|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 270/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8543 — Ardian/APG/PGGM/LBC Tank Terminals) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2017/C 270/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2017/C 270/03 |
||
|
2017/C 270/04 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8543 — Ardian/APG/PGGM/LBC Tank Terminals)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 270/01)
Fis-7 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8543. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta’ Awwissu 2017
(2017/C 270/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1797 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,28 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4366 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90935 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,5665 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1422 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3478 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,118 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
304,40 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2816 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,5716 |
|
TRY |
Lira Turka |
4,1568 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4986 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4975 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2266 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6167 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6063 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 344,45 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,6561 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8713 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3945 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 754,70 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0650 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,358 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,3960 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,237 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,7517 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,9475 |
|
INR |
Rupi Indjan |
75,6390 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
15.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/3 |
Proċedimenti ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ ‘Societatea Forte Asigurări Reasigurări S.A.’
(2017/C 270/03)
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni)
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
‘Societatea Forte Asigurări Reasigurări S.A.’, li għandha l-uffiċċju rreġistrat f’Bd. Lascăr Catargiu, nr. 48, sector 1, Bucharest, ir-Rumanija, J40/1814/11.3.1996, CUI 8209593, RA-014/10.4.2003 |
|
Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni |
5 ta’ Lulju 2016 - Deċiżjoni Nru 1332 tal-5 ta’ Lulju 2016 dwar id-dikjarazzjoni tal-insolvenza ta’ Societatea Forte Asigurări Reasigurări S.A., il-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment kontriha u l-irtirar tal-liċenzja operattiva tagħha. Is-Sentenza Provviżorja Nru 6956 tas-7 ta’ Novembru 2016 li saret finali f’Jannar 2017, peress li ma ġie ppreżentat l-ebda appell qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għal appell. |
|
Awtoritajiet kompetenti |
‘Autoritatea de Supraveghere Financiară’ (ASF) [Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju ewlieni tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bucharest, ir-Rumanija |
|
Awtorità superviżorja |
‘Autoritatea de Supraveghere Financiară’ (ASF) [Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju ewlieni tagħha fi Splaiul Independenței Nru 15, Settur 5, Bucharest, ir-Rumanija |
|
Likwidatur maħtur |
Lichidator judiciar - RTZ & PARTNERS SPRL, fergħa ta’ Bucharest. Informazzjoni ta’ kuntatt Str. Wilhelm Filderman, Nru 18, 3et sular, Settur 3, Bucharest, ir-Rumanija |
|
Dritt applikabbli |
Ir-Rumanija L-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar it-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja, approvata permezz ta’ emendi bil-Liġi Nru 113/2013, kif emendata; Il-Liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, ix-xoljiment volontarju u l-istralċ fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikata mill-ġdid; Il-Liġi Nru 237/2015 dwar l-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni, kif emendata; Il-liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti ta’ insolvenza, kif emendata. |
|
15.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/4 |
Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi
(2017/C 270/04)
F’konformità mal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (1), id-Danimarka b’dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.
|
1. |
Il-livell tal-ħażniet speċifiċi li d-Danimarka impenjat ruħha li żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum ta’ konsum medju ta’ kuljum. |
|
2. |
Dan l-impenn japplika għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2018. |
|
3. |
Il-ħażniet speċifiċi se jkunu magħmula mill-kategoriji tal-prodotti li ġejjin:
|
|
4. |
Il-ħażniet se jinżammu bi sjieda mill-entità ċentrali Daniża għaż-żamma tal-ħażniet, Foreningen Danske Olieberedskabslagre (FDO). |
(1) ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9.