ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
14 ta' Awwissu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 269/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 269/02

Kawża C-22/17 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2017 minn Neonart svetlobni in reklamni napisi Krevh d.o.o mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-221/16 – Neonart svetlobni in reklamni napisi Krevh vs L-EUIPO (NEONART)

2

2017/C 269/03

Kawża C-257/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Mejju 2017 – C, A vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

2

2017/C 269/04

Kawża C-267/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Mejju 2017 – Rhenus Veniro GmbH & Co. KG vs Kreis Heinsberg

3

2017/C 269/05

Kawża C-287/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Česká pojišťovna a.s. vs WCZ, spol. s r.o.

3

2017/C 269/06

Kawża C-300/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata

4

2017/C 269/07

Kawża C-302/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Bratislave (is-Slovakkja) fl-24 ta’ Mejju 2017 – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

5

2017/C 269/08

Kawża C-303/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Headlog Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

6

2017/C 269/09

Kawża C-304/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Helga Löber vs Barclays Bank PLC

6

2017/C 269/10

Kawża C-305/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava (is-Slovakkja) fis-26 ta’ Mejju 2017 – FENS spol. s r.o. vs Ir-Repubblika Slovakka – Úrad pre reguláciu sieťovych odvetví

7

2017/C 269/11

Kawża C-306/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tatabányai Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2017 – Éva Nothartová vs József Boldizsaár Sámson

8

2017/C 269/12

Kawża C-310/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Levola Hengelo BV vs Smilde Foods BV

8

2017/C 269/13

Kawża C-315/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza

9

2017/C 269/14

Kawża C-320/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Marle Participations SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

10

2017/C 269/15

Kawża C-335/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis

10

2017/C 269/16

Kawża C-338/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Virginie Marie Gabriel Guigo vs Fond Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite

11

2017/C 269/17

Kawża C-349/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Eesti Pagar AS vs Ettevõtluse Arendamise Sihtasutus, Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

12

2017/C 269/18

Kawża C-364/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Varna Holideis EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

13

2017/C 269/19

Kawża C-377/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 269/20

Kawża T-233/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Ruiz Molina vs EUIPO (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-isem tal-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali suċċessiva — Xoljiment tal-kuntratt b’applikazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment — Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat — Awtorità ta’ res judicata — Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Obbligu ta’ motivazzjoni)

15

2017/C 269/21

Kawża T-11/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva — Talba għal aċċess fuq il-bażi tal-kooperazzjoni interistituzzjonali skont l-Artikolu 230 TFUE — Dokumenti li jirrigwardaw ix-xogħlijiet tal-grupp Kodiċi ta’ Kondotta (Fiskalità tal-Impriżi) istitwita mill-Kunsill — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà manifesta]

15

2017/C 269/22

Kawża T-137/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Uniwersytet Wrocławski vs REA (Rikors għal annullament — Rikors promotur — Rekwiżiti formali — Nuqqas ta’ rappreżentanza minn avukat — Inammissibbiltà manifesta)

16

2017/C 269/23

Kawża T-152/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Megasol Energie vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Dumping — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) mibgħuta mill-Malasja u mit-Tajwan — Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping u tad-dazju kumpensatorju definittivi stabbiliti fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati miċ-Ċina — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà]

17

2017/C 269/24

Kawża T-179/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SMOKY) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER SMOKY — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura]

17

2017/C 269/25

Kawża T-180/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SHAPE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER SHAPE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura]

18

2017/C 269/26

Kawża T-181/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER PRECISE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER PRECISE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura]

19

2017/C 269/27

Kawża T-182/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DUO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER DUO — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura]

19

2017/C 269/28

Kawża T-183/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DRAMA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER DRAMA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura]

20

2017/C 269/29

Kawża T-289/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 — Investigazzjoni esterna tal-OLAF — Rapport u rakkomandazzjonijiet — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Inammissibbiltà)

20

2017/C 269/30

Kawża T-346/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2017 – CSL Behring vs EUIPO – Vivatrex (Vivatrex) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vivatrex — Revoka tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2017/C 269/31

Kawża T-347/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li l-ħlas mill-ġdid tad-dazju fuq l-importazzjoni ma huwiex iġġustifikat f’każ partikolari — Rikors ta’ operatur ieħor — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà)

22

2017/C 269/32

Kawża T-582/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2017 – Vankerckhoven-Kahmann vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċċjali — Bini mill-ġdid tal-karriera — Rifut ta’ promozzjoni — Trasferiment interistituzzjonali — Klassifikazzjoni fi grad — Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-persunal — Terminu raġjonevoli — Inammissibbiltà)

22

2017/C 269/33

Kawża T-657/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta nemla — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Għajbien tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2017/C 269/34

Kawża T-863/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament (Rikors għal annullament — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew — Allowance għal assistenza parlamentari — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament — Inammissibbiltà manifesta parzjali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali)

23

2017/C 269/35

Kawża T-26/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Jalkh vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Membru tal-Parlament Ewropew — Privileġġi u immunitajiet — Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament Ewropew — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — -Nuqqas ta’ urġenza)

24

2017/C 269/36

Kawża T-27/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Jalkh vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Membru tal-Parlament Ewropew — Privileġġi u immunitajiet — Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament Ewropew — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — -Nuqqas ta’ urġenza)

24

2017/C 269/37

Kawża T-610/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – PC vs EASO

25

2017/C 269/38

Kawża T-175/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2017 – Ostvesta vs Il-Kummissjoni

26

2017/C 269/39

Kawża T-281/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

27

2017/C 269/40

Kawża T-357/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Aide et Action France vs Il-Kummissjoni

28

2017/C 269/41

Kawża T-376/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

30

2017/C 269/42

Kawża T-381/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Acsen vs Il-Parlament

31

2017/C 269/43

Kawża T-383/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Hansol Paper vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 269/44

Kawża T-384/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Ċipru vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)

33

2017/C 269/45

Kawża T-391/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

33

2017/C 269/46

Kawża T-401/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs EUIPO – C & C IP (T)

34

2017/C 269/47

Kawża T-713/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Fair deal for expats et vs Il-Kummissjoni

35

2017/C 269/48

Kawża T-826/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2017 – Casasnovas Bernad vs Il-Kummissjoni

35


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 269/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 256, 7.8.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 249, 31.7.2017

ĠU C 239, 24.7.2017

ĠU C 231, 17.7.2017

ĠU C 221, 10.7.2017

ĠU C 213, 3.7.2017

ĠU C 202, 26.6.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/2


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2017 minn Neonart svetlobni in reklamni napisi Krevh d.o.o mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-221/16 – Neonart svetlobni in reklamni napisi Krevh vs L-EUIPO (NEONART)

(Kawża C-22/17 P)

(2017/C 269/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Neonart svetlobni in reklamni napisi Krevh d.o.o. (rappreżentant: J. Marn, mhux avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Mejju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Mejju 2017 – C, A vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-257/17)

(2017/C 269/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C, A

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

1.

Fid-dawl tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan (C-583/10, EU:C:2012:638), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domandi preliminari tal-qorti Olandiża dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva f’tilwima li tikkonċerna d-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja tal-isponsors li għandhom nazzjonalità Olandiża, meta din id-direttiva ġiet iddikjarata, fid-dritt Olandiż, applikabbli b’mod dirett u inkundizzjonat għal dawn il-membri tal-familja?

2.

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2003/86/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li fuq il-bażi tagħha applikazzjoni għal permess ta’ residenza awtonomu ta’ barrani b’residenza regolari fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ iktar minn ħames snin għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tista’ tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni meħtieġa fid-dritt nazzjonali?

3.

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2003/86/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fuq il-bażi tagħha permess ta’ residenza awtonomu jista’ jingħata biss b’effett mid-data tal-applikazzjoni?


