ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 264/13 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 264/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 264/15 |
||
2017/C 264/16 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2017/C 264/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 (2), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda permezz tar-Riżoluzzjoni 2371(2017) li inti/il-kumpannija tiegħek għandek tiġi inkluż/għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-UNSCR 1718 (2006).
Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li huma jkunu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
In-Nazzjonijiet Uniti — Punt fokali għat-tneħħija mill-elenkar |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Aktar informazzjoni fi: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1718
B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dak l-Anness.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (3), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1C - Kwistjonijiet Orizzontali |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussell |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L 208, 11.8.2017, p. 38.
Il-Kummissjoni Ewropea
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ Awwissu 2017
(2017/C 264/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1732 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,76 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4381 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,90303 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,5680 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1341 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3355 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,157 |
HUF |
Forint Ungeriż |
305,37 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2717 |
RON |
Leu Rumen |
4,5743 |
TRY |
Lira Turka |
4,1462 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4888 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4923 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1680 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6142 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6000 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 341,21 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,6740 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8068 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4008 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 670,45 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0348 |
PHP |
Peso Filippin |
59,567 |
RUB |
Rouble Russu |
70,2875 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,021 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,7024 |
MXN |
Peso Messikan |
21,0547 |
INR |
Rupi Indjan |
75,2080 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/4 |
Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 264/03)
Id-deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni
Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Id-data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
In-numru tal-awtorizzazzjoni |
L-użu awtorizzat |
Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni |
C(2017) 5012 |
L-4 ta' Awwissu 2017 |
Kromat taċ-ċomb In-numru tal-KE: 231-846-0 In-numru tas-CAS: 7758-97-6 |
Etienne Lacroix Tous Artifices SA, Route de Gaudiès, 09270 Mazères, Franza |
REACH/17/10/0 |
L-użu industrijali tal-kromat taċ-ċomb fil-produzzjoni ta’ tagħmir pirotekniku ta’ dewmien li jkun fil-munizzjon għall-awtoprotezzjoni navali |
L-4 ta' Awwissu 2024 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħha. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ April 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.40153 — E-book MFNs u materji relatati
Relatur: L-Iżvezja
(2017/C 264/04)
(1) |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni tagħha kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fil-5 ta’ April 2017 skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni preliminari li l-imġiba inkwistjoni kellha effett apprezzabbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(3) |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-Impenji Finali offruti minn Amazon jittrattaw b’mod adegwat it-tħassib dwar l-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. |
(4) |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti li jirrigwardaw lil Amazon jistgħu jiġu konklużi permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(5) |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Amazon huma xierqa, meħtieġa u proporzjonati u jinħtieġ li jsiru legalment vinkolanti fuq Amazon. |
(6) |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn Amazon, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni kontra Amazon, bla preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(7) |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li ssemmew matul id-diskussjoni. |
(8) |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/6 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
E-Book MFNs u kwistjonijiet relatati
(AT.40153)
(2017/C 264/05)
(1) |
Wara investigazzjoni ex officio, fil-11 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti fis-sens tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) kontra Amazon.com, Inc. u Amazon EU, S.à.r.l. Fid-9 ta’ Diċembru 2016, inbdew ukoll proċedimenti kontra Amazon Digital Services, LLC u Amazon Media EU, S.à.r.l. (kollettivament “Amazon”). |
(2) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni addottat skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament 1/2003 Valutazzjoni Preliminari, li fiha kien hemm espress tħassib li ċerti klawżoli ta’ parità u dispożizzjonijiet simili introdotti fi ftehimiet ta’ Amazon ma’ E-books Suppliers jistgħu jammontaw għal abbuż minn pożizzjoni dominanti bi ksur tal-Artikolu 102 tat-Trattat u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Filwaqt li ma qablitx mal-konklużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni, fit-13 ta’ Jannar 2017, Amazon offriet impenji biex tittratta t-tħassib espress mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni Preliminari tagħha. |
(4) |
Fis-26 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat avviż skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament 1/2003, li jispjega l-każ u l-impenji fil-qosor, u jistieden lil terzi persuni biex jagħtu l-kummenti tagħhom (4). Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn 15-il terza persuna interessati. Bi tweġiba għal dawn il-kummenti, fil-31 ta’ Marzu 2017, Amazon ippreżentat impenji riveduti (l-“Impenji Finali”). |
(5) |
Fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali jittrattaw b’mod xieraq it-tħassib dwar il-kompetizzjoni kif espressi fil-Valutazzjoni Preliminari u tagħmel dawn l-Impenji Finali jorbtu lil Amazon. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti f’dan il-każ jinħtieġ li jintemmu. |
(6) |
Jiena ma rċevejt ebda talba jew ilment mingħand Amazon b’rabta ma’ din il-proċedura (5). |
(7) |
Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, inqis li l-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha ġie rrispettat. |
Brussell, il-25 ta’ April 2017.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (ir-“Regolament 1/2003”).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.40153 — E-book MFNs u kwistjonijiet relatati (ĠU C 26, 26.1.2017, p. 2).
