vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-178/17)

(2017/C 277/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Graziano Garavaldi

Konvenut: Ministero della Giustizia

Domanda preliminari

Il-prinċipju li kull persuna għandha dritt li l-kawża tagħha tinstema’ f’terminu raġonevoli minn qorti imparzjali, sanċit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, liema prinċipju ġie riprodott mid-dritt tal-Unjoni fl-Artikolu 6(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 67 TFUE, li jistabbilixxi li l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi spazju komuni ta’ ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tal-prinċipju li jirriżulta mill-Artikoli 81 u 82 TFUE, li skontu l-Unjoni, fl-oqsma tad-dritt ċivili u kriminali li għandhom effett transkonfinali, għandha tizviluppa koperazzjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġizlazzjoni Taljana li tinsab fl-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001, li tobbliga lill-persuni li jkunu diġà ġew rikonoxxuti bħala kredituri, fir-rigward tal-Istat Taljan, ta’ somom dovuti bħala “kumpens ekwu” minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċeduri ġudizzjarji, li jissodisfaw serje ta’ obbligi bil-għan li jiksbu l-ħlas, kif ukoll li jistennew id-dekors ta’ terminu indikat fl-Artikolu 5e(5) tal-Liġi Nru 89/2001 iċċitata iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu jistgħu, fil-frattemp jistitwixxu proċeduri ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni u mingħajr imbagħad ma jkunu jistgħu jitolbu kumpens għad-danni kkaważati mid-dewmien fil-ħlas, u dan anki fil-każ li l-“kumpens ekwu” jkun ġie rrikonoxxut minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċedura ċivili bl-implikazzjonijiet transkonfinali jew, fi kwalunkwe każ, f’qasam li jaqa’ taħt il-kompetenzi tal-Unjoni u/jew f’qasam li fir-rigward tiegħu l-Unjoni tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji?


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di primo grado di Bolzano (l-Italja) fil-21 ta’ April 2017 – Rotho Blaas Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-207/17)

(2017/C 277/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di primo grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rotho Blaas Srl

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/519, tas-26 ta’ Marzu 2015, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (3) huma invalidi/illeġittimi/inkompatibbli mal-Artikolu VI tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u dwar il-kummerċ tal-1994 u mad-deċiżjoni tad-DSB tal-WTO tat-28.7.2011?

2)

Jekk ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012 u Nru 519/2015 li huma marbuta miegħu, jiġu ddikjarati invalidi/illeġittimi/inkompatibbli, it-tħassir tad-dazji antidumpung stabbiliti abbażi tal-miżuri kkontestati jkollu effetti legali mill-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 278/2016 (4), jew inkella mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura kkontestata, jiġifieri tar-Regolament “bażiku” (KE) Nru 91/2009?


(1)  Regolament tal-Kunsill, tas-26 ta’ Jannar 2009, (ĠU L 29, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill, tal-4 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 275, p. 1)

(3)  Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2015 (ĠU L 82, p. 78).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 52, p. 24).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2017 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl vs Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica – Sebino (ASST) et

(Kawża C-216/17)

(2017/C 277/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl

Konvenuti: Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica – Sebino (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale del Garda (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica (ASST)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu [1](5) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/18/UE (1) u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE (2) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehim qafas li fih:

awtorità kontraenti taġixxi f’isimha stess u għan-nom ta’ awtoritajiet kontraenti oħra speċifikament indikati, iżda li ma jipparteċipawx direttament fl-iffirmar tal-ftehim qafas innifsu;

ma hijiex stabbilita l-kwantità tas-servizzi li jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti li ma humiex firmatarji tal-att li permezz tiegħu jiġu konklużi min-naħa tagħhom ftehimiet suċċessivi previsti mill-ftehim qafas innifsu?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1) tkun fin-negattiv,

l-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/18/UE u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehim qafas li fih:

awtorità kontraenti taġixxi f’isimha stess u għan-nom ta’ awtoritajiet kontraenti oħra speċifikament indikati, iżda li ma jipparteċipawx direttament fl-iffirmar tal-ftehim qafas innifsu;

il-kwantità tas-servizzi li jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti li ma humiex firmatarji tal-att li permezz tiegħu jiġu konklużi min-naħa tagħhom ftehimiet suċċessivi previsti mill-ftehim qafas stess tiġi ddeterminata b’riferiment għall-bżonnijiet ordinarji tagħhom?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(2)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (GU 2014, L 94, p. 65).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 — Openbaar Ministerie vs Tadas Tupikas

(Kawża C-270/17)

(2017/C 277/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Tadas Tupikas

Domanda preliminari

Appell

li fih ikun sar eżami fuq il-mertu u

li ta lok għal kundanna (ġdida) tal-persuna kkonċernata u/jew il-konferma tal-kundanna deċiża fl-ewwel istanza,

filwaqt li l-MAE [mandat ta’ arrest Ewropew] jirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-imsemmija kundanna,

jikkostitwixxi “deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI? (1)


(1)  Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 – Openbaar Ministerie vs Sławomir Andrzej Zdziaszek

(Kawża C-271/17)

(2017/C 277/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Sławomir Andrzej Zdziaszek

Domandi preliminari

1)

Proċedura

li fil-kuntest tagħha l-qorti tal-Istat Membru emittenti tiddeċiedi li takkumula pieni ta’ priġunerija distinti li l-persuna kkonċernata tkun diġà ġiet ikkundannata għalihom b’mod definittiv f’piena waħda ta’ priġunerija u/jew dwar l-emenda ta’ piena ta’ priġunerija akkumulata li l-persuna kkonċernata tkun ġiet preliminarjament ikkundannata għaliha b’mod definittiv u

li fil-kuntest tagħha din il-qorti ma teżaminax iżjed il-kwistjoni tal-ħtija,

bħalma hija l-proċedura li wasslet għas-sentenza kumulattiva [sentenza li tiddeċiedi piena globali] tal-25 ta’ Marzu 2014, tikkostitwixxi “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1)?