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Mejju 2017 – Rhenus Veniro GmbH & Co. KG vs Kreis Heinsberg

(Kawża C-267/17)

(2017/C 269/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

Konvenut: Kreis Heinsberg

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) huwa applikabbli għal kuntratti pubbliċi għal servizzi, fis-sens tal-Artikolu 2(i) tal-imsemmi regolament, li għandhom jingħataw direttament u li, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament, ma jiħdux il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizzi kif iddefiniti fid-Direttiva 2004/17/KE jew fid-Direttiva 2004/18/KE?

Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2)

L-Artikolu 2(b) u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprevedu, minħabba l-użu tal-kelma “jew”, kompetenza esklużiva ta’ awtorità individwali jew ta’ grupp ta’ awtoritajiet, jew għandu jitqies li awtorità individwali tista’ wkoll, skont dawn id-dispożizzjonijiet, tkun membru ta’ grupp ta’ awtoritajiet u tgħaddi lil dan il-grupp ċerti funzjonijiet, filwaqt li madankollu żżomm is-setgħa li tintervjeni, fis-sens tal-Artikolu 2(b), u tkun l-awtorità lokali kompetenti fis-sens tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007?

3)

Sa fejn jeħtieġ li l-operatur intern jipprovdi huwa nnifsu l-parti l-kbira tas-servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri, il-punt (e) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jeskludi li l-operatur intern jiżgura t-twettiq tal-parti l-kbira ta’ dan is-servizz permezz ta’ kumpannija sussidjarja miżmuma minnu 100 %?

4)

Il-kundizzjonijiet għal għoti dirett previsti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandhom ikunu ssodisfatti mal-pubblikazzjoni ta’ proġett ta’ għoti dirett skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jew biss mal-għoti dirett innifsu?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Česká pojišťovna a.s. vs WCZ, spol. s r.o.

(Kawża C-287/17)

(2017/C 269/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Českých Budějovicích

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká pojišťovna a.s.

Konvenuta: WCZ, spol. s r.o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2011/7/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti tagħti, lir-rikorrent li jirbaħ kawża dwar ir-rimbors ta’ dejn li jirriżulta minn tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 3 jew tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, somma ta’ EUR 40 (jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali) kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja, inkluż ir-rimbors tal-ispejjeż tat-tfakkira fl-indirizz tal-konvenut qabel il-preżentata tar-rikors, għal ammont stabbilit mid-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata

(Kawża C-300/17)

(2017/C 269/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG

Konvenut: Budapest Főváros Önkormányzata (Komun ta’ Budapest, l-Ungerija)

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekudi dispożizzjoni proċedurali ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-preżentata ta’ kull talba ċivili bbażata fuq ksur ta’ regola fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi għall-kundizzjoni li kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew qorti – adita b’appell mid-deċiżjoni tal-kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – j/tiddikjara b’mod definittiv li kien hemm ksur ta’ din ir-regola?

2)

Dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi, bħala kundizzjoni preliminari għall-preżentata ta’ talba għad-danni, li kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew qorti – adita b’appell mid-deċiżjoni tal-kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – j/tiddikjara b’mod definittiv li kien hemm ksur ta’ din ir-regola, tista’ tiġi ssostitwita b’dispożizzjoni oħra li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni. Jiġifieri, teżisti l-possibbiltà li persuna ppreġudikata tipprova l-ksur tar-regola b’mezzi oħra?

3)

Fil-kuntest ta’ kawża għad-danni, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, għall-prinċipji ta’ effettività u ta’ ugwaljanza, jew tista’ tippreġudika tali dritt jew tali prinċipji, dispożizzjoni proċedurali ta’ Stat Membru li tipprovdi għall-kontestazzjoni legali ta’ deċiżjoni amministrativa esklużivament abbażi tal-motivi invokati fil-proċedimenti quddiem il-kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, anki meta l-persuna ppreġudikata, insostenn tal-imsemmi ksur tar-regola, tkun tista’ tinvoka biss l-illeġittimità tad-deċiżjoni tiegħu tal-esklużjoni tagħha abbażi tal-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali li twassal għall-esklużjoni tagħha mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku għal raġuni oħra, prevista mill-istess dispożizzjoni proċedurali nnegozjata, jiġifieri t-tibdil tal-applikazzjoni tagħha.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Bratislave (is-Slovakkja) fl-24 ta’ Mejju 2017 – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

(Kawża C-302/17)

(2017/C 269/07)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Bratislave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PPC Power a.s.

Konvenuti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

Domanda preliminari

L-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (2) (iktar 'il quddiem “id-Direttiva”), b’mod partikolari i) l-għan ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet permezz ta’ titjib fit-teknoloġiji (Artikolu 1 u premessi 2 u 20), ii) l-għan ta’ preservazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u ta’ preservazzjoni tal-integrità tas-suq intern u l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni (premessi 5 u 7), iii) l-għan li jiġi żgurat it-tnaqqis tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet finanzjarjament u ekonomikament vantaġġużi (Artikolu 1), il-prinċipju ta’ ċertezza [legali] tal-operaturi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(f) li jikkonsisti fil-fatt li l-operaturi għandhom id-dritt, skont l-Artikolu 9, li jibbażaw ruħhom fuq in-natura mhux emendabbli tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti għall-inqas 18-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu inkwistjoni (jiġifieri, għall-perijodu 2008-2012, mill-inqas wara t-30 ta’ Ġunju 2006), iv) ir-rekwiżit li l-kwoti ta’ emissjonijiet għandhom jiġu allokati bla ħlas (Artikolu 10), v) id-dritt tal-persuni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) li jingħataw il-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ sostituzzjoni li huma kienu detenturi tagħhom u li l-Istati Membri ma jannullawx skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li timponi fuq l-operaturi ddefiniti fl-Artikolu 3(f) tad-Direttiva u suġġetti għat-taxxa fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-obbligu li jħallsu taxxa speċjali 1) li l-bażi legali tagħha hija l-fatt li hija suġġetta għat-taxxa l-ġestjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (fil-każijiet ta’ assenza ta’ konsum, u ta’ bejgħ) irrispettivament minn jekk, b’din il-ġestjoni, l-operatur jagħmilx profitt, ii) dawn il-kwoti ta’ emissjonijiet ġew allokati lil dawn l-operaturi abbażi tal-Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti li l-Istat Membru ppreżenta lill-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu 2008 – 2012 skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva [jiġifieri li jkun ġie nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva u li ma ġiex miċħud minn din tal-aħħar skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva], u li tipprevedi, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva, li għall-perijodu ta’ ħames snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2008, 100 % tal-kwoti huma allokati bla ħlas, iv) ir-rata ta’ din it-taxxa tammonta għal 80 % tal-bażi taxxabbli fuq il-kwoti tal-emissjonijiet, miksuba billi tiżdied il-multiplikazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet ittrasferiti (mibjugħa) matul kull xahar kalendarju u l-prezz medju tas-suq tal-kwoti ta’ emissjonijiet għax-xahar kalendarju ta’ qabel ix-xahar li fih sar it-trasferiment, mal-multiplikazzjoni tal-prodott tal-kwoti ta’ emissjonijiet mhux ikkonsmati u l-prezz medju tal-kwoti ta’ emissjonijiet għas-sena kalendarja kkonċernata, v) fejn il-prezzijiet medji tas-suq huma kkalkolati bħala sempliċi medja aritmetika tal-aħħar kambju ta’ prezzijiet li sar matul jum fil-borża (jiġifieri li t-taxxa ma tiddependix mill-prezz li bih kienu attwalment inbiegħu l-kwoti ta’ emissjoni)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Headlog Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

(Kawża C-303/17)

(2017/C 269/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Headlog Limited

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

Domandi preliminari

1)

Huwa rilevanti, fir-rigward tar-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula fit-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa fil-kawża [C-3/17] mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság, li s-sanzjoni amministrattiva ma tkunx tikkonsisti f’multa, iżda fin-nuqqas ta’ aċċessibbiltà temporanja għad-data elettronika għal perijodu ta’ 90 ġurnata, liema sanzjoni għandha karatteristiċi fundamentalment differenti (pereżempju, tiġi sospiża b’mod temporanju l-provvista tas-servizz, id-deċiżjoni dwar is-sanzjoni ma tiġix innotifikata u ma jkunx possibbli li jiġi ppreżentat appell kontra din l-istess deċiżjoni) u li l-awtorità nazzjonali tista’ timponi wkoll għall-istess att, b’mod kumulattiv, minbarra s-sanzjoni ta’ multa?