(5) Skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet fil-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura biex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/7 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-4 ta’ Mejju 2017
li jirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.40153 — E-Book MFNs u kwistjonijiet relatati)
(notifikat bid-dokument C(2017) 2876)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2017/C 264/06)
Fl-4 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-Deċiżjoni, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Id-Deċiżjoni tagħmel l-impenji offruti minn Amazon.com, Inc., u l-entitajiet direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluż Amazon EU Sàrl, Amazon Digital Services, LLC u Amazon Media EU, Sàrl, legalment vinkolanti. (minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien bħala “Amazon”) skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (“ir-Regolament 1/2003”) fi proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE b’rabta ma’ ċerti klawsoli ta’ parità u dispożizzjonijiet simili introdotti mill-ftehimiet ta’ Amazon mal-Fornituri tal-Ktieb Elettroniku. |
2. PROĊEDURA
(2) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2015 il-Kummissjoni bdiet proċeduri skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 kontra Amazon.com, Inc. u Amazon EU Sàrl biex tadotta deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Fid-9 ta’ Diċembru 2016, bdew ukoll proċedimenti kontra Amazon Digital Services, LLC u Amazon Media EU, Sàrl |
(3) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat il-Valutazzjoni Preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li ppreżentat it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. |
(4) |
Fit-13 ta’ Jannar 2017 Amazon ippreżentat abbozz ta’ impenji (“l-Impenji Inizjali”) lill-Kummissjoni bi tweġiba għall-Valutazzjoni Preliminari. Fis-26 ta’ Jannar 2017, ġie ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti sommarju tal-każ u tal-impenji proposti u li jistieden lill-partijiet terzi interessati jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni. |
(5) |
Fid-9 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni infurmat lil Amazon dwar l-osservazzjonijiet li rċeviet minn terzi persuni interessati wara l-pubblikazzjoni tal-avviż. Fil-31 ta’ Marzu 2017, Amazon ippreżentat proposta emendata għall-impenji (l-“Impenji Finali”). |
(6) |
Fid-19 ta’ April 2017, il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ġie kkonsultat u ta opinjoni favorevoli. |
(7) |
Fil-25 ta’ April 2017, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
3. IT-TĦASSIB TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-KOMPETIZZJONI
(8) |
Il-Valutazzjoni Preliminari tad-9 ta’ Diċembru 2016 stabbiliet it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li Amazon abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fuq is-swieq għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ kotba elettroniċi bl-Ingliz u bil-Ġermaniż lill-konsumaturi taż-ŻEE, bi ksur tal-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, billi teħtieġ li l-Fornituri tal-Kotba Elettroniċi (2) (i) jinfurmaw lil Amazon b’termini u kundizzjonijiet aktar favorevoli jew alternattivi li joffru bnadi oħra; u/jew (ii) li jagħmlu disponibbli lil Amazon it-termini u kundizzjonijiet li jiddependu direttament jew indirettament fuq it-termini u kundizzjonijiet offruti lil Fornitur ieħor tal-Kotba Elettroniċi (3) (minn hawn ’il quddiem imsemmija “Klawsoli ta’ Parità”). |