2)

L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’:

f’każ fejn il-persuna mitluba ma tkunx dehret personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni,

iżda fejn, la fil-MAE [mandat ta’ arrest Ewropew], u lanqas fl-informazzjoni kumplimentari mitluba abbażi tal-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma indikat l-applikabbiltà ta’ waħda jew iktar miċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 4a(1)(a) sa (d) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 skont il-formulazzjoni ta’ waħda jew iktar mill-kategoriji msemmija fil-punt 3 tal-parti (d) tal-formula MAE,

tikkonkludi, għal din ir-raġuni, li ebda waħda mill-kundizzjonijiet tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 4a(1) u tal-Artikolu 4a(1)(a) sa (d) tad-Deċiżjoni Qafas, ma hija ssodisfatta u tirrifjuta, għal din ir-raġuni, l-eżekuzzjoni tal-MAE?

3)

Appell

li fih ikun sar eżami fuq il-mertu u

li ta lok għal kundanna (ġdida) tal-persuna kkonċernata u/jew il-konferma tal-kundannna deċiża fl-ewwel istanza,

filwaqt li l-MAE jirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-imsemmija kundanna,

jikkostitwixxi “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 – K. M. Zyla vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-272/17)

(2017/C 277/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K. M. Zyla

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li għandha l-konsegwenza li ħaddiem li, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1408/71 (1) jew tar-Regolament Nru 883/2004, (2) ikun affiljat matul parti mis-sena kalendarja ma’ sistema ta’ assigurazzjoni soċjali f’dan l-Istat Membru u li, meta jinġabru dawn il-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni soċjali, huwa jkollu biss dritt għal porzjon mill-parti tat-tnaqqis ġenerali ta’ taxxa marbut mal-kontribuzzjonijiet, li huwa stabbilit prorata temporis b’rabta mal-perijodu ta’ affiljazzjoni, jekk, matul il-kumplament tas-sena kalendarja, dan il-ħaddiem ma kienx affiljat mas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat Membru u kien jirrisjedi fi Stat Membru ieħor filwaqt li għamel it-totalità (jew kważi t-totalità) tad-dħul annwali tiegħu fl-ewwel Stat Membru msemmi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Eugen Bogatu vs Minister for Social Protection

(Kawża C-322/17)

(2017/C 277/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eugen Bogatu

Konvenut: Minister for Social Protection

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament Nru 883/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67 tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) tiegħu, jirrikjedu, għall-finijiet tal-eliġibbiltà għall-“benefiċċju marbut mal-familja” kif iddefinit fl-Artikolu 1(z) tar-Regolament, li persuna għandha tkun impjegata jew taħdem għal rasha fl-Istat Membru kompetenti (kif iddefinit fl-Artikolu 1(s) tar-Regolament) jew, alternattivament, li hija tkun qed tirċievi l-benefiċċji fi flus imsemmija fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament?

2)

Ir-referenza għal “benefiċċji fi flus” fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament għandha tiġi interpretata fis-sens li din tirreferi unikament għall-perijodu li matulu min iressaq it-talba jkun verament qed jirċievi benefiċċju fi flus, jew tirreferi għal kull perijodu futur li matulu min iressaq it-talba jkun jista’ jirċievi benefiċċju fi flus, irrispettivament minn jekk dan il-benefiċċju jkun ntalab fl-istess żmien tat-tressiq tat-talba għal benefiċċji tal-familja?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-30 ta’ Mejju 2017 – People Over Wind, Peter Sweetman vs Coillte Teoranta

(Kawża C-323/17)

(2017/C 277/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: People Over Wind, Peter Sweetman

Konvenuta: Coillte Teoranta

Domanda preliminari

Miżuri ta’ attenwazzjoni jistgħu, jew f’liema ċirkustanzi jistgħu, jittieħdu inkunsiderazzjoni meta ssir evalwazzjoni minn qabel għal evalwazzjoni xierqa taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva Habitats (1)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 — Sergejs Buivids

(Kawża C-345/17)

(2017/C 277/39)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sergejs Buivids

Konvenuta: Datu valsts inspekcija

Domandi preliminari

L-azzjonijiet bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża (li jinġibdu filmati ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali u l-pubblikazzjoni tal-vidjo hekk irreġistrat fis-sit internet www.youtube.com) jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 (1)?

Id-Direttiva 95/46 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-azzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu jitqiesu bħala trattament ta’ data ta’ natura personali għall-finijiet tal-ġurnaliżmu fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/27


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-382/17)

(2017/C 277/40)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma żviluppatx, ma implementatx u ma żammitx fis-seħħ, sas-17 ta’ Ġunju 2012, sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tiegħu, relatati mal-Istat tal-bandiera, iċċertifikata konformement mal-istandards ta’ kwalità internazzjonali applikabbli, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva jistabbilixxi, b’mod ċar, li l-Istat Membri għandhom jiżviluppaw, jimplementaw u jżommu fis-seħħ l-imsemmija sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata sas-17 ta’ Ġunju 2012.

Ninsabu f’Ġunju 2017 u r-Repubblika Portugiża għadha ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-imsemmi artikolu.

Billi qed taġixxi b’dan il-mod, l-amministrazzjoni Portugiża qiegħda tikkomprometti l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva fejn b’hekk jitqiegħdu f’riskju s-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent. Minbarra dan, l-aġir tal-amministrazzjoni Portugiża jikkaġuna r-riskju li jinħoloq vantaġġ kompetittiv żleali tal-flotta Portugiża meta mqabbel mal-flotot ta’ Stati Membri oħra.


(1)  ĠU 2009, L 131, p. 132.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/28


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-383/17)

(2017/C 277/41)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma pprovdietx lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-organizzazzjonijiet kollha rikonoxxuti li jaġixxu f’isimha, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/15/KE (1) tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva jistabbilixxi, b’mod ċar, li kull Stat Membru għandu jwettaq, mill-inqas kull sentejn, monitoraġġ ta’ kull organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f’ismu u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport dwar ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ sal-31 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti għal dik li fiha jkun twettaq il-monitoraġġ.

Ladarba t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fid-dritt nazzjonali skada fis-17 ta’ Ġunju 2011, konformement mal-Artikolu 13(1), ir-Repubblika Portugiża kellha tipprovdi l-ewwel rapport sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013 inkwantu setgħet għażlet li twettaq l-ewwel monitoraġġ matul is-sena 2011 jew is-sena 2012.