2)

Fid-dawl tan-natura, il-gravità u l-metodu ta’ impożizzjoni tas-sanzjoni amministrattiva ta’ inaċċessibbiltà temporanja għad-dati elettroniċi għal perijodu ta’ 90 ġurnata, kif ukoll, fuq kollox, tal-impossibbiltà li jiġi ppreżentat appell effettiv kontra l-istess sanzjoni, il-fatt li l-imsemmija sanzjoni tikkostitwixxi fiha nnifisha restrizzjoni sproporzjonatament gravi tal-Artikolu 56 TFUE u tal-Artikoli 17(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, liema restrizzjoni, fil-forma attwali tagħha, ma tistax tiġi ġġustifikata permezz tal-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur iffissati mill-Istat Membru fl-ambitu tal-logħob tal-azzard, tista’ titqies li hija konformi mal-Artikolu 56 TFUE?

3)

Fir-rigward tar-risposta li għandha tingħata għas-sitt domanda preliminari magħmula fil-kawża [C-3/17] mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság, huwa rilevanti li l-Istat Membru ma jiżgurax li jiġu adottati r-regoli neċessarji sabiex tinkiseb – sew permezz ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ konċessjonijiet, sew permezz tat-tressiq ta’ offerta [ta’ ftehim] – liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ logħob ta’ casino online, u għal din ir-raġuni l-persuni li jipprovdu servizzi ma jkunux jistgħu jiksbu l-liċenzji amministrattivi neċessarji sabiex joffru s-servizz?


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Helga Löber vs Barclays Bank PLC

(Kawża C-304/17)

(2017/C 269/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helga Löber

Konvenut: Barclays Bank PLC

Domandi preliminari

Liema hija, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), il-qorti kompetenti għal talbiet mhux kuntrattwali fuq il-bażi tar-responsabbiltà li tirriżulta mill-prospectus meta:

l-investitur ħa fil-post ta’ domiċilju tiegħu d-deċiżjoni ta’ investiment tiegħu pprovokata mill-prospectus difettuż, u li

fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni, huwa ttrasferixxa l-prezz tax-xiri tat-titolu trasferibbli miksub fis-suq sekondarju mill-kont tiegħu miżmum minn bank Awstrijak lejn kont ta’ regolarizzazzjoni miżmum minn bank Awstrijak ieħor, minn fejn l-imsemmi prezz tax-xiri ġie sussegwentement ittrasferit lill-bejjiegħ għan-nom tar-rikorrent?

Din hija:

(a)

il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-investitur għandu d-domiċilju tiegħu?

(b)

il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-bank jew tal-fergħa tiegħu li tiġġestixxi l-kont bankarju tar-rikorrent li minnu huwa ttrasferixxa lejn il-kont ta’ regolarizzazzjoni l-ammont investit?

(c)

il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-bank jew tal-fergħa tiegħu li tiġġestixxi l-kont ta’ regolarizzazzjoni?

(d)

waħda minn dawn il-qrati, skont l-għażla tar-rikorrent?

(e)

l-ebda waħda minn dawn il-qrati?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava (is-Slovakkja) fis-26 ta’ Mejju 2017 – FENS spol. s r.o. vs Ir-Repubblika Slovakka – Úrad pre reguláciu sieťovych odvetví

(Kawża C-305/17)

(2017/C 269/10)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bratislava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FENS spol. s r.o.

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka – Úrad pre reguláciu sieťovych odvetví

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 30 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 12(9) tad-Digriet tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka Nru 317/2007 li jistabbilixxi r-regoli tal-funzjonament tas-suq tal-elettriku, li tintroduċi ħlas partikolari għall-esportaturi tal-elettriku mit-territorju tar-Repubblika Slovakka, mingħajr ma tiddistingwi jekk hijiex esportazzjoni tal-elettriku mit-territorju tar-Repubblika Slovakka lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew lejn pajjiżi terzi, u dan jekk il-prodottur tal-elettriku ma jurix li l-elettriku esportat ġie importat fit-territorju tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri li l-ħlas japplika esklużivament għall-elettriku prodott fir-Repubblika Slovakka u esportat mit-territorju tar-Repubblika Slovakka?

2)

Tariffa pekunjarja bħal dik stabbilita bid-dispożizzjoni tal-Artikolu 12(9) tad-Digriet tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka Nru 317/2007 li jistabbilixxi r-regoli tal-funzjonament tas-suq tal-elettriku, jiġifieri taxxa applikata esklużivament għall-elettriku li jkun ġie prodott fir-Repubblika Slovakka u li jkun fl-istess ħin ġie esportat mit-territorju tar-Repubblika Slovakka, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni ta jekk hijiex esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew lejn L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali fis-sens tal-Artikolu 28(1) TFUE?

3)

Dispożizzjoni legali interna bħalma huwa l-Artikolu 12(9) tad-Digriet tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka Nru 317/2007 li jistabbilixxi r-regoli tal-funzjonament tas-suq tal-elettriku, hija kompatibbli mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija fis-sens tal-Artikolu 28 TFUE?


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tatabányai Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2017 – Éva Nothartová vs József Boldizsaár Sámson

(Kawża C-306/17)

(2017/C 269/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Tatabányai Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Éva Nothartová

Konvenut: József Boldizsár Sámson

Domandi preliminari

Meta kontrotalba toriġina minn kuntratt jew minn fatti differenti minn dawk li fuqhom hija bbażata t-talba oriġinali:

a)

għandu japplika biss l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1215/2012/UE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell Ia”) peress li huwa l-unika dispożizzjoni li tikkonċerna l-kontrotalba, jew

b)

l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Brussell Ia jikkonċerna biss il-kontrotalbiet li joriġinaw mill-kuntratt jew mill-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba oriġinali, u għalhekk ma jistax japplika għal kontrotalbiet li ma joriġinawx minn dan il-kuntratt jew minn dawn il-fatti, bil-konsegwenza li, fir-rigward ta’ dawn il-kontrotalbiet, jista’ jiġi stabbilit, abbażi ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni oħra tar-Regolament Brussell Ia, li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq it-talba oriġinali għandha wkoll ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq il-kontrotalba?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Levola Hengelo BV vs Smilde Foods BV

(Kawża C-310/17)

(2017/C 269/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Levola Hengelo BV

Konvenuta: Smilde Foods BV

Domandi preliminari

1)

a.

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi t-togħma ta’ prodott tal-ikel, inkwantu kreazzjoni intellettwali proprja tal-awtur tiegħu, milli tkun protetta mid-drittijiet tal-awtur? B’mod partikolari:

b.

Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur hija prekluża mill-fatt li l-espressjoni “xogħlijiet litterarji u artistiċi” fl-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni ta’ Berna, li hija vinkolanti fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, tinkludi “kull produzzjoni fil-qasam litterarju, xjentifiku u artistiku, ikun xi jkun il-mod jew il-forma tal-espressjoni tagħha”, iżda fejn l-eżempji ċċitati f’din id-dispożizzjoni jirreferu biss għal kreazzjonijiet li jistgħu jiġu pperċepiti mill-ħars u/jew mis-smigħ?

c.