(9) |
It-tħassib preliminari tal-Kummissjoni huwa marbut mal-użu tal-Klawsoli tal-Parità mhux tal-prezzijiet li jeħtieġ li l-Fornituri tal-Kotba Elettroniċi joffru lil Amazon l-istess mudelli ta’ negozju (“Parità tal-Mudell ta’ Negozju”), kotba elettroniċi b’territorju jew b’dati ta’ tnedija partikolari (“Parità ta’ Għażla”), karatteristiċi, funzjonalitajiet, regoli dwar l-użu, elementi jew kontenut (“Parità tal-Karatteristiċi”), kif ukoll Klawsoli ta’ Parità bil-Prezzijiet relatati ma’ prezzijiet bl-imnut fil-ftehimiet tal-aġenzija (“Parità tal-Prezz tal-Aġenziji”), u l-promozzjonijiet (“Parità tal-Promozzjoni”). |
(10) |
It-tħassib preliminari huwa marbut ukoll ma’ klawsola msejħa “Dispożizzjonijiet dwar ir-Riżerva ta’ Skont”, li tipprovdi għal “aggregazzjoni” ta’ krediti li Amazon tista’ tuża b’diskrezzjoni biex tagħti skont fuq il-prezzijiet tal-aġenziji għal kwalunkwe ktieb elettroniku fornut minn dak il-Fornitur tal-Kotba elettroniċi fuq Amazon. L-aggregazzjoni hija kkalkulata abbażi tad-differenzi bejn il-prezzijiet tal-aġenzija stabbiliti mill-Fornitur ta’ kotba elettroniċi għall-kotba elettroniċi tiegħu fuq Amazon u l-prezzijiet tal-aġenzija jew prezzijiet ta’ rivenditur għal dawk il-kotba elettroniċi disponibbli permezz tal-Bejjiegħa bl-Imnut oħra ta’ kotba elettroniċi. |
(11) |
It-tħassib preliminari kienu jikkonċernaw ukoll il-klawsoli li jeħtieġu lill-Fornituri tal-Kotba elettroniċi biex jipprovdu lil Amazon prezz bl-ingrossa minħabba li din l-offerta tkun disponibbli lil wieħed mill-kompetituri ta’ Amazon (“Parità tal-Prezz bl-Ingrossa”). Kienu koperti wkoll klawsoli li jitolbu lill-Fornituri tal-Kotba elettroniċi li jinnotifikaw lil Amazon jekk jagħmlu disponibbli diversi mudelli ta’ negozju alternattivi, kotba elettroniċi, dati tad-disponibbiltà, karatteristiċi, promozzjonijiet jew prezzijiet irħas għall-bejgħ bl-ingrossa u prezzijiet irħas tal-aġenzija lil Bejjiegħa bl-Imnut tal-Kotba elettroniċi għajr Amazon (“Dispożjonijiet ta’ Notifika”). |
(12) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-Mudell tal-Parità tan-Negozju u d-Dispożizzjonijiet ta’ Notifika rispettivi jistgħu (i) inaqqsu l-inċentivi tal-Fornituri tal-kotba elettroniċi biex jappoġġaw u jinvestu f’mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi alternattivi, (ii) inaqqsu l-abbiltà tal-kompetituri ta’ Amazon u l-inċentivi tagħhom biex jiżviluppaw u jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom permezz ta’ tali mudelli ta’ negozju, (iii) jiskoraġġixxu d-dħul fis-suq u/jew l-espansjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi, u b’hekk jistgħu jkunu qed idgħajfu l-kompetizzjoni fil-livell tad-distribuzzjoni tal-kotba elettroniċi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni diġà dominanti ta’ Amazon. |