Issa, ninsabu f’Ġunju 2017 u r-Repubblika Portugiża għadha ma ppreżentat ebda rapport.


(1)  ĠU 2009, L 131, p. 47.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/28


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-415/17)

(2017/C 277/42)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, M. Mataija u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx, fis-17 ta’ Ġunju 2016, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU 2014, L 158, p. 196), jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjoni lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja, abbażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas multa tal-ammont ta’ EUR 9 275,20 għal kull jum mid-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata l-ksur għall-obbligu li jiġu kkomunikati l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Kroazja ma ssoddisfatx l-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/56/UE fit-terminu previst fl-Artikolu 2 ta’ din.


Il-Qorti Ġenerali

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill

(Kawża T-67/14) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja - Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni - Spejjeż relatati mal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dannu - Rabta kawżali - Ilment - Ftuħ tal-investigazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 277/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Parties

Rikorrenti: Viraj Profiles Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Driessen, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistit minn R. Bierwagen, C. Hipp u D. Reich, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013, tal-5 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU 2013, L 298, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013, tal-5 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Viraj Profiles Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Viraj Profiles.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2017/C 277/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues, D. Colas, E. Belliard u J. Bousin, sussegwentement minn D. Colas, E. Belliard u J. Bousin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – EUIPO vs Hotel Cipriani (CIPRIANI)

(Kawża T-343/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CIPRIANI - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ ksur ta’ dritt għal isem ta’ persuna magħrufa - Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 277/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Arrigo Cipriani (Venezia, l-Italja)(rappreżentanti: A. Vanzetti, G. Sironi u S. Bergia,)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Cipriani Srl (Venezia) (rappreżentanti: inizjalment C. Hoole, solicitor, sussegwentement T. Alkin, B. Brandreth, barristers, W. Sander, P. Cantrill, M. Pearce, A. Hall u A. Ward, solicitors, u finalment B. Brandreth, barrister, A. Poulter u P. Brownlow, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 224/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn A. Cipriani u Hotel Cipriani.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Arrigo Cipriani għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u dawk ta’ Hotel Cipriani Srl.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Politika soċjali tal-Istati Membri - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”))

(2017/C 277/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, C. Froitzheim u A. Dupuis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci U B. Stromsky, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: Comité d’entreprise de la Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Corsica Ferries France (Bastia, Franza) (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Is-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS.

3)

Il-comité d’entreprise tas-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015..


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 277/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati mill-miżuri restrittivi inkwistjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-221/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà”))

(2017/C 277/48)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentanti: M. Machytková u V. Fišar, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311, tal-4 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sergej Arbuzov huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Systema Teknolotzis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/15) (1)

([“Is-Seba’ Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehimiet ta’ sussidju għall-proġetti PlayMancer, Mobiserv u PowerUp - Artikolu 299 TFUE - Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Dmir ta’ diliġenza - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 277/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Systema Teknolotzis AE – Efarmogon Ilektronikis kai Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Georgilas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u L. Di Paolo, aġenti, assistiti minn E. Politis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1677 final, tal-10 ta’ Marzu 2015, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv għall-infurzar tal-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 716 334,05, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Systema Teknolotzis AE – Efarmogon Ilektronikis kai Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Tayto Group vs EUIPO – MIP Metro (real)

(Kawża T-287/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea real - Użu ġenwin - Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu tat-trade mark minn terz - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Prova ta’ użu ġenwin - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 277/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2285/2013-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Tayto Group u MIP Metro Group Intellectual Property.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tayto Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Josel vs EUIPO – Nationale-Nederlanden Nederland (NN)

(Kawża T-333/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindikj l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali NN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti minħabba elementi li jibdlu l-karattru distintiv”])

(2017/C 277/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Josel, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. L. Rivas Zurdo, sussegwentement minn J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nationale-Nederlanden Nederland BV (“s-Gravenhage” il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Morée u A. Janssen, sussegwentement minn A. Janssen, R. Sjoerdsma u C. Jehoram, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2015 (Każ R 1531/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Josel u Nationale-Nederlanden Nederland.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Josel, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

(Kawża T-392/15) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji - Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa”)

(2017/C 277/52)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), u European Dynamics Belgium SA, (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Ampazis, M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

Konvenut: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (rappreżentanti: inizjalment minn J. Doppelbauer, sussegwentement minn G. Stärkle u Z. Pyloridou, aġenti, assistiti minn V. Christianos, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji li tikklassifika offerti magħmula mir-rikorrenti għall-lottijiet 1 u 2 tal-kuntratt ERA/2015/01/OP “ESP EISD 5 – Kuntratt għal servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni [għal din]”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Lidl Stiftung vs EUIPO (JEDE FLASCHE ZÄHLT!)

(Kawża T-623/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea JEDE FLASCHE ZÄHLT! - Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 277/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: M. Wolter, A. Marx u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Settembru 2015 (Każ R 479/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv JEDE FLASCHE ZÄHLT! bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Allstate Insurance vs EUIPO (DRIVEWISE)

(Kawża T-3/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DRIVEWISE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 277/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Allstate Insurance Company (Northfield, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger u N. Martzivanou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral u K. Doherty, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 956/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DRIVEWISE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Allstate Insurance Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/16) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħaxix - Żball ta’ liġi - Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 - Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 - Prinċipju ta’ nullum crimen sine lege - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2017/C 277/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling u G. Brown, aġenti, assistiti minn S. Lee u M. Gray, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35), li permezz tagħha l-Kummissjoni, b’mod partikolari, applikat għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012 korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 849 194,86 wara l-esklużjoni ta’ ċerti spejjeż dwar il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-frott u l-ħxejjex tar-Renju Unit tas-snin 2008 u 2009 minħabba d-dgħufija fis-sistemi ta’ kontrolli ewlenin fl-imsemmija programmi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huw amiċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – E-Control vs ACER

(Kawża T-63/16) (1)

([“Enerġija - Kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil transkonfinali ta’ elettriku - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku - Kompatibbiltà mar-Regolament (KE) Nru 714/2009 - Avviż tal-ACER - Kunċett ta’ deċiżjoni appellabbli quddiem l-ACER - Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER li tiċħad l-appell bħala inammissibbli - Żball ta’ liġi - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 277/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)

Konvenuta: Agence de coopération des régulateurs de l’énergie (ACER) (rappreżentant: E. Tremmel, aġent)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent) u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. (Konstancin-Jeziorna, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Motylewski u A. Kulińska, sussegwentement H. Napieła u K. Figurska, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER A-001-2015, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li tiċħad appell ippreżentat kontra l-Avviż tal-ACER Nru 09/2015, tat-23 ta’ Settembru 2015, dwar il-konformità tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, p. 15), inklużi l-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Agence de coopération des régulateurs de l’énergie (ACER).