L-instabbiltà (possibbli) ta’ prodott tal-ikel u/jew in-natura suġġettiva ta’ esperjenza ta’ togħma tipprekludi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma ta’ prodott tal-ikel?

d.

Is-sistema ta’ drittijiet esklużivi u ta’ restrizzjonijiet, kif irregolata mill-Artikoli 2 sa 5 tad-Direttiva 2001/29/KE (1), tipprekludi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma ta’ prodott tal-ikel?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) tkun fin-negattiv:

a.

X’inhuma r-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma ta’ prodott tal-ikel?

b.

Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma hija bbażata unikament fuq it-togħma fiha nfisha jew (ukoll) fuq ir-riċetta tal-prodott tal-ikel?

c.

Fi proċedimenti (ta’ ksur), xi provi għandha tipproduċi l-parti li ssostni li tkun ħolqot togħma protetta mid-drittijiet tal-awtur? Huwa suffiċjenti għal din il-parti, li tippreżenta l-prodott tal-ikel inkwistjoni fl-imsemmija proċedimenti lill-qorti sabiex din il-qorti, billi dduq u xxomm, tkun tista’ tifforma l-opinjoni tagħha dwar jekk it-togħma ta’ prodott tal-ikel tissoddisfax ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur? Jew inkella r-rikorrent għandu (wkoll) jipprovdi deskrizzjoni tal-għażliet kreattivi involuti fil-kompożizzjoni tat-togħma u/jew tar-riċetta li abbażi tagħhom it-togħma tista’ tiġi kkunsidrata li hija l-kreazzjoni intellettwali tal-awtur?

d.

Fi proċedimenti ta’ ksur il-qorti kif għandha tiddetermina jekk it-togħma tal-prodott tal-ikel tal-konvenut tikkorrispondix sa tali punt mat-togħma tal-prodott tal-ikel tar-rikorrent li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-awtur? Il-fattur deċiżiv hawnhekk huwa (ukoll) dak li l-impressjoni ġenerali taż-żewġ togħmiet hija l-istess?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza

(Kawża C-315/17)

(2017/C 269/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 2 de Zaragoza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pilar Centeno Meléndez

Konvenuta: Universidad de Zaragoza

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim-Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju (1), hija applikabbli għal komplement ta’ remunerazzjoni għal żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali li titlob ir-rikorrenti, inkwantu huwa kundizzjoni ta’ xogħol, jew, għall-kuntrarju, huwa kunċett ta’ remunerazzjoni li jippreżenta l-karatteristiċi esposti f’dan id-digriet u li huwa relatat mal-kundizzjoni suġġettiva ta’ min jirċevih, miksub permezz ta’ xogħol imwettaq matul numru ta’ snin konformement ma’ kriterji ta’ kumplessità u responsabbiltà progressivi, stabbiltà, speċjalizzazzjoni u professjonalità?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, u fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan il-komplement huwa kundizzjoni ta’ xogħol fost dawk li għalihom tagħmel riferiment il-[klawżola] 4(1) tal-Ftehim-Qafas, dan għandu jitqies li huwa differenza fir-remunerazzjoni li hija ġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Marle Participations SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-320/17)

(2017/C 269/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marle Participations SARL

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk u, meta jkun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-kiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija holding lil sussidjarja ifissirx intervent dirett jew indirett fil-ġestjoni ta’ din is-sussidjarja li jkollu bħala effett li lill-akkwist u liż-żamma ta’ ishma ta’ din is-sussidjarja tingħata n-natura ta’ attivitajiet ekonomiċi fis-sens tad-direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1).


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis

(Kawża C-335/17)

(2017/C 269/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Neli Valcheva

Konvenut: Georgios Babanarakis

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “drittijiet ta’ aċċess” li jintuża fl-Artikolu 1(2)(a) u fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkonċernax biss l-aċċess bejn il-ġenituri u l-minuri iżda wkoll l-aċċess għal qraba oħra għajr il-ġenituri, b’mod partikolari għan-nanniet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Virginie Marie Gabriel Guigo vs Fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite”

(Kawża C-338/17)

(2017/C 269/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Virginie Marie Gabriel Guigo

Konvenut: Fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite”

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 151 u 153 TFUE, kif ukoll l-Artikoli 3, 4, 11 u 12 tad-Direttiva 2008/94 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija l-Artikolu 4(1) taż-Zakon za Garantiranite vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite pri nesastoyatelnost na rabotodatelia (liġi dwar dwar il-pretensjonijiet iggarantiti tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega), li tipprovdi li huma esklużi mill-protezzjoni ta’ pretensjonijiet pendenti marbuta mal-impjieg dawk il-persuni li r-relazzjonijiet ta’ impjieg tagħhom ikunu ntemmu qabel il-perijodu stabbilit ta’ tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi tal-persuna li timpjega?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità fil-kuntest tal-għanijiet soċjali tal-Artikoli 151 u 153 TFUE u tad-Direttiva 2008/94, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jitqies li hija konformi miżura nazzjonali, bħall-Artikolu 25 taż-Zakon za Garantiranite vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite pri nesastoyatelnost na rabotodatelia, li tipprovdi li mal-iskadenza ta’ terminu ta’ xahrejn mid-data tar-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza jintemm kemm id-dritt li jsiru u kemm id-dritt li jkunu mħallsa pretensjonijiet iggarantiti, sa fejn fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru teżisti dispożizzjoni, bħat-tielet punt tal-Artikolu 358(1) tal-Kodeks na truda (kodiċi tal-impjieg), li tipprovdi li t-terminu sabiex isiru pretensjonijiet pendenti fil-qasam tal-impjieg huwa ta’ tliet snin, ikkalkolat mid-data li fiha l-pretensjoni kien imissha tħallset, u li l-ħlasijiet li jsiru lil hinn minn dan it-terminu ma jiġux ikkunsidrati li huma ħlasijiet li ma kinux dovuti?

3)

L-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li ssir distinzjoni bejn, minn naħa, ħaddiema u impjegati li jkollhom pretensjonijiet pendenti u li r-relazzjonijiet legali tagħhom intemmu qabel it-terminu stabbilit ta’ tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, u dawk li r-relazzjonijiet legali tagħhom intemmu matul it-terminu stabbilit ta’ tliet xhur, u, min-naħa l-oħra, bejn tali ħaddiema u impjegati u dawk li huma intitolati għal protezzjoni fir-rigward tal-pretensjonijiet pendenti tagħhom minħabba li r-relazzjonijiet legali ta’ impjieg tagħhom intemmu fit-terminu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-pretensjoni kien imissha tħallset, fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 358 tal-Kodeks na truda?

4)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/94, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tagħha u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti dispożizzjoni, bħall-Artikolu 25 taż-Zakon za Garantiranite vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite pri nesastoyatelnost na rabotodatelia, li tipprovdi li, b’mod awtomatiku u mingħajr il-possibbiltà ta’ eżami każ b’każ taċ-ċirkustanzi rilevanti, mal-iskadenza tat-terminu ta’ xahrejn mid-data tar-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, jintemm kemm id-dritt li jsiru u kemm id-dritt li jkunu mħallsa pretensjonijiet iggarantiti fil-qasam tal-impjieg?