(13) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li l-Parità tal-Għażla u l-Karatteristika tal-Parità jistgħu jkunu kapaċi li (i) inaqqsu l-inċentivi tal-Fornituri tal-kotba elettroniċi u l-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi biex jiżviluppaw kotba elettroniċi li mhumiex prinċipalment test u jżommu d-differenzjazzjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi (fuq il-bażi ta’ kontenut, karatteristiċi partikolari jew funzjonalitajiet ta’ kotba elettroniċi jew dati ta’ ħruġ), u b’hekk potenzjalment idgħajfu l-kompetizzjoni fil-livell tad-distribuzzjoni tal-kotba elettroniċi, (ii) idgħajfu u jiskoraġġixxu l-kompetizzjoni u/jew l-espansjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi billi jillimitaw l-iskop għal offerti differenzjati minn Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi, li jistgħu jirriżultaw fi prezzijiet ogħla u inqas għażla għall-konsumaturi. |
(14) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li l-Parità tal-Prezz tal-Aġenziji, il-Parità tal-Promozzjoni, id-Dispożizzjonijiet dwar ir-Riżerva ta’ Skont, u d-Dispożizzjonijiet ta’ Notifika rispettivi (flimkien mal-aġir ta’ Amazon immiraw lejn il-kisba ta’ parità tal-prezzijiet bl-imnut) jistgħu jkunu kapaċi li (i) jiskoraġġixxu d-dħul jew l-espansjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi, u b’hekk isaħħu l-pożizzjoni potenzjalment dominanti ta’ Amazon (ii) jippermettu lil Amazon biex tnaqqas il-kompetizzjoni bejn Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi u b’hekk tikseb livelli ogħla ta’ kummissjoni minn Fornituri tal-kotba elettroniċi, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jwasslu għal żieda fil-prezzijiet bl-imnut tal-kotba elettroniċi. |
(15) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li l-Parità tal-Prezz bl-Ingrossa (i) tista’ tkun ta’ tfixkil għall-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi milli jidħlu u jespandu fis-swieq rilevanti billi joffru prezzijiet aktar baxxi bl-imnut tal-kotba elettroniċi lill-konsumaturi għajr Amazon u (ii) tista’ ssaħħaħ l-effetti potenzjali tal-Parità tal-Għażla billi tiżgura li Amazon ikollha aċċess għall-kotba elettroniċi fl-aħjar termini bl-ingrossa fil-każ li Fornituri tal-kotba elettroniċi jippreferu ma joffrux kotba elettroniċi partikolari lil Amazon. |
(16) |
Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni preliminari li l-Klawsoli ta’ Parità analizzati fil-paragrafi 12) sa 15) hawn fuq jirrappreżentaw minnhom infushom abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-swieq rilevanti fiż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni b’mod preliminari tqis li l-kombinazzjoni tal-Klawsoli differenti Relatati mal-Prezzijiet (jiġifieri, l-Parità tal-Prezz tal-Aġenzija, id-Dispożizzjonijiet tar-Riżerva ta’ Skont, il-Parità tal-Promozzjoni, il-Parità tal-Prezz tal-Bejgħ bl-Ingrossa, u l-Parità tal-Kummissjoni tal-Aġenzija), Klawsoli ta’ Parità mhux Relatati mal-Prezz (jiġifieri, Parità tal-Mudell tan-Negozju, Parità tal-Għażla u Karatteristiċi) u d-Dispożizzjoniet ta’ Notifika x’aktarx li kienet se ssaħħaħ l-effetti antikompetittivi ta’ Klawżoli għall-Parità individwali. |
4. L-IMPENJI INIZJALI, IL-PROVA TAS-SUQ U L-IMPENJI FINALI
(17) |
Amazon ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari u mas-sejbiet tal-Kummissjoni. Madankollu, hija offriet li tieħu impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. L-elementi ewlenin tal-Impenji Inizjali offruti minn Amazon jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
(18) |