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Awstrija u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Pirelli Tyre vs EUIPO (Żewġ strixxi mgħawġa mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer)

(Kawża T-81/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 277/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T.M. Müller u F. Togo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1019/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark ta’ żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pirelli Tyre SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Murphy vs EUIPO– Nike Innovate (Wristband elettronika)

(Kawża T-90/16) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta wristband elettronika - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002”])

(2017/C 277/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Murphy (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. Travers, SC, J. Gormley, Barrister, u M. O’Connor, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nike Innovate CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2015 (Każ R 736/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn T. Murphy u Nike Innovate.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Thomas Murphy huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Gamet vs EUIPO – “Metal-Bud II” Robert Gubała (Pum ta’ bieb)

(Kawża T-306/16) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pum ta’ bieb - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002”])

(2017/C 277/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gamet S.A. (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: A. Rolbiecka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud II” Robert Gubała (Świątniki Górne, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mikosza, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Marzu 2016 (Każ R 2040/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud II” Robert Gubała u Gamet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gamet S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)

(Kawża T-359/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TestBild - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti test - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv intrinsiku - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 277/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Axel Springer SE (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stiftung Warentest (Berlin) (rappreżentanti: inizjalment R. Mann, J. Smid, T. Brach, H. Nieland u A.-K. Kornrumpf, sussegwentement J. Smid, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2016 (Każ R 555/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stiftung Warentest u Axel Springer.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Mejju 2016 (Każ R 555/2015-4) hija annullata, sa fejn hija kkonstatat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għal dak li jikkonċerna l-“materjal stampat, b’mod partikolari rivisti test, informazzjoni intiża għall-konsumaturi, prospectus, katalgi, kotba, ġurnali u perjodiċi; materjal istruttiv u għat-tagħlim (minbarra apparat)”, tal-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Lulju 2017 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)

(Kawża T-406/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ nullità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JAPRAG - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti JAPAN-RAG - Raġuni arelattiva għal rifjut - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 277/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dogg Label (Marseille, Franza) (rappreżentant: M. Angelier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Patrick Chemoul (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Hoffman, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Mejju 2016 (Każ R-2336/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Dogg Label u P. Chemoul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Mejju 2016 (Każ R-2336/2015-2) hija annullata.

2)

Dogg Label, l-EUIPO u Patrick Chemoul għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – Martín Osete vs EUIPO – Rey (AN IDEAL WIFE ET)

(Kawżi Magħquda T-427/16 sa T-429/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea AN IDEAL WIFE, AN IDEAL LOVER u AN IDEAL HUSBAND - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade marks - Artikoli 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ raġuni ġusta għan-nuqqas ta’ użu”))

(2017/C 277/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Martín Osete (Pariġi, Franza) (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Danielle Rey (Toulouse, Franza) (rappreżentanti: P. Wallaert u J. Cockain-Barere, avukati)

Suġġett

RikorsI ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ April 2016 (Każijiet R 1528/2015-2, R 1527/2015-2 u R 1526/2015-2 R 708/2005-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Rey u Martín Osete.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda

2)

Isabel Martín Osete hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB)

(Kawża T-448/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr.KEBAB - Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MISTER KEBAP - Raġuni elattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 277/63)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Mr. Kebab s. r. o. (Košice-Západ, is-Slovakkja) (rappreżentant: L. Vojčík, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u R. Cottrellovú, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mister Kebap, SL (Finestrat, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2006 (Każ R 987/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mister Kebap u Mr Kebab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mr. Kebab s. r. o huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – X-cen-tek vs EUIPO

(Kawża T-470/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta trijanglu - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 277/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X-cen-tek GmbH & Co. KG (Wardenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hillers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 2565/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta trijanglu bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

X-cen-tek GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (AROMASENSATIONS)

(Kawża T-479/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AROMASENSATIONS - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 277/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Simandlova, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 2482/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv AROMASENSATIONS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI

(Kawża T-506/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ progressjoni salarjali - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dmir ta’ premura - Artikolu 11(3) tar-Regoli Intereni tal-BEI”))

(2017/C 277/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgug) u l-483 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2013 u wara, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 kif ukoll tal-artikolu ppubblikat online fil-5 ta’ Frar 2013 li informa lill-persunal dwar l-adozzjoni ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-BEI sabiex iħallas lir-rikorrenti somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa b’applikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti b’applikazzjoni tas-sistema preċedenti kif ukoll kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba t-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Pierre Bodson u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-45/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI

(Kawża T-508/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema tal-bonuses - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dmir ta’ premura - Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2017/C 277/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-450 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti ta’ bonus ta’ April 2013, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-14 ta’ Diċembru 2010 u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-9 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ Ġunju u tas-16 ta’ Novembru 2011 u tal-20 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-BEI sabiex tħallas lir-rikorrenti somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa b’applikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti b’applikazzjoni tas-sistema preċedenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, tas-sistema l-ġdida korrettament implementata kif ukoll kumpens għad-danni materjali, minħabba t-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist tagħhom, u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Pierre Bodson u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013 (kawża inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-61/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/46


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 –  UI (*1) vs Il-Kunsill

(Kawża T-282/17)

(2017/C 277/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent:  UI (*1) (rappreżentant: J. Diaz Cordova, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-konvenut jaħtar lir-rikorrent b’mod definittiv fil-post AST/SC 2 fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (DG A3).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jikkontesta, essenzjalment, il-legalità tal-proċeduri li, skont ir-rikorrent, wasslu sabiex b’mod żbaljat ma jiġix maħtur b’mod definittiv fil-post ikkonċernat. Ir-rikorrent jirreferi, b’mod partikolari, għall-ħolqien mill-konvenut ta’ dokument supplimentari li, skont ir-rikorrent, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tiegħu, peress li ġie sottomess ħafna wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova tiegħu. Ir-rikorrent isostni li l-konvenut kiser ċerti drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għal ħajja privata, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u d-dritt tiegħu li jagħmel ilment, meta evalwa l-każ tar-rikorrent.