(1)  Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU 2008, L 283, p. 36).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Eesti Pagar AS vs Ettevõtluse Arendamise Sihtasutus, Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

(Kawża C-349/17)

(2017/C 269/17)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eesti Pagar AS

Konvenuti: Ettevõtluse Arendamise Sihtasutus, Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Domandi preliminari

a)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (1), li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, inbeda’ x-xogħol fuq il-“proġett jew attività”, fejn l-attività li trid tiġi mħeġġa tikkonsisti, pereżempju, fl-akkwist ta’ impjant u fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt ta’ xiri ta’ dan l-impjant? L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom is-setgħa li jevalwaw ksur tal-kriterju stabbilit f’din id-dispożizzjoni meta jikkunsidraw l-ispejjeż għax-xoljiment unilaterali tal-kuntratt li l-konklużjoni tiegħu tikser ir-rekwiżit li jkun hemm effett ta’ inċentiv? Jekk jingħad li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru għandhom din is-setgħa, sa liema ammont l-ispiża (f’perċentwali) ikkawżata mix-xoljiment tal-kuntratt tista’ tiġi kkunsidrata li hija marġinali biżżejjed sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit ta’ effett ta’ inċentiv?

b)

Awtorità ta’ Stat Membru hija obbligata li tirkupra għajnuna illegali anki jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tkun ħadet ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward?

c)

Tista’ awtorità ta’ Stat Membru, li tiddeċiedi li tagħti għajnuna – billi tikkunsidra b’mod żbaljat li din hija għajnuna li tissodisfa r-rekwiżiti għal eżenzjoni skont il-kategorija, meta, fil-fatt, hija qed tagħti għajnuna illegali – toħloq aspettattiva leġittima tal-benefiċjarji tal-għajnuna? Sabiex tinħoloq aspettattiva leġittima għall-benefiċjarji, huwa biżżejjed, b’mod partikolari, li l-awtorità ta’ Stat Membru, meta tagħti għajnuna illegali, tkun taf biċ-ċirkustanzi li minħabba fihom l-għajnuna ma hijiex koperta mill-eżenzjoni skont il-kategorija?

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, għandhom jiġu mwieżna l-interess pubbliku u l-interess tal-individwu. Fil-kuntest ta’ tali tweżin, huwa rilevanti jekk il-Kummissjoni Ewropea adottatx deċiżjoni dwar l-għajnuna inkwistjoni li biha ddikjaratha inkompatibbli mas-suq komuni?

d)

X’inhu t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-irkupru ta’ għajnuna illegali minn awtorità ta’ Stat Membru? Huwa dan terminu ta’ 10 snin, li ma tmiemu l-għajnuna ssir għajnuna eżistenti skont l-Artikoli 1 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (2), li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, u għalhekk ma tistax tiġi rkuprata, jew huwa terminu ta’ 4 snin, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 (3), dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?

Liema hija l-bażi legali għal tali rkupru, jekk l-għajnuna ngħatat minn fond strutturali: l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?

e)

Fil-każ li awtorità ta’ Stat Membru tirkupra għajnuna illegali, hija meħtieġa wkoll teżiġi mill-benefiċjarju l-ħlas ta’ interessi fuq din l-għajnuna illegali? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema huma d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kalkolu tal-interessi, fost l-oħrajn f’dak li jirrigwarda r-rata tal-interessi u l-perijodu ta’ kalkolu?


(1)  ĠU 2008, L 214, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Varna Holideis EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-364/17)

(2017/C 269/18)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Varna Holideis EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90(1) u tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu li l-aġġustament tal-kreditu fiskali applikat għat-tranżazzjoni jitwettaq anki f’każijiet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-tranżazzjoni li fir-rigward tagħha kien eżerċitat id-dritt għal tnaqqis kienet ġiet iddikjarata nulla bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet il-forza ta’ res judicata, jew fil-kuntest tad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jitqies li f’dan il-każ ma jistax jingħad li kien hemm tranżazzjoni u għalhekk a priori ma kien hemm ebda impożizzjoni ta’ taxxa?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 185(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali dwar it-twettiq tal-aġġustament tal-kreditu fiskali applikat għal tranżazzjoni li kienet ġiet iddikjarata nulla bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, huwa possibbli li l-aġġustament jitwettaq direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/13


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-377/17)

(2017/C 269/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, H. Tserepa-Lacombe, L Malferrari, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

1.

tikkonstata li, billi żammet onorarji obbligatorji għall-periti u għall-inġiniera skont il-Honorarordnung für Architekten und Ingenieure (lista ta’ onorarji tal-periti u tal-inġiniera, iktar ’il quddiem l-“HOAI”), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE u tal-Artikolu 49 TFUE;

2.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż;

Motivi u argumenti prinċipali

Il-lista ta’ onorarji Ġermaniża tal-periti u tal-inġiniera (HOAI) tinkludi sistema ta’ tariffi minimi u massimi għas-servizzi ta’ dan il-grupp ta’ professjonisti. Skont il-Kummissjoni, din is-sistema tagħmel iktar diffiċli l-istabbiliment ta’ periti u ta’ inġiniera li jixtiequ jikkompetu ma’ fornituri stabbiliti permezz ta’ offerti li ma jaqgħux taħt qafas tariffarju awtorizzat. Dawn il-fornituri huma preklużi milli jipprovdu servizzi tal-istess kwalità bi prezzijiet iktar baxxi u servizzi ta’ kwalità ogħla bi prezzijiet ogħla.

Dan jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment kemm għall-finijiet tal-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE kif ukoll għall-finijiet tal-Artikolu 49 TFUE.

Din ir-restrizzjoni ma hijiex iġġustifikata, b’mod partikolari ma hijiex iġġustifikata mill-interess li tinżamm il-kwalità tal-provvista ta’ servizzi, li fil-fatt ma hijiex f’konnessjoni diretta mal-prezz.


Il-Qorti Ġenerali

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Ruiz Molina vs EUIPO

(Kawża T-233/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-isem tal-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali suċċessiva - Xoljiment tal-kuntratt b’applikazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat - Awtorità ta’ res judicata - Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2017/C 269/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)

Appellat: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-2 ta’ Marzu 2016, Ruiz Molina vs UASI (F-60/15, EU:F:2016:28), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

José Luis Ruiz Molina għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-11/16) (1)

([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva - Talba għal aċċess fuq il-bażi tal-kooperazzjoni interistituzzjonali skont l-Artikolu 230 TFUE - Dokumenti li jirrigwardaw ix-xogħlijiet tal-grupp ‘Kodiċi ta’ Kondotta (Fiskalità tal-Impriżi)’ istitwita mill-Kunsill - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta”])

(2017/C 269/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Fischer-Lescano, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, J. Baquero Cruz u A. Buchet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u ntiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2015 bħala tweġiba għat-talba ta’ aċċess għad-dokumenti tal-grupp “Kodiċi ta’ Kondotta (Fiskalità tal-Impriżi)”, imressqa mir-rikorrent fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9. Novembru 2015 li twieġeb għat-talba ta’ aċċess għall-istess dokumenti mressqa mill-President tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta’ Natura jew Effett Simili.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Fabio De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Uniwersytet Wrocławski vs REA

(Kawża T-137/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Rikors promotur - Rekwiżiti formali - Nuqqas ta’ rappreżentanza minn avukat - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 269/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Uniwersytet Wrocławski (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentanti: D. Dubis, avocat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre u G. Materna, avukati)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tar-REA, li aġixxiet b’delega tal-Kummissjoni Ewropea, li jiġi xolt il-ftehim ta’ sussidju Cossar (Nru 252908) u li r-rikorrenti tiġi obbligata tirrimborsa l-ammonti ta’ EUR 36 508,37, ta’ EUR 58 031,38 u ta’ EUR 6 286,68 kif ukoll tħallas danni li jammontaw għal EUR 5 803,14 u, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ħlas lura mir-REA tas-somom korrispondenti bl-interessi kkalkolati mid-data tal-ħlas sad-data tal-ħlas lura.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors fil-Kawża T-137/16 huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L-Uniwersytet Wrocławski għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Megasol Energie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/16) (1)

([“Rikors għal annullament - Dumping - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) mibgħuta mill-Malasja u mit-Tajwan - Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping u tad-dazju kumpensatorju definittivi stabbiliti fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati miċ-Ċina - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”])