Bi tweġiba għall-pubblikazzjoni tas-26 ta’ Jannar 2017 ta’ avviż skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“il-Prova tas-Suq”), il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn ħmistax-il parti terza interessata, inkluż minn Fornituri tal-kotba elettroniċi, Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi, assoċjazzjonijiet ta’ pubblikaturi u organizzazzjonijiet tal-konsumatur. |
(19) |
L-osservazzjonijiet li waslu kienu jikkonċernaw l-aktar id-definizzjonijiet użati fil-Kummenti Inizjali (ġie rakkomandat li jiġu ċċarati u allinjati mad-Dispożizzjonijiet ta’ Parità eżistenti u li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom biex ikopru l-kotba stampati, kotba tas-smigħ, apps, kotba elettroniċi awtoppubblikati, kotba tal-komiks u kotba bi stampi kif ukoll titli edukattivi), il-kamp ta’ applikazzjoni u l-għażla taż-żmien tal-obbligi ta’ Amazon, tul tal-impenji kif ukoll ir-ritaljazzjoni, in-nonċirkomvenzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità. |
(20) |
Bi tweġiba għall-osservazzjonjiet li saru, Amazon issottomettiet set ġdid ta’ impenji (Impenji Finali). L-Impenji Finali huma differenti mill-Impenji Inizjali proposti kif ġej:
|
5. KONKLUŻJONI
(21) |
L-Impenji Finali huma biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib inizjali identifikat mill-Kummissjoni fil-Valutazzjonijiet Preliminari tagħha mingħajr ma jkunu sproporzjonati. Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni qieset l-interessi tal-partijiet terzi, inkluż ta’ dawk il-partijiet terzi interessati li wieġbu għall-Prova tas-Suq. |
(22) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Impenji Finali jipprojbixxu l-użu tal-Klawsoli ta’ Parità li dwarhom il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib preliminari li kienu kapaċi jfixklu, jew li x’aktarx ifixklu, il-Fornituri tal-kotba elettroniċi, u l-kapaċità u l-inċentivi tal-Bejjiegħa bl-Imnut li qed jikkompetu li jappoġġaw u jinvestu f’mudelli ta’ negozju alternattivi u differenzjati u offerti ta’ kotba elettroniċi. Barra minn hekk, l-Impenji Finali jipprojbixxu l-użu ta’ Klawsoli ta’ Parità b’rabta mat-tħassib preliminari tal-Kummissjoni li kienu kapaċi li, jew x’aktarx li jnaqqsu l-kompetittività tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi billi jillimitaw il-kapaċità u l-inċentiva tagħhom li jiżviluppaw u jiddifferenzjaw l-offerti ta’ kotba elettroniċi tagħhom, u b’hekk inaqqsu l-ostakli għad-dħul u l-espansjoni fis-swieq rilevanti tagħhom. Fl-aħħar nett, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-Klawsoli ta’ Parità rilevanti probabbli li tiffaċilita d-dħul u l-espansjoni ta’ Bejjiegħa bl-Imnut ta’ kotba elettroniċi li qed jikkompetu fil-livell ta’ tqassim bl-imnut tal-kotba elettroniċi. |
(23) |
Amazon ma offrietx impenji anqas onerużi bi tweġiba għall-Valutazzjoni Preliminari li jindirizzaw ukoll it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni b’mod xieraq. L-Impenji Finali jikkonformaw kif xieraq mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(2) It-terminoloġija “Fornitur ta’ Kotba Elettroniċi” tintuża biex tinkludi l-entitajiet kollha li jkollhom id-drittijiet neċessarji li jilliċenzjaw il-kotba elttetroniċi lil bejjiegħa tal-kotba elettroniċi bl-imnut jew li jbiegħu l-kotba elettroniċi direttament lill-konsumaturi. Bħala tali, “Fornituri ta’ Kotba Elettroniċi” tinkludi pubblikaturi ta’ kotba elettroniċi u ċerti intermedjarji (pereżempju, bejjiegħa bl-ingrossa jew aggregaturi).