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2017 – Air France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/17)

(2017/C 277/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017, Każ AT.39258, kollha kemm hi – merkanzija tal-ajru, fir-rigward, kif il-motivi sottostanti d-dipożittiv tagħha, fuq il-bażi tal-ewwel, it-tieni u t-tielet motivi tagħha;

sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali ma tiddeċidiex dwar l-annullament għal kollox tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali fuq il-bażi tal-ewwel, it-tieni jew it-tielet motivi:

fl-ewwel parti,

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, (1)(c), (2)(c), (3)(c) u (4)(c) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, sa fejn il-ksur uniku u li jkompli adottat kontriha jibbaża fuq provi inammissibbli miġjuba minn Lufthansa fil-kuntest tat-talba tagħha għal immunità mill-multi, u l-motivi sottostanti, l-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni sa fejn huwa jimponi multa ta’ EUR 182 920 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u tnaqqas konsegwentement, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammont ta’ din il-multa, konformement mal-ewwel motiv tagħha,

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, (1)(c), (2)(c), (3)(c) u (4)(c) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, sa fejn jeskludi mill-ambitu tal-ksur uniku u li jkompli adottat kontriha kumpanniji tal-ajru msemmija fil-motivi tad-deċiżjoni bħala implikati fil-ksur, u l-motivi sottostanti, l-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni sa fejn jimponi multa ta’ EUR 182 920 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u tnaqqas konsegwentement, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammont ta’ din il-multa, konformement mat-tieni motiv tagħha,

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, (2)(c) u (3)(c) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, sa fejn jikkonstata li l-ksur uniku u li jkompli adottat kontriha jinkludi s-servizzi ta’ merkanzija dieħla fiż-ŻEE (traffiku inbound ŻEE), u l-motivi sottostanti, l-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni sa fejn jimponilha multa ta’ EUR 182 920 000, u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni, u jnaqqas konsegwentement, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammont ta’ din il-multa, konformement mat-tielet motiv tiegħu,

fit-tieni parti, tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, (1)(c), (2)(c), (3)(c) u (4)(c) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, sa fejn jikkonstata li r-rifjut li tikkummissjona l-burdnara jikkostitwixxi element separat tal-ksur uniku u li jkompli adottat kontriha, u l-motivi sottostanti, l-Artikolu 3(b) tad-deċiżjoni sa fejn jimponi multa ta’ EUR 182 920 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u tnaqqas konsegwentement, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammont ta’ din il-multa, konformement mar-raba’ motiv tagħha,

fit-tielet parti, tannulla l-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, sa fejn jimponi multa ta’ EUR 182 920 000 minħabba l-kalkolu ta’ din il-multa jintegra r-rati tal-merkanzija tagħha u 50 % tad-dħul tagħha fir-rigward tas-servizzi ta’ merkanzija dieħla fiż-ŻEE (dħul inbound ŻEE) (konformement tal-ħames motiv tagħha), tkabbar il-gravità tal-ksur adottat kontriha (konformement mas-sitt motiv tagħha), iżżomm tul tal-ksur żbaljat kontriha (konformement mas-seba’ motiv tagħha) u tapplika tnaqqis ta’ multa insuffiċjenti abbażi ta’ sistemi regolatorji (konformement mat-tmien motiv tagħha), kif ukoll il-motivi sottostanti, u tnaqqas, fuq il-bażi tal-Artikolu 261 TFUE, din il-multa għal ammont xieraq;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-komunikazzjoni fuq il-klemenza tal-2002 u tal-prinċipji tagħha ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bejn Air France u Lufthansa li taffettwa l-ammissibbiltà tad-dokumenti prodotti fil-kuntest tat-talba għall-immunità ta’ Lufthansa. Dan il-motiv huwa mqassam f’erba’ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv;

It-tieni parti, ibbażata fuq l-irtirar tal-immunità mogħtija lil Lufthansa;

It-tielet parti, ibbażata fuq in-natura inammissibbli tal-provi prodotti fil-kuntest tat-talba tagħha għall-immunità;

Ir-raba’ parti, ibbażata fuq il-fatt li n-natura inammissibbli tal-provi prodotti minn Lufthansa fil-kuntest tat-talba tagħha għall-immunità għandha neċessarjament twassal għall-annullament tad-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni kontra l-intervent arbitrarju tal-Kummissjoni minħabba l-fatt tal-esklużjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-kumpanniji tal-ajru li ħadu sehem fil-prattiki. Dan il-motiv huwa kompost minn żewġ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata fuq l-argument li jgħid li l-esklużjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-kumpanniji li ħadu parti fil-prattiki tkun ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni;

It-tieni parti, ibbażata fuq l-argument li jgħid li l-esklużjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-kumpanniji li ħadu sehem fil-prattiki tkun ivvizzjata minn ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u tal-prinċipju ta’ protezzjoni kontra l-intervent arbitrarju tal-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli li jiddelimitaw il-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni, li twettaq minħabba l-integrazzjoni tat-traffiku inbound ŻEE fil-ksur uniku u li jkompli. Dan il-motiv huwa mqassam f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li l-prattiki relatati mat-traffiku inbound ŻEE ma ġewx implementati fi ħdan iż-ŻEE;

It-tieni parti: il-Kummissjoni ma stabbilietx l-eżistenza tal-effetti kklassifikati fi ħdan iż-ŻEE marbutin mal-prattiki relatati mat-traffiku inbound ŻEE.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-kuntradizzjoni tal-motivi u tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw il-konstatazzjoni li tgħid li r-rifjut li jiġi kkummissjonat lill-burdnara jikkostitwixxi element separat tal-ksur uniku u li jkompli. Dan il-motiv huwa kompost f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti li tgħid li l-imsemmija konstatazzjoni hija vvizzjata minn kuntradizzjoni tal-motivi;