(2017/C 269/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Megasol Energie AG (Wangen an de Aare, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Wegner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, A. Demeneix u K. Blanck-Putz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184, tal-11 ta’ Frar 2016, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 37, p. 56), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185, tal-11 ta’ Frar 2016, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 37, p. 76), sa fejn huma japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Megasol Energie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SMOKY)

(Kawża T-179/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER SMOKY - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 269/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2905/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SHAPE)

(Kawża T-180/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER SHAPE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 269/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2907/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER PRECISE)

(Kawża T-181/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER PRECISE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 269/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2911/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DUO)

(Kawża T-182/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER DUO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 269/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2916/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DRAMA)

(Kawża T-183/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASTER DRAMA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 269/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2500/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/16) (1)

((Rikors għal annullament - Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Investigazzjoni esterna tal-OLAF - Rapport u rakkomandazzjonijiet - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà))

(2017/C 269/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inox Mare Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: R. Holzeisen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Baquero Cruz, D. Nardi u L. Grønfeldt, sussegwentment J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) rigward l-investigazzjoni esterna OF/2013/0086/B1 [THOR(2015) 40189 tas-26 ta’ Novembru 2015], tar-rakkomandazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF relatata miegħu [THOR(2015) 42057 tad-9 ta’ Diċembru 2015] u tal-atti preċedenti u strettament konnessi tal-OLAF

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Inox Mare Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2017 – CSL Behring vs EUIPO – Vivatrex (Vivatrex)

(Kawża T-346/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vivatrex - Revoka tat-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 269/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CSL Behring (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vivatrex GmbH (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Stangl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ April 2016 (Każijiet Magħquda R 1263/2015-4 u R 1221/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CSL Behring u Vivatrex.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li l-ħlas mill-ġdid tad-dazju fuq l-importazzjoni ma huwiex iġġustifikat f’każ partikolari - Rikors ta’ operatur ieħor - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))

(2017/C 269/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inox Mare Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentanti: R. Holzeisen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9672 finali, tas-6 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li l-ħlas mill-ġdid tad-dazju fuq l-importazzjoni ma huwiex iġġustifikat f’każ partikolari (REM 02/14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Inox Mare Srl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2017 – Vankerckhoven-Kahmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Bini mill-ġdid tal-karriera - Rifut ta’ promozzjoni - Trasferiment interistituzzjonali - Klassifikazzjoni fi grad - Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-persunal - Terminu raġjonevoli - Inammissibbiltà”))

(2017/C 269/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Vankerckhoven-Kahmann (Enghien, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, sussegwentement minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2015 li biha ġiet irrifjutata r-reviżjoni tal-grad tar-rikorrenti waqt it-trasferiment tiegħu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2015 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Monique Vankerckhoven-Kahmann għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-11/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla)

(Kawża T-657/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta nemla - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 269/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Marc Márquez Alentà (Cervera, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1242/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fiesta Hotels & Resorts u M. Márquez Alentà.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Marc Márquez Alentà.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-863/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance għal assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Inammissibbiltà manifesta parzjali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali”))

(2017/C 269/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, tad-29 ta’ Jannar 2016, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 320 026,23 imħallsa indebitament għal assistenza parlamentari, tan-nota ta’ debitu relatata magħha, tal-4 ta’ Frar 2016, u tad-deċiżjoni tal-Kwesturi tal-4 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli, sa fejn jirrigwarda t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand Jean-Marie Le Pen tas-somma ta’ EUR 320 026,23 imħallsa indebitament għal assistenza parlamentari, tan-nota ta’ debitu relatata magħha, tal-4 ta’ Frar 2016, kif ukoll it-talba sabiex il-Parlament jiġi ordnat iħallas lir-rikorrent EUR 50 000 għall-ispejjeż li jistgħu jinġabru.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn jirrigwarda t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kwesturi tal-4 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-26/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - -Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 269/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvillers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Le Moigne, sussegwentement minn M. Ceccaldi, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropea (rappreżentanti: M. Dean u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Novembru 2016 dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ J.-F. Jalkh fir-rigward tal-investigazzjoni ġudizzjarja (Nru 1422400530) miftuħa quddiem it-Tribunal de grande instance de Paris (qorti reġjonali ta’ Pariġi, Franza).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-27/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament Ewropew - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - -Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 269/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvillers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Le Moigne, sussegwentement minn M. Ceccaldi, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropea (rappreżentanti: M. Dean u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Novembru 2016 dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ J.-F. Jalkh fir-rigward tal-investigazzjoni ġudizzjarja (Nru 14142000183) miftuħa quddiem it-Tribunal de grande instance de Paris (qorti reġjonali ta’ Pariġi, Franza).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/25


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – PC vs EASO

(Kawża T-610/16)

(2017/C 269/37)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: PC (rappreżentant: L. Railas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

Talbiet

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni negattiv għall-perijodu ta’ prova stabbilit fir-rigward tar-rikorrenti u tikkundanna lill-EASO sabiex jistabbilixxi rapport ġdid ta’ evalwazzjoni għar-rikorrenti li fih jiġi konkluż li din tal-aħħar tinżamm fil-pożizzjoni tagħha;

tannulla d-Deċiżjoni EASO/ED/2015/358;

tikkonstata li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il-quddiem l-“ASTK”) ma kinitx involuta fit-tkeċċija tar-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni EASO/HR/2015/607, li ttemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tar-rikorrenti fi tmiem il-perijodu ta’ prova, b’tali mod li r-relazzjoni ta’ xogħol tar-rikorrenti tkompli mingħajr interruzzjoni mill-1 ta’ Marzu 2015 sat-28 ta’ Frar 2020 (tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol prevista mill-kuntratt);

jekk l-EASO ma jistax jintegra mill-ġdid lir-rikorrenti fil-pożizzjoni tagħha, tikkundanna lill-EASO jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu subit minħabba d-deċiżjoni illegali tal-EASO billi jħallas lir-rikorrenti, għad-danni, ir-remunerazzjoni, l-allowances u l-kontribuzzjonijiet tal-irtirar tal-persuna li timpjega li jikkorrispondu għall-impjieg tagħha, għall-perijodu bejn l-1 ta’ Diċembru 2015 u t-28 ta’ Frar 2020;

jekk l-EASO jista jintegra mill-ġdid lir-rikorrenti fil-pożizzjoni tagħha, tikkundanna lill-EASO jħallas lir-rikorrenti, għad-danni, ir-remunerazzjoni, l-allowances u l-kontribuzzjonijiet tal-irtirar tal-persuna li timpjega li jikkorrispondu għall-impjieg tagħha, għall-perijodu li matulu ma assumitx il-funzjonijiet tagħha, jiġifieri l-perijodu inkluż bejn l-1 ta’ Diċembru 2015 u d-data tar-reintegrazzjoni tagħha;

tikkundanna lill-EASO jħallas lir-rikorrenti sitt xhur remunerazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tal-persuna li timpjega konformement mal-punt 5 tal-Kawża F-113/13; u