(3) It-terminoloġija “Bejjiegħa bl-Imnut tal-kotba elettroniċi”, għall-finijiet ta’ dan id-dokument, tinkludi kull persuna jew entità li legalment tbigħ (jew tfittex li legalment tbigħ) kotba elettroniċi lil konsumaturi f’pajjiż wieħed jew aktar fiż-ŻEE, jew li permezz tagħhom Fornitur tal-kotba elettroniċi, permezz ta’ ftehim ta’ aġenzija, ibigħ kotba elettroniċi lil konsumaturi f’pajjiż wieħed jew aktar fiż-ŻEE. Fornitur tal-Kotba Elettroniċi huwa Bejjiegħ bl-Imnut tal-kotba elettroniċi sal-punt li Fornitur tal-kotba elettroniċi jbigħ il-kotba elettroniċi direttament lill-konsumaturi jew ibigħ il-kotba elettroniċi permezz ta’ aġent permezz ta’ ftehim ta’ aġenzija.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 264/07)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
9.7.2017 fis-7.00 pm UTC |
Durata |
9.7.2017–31.12.2017 |
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha) |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
RED/N3M. |
Speċi |
Redfish (Sebastes spp) |
Żona |
NAFO 3M |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
12/TQ127 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 264/08)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
3.7.2017 |
Durata |
3.7.2017–31.12.2017 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
HAD/5BC6 A. |
Speċi |
Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona Vb u VIa |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
11/TQ127 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/12 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 264/09)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
1.7.2017 |
Durata |
1.7.2017–31.12.2017 |
Stat Membru |
Id-Danimarka |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
LIN/3 A/BCD |
Speċi |
Lipp (Molva molva) |
Żona |
IIIa; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIbcd |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
10/TQ127 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/12 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 264/10)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
21.6.2017 |
Durata |
21.6.2017–31.12.2017 |
Stat Membru |
Il-Belġju |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
COD/07A. |
Speċi |
Bakkaljaw (gadus morhua) |
Żona |
VIIa |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
09/TQ127 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 264/11)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
13.7.2017 |
Durata |
13.7.2017–31.12.2017 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
ALF/3X14- |
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
13/TQ2285 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2017/C 264/12)
B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:
Data u ħin tal-għeluq |
19.7.2017 |
Durata |
19.7.2017 – 31.12.2017 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
BSF/8910 |
Speċi |
Ċinturin iswed (Aphanopus carbo) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
14/TQ2285 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/14 |
Tnedija ta' proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' tajers ġodda kif ukoll dawk b'wiċċ ġdid għal karozzi tal-linja jew trakkijiet, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2017/C 264/13)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' tajers ġodda kif ukoll dawk b'wiċċ ġdid għal karozzi tal-linja jew trakkijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qegħdin ikunu oġġett ta' dumping u b'hekk qegħdin joħolqu ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment ġie ppreżentat fit-30 ta' Ġunju 2017 mill-koalizzjoni kontra importazzjonijiet mhux ġusti ta' tajers (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 45 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' tajers ġodda kif ukoll dawk b'wiċċ ġdid għal karozzi tal-linja jew trakkijiet.
2. Il-prodott investigat
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew trattati mill-ġdid, tal-gomma, ta' tip użat għal karozzi tal-linja jew trakkijiet (jew “tajers ġodda u trattati mill-ġdid”) (“il-prodott investigat”).
3. L-allegazzjoni ta' dumping
Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta' dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex4011 20 90 u 4012 12 00. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.
L-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni tinkludi tqabbil tal-valur normali mal-prezzijiet ta' esportazzjoni (fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kkonċernati.
4. L-allegazzjoni ta' ħsara u kawżalità
L-ilmentatur ta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiż kkonċernat żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u żdiedu f'termini ta' sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie pprovduta mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat taħt investigazzjoni kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni u l-kwota tagħha fis-suq, li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Ladarba ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta' proċediment, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qiegħed ikun oġġett ta' dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta' dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta' dumping u ħsara se tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara se jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Il-proċedura ta' kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.2.1.1.
(a) Il-kampjunar
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta' din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista' tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima (b) hawn taħt, id-dazju antidumping li jista' jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun ma jkunx jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta' dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).
(b) Il-Marġni individwali ta' dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġni ta' dumping individwali tagħhom (“marġni individwali ta' dumping”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta' dumping għandhom jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli kif dovut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni se teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq li jqisu li l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott investigat jgħoddu għalihom, jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”) u jibagħtuha lura mimlija kif dovut fil-limiti tal-iskadenza speċifikat fit-Taqsima 5.2.2.2 hawn taħt.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni tad-dumping individwali għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni tad-dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta' produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun indebitament diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.