It-tieni parti li tgħid li l-imsemmija konstatazzjoni hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-valuri tal-bejgħ meħudin inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa ta’ Air France u li jinqasam f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti bbażata fuq il-fatt li l-integrazzjoni tat-tariffi fil-valur tal-bejgħ jibbaża fuq kuntradizzjoni tal-motivi, diversi żbalji tad-dritt u żball manifest ta’ evalwazzjoni;

It-tieni parti bbażata fuq il-fatt li l-integrazzjoni ta’ 50 % tad-dħul inbound ŻEE fil-valuri tal-bejgħ jikser il-linji gwida fuq il-kalkolu tal-multi tal-2006 u l-prinċipju non bis in idem.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-gravità tal-ksur, u kompost minn żewġ partijiet:

L-ewwel parti bbażata fuq l-argument li jgħid li s-sopravalutazzjoni tal-gravità tal-prattiki jibbaża fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità tal-pieni u ta’ ugwaljanza fit-trattament;

It-tieni parti bbażata fuq l-argument li jgħid li s-sopravalutazzjoni tal-gravità tal-prattiki jirriżulta mill-inklużjoni fil-perimetru tal-ksur ta’ kuntatti dwar il-prattiki implementati barra miż-ŻEE bi ksur tar-regoli ta’ kompetenza territorjali tal-Kummissjoni.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-kalkolu tat-tul tal-ksur.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-insuffiċjenza tat-tnaqqis ta’ 15 % mogħti mill-Kummissjoni abbażi tas-sistemi regolatorji.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/48


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2017 – SQ vs BEI

(Kawża T-377/17)

(2017/C 277/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SQ (rappreżentanti: N. Cambonie u P. Walter, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-President ikkonkluda b’mod żbaljat, l-ewwel nett li l-prattiċi implementati mid-Direttur tal-Komunikazzjoni kontra r-rikorrenti, li huma msemmija fil-punti 20 sa 24, 25, 31, 34, 46, 50 u 51 tar-rapport, ma kienux jikkostitwixxu prattiċi ta’ fastidju psikoloġiku, it-tieni nett, li ma kienx hemm lok li tinfetaħ il-proċedura dixxilplinari kontra l-imsemmi Direttur u, it-tielet nett, li d-deċiżjoni kkontestata li tikkonstata li r-rikorrenti kienet vittma ta’ fastidju psikoloġiku għandha tibqa’ strettament kunfidenzjali;

tikkundanna lill-BEI jikkumpensaha, minħabba, l-ewwel nett, id-dannu morali li sofriet bħala konsegwenza tal-prattiċi ta’ fastidju psikoloġiku tad-Direttur tal-Komunikazzjoni kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata u sabiex tingħatalha għalhekk is-somma ta’ EUR 121 992 (mija u wieħed u għoxrin elf disa’ mija u tnejn u disgħin), it-tieni nett, id-dannu morali li sofriet u li ma huwiex separabbli mill-illegalità li hija l-bażi tal-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata u sabiex tingħatalha għalhekk is-somma ta’ EUR 25 000 (ħamsa u għoxrin elf) u, it-tielet nett, id-dannu morali li jirriżulta, minn naħa, mill-ksur mid-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-indipendenza tal-proċedura ta’ sinjalament immexxija mid-Direttur tal-Konformità u, min-naħa l-oħra, mill-att ta’ intimidazzjoni jew ta’ theddid ta’ ritaljazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal kontra r-rikorrenti u sabiex tingħatalha għalhekk is-somma ta’ EUR 25 000 (ħamsa u għoxrin elf);

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazjoni fil-kwalifikazzjoni ta’ ċerti prattiċi kkritikati mir-rikorrenti li hija vvizzjata bihom id-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tal-20 ta’ Marzu 2017 (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, bbażata fuq żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kundizzjoni li l-atti ta’ fastidju psikoloġiku għandhom ikunu repetitivi;

It-tieni parti, ibbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li tirriżulta mill-fatt li ċerti prattiċi kkritikati kienu oġġettivament ta’ natura li jimminaw il-kunfidenza personali u l-istima personali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji marbuta mal-assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari, u li huwa magħmul minn żewġ partijiet;

L-ewwel parti, imqajjma, prinċipalment, ibbażata fuq żball ta’ dritt;

It-tieni parti, imqajjma sussidjarjament, ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligu impost fuq ir-rikorrenti li żżomm kunfidenzjali d-deċiżjoni kkontestata skont liema hija kienet vittma ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tad-Direttur tal-Komunikazzjoni.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/49


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 – Dalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/17)

(2017/C 277/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Dalli (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu, b’mod partikolari għad-dannu morali, stmat fuq bażi provviżorja għal EUR 1 000 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu għad-danni, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi fir-rigward tal-illegalità allegata.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-aġir tal-OLAF kien illegali

L-aġir illegali tal-OLAF jikkonsisti, b’mod partikolari, fis-segwenti: illegalità tad-deċiżjoni li tiftaħ l-investigazzjoni; żbalji fil-karatterizzazzjoni tal-investigazzjonijiet u illegalità tal-estent tal-portata tal-investigazzjoni; ksur tal-prinċipji għall-ġbir ta’ provi (inkluż żnaturament u falsifikazzjoni ta’ provi), tad-drittijiet tad-difiża u ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-Unjoni (bħall-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 4, 8 u 11(7) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1999/396, l-Artikolu 18 tal-istruzzjonijiet tal-OLAF, u l-Artikolu 13(5) tar-regoli tal-Kumitat ta’ Sorveljanza) kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-aġir tal-Kummissjoni kien illegali

L-aġir illegali tal-Kummissjoni jikkonsisti, b’mod partikolari, fis-segwenti: ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir li ġġib ruħha b’mod oġġettiv, imparzjali u leali u fl-osservanza tal-prinċipju ta’ indipendenza, kif ukoll ksur tal-indipendenza tal-OLAF.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/50