tikkundanna lill-EASO għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-evalwatur tal-perijodu ta’ prova billi stabbilixxa rapport ta’ evalwazzjoni negattiv għal dak il-perijodu u peress li esprima pubblikament kritika fir-rigward tar-rikorrenti li kienet infondata. Ir-rikorrenti tikkunsidra li l-EASO għandu jikkonstata mingħajr ebda referenza għall-ġurisprudenza jew għal kull sors ieħor ta’ dritt li (kull) “evalwatur għandu setgħa diskrezzjonali partikolarment wiesgħa fl-evalwazzjoni tax-xogħol tal-persuna li fir-rigward tagħha għandu jistabbilixxi rapport, peress li r-rapport ta’ evalwazzjoni jippreżenta l-opinjoni tal-evalwatur espressa liberament”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mill-EASO, tal-kriterju ta’ evalwazzjoni xierqa fit-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-perijodu ta’ prova. L-evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni ta’ tkeċċija saret mingħajr ma ttieħdu inkunsiderazzjoni l-“fatti hekk kif kienu jeżistu” u bi ksur tar-regoli applikabbli fir-rigward tal-persunal jew tal-gwida tal-EASO dwar l-evalwazzjoni tal-persunal fil-perijodu ta’ prova u mingħajr ma tqiesu l-osservazzjonijiet bil-miktub tar-rikorrenti dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, mill-EASO, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u fuq interpretazzjoni żbaljata, mill-EASO, tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi dawn ġew applikati għad-detriment tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-EASO billi ffirma d-dokument uffiċjali tal-Unjoni EASO/ED/2015/358 (delega ta’ poter), li kien adottat b’mod illegali minħabba l-assenza ta’ regoli obbligatorji ta’ infurzar adottati mill-Bord ta’ Tmexxija tal-EASO, li juri kunflitt ta’ interess ċar u li d-data tiegħu, fil-fehma tar-rikorrenti, ma hijiex eżatta.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-użu mill-EASO, fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova u fil-kumplament tal-proċedura, tad-dokument EASO/ED/2015/358, li huwa ddatat b’lura.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur mill-EASO, matul il-proċedura kollha ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova, tar-regoli proċedurali applikabbli għall-proċedura ta’ evalwazzjoni, tar-regoli dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova setgħet kienet differenti, jiġifieri waħda pożittiva, li kieku l-EASO ma kienx kiser ir-regoli tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-persunal u l-gwida tal-EASO dwar l-evalwazzjoni tal-persunal fil-perijodu ta’ prova.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti ssottomettiet, b’mod validu, argumenti intiżi sabiex jikkontestaw il-validità tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija. Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-EASO li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tagħha hija bbażata fuq evalwazzjoni żbaljata, fuq nuqqas mill-EASO matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova, bl-inklużjoni tal-ħatra illegali tal-awtur tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija, in-nuqqas ta’ professjonaliżmu tiegħu fil-kawżi dwar il-persunal, in-nuqqas ta’ esperjenza tiegħu fir-rigward tad-dokumenti ta’ evalwazzjoni relatati mal-perijodu ta’ prova, nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tal-perjodu ta’ prova kif ukoll ilmenti u kummenti magħmula mir-rikorrenti.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/26


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2017 – Ostvesta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-175/17)

(2017/C 269/38)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrenti: Ostvesta SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: J. Davidovičs, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-rapport tal-missjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) THOR (2013) 11413-07/05/2013, bil-15 –il annness tiegħu, ir-rapport finali OF/2010/0827/B1, kif ukoll ir-rapport tal-OLAF Nru OF/2010/0827 u r-rapport tal-OLAF THOR(2011)27463 meta jittieħed kont tal-illegalitajiet sostanzjali li vvizzjaw dawn l-atti u l-miżuri rrakkomandati li ġew adottati abbażi tagħhom,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq li l-atti kontenzjużi huma vinkolanti fuq l-awtoritajiet fiskali u fuq is-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tal-Latvja u jipproduċu effetti legali li jippreġudikaw l-interessi u d-drittijiet in personam u reali tar-rikorrenti billi jimmodifikaw is-sitwazzjoni legali tagħha, hekk li għandhom jitqiesu bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati meta jittieħdu inkunsiderazzjoni:

in-natura ta’ “riżorsi proprji tal-Unjoni” li għandhom id-dazji doganali u l-obbligi li jirriżultaw minnhom għall-Istati Membri li huma obbligati li jiġbruhom;

in-natura tal-OLAF bħala korp ta’ investigazzjoni amministrattiv li jissostitwixxi l-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ investigazzjonijiet esterni;

ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea bħala istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, mogħnija bil-funzjonijiet eżekuttivi fl-applikazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-atti kkontestati u fuq l-irregolaritajiet li jivvizzjawhom sa fejn:

ma fihom ebda wieħed mill-elementi essenzjali msemmija fir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Settembru 2013, jiġifieri l-assenza ta’ indikazzjoni ta’ garanziji proċedurali, ta’ persuni involuti fl-investigazzjoni, nuqqas ta’ smigħ tar-rappreżentanti legali tar-rikorrenti, ta’ klassifikazzjoni ġuridika preliminari;

fihom esklużjoni infondata u kontradittorja tar-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti;

l-OLAF ma wettaqx l-obbligu li jwettaq investigazzjoni oġġettiva u imparzjali fl-osservanza tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ ineżistenza ta’ responsabbiltà;

ir-rapport tal-missjoni u r-rapport finali fihom informazzjoni żbaljata minħabba atti żbaljati jew ommissjonijiet fil-kuntest tal-investigazzjoni;

il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tad-dazji antidumping inkisret u kienet applikata b’mod żbaljat;

il-leġiżlazzjoni kemm Komunitarja kif ukoll tar-Repubblika tat-Tajwan dwar l-obbligu tal-Kunsill tal-Kummerċ barrani tat-Tajwan li jivverifika l-oriġini tal-merkanzija li jiċċertifika nkisret u kienet applikata b’mod żbaljat;

l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, ġie miksur u ġie applikat b’mod żbaljat;

it-trattati u r-regoli ġuridiċi għall-applikazzjoni tagħhom, kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tagħha, ġew miksura.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/27


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-281/17)

(2017/C 269/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u C-N. Dede, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt tal-konvenuta rigward il-Fażi 2 proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti ristretta (referenza tal-EuropeAid/138143/DH/SER/AL), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz tal-ittra tagħha tas-6 ta’ Marzu 2017, li permezz tagħha ġew infurmati li l-offerta tagħhom ma ntlaqgħetx u li l-kuntratt kien ingħata lil offerent ieħor;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti d-dannu subit minħabba t-telf ta’ opportunità li jingħataw kuntratt, fl-ammont ta’ EUR 240 000 (mitejn u erbgħin elf euro);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrenti ta’ danni diżważivi fl-ammont ta’ EUR 40 000 (erbgħin elf euro);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti kif ukoll spejjeż oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors kellu jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar l-għoti ta’ kuntratti, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, billi ma kkomunikatx lir-rikorrenti d-deċiżjoni tal-għoti fl-istess ħin li kkomunikata lill-offerenti l-oħra u billi rrifjutat li tosserva l-perijodu sospensiv. Ir-rikorrenti jargumentaw li l-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi affettwat negattivament id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażata fuq il-fatt il-konvenuta bidlet l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti ftit jiem qabel it-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti, billi daħħlet kundizzjonijiet ġodda. B’dan il-mod, il-konvenuta kisret l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju, peress li t-tibdil fid-dokumenti tal-għoti ta’ kuntratti twettaq permezz ta’ kuntatti matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti u b’mod iktar speċifiku permezz ta’ kjarifiki li ngħataw lill-offerenti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, li jidhru fl-estratti tar-Rapport ta’ Evalwazzjoni kkomunikat lir-rikorrenti u li l-konvenuta daħħlet kriterji ġodda u mhux magħrufa fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/28


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Aide et Action France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/17)