5.2.2. Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
F'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, rigward l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni se tagħżel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq adattat. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lill-Istati Uniti tal-Amerka. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, produtturi oħrajn tal-ekonomija tas-suq jistgħu jinsabu fost l-oħrajn fit-Turkija, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f'dawk il-pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott investigat qed isseħħ. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-Avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
B'konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jressqu talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq sostanzjata kif xieraq għal dan il-għan (“talba għal TES”). It-TES jingħata jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (4) jkunu ssodisfati. Il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, sa fejn hu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-użu ta' fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta' esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta' applikazzjoni għat-TES lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina magħżula biex ikunu fil-kampjun, u lill-produtturi esportaturi mhux magħżula li kkooperaw li jixtiequ japplikaw għal marġni individwali ta' dumping, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni se tevalwa biss il-formoli ta' talba għal TES sottomessi mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li t-talba tagħhom għal marġni individwali ta' dumping tkun ġiet aċċettata.
Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES iridu jdaħħlu formola ta' talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2.3. L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (5) (6)
Importaturi mhux relatati tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-Avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom kif mitlub fl-Anness II ta' dan l-Avviż.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta' dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni involuti f'dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista' jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 aktar 'l isfel). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni li ma ġewx ikkuntattjati elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.
5.4. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta' dumping u ta' ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta' żmien ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F'kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b'evidenza fattwali.
5.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-Avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għala tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta' partijiet terzi, għandhom jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu (a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett” (7).
Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista' tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra reġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
|||
Directorate-General for Trade |
|||
Directorate H |
|||
Office: CHAR 04/039 |
|||
1049 Bruxelles/Brussel |
|||
BELGIQUE/BELGIË |
|||
|
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jsiru sejbiet provviżorji jew finali, sew jekk hux fl-affermattiv jew negattivi, b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata tenħtieġ li tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta' żmien u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ għandha titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż)
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri proviżorji mhux aktar tard minn disa' xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-Avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' dejta personali
Id-data personali kollha miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (8).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, direttament jew permezz ta' parti terza, inkluża kull kumpanija relatata miegħu involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.
(3) B'konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrbu.
(4) Il-produttur esportatur għandu juri b'mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b'reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; (ii) id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta' rekords kontabilistiċi bażiċi, li jiġu awditjati b'mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha; (iii) ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà ġuridika u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.
(5) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza, direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(6) Id-data mogħtija minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta' din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 264/14)
1. |
Fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża BNP Paribas Group (“BNPP”, Franza) u Starwood Hotels & Resorts Worldwide, LLC (“Starwood”, l-Istati Uniti), li jappartjenu għal Marriott International, Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti), jakkwistaw skont tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ żewġ lukandi fl-Italja (il-“Hotel Portfolio”) permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ ftehimiet preeżistenti għall-ġestjoni tal-lukandi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal BNPP: grupp bankarju b’operat domestiku u internazzjonali. Iż-żewġ negozji prinċipali huma: (i) Operazzjonijiet u servizzi bankarji għall-konsumatur, u (ii) Servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali. — għal Starwood: sussidjarja akkwiżita totalment minn Marriott. Marriott hija kumpanija diversifikata ta’ ospitalità li taġixxi bħala maniġer u franchisor għal madwar 6 080 lukanda u proprjetà tat-timeshare madwar id-dinja. — għall-Hotel Portfolio: iż-żewġ lukandi jinsabu l-Italja (il-Westin Palace f’Milan u l-Westin Europa & Regina f’Venezja) u bħalissa huma ġestiti indirettament minn Marriott. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/26 |
Notifika għall-attenzjoni tas-sidien tal-bastimenti CAPRICORN u Lynn S, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra bastimenti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014), skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1423 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1456
(2017/C 264/15)
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1) issejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu ordni lill-bastimenti, kif imsemmija fil-lista elenkata fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, biex ma jgħabbux, ma jittrasportawx, jew ma jħottux żejt mhux maħdum esportat illegalment mil-Libja, biex jiċħdu dħul fil-portijiet tal-Istati Membri u tipprojbixxi d-dispożizzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ esportazzjonijiet taż-żejt bħal dawn. |
2. |
Fil-21 ta’ Lulju 2017 u fit-2 ta’ Awwissu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied il-bastimenti CAPRICORN u Lynn S rispettivament mal-lista ta’ bastimenti li huma soġġetti għal miżuri restrittivi. Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1970 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe prova dokumentarja, biex id-deċiżjoniet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jerġgħu jiġu kkunsidrati. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Tista’ ssib aktar informazzjoni hawn: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting |
3. |
Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1423 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1456 (3) li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (4) skont dan. Is-sidien tal-bastimenti CAPRICORN u Lynn S jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni biex dawn il-bastimenti jiġu elenkati, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, lill-Kummissjoni Ewropea fuq l-indirizz li ġej:
|
4. |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tas-sidien tal-bastimenti CAPRICORN u Lynn S għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1423 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1456 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(2) ĠU L 204, 5.8.2017, p. 80.