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (Vienna House)

(Kawża T-402/17)

(2017/C 277/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vienna International Hotelmanagement AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Zrzavy, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Vienna House” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 501 357

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 333/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/51


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (VIENNA HOUSE)

(Kawża T-403/17)

(2017/C 277/73)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vienna International Hotelmanagement AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Zrzavy, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali bil-kulur aħmar “VIENNA HOUSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 501 308

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 332/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/51


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB

(Kawża T-411/17)

(2017/C 277/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Sessjoni Eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05), inkluż l-anness tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) minħabba li d-deċiżjoni tonqos milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ taħt l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta minħabba l-assenza ta’ opportunità għar-rikorrent sabiex jinstema’.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt l-Artikolu 47(1) tal-Karta għaliex id-deċiżjoni ma hijiex suġġetta għal stħarriġ.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 103(7)(h) tad-Direttiva 2014/59/EU (1), tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (2), tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3), tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba l-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni għall-indiċi SPI (skema ta’ protezzjoni istituzzjonali).

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 16 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba l-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ aġġustament.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u tal-Anness I ta’ dan ir-regolament ta’ delega.


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(2)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/52


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Karl Storz vs EUIPO (3D)

(Kawża T-413/17)

(2017/C 277/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Karl Storz GmbH & Co. KG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Gruber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “3D” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 272 627

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11/04/2017 fil-Każ R 1502/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ April 2017 fil-Każ R 1502/2016-2 u tirreġistra t-trade mark “3D”, IR 1 272 627, li tindika l-Unjoni Ewropea għal prodotti kollha li saret applikazzjoni għalihom inklużi l-prodotti li għadhom affettwati mid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/53


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

(Kawża T-414/17)

(2017/C 277/76)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Sessjoni Eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Board, SRB) tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05) [“Decision of the Executive Session of the Board of 11 April 2017 on the calculation of the 2017 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2017/05)”], tal-inqas fil-parti sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrent, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ notifika sħiħa tad-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/53


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (fino)

(Kawża T-416/17)

(2017/C 277/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva bil-kulur tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “fino” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 fil-Każ R 2759/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom u kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/54


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)

(Kawża T-417/17)

(2017/C 277/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva bil-kulur li tinkludi l-element verbali “fino Cyprus Halloumi Cheese” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 fil-Każ R 2650/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Eduard Meier vs EUIPO – Calzaturificio Elisabet (Safari Club)

(Kawża T-418/17)

(2017/C 277/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eduard Meier GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Schicker u M. Knitter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Calzaturificio Elisabet Srl (Monte Urano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Safari Club” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 186 036

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Mejju 2017, fil-Każ R 1158/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL#3)

(Kawża T-419/17)

(2017/C 277/80)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mendes SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Carpineti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Actial Farmaceutica Srl (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “VSL#3” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 437 789

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3/3/2017 fil-Każ R 1306/2016-2

Talbiet

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI (li issa saret l-EUIPO), konformement mal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI, konformement mal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

fi kwalunkwe każ, tordna li r-rikorrenti tiġi rrimborsata b’mod sħiħ għall-ispejjeż relatati mal-kawża, jew mill-inqas li kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/56


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Portigon vs SRB

(Kawża T-420/17)

(2017/C 277/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener u V. Jungkind, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05) sa fejn id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel sat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, (1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/81 (2) u l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. (3)

Il-konvenut żbalja meta ssuġġetta lir-rikorrenti għal obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond, peress li kontribuzzjoni mandatorja għall-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni ma ġietx prevista taħt ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-Direttiva 2014/59/UE. L-Artikolu 114 TFUE jipprojbixxi l-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet bħar-rikorrenti li qed isolvu l-operazzjonijiet kummerċjali rimanenti. Ir-rekwiżiti għall-adozzjoni ta’ miżuri taħt l-Artikolu 114(1) TFUE, fir-rigward tar-rikorrenti, ma ġewx issodisfatti. Minbarra dan, il-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet jikser l-Artikolu 114(2) TFUE.

Il-konvenut żbalja meta ssuġġetta lir-rikorrenti għal obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond, billi l-istituzzjoni inkwistjoni ma hijiex esposta għal riskji, ir-riżoluzzjoni tagħha fis-sens tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 hija eskluża u l-istituzzjoni ma kellha l-ebda importanza għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Dan jikser l-Artikolu 103(7)(a), (d) u (g) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Sa mill-bidu tal-2012 ir-rikorrenti ma wettqitx operazzjonijiet ġodda u ġiet suġġetta għal stralċ fuq il-bażi ta’ riżoluzzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna. Hija żżomm il-parti kbira tal-passiv rimanenti tagħha b’titolu fiduċjarju għan-nom ta’ entità ġuridika oħra li aċċettat l-opportunitajiet u r-riskji ta’ din l-attività.

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (4) jikser l-Artikolu 114 TFEU u l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE bħala element essenzjali marbut mal-kalkolu tal-kontribuzzjoni [it-tieni sentenza tal-Artikolu 290(1) TFUE]. Minbarra dan, il-konvenut ma kellux jitħalla jittrasferixxi indikaturi addizzjonali ta’ riskju [Artikolu 290(1) TFUE].

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), għaliex, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti meta mqabbla ma’ dik ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu marbuta li jħallsu l-kontribuzzjonijiet, id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza. Barra minn hekk, id-deċiżjoni taffettwa b’mod sproporzjonat il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, peress li l-konvenut, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet, wettaq żball meta naqas milli jeskludi mill-passiv rilevanti għall-finijiet tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet l-attivitajiet fiduċjarji tar-rikorrenti li ġew iddikjarati iżda li huma mingħajr riskju.

4.

Ir-raba’ motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, peress li l-konvenut ikkalkola b’mod żbaljat il-kontribuzzjoni tar-rikorrenti abbażi ta’ evalwazzjoni gross fir-rigward tal-kuntratti dderivati tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 6(8)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, għaliex fil-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni, il-konvenut wettaq żball meta qies lir-rikorrenti bħala istituzzjoni f’fażi ta’ ristrutturazzjoni u l-indikatur ta’ riskju fis-sens tal-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/63 kellu jassumi l-valur minimu.