(2017/C 269/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aide et Action France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Le Mière, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien man-nota ta’ debitu Nru 3241607987 riċevuta fit-8 ta’ Awwissu 2016, bil-konsegwenzi kollha legali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lill-Aide et Action France is-somma ta’ EUR 8 000 abbażi tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-interess ġuridiku u l-locus standi tar-rikorrenti, inkwantu d-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2017 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) tipproduċi effetti legali fil-konfront tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu:

l-imsemmija deċiżjoni tikser l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”) u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”);

l-imsemmija deċiżjoni ma tinkludi ebda punt ta’ fatt u ta’ liġi ċari u mhux ambigwi;

il-Kummissjoni sempliċement invokat nuqqasijiet kuntrattwali mingħajr ma indikat ebda klawżoli kuntrattwali li jippermettu li jiġu stabbiliti, u mingħajr ma provdiet ebda element li jiddetermina l-quantum tad-dejn invokat;

l-imsemmija deċiżjoni ma hijiex motivata biżżejjed anki fir-rigward tal-istess kuntest tagħha;

l-investigazzjonijiet u s-sommarju tal-fatti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ma ppermettwelhiex li tifhem il-portata tal-miżura meħudha fil-konfront tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ir-rifjut tal-aċċess għar-rapport finali tal-OLAF trażmess lill-Kummissjoni Ewropea, inkwantu:

id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 15(3) TFUE, l-Artikolu 42 tal-Karta kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

wara li nħarġet in-nota ta’ debitu u ttieħdet id-deċiżjoni li tordna l-irkupru permezz ta’ kumpens, ir-rikorrenti kien messu kellha aċċess għar-rapport finali tal-OLAF sabiex tkun tista’ teżerċita bis-sħiħ id-drittijet ta’ difiża tagħha;

il-Kummissjoni kien messa qablet dwar il-kundizzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet ta’ aċċess għad-dokumenti li fuqhom hija bbażata deċiżjoni sfavorevoli;

il-prinċipju ta’ komunikazzjoni tar-rapporti ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki tal-Kummissjoni kien previst mill-ftehim ta’ sussidju;

il-Kummissjoni setgħet fi kwalunkwe każ tikkomunika dokument billi tħalli barra ċerti siltiet.

4.

Ir-raba’motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ kwalunkwe bażi għad-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, il-ksur tat-TFUE, inkwantu:

id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 209 TFUE kif ukoll ir-Regolamenti finanzjari ta’ applikazzjoni tiegħu Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 u Nruo 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012;

id-deċiżjoni kkontestata ma hija bbażata fuq ebda kreditu ċert, likwidu u dovut;

il-fondi kollha riċevuti mir-rikorrenti ntużaw kollha kemm huma għall-bżonnijiet tal-implementazzjoni tal-programm li għalih ingħataw il-fondi Ewropej, skont l-Artikolu 14 tal-Anness 2 tal-ftehim ta’ sussidju “Grant Contract”.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/30


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/17)

(2017/C 269/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017)2014 finali, tal-4 ta’ April 2017, li testendi s-sospensjoni tal-pagamenti mensili lill-Polonja rigward l-għajnuna għar-rikonoxximent preliminari tal-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, mogħtija fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(2), moqrija flimkien mal-kliem introduttorju tal-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni u tal-Artikolu 41(2)(b) tar-Regolament Nru 1306/2013 (1), sa fejn is-sospensjoni tal-pagamenti mensili ġiet estiża abbażi ta’ konstatazzjonijiet fattwali mhux eżatti u abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-liġi, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-pagamenti mensili ma kinux issodisfatti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013, sa fejn ir-rata ta’ sospensjoni tal-pagamenti mensili nżammet f’livell manifestament eċċessiv fir-rigward tar-riskju eventwali ta’ telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni.


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (ĠU 2013, L 347, p. 549).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Acsen vs Il-Parlament

(Kawża T-381/17)

(2017/C 269/42)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ibram Acsen (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: C. Gagu, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla parzjalment l-Artikolu 22(1)(c) tad-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata sa fejn dan japplika għan-nullità assoluta tal-amalgamazzjonijiet.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ preskrizzjoni tan-nullità assoluta.

Peress li l-Artikolu 22(1)(c) tad-Direttiva 2011/35/UE ma jagħmilx distinzjoni bejn in-nullità relattiva u dik assoluta, it-terminu ta’ sitt xhur għall-preżentata ta’ rikors għal annullament japplika wkoll fil-każ tan-nullità assoluta, bi ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ preskrizzjoni ta’ tali tip ta’ nullità.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Hansol Paper vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-383/17)

(2017/C 269/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hansol Paper Co. Ltd (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: J. F. Bellis, B. Servais u A. Tel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) 2017/763, du tat-2 ta’ Mejju 2017, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat, minn naħa, fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 2(11) u tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku (1) u, min-naħa l-oħra, fuq in-natura illegali tal-kalkolu mwettaq minn din tal-aħħar tal-marġni ta’ dumping tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni rrikorriet għat-teħid ta’ kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-regolament bażiku, minkejja li din tal-aħħar tiċħad li għamlet dan, u b’hekk kisret l-Artikolu 17(2) tal-imsemmi regolament, peress li r-rikorrenti ma kellhiex l-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-kampjun propost.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll in-natura żbaljata u illegali tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tagħha mwettaq mill-Kummissjoni, liema fatt iwassal għall-ksur tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 9.3 tal-ftehim antidumping tad-WTO u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-regolament bażiku kif ukoll tal-prinċipju fundamentali ta’ amministrazzjoni tajba.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 9.3 tal-ftehim antidumping tad-WTO u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-regolament bażiku, peress li l-ammont tad-dazju antidumpling stabbilit jeċċedi l-marġni ta’ dumping ikkonstatat fil-kuntest tal-investigazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, safejn din tal-aħħar ikkalkulat il-marġni ta’ dumping tagħha ad valorem b’mod żbaljat u illegali bl-użu ta’ valur CIF maħdum minflok il-valur CIF reali.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-Artikolu 2(9) u (10) tar-regolament bażiku, safejn, b’mod żbaljat, wettqet aġġustamenti eċċessivi għall-bejgħ ta’ rombli żgħar miksuba minn rombli jumbo akkwistati minn Schades Ltd. minn produtturi Ewropej.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 2(1) tar-regolament bażiku, safejn hija, f’żewġ okkażjonijiet, ħadmet b’mod żbaljat il-valur normali previst fl-Artikolu 2(3) tal-imsemmi regolament.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 3(1), (2), (3), (5), (6), (7) u (8) tar-regolament bażiku, tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea u dik tad-WTO, tal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha u tal-prinċipji ta’ paragun ekwitabbli u ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kalkolu tal-marġni ta’ danni.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2), (3) u (6) tar-regolament bażiku, peress li din tal-aħħar inkludiet il-bejgħ mill-ġdid ta’ rmobli żgħar (prodott mhux ikkonċernat) fil-kalkolu tal-marġni ta’ danni.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(1), (2), (3), (5), (6), (7) u (8) tar-regolament bażiku, tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea u dik tad-WTO, tal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha u tal-prinċipji ta’ paragun ekwitabbli u ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi applikat b’analoġija l-Artikolu 2(9) tal-imsemmi regolament, għall-kalkolu tal-marġni ta’ danni.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2), (3) u (6) tar-regolament bażiku, peress li din tal-aħħar ma evalwatx b’mod korrett l-effett tal-marġni negattiv ta’ twaqqigħ tal-prezz ikkonstatat għall-prodott ikkonċernat.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2017 – Ċipru vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)

(Kawża T-384/17)

(2017/C 269/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur li tinkludi l-element verbali “BBQLOUMI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 069 034

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2017 fil-Każ R 496/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/33


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/17)

(2017/C 269/45)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Liţu)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni (UE) tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetenzi tal-Unjoni

Il-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini hija intiża biss sabiex ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi, u ma għandha beda rabta diretta mad-diversità kulturali fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 TUE u tal-Artikolu 167 TFUE

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Il-Kummissjoni sempliċement telenka l-proposti ta’ atti li għalihom għandhom jinġabru dikjarazzjonijiet ta’ sostenn taċ-ċittadini u ma żżid ebda argument legali insostenn tal-konklużjoni li dawn jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tagħha.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/34


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs EUIPO – C & C IP (T)

(Kawża T-401/17)

(2017/C 269/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C & C IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “T” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 623 022

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2017 fil-Każ R 502/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirriformaha b’mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Fair deal for expats et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-713/16) (1)

(2017/C 269/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2017 – Casasnovas Bernad vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-826/16) (1)

(2017/C 269/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.