(3) ĠU L 208, 11.8.2017, p. 31.
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/27 |
Avviż għall-persuni fiżiċi CHOE CHUN YONG (alias Ch’oe Ch’un-yo’ng), HAN JANG SU (alias Chang-Su Han), JANG SONG CHOL, JANG SUNG NAM, JO CHOL SONG (alias Cho Ch’o’l-so’ng), KANG CHOL SU, KIM MUN CHOL (alias Kim Mun-ch’o’l), KIM NAM UNG, PAK IL KYU (alias Pak Il-Gyu), JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang), u l-entitajiet FOREIGN TRADE BANK (FTB), KOREAN NATIONAL INSURANCE COMPANY (KNIC) (alias Korea Foreign Insurance Company), KORYO CREDIT DEVELOPMENT BANK (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank), MANSUDAE OVERSEAS PROJECT GROUP OF COMPANIES (alias Mansudae Art Studio), li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra persuni, entitajiet, u korpi nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f’konformità mal-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU 1718 (2006), u l-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU 2094 (2013), jew li l-entrata tagħhom kienet emendata, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457
(2017/C 264/16)
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni u l-entitajiet, kif indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala impenjati jew jipprovdu appoġġ għal, inkluż permezz ta’ mezzi illeċiti, il-programmi tal-RDPK relatati man-nukleari, relatati mal-missili ballistiċi jew programmi oħra relatati ma’ armi tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta’ mezzi illeċiti. |
2. |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 2371(2017), li jżid lill-persuni fiżiċi CHOE CHUN YONG (alias Ch’oe Ch’un-yo’ng), HAN JANG SU (alias Chang-Su Han), JANG SONG CHOL, JANG SUNG NAM, JO CHOL SONG (alias Cho Ch’o’l-so’ng), KANG CHOL SU, KIM MUN CHOL (alias Kim Mun-ch’o’l), KIM NAM UNG, PAK IL KYU (alias Pak Il-Gyu), JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang), u lill-entitajiet FOREIGN TRADE BANK (FTB), KOREAN NATIONAL INSURANCE COMPANY (KNIC) (alias Korea Foreign Insurance Company), KORYO CREDIT DEVELOPMENT BANK (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank), MANSUDAE OVERSEAS PROJECT GROUP OF COMPANIES (alias Mansudae Art Studio) mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU emenda l-entrati tal-persuni fiżiċi JANG BOM SU (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U) u JON MYONG GUK (alias Cho’n Myo’ng-kuk, Jon Yong Sang). Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006), flimkien ma’ kwalunkwe prova dokumentarja, biex id-deċiżjoniet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jerġgħu jiġu kkunsidrati. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Tista’ ssib aktar informazzjoni hawn: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting |
3. |
Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) skont dan. L-individwi u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jippreżentaw l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li jiġu elenkati jew li jinżammu fuq il-lista, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, lill-Kummissjoni Ewropea f’dan l-indirizz:
|
4. |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
5. |
Finalment, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.