6.

Is-sitt motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta minħabba l-assenza ta’ opportunità għar-rikorrenti sabiex tinstema’.

7.

Is-seba’ motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta peress li d-deċiżjoni naqset milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti.


(1)  Regolament (EU) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81, tad-19 ta’ Diċembru 2014, li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 15, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014 L 173, p. 190).

(4)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 11, p. 44).


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/57


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Capo d’Anzio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/17)

(2017/C 277/82)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Capo d’Anzio SpA (Anzio, l-Italja) (rappreżentant: S. Carloni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 2953 finali tat-28 ta’ April 2017, dwar il-ħlas lura ta’ EUR 193 120 flimkien mal-interessi moratorji, li ngħataw qabel lir-rikorrenti bħala finanzjament antiċipat, fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju LIFE10 ENV/IT/000369 – LCA4PORTS

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka dan li ġej.

1.

Fl-14 ta’ Ottubru 2011 il-kumpannija Capo d’Anzio kkonkludiet ftehim ta’ sussidju LIFE10 ENV/IT/000369 li bis-saħħa tiegħu l-Kummissjoni Ewropea tatha sussidju (li jammonta għal 45,94 % tat-total, bis-somma massima ta’ EUR 485 300) fil-kuntest ta’ proġett ta’ studju tas-sostenibbiltà ambjentali tal-iżvilupp tal-Porto di Anzio (port ta’Anzio) ippjanat fil-kuntest tal-proġett ta’ bini, ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni approvat mill-organi pubbliċi kompetenti.

2.

Waqt li kienu qed jitwettqu l-attivitajiet previsti mill-proġett, u filwaqt li kkonstatat li inizjalment dan kien perfettament konformi mar-regoli kuntrattwali u legali, il-Kummissjoni osservat li ċerti obbligi formali ma kinux osservati u dan wassalha sabiex tinterrompi l-proġett u titlob sussegwentement, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-ħlas lura tas-somom mogħtija.

3.

Ir-rikorrenti għandha l-intenzjoni li tinvoka l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 et seq. tad-dispożizzjonijiet komuni li jirregolaw il-proċeduri li għandhom jiġu implementati fil-każ li l-proġett jiġi interott u sussegwentement jiġi xolt il-ftehim ta’ sussidju u jiġi rkuprat il-finanzjament antiċipat.

4.

F’dan il-każ, il-Kummissjoni ssostni li hija kienet informata mill-kumpannija Capo d’Anzio bin-natura temporanja tad-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji ta’ din tal-aħħar, li indikat espliċitament li l-imsemmija diffikultajiet kienu jirriżultaw minn atti u fatti illegali indipendenti mir-rieda tal-kumpannija.

5.

Il-kumpannija Capo d’Anzio S.p.A irrapportat b’mod konsistenti u konxju dawn id-diffikultajiet, li ma kinux attribwiti lilha u finalment talbet b’nota tat-2 ta’ Novembru 2015 u b’nota sussegwenti tas-7 ta’ Diċembru 2015 li dan jittieħed inkunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet marbuta mal-kuntratt, talbet li tiġi organizzata laqgħa sabiex tkun tista’ tressaq l-argumenti tagħha u impenjat ruħha espliċitament li, fi kwalunkwe każ, tħallas lura l-finanzjament antiċipat fil-każ li ma tkunx kapaċi, b’mod permanenti, li tipprovdi rapport tal-proġett kif kien mitlub minnha.

6.

Minflok ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ġustifikazzjoni ppreżentata u talbet iktar kjarifiki sabiex ir-rikorrenti attwali tingħata d-dritt li tiddefendi ruħha hekk kif hija kienet invokat, il-Kummissjoni applikat id-dispożizzjonijiet komuni billi assimilat l-imġiba tal-kumpannija Capo d’Anzio S.p.A. ma nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bi ħtija.

7.

Il-kumpannija Capo d’Anzio S.p.A. kien messu kellha l-possibbiltà li jkollha laqgħa mal-Kummissjoni sabiex turi l-assenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bi ħtija min-naħa tagħha u għaldaqstant teżerċita d-dritt tagħha li ma ġġarrafx preġudizzju minħabba sitwazzjoni li ma hijiex attribwita lilha.

8.

Għaldaqstant, l-imġiba tal-Kummissjoni wasslet għal restrizzjoni tad-dritt ta’ Capo d’Anzio S.p.A. u għal ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt li jissuġġettaw ix-xoljiment tal-kuntratti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bi ħtija.

9.

Il-ksur tar-regoli proċedurali u sostantivi irriżulta fin-natura inġusta tad-deċiżjoni kkontestata, li rrevokat il-finanzjament parzjali mogħti minkejja li Capo d’Anzio S.p.A. essenzjalment użat b’mod korrett is-somom riċevuti mill-Kummissjoni sabiex tħallas il-professjonisti inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-proġett, u u dik id-deċiżjoni tiffoka primarjament fuq il-fatt purament formali li r-rikorrenti ma setgħetx tipprovdi rapport tal-attivtità eżerċitata fiż-żmien mitlub.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/59


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2017 – Item Industrietechnik vs EUIPO (EFUSE)

(Kawża T-426/17)

(2017/C 277/83)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Item Industrietechnik GmbH (Solingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u M. Vitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “EFUSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 463 003

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2017 fil-Każ R 1881/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/59


Rikors ippreżentat fil-5 Lulju 2017 – Item Industrietechnik vs EUIPO (EFUSE)

(Kawża T-427/17)

(2017/C 277/84)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Item Industrietechnik GmbH (Solingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u M. Vitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “EFUSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 463 011

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ April 2017 fil-Każ R 1882/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/60


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)

(Kawża T-428/17)

(2017/C 277/85)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co. KG (Berghülen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T.-C. Leisenberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “ALPINEWELTEN Die Bergführer” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 187 826

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 1339/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – It Works vs EUIPO – KESA Holdings Luxembourg (IT it WORKS)

(Kawża T-778/15) (1)

(2017/C 277/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2017 – Austrian Power Grid vs ACER

(Kawża T-53/17) (1)

(2017/C 277/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.